ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.328.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 328

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
4 ta' Diċembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2010/C 328/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 317, 20.11.2010

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 328/02

Kawża C-222/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Directtiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali) — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Netwerks u serizzi — Artikolu 12 — Stima tal-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali — Komponiment soċjali tas-servizz universali — Artikolu 13 — Iffinanzjar ta’ obbligi ta’ servizz universali — Determinazzjoni tal- piż inġust)

2

2010/C 328/03

Kawża C-389/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Grondwettelijk Hof — Belġju) — Base NV, Euphony Benelux NV, Mobistar SA, Uninet International NV, T2 Belgium NV, KPN Belgium NV vs Ministerraad (Telekomunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/21/KE (direttiva qafas) — Artikoli 2(g), 3 u 4 — Awtorità regolatorja nazzjonali — Leġiżlatur nazzjonali li jaġixxi bħala awtorità regolatorja nazzjonali — Direttiva 2002/22/KE (direttiva servizz universali) — Netwerks u servizzi — Artikolu 12 — Kalkolu tal-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali — Komponent soċjali tas-servizz universali — Artikolu 13 — Finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali — Determinazzjoni tal-piż inġust)

2

2010/C 328/04

Kawża C-512/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 KE — Sigurtà soċjali — Trattamenti mediċi li jingħataw fi Stat Membru ieħor u li jeħtieġu r-rikors għal tagħmir mediku ta’ importanza ewlenija — Bżonn ta’ awtorizzazzjoni minn qabel — Trattamenti pprogrammati mogħtija fi Stat Membru ieħor — Differenza bejn il-livelli ta’ kopertura fis-seħħ, rispettivament fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni u fl-Istat Membru ospitanti — Dritt tal-persuna assigurata għal intervent tal-istituzzjoni kompetenti kumplementatri għal dik tal-istituzzjoni tal-Istat Membru ospitanti)

3

2010/C 328/05

Kawża C-515/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra Vítor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves, Fernando Luis das Neves Palhota, Termiso Lda (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE — Kollokament ta’ ħaddiema — Restrizzjonijiet — Min iħaddem stabbilit fi Stat Membru ieħor — Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ kollokament li ssir minn qabel — Dokumenti li jikkonċernaw il-ħaddiem jew tax-xogħol — Ekwivalenti għal dawk previsti mid dritt tal-Istat Membru ospitanti — Kopja — Żamma għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali)

4

2010/C 328/06

Kawżi magħquda C-53/09 u C-55/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-House of Lords — ir-Renju Unit) — Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs Loyalty Management UK Limited (C-53/09), Baxi Group Ltd (C-55/09), (Sitt Direttiva tal-VAT — Ammont taxxabbli — Sistema ta’ promozzjoni ta’ bejgħ — Skema ta’ premjijiet għal lealtà li tippermetti lill-klijenti jirċievu punti mingħand il-kummerċjanti u jsarrfuhom fi premjijiet għal lealtà — Ħlasijiet magħmula mill-amministratur tal-iskema lill-fornituri li jipprovdu l-premjijiet għal lealtà — Ħlasijiet magħmula mill-kummerċjant lill-amministratur tal-iskema li jipprovdi l-premjijiet għal lealtà)

4

2010/C 328/07

Kawża C-154/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/22/KE — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Netwerks u servizzi — Artikoli 3(2) u 8(2) — Ħatra tal-impriżi inkarigati mill-obbligi ta’ servizz universali — Traspożizzjoni inkorretta)

5

2010/C 328/08

Kawża C-162/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) — Secretary of State for Work and pensions vs Taous Lassal (Rinviju preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 16 — Dritt ta’ residenza permanenti — Applikazzjoni ratione temporis — Perijodi li ġew fi tmiemhom qabel id-data ta’ traspożizzjoni)

5

2010/C 328/09

Kawża C-173/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-5 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Georgi Ivanov Elchinov vs Natsionalna zdravnoosiguritelna kasa (Sigurtà soċjali — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Assigurazzjoni għall-mard — Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor — Awtorizzazzjoni minn qabel — Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Modi ta’ rimbors lill-persuna assigurata ta’ spejjeż ta’ sptar inkorsi fi Stat Membru ieħor — Obbligu ta’ qorti inferjuri li tikkonforma mal-istruzzjonijiet ta’ qorti superjuri)

6

2010/C 328/10

Kawża C-222/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari min-Naczelny Sąd Administracyjny — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Kronospan Mielec sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Rzeszowie (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 9(2)(ċ) u (e) — Xogħlijiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp magħmula minn inġiniera — Determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi)

7

2010/C 328/11

Kawża C-224/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Bolzano — l-Italja) — proċeduri kriminali vs Martha Nussbaumer (Talba għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 92/57/KEE — Ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implementati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli — Artikolu 3 — Obbligi li jinħatar koordinatur fil-qasam ta’ sigurtà u ta’ saħħa kif ukoll li jiġi stabbilit proġett ta’ sigurtà u ta’ saħħa)

8

2010/C 328/12

Kawża C-382/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākās tiesas Senāts — Ir-Repubblika tal-Latvja) — Stils Met SIA vs Valsts ieņēmumu dienests (Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Kapitolu 73 — Wajers bis-swiegli u kejbils tal-azzar — Intestatura 7312 — Kodiċi TARIC — Żball fil-klassifikazzjoni tariffarja — Ċirkulazzjoni libera tal-merkanziji — Regolament (KE) Nru 384/96 — Dazji antidumping — Multa daqs l-ammont totali tad-dazji antidumping)

8

2010/C 328/13

Kawża C-49/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2008/1/KE — Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

9

2010/C 328/14

Kawża C-127/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/42/KE dwar il-makkinarju — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

9

2010/C 328/15

Kawża C-400/10 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Supreme Court — l-Irlanda) — J. McB. vs L. E. (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali tal-minuri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Minuri li l-ġenituri tagħhom ma humiex miżżewġin — Dritt ta’ kustodja tal-missier — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ drittijiet ta’ kustodja — Prinċipji ġenerali ta’ dritt u Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

10

2010/C 328/16

Kawża C-142/10 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2010 minn Francisco Pérez Guerra kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 fil-Kawża T-142/10, Pérez Guerra vs BNP Paribas u Spanja

10

2010/C 328/17

Kawża C-290/10: Appell ippreżentat fil-10 ta’ Ġunju 2010 minn Franssons Verkstäder AB mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħti fil-10 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-98/10 — Franssons Verkstäder vs UASI u Lindner Recyclingtech (makkinarju li jaqta’ l-karfa)

10

2010/C 328/18

Kawża C-368/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

10

2010/C 328/19

Kawża C-371/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Lulju 2010 — National Grid Indus BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam

11

2010/C 328/20

Kawża C-387/10: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

12

2010/C 328/21

Kawża C-428/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

12

2010/C 328/22

Kawża C-436/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-13 ta’ Settembru 2010 — L-Istat Belġjan — SPF Finances vs BLM SA

12

2010/C 328/23

Kawża C-438/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit-13 ta’ Settembru 2010 — Lilia Druțu vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

13

2010/C 328/24

Kawża C-439/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit-13 ta’ Settembru 2010 — S.C. DRA SPEED S.R.L. vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

13

2010/C 328/25

Kawża C-440/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit-13 ta’ Settembru 2010 — S.C. SEMTEX S.R.L. vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

14

2010/C 328/26

Kawża C-441/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit-13 ta’ Settembru 2010 — Ioan ANGHEL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

14

2010/C 328/27

Kawża C-451/10 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 minn Télévision française 1 SA (TF1) mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħtija fl-1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawżi magħquda T-598/08 u T-573/08, M6 u TFI vs Il-Kummissjoni

15

2010/C 328/28

Kawża C-453/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov fis-16 ta’ Settembru 2010 — Jana Pereničová, Vladislav Perenič vs S.O.S. financ, spol sro

15

2010/C 328/29

Kawża C-455/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiż l-Baxxi) fis-17 ta’ Settembru 2010 — G.A.P. Peeters-van Maasdijk vs Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

16

2010/C 328/30

Kawża C-456/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-17 ta’ Settembru 2010 — Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT) vs Administración del Estado

16

2010/C 328/31

Kawża C-460/10 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2010 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fis-6 ta’ Lulju 2010 mil-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) fil-Kawża T-401/10, Luigi Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16

2010/C 328/32

Kawża C-463/10 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 minn Deutsche Post AG kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-570/08, Deutsche Post AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

17

2010/C 328/33

Kawża C-467/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Gießen (Il-Ġermanja) fit-28 ta’ Settembru 2010 — Strafverfahren vs Baris Akyüz

18

2010/C 328/34

Kawża C-470/10: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

19

2010/C 328/35

Kawża C-471/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg (l-Awstrija) fit-28 ta’ Settembru 2010 — Martin Wohl u Ildiko Veres vs Magistrat der Stadt Salzburg, parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt

19

2010/C 328/36

Kawża C-473/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

19

2010/C 328/37

Kawża C-475/10 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2010 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-571/08, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2010/C 328/38

Kawża C-476/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg (l-Awstrija) fl-1 ta’ Ottubru 2010 — projektart Errichtungsgesellschaft mbH, Eva Maria Pepic u Herbert Hilbe vs Grundverkehrs-Landeskommission Vorarlberg

22

2010/C 328/39

Kawża C-477/10 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-111/07, Agrofert Holding a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea

22

2010/C 328/40

Kawża C-479/10: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isveżja

24

2010/C 328/41

Kawża C-480/10: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

24

2010/C 328/42

Kawża C-482/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana (l-Italja) fis-6 ta’ Ottubru 2010 — Teresa Cicala vs Regione Siciliana

25

2010/C 328/43

Kawża C-483/10: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

25

2010/C 328/44

Kawża C-485/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

26

2010/C 328/45

Kawża C-497/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Ottubru 2010 — Barbara Mercredi vs Richard Chaffe

26

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 328/46

Kawżi T-135/06 sa T-138/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2010 — Al-Faqih et vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Ġlieda kontra t-terroriżmu — Miżuri restrittivi diretti kontra persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet fundamentali — Dritt għar-rispett tal-proprjetà, dritt għal smigħ u dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv)

28

2010/C 328/47

Kawżi T-230/08 u T-231/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2010 — Asenbaum vs UASI (WIENER WERKSTÄTTE) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għat-trade mark Komunitarja verbali WIENER WERKSTÄTTE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

28

2010/C 328/48

Kawża T-439/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2010 — Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u EACEA (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar l-għoti ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta’ Ċipru — Dokumenti li joriġinaw minn terz — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Inammissibbiltà — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali — Obbligu ta’ motivazzjoni)

29

2010/C 328/49

Kawża T-474/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2010 — Umbach vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jikkonċernaw kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm TACIS — Talba għal aċċess relatata mal-kawża bejn ir-rikorrent u l-Kummissjoni quddiem qorti ċivili Belġjana — Rifjut parzjali għal aċċess — Talba għal aċċess ibbażata fuq prinċipji li jirriżultaw mit-Trattat KE — Interess pubbliku superjuri)

29

2010/C 328/50

Kawża T-69/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2010 — Provincie Groningen u Provincie Drenthe vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — FEŻR — Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja u li tordna r-rimbors parzjali tas-somom imħallsa — Entità reġjonali — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà)

30

2010/C 328/51

Kawża T-415/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2010 — Nexans France vs Impriża Konġunta Fusion for Energy (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Ċaħda ta’ offerta — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

30

2010/C 328/52

Kawża T-431/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2010 — Nencini vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Membru tal-Parlament Ewropew — Irkupru ta’ kumpens imħallas bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari u tal-ivvjaġġar — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

30

2010/C 328/53

Kawża T-280/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2010 — Morte Navarro vs Il-Parlament

31

2010/C 328/54

Kawża T-403/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2010 — Brighton Collectibles vs UASI — Felmar (BRIGHTON)

31

2010/C 328/55

Kawża T-404/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — National Lottery Commission vs UASI — Mediatek Italia u De Gregorio (Rappreżentazzjoni ta’ id)

32

2010/C 328/56

Kawża T-416/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 — Yoshida Metal Industry vs UASI — Pi-Design et (wiċċ kopert bi ċrieki suwed)

32

2010/C 328/57

Kawża T-434/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2010 — Václav Hrbek li jopera bl-isem BODY-HF vs UASI — The Outdoor Group (ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT)

33

2010/C 328/58

Kawża T-439/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Fulmen vs Il-Kunsill

34

2010/C 328/59

Kawża T-440/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Mahmoudian vs Il-Kunsill

34

2010/C 328/60

Kawża T-441/10 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2010 minn Christian Kurrer mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Lulju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-139/06, Kurrer vs Il-Kummissjoni

35

2010/C 328/61

Kawża T-442/10 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2010 minn Salvatore Magazzu mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Lulju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-126/06, Magazzu vs Il-Kumissjoni

36

2010/C 328/62

Kawża T-443/10 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2010 minn Stefano Sotgia mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Lulju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-130/06, Sotgia vs Il-Kummissjoni

36

2010/C 328/63

Kawża T-448/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settmbru 2010 — Apple vs UASI — Iphone Media (IPH IPHONE)

36

2010/C 328/64

Kawża T-452/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — ClientEarth vs Il-Kunsill

37

2010/C 328/65

Kawża T-453/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development vs Il-Kummissjoni

38

2010/C 328/66

Kawża T-454/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2010 — Anicav vs Il-Kummissjoni

39

2010/C 328/67

Kawża T-458/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — McBride vs Il-Kummissjoni Ewropea

39

2010/C 328/68

Kawża T-459/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — McBride vs Il-Kummissjoni Ewropea

40

2010/C 328/69

Kawża T-460/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Mullglen vs Il-Kummissjoni Ewropea

41

2010/C 328/70

Kawża T-461/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Boyle vs Il-Kummissjoni Ewropea

42

2010/C 328/71

Kawża T-462/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Flaherty vs Il-Kummissjoni

43

2010/C 328/72

Kawża T-463/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Ocean Trawlers vs Il-Kummissjoni

44

2010/C 328/73

Kawża T-464/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Fitzpatrick vs Il-Kummissjoni

45

2010/C 328/74

Kawża T-465/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — McHugh vs Il-Kummissjoni Ewropea

46

2010/C 328/75

Kawża T-466/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Hannigan vs Il-Kummissjoni Ewropea

47

2010/C 328/76

Kawża T-467/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Murphy vs Il-Kummissjoni Ewropea

48

2010/C 328/77

Kawża T-475/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2010 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

49

2010/C 328/78

Kawża T-483/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — The Pukka Luggage Company vs UASI — Jesus Miguel Azpiroz Arruti (PUKKA)

50

2010/C 328/79

Kawża T-484/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2010 — Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni

50

2010/C 328/80

Kawża T-486/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2010 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 328/81

Kawża T-490/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2010 — Endesa u Endesa Generacion vs Il-Kummissjoni Ewropea

52

2010/C 328/82

Kawża T-492/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Melli Bank vs Il-Kunsill

53

2010/C 328/83

Kawża T-493/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Persia International Bank vs Il-Kunsill

54

2010/C 328/84

Kawża T-494/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Bank Saderat Iran vs Il-Kunsill

55

2010/C 328/85

Kawża T-495/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Bank Saderat vs Il-Kunsill

55

2010/C 328/86

Kawża T-496/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Bank Mellat vs Il-Kunsill

56

2010/C 328/87

Kawża T-497/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Divandari vs Il-Kunsill

56

2010/C 328/88

Kawża T-280/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Sepracor vs UASI — Laboratorios Ern (LEVENIA)

57

2010/C 328/89

Kawża T-441/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2010 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

57

2010/C 328/90

Kawża T-140/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Söns vs UASI — Settimio (GREAT CHINA WALL)

57

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 328/91

Kawża F-29/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Settembru 2010 — Vivier vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Klassifikazzjoni fil-grad — Gradi stabbiliti fis-sejħa għall-kandidaturi — Emenda tar-regoli ta’ klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Applikazzjoni b’analoġija)

58

2010/C 328/92

Kawża F-36/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Gudrun Schulz vs Il-Kummissjoni Ewropea (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Kandidati mniżżla f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ — Klassifikazzjoni fl-iskala — Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikoli 2, 5 u 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Diskriminazzjoni minħabba l-età — Remunerazzjoni ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ premura)

58

2010/C 328/93

Kawża F-41/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Jacobs vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Kandidati mniżżla f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli — Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

59

2010/C 328/94

Kawża F-76/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-TieniAwla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Torijano Montero vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Kandidati mniżżla f’lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli — Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament tal-Persunal — Prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi — Dmir ta’ premura — Proporzjonalità)

59

2010/C 328/95

Kawża F-107/05: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Toth vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Klassifikazzjoni fil-grad — Gradi stabbiliti fis-sejħa għall-kandidaturi — Emenda tar-regoli ta’ klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal temporanju li saret wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-kandidaturi — Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Applikazzjoni b’analoġija — Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

59

2010/C 328/96

Kawża F-20/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — de Luca vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Uffiċjali li jaċċedu għal grupp ta’ kariga superjuri permezz ta’ kompetizzjoni ġenerali — Kandidat imniżżel f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ — Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli — Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal u Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

60

2010/C 328/97

Kawża F-29/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Settembru 2010 — Lebedef u Jones vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal — L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 9 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Koeffiċjent ta’ korrezzjoni — Trattament ugwali)

60

2010/C 328/98

Kawża F-86/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2010 — W vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Koppja ta’ persuni tal-istess sess — Allowance tad-dar — Kundizzjonijiet għall-għoti — Aċċess għaż-żwieġ ċivili — Kunċett — Artikolu 1(2)(ċ)(iv) tal-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal)

61

2010/C 328/99

Kawża F-89/10: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2010 — Bovagnet vs Il-Kummissjoni Ewropea

61

2010/C 328/00

Kawża F-93/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2010 — Blessemaille vs Il-Parlament

61

2010/C 328/01

Kawża F-95/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — Eberhard Bömcke vs BEI

62

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/1


2010/C 328/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 317, 20.11.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 301, 6.11.2010

ĠU C 288, 23.10.2010

ĠU C 274, 9.10.2010

ĠU C 260, 25.9.2010

ĠU C 246, 11.9.2010

ĠU C 234, 28.8.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-222/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Directtiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali) - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u serizzi - Artikolu 12 - Stima tal-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali - Komponiment soċjali tas-servizz universali - Artikolu 13 - Iffinanzjar ta’ obbligi ta’ servizz universali - Determinazzjoni tal- piż inġust)

2010/C 328/02

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u A. Nijenhuis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u M. Jacobs, aġenti u S. Depré, avukat)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni żbaljata tal-Artikolu 12(1), tal-Artikolu 13(1) u tat-Taqsima A tal-Anness IV tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29 p. 367) — Komponent soċjali tas-servizz universali — Ħatra ta’ impriżi — Provvista ta’ kundizzjonijiet tariffarji partikolari — Nuqqas ta’ trasparenza

Dispożittiv

(1)

Ir-Renju tal-Belġju,

minn naħa, billi naqas milli jipprevedi, fil-kalkolu tal-ispiża netta tal-forniment tal-komponent soċjali tas-servizz universali, il-benefiċċji tas-suq li jgawdu minnhom l-impriżi li għandhom l-obbligu li jagħmlu dan il-forniment, inkluż il-benefiċji intanġibbli, u,

min-naħa l-oħra, billi kkonstata b’mod ġenerali u abbażi tal-kalkolu tal-ispejjeż netti tal-fornituri tas-servizz universali li qabel kien l-uniku fornitur ta’ dan is-servizz, li l-impriżi kollha li issa huma obbligati li jfornu l-imsemmi servizz huma fil-fatt suġġetti għal piż inġust minħabba dan il-forniment, u billi għamel dan mingħajr ma wettaq eżami partikolari, kemm tal-ispiża netta li tirrappreżenta l-forniment tas-servizz universali għal kull operatur ikkonċernat, kif ukoll tal-karatteristiċi kollha ta’ dan tal-aħħar, bħal-livell tat-tagħmir tiegħu jew tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tiegħu,

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 12(1) u 13(1) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), rispettivament.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għal żewġ terzi tal-ispejjeż. Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għat-terz l-ieħor.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Grondwettelijk Hof — Belġju) — Base NV, Euphony Benelux NV, Mobistar SA, Uninet International NV, T2 Belgium NV, KPN Belgium NV vs Ministerraad

(Kawża C-389/08) (1)

(Telekomunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE (direttiva “qafas”) - Artikoli 2(g), 3 u 4 - Awtorità regolatorja nazzjonali - Leġiżlatur nazzjonali li jaġixxi bħala awtorità regolatorja nazzjonali - Direttiva 2002/22/KE (direttiva “servizz universali”) - Netwerks u servizzi - Artikolu 12 - Kalkolu tal-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali - Komponent soċjali tas-servizz universali - Artikolu 13 - Finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali - Determinazzjoni tal-piż inġust)

2010/C 328/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Base NV, Euphony Benelux NV, Mobistar SA, Uninet International NV, T2 Belgium NV, KPN Belgium NV

Konvenut: Ministerraad

Fil-preżenza ta’: Belgacom NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Grondwettelijk Hof — Il-Belġju — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) –Kalkolu tal-ispejjeż tal-obbligi ta’ servizz universali — Nuqqas ta’ evalwazzjoni każ b’każ

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) ma tipprekludix, bħala regola, hija stess, illi l-leġiżlatur nazzjonali jintervjeni fil-kwalità ta’ awtorità regolatorja nazzjonali fis-sens tad-direttiva qafas sakemm, fl-eżerċizzju ta’ din il-funzjoni, huwa jissodisfa r-rekwiżiti ta’ kompetenza, ta’ indipendenza, ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza stipulati mill-imsemmija direttivi u li d-deċiżjonijiet illi huwa jieħu fil-kuntest ta’ din il-funzjoni jistgħu jiġu appellati quddiem korp indipendenti mill-partijiet ikkonċernati, ħaġa li għandha tiġi vverfikata mill-Grondwettelijk Hof.

(2)

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/22 ma jipprekludix illi l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonstata b’mod ġenerali u abbażi tal-kalkolu tal-ispejjeż netti tal-fornitur tas-servizz universali, li preċedentement kien l-uniku fornitur ta’ dan is-servizz, li l-forniment tal-imsemmi servizz jista’ jirrappreżenta piż inġust fir-rigward tal-impriżi maħtura bħala fornituri ta’ servizz universali.

(3)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/22 jipprekludi illi l-imsemmija awtorità tikkonstata bl-istess mod u abbażi tal-istess kalkolu illi dawn l-impriżi huma effettivament suġġetti għal piż inġust minħabba dan il-forniment, mingħajr ma tkun għamlet eżami partikolari tas-sitwazzjoni ta’ kull waħda minnhom.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-512/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 KE - Sigurtà soċjali - Trattamenti mediċi li jingħataw fi Stat Membru ieħor u li jeħtieġu r-rikors għal tagħmir mediku ta’ importanza ewlenija - Bżonn ta’ awtorizzazzjoni minn qabel - Trattamenti pprogrammati mogħtija fi Stat Membru ieħor - Differenza bejn il-livelli ta’ kopertura fis-seħħ, rispettivament fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni u fl-Istat Membru ospitanti - Dritt tal-persuna assigurata għal intervent tal-istituzzjoni kompetenti kumplementatri għal dik tal-istituzzjoni tal-Istat Membru ospitanti)

2010/C 328/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell, G. Rozet u E. Traversa, aġenti

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A. Czubinski u G. de Bergues, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J.M. Rodríguez Cárcamo, aġent), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: A. Guimaraes-Purokoski, aġent), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: I. Rao, S. Ossowski, aġenti u M.-E. Demetriou, Barrister)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-awtoritajiet tal-Istat ta’ affiljazzjoni sabiex jinkiseb ir-rimbors ta’ ċerta kura li ma tingħatax fi sptarijiet irċevuta fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ rimbors tad-differenza bejn l-ammont irċevut mill-persuna assigurata li tkun irċeviet kura fi sptar fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ affiljazzjoni u l-ammont li kienu ikollha dritt għalih li kieku l-istess kura kienet ingħatat fl-Istat ta’ affiljazzjoni — Ostakoli mhux iġġustifikati għall-moviment liberu tas-servizzi.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, li intervenew f’din il-kawża, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra Vítor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves, Fernando Luis das Neves Palhota, Termiso Lda

(Kawża C-515/08) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE - Kollokament ta’ ħaddiema - Restrizzjonijiet - Min iħaddem stabbilit fi Stat Membru ieħor - Reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ kollokament li ssir minn qabel - Dokumenti li jikkonċernaw il-ħaddiem jew tax-xogħol - Ekwivalenti għal dawk previsti mid dritt tal-Istat Membru ospitanti - Kopja - Żamma għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali)

2010/C 328/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Vítor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves, Fernando Luis das Neves Palhota, Termiso Lda.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 50 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-impriżi tas-settur tal-bini li jwettqu xogħlijiet b’mod temporanju fi Stat Membru jipprovdu dikjarazzjoni ta’ kollokament lill-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti

Dispożittiv

L-Artikoli 56 TFUE U 57 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi, għal min iħaddem stabbilit fi Stat Membru li jikkolloka ħaddiema fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, it trażmissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ kollokament li ssir minn qabel sa fejn il-bidu tal-kollokament ippjanat huwa suġġett għan-notifika, lil din il-persuna li tħaddem, ta’ numru ta’ reġistrazzjoni ta’ din id dikjarazzjoni u fejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ dan l-ewwel Stat Membru għandhom terminu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol, mid-data ta’ riċeviment ta’ din id dikjarazzjoni, biex jagħmlu din in-notifika.

L-Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi, għal min iħaddem stabbilit fi Stat Membru ieħor li jikkolloka ħaddiema fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, iż-żamma għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu, matul il-perijodu ta’ kollokament, kopja ta’ dokumenti ekwivalenti għad-dokumenti li jikkonċernaw il-ħaddiem jew dwar ix-xogħol rikjesti mil-liġi tal-ewwel Stat kif ukoll it-trażmissjoni tagħhom lill-imsemmija awtoritajiet fi tmiem dan il-perijodu.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-House of Lords — ir-Renju Unit) — Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs Loyalty Management UK Limited (C-53/09), Baxi Group Ltd (C-55/09),

(Kawżi magħquda C-53/09 u C-55/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Ammont taxxabbli - Sistema ta’ promozzjoni ta’ bejgħ - Skema ta’ premjijiet għal lealtà li tippermetti lill-klijenti jirċievu punti mingħand il-kummerċjanti u jsarrfuhom fi premjijiet għal lealtà - Ħlasijiet magħmula mill-amministratur tal-iskema lill-fornituri li jipprovdu l-premjijiet għal lealtà - Ħlasijiet magħmula mill-kummerċjant lill-amministratur tal-iskema li jipprovdi l-premjijiet għal lealtà)

2010/C 328/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

House of Lords

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Konvenuti: Loyalty Management UK Limited (C-53/09), Baxi Group Ltd (C-55/09),

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — House of Lords — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5, 6, 11A(1)(a) u 17 tas-Sitt Drettiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġjijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Ammont taxxabbli — Skema ta’ premjijiet għal lealtà li tippermetti lill-utenti jġemmgħu punti minn kummerċjanti msieħba u jbiddluhom f’rigal jew f’voucher mingħand kummerċjanti miftiehma — Tisrif ta’ punti li jagħti lok għall-ħlas mill-amministratur tal-iskema ta’ miżata lill-kummerċjant miftiehem inkwistjoni — Skema ta’ premjijiet għal lealtà li tippermetti lill-klijenti ta’ negozju taxxabbli li jġemmgħu punti meta jixtru oġġetti u li jsarrfu dawn il-punti f’rigali mogħtija minn kumpannija terza ta’ pubbliċità u marketing responsabbli mill-gestjoni ta’ din l-iskema — Tisrif ta’ punti li jagħti d-dritt, lill-kumpannija terza, għall-ħlasijiet mill-persuna taxxabbli li jikkorrispondu għall-prezz tal-bejgħ rakkomandat tar-rigali mqassma

Dispożittiv

(1)

Fil-kuntest ta’ skema ta’ premjijiet għal lealtà tal-klijenti, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, l Artikoli 5, 6, 11A(1)(a), kif ukoll tal-Artikolu 17(2), fil- verżjoni tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 28f(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ħlasijiet magħmula mill-amministratur tal-iskema inkwistjoni lill-fornituri li jipprovdu l-premjijiet għal lealtà lill-klijenti għandhom jiġu kkunsidrati, fil-Kawża C-53/09, bħala l-korrispettiv, imħallas minn terz, għal provvista ta’ oġġetti lil dawn il-klijenti, jew, skont il-każ, għal provvista ta’ servizzi pprovduti lil dawn. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha l-obbligu tivverifika jekk dawn il-ħlasijiet jinkludux ukoll il-korrispettiv għal provvista ta’ servizzi li tikkorrispondi għal provvista distinta, u

ħlasijiet magħmula mill-isponser lill-amministratur tal-iskema inkwistjoni li jipprovdi premjijiet għal lealtà lill-klijenti għandhom jiġu kkunsidrati, fil-Kawża C-55/09, parti bħala l-korrispettiv imħallas minn terz, għall-provvista ta’ oġġetti lil dawn il-klijenti u parti bħala l-korrispettiv għal provvista ta’ servizzi magħmula mill-amministratur ta’ din l-iskema għall-benefiċċju ta’ dan l-isponser.


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009

ĠU C 148, 05.06.2010


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-154/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Artikoli 3(2) u 8(2) - Ħatra tal-impriżi inkarigati mill-obbligi ta’ servizz universali - Traspożizzjoni inkorretta)

2010/C 328/07

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u A. Nijenhuis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, L. Morais, avukat)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3(2) u 8(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) — Ħatra tal-impriżi inkarigati mill-obbligi ta’ servizz universali

Dispożittiv

(1)

Billi ma ttrasponietx korrettament fid-dritt nazzjonali d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw il-ħatra tal-fornitur jew tal-fornituri tas-servizz universali u, fi kwalunkwe każ, billi ma żguratx l-applikazzjoni prattika ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3(2) u 8(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali).

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) — Secretary of State for Work and pensions vs Taous Lassal

(Kawża C-162/09) (1)

(Rinviju preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 16 - Dritt ta’ residenza permanenti - Applikazzjoni ratione temporis - Perijodi li ġew fi tmiemhom qabel id-data ta’ traspożizzjoni)

2010/C 328/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for Work and pensions

Konvenuta: Taous Lassal

Fil-presenza ta’: The Child Poverty Action Group

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Ċittadina tal-Unjoni li rrisjediet b’mod regolari fir-Renju Unit għal ħames snin qabel it-30 ta’ April 2006, data limitu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva, u li sussegwentement telqet mit-territorju għal perijodu ta’ 10 xhur — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodu li ġie fi tmiemu qabel it-30 ta’ April 2006 għar-rikonoxximent ta’ dritt ta’ residenza permanenti.

Dispożittiv

L-Artikolu 16(1) u (4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-perijodi ta’ residenza kontinwa ta’ ħames snin, li ġew fi tmiemhom qabel id-data ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/38, jiġifieri t-30 ta’ April 2006, skont l-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni qabel din id-data, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti skont l-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva, u

l-assenzi mill-Istat Membru ospitanti, inqas minn sentejn konsekuttivi, li seħħew wara t-30 ta’ April 2006 u wara residenza legali kontinwa ta’ ħames snin li ġiet fi tmiemha qabel din id-data, ma humiex ta’ natura li jaffettwaw il-kisba tad-dritt ta’ residenza permanenti skont l-Artikolu 16(1).


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-5 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Georgi Ivanov Elchinov vs Natsionalna zdravnoosiguritelna kasa

(Kawża C-173/09) (1)

(Sigurtà soċjali - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Assigurazzjoni għall-mard - Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor - Awtorizzazzjoni minn qabel - Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Modi ta’ rimbors lill-persuna assigurata ta’ spejjeż ta’ sptar inkorsi fi Stat Membru ieħor - Obbligu ta’ qorti inferjuri li tikkonforma mal-istruzzjonijiet ta’ qorti superjuri)

2010/C 328/09

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Georgi Ivanov Elchinov

Konvenut: Natsionalna zdravnoosiguritelna kasa

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 22(1)(ċ) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat u aġġornat bir-Regolament Nru 118/97 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 231), kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2006 (ĠU L 392, p. 1) — Assikurazzjoni għall-mard — Rifjut ta’ awtroizzazzjoni mill-istituzzjoni nazzjonali kompetenti ta’ spejjeż ffinanzjati mill-baġit tagħha (formola E 112) sabiex tinkiseb kura medika iktar effettiva fi Stat Membru ieħor barra minn dak ta’ residenza tal-pazjent assigurat — Preżunzjoni ta’ konnessjoni neċessarja bejn dan il-finanzjament u l-eżistenza ta’ din it-tip ta’ kura fit-territorju nazzjonali — Kunċett ta’ kura li ma tistax tingħata lill-persuna kkonċernata fl-Isttat Membru ta’ residenza — Modi ta’ awtorizzazzjoni tal-finanzjament u sistema applikabbli għar-rimbors tal-ispejjeż imħallsa — Obbligu ta’ qorti inferjuri li tikkonforma mal-istruzzjonijiet ta’ qorti superjuri li hija tikkunsidra kuntrarji għad-dritt Komunitarju

Dispożittiv

(1)

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li qorti nazzjonali, li għandha l-obbligu li tiddeċiedi wara r-rinviju li jsirilha minn qorti superjuri fuq appell quddiemha, tkun marbuta, skont id-dritt proċedurali nazzjonali, bl-evalwazzjonijiet ta’ dritt magħmula mill-qorti superjuri, jekk hija tikkunsidra li, fir-rigward tal-interpretazzjoni li hija talbet mill-Qorti tal-Ġustizzja, li l-imsemmija evalwazzjonijiet ma humiex konformi mad-dritt tal-Unjoni.

(2)

L-Artikoli 49 KE u 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru interpretata fis-sens li hija teskludi, fil-każijiet kollha, il-ħlas ta’ kura fl-isptar mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel fi Stat Membru ieħor.

(3)

Fir-rigward tal-kura medika li ma tistax tingħata fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jirrisjedi l-persuna assigurata, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 1408/71, kif emendat u aġġornat bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorizzazzjoni rikjesta taħt l-Artikolu 22(1)(ċ)(i) ma tistax tiġi rrifjutata:

jekk, meta s-servizzi previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali huma suġġetti għal lista li ma ssemmix espressament u speċifikament il-metodu ta’ trattament applikat, imma tiddefinixxi t-tipi ta’ trattamenti li l-istituzzjoni kompetenti ħallest għalihom, huwa stabbilit, b’applikazzjoni tal-prinċipji normali ta’ interpretazzjoni u wara eżami bbażat fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, u filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni medika kollha rilevanti u d-data xjentifika disponibbli, li dan il-metodu jikkorrispondi għal tipi ta’ trattamenti msemmija f’din il-lista; u

jekk trattament alternattiv li għandu l-istess grad ta’effettività ma jistax jingħata fi żmien xieraq fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħi tirrisjedi l-persuna assigurata.

L-istess artikolu jipprekludi li l-korpi nazzjonali msejħa li jiddeċiedu dwar talba għal awtorizzazzjoni minn qabel jippreżumu, waqt l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li l-kura fl-isptar ma tistax tingħata fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tirrisjedi l-persuna assigurata ma tinsabx fost is-servizzi li l-ħlas tagħhom huwa previst fil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat u, mill-banda l-oħra, li din il-kura fl-isptar tkun fost is-servizzi li jistgħu jingħataw fl-imsemmi Stat Membru

(4)

Meta huwa stabbilit li r-rifjut ta’ ħruġ ta’ awtorizzazzjoni rikjesta taħt l-Artikolu 22(1)(ċ)(i) tar-Regolament Nru 1408/71, kif emendat u aġġornat bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2006, ma kienx fondat, għalkemm il-kura fl-isptar hija lesta u l-ispiża tagħha hija mħallsa mill-persuna assigurata, il-qorti nazzjonali għandha tobbliga lill-istituzzjoni kompetenti, skont ir-regoli nazzjonali ta’ proċedura, li tirrimborsa lill-imsemmija persuna assigurata l-ammont li normalment din tal-aħħar kienet tħallas kieku l-awtorizzazzjoni inħarġet debitament.

L-imsemmi ammont huwa daqs l-ammont ta’ dak stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni li għaliha hija suġġetta l-istituzzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ngħatat il-kura fl-isptar. Jekk dan l-ammont huwa inqas mill-ammont li kien jirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ residenza fil-każ ta’ trattament fl-isptar ta’ dan l-imsemmi Stat Membru, għandu, barra minn hekk jingħata mill-istituzzjoni kompetenti, rimbors supplimentari, li jikkorrispondi għad-differenza bejn dawn iż-żewġ ammonti, fil-limitu tal-ispejjeż realment inkorsi.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari min-Naczelny Sąd Administracyjny — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Kronospan Mielec sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Rzeszowie

(Kawża C-222/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 9(2)(ċ) u (e) - Xogħlijiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp magħmula minn inġiniera - Determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi)

2010/C 328/10

Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kronospan Mielec sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Rzeszowie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu9(2)(ċ) u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) tas-Direttiva 77/388/KEE, Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif ukoll tal-Artikoli 52(a) u 56(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni — Servizzi ta’ riċerka u ta’ żvilupp, ipprovduti lil persuna taxxabbli stabbilita fil-Komunità Ewropea iżda barra l-Istat Membru li fih ingħataw materjalment is-servizzi — Klassifikazzjoni ta’ dawn is-servizzi kemm bħala “attivitajiet xjentifiċi” kif ukoll bħala “servizzi ta’ enġiniera”

Dispożittiv

Provvisti ta’ servizzi, li jikkonsistu fit-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp fil-qasam ambjentali u teknoloġiku, magħmula minn inġiniera stabbiliti fi Stat Membru fuq ordni u għall-benefiċċju ta’ destinatarju stabbilit fi Stat Membru ieħor, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “servizzi ta’ enġiniera” fis-sens tal-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Bolzano — l-Italja) — proċeduri kriminali vs Martha Nussbaumer

(Kawża C-224/09) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 92/57/KEE - Ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implementati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli - Artikolu 3 - Obbligi li jinħatar koordinatur fil-qasam ta’ sigurtà u ta’ saħħa kif ukoll li jiġi stabbilit proġett ta’ sigurtà u ta’ saħħa)

2010/C 328/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bolzano

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Martha Nussbaumer.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Bolzano — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5 Vol. 2, p. 71) — Xogħlijiet privati mhux suġġetti għall-permess tal-bini — Deroga mill-obbligu li jiġi maħtur koordinatur għal kwistjonijiet tas-sigurtà u tas-saħħa fl-istadju tal-preparazzjoni tal-proġett jew matul it-twettiq tiegħu

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandu jiġi interpretat b’dan il-mod:

l-Artikolu 3(1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti deroga, għal post ta’ kostruzzjoni li fih ser iseħħu xogħlijiet privati li ma jeħtiġux permess ta’ bini u li ser ikunu preżenti fih diversi kuntratturi, mill-obbligu tal-klijent jew ta’ dak responsabbbli mix-xogħlijiet li jinnomina koordinatur ta’ sigurtà u ta’ saħħa waqt l-istadju tal-preparazzjoni tal-proġett, jew, f’kull każ, qabel l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet;

l-Artikolu 3(2) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-obbligu tal-koordinatur responsabbli mill-istadju tar-realizzazzjoni tax-xogħol li jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà u ta’ saħħa għal meta diversi kuntratturi huma mqabbda f’post ta’ kostruzzjoni li fih ser iseħħu xogħlijiet privati li ma jeħtiġux permess ta’ bini u li ma tiħux bħala kriterju ta’ dan l obbligu r-riskji partikolari bħal dawk imsemmija fl-Anness II tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākās tiesas Senāts — Ir-Repubblika tal-Latvja) — Stils Met SIA vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-382/09) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Kapitolu 73 - Wajers bis-swiegli u kejbils tal-azzar - Intestatura 7312 - Kodiċi TARIC - Żball fil-klassifikazzjoni tariffarja - Ċirkulazzjoni libera tal-merkanziji - Regolament (KE) Nru 384/96 - Dazji antidumping - Multa daqs l-ammont totali tad-dazji antidumping)

2010/C 328/12

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stils Met SIA

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Kapitolu 73 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02, p. 382), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 14, p. 03), u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 327, p. 1) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 10, p. 45) — Wajers u kejbils tal-azzar, mhux miksijin jew miksijin biż-żingu, tkun xi tkun il-kompożizzjoni kimika tagħhom, b’mod partikolari dik tal-liga tal-azzar, li mhux ġejjin la mill-Moldova u lanqas mill-Marokk — Klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 7312108219, 7312108419, 7312108619 tan-Nomenklatura Magħquda għal 2004 u 2005 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal sanzjoni ta’ ammont li jikkorrispondi għal dak ta’ dazju antidumping

Dispożittiv

(1)

It-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej, stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha applikabbli fl-2004 u fl-2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kejbils tal-azzar li jsaddad, mhux mgħottijin jew miksijin jew mgħottijin biss b’żingu, fejn id-daqs tal-ikbar qatgħa trasversali huwa iktar minn 3 mm iżda inqas minn 48 mm u li mhumiex ġejjin la mir-Repubblika tal-Moldova u lanqas mill-Marokk jaqgħu taħt il-kodiċi TARIC 7312108219, 7312108419 jew 7312108619, skont id-daqs tal-qatgħa trasversali tagħhom.

(2)

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi l-impożizzjoni, fil-każ ta’ żball fil-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanziji importati fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, ta’ multa daqs l-ammont totali tad-dazji antidumping applikabbli, sakemm l-ammont tal-multa jiġi stabbilit taħt kundizzjonijiet simili għal dawk li jeżistu fid-dritt nazzjonali għal ksur tal-istess natura u tal-istess gravità, u li jagħti lis-sanzjoni natura effettiva, proporzjonata u dissważiva, ħaġa li għandha tiġi evalwata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-49/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis - Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 328/13

Lingwa tal-kawża: l-Isloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Alcover San Pedro, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: N. Pintar Gosenca, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jkun żgurat li tali installazzjonijiet joperaw skont ir-rekwiżiti tad-direttiva

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji kollha fil-qasam ta’ permessi għal installazzjonijiet industrijali, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, ir-Repubblika tas-Slovenja naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-127/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/42/KE dwar il-makkinarju - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 328/14

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanasou Apostolopoulou u G. Zavvos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/K, ir-Repubblika Ellenika naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblka Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Supreme Court — l-Irlanda) — J. McB. vs L. E.

(Kawża C-400/10 PPU) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali tal-minuri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Minuri li l-ġenituri tagħhom ma humiex miżżewġin - Dritt ta’ kustodja tal-missier - Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ‘drittijiet ta’ kustodja’ - Prinċipji ġenerali ta’ dritt u Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

2010/C 328/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J. McB.

Konvenuta: L. E.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243) — Minuri li l-ġenituri tiegħu ma humiex miżżewġin — Ditt ta’ kustodja tal-missier — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-missier li jikseb digriet mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex ikun jista’ jkollu d-dritt ta’ kustodja tal-minuri li jirrendi illegali t-tneħħija jew iż-żamma tal-minuri fil-post ta’ residenza abitwali tiegħu

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li d-dritt ta’ Stat Membru jissuġġetta l-akkwist ta’ dritt ta’ kustodja mill-missier ta’ minuri, mhux miżżewweġ mal-omm ta’ dan tal-aħħar, għall-kisba mill-missier ta’ deċiżjoni mill-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni li tagħtih tali dritt, li jista’ jirrendi illegali, fis-sens tal-Artikolu 2(11) ta’ dan ir-regolament, it-tneħħija tal-minuri minn ommu jew iż-żamma tiegħu.


(1)  ĠU C 260, 25.09.2010


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/10


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2010 minn Francisco Pérez Guerra kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 fil-Kawża T-142/10, Pérez Guerra vs BNP Paribas u Spanja

(Kawża C-142/10 P)

()

2010/C 328/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Francisco Pérez Guerra (rappreżentant: G. Soriano Bel, avukat)

Appellati: BNP Paribas u r-Renju ta’ Spanja

Talbiet tal-appellanti

Permezz ta’ digriet tat-24 ta’ Settembru 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/10


Appell ippreżentat fil-10 ta’ Ġunju 2010 minn Franssons Verkstäder AB mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħti fil-10 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-98/10 — Franssons Verkstäder vs UASI u Lindner Recyclingtech (makkinarju li jaqta’ l-karfa)

(Kawża C-290/10)

()

2010/C 328/17

Lingwa tal–kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Franssons Verkstäder AB (rappreżentant: O. Öhlén, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Permezz tad-digriet tad-9 ta’ Settembru 2010 il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/10


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-368/10)

()

2010/C 328/18

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra u F. Wilman)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet tal-parti rikorrenti

(1)

tikkonstata li, peress li l-awtorità kontraenti, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku għall-provvista u l-ġestjoni ta’ magni tal-kafé, ippubblikat taħt in-numru 2008/S 158-213630,

ippreskriviet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, it-tikketti Max Havelaar u EKO, jew tal-inqas tikketti bbażati fuq kriterji komparabbli jew identiċi, u dan bi ksur tal-Artikolu 23(6) u (8) tad-Direttiva 2004/18/KE (1),

użat, sabiex tikkontrolla l-kapaċità tal-operaturi ekonomiċi, tal-kriterji u tal-provi dwar is-sostennibbiltà tal-akkwisti u r-responsabbiltà soċjali tal-impriżi, u dan bi ksur tal-Artikolu 48(1) u (2), tal-Artikolu 44(2) u, fi kwalunkwe każ, tal-Artikolu 2 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq,

irreferiet, sabiex tifformula l-kriterji għall-għoti, għat-tikketti Max Havelaar u/jew EKO, jew tal-inqas għal tikketti bbażati fuq l-istess kriterji, u dan bi ksur tal-Artikolu 53(1) tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq,

ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ma osservax l-obbligi tiegħu taħt l-artikoli msemmija hawn fuq tad-Direttiva 2004/18/KE.

(2)

tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-Pajjiżi l-Baxxi ma osservawx l-obbligi tagħhom taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, u b’mod partikolari dawk tad-Direttiva 2004/18/KE, fl-għoti mill-provinċja ta’ Noord-Holland, ta’ kuntratt pubbliku għall-provvista u l-ġestjoni ta’ magni tal-kafé. Il-ksur ikkonstatat jirrigwarda l-Artikolu 23(6) u (8) sa fejn huma kkonċernati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-Artikoli 48(1) u (2), 44(2) u fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 2 sa fejn huwa kkonċernat il-kontroll tal-kapaċità ta’ operaturi ekonomiċi u l-Artikolu 53(1) tal-imsemmija Direttiva sa fejn huma kkonċernati l-kriterji għall-għoti.


(1)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Lulju 2010 — National Grid Indus BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam

(Kawża C-371/10)

()

2010/C 328/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: National Grid Indus BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam

Domandi preliminari

(1)

Jekk Stat Membru jimponi, minħabba t-trasferiment tas-sede, taxxa fuq l-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà ta’ kumpannija kkostitwita skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru u li tittrasferixxi s-sede reali tagħha minn dan l-Istat Membru lejn Stat Membru ieħor, din il-kumpannija tista’ tinvoka, fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju, l-Artikolu 43 KE (li sar l-Artikolu 49 TFUE) kontra dan l-Istat Membru?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv: taxxa fuq l-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà bħal dik inkwistjoni, li tintaxxa l-qliegħ kapitali tal-elementi tal-assi tal-kumpannija ttrasferit mill-Istat Membru ta’ oriġini lejn l-Istat Membru ospitanti, kif ikkakulat fil-mument tat-trasferiment tas-sede, mingħajr sospensjoni u mingħajr il-possibbiltà li jittieħed inkunsiderazzjoni t-telf kapitali sussegwenti, tikser l-Artikolu 43 KE (li sar l-Artikolu 49 TFUE), fis-sens li tali taxxa fuq l-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà ma tistax tiġi ġġustifikata min-neċessità li jitqassmu s-setgħat ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri?

(3)

Ir-risposta għad-domanda preċedenti tiddependi, b’mod partikolari, fuq iċ-ċirkustanza li t-taxxa fuq l-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà inkwistjoni tirrigwarda profitt (valutarju) miksub fil-kuntest tal-kompetenza fiskali Olandiża, filwaqt li dan il-profitt ma jistax jidher fil-pajjiż ospitanti skont is-sistema fiskali fis-seħħ hemmhekk?


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/12


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-387/10)

()

2010/C 328/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet tal-parti rikorrenti

Il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE u l-Artikolu 36 ŻEE, inkwantu adottat u żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet legali li permezz tagħha tillimita r-rappreżentazzjoni fiskali ta’ fondi tal-investiment u ta’ fondi immobiljari għall-istabbilimenti ta’ kreditu u t-trustees nazzjonali.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont il-Kummissjoni, dispożizzjonijiet, li permezz tagħhom huma biss l-istabbilimenti ta’ kreditu u t-trustees nazzjonali li jistgħu jinħatru bħala rappreżentanti fiskali ta’ fondi tal-investiment u ta’ fondi immobbiljari, joħolqu rekwiżit tal-istabbiliment li jillimita l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

B’mod kuntrarju għall-pożizzjoni tal-Awstrija, id-dispożizzjonijiet ikkontestati ma huma meħtieġa la sabiex itejbu l-kwalità tar-rappreżentanza fiskali u lanqas sabiex iħarsu l-interessi tal-investituri u tal-amministrazzjoni finanzjarja marbuta mal-adempiment korrett tal-obbligi fiskali. Għalhekk, ma tirriżulta ebda ġustifikazzjoni għal-limitazzjoni imposta fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/12


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-428/10)

()

2010/C 328/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (1) u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset li twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/36/KE skada fit-3 ta’ Awwissu 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tittrasponi d-Direttiva jew, fi kwalunkwe każ, hija ma kinitx informat lill-Kummissjoni bihom.


(1)  ĠU L 184, p. 17.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-13 ta’ Settembru 2010 — L-Istat Belġjan — SPF Finances vs BLM SA

(Kawża C-436/10)

()

2010/C 328/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Konvenuta: BLM SA

Domanda preliminari

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tittratta bħala provvista ta’ servizzi eżenti mit-taxxa, bħala kiri jew lokazzjoni ta’ beni immobbli fis-sens ta’ dan l-Artikolu 13B(b), l-użu għall-bżonnijiet privati ta’ diriġent u tal-familja tiegħu ta’ parti minn bini mibni jew miżmum taħt dritt reali għal proprjetà immobbli mill-persuna ġuridika taxxabbli, meta dan il-beni ta’ investiment ta lok għad-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit-13 ta’ Settembru 2010 — Lilia Druțu vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

(Kawża C-438/10)

()

2010/C 328/23

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lilia Druțu

Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

Domandi preliminari

(1)

[…] L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Atrikolu 90 KE) jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa nazzjonali li tikkostitwixxi kundizzjoni għall-ewwel reġistrazzjoni fir-Rumanija ta’ vetturi li huma diġà rreġistrati fi Stat Membru ieħor tal-UE, sa fejn il-vetturi li huma diġà rreġistrati fir-Rumanija jistgħu jkunu suġġetti ta’ tranżazzjonijiet mingħajr ma tinġabar tali taxxa?

(2)

Sa fejn it-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE huwa intiż sabiex jelimina l-elementi ta’ natura li jipproteġu s-suq nazzjonali u li jippreġudikaw il-prinċipji ta’ kompetizzjoni li jirregolaw is-suq Komunitarju, l-istabbiliment ta’ eżenzjonijiet għall-obbligu ta’ ħlas ta’ taxxa fuq it-tniġġis, li jibbenefikaw minnha wkoll il-vetturi mmanifatturati lokalment, jikkostitwixxi miżura ta’ protezzjoni tas-settur nazzjonali ta’ prodozzjoni ta’ vetturi bil-mutur?


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit-13 ta’ Settembru 2010 — S.C. DRA SPEED S.R.L. vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

(Kawża C-439/10)

()

2010/C 328/24

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: S.C. DRA SPEED S.R.L.

Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika direttament jew indirettament, fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni, ta’ kull deskrizzjoni, ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali, jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa fuq it-tniġġis għall-vetturi bil-mutur, imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, li għandha l-karatteristiċi stabbiliti mill-OUG Nru 50/2008, taxxa li tista’ tikkostitwixxi taxxa interna li taffetwa l-beni li joriġinaw minn Stati Membri oħra, sa fejn l-imsemmija taxxa ma hijiex miġbura waqt reġistrazzjoni mill-ġdid fir-Rumanija ta’ vettura bil-mutur li għandha l-istess karatteristiċi ta’ vettura użata importata?

(2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni ta’ tali natura li jagħtu protezzjoni indiretta lill-produzzjoni ta’ merkanzija oħra, jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa fuq it-tniġġis għal vetturi bil-mutur, imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, li għandha l-karatteristiċi stabbiliti permezz tad-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 50/2008, sa fejn d-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 218/2008 jeżonera mill-ħlas tat-taxxa fuq it-tniġġis il-kategorija ta’ vettura li għandha l-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi prodotti fir-Rumanija?


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit-13 ta’ Settembru 2010 — S.C. SEMTEX S.R.L. vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

(Kawża C-440/10)

()

2010/C 328/25

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: S.C. SEMTEX S.R.L.

Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika direttament jew indirettament, fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni, ta’ kull deskrizzjoni, ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali, jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa fuq it-tniġġis għall-vetturi bil-mutur, imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, li għandha l-karatteristiċi stabbiliti mill-OUG Nru 50/2008, taxxa li tista’ tikkostitwixxi taxxa interna li taffettwa l-beni li joriġinaw minn Stati Membri oħra, sa fejn l-imsemmija taxxa ma hijiex miġbura waqt reġistrazzjoni mill-ġdid fir-Rumanija ta’ vettura bil-mutur li għandha l-istess karatteristiċi ta’ vettura użata importata?

(2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni ta’ tali natura li jagħtu protezzjoni indiretta lill-produzzjoni ta’ merkanzija oħra, jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa fuq it-tniġġis għal vetturi bil-mutur, imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, li għandha l-karatteristiċi stabbiliti permezz tad-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 50/2008, sa fejn d-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 218/2008 jeżonera mill-ħlas tat-taxxa fuq l-inkwinament il-kategorija ta’ vettura li għandha l-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi prodotti fir-Rumanija?


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit-13 ta’ Settembru 2010 — Ioan ANGHEL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

(Kawża C-441/10)

()

2010/C 328/26

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ioan ANGHEL

Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika direttament jew indirettament, fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni, ta’ kull deskrizzjoni, ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali, jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa fuq it-tniġġis għall-vetturi bil-mutur, imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, li għandha karatteristiċi stabbiliti mill-OUG Nru 50/2008, taxxa li tista’ tikkostitwixxi taxxa interna li taffettwa l-beni li joriġinaw minn Stati Membri oħra, sa fejn l-imsemmija taxxa ma hijiex miġbura waqt reġistrazzjoni mill-ġdid fir-Rumanija ta’ vettura bil-mutur li għandha l-istess karatteristiċi ta’ vettura użata importata?

(2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni ta’ tali natura li jagħtu protezzjoni indiretta lill-produzzjoni ta’ merkanzija oħra, jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa fuq it-tniġġis għal vetturi bil-mutur, imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, li għandha l-karatteristiċi stabbiliti permezz tad-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 50/2008, sa fejn d-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 218/2008 jeżonera mill-ħlas tat-taxxa fuq it-tniġġis il-kategorija ta’ vettura li għandha l-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi prodotti fir-Rumanija?


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/15


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 minn Télévision française 1 SA (TF1) mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħtija fl-1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawżi magħquda T-598/08 u T-573/08, M6 u TFI vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-451/10 P)

()

2010/C 328/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Télévision française 1 SA (TF1) (rappreżentant: J. -P. Hordies, avukat)

Partijiet oħra fil-kawża: Métropole télévision (M6), Canal +, Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika ta’ Franza, France Télévisions

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawżi magħquda T-568/08 u T-573/08, M6 u TF1 vs Il-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Télévision française 1 SA (TF1) tilmenta li l-Qorti Ġenerali naqset milli tagħraf l-eżistenza ta’ diffikultajiet gravi fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni tal-għajnuna riċevuta minn France Télévisions, u dan billi kkonfermat l-pożizzjoni tal-Kummissjoni, diffikultajiet li kellhom iwasslu għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE. Għalhekk, permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka l-ksur tar-regoli dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-prova peress li l-Qorti Ġenerali kienet talbet lill-appellanti jipproduċu l-prova li kienu jeżistu dubji serji dwar id-destinazzjoni effettiva tal-għoti nnotifikat, mingħajr ma għamlet użu mill-prova tan-nuqqas ta’ assenzjazzjoni tal-għajnuna.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE meta ddeċidiet, minn naħa, li t-tnaqqis fid-dħul mir-reklamar ta’ France Télévisions, ikkawżat anki minn żbalji fil-ġestjoni, seta’ jagħmel tajjeb għalih id-dħul mill-għajnuna mill-Istat u, min-naħa l-oħra, billi tippreċiża li l-applikazzjoni ta’ l-artikolu ċċitat iktar ’il fuq ma kinitx tinvolvi evalwazzjoni tal-effiċjenza tal-iffunzjonar tas-servizz pubbliku.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov fis-16 ta’ Settembru 2010 — Jana Pereničová, Vladislav Perenič vs S.O.S. financ, spol sro

(Kawża C-453/10)

()

2010/C 328/28

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Prešov

Partijiet

Rikorrenti: Jana Pereničová, Vladislav Perenič.

Konvenuta: S.O.S. financ, spol s r.o..

Domandi preliminari

(1)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, huwa tali li jippermetti, jekk ikunu identifikati klawżoli kuntrattwali inġusti, li jiġi kkunsidrat li l-kuntratt kollu kemm hu ma jorbotx lill-konsumatur, jekk dan ikun iktar favorevoli lill-konsumatur?

(2)

Il-kriterji li jikkostitwixxu prattika kummerċjali żleali skont id-Direttiva 2005/29/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma tali li jista’ jiġi kkunsidrat li, għalkemm l-operatur isemmi fil-kuntratt rata perċentwali annwali (RPA) anqas minn dak reali, jista’ jiġi kkunsidrat li tali aġir tal-fornitur fil-konfront tal-konsumatur jikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali? Id-Direttiva 2005/29/KE tippermetti, jekk ikun stabbilit li hemm prattika kummerċjali żleali, li dan ikollu effett fuq il-validità tal-kuntratt ta’ kreditu u fuq il-kisba tal-għanijiet tal-Artikoli 4(1) u 6(1) tal-imsemmija direttiva, meta n-nullità tal-kuntratt hija aktar favorevoli għall-konsumatur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU L 149, p. 22.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiż l-Baxxi) fis-17 ta’ Settembru 2010 — G.A.P. Peeters-van Maasdijk vs Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(Kawża C-455/10)

()

2010/C 328/29

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: G.A.P. Peeters-van Maasdijk

Konvenut: Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan l-artikolu japplika wkoll għal ħaddiema li, wara l-aħħar impjieg tagħha, iżda waqt li hija tirċievi benefiċċju marbut ma’ inkapaċità għax-xogħol tittrasferixxi r-residenza tagħha fir-reġjun transkonfinali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru kompetenti?

(2)

L-Artikoli 45 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija kompatibbli ma’ dawn l-artikoli dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 19(1)(f) tal-Liġi dwar il-qgħad, li tissuġġetta l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċju tal-qgħad għall-kundizzjoni tar-residenza tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi, anki meta dik il-persuna kkonċernata tirrisjedi qrib il-fruntiera Olandiża u hija ffokata dejjem fuq is-suq tax-xogħol Olandiż?


(1)  Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-17 ta’ Settembru 2010 — Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT) vs Administración del Estado

(Kawża C-456/10)

()

2010/C 328/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT)

Konvenuta: Administración del Estado

Domanda preliminari

L-Artikolu 34 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikolu 28 TKE) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni li d-dritt nazzjonali Spanjol jimponi fuq il-proprjetarji ta’ liċenzja tat-tabakk milli jiżviluppaw attivita ta’ importazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk immanifatturati fi Stati Membri oħra, tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni jew miżura li għandha effett ekwivalenti, ipprojbiti mit-Trattat?


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/16


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2010 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fis-6 ta’ Lulju 2010 mil-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) fil-Kawża T-401/10, Luigi Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-460/10 P)

()

2010/C 328/31

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: Giuseppe Cipressa)

Appellata: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tas-6 ta’ Lulju 2010, fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni, mogħti fil-Kawża T-401/09, Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mis-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali;

tiddikjara li r-rikors tal-ewwel istanza, li wassal għad-digriet appellat, kien ammissibbli fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni;

u barra minn hekk,

prinċipalment, tilqa’ fl-intier tagħhom u mingħajr ebda eċċezzjoni, it-talbiet tar-rikors tal-ewwel istanza u tikkundanna lil konvenuta fl-ewwel istanza tirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż u l-onorarji kollha sostnuti minn dan tal-aħħar u dawk li jikkonċernaw il-kawża inkwistjoni fl-istanzi kollha tagħha;

jew, sussidjarjament, tibgħat il-kawża, li wasslet għal dan l-appell, lura quddiem il-qorti tal-prim istanza, komposta b’mod differenti, sabiex tiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Id-digriet appellat huwa illegali, b’mod partikolari, għar-raġunijiet li ġejjin a) interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati, foloz u irraġonevoli tal-prinċipji ta’ dritt li jirrigwardaw ir-responsabbiltà akwiljana, kif ukoll natura mingħajr motivazzjoni u illoġika tan-nuqqas ta’ osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward; b) nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, żball manifest ta’ evalwazzjoni, abbuż u żnaturament tal-fatti, eżami falz, inkomplet u żbaljat tal-provi prodotti mill-appellant, ksur tal-obbligu ta’ clare loqui, inkoerenza, natura indisputabbli, arbitrarja, illoġika, irrazzjonali u irraġonevoli; c) nuqqas mill-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi dwar l-aspetti fundamentali tal-kawża u nuqqas assolut ta’ miżuri istruttorji; d) ħelsien mill-obbligu għall-qorti li tibbaża d-dikjarazzjonijiet tagħha, inkluż l-evalwazzjoni tal-provi, fuq l-esperjenza u s-sens komun, e) interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati, foloz u irraġonevoli tal-prinċipji ta’ dritt fuq l-għamla u l-oneru tal-provi quddiem il-qorti.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/17


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 minn Deutsche Post AG kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-570/08, Deutsche Post AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-463/10 P)

()

2010/C 328/32

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Post AG (rappreżentanti: J. Sedemund und T. Lübbig, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tirrevoka kompletament id-digriet appellat tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-570/08;

tiċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Ottubru 2008 dwar “Ordni sabiex tiġi pprovduta informazzjoni” skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 fil-Każ “Għajnuna mill-Istat C 36/2007 — Il-Ġermanja; Għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG”;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-suġġett ta’ dan l-appell huwa d-digriet tal-Qorti Ġenerali li permezz tiegħu dik il-qorti ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tal-appellanti kontra l-ordni sabiex tiġi pprovduta informazzjoni indirizzata mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ottubru 2008 lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest tal-proċedura dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-appellanti.

Il-kwistjoni prinċipali f’dan l-appell hija jekk, u taħt liema kundizzjonijiet, deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni taħt l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, tistax tiġi kkontestata. Fil-fehma tal-appellanti, rikors kontra deċiżjoni li permezz tagħha tiġi ordnata l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni, informazzjoni li kienet fil-pussess tagħha biss, huwa ammissibbli meta jikkontesta l-osservanza tar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999 u n-neċessità tal-informazzjoni mitluba.

Għall-kuntrarju, il-Qorti Ġenerali essenzjalment ċaħdet l-ammissibbiltà ta’ tali rikors bl-argument li d-deċiżjoni li titlob informazzjoni ma għandhiex effetti legali. Skont il-Qorti Ġenerali, tali deċiżjoni hija sempliċi miżura intermedjarja li sservi biss bħala preparazzjoni għal deċiżjoni finali.

L-appellanti tinvoka ħames aggravji:

(1)

Fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li deċiżjoni li titlob informazzjoni, bħala att legali vinkolanti tal-Unjoni, taqa’ taħt l-istħarriġ tal-qorti Ewropea. L-Istati Membri huma obbligati, taħt l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 288(4) TFUE u fid-dawl tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali li jirriżulta mill-Artikolu 4(3) TUE, jikkomunikaw l-informazzjoni mitluba. Sa fejn l-Istat Membru huwa obbligat jimplementa d-deċiżjoni, l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni jgħaddi direttament fuq l-appellanti, li għandha (esklużivament) fil-pussess tagħha l-informazzjoni mitluba.

(2)

Il-Qorti Ġenerali lanqas ma kkunsidrat li huwa inkompatibbli mal-garanzija ta’ protezzjoni ġudizzjarja taħt id-dritt tal-Unjoni li Stat Membru u impriża kkonċernata direttament ikollhom jikkomunikaw l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, u dan mingħajr ma jitqies jekk fil-fatt kinux sodisfatti r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 10(3) u jekk l-informazzjoni mitluba hijiex b’xi mod rilevanti għall-finijiet tal-proċedura ta’ kontroll ta’ għajnuna mill-Istat.

(3)

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 10(3) u t-tielet sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 sa fejn ma kkunsidratx li d-deċiżjoni li titlob informazzjoni għandha effetti diretti fuq il-pożizzjoni legali tal-Istat Membru u tal-kumpannija kkonċernata, u dan minħabba li t-tielet sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tippermetti lill-Kummissjoni, fil-każ li l-ordni sabiex tiġi pprovduta informazzjoni ma tkunx sodisfatta, tadotta deċiżjoni dwar l-eventwali għajnuna fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli. Dan iwassal għal tnaqqis fl-oneru tal-prova tal-Kummissjoni, tnaqqis li għandu impatt negattiv kunsiderevoli fuq il-pożizzjoni proċedurali tal-kumpannija kkonċernata li, sabiex tipproteġi d-dritt tagħha, tkun kostretta tikkomunika l-informazzjoni mitluba.

(4)

Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta nnegat li d-deċiżjoni li titlob informazzjoni għandha effetti legali bl-argument li tali deċiżjoni hija sempliċi miżura intermedjarja li sservi biss bħala preparazzjoni għal deċiżjoni finali. B’hekk, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li n-natura kontestabbli ta’ miżura allegatament intermedjarja — bħad-deċiżjoni taħt l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 — ma tkunx eskluża meta tali miżura jkollha effetti legali negattivi.

(5)

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li ksur ta’ dispożizzjoni legali min-naħa tal-Kummissjoni meta adottat id-deċiżjoni li titlob informazzjoni ma jkunx jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod adegwat fil-kuntest ta’ rikors kontra d-deċiżjoni finali li tagħlaq il-proċedura, u dan b’mod partikolari minħabba li f’dak il-mument ma tkunx tista’ titressaq kontestazzjoni fuq il-bażi tan-natura inkompleta tal-fatti tal-każ. Barra minn hekk, il-fatt li l-kumpannija kkonċernata — bħal f’dan il-każ — tissodisfa b’mod prematur ordni illegali sabiex tiġi pprovduta informazzjoni jista’ jkollu effetti temporali u finanzjarji kunsiderevoli fuq tali kumpannija.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Gießen (Il-Ġermanja) fit-28 ta’ Settembru 2010 — Strafverfahren vs Baris Akyüz

(Kawża C-467/10)

()

2010/C 328/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Gießen

Parti fil-kawża prinċipali

Baris Akyüz

Domandi preliminari

(a)

L-Artikolu 1(2) moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u

(b)

l-Artikolu 2(1) moqri flimkien mal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (2)

għandhom jiġu interpretati fis-sens li,

(1)

jipprekludu li Stat Membru (Stat Membru ospitanti) jirrifjuta li jirrikonoxxi fit-territorju tiegħu liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor (Stat Membru emittenti) meta qabel il-kisba ta’ din il-liċenzja fl-Istat Membru emittenti ġie rrifjutat ħruġ ta’ tali liċenzja fl-Istat Membru ospitanti peress li l-persuna inkwistjoni ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan ta’ vettura b’sigurtà.

(2)

fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv: jipprekludu li Stat Membru (Stat Membru ospitanti) jirrifjuta li jirrikonoxxi fit-territorju tiegħu tiegħu liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor (Stat Membru emittenti) meta qabel il-kisba ta’ din il-liċenzja fl-Istat Membru emittenti ġie rrifjutat ħruġ ta’ tali liċenzja fl-Istat Membru ospitanti peress li l-persuna inkwistjoni ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kapaċità fiżika u mentali għas-sewqan ta’ vettura b’sigurtà abbażi tal-informazzjoni fil-liċenzja tas-sewqan infisha, jew ta’ informazzjoni oħra indiskutabbli provenjenti mill-Istat Membru emittenti, jew informazzjoni oħra indiskutabbli, b’mod partikolari, informazzjoni pprovduta mill-proprjetarju tal-liċenzja tas-sewqan innifsu jew informazzjoni oħra mogħtija mill-Istat Membru ospitanti, fil-każ li jiġi stabbilit li hemm ksur tar-residenza skont l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 91/439/KEE jew l-Artikolu 7(1)(e) tad-Direttiva 2006/126/KE

jekk din l-informazzjoni oħra indiskutabbli, b’mod partikolari, informazzjoni pprovduta mill-proprjetarju tal-liċenzja tas-sewqan innifsu jew informazzjoni oħra mogħtija mill-Istat Membru ospitanti ma tkunx biżżejjed: l-informazzjoni tkun tirriżulta wkoll mill-Istat Membru emittenti fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jekk tkun ġiet trażmessa minn dan l-Istat Mmebru, mhux direttament iżda indirettament, f’forma ta’ notifika, ibbażata fuq informazzjoni minn terzi, b’mod partikolari, l-ambaxxata tal-Istat Membru ospitanti fl-Istat Membru emittenti.

(3)

jipprekludu li Stat Membru (Stat Membru ospitanti) jirrifjuta li jirrikonoxxi fit-territorju tiegħu liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor (Stat Membru emittenti) meta r-rekwiżiti formali għall-kisba ta’ liċenzja tas-sewqan ġew sodisfatti fl-Istat Membru emittenti, iżda jiġi stabbilit li r-residenza inkwistjoni hija sempliċement intiża għall-kisba tal-imsemmija liċenjza u mhux għal għan ieħor protett mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari, l-libertajiet fundamentali tat-TFUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew li huma inklużi fil-Konvenzjoni Ewropea tal-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (turiżmu tal-liċenzja tas-sewqan)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317.

(2)  ĠU L 403, p. 18.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/19


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-470/10)

()

2010/C 328/34

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u I.V. Rogalski, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi żammet fis-seħħ rekwiżit ta’ reġistrazzjoni u ta’ akkreditazzjoni mill-awtoritajiet Portugiżi fir-rigward ta’ kwalunkwe provvista temporanja ta’ servizz minn aġenti ta’ privattivi Komunitarji li diġà huma legalment stabbiliti fi Stat Membru ieħor u billi wettqet kontroll tal-kwalifiki professjonali tal-aġenti ta’ privattivi Komunitarji li jiċċaqilqu fil-Portugal, anki fil-każ ta’ provvista temporanja ta’ servizz, ir-Repubblika Portugiża ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 TFUE u l-Artikoli 5 sa 7 tad-Direttiva 2005/36/KE (1) dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-leġiżlazzjoni Portugiża inkwistjoni tipprekludi lill-aġenti ta’ trade marks u ta’ privattivi legalment stabbiliti fi Stat Membru ieħor milli jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ rappreżentanza tagħhom mal-Instituto Nacional da Propriedade Industrial (Istitut Nazzjonali tal-Proprjetà Industrijali, “INPI”), fil-Portugall, meta dawn jiċċaqilqu sabiex jipprovdu servizz lil klijenti li jinsabu fi Stat Membru ieħor, jekk ma jkunux preċedentement issottomettew ruħhom għal verifika tal-kwalifiki sabiex jiġu akkreditati jew rikonoxxuti minn dan l-istitut.


(1)  ĠU L 255, p. 22


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg (l-Awstrija) fit-28 ta’ Settembru 2010 — Martin Wohl u Ildiko Veres vs Magistrat der Stadt Salzburg, parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt

(Kawża C-471/10)

()

2010/C 328/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Martin Wohl u Ildiko Veres

Konvenut: Magistrat der Stadt Salzburg

Parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt

Domanda preliminari

L-Anness X tal-lista msemmija fl-Artikolu 24 tal-Att għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea (1. Moviment liberu tal-persuni) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema mill-Ungerija lill-Awstrija ma għandux jitqies bħala kollokament ta’ ħaddiema u li r-restrizzjonijiet nazzjonali fuq l-impjieg tal-ħaddiema Ungeriżi/Slovakki fl-Awstrija huma applikabbli wkoll fl-Awstrija għall-ħaddiema Ungeriżi/Slovakki mqiegħda għad-dispożizzjoni minn impriżi Ungeriżi (u impjegati b’mod legali minnhom)?


(1)  ĠU 2003, L 236, p. 846.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/19


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

(Kawża C-473/10)

()

2010/C 328/36

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u B.D. Simon, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ungerija

Talbiet tar-rikorrenti

Il-Kummissjoni titlob sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

(1)

tiddikjara li r-Repubblika tal-Ungerija:

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3), u taħt l-Anness II, tad-Direttiva 91/440/KEE kif emendata (1), u taħt l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE (2) sa fejn hija ma żguratax l-indipendenza mill-kumpanniji tal-ferroviji fl-indikazzjoni tal-mogħdiji għall-ferrovija,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3), u taħt l-Anness II, tad-Direttiva 91/440/KEE, kif emendata, u taħt l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/14/KE sa fejn hija ma żguratx l-indipendenza mill-kumpanniji tal-ferroviji fl-istabbiliment tat-tariffi,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/14/KE sa fejn hija ma żguratx il-bilanċ finanzjarju tal-amministraturi tal-infrastruttura,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2001/14/KE sa fejn hija ma tatx lill-amministraturi tal-infrastruttura inċentivi sabiex inaqqsu l-ispejjeż tal-provvista tal-infrastruttura u t-tariffi għall-użu tal-infrastruttura,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2001/14/KE sa fejn hija ma żguratx li t-tariffi għall-pakkett ta’ aċċess minimu u aċċess għall-binarju għal faċilitajiet tas-servizzi jiġu stabbiliti skont l-ispejjeż li jiġu inkorsi direttament bħala riżultat tal-operazzjoni tas-servizz tal-ferrovija,

naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE sa fejn hija ma implementatx skema sabiex tinkoraġixxi lil impriżi tal-ferrovija u l-amministratur tal-infrastruttura jnaqqsu d-disturb u jtejbu l-ħidma tan-netwerk tal-ferrovija;

(2)

tordna li r-Repubblika tal-Ungerija tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-għan tad-Direttiva 91/440/KEE u tad-Direttiva 2001/14/KE huwa li jiggarantixxu l-aċċess għall-infrastruttura tal-ferroviji għall-impriżi f’dan il-qasam taħt kundizzjonijiet ugwali u mingħajr diskriminazzjoni. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, l-imsemmija direttivi jipprovdu li l-korpi li jipprovdu servizzi ta’ trasport ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet rigward l-indikazzjoni tal-mogħdiji għall-ferroviji u li korp indipendenti għandu jieħu ħsieb l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura. Jekk impriża tal-ferroviji tieħu ħsieb il-ġestjoni tat-traffiku, tikseb neċessarjament vantaġġ kompetittiv, għaliex, sabiex twettaq dawn il-kompiti ta’ ġestjoni, għandu jkollha informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi li jipprovdu l-impriżi tal-ferroviji, il-volum tagħhom u l-ħinijiet tagħhom.

Dan ir-rikors ġie mmotivat, fost l-oħrajn, mill-fatt li fl-Ungerija, bi ksur ta’ dak li ġie stabbilit mid-direttivi msemmija, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ferroviji tinsab f’idejn korpi li jipprovdu servizzi ta’ trasport bil-ferrovija.

Ma jistax jitqies li l-ġestjoni tat-traffiku hija attività ta’ amministrazzjoni tal-infrastruttura li ma hijiex marbuta mal-indikazzjoni tal-mogħdiji għall-ferrovija jew mal-allokazzjoni tal-kapaċità, peress li min iwettaq dan neċessarjament jieħu sehem fil-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet rigward tali indikazzjoni jew allokazzjoni. Minn naħa, dak li jieħu ħsieb il-ġestjoni tat-traffiku għandu jkun informat bid-deċiżjonijiet ta’ allokazzjoni tal-kapaċità sabiex ikun jista’ jiżviluppa l-attività ta’ ġestjoni tiegħu; min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ disturb fit-traffiku jew ta’ emerġenza għandu jieħu l-miżuri li jirriżultaw neċessarji għall-istabbiliment mill-ġdid taċ-ċirkulazzjoni fit-termini stabbiliti, u dan jimplika neċessarjament allokazzjoni ġdida tal-kapaċità tan-netwerk u indikazzjoni ġdida tal-mogħdiji għall-ferrovija disponibbli.

Il-prinċipju tal-indipendenza tal-ġestjoni tat-traffiku huwa miskur sa fejn fl-Ungerija, l-impriżi tal-ferroviji joħorġu fatturi dettaljati dwar it-tariffi għall-użu tal-infrastrutturi. Peress li l-fatturi dettaljati jirreferu neċessarjament, fost l-oħrajn, għas-servizzi użati minn impriżi tal-ferroviji speċifiċi, kif ukoll għall-volum u għall-ħinijiet tagħhom, huma jagħtu vantaġġ kompetittiv lill-impriżi li joħorġuhom.

Barra min-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit ta’ indipendenza fl-indikazzjoni tal-mogħdiji għall-ferrovija, ir-Repubblika tal-Ungerija naqset ukoll milli twettaq l-obbligi li joħorġu mid-Direttivi 91/440 u 2001/14, sa fejn:

ma stabbilietx r-rekwiżiti neċessarji sabiex tiżgura l-bilanċ finanzjarju tal-amministraturi tal-infrastrutturi;

ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lill-amministraturi tal-infrastrutturi jnaqqsu t-tariffi ta’ aċċess għan-netwerk u l-ispejjeż għall-ġestjoni;

ma adottatx il-miżuri ta’ eżekuzzjoni neċessarji sabiex tiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ spejjeż diretti fid-determinazzjoni tat-tariffi għall-aċċess permezz ta’ stallazzjonijiet ta’ servizz u, fl-aħħar nett,

ma adottatx sistema ta’ miżuri sabiex tagħti inċentiv lill-impriżi ta’ ferroviji u lill-amministratur tal-infrastrutturi sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun id-disturbi u sabiex itejbu l-ħidma tan-netwerk tal-ferroviji.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341).

(2)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/21


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2010 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-571/08, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-475/10 P)

()

2010/C 328/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u N. Graf Vitzthum, aġenti)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tirrevoka d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-571/08, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-suġġett ta’ dan l-appell huwa d-digriet tal-Qorti Ġenerali li permezz tiegħu din il-qorti, fil-kuntest ta’ kwistjoni proċedurali, ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tal-appellanti kontra l-ordni li tiġi pprovduta informazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ottubru 2008 fil-kuntest tal-proċedura dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Deutsche Post AG (iktar ’il quddiem “DPAG”).

Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ordnat lill-appellanti tikkomunika l-informazzjoni dwar l-ispejjeż kollha u dwar id-dħul kollu ta’ DPAG fil-perijodu bejn l-1989 u l-2007 u dan minkejja li l-privatizzazzjoni ta’ DPAG, li fil-kuntest tagħha essenzjalment sar il-ħlas tat-trasferiment ikkontestat, kienet diġà tlestiet fl-1994. Minflok ma ċċarat il-kwistjoni legali ta’ liema perijodi ta’ żmien kellhom attwalment jittieħdu inkunsiderazzjoni u mingħajr ma kkunsidrat l-oneru relatat mat-talba tagħha, il-Kummissjoni talbet inizjalment informazzjoni dwar id-dħul u l-ispejjeż ta’ DPAG għall-perijodu kollu mill-privatizzazzjoni tagħha sal-preżent. B’dan l-approċċ il-Kummissjoni ħolqot oneru sproporzjonat għall-appellanti u għall-impriża kkonċernata.

Huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċċara jekk, bħala prinċipju, il-Kummissjoni tistax effettivament tobbliga b’mod arbitrarju lil Stat Membru, fil-kuntest ta’ proċedura dwar għajnuna mill-Istat, sabiex jikkomunika informazzjoni mingħajr ma din l-ordni tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju dirett. Jekk l-evalwazzjoni legali tal-Qorti Ġenerali, jiġifieri li tali ordnijiet ma jistgħux jiġu kkontestati, tkun korretta, l-Istati Membri u l-impriżi kkonċernati jkollhom inizjalment jassumu f’kull każ oneru kunsiderevoli (anki mill-aspett finanzjarju) sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ tali ordnijiet, anki jekk fil-fehma tagħhom dawn ikunu illegali. Barra minn hekk, dan joħloq ir-riskju li jiġu żvelati sigrieti kummerċjali li jista’ jkun il-każ li l-iżvelar tagħhom ma jkunx importanti għall-proċedura dwar għajnuna mill-Istat.

Id-digriet appellat tal-Qorti Ġenerali huwa legalment żbaljat minħabba diversi raġunijiet.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod legalment żbaljat il-kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat u ma mxietx mal-ġurisprudenza dwar dan is-suġġett meta eżaminat l-att ikkontestat “billi rreferiet għas-sustanza tiegħu”. Fil-fatt, l-evalwazzjoni ta’ att fid-dawl tal-effetti legali materjali tiegħu hija rilevanti biss meta ma jkunx hemm deċiżjoni li, minħabba n-natura legali tagħha, jkollha natura vinkolanti. Madankollu, peress li n-natura vinkolanti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999, tirriżulta diġà min-natura legali tagħha, ma kienx hemm lok li jiġi mistħarreġ jekk ir-rieda tal-awtur tal-att kinitx li dan l-att effettivament ikollu effetti legali għall-appellanti.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tan-natura provviżorja tal-ordni li tiġi pprovduta informazzjoni meta kkonkludiet b’mod żbaljat, filwaqt li rreferiet għall-ġurisprudenza dwar l-ammissibbiltà ta’ rikors kontra l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni taħt id-dritt tal-kompetizzjoni, li n-natura definittiva tad-deċiżjoni hija wkoll determinanti għall-ammissibbiltà tar-rikors kontra ordni li tiġi pprovduta informazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni, ordni li hija inkwistjoni f’din il-kawża.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod legalment żbaljat l-effetti legali tal-ordni li tiġi pprovduta informazzjoni minħabba li injorat il-fatt li att jipproduċi effetti legali vinkolanti meta jolqot l-interessi tad-destinatarju tiegħu billi jibdel is-sitwazzjoni legali tiegħu. Dan huwa l-każ fir-rigward tal-ordni li tiġi pprovduta informazzjoni minħabba li jekk id-destinatarju ma jikkonformax ruħu magħha huwa jkun qiegħed jesponi ruħu għal sanzjonijiet. Dawn is-sanzjonijiet huma, minn naħa, il-fatt li l-Istat Membru ma jkunx jista’ jinvoka n-natura inkompleta tal-fatti u li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta deċiżjoni fuq il-bażi tal-istat li jkun jinsab fih il-fajl. Min-naħa l-oħra, dan jimplika tnaqqis fl-oneru ta’ prova meħtieġ sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tassumi li l-fatti allegati minnha huma stabbiliti. Dan jiffavorixxi s-sitwazzjoni proċedurali tal-Kummissjoni u, għalhekk, jisfavorixxi s-sitwazzjoni tal-Istat Membru inkwistjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. L-ordni li tiġi pprovduta informazzjoni tqiegħed lill-appellanti f’pożizzjoni fejn ikollha tagħżel bejn jew li tikser l-obbligi tagħha, u b’hekk ma tkunx tista’ tinvoka n-natura inkompleta tal-fatti u jitnaqqas l-oneru ta’ prova meħtieġ min-naħa tal-Kummissjoni, jew li, sabiex tipproteġi d-drittijiet tad-difiża tagħha, hija effettivament ikollha tipprovdi l-kwantità sproporzjonata ta’ informazzjoni mitluba. Min-naħa tiegħu dan jimplika, minbarra l-iżvantaġġ legali mġarrab, investiment straordinarju f’termini ta’ ħin u ta’ flus li ma jkunx ikkumpensat. B’mod ġenerali, l-ordni li tiġi pprovduta informazzjoni jista’ jkollha effetti legali anki għall-Istat Membru inkwistjoni sa fejn, jekk ma jikkonformax ruħu ma’ din l-ordni, dan l-Istat Membru jista’ jkun suġġett għal rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 258 TFUE u, eventwalment, għal proċedura għall-impożizzjoni ta’ multa taħt l-Artikolu 260 TFUE.

Ir-raba’ nett, id-digriet tal-Qorti Ġenerali jippreġudika l-prinċipju tal-istat tad-dritt u tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva minħabba li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-uniku rimedju sabiex wieħed jipproteġi ruħu minn ordni li tiġi pprovduta informazzjoni li tkun ta’ natura eċċessiva huwa li ma jikkonformax ruħu magħha. Madankollu, tali rimedju ma huwiex raġonevoli u jikser il-prinċipji msemmija. Il-protezzjoni ġudizzjarja kontra l-ordnijiet illegali li tiġi pprovduta informazzjoni ma tistax tiddependi mill-fatt li l-Istat Membru ma jikkonformax ruħu mal-imsemmija ordnijiet. Il-possibbiltà ta’ rikors kontra l-ordni li tiġi pprovduta informazzjoni hija l-uniku rimedju sabiex l-obbligu ta’ lealtà tal-Istat Membru ma jkunx suġġett għal setgħa diskrezzjonali illimitata tal-Kummissjoni u tippermetti wkoll lill-Kummissjoni, min-naħa tagħha, tosserva l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali tagħha mal-Istati Membri.

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-evalwazzjoni tal-kompetenzi fil-kawżi dwar għajnuna mill-Istat meta ddeċidiet li l-protezzjoni kontra l-ordnijiet li tiġi pprovduta informazzjoni li jkunu ta’ natura eċċessiva hija, għall-Istati Membri, li jirrifjutaw li jipprovdu l-informazzjoni li fil-fehma tagħha ma tkunx neċessarja sabiex jiġu stabbiliti l-fatti. Dan jimplika trasferiment tal-obbligu li jiġu stabbiliti l-fatti u tal-obbligu li jiġi ddeterminat is-suġġett tal-proċedura fuq l-Istati Membri, trasferiment li huwa kuntrarju għat-tqassim tal-kompetenzi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Dan it-trasferiment ta’ kompetenza li tirreferi għalih il-Qorti Ġenerali jippreġudika s-sistema ta’ kompetenzi prevista fl-Artikolu 107 TFUE u 108 TFUE, b’tali mod li r-riskju ta’ żball ta’ evalwazzjoni jgħaddi fuq l-Istati Membri u, għalhekk, il-Kummissjoni tinħeles mill-obbligu ta’ investigazzjoni materjali fid-dettall fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg (l-Awstrija) fl-1 ta’ Ottubru 2010 — projektart Errichtungsgesellschaft mbH, Eva Maria Pepic u Herbert Hilbe vs Grundverkehrs-Landeskommission Vorarlberg

(Kawża C-476/10)

()

2010/C 328/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: projektart Errichtungsgesellschaft mbH, Eva Maria Pepic und Herbert Hilbe.

Konvenuta: Grundverkehrs-Landeskommission Vorarlberg.

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1988, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat (1), u li tipprovdi li leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti li tirregola xiri ta’ residenzi sekondarji tista’ titħalla fis-seħħ, għandha tibqa’ tapplika għax-xiri ta’ residenzi sekondarji li jinsabu fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea minn ċittadin tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, li jagħmel parti miż-Żona Ekonomika Ewropea?

(2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li, fid-dawl tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1988, tipprojbixxi lil ċittadin tal-Prinċipat tal-Liechtenstein milli jixtri residenza sekondarja li tinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE dwar il-moviment liberu tal-kapital, b’tali mod li awtorità nazzjonali għandha tinjora tali leġiżlazzjoni nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/22


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-111/07, Agrofert Holding a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-477/10 P)

()

2010/C 328/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, P. Costa de Oliveira, V. Bottka, aġenti)

Appellati: Agrofert Holding a.s., Ir-Renju tal-Isvezja, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tad-Danimarka, Polski Koncern Naftowy Orlen SA

Talbiet tal-appellanti

tirrevoka s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-111/07, Agrofert Holding a.s. vs Il-Kummissjoni;

tagħti deċiżjoni finali dwar il-kwistjonijiet imqajma f’dan l-appell; u

tordna lir-rikorrenti fil-Kawża T-111/07 tħallas l-ispejjeż tal-Kummissjoni marbuta ma’ dik il-kawża u ma’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell jikkonċerna l-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti marbuta (i) mal-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki (iktar ’il quddiem “l-eċċezzjoni tal-investigazzjonijiet”), (ii) mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika (iktar ’il quddiem “l-eċċezzjoni tal-interessi kummerċjali”), (iii) mal-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem “l-eċċezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet”) u, (iv) mal-protezzjoni tal-pariri legali (iktar ’il quddiem “l-eċċezzjoni tal-pariri legali”). Dawn huma stabbiliti, rispettivament, fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2), fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1049/2001”).

B’mod iktar preċiż, dan l-appell ikopri l-applikazzjoni ta’ dawn l-eċċezzjonijiet għad-dokumenti f’fajl tal-Kummissjoni dwar proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 139/2004”).

Il-Kummissjoni tqis li fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-eċċezzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq meta naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti speċifiċi tal-proċeduri tad-dritt tal-kompetizzjoni u tal-garanziji mogħtija mir-Regolament Nru 139/2004 lill-impriżi li jkunu qegħdin jieħdu sehem fil-proċeduri ta’ konċentrazzjoni. B’mod partikolari, fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali ma pprovatx tistabbilixxi bilanċ ġenwin u armonjuż bejn iż-żewġ kuntesti legali applikabbli għal dan il-każ. Minflok, hija interpretat b’mod żbaljat ir-regoli dwar l-aċċess għal dokumenti u, għalhekk, għamlet inapplikabbli r-regoli dwar il-konċentrazzjonijiet.

L-ewwel kwistjoni mressqa għall-kunsiderazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tikkonċerna l-portata tal-obbligu tas-sigriet professjonali, kif stabbilit fir-Regolament Nru 139/2004 u fl-Artikolu 339 TFUE, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess, b’mod partikolari l-eċċezzjonijiet tal-investigazzjonijiet u tal-interessi kummerċjali.

It-tieni kwistjoni mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonċerna l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li f’dan il-każ ma kien hemm ebda ċirkustanzi partikolari li kellhom iwasslu għar-rifjut ta’ aċċess għal dokumenti, mingħajr ma kien meħtieġ li l-Kummissjoni teżamina, b’mod konkret u individwali, kull dokument mitlub u li tipprovdi motivazzjoni dettaljata għar-rifjut fir-rigward tal-kontenut ta’ kull dokument mitlub.

It-tielet kwistjoni tikkonċerna l-interpretazzjoni restrittiva tal-eċċezzjoni tal-investigazzjonijiet fis-sens li din l-eċċezzjoni ma tistax tapplika wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċedura amministrattiva tal-kontroll ta’ konċentrazzjoni.

Ir-raba’ kwistjoni mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonċerna l-portata tal-obbligu li tingħata motivazzjoni bil-għan li jintwera r-riskju ta’ żvelar b’mod partikolari għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u tal-pariri legali.

Fl-aħħar nett, il-ħames kwistjoni mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonċerna l-interpretazzjoni tar-regoli dwar aċċess parzjali. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija li, sabiex tkun tista’ twettaq b’mod effettiv l-investigazzjonijiet tagħha dwar konċentrazzjonijiet, hija għandha tikkonforma ruħha mal-obbligi imposti fuqha mir-Regolament Nru 139/2004, b’mod partikolari dawk marbuta mas-sigriet professjonali, irrispettivament mill-fatt li d-deċiżjoni tagħha tkun saret definittiva. Barra minn hekk, meta r-regoli proċedurali li jirregolaw qasam ta’ attività partikolari, kif interpretati mill-ġurisprudenza, jagħtu protezzjoni lil ċerti dokumenti, bħad-dokumenti interni tal-Kummissjoni, għandu jiġi rikonoxxut li tali dokumenti jibbenfikaw minn preżunzjoni ġenerali li mhumiex aċċessibbli taħt ir-Regolament Nru 1049/2001. Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tixħet dubji fuq il-portata tal-kapaċità tal-Kummissjoni li twettaq l-investigazzjonijiet tagħha f’dan il-qasam kif ukoll fuq id-drittijiet tal-partijiet li jkunu ssottomettewlha dokumenti u dan l-appell huwa intiż sabiex jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċċara l-approċċ korrett.

Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tippreżenta dan l-appell sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet fundamentali mqajma mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali u sabiex tkun tista’ tistabbilixxi interpretazzjoni koerenti u armonjuża taż-żewġ atti legali kkonċernati.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/24


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isveżja

(Kawża C-479/10)

()

2010/C 328/40

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Simonsson u A. Alcover San Pedro, bħala aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isveżja

Talbiet tal-partijiet rikorrenti

tiddikjara li billi eċċeda l-valuri tal-limitu ta’ PMlO fl-arja ambjentali fl-2005, 2006 u 2007 fiż-żoni SW 2 u SW 4 u fl-2005 u 2006 fiż-żoni SW 5, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE (1), tat-22 ta’ April 1999 dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali;

tikkundanna lir-Renju tal-Isveżja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 1999/30 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali ma teċċedix il-valuri tal-limitu stabbiliti f’Sezzjoni I tal-Anness III mid-dati speċifikati hemmhekk. Id-data rilevanti f’dan il-każ hija l-1 ta’ Jannar 2005.

Mir-rapporti mibgħuta mill-Isvezja lill-Kummissjoni dwar l-2005 sa 2007 jirriżulta li l-valuri tal-limitu għall-PMlO inqabeż fiż-żoni SW 2 u SW 4 matul dak il-perijodu kollu u fiż-żona SW 5 fl-2005 u 2006.

Konsegwentement, l-Isvezja naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 1999/30 fir-rigward ta’ dawk iż-żoni u ta’ dawn is-snin.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/24


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-480/10)

()

2010/C 328/41

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u K. Simonsson, bħala aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja

Talbiet tal-parti rikorrenti

tiddikjara li, billi llimita fil-prattika s-sistema ta’ ragruppament għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u

tikkundanna lir-Renju tal-Isvezja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-regoli Svediżi dwar ir-raggruppament għall-finijiet tal-VAT huma kuntrarji għall-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT, peress li l-applikazzjoni tagħhom hija llimitatata għal impriżi li huma attivi fil-qasam finanzjarju. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, sistemi nazzjonali ta’ ragruppament għall-finijiet tal-VAT għandhom japplikaw fuq l-impriżi kollha li huma stabbiliti fi Stat Membru li japplika l-ftehim, irrispettivament tat-tip ta’ attività mwettqa mill-impriża.

Is-sistema komuni tal-VAT hija sistema uniformi. L-introduzzjoni ta’ sistema speċjali f’din is-sistema għandha konsegwentement, bħala prinċipju, titwettaq b’tali mod li s-sistema tkun applikabbli b’mod ġenerali.

Ma hemm xejn fil-kliem tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT li jindika li Stat Membru jista’ jillimita l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ ragruppament għall-finijiet tal-VAT fuq ċerti impriżi attivi f’ċertu qasam.

L-għan tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT juri li din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem bħala li tapplika fuq l-impriżi kollha fl-oqsma kollha.

Barra minn hekk, ir-regoli Svediżi dwar is-sistema ta’ ragruppament għall-finijiet tal-VAT huma inkompatibbli mal-prinċipju tal-liġi tal-Unjoni Ewropea ta’ trattament ugwali.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana (l-Italja) fis-6 ta’ Ottubru 2010 — Teresa Cicala vs Regione Siciliana

(Kawża C-482/10)

()

2010/C 328/42

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Teresa Cicala

Konvenuta: Regione Siciliana

Domandi preliminari

(1)

Fir-rigward tal-Artikolu 3 tal-Liġi 241/1990 u l-Artikolu 3 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sqallija 10/1991, relatati mal-Artikolu 1 tal-Liġi 241/90, li jobbliga l-amministrazzjoni Taljana li tapplika l-prinċipji tas-sistema legali tal-Unjoni Ewropea, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti tal-amministrazzjoni pubblika previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-imsemmija normi nazzjonali, li jipprovdu li l-atti paritetiċi, jiġifieri drittijiet suġġettivi inerenti, li huma fi kwalunkwe każ vinkolanti, fil-qasam tal-pensjonijiet, jistgħu jaħarbu mill-obbligu ta’ motivazzjoni, u dan huwa każ ta’ ksur ta’ forma sostanzjali tal-att amministrattiv?.

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21g(2) tal-Liġi 241/1990, hekk kif interpretat fil-ġurisprudenza amministrattiva, relatat mal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-att amministrattiv stabbilit fl-Artikolu 3 tal-istess Liġi 241/1990 u tal-Liġi Reġjonali ta’ Sqallija 10/1991, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti tal-amministrazzjoni pubblika previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41(2)(ċ), tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huwa kompatibbli mal-Artikolu 1 tal-Liġi 241/1990, fejn huwa previst l-obbligu tal-amministrazzjoni li tapplika l-prinċipji tas-sistema legali tal-Unjoni Ewropea, u, konsegwentement, huma kompatibbli u ammissibbli l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-possibbiltà għall-amministrazzjoni li tissupplimenta l-motivazzjoni tal-att amministrattiv waqt il-proċeduri?


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/25


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-483/10)

()

2010/C 328/43

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tas-Spanja

Talbiet

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 4(1), 11(2), 14(1) u 30(1) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (1), u taħt l-Artikolu 10(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (2).

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Renju ta’ Spanja naqas li jimplementa d-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-direttivi msemmija iktar ’il fuq:

(1)

l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, sa fejn il-livell tal-ħlasijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-ferroviji jiġi “allokat” esklużivament mill-awtoritajiet statali, peress li jħallu l-irwol ta’ “amministratur tal-infrastrutturi” (AMIF) jitnaqqas għal sempliċi ġabra tal-ħlasijiet;

(2)

l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE, peress li l-iskema tal-piżijiet stabbiliti mill-awtoritajiet Spanjoli ma tipprovdix għal skema ta’ inċentivi taħt il-kriterji stipulati fl-imsemmi artikolu;

(3)

l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, peress li l-liġi Spanjola ma tiggarantixxxix suffiċjentement l-indipendenza tar-regolatur (il-Kumitat Regolatorju tal-Ferroviji) kontra ADIF (l-amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja) u RENFE-Operadora (kumpanija ferrovijarja taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp);

(4)

l-Artikolu 10(7) tad-Direttiva 91/440/KEE, peress li l-korp regolatur (il-Kumitat Regolatorju tal-Ferroviji) ma għandux il-mezzi neċessarji sabiex jeżerċita l-irwol ta’ sorveljanza tal-kompetizzjoni fis-swieq ferrovjarji li jagħtih dan l-artikolu;

(5)

l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2001/14/KE sa fejn il-leġiżlazzjoni Spanjola tipprovdi kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja li huma diskriminatorji; li jistgħu jwasslu sabiex, fil-fatt, jiġu aġġudikati mogħdijiet b’tul itwal minn perijodu ta’ validità tal-ħinjiet tas-servizz; u nuqqas ta’ speċifiċità.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/26


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-485/10)

()

2010/C 328/44

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Konstantinidis)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma ħaditx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex timplementa d-deċiżjoni tal-Kummissjoni E(2008) 3118, tat-2 ta’ Lulju 2008 (kif rettifikata permezz tad-deċiżjoni tal-Kummisjoni tat-13 ta’ Awwissu 2008), dwar għajnuna li hija tat lill-impriża Ellinika Nafpigeia AE, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma informatx b’mod suffiċjenti lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 19 tad-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3, 5, 6, 8, 9 u 11 sa 18 tal-imsemmija deċiżjoni, u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors tal-Kummissjoni għandu bħala s-suġġett tiegħu l-implementazzjoni mir-Repubblika Ellenika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna illegali mill-Istat li ġiet mogħtija lill-impriża Ellinika Nafpigeia AE u li għandha tiġi rkuprata mid-dipartiment mhux militari ta’ dik l-impriża.

Il-Kummissjoni tosserva li l-Greċja kellha tiżgura l-implementazzjoni tad-deċiżjoni f’terminu ta’ erba’ xhur li jibda jiddekorri min-notifika tagħha. Id-deċiżjoni ġiet innotifikata fit-13 ta’ Awwissu 2008 u l-Kummissjoni ma tat l-ebda proroga tat-terminu previst għall-implementazzjoni tad-deċiżjoni. Konsegwentement, it-terminu stabbilit għall-Greċja sabiex tikkonforma ruħha, minn perspettiva formali, mad-deċiżjoni skada fit-13 ta’ Diċembru 2008.

Il-Kummissjoni tfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-uniku motiv ta’ ġustifikazzjoni li jista’ jiġi invokat minn Stat Membru kontra rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 108(2) TFUE huwa dak ibbażat fuq l-impossibbiltà assoluta li tiġi implementata korrettament id-deċiżjoni.

Madankollu, f’dan il-każ, l-awtoritajiet Elleniċi qatt ma invokaw l-argument ibbażat fuq l-impossibbiltà assoluta tal-implementazzjoni. Kuntrarjament, huma, qabel kollox esprimew l-volontà tagħhom li jimplementaw id-deċiżjoni mill-iktar fis possibbli. Il-Kummissjoni madankollu tinnota li meta hija ppreżentat dan ir-rikors, l-awtoritajiet Elleniċi kienu għadhom ma ħadu l-ebda miżura sabiex jimplementaw, anki parzjalment, id-deċiżjoni.

Il-Kummissjoni tqis li l-Greċja ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex timplementa d-deċiżjoni kemm skont is-soluzzjoni li kienet is-suġġett ta’ skambju ta’ opinjonijiet bejn is-servizzi tagħha u l-awtoritajiet Elleniċi kompetenti, jew inkella bi kwalunkwe mod adegwat ieħor.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Ottubru 2010 — Barbara Mercredi vs Richard Chaffe

(Kawża C-497/10)

()

2010/C 328/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Barbara Mercredi

Konvenut: Richard Chaffe

Domandi preliminari

(1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tikkjarifika liema huwa t-test adegwat sabiex tiġi ddeterminata r-residenza abitwali ta’ minuri għall-finijiet tal-:

(a)

Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (1),

(b)

Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.

(2)

Qorti hija “istituzzjoni jew xi korp ieħor” li tista’ tingħata drittijiet ta’ kustodja għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003?

(3)

L-Artikolu 10 jibqa’ applikabbli wara li l-qrati tal-Istat Membru mitlub ikunu ċaħdu talba għar-ritorn tal-minuri taħt il-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Ħtif ta’ Minuri tal-1980 għar-raġuni li l-Artikoli 3 u 5 ma jkunux sodisfatti?

B’mod partikolari, kif għandu jiġi riżolt kunflitt bejn determinazzjoni magħmula mill-Istat mitlub li r-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 5 tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Ħtif ta’ Minuri tal-1980 mhumiex sodisfatti u determinazzjoni mill-Istat li jagħmel it-talba li r-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 5 huma sodisfatti?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


Il-Qorti Ġenerali

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2010 — Al-Faqih et vs Il-Kunsill

(Kawżi T-135/06 sa T-138/06) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi diretti kontra persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet fundamentali - Dritt għar-rispett tal-proprjetà, dritt għal smigħ u dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv)

2010/C 328/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Al-Bashir Mohammed Al-Faqih (Birmingham, Ir-Renju Unit); Sanabel Relief Agency Ltd (Birmingham); Ghunia Abdrabbah (Birmingham); u Taher Nasuf (Manchester, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment N. Garcia-Lora, solicitor, u S. Cox, barrister, sussegwentement N. Garcia-Lora u E. Grieves, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. J. Kuijper, sussegwentement C. O’Reilly u J. Aquilina, sussegwentement E. Paasivirta u P. Aalto, u fl-aħħar E. Paasivirta u M. Konstantinidis, aġenti); u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Gibbs, Z. Bryanston-Cross u S. Ossowski, aġenti, assistiti minn A. Dashwood, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Vol. 1, p. 294) kif emendat għat-tlieta u sittin darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE), Nru 246/2006, tal-10 ta’ Frar 2006 (ĠU L 40, p. 13), li jniżżel l-ismijiet tar-rikorrenti fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-135/06 sa T-138/06 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, kif emendat għat-tlieta u sittin darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE), Nru 246/2006, tal-10 ta’ Frar 2006, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Taher Nasuf, Ghunia Abdrabbah, u Sanabel Relief Agency Ltd.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, kif ukoll is-somom imħallsa minn qabel mill-kaxxier tal-Qorti Ġenerali bħala għajnuna legali.

(4)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 165, 15.07.2006.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2010 — Asenbaum vs UASI (WIENER WERKSTÄTTE)

(Kawżi T-230/08 u T-231/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade mark Komunitarja verbali WIENER WERKSTÄTTE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 328/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Asenbaum (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: P. Vögel u E. Ploil, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ April 2008 (Każijiet R 1573/2006-4 u R 1571/2006-4), dwar żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WIENER WERKSTÄTTE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Il-Kawżi T-230/08 u T-231/08 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

(2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(3)

Paul Asenbaum huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2010 — Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża T-439/08) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar l-għoti ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta’ Ċipru - Dokumenti li joriġinaw minn terz - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2010/C 328/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kalliope Agapiou Joséphidès (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: C. Joséphidès, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung u G. Rozet, aġenti); u Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentant: H. Monet, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-EACEA, tal-1 ta’ Awwissu 2008, dwar talba għal aċċess għad-dokumenti dwar l-għoti ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta’ Ċipru u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3749, tat-8 ta’ Awwissu 2008, dwar deċiżjoni individwali ta’ għoti ta’ sussidju fil-kuntest tal-Programm għall-edukazzjoni u l-formazzjoni tul il-ħajja, sub-programm Jean Monnet.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kalliope Agapiou Joséphidès hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 237, 20.12.2008.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2010 — Umbach vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/08) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm TACIS - Talba għal aċċess relatata mal-kawża bejn ir-rikorrent u l-Kummissjoni quddiem qorti ċivili Belġjana - Rifjut parzjali għal aċċess - Talba għal aċċess ibbażata fuq prinċipji li jirriżultaw mit-Trattat KE - Interess pubbliku superjuri)

2010/C 328/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dieter C. Umbach (Bangkok, it-Tajlandja) (rappreżentant: M. Stephani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Settembru 2008, li tirrifjuta l-aċċess tar-rikorrent għal ċerta data inkluża fid-dokumenti relatati ma’ kuntratt intitolat “TACIS Service Contract Nru 98.0414”, dwar l-assistenza għat-tfassil ta’ kodiċi amministrattiv favur il-Federazzjoni tar-Russja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Dieter C. Umbach huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2010 — Provincie Groningen u Provincie Drenthe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-69/09) (1)

(Rikors għal annullament - FEŻR - Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja u li tordna r-rimbors parzjali tas-somom imħallsa - Entità reġjonali - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà)

2010/C 328/50

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Provincie Groningen (il-Pajjiżi l-Baxxi) u Provincie Drenthe (il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Dekker u E. Belhadj, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u W. Roels, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 8355, tal-11 ta’ Diċembru 2008, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija fuq il-bażi tad-Dokument ta’ programmar individwali Nru 97.07.13.003, li jaqa’ taħt l-Obbjettiv Nru 2, dwar ir-reġjuni ta’ Groninge u Drenthe (il-Pajjiżi l-Baxxi), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(1997) 1362, tas-26 ta’ Mejju 1997.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Provincie Groningen u Provincie Drenthe huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/30


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2010 — Nexans France vs Impriża Konġunta Fusion for Energy

(Kawża T-415/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda ta’ offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2010/C 328/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nexans France SAS (Clichy, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Tran Thiet u J.-F. Le Corre, avukati)

Konvenuta: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: A. Verpont, aġent, assistit minn C. Kennedy-Loest, C. Thomas, M. Farley, solicitors, J. Derenne u N. Pourbaix, avukati)

Suġġett

Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-konvenuta, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt għall-provvista ta’ kondutturi TF u PF lil offerent ieħor.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/30


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2010 — Nencini vs Il-Parlament

(Kawża T-431/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru ta’ kumpens imħallas bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari u tal-ivvjaġġar - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2010/C 328/52

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Riccardo Nencini (Barberino di Mugello, l-Italja) (rappreżentant: F. Bertini, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorens, A. Caiola u D. Moore, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ diversi atti tal-Parlament dwar l-irkupru ta’ ħlasijiet indebiti ta’ kumpens Parlamentari.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/31


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2010 — Morte Navarro vs Il-Parlament

(Kawża T-280/09)

()

2010/C 328/53

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José Carlos Morte Navarro (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: J. González Buitrón, avukat)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni Nru 202.660 tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tal-5 ta’ Mejju 2009, li biha ġiet arkivjata l-petizzjoni ppreżentata minn J. Morte Navarro bin-Nru 1818-2008, u tiddeċiedi wkoll li b’hekk tilqa’ l-petizzjoni magħmula minn J. Morte Navarro bin-Nru 1818-1808 quddiem il-Parlament Ewropew u teżaminaha skont il-proċeduri legalment stabbiliti, u tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

sussidjarjament għat-talba fil-punt preċedenti u fil-każ li t-talba preċedenti ma tintlaqgħax, tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Mejju 2009 hawn fuq imsemmija, u

tikkundanna lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew sabiex jagħti deċiżjoni ġdida li permezz tagħha jiddetermina l-ammissibilità jew l-inammissibbiltà tal-petizzjoni magħmula minn J. Morte Navarro, u tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors qed isir kontra d-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tal-5 ta’ Mejju 2009, li biha ġiet arkivjata l-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent, peress li ma taqax b’mod ċar taħt il-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea.

Permezz ta’ tali talba, ir-rikorrent talab il-ftuħ ta’ investigazzjoni, mill-Parlament Ewropew, sabiex skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iħeġġeġ lill-Kunsill li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ ksur gravi u persistenti mill-Istat Spanjol tal-prinċipji ta’ libertà, ta’ demokrazija, ta’ rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u tal-istat tad-dritt, imsemmija fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent jallega n-nuqqas ta’ motivazzjoni xierqa tad-deċiżjoni kkontestata, peress li din id-deċiżjoni ma għandha ebda argument, lil hinn mis-sempliċi affermazzjoni li t-talba inkwistjoni ma taqax b’mod ċar taħt l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea, li jippermettilu jsir taf ir-raġunijiet u l-bażi li wasslu lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew sabiex jarkivja l-petizzjoni tiegħu.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/31


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2010 — Brighton Collectibles vs UASI — Felmar (BRIGHTON)

(Kawża T-403/10)

()

2010/C 328/54

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Brighton Collectibles, Inc. (City of Industry, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: R. Delorey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Felmar (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 408/2009-4;

tannulla kull ordni għall-ħlas tal-ispejjeż kontra r-rikorrenti maħruġa mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BRIGHTON”, għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks verbali u figurattivi mhux irreġistrati “BRIGHTON” u “Brighton”, użati fil-kummerċ fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fil-Ġermanja u fl-Italja fir-rigward ta’ ċintorini; it-trade marks verbali u figurattivi magħrufa “BRIGHTON” u “Brighton”, użati fil-kummerċ fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fil-Ġermanja u fl-Italja fir-rigward ta’ prodotti tal-ġilda, kpiepel, ġojjelli u arloġġi.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi meta kkonstata li d-drittijiet preċedenti li kienet ibbażata fuqhom l-oppożizzjoni ma kinux ġew ipprovati; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell eskluda b’mod żbaljat il-probabbiltà ta’ konfużjoni.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/32


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — National Lottery Commission vs UASI — Mediatek Italia u De Gregorio (Rappreżentazzjoni ta’ id)

(Kawża T-404/10)

()

2010/C 328/55

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: National Lottery Commission (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mediatek Italia Srl (Napoli, L-Italja), Giuseppe De Gregorio (Napoli, L-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 1028/2009-1;

tirrinvija l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta id b’saba mrikkeb fuq l-ieħor u wiċċ daħkani għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 25, 28 u 41 — Reġistrazzjoni Komunitarja Nru 4800389

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-partijiet li qed jitolbu d-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażaw it-talbiet tagħhom fuq raġunijiet relattivi ta’ invalidità skont l-Artikoli 53(1)(ċ) u 53(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 53(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u tal-evalwazzjoni tal-fatti, u naqas milli jeżerċita s-setgħat investigattivi tiegħu. Ir-rikorrenti tqis ukoll li l-Bord tal-Appell naqas milli jeżerċita s-setgħat kollha tiegħu taħt l-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/32


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 — Yoshida Metal Industry vs UASI — Pi-Design et (wiċċ kopert bi ċrieki suwed)

(Kawża T-416/10)

()

2010/C 328/56

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yoshida Metal Industry Co., Ltd (Niigata, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro, M. Balestriero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pi-Design AG (Triengen, l-Isvizzera), Bodum France SA (Neuilly sur Seine, Franza), Bodum Logistics A/S (Billund, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ Mejju 2010, fil-Każ R 1237/2008-1;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, tal-15 ta’ Lulju 2008, dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 372 580;

tikkonferma l-validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 372 580;

tikkundanna lill-konvenut u lill-partijiet l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta wiċċ kopert bi ċrieki suwed għal prodotti fil-klassijiet 8 u 21 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 372 580

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-partijiet li qed jitlobu d-dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-partijiet li qed jitolbu d-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażaw it-talba tagħhom fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma applikabbli għat-trade mark Komunitarja kkontestata.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2010 — Václav Hrbek li jopera bl-isem BODY-HF vs UASI — The Outdoor Group (ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT)

(Kawża T-434/10)

()

2010/C 328/57

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Václav Hrbek li jopera bl-isem BODY-HF (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: C. Jäger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Outdoor Group Ltd (Northampton, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal Appell tal Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Lulju 2010, fil-Każ R 1441/2009-2;

tordna lill-konvenut jiċħad l-oppożizzjoni Nru B1276692 u jilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5779351 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, jekk hija tkun intervenjenti f’dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva Komunitarja “ALPINE PRO SPORTSWEAR & EQUIPMENT” għal prodotti fil-klassijiet 18, 24, 25 u 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5779351

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja “alpine” irreġistrata bin-Nru 2165017 għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrent iqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 65(2) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, peress li l-Bord tal-Appell abbuża mill-poter tiegħu permezz tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tal-aħħar hija nieqsa mill-oġġettività u ma għandhiex bażi legali, u peress li applika b’mod żbaljat il-kriterji intiżi li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u t-trade mark inkwistjoni.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/34


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Fulmen vs Il-Kunsill

(Kawża T-439/10)

()

2010/C 328/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fulmen (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: A. Kronshagen, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu 11 tat-Taqsima I B tal-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 li jimplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 (1), kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2), dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari sa fejn ir-rikorrenti hija inkluża fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tgħid li d-Deċiżjoni kkontestata tal-Kunsill għandha tiġi annullata, peress li l-ebda deċiżjoni rilevanti ta’ awtorità kompetenti ma tiġġustifika, fil-mument tal-adozzjoni tagħha, l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-organizzazzjonijiet marbuta mal-programm nukleari u balistiku tal-Iran.

Ir-rikorrenti tinvoka wkoll ksur tal-garanziji proċedurali peress li d-drittijiet tagħha ta’ difiża u għal smigħ xieraq inkisru, inkwantu:

il-Kunsill ma motivax id-deċiżjoni tiegħu li jinkludi l-isem tar-rikorrent fuq il-lista inkwistjoni b’mod suffiċjenti;

qabel ma ngħatat id-deċiżjoni tal-Kunsill ma ġewx ikkomunikati l-provi kontra r-rikorrenti; u

ir-rikorrenti ma tqegħditx f’pożizzjoni li ssostni effettivament il-perspettiva tagħha dwar dawn il-provi.


(1)  Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/34


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Mahmoudian vs Il-Kunsill

(Kawża T-440/10)

()

2010/C 328/59

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fereydoun Mahmoudian (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: A. Kronshagen, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-paragrafu 2 tat-Taqsima A tal-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 li jimplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 (1), kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2), dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari sa fejn ir-rikorrenti huwa inkluż fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-439/10, Fulmen vs Il-Kunsill, li tikkonċerna l-kumpannija li r-rikorrent huwa d-direttur ġenerali tagħha.


(1)  Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/35


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2010 minn Christian Kurrer mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Lulju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-139/06, Kurrer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-441/10 P)

()

2010/C 328/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Christian Kurrer (Watermael-Boitsfort, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Europea

Talbiet tal-appellant

Is-sentenza mogħtija fil-Kawża F-139/06, Kurrer vs Il-Kummissjoni tiġi annullata.

Id-deċiżjoni tas-27 ta’ Marzu 2006 tiġi annullata fil-parti fejn tikklassifika lill-appellant bħala uffiċjal bi prova fil-grad A*6, skala 2.

Sussidjarjament, il-kawża tiġi rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għas-sentenza.

L-appellata tiġi kkundannata għall-ispejjeż inklużi dawk tal-proċedura fll-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP), tat-8 ta’ Lulju 2010, mogħtija fil-kawża Kurrer vs Il-Kummissjoni, F-139/06, li tiċħad ir-rikors li bih l-appellant, ex membru tal-persunal temporanju klassifikat fil-grad A*8, kien talab l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li biha din tal-aħħar i) kienet taħtar lill-appellant bħala amministratur bi prova wara kompetizzjoni miftuħa ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-ġodda, inkwantu din id-deċiżjoni kienet tikklassifikah fil-grad A*6, skala 2, skont ir-regoli l-ġodda tar-Regolamenti tal-Persunal, u ii) ma kinitx iżżomm il-punti ta’ promozzjoni tiegħu.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni li l-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri tal-persunal temporanju kollha li jkunu għaddew minn kompetizzjoni interna jew miftuħa għandhom iżommu l-grad tagħhom meta jiġu kklassifikati bħala uffiċjali titolari, filwaqt li t-TSP iddeċieda li dan il-benefiċċju għandu jkun riżervat biss għall-membri tal-persunal temporanju li jidħlu f’kategorija superjuri matul il-ħatra tagħhom.

F’dan il-kuntest, l-appellant isostni erba’ aggravji ibbażati fuq:

nuqqas ta’ motivazzjoni u żball ta’ liġi, peress li t-TSP iddeċieda b’mod marġinali ħafna dwar id-diskriminazzjoni bejn membri tal-persunal temporanju impjegati mill-Kummissjoni Ewropea u membri tal-persunal temporanju impjegati mill-Parlament Ewropew u mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea fejn, matul il-klassifikazzjoni tagħhom, dawn tal-aħħar żammew il-grad tagħhom u l-anzjanità tagħhom indipendentement mill-klassifikazzjoni prevista fl-avviż tal-kompetizzjoni li jkunu għaddew minnha;

ksur tar-regoli dwar l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, sa fejn l-interpretazzjoni mogħtija mit-TSP la hija bbażata fuq il-kliem u lanqas fuq l-għan tal-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u żball ta’ liġi, peress li l-interpretazzjoni mogħtija mit-TSP tikser il-prinċipju li żewġ sitwazzjonijiet li ma humiex essenzjalment differenti ma jistgħux jiġu ttrattati b’mod differenti sa fejn ma jkunx hemm differenzi sostanzajli bejn membri tal-persunal temporanju maħtura li jkunu biddlu l-kategorija u membri tal-persunal temporanju kklassifikati bħala uffiċjali wara kompetizzjoni miftuħa; barra minn hekk, ċerti membri tal-persunal temporanju li saru uffiċjali wara kompetizzjoni miftuħa żammew il-punti ta’ promozzjoni tagħhom, għall-kuntrarju tal-każ tar-rikorrent;

ksur tad-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, prospetti raġonevoli ta’ karriera u l-prospetti raġonevoli tal-membri tal-persunal temporantu li jsiru uffiċjali.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/36


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2010 minn Salvatore Magazzu mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Lulju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-126/06, Magazzu vs Il-Kumissjoni

(Kawża T-442/10 P)

()

2010/C 328/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Salvatore Magazzu (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Appellata: Il-Kumissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

Is-sentenza mogħtija fil-Kawża F-126/06, Magazzu vs Il-Kummissjoni tiġi annullata.

Id-deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2005 tiġi annullata fil-parti fejn tikklassifika lill-appellant bħala uffiċjal bi prova fil-grad A*6, skala 2, mill-1 ta’ Jannar 2006.

Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għas-sentenza.

L-appellata tiġi kkundannata għall-ispejjeż inklużi dawk tal-proċedura fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji u l-argumenti prinċipali invokati mill-appellant huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-441/10 P, Kurrer vs Il-Kummissjoni.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/36


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2010 minn Stefano Sotgia mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Lulju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-130/06, Sotgia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/10 P)

()

2010/C 328/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Stefano Sotgia (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Europea

Talbiet tal-appellant

Is-sentenza mogħtija fil-Kawża F-130/06, Sotgia vs Il Kummissjoni tiġi annullata.

Id-deċiżjoni tal-11 ta’ April 2006 tiġi annullata fil-parti fejn tikklassifika lill-appellant bħala uffiċjal bi prova fil-grad A*6, skala 2, mis-16 ta’ April 2006.

Sussidjarjament, il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għas-sentenza.

L-appellata tiġi kkundannata għall-ispejjeż inklużi dawk tal-proċedura fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji u l-argumenti prinċipali invokati mill-appellant huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-441/10 P, Kurrer vs Il-Kummissjoni.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/36


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settmbru 2010 — Apple vs UASI — Iphone Media (IPH IPHONE)

(Kawża T-448/10)

()

2010/C 328/63

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple, Inc. (Cupertino, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Engelman, barrister u J. Olsen, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Iphone Media, SA (Seville, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-21 ta’ Lulju 2010 fil-Każ R 1084/2009-4;

tilqa’ l-oppożizzjoni tar-rikorrenti;

sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob li l-oppożizzjoni tintlaqa’ fir-rigward ta’ prodotti u servizzi li għalihom jinstab li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni u/jew għal prodotti u servizzi li għalihom jiġi kkonstatat li jeżisti riskju li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tieħu vantaġġ inġust minn, jew li tkun detrimentali għall-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat-trade mark tar-rikorrent;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “IPH IPHONE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38, 41 u 42 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5562822

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2901007 għat-trade mark verbali “IPHONE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-artikoli għat-trade mark ikkontestata.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/37


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — ClientEarth vs Il-Kunsill

(Kawża T-452/10)

()

2010/C 328/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit), (rappreżentant: S. Hockman QC, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li l-konvenut kiser ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1);

tiddikjara li l-Kunsill kiser l-Artikolu 294(6) TFUE billi naqas li jinforma lill-Parlament Ewopew kompletament bir-raġunijiet li wassluh sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tas-26 ta’ Lulju 2010 (Ref. 15/c/01/10), li permezz tagħha l-Kunsill ta tweġiba negattiva taħt l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, u b’hekk irrifjuta li jipproduċi d-dokument Nru 6865/09;

tordna lill-konvenut jipprovdi aċċess għad-dokument mitlub; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tal-parti intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010, li permezz tagħha l-konvenut naqas li jipprovdi lir-rikorrenti aċċess għad-dokument Nru 6865/09, li fih opinjoni tas-servizz legali tal-konvenut rigward il-proposta tal-Kummissjoni għat-tfassil mill-ġdid tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u, b’mod partikolari, l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew li jinsabu fir-rapport Cashman.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tippreżenta l-motivi li ġejjin:

 

Fl-ewwel lok, id-deċiżjoni kkontestata tikser it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-Artikolu 294(6) TFUE. L-iżvelar tal-opinjoni legali mitlub ma jippreġudikax il-protezzjoni tal-opinjoni legali bl-istess mod li ma jippreġudikax l-interess tal-Kunsill li jitlob u li jirċievi opinjoni legali diretta u sinċiera, oġġettiva u komprensiva. L-istadju tal-ewwel qari tal-proċedura leġiżlattiva għandu jimplika żvelar tal-opinjoni legali dwar l-ammissibbiltà tal-emendi proposti mill-Parlament Ewropew.

 

Fit-tieni lok, id-deċiżjoni kkontestata tikser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. L-Artikolu 4(3) ma huwiex applikabbli għall-protezzjoni tal-opinjoni legali. Anki li kieku kien applikabbli, l-iżvelar tal-opinjoni mitlub ma jippreġudikax serjament il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill. L-iżvelar ma jippreġudikax il-kapaċità tas-servizz legali li jirrapreżenta l-pożizzjoni tal-Kunsill fi proċeduri ġudizzjarji ħielsa minn kull influwenza esterna, u lanqas l-indipendenza tas-servizz legali tal-Kunsill, u lanqas ma jimpedixxi diskussjonijiet interni tal-Kunsill dwar l-emendi tal-Parlament.

 

Barra minn dan, id-deċiżjoni kkontestata tikser l-aħħar inċiż tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, billi tonqos li tevalwa jekk kienx hemm interess pubbliku ikbar fl-iżvelar u li tipprovdi motivazzjoni dettaljata għal tali rifjut. Il-Kunsill ma jibbilanċjax il-protezzjoni tal-opinjonijiet legali mal-interess pubbliku li d-dokument ikun aċċessibbli fid-dawl tal-vantaġġi li jirriżultaw fi trasparenza ikbar u tal-fatt li aċċess għall-opinjoni mitlub jippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw iktar mill-qrib fil-proċess tat-tfassil mill-ġdid tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li jikkonċerna lill-pubbliku b’mod ġenerali peress li huwa jipprovdi lil dan tal-aħħar il-bażi li fuha huwa jkun jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu li jingħata aċċess għal dokumenti mizmuma minn insituzzjonijiet tal-UE.

 

Finalment, id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi tonqos li tagħti aċċess parzjali għad-dokument mitlub.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/38


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-453/10)

()

2010/C 328/65

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development (Belfast, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Brown, Solicitor u D. Wyatt QC, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/399/UE (1), tal-15 ta’ Lulju 2010, notifikata bid-dokument numru C(2010) 4894, sa fejn din tikkonċerna rettifika ta’ 5 % applikata fuq ċertu nfiq imġarrab fl-Irlanda ta’ Fuq matul is-sena finanzjarja 2007, f’ammont ta’ EUR 18 600 258,71; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/399/UE, tal-15 ta’ Lulju 2010, notifikata bid-dokument numru C(2010) 4894, sa fejn din teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-entrata relattiva għal rettifika ta’ 5 % applikata għal ċertu nfiq imġarrab fl-Irlanda ta’ Fuq matul is-sena finanzjarja 2007, f’ammont ta’ EUR 18 600 258,71.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi segwenti.

Qabel kollox, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-entrata msemmija, tirriżulta minn żball ta’ fatt u ta’ liġi, għaliex l-insuffiċjenzi kkonstatati minnha fil-kontrolli prinċipali u l-eventwali effetti tagħhom fuq id-dikjarazzjoni tal-ettari eliġibbli matul is-sena ta’ dikjarazzjoni 2006 ma setgħux jiġġustifikaw il-possibbiltà ta’ korrezzjoni ta’ 5 % applikabbli għall-infiq ikkonċernat kollu fl-Irlanda ta’ Fuq għal dik is-sena. Tali dikjarazzjonijiet żejda ma setgħux iżidu l-ammonti ta’ referenza li rriżultaw mill-ħlasijiet favur l-agrikolturi bejn l-2000 u l-2002 u, għaldaqstant, setgħu iżidu biss in-numru, u mhux il-valur, tad-drittijiet għall-ħlas stabbiliti fl-2005. Madwar 78 % tad-drittijiet għall-ħlas li għandhom jiġu attribwiti u mqassma bejn l-ettari eliġibbli ddikjarati mill-agrikolturi fl-2005 ġew determinati mill-ħlasijiet favur l-agrikolturi kkonċernati bejn l-2000 u l-2002 u din il-perċentwali mhijiex milquta mill-iżbalji relatati mal-kalkolu tan-numru ta’ ettari eliġibbli fl-2005, li ġew ripetuti fl-2006. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet relattivi għat-tnaqqis u għall-esklużjonijiet, jew għas-sanzjonijiet, japplikaw bla ħsara għall-prinċipju tal-aġġustament retroattiv tad-drittijiet għall-ħlas u bla ħsara għall-prinċipju li jgħid li, meta agrikoltur jagħmel dikjarazzjoni żejda tal-ettari eliġibbli u tad-drittijiet għall-ħlas, iżda s-superfiċi agrikola ddefinita bħala eliġibbli tkun suffiċjenti sabiex jiġu attivati drittijiet għall-ħlas kollha li dawn jistgħu effettivament jippretendu, ma tiġi imposta ebda sanzjoni. Il-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu dawn il-prinċipji u, konsegwentement, għamlet stima ferm ogħla mill-valur reali tal-ammonti rekuperabbli mingħand l-agrikolturi tal-Irlanda ta’ Fuq abbażi tad-dikjarazzjonijiet żejda relattivi għas-sena ta’ dikjarazzjoni 2006.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta evalwat it-telf probabbli għal 5 % tal-ispejjeż esposti kollha, meta l-prinċipju sottostanti li għandu jiġi applikat meta ma jkunx possibbli li jiġi evalwat bi preċiżjoni t-telf għall-fondi tal-Unjoni Ewropea huwa li r-rata ta’ korrezzjoni għandha tkun relatata b’mod ċar mat-telf probabbli. Din l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni hija bbażata fuq żewġ premessi żbaljati: l-ewwel waħda hija li mhuwiex importanti li l-iżbalji marbuta mal-evalwazzjoni żejda ta’ artijiet eliġibbli fl-2005 u fl-2006 ma setgħux ikollhom effett negattiv fuq madwar 78 % tad-drittijiet għall-ħlas li kellhom jiġu attribwiti lill-agrikolturi u b’hekk ma setgħux jikkostitwixxu riskju għall-fondi. It-tieni premessa żbaljata hija relatata mal-fatt li l-Kummissjoni stmat żejjed b’mod sinjifikattiv l-ammonti rekuperabbli mingħand l-agrikolturi tal-Irlanda ta’ Fuq f’każ ta’ dikjarazzjonijiet żejda fl-2006. Finalment, peress li l-applikazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ tnaqqis ta’ 5 % hija bbażata fuq stima ferm ogħla mill-valur reali tat-telf effettiv probabbli għall-fondi tal-Unjoni Ewropea, jidher f’dan il-każ li t-tnaqqis ta’ 5 % kien eċċessiv u għalhekk mhux proporzjonat.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Lulju 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4894) (ĠU L 184, p. 6).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/39


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2010 — Anicav vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-454/10)

()

2010/C 328/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: J. da Cruz Vilaça, S. Estima Martins u S. Carvalho de Sousa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52 u l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 687/2010 (2); u

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 687/2010.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

 

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-att ikkontestat jikser ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (iktar ’il quddiem ir-“regolament waħdieni dwar l-OKS”) (ĠU L 299, p. 1).

 

Billi naqas milli (i) jinkludi l-attivitajiet tal-ipproċessar fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1580/2007 u (ii) jeskludi l-attivitajiet ta’ preparazzjoni, ta’ ippakkjar, u ta’ wara l-ipproċessar mill-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-prodotti li għandhom jiġu pproċessati, l-att ikkontestat jikser ir-regolament waħdieni dwar l-OKS, sa fejn dan tal-aħħar jipprovdi li d-dispożizzjonijiet relatati mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jiġifieri l-għoti ta’ għajnuna, għandhom japplikaw biss għall-prodotti koperti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

 

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, billi jagħti għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fuq operazzjonijiet industrijali li huma mwettqa wkoll mill-industrija privata, l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni li jipprojbixxi li sitwazzjonijiet paragunabbli jiġu trattati b’mod differenti, sakemm dan it-trattament ma jkunx iġġustifikat b’mod oġġettiv.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi jagħti għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li tirrigwarda operazzjonijiet industrijali, anki dawn imwettqa mill-industrija privata, l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq għan ipotetiku tal-Polikita Agrikola Komuni fir-rigward tal-integrazzjoni vertikali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2007, li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (ĠU L 350, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 687/2010, tat-30 ta’ Lulju 2010, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (ĠU L 199, p. 12).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/39


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — McBride vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-458/10)

()

2010/C 328/67

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Peter McBride (Downings, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Collins SC, N. Travers, barrister u D. Barry, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4758, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd ġdid, il-Peadar Elaine II, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4758, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd ġdid, il-Peadar Elaine II, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699).

Insostenn tat-talba tiegħu, ir-rikorent jinvoka l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li l-konvenuta aġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1997, dwar l-għanijiet u r-regoli dettaljati intiżi għar-ristrutturazzjoni tas-settur tas-sajd Komunitarju għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 2001, bil-għan li jintlaħaq ekwilibriju sostenibbli bejn ir-riżorsi u l-isfruttament tagħhom (ĠU L 175, p. 27), għadu sal-lum jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa tad-deċiżjoni kkontestata, u, konsegwentement il-Kummissjoni ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta din id-deċiżjoni allegatament ad hoc.

 

It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrent isostni li abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi adottata fl-osservanza tal-proċedura ta’ kumitat ta’ amministrazzjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali.

 

It-tielet nett, ir-rikorrent isostni li billi interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, il-Kummissjoni aġixxiet lil hinn mill-kompetenzi tagħha, b’mod partikolari meta bbażat ruħha fuq kriterji irrilevanti u meta injorat id-definizzjoni tal-“isforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sajd li kienet fis-seħħ meta r-rikorrent ressaq it-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà, f’Diċembru 2001.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata fiha diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tat-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà. Ir-rikorrent b’mod partikolari jsostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tiegħu abbażi tal-użu, favur Peadar Elaine II, ta’ kapaċitajiet ta’ sostituzzjoni minn numru ta’ bastimenti iżgħar, li jfisser li meta dan il-bastiment ġie rreġistrat ma kienx hemm żieda fis-segment polivalenti tal-flotta Irlandiża, hija infondata.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni kisret d-dritt għal amministrazzjoni tajba. Huwa jsostni li r-rifjut tal-Kummissjoni li tevalwa l-mertu tat-talba jikkostitwixxi ksur tal-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tad-dritt tiegħu li t-talba, abbażi tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, tiġi evalwata “b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli”.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/40


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — McBride vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-459/10)

()

2010/C 328/68

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hugh McBride (Downings, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Collins SC, N. Travers, barrister u D. Barry, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4748, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd ġdid, il-Heather Jane II, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4748, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd ġdid, il-Heather Jane II, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699).

Insostenn tat-talba tiegħu, ir-rikorent jinvoka l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li l-konvenuta aġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1997, dwar l-għanijiet u r-regoli dettaljati intiżi għar-ristrutturazzjoni tas-settur tas-sajd Komunitarju għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 2001, bil-għan li jintlaħaq ekwilibriju sostenibbli bejn ir-riżorsi u l-isfruttament tagħhom (ĠU L 175, p. 27), għadu sal-lum jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa tad-deċiżjoni kkontestata, u, konsegwentement il-Kummissjoni ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta din id-deċiżjoni allegatament ad hoc.

 

It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrent isostni li abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi adottata fl-osservanza tal-proċedura ta’ kumitat ta’ amministrazzjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali.

 

It-tielet nett, ir-rikorrent isostni li billi interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, il-Kummissjoni aġixxiet lil hinn mill-kompetenzi tagħha, b’mod partikolari meta bbażat ruħha fuq kriterji irrilevanti u meta injorat id-definizzjoni tal-“isforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sajd li kienet fis-seħħ meta r-rikorrent ressaq it-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà, f’Diċembru 2001.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata fiha diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tat-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà. Ir-rikorrent b’mod partikolari jsostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tiegħu abbażi tal-użu, favur Heather Jane II, ta’ kapaċitajiet ta’ sostituzzjoni minn numru ta’ bastimenti iżgħar, li jfisser li meta dan il-bastiment ġie rreġistrat ma kienx hemm żieda fis-segment polivalenti tal-flotta Irlandiża, hija infondata.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni kisret d-dritt għal amministrazzjoni tajba. Huwa jsostni li r-rifjut tal-Kummissjoni li tevalwa l-mertu tat-talba jikkostitwixxi ksur tal-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tad-dritt tiegħu li t-talba, abbażi tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, tiġi evalwata “b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli”.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/41


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Mullglen vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-460/10)

()

2010/C 328/69

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mullglen Ltd (Killybegs, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Collins SC, N. Travers, barrister u D. Barry, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4757, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda u nnotifikata lir-rikorrenti fis-16 ta’ Lulju 2010, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Pacelli, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4757, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda u nnotifikata lir-rikorrenti fis-16 ta’ Lulju 2010, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Pacelli, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699).

Insostenn tat-talba tagħha, ir-rikorenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta aġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1997, dwar l-għanijiet u r-regoli dettaljati intiżi għar-ristrutturazzjoni tas-settur tas-sajd Komunitarju għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 2001, bil-għan li jintlaħaq ekwilibriju sostenibbli bejn ir-riżorsi u l-isfruttament tagħhom (ĠU L 175, p. 27), għadu sal-lum jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa tad-deċiżjoni kkontestata, u, konsegwentement il-Kummissjoni ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta din id-deċiżjoni allegatament ad hoc.

 

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrenti ssostni li abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi adottata fl-osservanza tal-proċedura ta’ kumitat ta’ amministrazzjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali.

 

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li billi interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, il-Kummissjoni aġixxiet lil hinn mill-kompetenzi tagħha, b’mod partikolari meta bbażat ruħha fuq kriterji irrilevanti u meta injorat id-definizzjoni tal-“isforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sajd li kienet fis-seħħ meta r-rikorrenti ressqet it-talba tagħha għal tunnellaġġ ta’ sigurtà, f’Diċembru 2001.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata fiha diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tat-talba tagħha għal tunnellaġġ ta’ sigurtà. Ir-rikorrenti b’mod partikolari ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tagħha minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost minflok il-Pacelli, hija manifestament żbaljata, l-istess bħalma hija żbaljata l-preżunzjoni li l-“isforż tas-sajd” ta’ dan il-bastiment il-ġdid għandu jkun ikbar minn dak tal-Pacelli.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni kisret d-dritt għal trattament ugwali. Hija ssostni li r-rifjut, min-naħa tal-Kummissjoni, tat-talba tagħha minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost tagħha jikkostitwixxi trattament differenti manifest li jammonta għal diskriminazzjoni illegali meta mqabbel mal-approċċ kompletament differenti adottat fir-rigward ta’ wħud mit-talbiet għal tunnellaġġ ta’ sigurta addizzjonali li ġew aċċettati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245, kif ukoll fir-rigward ta’ waħda mit-talbiet li kienet ġiet inizjalment miċħuda b’din id-deċiżjoni iżda sussegwentement aċċettata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4765, tat-13 ta’ Lulju 2010.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/42


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Boyle vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-461/10)

()

2010/C 328/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Cathal Boyle (Killybegs, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Collins SC, N. Travers, barrister u D. Barry, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4751, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda u nnotifikata lir-rikorrent fis-16 ta’ Lulju 2010, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Marie Dawn, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4751, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda u nnotifikata lir-rikorrenti fis-16 ta’ Lulju 2010, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Marie Dawn, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699)

Insostenn tat-talba tiegħu, ir-rikorent jinvoka l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li l-konvenuta aġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1997, dwar l-għanijiet u r-regoli dettaljati intiżi għar-ristrutturazzjoni tas-settur tas-sajd Komunitarju għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 2001, bil-għan li jintlaħaq ekwilibriju sostenibbli bejn ir-riżorsi u l-isfruttament tagħhom (ĠU L 175, p. 27), għadu sal-lum jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa tad-deċiżjoni kkontestata, u, konsegwentement il-Kummissjoni ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta din id-deċiżjoni allegatament ad hoc.

 

It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrent isostni li abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi adottata fl-osservanza tal-proċedura ta’ kumitat ta’ amministrazzjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali.

 

It-tielet nett, ir-rikorrent isostni li billi interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, il-Kummissjoni aġixxiet lil hinn mill-kompetenzi tagħha, b’mod partikolari meta bbażat ruħha fuq kriterji irrilevanti u meta injorat id-definizzjoni tal-“isforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sajd li kienet fis-seħħ meta r-rikorrent ressaq it-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà, f’Diċembru 2001.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata fiha diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tat-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà. Ir-rikorrent b’mod partikolari jsostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tiegħu minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost meta mqabbel mal-Marie Dawn, hija manifestament żbaljata, l-istess bħalma hija żbaljata l-preżunzjoni li l-“isforż tas-sajd” ta’ dan il-bastiment il-ġdid għandu jkun ikbar minn dak tal-Marie Dawn.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni kisret d-dritt għal trattament ugwali. Huwa jsostni li r-rifjut, min-naħa tal-Kummissjoni, tat-talba tiegħu minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost tiegħu jikkostitwixxi trattament differenti manifest li jammonta għal diskriminazzjoni illegali kontrih meta mqabbel mal-approċċ kompletament differenti adottat fir-rigward ta’ wħud mit-talbiet għal tunnellaġġ ta’ sigurta addizzjonali li ġew aċċettati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245, kif ukoll fir-rigward ta’ waħda mit-talbiet li kienet ġiet inizjalment miċħuda b’din id-deċiżjoni iżda sussegwentement aċċettata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4765, tat-13 ta’ Lulju 2010.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/43


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Flaherty vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/10)

()

2010/C 328/71

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Flaherty (Kilronan, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Collins SC, N. Travers, Barrister u D. Barry, Solicitor)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata taħt id-Dokument C(2010) 4764, tat-13 ta’ Lulju 2010, bħala ittra lill-Irlanda, li tiċħad l-applikazzjoni ta’ kapaċità ta’ sigurtà għal bastiment tat-tkarkir pelaġiku ġdid propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Westward Isle, u meħuda sabiex tissostitwixxi d-deċiżjoni dwar l-imsemmija applikazzjoni li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/245, tal-4 ta’ April 2003, dwar it-talbiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid f’għanijiet MAGP IV biex jittieħed inkunsiderazzjoni t-tijtib fis-sigurtà, fin-navigazzjoni fuq il-baħar, fl-iġjene, fil-kwalità tal-prodott u fil-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti b’tul totali ta’ iktar minn 12-il metru (ĠU 2003 L 90, p. 48), li kienet ġiet annullata, sa fejn ir-rikorrent huwa kkonċernat, b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-17 ta’ April 2008 fil-Każijiet magħquda C-373/06 P, C-379/06 P u C-382/06 P Flaherty et vs Il-Kummissjoni (Ġabra p. I-2649); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata taħt id-Dokument C(2010) 4764, tat-13 ta’ Lulju 2010, bħala ittra lill-Irlanda, li tiċħad l-applikazzjoni ta’ kapaċità ta’ sigurtà għal bastiment tat-tkarkir pelaġiku ġdid propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Westward Isle, u meħuda sabiex tissostitwixxi d-deċiżjoni dwar l-imsemmija applikazzjoni li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/245, tal-4 ta’ April 2003, dwar it-talbiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid f’għanijiet MAGP IV biex jittieħed inkunsiderazzjoni t-tijtib fis-sigurtà, fin-navigazzjoni fuq il-baħar, fl-iġjene, fil-kwalità tal-prodott u fil-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti b’tul totali ta’ iktar minn 12-il metru (ĠU 2003 L 90, p. 48), li kienet ġiet annullata, sa fejn ir-rikorrent huwa kkonċernat, bid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-17 ta’ April 2008, fil-Każijiet magħquda C-373/06 P, C-379/06 P u C-382/06 P Flaherty et vs Il-Kummissjoni [2008] ECR II-2649

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jippreżenta l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li l-konvenuta aġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1997, dwar l-għanijiet u regoli dettaljati għar-ristrutturazzjoni tas-settur Komunitarju tas-sajd għall-perijodu mil-1 ta’ Jannar 1997 sal-31 ta’ Ottubru 2001 sabiex jinkiseb bilanċ fuq bażi sostenibbli bejn riżorsi u sfruttament (ĠU L 175, p. 27) ikompli jipprovdi l-bażi legali xierqa għad-deċiżjoni kkontestata u, għalhekk, il-Kummissjoni allegatament ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta d-deċiżjoni bħala deċiżjoni ad hoc.

 

It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata, taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE, kellha tiġi adottata skont il-proċedura tal-kumitat ta’ amministrazzjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali.

 

It-tielet nett, ir-rikorent isostni li, meta interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE, il-Kummissjoni eċċediet is-setgħat tagħha, b’mod partikolari billi bbażat fuq kriterji rrilevanti u injorat id-definizzjoni ta’ “sforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sajd applikabbli fiż-żmien tal-applikazzjoni tar-rikorrent għal tunnellaġġ ta’ sigurtà f’Diċembru 2001.

 

Minbarra dan, qed jiġi sostnut li d-deċiżjoni kkontestata fiha numru ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tar-rikorrent għal tunnellaġġ ta’ sigurtà. B’mod partikolari, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrent minħabba l-volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost meta pparagunat mal-Westward Isle hija manifestament difettuża, kif hija l-ipotesi li l-“isforz tas-sajd” tal-basiment il-ġdid propost ser ikun ikbar minn dak tal-Westward Isle.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal trattament ugwali. Huwa jsostni li ċ-ċaħda tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni minħabba l-volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost tiegħu tikkostitwixxi differenza ovvja fl-ipproċessar li tikkostitwixxi diskriminazzjoni impermissibbli kontrih meta pparagunata mal-approċċ totalment differenti adottat rigward l-ipproċessar ta’ xi wħud mill-applikazzjonijiet għal tunnellaġġ ta’ sigurtà addizzjonali aċċettati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/245 kif ukoll rigward waħda mill-applikazzjonijiet inizjalment miċħuda f’dik id-deċiżjoni iżda sussegwentement aċċettata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata taħt id-Dokument C(2010) 4765 tat-13 ta’ Lulju 2010.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/44


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Ocean Trawlers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-463/10)

()

2010/C 328/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ocean Trawlers Ltd (Killybegs, Irlanda), (rappreżentanti: A. Collins SC, N. Travers, Barrister u D. Barry, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata taħt id-Dokument C(2010) 4750, tat-13 ta’ Lulju 2010, bħala ittra lill-Irlanda, li tiċħad l-applikazzjoni ta’ kapaċità ta’ sigurtà għal bastiment tat-tkarkir pelaġiku ġdid propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Golden Rose, u meħuda sabiex tissostitwixxi d-deċiżjoni dwar l-imsemmija applikazzjoni li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/245, tal-4 ta’ April 2003, dwar it-talbiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid f’għanijiet MAGP IV biex jittieħed inkunsiderazzjoni t-tijtib fis-sigurtà, fin-navigazzjoni fuq il-baħar, fl-iġjene, fil-kwalità tal-prodott u fil-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti b’tul totali ta’ iktar minn 12-il metru (ĠU 2003 L 90, p. 48), li kienet ġiet annullata, sa fejn ir-rikorrenti hija kkonċernata, bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-17 ta’ April 2008, Flaherty vs Il-Kummissjoni (C-373/06 P, C-379/06 P u C-382/06 P, Ġabra p. I-2649); u

Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata taħt id-Dokument C(2010) 4750, tat-13 ta’ Lulju 2010, bħala ittra lill-Irlanda, li tiċħad l-applikazzjoni ta’ kapaċità ta’ sigurtà għal bastiment tat-tkarkir pelaġiku ġdid propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Golden Rose, u meħuda sabiex tissostitwixxi d-deċiżjoni dwar l-imsemmija applikazzjoni li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/245, tal-4 ta’ April 2003, dwar it-talbiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid f’għanijiet MAGP IV biex jittieħed inkunsiderazzjoni t-tijtib fis-sigurtà, fin-navigazzjoni fuq il-baħar, fl-iġjene, fil-kwalità tal-prodott u fil-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti b’tul totali ta’ iktar minn 12-il metru (ĠU 2003 L 90, p. 48), li kienet ġiet annullata, sa fejn ir-rikorrenti hija kkonċernata, bid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-17 ta’ April 2008, fil-Każijiet magħquda C-373/06 P, C-379/06 P u C-382/06 P Flaherty et vs Il-Kummissjoni [2008] ECR II-2649

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti tippreżenta l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta aġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1997, dwar l-għanijiet u regoli dettaljati għar-ristrutturazzjoni tas-settur Komunitarju tas-sajd għall-perijodu mil-1 ta’ Jannar 1997 sal-31 ta’ Ottubru 2001 sabiex jinkiseb bilanċ fuq bażi sostenibbli bejn riżorsi u sfruttament (ĠU L 175, p. 27) ikompli jipprovdi l-bażi legali xierqa għad-deċiżjoni kkontestata u, għalhekk, il-Kummissjoni allegatament ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta d-deċiżjoni bħala deċiżjoni ad hoc.

 

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata, taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE, kellha tiġi adottata skont il-proċedura tal-kumitat ta’ amministrazzjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali.

 

It-tielet nett, ir-rikorent ssostni li, meta interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE, il-Kummissjoni eċċediet is-setgħat tagħha, b’mod partikolari billi bbażat fuq kriterji rrilevanti u injorat id-definizzjoni ta’ “sforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sajd applikabbli fiż-żmien tal-applikazzjoni tar-rikorrenti għal tunnellaġġ ta’ sigurtà f’Diċembru 2001.

 

Minbarra dan, qed jiġi sostnut li d-deċiżjoni kkontestata fiha numru ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tar-rikorrenti għal tunnellaġġ ta’ sigurtà. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti minħabba l-volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost meta pparagunat mal-Golden Rose hija manifestament difettuża, kif hija l-ipotesi li l-“isforz tas-sajd” tal-basiment il-ġdid propost ser ikun ikbar minn dak tal-Golden Rose.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal trattament ugwali. Hija ssostni li ċ-ċaħda tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni minħabba l-volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost tiegħu tikkostitwixxi differenza ovvja fl-ipproċessar li tikkostitwixxi diskriminazzjoni impermissibbli kontrih meta pparagunata mal-approċċ totalment differenti adottat rigward l-ipproċessar ta’ xi wħud mill-applikazzjonijiet għal tunnellaġġ ta’ sigurtà addizzjonali aċċettati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/245 kif ukoll rigward waħda mill-applikazzjonijiet inizjalment miċħuda f’dik id-deċiżjoni iżda sussegwentement aċċettata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata taħt id-Dokument C(2010) 4765 tat-13 ta’ Lulju 2010.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/45


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Fitzpatrick vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-464/10)

()

2010/C 328/73

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Patrick Fitzpatrick (Kileany, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Collins SC, N. Travers, Barrister u D. Barry, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata taħt id-Dokument C(2010) 4761, tat-13 ta’ Lulju 2010, bħala ittra lill-Irlanda, u li kienet ġiet innotifikata lir-rikorrent fis-16 ta’ Lulju 2001, li tiċħad l-applikazzjoni ta’ kapaċità ta’ sigurtà għal bastiment tat-tkarkir pelaġiku ġdid propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Shauna Ann, u meħuda sabiex tissostitwixxi d-deċiżjoni dwar l-imsemmija applikazzjoni li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/245, tal-4 ta’ April 2003, dwar it-talbiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid f’għanijiet MAGP IV biex jittieħed inkunsiderazzjoni t-tijtib fis-sigurtà, fin-navigazzjoni fuq il-baħar, fl-iġjene, fil-kwalità tal-prodott u fil-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti b’tul totali ta’ iktar minn 12-il metru (ĠU 2003 L 90, p. 48), li kienet ġiet annullata, sa fejn ir-rikorrent huwa kkonċernat, bis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2006 fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03 Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra p. II-1699); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata taħt id-Dokument C(2010) 4761, tat-13 ta’ Lulju 2010, bħala ittra lill-Irlanda, u li kienet ġiet innotifikata lir-rikorrent fis-16 ta’ Lulju 2001, li tiċħad l-applikazzjoni ta’ kapaċità ta’ sigurtà għal bastiment tat-tkarkir pelaġiku ġdid propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Shauna Ann, u meħuda sabiex tissostitwixxi d-deċiżjoni dwar l-imsemmija applikazzjoni li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/245, tal-4 ta’ April 2003, dwar it-talbiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid f’għanijiet MAGP IV biex jittieħed inkunsiderazzjoni t-tijtib fis-sigurtà, fin-navigazzjoni fuq il-baħar, fl-iġjene, fil-kwalità tal-prodott u fil-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti b’tul totali ta’ iktar minn 12-il metru (ĠU 2003 L 90, p. 48), li kienet ġiet annullata, sa fejn ir-rikorrent huwa kkonċernat, bid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2006 fil-Każijiet magħquda T-218/03 sa T-240/03 Boyle et vs Il-Kummissjoni [2006] ECR II-1699.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jippreżenta l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li l-konvenuta aġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1997, dwar l-għanijiet u regoli dettaljati għar-ristrutturazzjoni tas-settur Komunitarju tas-sajd għall-perijodu mil-1 ta’ Jannar 1997 sal-31 ta’ Ottubru 2001 sabiex jinkiseb bilanċ fuq bażi sostenibbli bejn riżorsi u sfruttament (ĠU L 175, p. 27) ikompli jipprovdi l-bażi legali xierqa għad-deċiżjoni kkontestata u, għalhekk, il-Kummissjoni allegatament ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta d-deċiżjoni bħala deċiżjoni ad hoc.

 

It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata, taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE, kellha tiġi adottata skont il-proċedura tal-kumitat ta’ amministrazzjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali.

 

It-tielet nett, ir-rikorent isostni li, meta interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE, il-Kummissjoni eċċediet is-setgħat tagħha, b’mod partikolari billi bbażat fuq kriterji rrilevanti u injorat id-definizzjoni ta’ “sforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sajd applikabbli fiż-żmien tal-applikazzjoni tar-rikorrent għal tunnellaġġ ta’ sigurtà f’Diċembru 2001.

 

Minbarra dan, qed jiġi sostnut li d-deċiżjoni kkontestata fiha numru ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tar-rikorrent għal tunnellaġġ ta’ sigurtà. B’mod partikolari, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrent fuq dik il-bażi hija infondata, peress li l-użu ta’ kapaċità ta’ sostituzzjoni minn numru ta’ bastimenti iżgħar għal Shauna Ann kien ifisser li ma kienx hemm żieda fil-kapaċità totali tal-parti polivalenti tal-flotta Irlandiża meta dak il-bastiment kien irreġistrat.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni kisret id-dritt tar-rikorrent għal amministrazzjoni tajba. Huwa jsostni li r-rifjut tal-Kummissjoni li tevalwa l-mertu tal-applikazzjoni tiegħu jikkostitwixxi ksur tal-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 83, p. 389), u b’mod partikolari, id-dritt tiegħu li l-applikazzjoni tiegħu, taħt l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413KE, tkun evalwata “kif jixraq u fi żmien raġonevoli”.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/46


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — McHugh vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-465/10)

()

2010/C 328/74

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eamon McHugh (Killybegs, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Collins SC, N. Travers, barrister u D. Barry, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4767, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir ġdid, l-Antartic, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4767, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir ġdid, l-Antartic, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699).

Insostenn tat-talba tiegħu, ir-rikorent jinvoka l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li l-konvenuta aġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1997, dwar l-għanijiet u r-regoli dettaljati intiżi għar-ristrutturazzjoni tas-settur tas-sajd Komunitarju għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 2001, bil-għan li jintlaħaq ekwilibriju sostenibbli bejn ir-riżorsi u l-isfruttament tagħhom (ĠU L 175, p. 27), għadu sal-lum jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa tad-deċiżjoni kkontestata, u, konsegwentement il-Kummissjoni ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta din id-deċiżjoni allegatament ad hoc.

 

It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrent isostni li abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi adottata fl-osservanza tal-proċedura ta’ kumitat ta’ amministrazzjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali.

 

It-tielet nett, ir-rikorrent isostni li billi interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, il-Kummissjoni aġixxiet lil hinn mill-kompetenzi tagħha, b’mod partikolari meta bbażat ruħha fuq kriterji irrilevanti u meta injorat id-definizzjoni tal-“isforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sajd li kienet fis-seħħ meta r-rikorrent ressaq it-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà, f’Diċembru 2001.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata fiha diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tat-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà. Ir-rikorrent b’mod partikolari jsostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tiegħu minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost l-Antartic, kif ukoll il-preżunzjoni li l-“isforż tas-sajd” ta’ dan il-bastiment il-ġdid għandu jkun ikbar minn dak tal-bastimenti ssostitwiti, huma manifestament żbaljati.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni kisret d-dritt għal trattament ugwali. Huwa jsostni li r-rifjut, min-naħa tal-Kummissjoni, tat-talba tiegħu minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost jikkostitwixxi trattament differenti manifest li jammonta għal diskriminazzjoni illegali kontrih meta mqabbel mal-approċċ kompletament differenti adottat fir-rigward ta’ wħud mit-talbiet għal tunnellaġġ ta’ sigurta addizzjonali li ġew aċċettati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245, kif ukoll fir-rigward ta’ waħda mit-talbiet li kienet ġiet inizjalment miċħuda b’din id-deċiżjoni iżda sussegwentement aċċettata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4765, tat-13 ta’ Lulju 2010


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/47


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Hannigan vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-466/10)

()

2010/C 328/75

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eugene Hannigan (Killybegs, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Collins SC, N. Travers, barrister u D. Barry, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4754, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir ġdid, in-Niamh Eoghan, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4754, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir ġdid, in-Niamh Eoghan, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699)

Insostenn tat-talba tiegħu, ir-rikorent jinvoka l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li l-konvenuta aġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1997, dwar l-għanijiet u r-regoli dettaljati intiżi għar-ristrutturazzjoni tas-settur tas-sajd Komunitarju għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 2001, bil-għan li jintlaħaq ekwilibriju sostenibbli bejn ir-riżorsi u l-isfruttament tagħhom (ĠU L 175, p. 27), għadu sal-lum jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa tad-deċiżjoni kkontestata, u, konsegwentement il-Kummissjoni ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta din id-deċiżjoni allegatament ad hoc.

 

It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrent isostni li abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi adottata fl-osservanza tal-proċedura ta’ kumitat ta’ amministrazzjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali.

 

It-tielet nett, ir-rikorrent isostni li billi interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, il-Kummissjoni aġixxiet lil hinn mill-kompetenzi tagħha, b’mod partikolari meta bbażat ruħha fuq kriterji irrilevanti u meta injorat id-definizzjoni tal-“isforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sajd li kienet fis-seħħ meta r-rikorrent ressaq it-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà, f’Diċembru 2001.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata fiha diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tat-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà. Ir-rikorrent b’mod partikolari jsostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tiegħu abbażi tal-użu, favur Niamh Eoghane, ta’ kapaċitajiet ta’ sostituzzjoni minn numru ta’ bastimenti iżgħar, li jfisser li meta dan il-bastiment ġie rreġistrat ma kienx hemm żieda fis-segment polivalenti tal-flotta Irlandiża, hija infondata.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni kisret d-dritt għal amministrazzjoni tajba. Huwa jsostni li r-rifjut tal-Kummissjoni li tevalwa l-mertu tat-talba jikkostitwixxi ksur tal-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tad-dritt tiegħu li t-talba, abbażi tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, tiġi evalwata “b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli”.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/48


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Murphy vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-467/10)

()

2010/C 328/76

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Larry Murphy (Castletownbere, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Collins SC, N. Travers, barrister u D. Barry, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4767, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir ġdid, sabiex jissostitwixxi l-MFV Menhaden, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-17 ta’ April 2008, fil-Kawżi magħquda C-376/06 P sa C-382/06 P, Flaherty et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. I-2649); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4767, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Menhaden, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-17 ta’ April 2008, fil-Kawżi magħquda C-376/06 P sa C-382/06 P, Flaherty et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. I-2649).

Insostenn tat-talba tiegħu, ir-rikorent jinvoka l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li l-konvenuta aġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1997, dwar l-għanijiet u r-regoli dettaljati intiżi għar-ristrutturazzjoni tas-settur tas-sajd Komunitarju għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 2001, bil-għan li jintlaħaq ekwilibriju sostenibbli bejn ir-riżorsi u l-isfruttament tagħhom (ĠU L 175, p. 27), għadu sal-lum jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa tad-deċiżjoni kkontestata, u, konsegwentement il-Kummissjoni ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta din id-deċiżjoni allegatament ad hoc.

 

It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrent isostni li abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi adottata fl-osservanza tal-proċedura ta’ kumitat ta’ amministrazzjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali.

 

It-tielet nett, ir-rikorrent isostni li billi interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, il-Kummissjoni aġixxiet lil hinn mill-kompetenzi tagħha, b’mod partikolari meta bbażat ruħha fuq kriterji irrilevanti u meta injorat id-definizzjoni tal-“isforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sajd li kienet fis-seħħ meta r-rikorrent ressaq it-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà, f’Diċembru 2001.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata fiha diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tat-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà. Ir-rikorrent b’mod partikolari jsostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tiegħu minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost meta mqabbel mal-Menhaden, hija manifestament żbaljata, l-istess bħalma hija żbaljata l-preżunzjoni li l-“isforż tas-sajd” ta’ dan il-bastiment il-ġdid għandu jkun ikbar minn dak tal-Menhaden.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni kisret d-dritt għal trattament ugwali. Huwa jsostni li r-rifjut, min-naħa tal-Kummissjoni, tat-talba tiegħu minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost tiegħu jikkostitwixxi trattament differenti manifest li jammonta għal diskriminazzjoni illegali kontrih meta mqabbel mal-approċċ kompletament differenti adottat fir-rigward ta’ wħud mit-talbiet għal tunnellaġġ ta’ sigurta addizzjonali li ġew aċċettati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245, kif ukoll fir-rigward ta’ waħda mit-talbiet li kienet ġiet inizjalment miċħuda b’din id-deċiżjoni iżda sussegwentement aċċettata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4765, tat-13 ta’ Lulju 2010.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/49


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2010 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/10)

()

2010/C 328/77

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, assistit minn C. Botelho Moniz u P. Gouveia e Melo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4891 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar taxxa parafiskali għall-promozzjoni tal-inbid miġbura għall-Portugall — għajnuna mill-Istat C-43/2004 (ex NN 38/2003);

sussidjarjament, fil-każ li ma tkunx ta’ din il-fehma,

tannulla s-seba’ u d-disa’ kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni;

u, fi kwalunkwe każ,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

(a)

Żball ta’ liġi, minħabba ksur tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, fir-rigward tal-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat tad-dħul mit-taxxa għall-promozzjoni tal-inbid allokat għall-finanzjament tal-għajnuna għall-promozzjoni u reklamar tal-inbid, skont id-Digriet-Liġi Nru 119/97, tal-15 ta’ Mejju.

(b)

Żball ta’ liġi, minħabba ksur tal-Artikoli 107(1) u 296 tat-Trattat u tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1860/2004 (1), sa fejn il-Kummissjoni kklassifikat l-għajnuna għall-promozzjoni u għar-reklamar tal-inbid bħala għajnuna mill-Istat mingħajr ma analizzat jekk din l-għajnuna kinitx tali li tirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-suq u jekk setgħetx tikkostitwixxi miżura ta’ għajnuna de minimis.

(ċ)

Żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti, billi kkunsidrat li t-taxxa għall-promozzjoni tal-inbid, inkwantu mezz ta’ finanzjament tal-azzjonijiet ta’ promozzjoni u ta’ reklamar tal-inbid fi Stati Membri u fi Stati terzi oħra, tiddiskrimina l-prodotti importati u tikser l-Artikolu 110 tat-Trattat, u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, billi ma wettqet ebda miżura ta’ stħarriġ supplimentari, fir-rigward tat-talba għal informazzjoni tal-24 ta’ April 2006, sabiex tingħata tweġiba għad-dubji li hija kellha dwar dan il-punt;

(d)

Żball ta’ liġi, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat u tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2), kif ukoll tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali, sa fejn — anki li kieku kellha tiġi kkonstatata l-legalità tal-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni (quod non) — is-seba’ kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tmur kontra l-analiżi u l-konklużjonijiet li għalihom waslet il-Kummissjoni fuq il-mertu tad-Deċiżjoni.

(e)

Żball ta’ liġi, sa fejn id-disa’ kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tikser l-Artikoli 108 u 296 tat-Trattat, l-Artikoli 6(1) u 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ trattament ugwali u tad-drittijiet tad-difiża.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004, tas- 6 ta’ Ottubru 2004, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna de minimis fis-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/50


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — The Pukka Luggage Company vs UASI — Jesus Miguel Azpiroz Arruti (PUKKA)

(Kawża T-483/10)

()

2010/C 328/78

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Pukka Luggage Company Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. E. Gilbert u M. H. Blair, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jesús Miguel Azpiroz Arruti (San Sebastián, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tad-29 ta’ Lulju 2010, fil-Każ R 1175/2008-4;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ l-oppożizzjoni għall-“bagalji”.

jew sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ l-oppożizzjoni għall-“bagalji iebsin u bagalji iebsin bir-roti”;

tikkundanna lill-konvenut kif ukoll il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-kawża inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PUKKA” għal prodotti fil-klassi 18 — Applikazzjoni Nru 4061545

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni Spanjola Nru 1570450 tat-trade mark figurattiva “PUKAS”, għal prodotti fil-klassi 18; it-trade mark figurattiva “PUKAS”, irreġistrata taħt in-Nru 19802 għal prodotti fil-klassijiet 25, 28 u 39.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tiegħu dwar ix-xebh tal-prodotti u fl-evalwazzjoni tax-xebh tat-trade mark ikkontestata mat-trade mark preċedenti.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/50


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2010 — Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-484/10)

()

2010/C 328/79

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Gas Natural Fenosa SDG, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-29 ta’ Settembru 2010, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni ikkontestata f’din il-kawża tawtorizza l-liġi Spanjola intiża li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali sostnuti mill-produtturi ta’ elettriku li, minħabba obbligu ta’ servizz pubbliku, għandhom jeffettwaw parti mill-produzzjoni tagħhom minn faħam ta’ oriġini nazzjonali.

Gas Natural Fenosa tqis li d-Deċiżjoni tmur kontra d-dritt Komunitarju, u għaldaqstant, titlob li tiġi annullata abbażi tal-motivi segwenti:

(1)

L-ewwel nett, id-Deċiżjoni tikser l-Artikoli 108(2) TFUE u 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), sa fejn hemm dubji dwar jekk l-għajnuna inkwistjoni hijiex kompatibbli mas-suq komuni.

(2)

It-tieni nett, id-Deċiżjoni tikser diversi dispożizzjonijiet tad-dritt primarju u sekondarju, b’tali mod li l-għajnuna ma tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq komuni, jiġifieri:

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ambjent, b’mod partikolari l-Artikoli 4 TUE u 191 TFUE, u r-regoli dettaljati dwar l-obbligazzjonijiet fil-qasam tal-ambjent, b’mod partikolari d-Direttiva 2003/87/KE, reċentement emendati bid-Direttiva 2009/29/KE (2), peress li l-miżura inkwistjoni tinkoraġġixxi l-funzjonament ta’ installazzjonijiet li jżidu l-livell ta’ gassijiet emessi fl-atmosfera, tikser il-projbizzjoni li jingħataw drittijiet ġodda għal emissjonijiet mingħajr ħlas, u, tippromwovi attivitajiet ta’ minjiera li jirrappreżentaw theddida serja għall-habitat naturali.

In-normi tat-Trattat fil-qasam tas-suq intern, b’mod partikolari l-Artikoli 34 u 49 TFUE, sa fejn tostakola u tagħmel iktar diffiċli kemm l-importazzjoni ta’ enerġija elettrika ġġenerata minn faħam jew gass mhux Spanjol kif ukoll il-pjanijiet ta’ espansjoni tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni elettrika minn gass u/jew faħam importat.

L-Artikoli 101 u 102 TFUE flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, peress li tinkoraġġixxi aġir antikompetittiv min-naħa tal-produtturi ta’ faħam Spanjol.

L-Artikolu 126(1) TFUE peress li l-miżura inkwistjoni żżid mingħajr bżonn u b’mod sproporzjonat l-ispiża pubblika.

Ir-Regolament Nru 1407/2002 (3), peress li tawtorizza żieda fil-volum tal-għajnuna diġà mogħtija permezz ta’ miżuri preċedenti, u tipprovoka distorsjoni fis-suq tal-produzzjoni ta’ enerġija elettrika.

(3)

It-tielet nett, id-Deċiżjoni tikser l-Artikoli 3(2) u 11(4) tat-Tieni Direttiva dwar is-suq tal-eletriku (Direttiva 2003/54/KE) (4), l-Artikolu 106(2) TFUE kif ukoll il-qafas Komunitarju dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku u l-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li ma tipprovdix il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-imsemmija dispożizzjonijiet dwar il-ħolqien ta’ Servizz ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali minħabba raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista, u, fi kwalunkwe każ, jeżistu alternattivi inqas onerużi sabiex jintlaħqu l-għanijiet intiżi mill-miżura inkwistjoni.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.

(2)  Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 140, p. 63).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002, tat-23 ta’ Lulju 2002, dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 170).

(4)  Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/51


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2010 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-486/10)

()

2010/C 328/80

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u E. Barbier de la Serre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess hija l-istess deċiżjoni inkwistjoni fil-Kawżi T-484/10, Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni u T-490/10 Endesa vs Il-Kummissjoni.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet diversi żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta qieset, wara li għamlet eżami preliminari skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1), li l-kumpens għas-servizz pubbliku nnotifikat mir-Renju ta’ Spanja huwa kkunsidrat konformi mal-liġijiet tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-rikorrenti tressaq ħames motivi għal annullament.

Permezz tal-ewwel motiv għal annullament ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset milli tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament minkejja li jeżistu dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna nnotifikata mas-suq intern. Għaldaqstant, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni kisret manifestament l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

Permezz tat-tieni motiv għal annullament, li huwa magħmul minn żewġ partijiet, ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel parti, li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat li l-miżura nnotifikata mir-Renju ta’ Spanja tirrispondi għall-ħtieġa li jiġu kkumpensati l-ispejjeż ta’ provvista ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġġustifikat minħabba motivi ta’ sigurtà ta’ provvista, meta la jeżistu, u lanqas ma huwa prevedibbli li jeżistu fi żmien medju problemi ta’ sigurtà ta’ provvista fi Spanja; u fit-tieni parti, tallega żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset li l-miżura nnotifikata mir-Renju ta’ Spanja hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) TFUE u t-Tielet Direttiva dwar l-elettriku.

Permezz tat-tielet motiv għal annullament, ir-rikorrenti targumenta li l-għajnuna mill-Istat awtorizzata mill-Kummissjoni hija kuntrarja għal-limiti ratione materiae u ratione temporis stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 (2) dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam u fil-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi.

Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li jobbligaha teżamina b’mod diliġenti, imparzjali u fil-fond l-elementi kollha relevanti għall-kawża, peress li ma qisietx opportun tiġbor l-opinjonijiet kollha neċessarji sabiex tkun kompletament informata dwar id-data kollha li tirrigwarda l-kawża qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, u ppreferiet tadotta l-miżura kkontestata fl-ewwel fażi.

Permezz tal-ħames motiv, li huwa magħmul minn tliet partijiet, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju stabbilit mill-ġurisprudenza li jipprekludi lill-Kummissjoni milli tiddikkjara kompatibbli mas-suq intern għajnuna mill-Istat li tikser dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat, b’mod partikolari, billi injorat li l-miżura tikser ir-regoli li jistabbilixxu l-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija, l-għanijiet imfittxa mid-direttivi dwar is-suq intern dwar l-elettriku u l-għanijiet ta’ sostenibbiltà tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002, tat-23 ta’ Lulju 2002, dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 170).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/52


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2010 — Endesa u Endesa Generacion vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-490/10)

()

2010/C 328/81

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Endesa, SA (Madrid, Spanja), Endesa Generación, SA (Sevilla, Spanja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tiddikjara r-rikors fondat u tannulla d-deċiżjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess deċiżjoni inkwistjoni fil-Kawżi T-484/10, Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni u T-486/10, Iberdola vs Il-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi insostenn tar-rikors tagħhom:

(1)

L-ewwel motiv huwa bbżat fuq l-iżball manifest li wettqet il-Kummissjoni meta kkunsidrat li l-miżura nnotifikata taqa’ taħt id-Direttiva 2003/54/KE (1). Fil-fatt:

Billi kkunsidrat li l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54/KE ma jeħtieġx li l-awtoritajiet nazzjonali jinvokaw u juru l-eżistenza ta’ raġunijiet ta’ sigurtà tal-provvista sabiex ikunu jistgħu jadottaw miżuri inkompatibbli mar-regoli ta’ armonizzazzjoni li jinsabu fid-Direttiva, il-Kummissjoni wettqet żball manifest. Tali interpretazzjoni hija inkompatibbli mal-obbligu li kull dispożizzjoni derogatorja tiġi interpretata b’mod strett.

L-interpretazzjoni li l-Kummissjoni tagħti tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2004/54/KE hija tali li tawtorizza lill-Istati Membri jirrikorru b’mod indefinit għal regola li, skont l-Artikolu 114 tat-Trattat, tista’ tapplika biss b’mod transitorju. Għalhekk, din l-interpretazzjoni hija inkompatibbli mal-bażi legali li fuqha ġiet adottata d-Direttiva 2003/54/KE.

Meta kkalkolat il-limitu ta’ 15 % previst fid-Direttiva 2003/54/KE b’mod li jneħħilu l-effett utli intiż mil-leġiżlatur tal-Unjoni, il-Kummissjoni wettqet żball manifest.

Il-Kummissjoni wettqet żball manifest peress li ma teżisti l-ebda problema ta’ sigurtà tal-provvista fi Spanja li tiġġustifika l-adozzjoni tal-miżura nnotifikata.

Il-miżura nnotifikata ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/54/KE, li jipprovdu li l-obbligi ta’ servizz pubbliku għandhom ikunu definiti b’mod ċar, ikunu trasparenti, nondiskriminatorji kif ukoll li jistgħu jiġu vverifikati u għandhom jiggarantixxu lill-impriżi tal-elettriku tal-Unjoni aċċess ugwali għall-konsumaturi nazzjonali.

(2)

It-tieni motiv huwa dedott mill-iżball manifest li l-Kummissjoni wettqet meta kkunsidrat lil-Artikolu 106(2) tat-Trattat japplika għall-miżura nnotifikata. Fil-fatt:

Meta kkunsidrat li r-regola stabbilita fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54/KE teżentha milli teżamina jekk il-kundizzjonijiet ta’ eżistenza ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku humiex sodisfatti f’dan il-każ, il-Kummissjoni wettqet żball manifest.

Billi ma evalwatx korrettament in-natura proporzjonali tal-miżura nnotifikata u billi llimitat din l-analiżi sempliċiment għall-punt li jsir magħruf jekk kienx jeżisti kumpens eċċessiv jew le, il-Kummissjoni wettqet żball manifest.

Meta applikat l-Artikolu 106(2) tat-Trattat, il-Kummissjoni ma analizzatx il-ksur tad-dritt għall-proprjetà, stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, li tinvolvi l-miżura nnotifikata.

(3)

It-tielet motiv huwa dedott minn ksur tar-regoli dwar ċerti aspetti tal-proċedura. Fil-fatt:

Billi ma fetħitx investigazzjoni formali minkejja l-eżistenza ta’ indizzji oġġettivi u konkordanti li juru li l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà u tal-miżura nnotifikata kellha problemi serji, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108 tat-Trattat kif ukoll l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999 (2).

Billi użat il-fażi ta’ prenotifika sabiex tevita l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni saret ħatja ta’ abbuż ta’ poter.


(1)  Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/53


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Melli Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-492/10)

()

2010/C 328/82

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Melli Bank plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu 5 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla l-paragrafu 3 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 (2) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tiddikjara l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 (3) inapplikabbli għar-rikorrenti; u

tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

F’dan il-każ ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill Nru 668/2010 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK sa fejn ir-rikorrenti hija inkluża fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 277 TFUE, l-inapplikabbilta tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007.

Insostenn tat-talbiet tagħha r-rikorrenti tressaq is-segwenti motivi.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li r-regolament u d-deċiżjoni kkontestati ġew adottati bi ksur tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti u tad-dritt tagħha għal protezzjoni ġuridika effettiva peress li r-raġunijiet mogħtija mill-Kunsill ma humiex biżżejjed għar-rikorrenti sabiex tifhem ir-raġunijiet għalfejn issemmiet u konsegwentement kellha l-assi tagħha ffriżati.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill naqas milli jipprovdilha evidenza u/jew dokumenti mill-fajl li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill u għalhekk ir-rikorrenti ma setgħetx tressaq argumenti effettivi dwar l-inklużjoni tagħha.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-kriterji sostantivi għall-inklużjoni tagħha ma ġewx sodisfatti u/jew il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddetermina jekk dawn il-kriterji kinux ġew sodisfatti jew le. Ir-rikorrenti tgħid li ma hijiex “proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn” entità li hija impenjata fi, assoċjata direttament ma’, jew li tipprovdi appoġġ għall-allegati attivitajiet nukleari strateġiċi tal-Iran marbuta mal-proliferazzjoni jew l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari skont it-tifsira mogħtija lill-espressjoni “proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn” fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Melli Bank vs Il-Kunsill (T-246/08) (4).

It-tielet nett, ir-rikorrenti targumenta li sa fejn l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 u/jew l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK huma obbligatorji u jirrikjedu li l-Kunsill isemmi kwalunkwe sussidjarja ta’ kumpannija parent imsemmija, dawn huma illegali.

Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti ssostni li l-kriterji sostantivi għall-inklużjoni tal-kumpannija parent tagħha u għalhekk tar-rikorrenti ma humiex sodisfatti u/jew il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddetermina jekk dawn il-kriterji ġewx sodisfatti jew le. Ir-rikorrenti targumenta li sa fejn il-kumpannija parent tagħha jirnexxiela tirbaħ il-kawżi kontra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2009 (5) (Kawża T-35/10) (6) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE (7) (Kawża T-390/08) (8), ir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK għandhom jiġu annullati sa fejn japplikaw għar-rikorrenti.

Il-ħames nett, ir-rikorrenti ssostni li l-inklużjoni tagħha u l-iffriżar tal-assi kollha tagħha madwar id-dinja ma għandhom l-ebda relazzjoni razzjonali mal-għan intiż tal-Kunsill u jiksru d-dritt tagħha ta’ proprjetà. Barra minn hekk hija tgħid li l-miżuri restrittivi imposti huma sproporzjonati peress li jikkawżaw dannu kunsiderevoli fuq ir-rikorrenti u ma humiex l-inqas mezz restrittiv li seta’ jintuża.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.

(2)  Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ĠU 2007 L 103, p. 1).

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Lulju 2009, Melli Bank vs Il-Kunsill, Kawżi magħquda T-246/08 u T-332/08, Ġabra p. II-2629.

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2009 tas-17 ta’ Novembru 2009 li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar id-Deċiżjoni 2008/475/KE (ĠU L 303, p. 31)

(6)  Kawża T-35/10, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, ĠU 2010 C 100, p. 47.

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ĠU L 163, p. 29

(8)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-14 ta’ Ottubru 2009, Bank Melli vs Il-Kunsill, Kawża magħquda C-548/09 P, li tinsab taħt appell fil-Kawża C-548/09 P, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, ĠU C 80, p. 10.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/54


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Persia International Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-493/10)

()

2010/C 328/83

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Persia International bank plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu 2 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla l-paragrafu 4 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tiddikjara l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 (3) inapplikabbli għar-rikorrenti; u

tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors

Motivi u argumenti prinċipali

F’dan il-każ ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill Nru 668/2010 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK sa fejn ir-rikorrenti hija inkluża fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 277 TFUE, l-inapplikabbilta tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali tar-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk li ressqet ir-rikorrenti fil-Kawża T-492/10 Melli Bank vs Il-Kunsill.


(1)  Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ĠU 2007 L 103, p. 1).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/55


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Bank Saderat Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-494/10)

()

2010/C 328/84

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Saderat Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu 5 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla l-paragrafu 7 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

F’dan il-każ ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill Nru 668/2010 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK sa fejn ir-rikorrenti hija inkluża fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.

It-tliet motivi tar-rikorrenti huma identiċi jew simili għall-ewwel, it-tieni u l-ħames motivi li ressqet ir-rikorrenti fil-Kawża T-492/10 Melli Bank vs Il-Kunsill.


(1)  Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/55


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Bank Saderat vs Il-Kunsill

(Kawża T-495/10)

()

2010/C 328/85

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Saderat plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu 5 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla l-paragrafu 7 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tiddikjara l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 (3) inapplikabbli għar-rikorrenti; u

tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

F’dan il-każ ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill Nru 668/2010 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK sa fejn ir-rikorrenti hija inkluża fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 277 TFUE, l-inapplikabbilta tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali tar-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk li ressqet ir-rikorrenti fil-Kawża T-492/10 Melli Bank vs Il-Kunsill.


(1)  Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ĠU 2007 L 103, p. 1).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/56


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Bank Mellat vs Il-Kunsill

(Kawża T-496/10)

()

2010/C 328/86

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Mellat (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu 2 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla l-paragrafu 4 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

F’dan il-każ ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill Nru 668/2010 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK sa fejn ir-rikorrenti hija inkluża fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.

It-tliet motivi tar-rikorrenti huma identiċi jew simili għall-ewwel, it-tieni u l-ħames motivi li ressqet ir-rikorrenti fil-Kawża T-492/10 Melli Bank vs Il-Kunsill.


(1)  Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/56


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Divandari vs Il-Kunsill

(Kawża T-497/10)

()

2010/C 328/87

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ali Divandari (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Wyatt, QC u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-paragrafu 1 tat-Tabella A tal-Anness tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla l-paragrafu 2 tat-Tabella A tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

F’dan il-każ ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill Nru 668/2010 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK sa fejn ir-rikorrent huwa inkluż fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.

L-erba’ motivi tar-rikorrent huma identiċi jew simili għall-ewwel, it-tieni u l-ħames motivi li ressqet ir-rikorrenti fil-Kawża T-492/10 Melli Bank vs Il-Kunsill.


(1)  Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Sepracor vs UASI — Laboratorios Ern (LEVENIA)

(Kawża T-280/07) (1)

()

2010/C 328/88

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2010 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-441/07) (1)

()

2010/C 328/89

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 37, 09.02.2008.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Söns vs UASI — Settimio (GREAT CHINA WALL)

(Kawża T-140/10) (1)

()

2010/C 328/90

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/58


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Settembru 2010 — Vivier vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/05) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Klassifikazzjoni fil-grad - Gradi stabbiliti fis-sejħa għall-kandidaturi - Emenda tar-regoli ta’ klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Applikazzjoni b’analoġija)

2010/C 328/91

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Vivier (Petten, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Orlandi, A. Coolen u É. Marchal, avukati, sussegwentement minn S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn H. Krämer u K. Herrmann, aġenti, sussegwentement minn J. Currall, aġent)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A*6 matul l-impjieg tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta’ klassifikazzjoni, kif annessa mal-ftehim addizzjonali tal-21 ta’ Lulju 2004 għall-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ffirmat minn J.-F. Vivier fl-10 ta’ Ġunju 2004, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż ta’ J.-F. Vivier.


(1)  ĠU C 193, 06/08/2005, p. 31. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-196/05 u ttrasferita għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/58


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Gudrun Schulz vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-36/05) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kandidati mniżżla f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fl-iskala - Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikoli 2, 5 u 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni minħabba l-età - Remunerazzjoni ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura)

2010/C 328/92

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gudrun Schulz (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Rodrigues u A. Jaume, avukati, sussegwentement minn S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrenti, imniżżla f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta’ dawn (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 193, 06/08/2005, p. 36. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-207/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/59


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Jacobs vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-41/05) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kandidati mniżżla f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

2010/C 328/93

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kurt Jacobs (Bruges, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent, imniżżel f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta’ dawn (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 205, 20/08/2005, p. 26. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-220/05 u ttrasferita għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/59


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-TieniAwla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Torijano Montero vs Il-Kunsill

(Kawża F-76/05) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kandidati mniżżla f’lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament tal-Persunal - Prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi - Dmir ta’ premura - Proporzjonalità)

2010/C 328/94

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Javier Torijano Montero (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Rodrigues u A. Jaume, avukati, sussegwentement S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Sulce, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tikklassifika lir-rikorrent, imniżżel f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta’ dawn [Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal]

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 281, 12/11/2005, p. 23. (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-302/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/59


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Toth vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-107/05) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Klassifikazzjoni fil-grad - Gradi stabbiliti fis-sejħa għall-kandidaturi - Emenda tar-regoli ta’ klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal temporanju li saret wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-kandidaturi - Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Applikazzjoni b’analoġija - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

2010/C 328/95

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gergely Toth (Besozzo, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Rodrigues u Y. Minatchy, avukati, sussegwentement S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz u R. Albelice, avukati, fl-aħħar minn S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti, sussegwentement K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A*6 matul l-impjieg tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikklassifika lil G. Toth fil-grad A*6, it-tieni skala, li tinsab fl-Artikolu 3 tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ffirmat fis-17 ta’ Jannar 2005, hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannati tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tar-rikorrent.

(4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 22, 28/01/2006, p. 15. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-401/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005).


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/60


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — de Luca vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-20/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Uffiċjali li jaċċedu għal grupp ta’ kariga superjuri permezz ta’ kompetizzjoni ġenerali - Kandidat imniżżel f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal u Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

2010/C 328/96

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Patricia de Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Simm, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 2005 li taħtar lir-rikorrenti, uffiċjal, diġà kklassifikata fil-grad A*10 u li għaddiet minn kompetizzjoni għall-gradi A5/A4, għal impjieg ta’ Amministratur fid-Direttorat Ġenerali “Ġustizzja, libertà u sigurtà”, sa fejn din timmodifika l-klassifikazzjoni tagħha mill-grad A*10 għall-grad A*9.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 108, 06/05/2006, p. 31.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/60


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Settembru 2010 — Lebedef u Jones vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 9 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Koeffiċjent ta’ korrezzjoni - Trattament ugwali)

2010/C 328/97

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Georgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) u Trevor Jones (Ernzen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Frabetti u J.-Y. Vergnaud, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti]

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li l-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fil-Lussemburgu tinġieb f’livell ekwivalenti għal dak tal-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fi Brussell u, sussidjarjament, talba għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti maħruġa mill-15 ta’ Ġunju 2008.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

G. Lebedef u T. Jones huma kkundannati għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009, p. 21.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/61


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2010 — W vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-86/09) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Koppja ta’ persuni tal-istess sess - Allowance tad-dar - Kundizzjonijiet għall-għoti - Aċċess għaż-żwieġ ċivili - Kunċett - Artikolu 1(2)(ċ)(iv) tal-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal)

2010/C 328/98

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: W (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma tingħatax lir-rikorrent l-allowance tad-dar peress li r-rikorrent u s-sieħeb tiegħu kellhom aċċess għaż-żwieġ ċivili fil-Belġju.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2009 u tas-17 ta’ Lulju 2009, li rrifjutaw lil W l-allowance tad-dar previst fl-Artikolu 1 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, huma annullati.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010, p. 40.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/61


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2010 — Bovagnet vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-89/10)

()

2010/C 328/99

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: François-Carlos Bovagnet (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Korving, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tirrimborsax kompletament l-ispejjeż ta’ edukazzjoni tat-tfal tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tilqa’ l-ilment tar-rikorrent u tagħtih ir-rimbors integrali tal-irċevuti kollha kkontestati li jirrigwardaw is-sena skolastika 2009/2010, jiġifieri, il-ħlas tas-somma ta’ EUR 2 580 min-naħa tal-PMO.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/61


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2010 — Blessemaille vs Il-Parlament

(Kawża F-93/10)

()

2010/C 328/100

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe Blessemaille (Remich, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad AST 8 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u t-talba għal kumpens għad-dannu morali mġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, ippubblikata fit-2 ta’ Diċembru 2009, li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali promossi mill-grad AST 7 għall-grad AST 8 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009;

bħala konsegwenza ta’ dan l-annullament, iwettaq eżami komparattiv ieħor tal-merti tar-rikorrent u ta’ dawk tal-kandidati l-oħrajn abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u 2009 u tagħti lir-rikorrent il-promozzjoni għall-grad AST 8 b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2008 kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq l-arretrati ta’ remunerazzjoni bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2008, mingħajr ma tiddaħħal inkwistjoni l-promozzjoni tal-uffiċjali l-oħrajn promossi;

jikkundanna lill-Parlament iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3,500, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab minħabba li ma ngħatax il-promozzjoni fl-1 ta’ Jannar 2008, mingħajr ħsara għall-possibbiltà li din is-somma tiġi miżjuda matul il-proċeduri;

sussidjarjament, jekk it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis li l-promozzjoni għall-grad AST 8 ma tistax ikollha effetti minn data preċedenti għall-1 ta’ Jannar 2009, jikkundanna lill-Parlament għall-kumpens addizzjonali bħala kumpens għad-dannu materjali ta’ ammont li jikkorrispondi għad-differenza fil-ħlas bejn dak effettivament irċevut fl-2008, u dak li kellu jiġi rċevut fl-2008 wara l-promozzjoni fl-1 ta’ Jannar 2008 u kkalkolat fuq perijodu li jinkludi, jew il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2008, jew bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2008 skont id-data li fiha jiġi rikonoxxut id-dħul fis-seħħ tal-promozzjoni kkontestata (l-1 ta’ Jannar 2009 jew l-1 ta’ Settembru 2008, rispettivament);

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/62


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — Eberhard Bömcke vs BEI

(Kawża F-95/10)

()

2010/C 328/101

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Bömcke (Athus, il-Belġju) (rappreżentant: D. Lagasse, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni meħuda mid-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-konvenut li tikkonferma li l-mandat bħala rappreżentant tal-persunal tar-rikorrent skada u t-talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-BEI, innotifikata lir-rikorrent permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Settembru 2010 li huwa rċieva fl-24 ta’ Settembru 2010,

jikkundanna lill-BEI jagħmel tajjeb għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent minħabba d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq u jagħtih, bħala kumpens, is-somma ta’ EUR 25 000,

jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.