ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CA2010.321.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 321A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
26 ta' Novembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2010/C 321A/01

Avviż ta' reklutaġġ PE/129/S — Direttur (Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14) — Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni — Direttorat għar-Riżorsi

1

2010/C 321A/02

Avviż ta' reklutaġġ PE/130/S — Direttur (Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14) — Direttorat Ġenerali għall Presidenza — Direttorat għar-Riżorsi

7

2010/C 321A/03

Avviż ta' reklutaġġ PE/131/S — Direttur (Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14) — Direttorat ġenerali għall-Politika Esterna tal-Unjoni — Direttorat għar-Riżorsi

12

2010/C 321A/04

Avviż ta' reklutaġġ PE/132/S — Direttur (Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14) — Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni — Direttorat għar-Riżorsi

17

2010/C 321A/05

Avviż ta' reklutaġġ PE/135/S — Direttur (Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14) — Direttorat Ġenerali għall-Politika Esterna tal-Unjoni — Direttorat għall-Kumitati

22

2010/C 321A/06

Avviż ta' reklutaġġ PE/136/S — Direttur (Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14) — Direttorat Ġenerali għall-Persunal — Direttorat għall-Ġestjoni Amministrattiva

29

2010/C 321A/07

Avviż ta' reklutaġġ PE/139/S — Direttur (Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14) — Direttur għar-Relazzjonijiet mal-Gruppi Politiċi

36

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

5

(FR)

9

 

19

(FR)

23

(DE/ES/PT)

28

 

48

 

53

 

56

 

57

 

60

 

61

(DE/EN/FR)

62

 

64

 

66

(BG/RO)

67

(ES)

70

(PT)

73

(FI)

74

(SV)

91

 

95

 

104

 

110

 

116

(ET)

119

 

129

(EL)

137

(LT/LV/MT)

138

(BG/CS/LT/PL/RO/SK)

143

(DE/EN/FR)

144

(DE/EN/FR)

146

(DA/FI/MT)

147

(FI)

149

(IT)

150

(BG/CS/LT/PL/RO/SK)

151

 

155

 

156

(PL)

157

 

163

 

164

 

171

(IT)

178

(DE/EN/FR)

184

 

188

(DA/DE/EN/FR/SL)

190

 

191

 

192

(DE/EN/FR)

196

(BG/EN/NL/RO/SL)

201

 

204

(EN/FR)

219

 

227

(EN/FR)

236

 

238

 

242

(BG/LT/LV/MT/PL/RO/SK/SL)

248

(DA/DE/EN/LT/NL/RO)

249

 

253

 

254

(DE/EN/FR)

256

(RO)

257

(CS/PL)

261

 

262

 

265

 

266

(RO)

269

(BG/CS/LT/PL/RO/SK)

278

 

285

(EN/ES/FR/NL)

286

(HU)

287

(DE/EN/FR)

289

 

290

 

292

 

296

 

297

(EL/ES/NL/PT)

298

(PL)

299

(RO)

300

(BG)

302

 

304

(IT/MT)

305

(ET)

307

 

311

(DE/EN/FR)

312

(DA/DE/EN/ES/FR/MT/NL/PT/SV)

314

(DE/EN/FR)

316

 

318

 

319

(EN)

320

(SV)

321

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

26.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 321/1


AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ PE/129/S — DIRETTUR

(Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14)

DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-POLITIKI INTERNI TAL-UNJONI — DIRETTORAT GĦAR-RIŻORSI

(2010/C 321 A/01)

1.   Pożizzjoni battala

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex timtela l-pożizzjoni ta' direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni — Direttorat għar-Riżorsi, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (1).

Din il-proċedura ta' għażla, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta' kandidati, se tiżvolġi fl-istess żmien waqt li jkunu għaddejjin il-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta' reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ qed isir għall-grad AD 14 (2). Is-salarju bażiku huwa ta' EUR 12 732,20 fix-xahar. Ma' dan is-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja imma li huwa eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kundizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-kandidati għandhom jinnutaw li dan l-impjieg huwa suġġett għar-Regolamenti dwar il-Politika ta' Mobilità adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu 2004.

Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità, kuntatt frekwenti ma' nies fil-Parlament u barra minnu, b'mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew, kif ukoll il-ġestjoni ta' timijiet bi status differenti. Il-persuna responsabbli tkun mitluba tivvjaġġa ta' spiss bejn il-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew.

2.   Post tax-xogħol

Brussell. Dan l-impjieg huwa suġġett għal trasferiment f'xi wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   Ugwaljanza ta' opportunitajiet

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiki ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija ta' minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età, orjentazzjoni sesswali, stat ċivili jew sitwazzjoni tal-familja.

4.   Deskrizzjoni tal-impjieg

Uffiċjal ta' livell għoli li, kif imfisser fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-Awtorità Parlamentari u mid-Direttorat Ġenerali, għandu dawn id-dmirijiet (3):

Jiżgura l-funzjonament tajjeb ta' dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi bosta unitajiet li jkopru l-oqsma ta' kompetenza tad-Direttorat.

Jissorvelja, jistimula, jimmotiva u jikkoordina tim wieħed jew aktar ta' aġenti sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li jiżgura servizz ta' kwalità għolja (organizzazzjoni, amministrazzjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, amministrazzjoni tas-servizzi loġistiċi u tal-informatika) fil-qasam ta' attività tiegħu.

Jippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni tal-objettivi u l-istrateġiji) — jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti — jevalwa s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiġi garantita l-kwalità tagħhom.

Jieħu deċiżjonijiet rigward strateġiji teknoloġiċi u maniġerjali li jirrigwardaw t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (għażla ta' soluzzjonijiet tekniċi, servizzi offruti, approċċi għat-twettiq ta' proġetti u l-forniment ta' servizzi).

Jagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament dwar il-qasam ta' attività tiegħu.

Jikkopera mad-Direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, jirrappreżenta lill-Istituzzjoni u jinnegozja kuntratti jew ftehimiet fil-qasam ta' attività tiegħu.

Imexxi u jwassal fi tmiemhom il-proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji.

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega.

5.   Eliġibilità (profil meħtieġ)

Din il-proċedura ta' għażla hija miftuħa għall-kandidati kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet:

a)   Kundizzjonijiet ġenerali

Bi qbil mal-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kandidati jridu:

Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4).

Igawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini.

Jissodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari.

Jipproduċu r-referenzi ta' karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet previsti.

b)   Kundizzjonijiet speċifiċi

i)   Kwalifiki, diplomi u esperjenza professjonali meħtieġa

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma, meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji universitarji jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena (5), meta l-perjodu normali tal-istudji universitarji jkun għall-inqas ta' tliet snin.

Mill-inqas tnax-il sena esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija fl-ewwel punt, fosthom sitt snin mill-inqas ta' esperjenza maniġerjali.

ii)   Għarfien meħtieġ

Għarfien kulturali ġenerali eċċellenti tal-affarijiet Ewropej.

Fehim eċċellenti ta' kwistjonijiet politiċi interni, nazzjonali u internazzjonali.

Għarfien eċċellenti tal-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali, tal-organizzazzjoni u l-ambjent tiegħu u ta' dawk involuti fiha.

Għarfien eċċellenti tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-interpretazzjoni tagħhom u tar-regoli derivati.

Għarfien eċċellenti tar-Regolament Finanzjarju, tar-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu, tar-regoli interni u ta' testi oħra subordinati tal-Parlament Ewropew.

Fehim tajjeb ħafna tal-kulturi differenti rappreżentati fi ħdan l-istituzzjonijiet.

Versatilità teknika u maniġerjali tajba ħafna fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

Għarfien tajjeb ħafna tat-teknoloġiji, tal-ġestjoni tal-implimentazzjoni tagħhom, tal-iżviluppi, tal-għażliet u tal-affarijiet relatati magħhom.

Għarfien amministrattiv tajjeb ħafna (riżorsi umani, ġestjoni, baġit, finanzi, informatika, kwistjonijiet legali, eċċ.).

Għarfien eċċellenti tat-tekniki tal-immaniġġjar.

iii)   Għarfien lingwistiku

Il-pożizzjoni tesiġi għarfien fil-fond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) kif ukoll għarfien ta' tnejn oħra minn dawn il-lingwi.

Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta' lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

iv)   Kapaċitajiet meħtieġa

Sens ta' strateġija.

Kapaċità maniġerjali.

Kapaċità ta' ppjanar bil-quddiem.

Kapaċità ta' reazzjoni għall-avvenimenti.

Approċċ metikoluż.

Kapaċità ta' komunikazzjoni.

6.   Proċedura tal-għażla

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tiegħu, il-Kumitat Konsultattiv għall-ħatra ta' uffiċjali għolja jistabbilixxi l-lista ta' kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau l-ismijiet tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta' dawn il-persuni, il-Kumitat jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F'dan il-qafas, il-Bureau jkun jista' jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.

7.   Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-kandidati huma mitluba jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom (u jikkwotaw ir-referenza għall-“avis de recrutement numéro PE/129/S”), u jinkludu ittra ta' motivazzjoni u curriculum vitae fil-format tal-Europass (7) fl-indirizz li ġej:

Monsieur le Secrétaire général

Parlement européen

Bâtiment Konrad Adenauer

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Din l-ittra ta' applikazzjoni għandha tintbagħat, b'posta reġistrata, sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2010, bit-timbru postali bħala prova.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista (8) jridu jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw attwalment. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.


(1)  ĠU L 124, 27.4.2004.

(2)  Meta jiġi reklutat, l-uffiċjal jingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(3)  Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-anness.

(4)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit.

(5)  Din is-sena ta' esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jsegwi.

(6)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż, u l-Isvediż.

(7)  http://europass.cedefop.europa.eu/

(8)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.


ANNESS

DĠ GĦALL-POLITIKI INTERNI TAL-UNJONI — DIRETTORAT GĦAR-RIŻORSI

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiddirieġi, jikkoordina u jmexxi l-unitajiet u s-servizzi tad-Direttorat

Jeżerċita s-setgħat ta' awtorità tal-ħatra

Jimmaniġġja proġetti

Jirrappreżenta lill-Istituzzjoni f'diversi kumitati interni u forums interistituzzjonali

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega.

2.   Organigramma (1)

1 Amministratur

SERVIZZ TAL-FINANZI

1.   Dmirijiet prinċipali

Iħejji l-abbozz ta' baġit preliminari tad-Direttorat Ġenerali

Jikkoordina l-ġestjoni baġitarja

jiggarantixxi t-tħejjija tal-baġit annwali, l-implimentazzjoni ta' kuljum tal-baġit, it-tħejjija tat-talbiet għal kontijiet imprest u ta' talbiet ta' trasferiment fil-proċess li jitwettqu u jistabbilixxi r-rapporti dwar il-ġestjoni (rapporti intermedji matul is-sena, rapporti annwali, rapporti mitluba mir-riżoluzzjonijiet baġitarji, rapporti mitluba mis-servizz finanzjarju ċentrali, ħidma marbuta mal-pjan ta' azzjoni, segwitu għar-rapporti tal-awditur intern, segwitu għar-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri)

iwettaq jew jikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku, sussidji, eċċ. u jiggarantixxi l-konformità u r-rispett tar-regoli relevanti

Jiggarantixxi l-konservazzjoni tal-atti baġitarji u tad-dokumenti ġustifikattivi, kif ukoll tal-oriġinali tas-sejħiet għall-offerti u l-kuntratti

2.   Organigramma (7)

1 Amministratur

6 Assistenti

UNITÀ TAL-PERSUNAL

1.   Dmirijiet prinċipali

Koordinazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi umani

Jimmaniġġja l-karigi fl-organigramma tad-Direttorat Ġenerali, janalizza u jsegwi l-bżonnijiet tiegħu fir-rigward tar-reklutaġġ tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u kuntrattwali: isegwi l-proċeduri biex jimtlew pożizzjonijiet battala, l-organizzazzjoni ta' intervisti għar-reklutaġġ ta' uffiċjali u kandidati fuq il-lista ta' riżerva, il-ġestjoni tal-mobilità, eċċ.

Jimmaniġġja ta' kuljum il-kwistjonijiet relatati mal-persunal: ifassal u jsegwi r-rapporti tal-istaff, ir-rapporti dwar il-perjodi ta' prova u r-rapporti ta' konferma, iħejji dossiers għall-promozzjoni (punti ta' mertu), jimmaniġġja l-assenzi minħabba mard, il-lif annwali, il-baġits deċentralizzati tal-aġenti kuntrattwali, tal-missjonijiet u s-sigħat supplimentari, eċċ.

Jipprovdi komunikazzjoni, appoġġ u pariri fil-qasam ta' kompetenza tiegħu: ikun il-punt ta' referenza biex iwieġeb għat-talbiet varji tal-persunal, jilqa' l-kollegi l-ġodda, jittrażmetti l-informazzjoni dwar iċ-ċaqliq intern tal-persunal lis-servizzi kkonċernati tad-Direttorat Ġenerali u jżomm kuntatti regolari mal-kollegi tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal

Jaġġorna l-listi u l-bażijiet tad-data relatati mal-ġestjoni tal-fajls tal-persunal bħal Streamline, MISS, eċċ.

Ifassal statistika

Koordinazzjoni tal-fajls dwar it-taħriġ professjonali u l-assistenza

Jikkordina t-talbiet għal taħriġ professjonali tad-Direttorat Ġenerali u jiżgura l-monitoraġġ mill-unità responsabbli tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal

Jirrappreżenta d-Direttorat Ġenerali fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Professjonali

Jippjana u jipprovdi taħriġ u assistenza speċifiċi għall-persunal li jaħdem fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, kif ukoll id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Esterna

Jorganizza sessjonijiet ta' informazzjoni u seminars dwar suġġetti ta' interess ġenerali

Iħejji u jippubblika dokumenti tematiċi relatati mal-istrumenti prinċipali u l-modalitajiet ta' ħidma fi ħdan id-Direttorat Ġenerali

Koordinazzjoni tal-aspetti relatati mal-loġistika

Jalloka spazju fl-uffiċċji u jaċċerta li jiġu ekwipaġġati: ġarr, għamara, tagħmir telefoniku (użu tal-bazijiet tad-data DEMOV, FOURNIMOB u SUTEL)

Jimmaniġġja t-tagħmir, jimmaniġġja l-proprjetà fl-inventarju: jimmaniġġja l-inventarju tal-għamara (bażi tad-data ELS)

Jimmaniġġja l-provvisti tal-uffiċċju

2.   Organigramma (18)

1 Kap ta' unità

1 Amministratur

16-il Assistent

UNITÀ TAL-INFORMATIKA

1.   Dmirijiet prinċipali

Jikkoordina l-appoġġ informatiku għall-unitajiet differenti (tħejjija ta' pjan ta' akkwist annwali, kontroll tal-implimentazzjoni tiegħu, evalwazzjoni tar-riżultati, kontroll tal-installazzjoni tat-tagħmir, eċċ.)

Jipprovdi appoġġ funzjonali għall-utenti tal-applikazzjonijiet użati fid-Direttorat Ġenerali

Jagħti widen għall-bżonnijiet tal-utenti, billi jniedi u jieħu sehem fl-analiżi tal-applikazzjonijiet futuri b'mod li x-xogħol jittejjeb u jsir aktar effikaċi

Jipprovdi l-manwali għall-applikazzjonijiet informatiċi użati mill-Parlament (DocEP, ITER u IPOLnet, IM-Press, WICR) u jieħu sehem fil-koordinazzjoni tal-iżvilupp tekniku ta' wħud minnhom (ITER, AT4AM, DocEP)

Jirrappreżenta l-interessi tad-Direttorat Ġenerali u tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Esterna fil-gruppi ta' ħidma responsabbli għall-ġestjoni tal-informazzjoni interistituzzjonali u intraistituzzjonali, bħall-Kulleġġ tal-Uffiċjali għar-Riżorsi tal-Informazzjoni (IRO), ir-Recueil des Modèles (RDM), il-Grupp CIREL, l-ITER, kif ukoll fir-rigward tad-Direttorat għall-Informatika (DIT)

Jimmaniġġja s-sit tal-intranet u/jew tal-Internet tad-Direttorat Ġenerali

2.   Organigramma (12)

1 Amministratur

11-il Assistent


26.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 321/7


AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ PE/130/S — DIRETTUR

(Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14)

DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL PRESIDENZA — DIRETTORAT GĦAR-RIŻORSI

(2010/C 321 A/02)

1.   Pożizzjoni battala

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex timtela l-pożizzjoni ta' direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Presidenza — Direttorat għar-Riżorsi, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (1).

Din il-proċedura ta' għażla, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta' kandidati, se tiżvolġi fl-istess żmien waqt li jkunu għaddejjin il-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta' reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ qed isir għall-grad AD 14 (2). Is-salarju bażiku huwa ta' EUR 12,732.20 fix-xahar. Ma' dan is-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja imma li huwa eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kundizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-kandidati għandhom jinnutaw li dan l-impjieg huwa suġġett għar-Regolamenti dwar il-Politika ta' Mobilità adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu 2004.

Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità, kuntatt frekwenti ma' nies fil-Parlament u barra minnu, b'mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew, kif ukoll il-ġestjoni ta' timijiet bi status differenti. Peress li d-Direttorat għandu persunal f'postijiet tax-xogħol differenti, il-persuna responsabbli tkun mitluba tivvjaġġa ta' spiss bejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew.

2.   Post tax-xogħol

Brussell. Dan l-impjieg huwa suġġett għal trasferiment f'xi wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   Ugwaljanza ta' opportunitajiet

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiki ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija ta' minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età, orjentazzjoni sesswali, stat ċivili jew sitwazzjoni tal-familja.

4.   Deskrizzjoni tal-impjieg

Uffiċjal ta' livell għoli li, kif imfisser fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-Awtorità Parlamentari u mid-Direttorat Ġenerali, għandu dawn id-dmirijiet (3):

Jiżgura l-funzjonament tajjeb ta' dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi bosta unitajiet li jkopru l-oqsma ta' kompetenza tad-Direttorat.

Jissorvelja, jistimula, jimmotiva u jikkoordina tim wieħed jew aktar ta' aġenti sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li jiżgura servizz ta' kwalità għolja (organizzazzjoni, amministrazzjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, amministrazzjoni tas-servizzi loġistiċi u tal-informatika) fil-qasam ta' attività tiegħu.

Jippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni tal-objettivi u l-istrateġiji) — jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti — jevalwa s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiġi garantita l-kwalità tagħhom.

Jieħu deċiżjonijiet rigward strateġiji teknoloġiċi u maniġerjali li jirrigwardaw t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (għażla ta' soluzzjonijiet tekniċi, servizzi offruti, approċċi għat-twettiq ta' proġetti u l-forniment ta' servizzi).

Jagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament dwar il-qasam ta' attività tiegħu.

Jikkopera mad-Direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, jirrappreżenta lill-Istituzzjoni u jinnegozja kuntratti jew ftehimiet fil-qasam ta' attività tiegħu.

Imexxi u jwassal fi tmiemhom il-proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji.

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega.

5.   Eliġibilità (profil meħtieġ)

Din il-proċedura ta' għażla hija miftuħa għall-kandidati kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet:

a)   Kundizzjonijiet ġenerali

Bi qbil mal-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kandidati jridu:

Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4).

Igawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini.

Jissodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari.

Jipproduċu r-referenzi ta' karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet previsti.

b)   Kundizzjonijiet speċifiċi

i)   Kwalifiki, diplomi u esperjenza professjonali meħtieġa

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma, meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji universitarji jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena (5), meta l-perjodu normali tal-istudji universitarji jkun għall-inqas ta' tliet snin.

Mill-inqas tnax-il sena esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija fl-ewwel punt, fosthom sitt snin mill-inqas ta' esperjenza maniġerjali.

ii)   Għarfien meħtieġ

Għarfien kulturali ġenerali eċċellenti tal-affarijiet Ewropej.

Fehim eċċellenti ta' kwistjonijiet politiċi interni, nazzjonali u internazzjonali.

Għarfien eċċellenti tal-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali, tal-organizzazzjoni u l-ambjent tiegħu u ta' dawk involuti fiha.

Għarfien eċċellenti tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-interpretazzjoni tagħhom u tar-regoli derivati.

Għarfien eċċellenti tar-Regolament Finanzjarju, tar-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu, tar-regoli interni u ta' testi oħra subordinati tal-Parlament Ewropew.

Fehim tajjeb ħafna tal-kulturi differenti rappreżentati fi ħdan l-istituzzjonijiet.

Versatilità teknika u maniġerjali tajba ħafna fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

Għarfien tajjeb ħafna tat-teknoloġiji, tal-ġestjoni tal-implimentazzjoni tagħhom, tal-iżviluppi, tal-għażliet u tal-affarijiet relatati magħhom.

Għarfien amministrattiv tajjeb ħafna (riżorsi umani, ġestjoni, baġit, finanzi, informatika, kwistjonijiet legali, eċċ.).

Għarfien eċċellenti tat-tekniki tal-immaniġġjar.

iii)   Għarfien lingwistiku

Il-pożizzjoni tesiġi għarfien fil-fond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) kif ukoll għarfien ta' tnejn oħra minn dawn il-lingwi.

Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta' lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

iv)   Kapaċitajiet meħtieġa

Sens ta' strateġija.

Kapaċità maniġerjali.

Kapaċità ta' ppjanar bil-quddiem.

Kapaċità ta' reazzjoni għall-avvenimenti.

Approċċ metikoluż.

Kapaċità ta' komunikazzjoni.

6.   Proċedura tal-għażla

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tiegħu, il-Kumitat Konsultattiv għall-ħatra ta' uffiċjali għolja jistabbilixxi l-lista ta' kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau l-ismijiet tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta' dawn il-persuni, il-Kumitat jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F'dan il-qafas, il-Bureau jkun jista' jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.

7.   Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-kandidati huma mitluba jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom (u jikkwotaw ir-referenza għall-“avis de recrutement numéro PE/130/S”), u jinkludu ittra ta' motivazzjoni u curriculum vitae fil-format tal-Europass (7) fl-indirizz li ġej:

Monsieur le Secrétaire général

Parlement européen

Bâtiment Konrad Adenauer

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Din l-ittra ta' applikazzjoni għandha tintbagħat, b'posta reġistrata, sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2010, bit-timbru postali bħala prova.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista (8) jridu jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw attwalment. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.


(1)  ĠU L 124, 27.4.2004.

(2)  Meta jiġi reklutat, l-uffiċjal jingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(3)  Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-anness.

(4)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit.

(5)  Din is-sena ta' esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jsegwi.

(6)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż, u l-Isvediż.

(7)  http://europass.cedefop.europa.eu/

(8)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.


ANNESS

DĠ GĦALL-PRESIDENZA — DIRETTORAT GĦAR-RIŻORSI

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiddirieġi, jikkoordina u jmexxi l-unitajiet u s-servizzi tad-Direttorat

Jeżerċita s-setgħat ta' awtorità tal-ħatra

Jimmaniġġja proġetti

Jirrappreżenta lill-Istituzzjoni f'diversi kumitati interni u forums interistituzzjonali

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega.

2.   Organigramma (9)

2 Amministraturi

7 Assistenti

SERVIZZ TAL-INFORMATIKA

1.   Dmirijiet prinċipali

Jikkoordina l-appoġġ informatiku għall-unitajiet differenti (tħejjija ta' pjan ta' akkwist annwali, kontroll tal-implimentazzjoni tiegħu, evalwazzjoni tar-riżultati, kontroll tal-installazzjoni tat-tagħmir, eċċ.)

Jipprovdi appoġġ funzjonali għall-utenti tal-applikazzjonijiet użati fid-Direttorat Ġenerali

Jagħti widen għall-bżonnijiet tal-utenti, billi jniedi u jieħu sehem fl-analiżi tal-applikazzjonijiet futuri b'mod li x-xogħol jittejjeb u jsir aktar effikaċi

Jimmaniġġja s-sit tal-intranet u/jew tal-Internet tad-Direttorat Ġenerali

2.   Organigramma (2)

2 Assistenti

UNITÀ TAL-PERSUNAL

1.   Dmirijiet prinċipali

Koordinazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi umani

Jimmaniġġja l-karigi fl-organigramma tad-Direttorat Ġenerali, janalizza u jsegwi l-bżonnijiet tiegħu fir-rigward tar-reklutaġġ tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u kuntrattwali: isegwi l-proċeduri biex jimtlew pożizzjonijiet battala, l-organizzazzjoni ta' intervisti għar-reklutaġġ ta' uffiċjali u kandidati fuq il-lista ta' riżerva, il-ġestjoni tal-mobilità, eċċ.

Jimmaniġġja ta' kuljum il-kwistjonijiet relatati mal-persunal: ifassal u jsegwi r-rapporti tal-istaff, ir-rapporti dwar il-perjodi ta' prova u r-rapporti ta' konferma, iħejji dossiers għall-promozzjoni (punti ta' mertu), jimmaniġġja l-assenzi minħabba mard, il-lif annwali, il-baġits deċentralizzati tal-aġenti kuntrattwali, tal-missjonijiet u s-sigħat supplimentari, eċċ.

Jipprovdi komunikazzjoni, appoġġ u pariri fil-qasam ta' kompetenza tiegħu: ikun il-punt ta' referenza biex iwieġeb għat-talbiet varji tal-persunal, jilqa' l-kollegi l-ġodda, jittrażmetti l-informazzjoni dwar iċ-ċaqliq intern tal-persunal lis-servizzi kkonċernati tad-Direttorat Ġenerali u jżomm kuntatti regolari mal-kollegi tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal

Jaġġorna l-listi u l-bażijiet tad-data relatati mal-ġestjoni tal-fajls tal-persunal bħal Streamline, MISS, eċċ.

Ifassal statistika

Koordinazzjoni tal-fajls dwar it-taħriġ professjonali

Jikkordina t-talbiet għal taħriġ professjonali tad-Direttorat Ġenerali u jiżgura l-monitoraġġ mill-unità responsabbli tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal

Jirrappreżenta d-Direttorat Ġenerali fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Professjonali

Koordinazzjoni tal-aspetti relatati mal-loġistika

Jalloka spazju fl-uffiċċji u jaċċerta li jiġu ekwipaġġati: ġarr, għamara, tagħmir telefoniku (użu tal-bazijiet tad-data DEMOV, FOURNIMOB u SUTEL)

Jimmaniġġja t-tagħmir, jimmaniġġja l-proprjetà fl-inventarju: jimmaniġġja l-inventarju tal-għamara (bażi tad-data ELS)

Jimmaniġġja l-provvisti tal-uffiċċju

2.   Organigramma (11)

1 Kap ta' unità

1 Amministratur

9 Assistenti

UNITÀ TAL-FINANZI

1.   Dmirijiet prinċipali

Iħejji l-abbozz ta' baġit preliminari tad-Direttorat Ġenerali

Jikkoordina l-ġestjoni baġitarja

jiggarantixxi t-tħejjija tal-baġit annwali, l-implimentazzjoni ta' kuljum tal-baġit, it-tħejjija tat-talbiet għal kontijiet imprest u ta' talbiet ta' trasferiment fil-proċess li jitwettqu u jistabbilixxi r-rapporti dwar il-ġestjoni (rapporti intermedji matul is-sena, rapporti annwali, rapporti mitluba mir-riżoluzzjonijiet baġitarji, rapporti mitluba mis-servizz finanzjarju ċentrali, ħidma marbuta mal-pjan ta' azzjoni, segwitu għar-rapporti tal-awditur intern, segwitu għar-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri)

iwettaq jew jikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku, sussidji, eċċ. u jiggarantixxi l-konformità u r-rispett tar-regoli relevanti

Jiggarantixxi l-konservazzjoni tal-atti baġitarji u tad-dokumenti ġustifikattivi, kif ukoll tal-oriġinali tas-sejħiet għall-offerti u l-kuntratti

2.   Organigramma (11)

1 Kap ta' unità

10 Assistenti


26.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 321/12


AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ PE/131/S — DIRETTUR

(Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14)

DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-POLITIKA ESTERNA TAL-UNJONI — DIRETTORAT GĦAR-RIŻORSI

(2010/C 321 A/03)

1.   Pożizzjoni battala

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex timtela l-pożizzjoni ta' direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Esterna tal-Unjoni — Direttorat għar-Riżorsi, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (1).

Din il-proċedura ta' għażla, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta' kandidati, se tiżvolġi fl-istess żmien waqt li jkunu għaddejjin il-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta' reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ qed isir għall-grad AD 14 (2). Is-salarju bażiku huwa ta' EUR 12,732.20 fix-xahar. Ma' dan is-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja imma li huwa eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kundizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-kandidati għandhom jinnutaw li dan l-impjieg huwa suġġett għar-Regolamenti dwar il-Politika ta' Mobilità adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu 2004.

Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità, kuntatt frekwenti ma' nies fil-Parlament u barra minnu, b'mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew, kif ukoll il-ġestjoni ta' timijiet bi status differenti. Il-persuna responsabbli tkun mitluba tivvjaġġa ta' spiss bejn il-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew.

2.   Post tax-xogħol

Brussell. Dan l-impjieg huwa suġġett għal trasferiment f'xi wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   Ugwaljanza ta' opportunitajiet

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiki ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija ta' minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età, orjentazzjoni sesswali, stat ċivili jew sitwazzjoni tal-familja.

4.   Deskrizzjoni tal-impjieg

Uffiċjal ta' livell għoli li, kif imfisser fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-Awtorità Parlamentari u mid-Direttorat Ġenerali, għandu dawn id-dmirijiet (3):

Jiżgura l-funzjonament tajjeb ta' dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi bosta unitajiet li jkopru l-oqsma ta' kompetenza tad-Direttorat.

Jissorvelja, jistimula, jimmotiva u jikkoordina tim wieħed jew aktar ta' aġenti sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li jiżgura servizz ta' kwalità għolja (organizzazzjoni, amministrazzjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, amministrazzjoni tas-servizzi loġistiċi u tal-informatika) fil-qasam ta' attività tiegħu.

Jippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni tal-objettivi u l-istrateġiji) — jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti — jevalwa s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiġi garantita l-kwalità tagħhom.

Jieħu deċiżjonijiet rigward strateġiji teknoloġiċi u maniġerjali li jirrigwardaw t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (għażla ta' soluzzjonijiet tekniċi, servizzi offruti, approċċi għat-twettiq ta' proġetti u l-forniment ta' servizzi).

Jagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament dwar il-qasam ta' attività tiegħu.

Jikkopera mad-Direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, jirrappreżenta lill-Istituzzjoni u jinnegozja kuntratti jew ftehimiet fil-qasam ta' attività tiegħu.

Imexxi u jwassal fi tmiemhom il-proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji.

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega.

5.   Eliġibilità (profil meħtieġ)

Din il-proċedura ta' għażla hija miftuħa għall-kandidati kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet:

a)   Kundizzjonijiet ġenerali

Bi qbil mal-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kandidati jridu:

Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4).

Igawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini.

Jissodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari.

Jipproduċu r-referenzi ta' karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet previsti.

b)   Kundizzjonijiet speċifiċi

i)   Kwalifiki, diplomi u esperjenza professjonali meħtieġa

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma, meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji universitarji jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena (5), meta l-perjodu normali tal-istudji universitarji jkun għall-inqas ta' tliet snin.

Mill-inqas tnax-il sena esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija fl-ewwel punt, fosthom sitt snin mill-inqas ta' esperjenza maniġerjali.

ii)   Għarfien meħtieġ

Għarfien kulturali ġenerali eċċellenti tal-affarijiet Ewropej.

Fehim eċċellenti ta' kwistjonijiet politiċi interni, nazzjonali u internazzjonali.

Għarfien eċċellenti tal-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali, tal-organizzazzjoni u l-ambjent tiegħu u ta' dawk involuti fiha.

Għarfien eċċellenti tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-interpretazzjoni tagħhom u tar-regoli derivati.

Għarfien eċċellenti tar-Regolament Finanzjarju, tar-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu, tar-regoli interni u ta' testi oħra subordinati tal-Parlament Ewropew.

Fehim tajjeb ħafna tal-kulturi differenti rappreżentati fi ħdan l-istituzzjonijiet.

Versatilità teknika u maniġerjali tajba ħafna fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

Għarfien tajjeb ħafna tat-teknoloġiji, tal-ġestjoni tal-implimentazzjoni tagħhom, tal-iżviluppi, tal-għażliet u tal-affarijiet relatati magħhom.

Għarfien amministrattiv tajjeb ħafna (riżorsi umani, ġestjoni, baġit, finanzi, informatika, kwistjonijiet legali, eċċ.).

Għarfien eċċellenti tat-tekniki tal-immaniġġjar.

iii)   Għarfien lingwistiku

Il-pożizzjoni tesiġi għarfien fil-fond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) kif ukoll għarfien ta' tnejn oħra minn dawn il-lingwi.

Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta' lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

iv)   Kapaċitajiet meħtieġa

Sens ta' strateġija.

Kapaċità maniġerjali.

Kapaċità ta' ppjanar bil-quddiem.

Kapaċità ta' reazzjoni għall-avvenimenti.

Approċċ metikoluż.

Kapaċità ta' komunikazzjoni.

6.   Proċedura tal-għażla

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tiegħu, il-Kumitat Konsultattiv għall-ħatra ta' uffiċjali għolja jistabbilixxi l-lista ta' kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau l-ismijiet tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta' dawn il-persuni, il-Kumitat jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F'dan il-qafas, il-Bureau jkun jista' jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.

7.   Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-kandidati huma mitluba jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom (u jikkwotaw ir-referenza għall-“avis de recrutement numéro PE/131/S”), u jinkludu ittra ta' motivazzjoni u curriculum vitae fil-format tal-Europass (7) fl-indirizz li ġej:

Monsieur le Secrétaire général

Parlement européen

Bâtiment Konrad Adenauer

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Din l-ittra ta' applikazzjoni għandha tintbagħat, b'posta reġistrata, sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2010, bit-timbru postali bħala prova.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista (8) jridu jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw attwalment. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.


(1)  ĠU L 124, 27.4.2004.

(2)  Meta jiġi reklutat, l-uffiċjal jingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(3)  Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-anness.

(4)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit.

(5)  Din is-sena ta' esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jsegwi.

(6)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż, u l-Isvediż.

(7)  http://europass.cedefop.europa.eu/

(8)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.


ANNESS

DĠ GĦALL-POLITIKA ESTERNA TAL-UNJONI — DIRETTORAT GĦAR-RIŻORSI

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiddirieġi, jikkoordina u jmexxi l-unitajiet u s-servizzi tad-Direttorat

Jeżerċita s-setgħat ta' awtorità tal-ħatra

Jimmaniġġja proġetti

Jirrappreżenta lill-Istituzzjoni f'diversi kumitati interni u forums interistituzzjonali

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega.

2.   Organigramma (1)

1 Amministratur

UNITÀ TAL-PERSUNAL

1.   Dmirijiet prinċipali

Koordinazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi umani

Jimmaniġġja l-karigi fl-organigramma tad-Direttorat Ġenerali, janalizza u jsegwi l-bżonnijiet tiegħu fir-rigward tar-reklutaġġ tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u kuntrattwali: isegwi l-proċeduri biex jimtlew pożizzjonijiet battala, l-organizzazzjoni ta' intervisti għar-reklutaġġ ta' uffiċjali u kandidati fuq il-lista ta' riżerva, il-ġestjoni tal-mobilità, eċċ.

Jimmaniġġja ta' kuljum il-kwistjonijiet relatati mal-persunal: ifassal u jsegwi r-rapporti tal-istaff, ir-rapporti dwar il-perjodi ta' prova u r-rapporti ta' konferma, iħejji dossiers għall-promozzjoni (punti ta' mertu), jimmaniġġja l-assenzi minħabba mard, il-lif annwali, il-baġits deċentralizzati tal-aġenti kuntrattwali, tal-missjonijiet u s-sigħat supplimentari, eċċ.

Jipprovdi komunikazzjoni, appoġġ u pariri fil-qasam ta' kompetenza tiegħu: ikun il-punt ta' referenza biex iwieġeb għat-talbiet varji tal-persunal, jilqa' l-kollegi l-ġodda, jittrażmetti l-informazzjoni dwar iċ-ċaqliq intern tal-persunal lis-servizzi kkonċernati tad-Direttorat Ġenerali u jżomm kuntatti regolari mal-kollegi tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal

Jaġġorna l-listi u l-bażijiet tad-data relatati mal-ġestjoni tal-fajls tal-persunal bħal Streamline, MISS, eċċ.

Ifassal statistika

Koordinazzjoni tal-fajls dwar it-taħriġ professjonali

Jikkordina t-talbiet għal taħriġ professjonali tad-Direttorat Ġenerali u jiżgura l-monitoraġġ mill-unità responsabbli tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal

Jirrappreżenta d-Direttorat Ġenerali fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Professjonali

Koordinazzjoni tal-aspetti relatati mal-loġistika

Jalloka spazju fl-uffiċċji u jaċċerta li jiġu ekwipaġġati: ġarr, għamara, tagħmir telefoniku (użu tal-bazijiet tad-data DEMOV, FOURNIMOB u SUTEL)

Jimmaniġġja t-tagħmir, jimmaniġġja l-proprjetà fl-inventarju: jimmaniġġja l-inventarju tal-għamara (bażi tad-data ELS)

Jimmaniġġja l-provvisti tal-uffiċċju

2.   Organigramma (7)

1 Amministratur

6 Assistenti

UNITÀ TAL-FINANZI

1.   Dmirijiet prinċipali

Iħejji l-abbozz ta' baġit preliminari tad-Direttorat Ġenerali

Jikkoordina l-ġestjoni baġitarja

jiggarantixxi t-tħejjija tal-baġit annwali, l-implimentazzjoni ta' kuljum tal-baġit, it-tħejjija tat-talbiet għal kontijiet imprest u ta' talbiet ta' trasferiment fil-proċess li jitwettqu u jistabbilixxi r-rapporti dwar il-ġestjoni (rapporti intermedji matul is-sena, rapporti annwali, rapporti mitluba mir-riżoluzzjonijiet baġitarji, rapporti mitluba mis-servizz finanzjarju ċentrali, ħidma marbuta mal-pjan ta' azzjoni, segwitu għar-rapporti tal-awditur intern, segwitu għar-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri)

iwettaq jew jikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku, sussidji, eċċ. u jiggarantixxi l-konformità u r-rispett tar-regoli relevanti

Jiggarantixxi l-konservazzjoni tal-atti baġitarji u tad-dokumenti ġustifikattivi, kif ukoll tal-oriġinali tas-sejħiet għall-offerti u l-kuntratti

2.   Organigramma (8)

1 Kap ta' unità

1 Amministratur

6 Assistenti

UNITÀ TAL-FINANZI — SERVIZZ TAL-INFORMATIKA

1.   Dmirijiet prinċipali

Jikkoordina l-appoġġ informatiku għall-unitajiet differenti (tħejjija ta' pjan ta' akkwist annwali, kontroll tal-implimentazzjoni tiegħu, evalwazzjoni tar-riżultati, kontroll tal-installazzjoni tat-tagħmir, eċċ.)

Jipprovdi appoġġ funzjonali għall-utenti tal-applikazzjonijiet użati fid-Direttorat Ġenerali

Jagħti widen għall-bżonnijiet tal-utenti, billi jniedi u jieħu sehem fl-analiżi tal-applikazzjonijiet futuri b'mod li x-xogħol jittejjeb u jsir aktar effikaċi

Jimmaniġġja s-sit tal-intranet u/jew tal-Internet tad-Direttorat Ġenerali

2.   Organigramma (3)

3 Assistenti


26.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 321/17


AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ PE/132/S — DIRETTUR

(Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14)

DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI — DIRETTORAT GĦAR-RIŻORSI

(2010/C 321 A/04)

1.   Pożizzjoni battala

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex timtela l-pożizzjoni ta' direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni — Direttorat għar-Riżorsi, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (1).

Din il-proċedura ta' għażla, li għandha l-iskop li tagħti lill-awtorità tal-ħatra għażla akbar ta' kandidati, se tiżvolġi fl-istess żmien waqt li jkunu għaddejjin il-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta' reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ qed isir għall-grad AD 14 (2). Is-salarju bażiku huwa ta' EUR 12 732.20 fix-xahar. Ma' dan is-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja imma li huwa eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kundizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-kandidati għandhom jinnutaw li dan l-impjieg huwa suġġett għar-Regolamenti dwar il-Politika ta' Mobilità adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu 2004.

Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità, kuntatt frekwenti ma' nies fil-Parlament u barra minnu, b'mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew, kif ukoll il-ġestjoni ta' timijiet bi status differenti. Il-persuna responsabbli tkun mitluba tivvjaġġa ta' spiss bejn il-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew.

2.   Post tax-xogħol

Brussell. Dan l-impjieg huwa suġġett għal trasferiment f'xi wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   Ugwaljanza ta' opportunitajiet

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiki ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija ta' minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età, orjentazzjoni sesswali, stat ċivili jew sitwazzjoni tal-familja.

4.   Deskrizzjoni tal-impjieg

Uffiċjal għoli li, kif imfisser fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità Parlamentari u mid-Direttorat Ġenerali, għandu dawn id-dmirijiet (3):

Jiżgura l-funzjonament tajjeb ta' dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi bosta unitajiet li jkopru l-oqsma ta' kompetenza tad-direttorat.

Imexxi, jissorvelja, jimmotiva u jikkoordina tim wieħed jew aktar ta' aġenti sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li jiżgura servizz ta' kwalità għolja (organizzazzjoni, amministrazzjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, amministrazzjoni tas-servizzi loġistiċi u tal-informatika) fil-qasam ta' attività tiegħu.

Jippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni tal-objettivi u l-istrateġiji) — jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti — jevalwa s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiġi garantita l-kwalità tagħhom.

Jieħu deċiżjonijiet rigward strateġiji teknoloġiċi u maniġerjali li jirrigwardaw t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (għażla ta' soluzzjonijiet tekniċi, servizzi offruti, approċċi għat-twettiq ta' proġetti u l-forniment ta' servizzi).

Jagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament dwar il-qasam ta' attività tiegħu.

Jikkopera mad-direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, jirrappreżenta lill-Istituzzjoni u jinnegozja kuntratti jew ftehimiet fil-qasam ta' attività tiegħu.

Imexxi u jwassal fi tmiemhom il-proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji.

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega.

5.   Eliġibilità (profil meħtieġ)

Din il-proċedura ta' għażla hija miftuħa għall-kandidati kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet:

a)   Kundizzjonijiet ġenerali

Bi qbil mal-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-kandidati jridu:

Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4).

Igawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini.

Jissodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari.

Jipproduċu r-referenzi ta' karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet previsti.

b)   Kundizzjonijiet speċifiċi

i)   Kwalifiki, diplomi u esperjenza professjonali meħtieġa

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma, meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji universitarji jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena (5), meta l-perjodu normali tal-istudji universitarji jkun għall-inqas ta' tliet snin.

Mill-inqas tnax-il sena esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija fl-ewwel punt, fosthom mill-inqas sitt snin ta' esperjenza maniġerjali.

ii)   Għarfien meħtieġ

Għarfien kulturali ġenerali eċċellenti tal-affarijiet Ewropej.

Fehim eċċellenti ta' kwistjonijiet politiċi interni, nazzjonali u internazzjonali.

Għarfien eċċellenti tal-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali, tal-organizzazzjoni u l-ambjent tiegħu u ta' dawk involuti fih.

Għarfien eċċellenti tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-interpretazzjoni tagħhom u tar-regoli derivati.

Għarfien eċċellenti tar-Regolament Finanzjarju, tar-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu, tar-regoli interni u ta' testi oħra subordinati tal-Parlament Ewropew.

Versatilità teknika u maniġerjali tajba ħafna fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

Fehim tajjeb ħafna tal-kulturi differenti rappreżentati fi ħdan l-istituzzjonijiet.

Għarfien tajjeb ħafna tat-teknoloġiji, tal-ġestjoni tal-implimentazzjoni tagħhom, tal-iżviluppi, tal-għażliet u tal-affarijiet relatati magħhom.

Għarfien amministrattiv tajjeb ħafna (riżorsi umani, ġestjoni, baġit, finanzi, informatika, kwistjonijiet legali, eċċ.).

Għarfien eċċellenti tat-tekniki tal-immaniġġjar.

iii)   Għarfien lingwistiku

Il-pożizzjoni tesiġi għarfien fil-fond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) kif ukoll għarfien ta' tnejn oħra minn dawn il-lingwi.

Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta' lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

iv)   Kapaċitajiet meħtieġa

Sens ta' strateġija.

Kapaċità maniġerjali.

Kapaċità ta' ppjanar bil-quddiem.

Kapaċità ta' reazzjoni għall-avvenimenti.

Approċċ metikoluż.

Kapaċità ta' komunikazzjoni.

6.   Proċedura tal-għażla

Sabiex jgħin lill-awtorità tal-ħatra fl-għażla tiegħu, il-Kumitat Konsultattiv għall-ħatra ta' uffiċjali għolja jistabbilixxi l-lista ta' kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau l-ismijiet tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta' dawn il-persuni, il-Kumitat jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F'dan il-qafas, il-Bureau jkun jista' jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.

7.   Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-kandidati huma mitluba jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom (u jikkwotaw ir-referenza għall- avis de recrutement numéro PE/132/S), u jinkludu ittra ta' motivazzjoni u curriculum vitae fil-format tal-Europass (7) fl-indirizz li ġej:

Monsieur le Secrétaire général

Parlement européen

Bâtiment Konrad Adenauer

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Din l-ittra ta' applikazzjoni għandha tintbagħat, b'posta reġistrata, sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2010, bit-timbru postali bħala prova.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista (8) jridu jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw attwalment. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.


(1)  ĠU L 124, 27.4.2004.

(2)  Meta jiġi reklutat, l-uffiċjal jingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(3)  Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-anness.

(4)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit.

(5)  Din is-sena ta' esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jsegwi.

(6)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż, u l-Isvediż.

(7)  http://europass.cedefop.europa.eu/

(8)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.


ANNESS

DĠ GĦALL-KOMUNIKAZZJONI — DIRETTORAT GĦAR-RIŻORSI

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiddirieġi, jikkoordina u jmexxi l-unitajiet u s-servizzi tad-Direttorat

Jeżerċita s-setgħat ta' awtorità tal-ħatra

Jimmaniġġja proġetti

Jirrappreżenta lill-Istituzzjoni f'diversi kumitati interni u forums interistituzzjonali

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega.

2.   Organigramma (3)

3 Assistenti

UNITÀ TAL-PERSUNAL

1.   Dmirijiet prinċipali

Koordinazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi umani

Jimmaniġġja l-karigi fl-organigramma tad-Direttorat Ġenerali, janalizza u jsegwi l-bżonnijiet tiegħu fir-rigward tar-reklutaġġ tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-persunal kuntrattwali: isegwi l-proċeduri biex jimtlew karigi battala, l-organizzazzjoni ta' intervisti għar-reklutaġġ ta' uffiċjali u kandidati fuq il-lista ta' riżerva, il-ġestjoni tal-mobilità, eċċ.

Jimmaniġġja ta' kuljum il-kwistjonijiet relatati mal-persunal: ifassal u jsegwi r-rapporti tal-istaff, ir-rapporti dwar il-perjodi ta' prova u r-rapporti ta' konferma, iħejji dossiers għall-promozzjoni (punti ta' mertu), jimmaniġġja l-assenzi minħabba mard, il-lif annwali, il-baġits deċentralizzati tal-aġenti kuntrattwali, tal-missjonijiet u s-sigħat supplimentari, eċċ.

Jipprovdi komunikazzjoni, appoġġ u pariri fil-qasam ta' kompetenza tiegħu: ikun il-punt ta' referenza biex iwieġeb għat-talbiet varji tal-persunal, jilqa' l-kollegi l-ġodda, jittrażmetti l-informazzjoni dwar iċ-ċaqliq intern tal-persunal lis-servizzi kkonċernati tad-Direttorat ġenerali u jżomm kuntatti regolari mal-kollegi tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal

Jaġġorna l-listi u l-bażijiet tad-data relatati mal-ġestjoni tal-fajls tal-persunal bħal Streamline, MISS, eċċ.

Jiġbor l-istatistika

Koordinazzjoni tal-fajls dwar it-taħriġ professjonali u l-assistenza

Jikkordina t-talbiet għal taħriġ professjonali tad-Direttorat Ġenerali u jiżgura l-monitoraġġ mill-unità responsabbli tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal

Jirrappreżenta d-Direttorat Ġenerali fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv għall-Perfezzjonament Professjonali

Koordinazzjoni tal-aspetti relatati mal-loġistika

Jalloka l-ispazju u t-tagħmir tal-uffiċċji: ġarr, għamara, tagħmir telefoniku (użu tal-bażijiet tad-data DEMOV, FOURNIMOB u SUTEL)

Jimmaniġġja t-tagħmir, u jaġixxi bħala maniġer tal-inventraju tal-proprjetà, kif ukoll tal-inventarju tal-għamara (bażi tad-data ELS)

Jimmaniġġja l-provvisti tal-uffiċċju

2.   Organigramma (12)

1 Kap ta' unità

11-il Assistent

UNITÀ TAL-FINANZI

1.   Dmirijiet prinċipali

Iħejji l-abbozz ta' baġit preliminari tad-Direttorat Ġenerali

Jikkoordina l-ġestjoni baġitarja

jiggarantixxi t-tħejjija tal-baġit annwali, l-implimentazzjoni ta' kuljum tal-baġit, it-tħejjija tat-talbiet għal kontijiet imprest u ta' talbiet ta' trasferiment fil-proċess li jitwettqu u jagħmel ir-rapporti dwar il-ġestjoni (rapporti intermedji matul is-sena, rapporti annwali, rapporti mitluba mir-riżoluzzjonijiet baġitarji, rapporti mitluba mis-servizz finanzjarju ċentrali, ħidma marbuta mal-pjan ta' azzjoni, segwitu għar-rapporti tal-awditur intern, segwitu għar-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri)

iwettaq jew jikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku, sussidji, eċċ. u jiggarantixxi l-konformità u r-rispett tar-regoli rilevanti

jimmaniġġja l-baġits assenjati lill-uffiċji esterni u d-dipartimenti ċentrali

Jiggarantixxi l-konservazzjoni tal-atti baġitarji u tad-dokumenti ġustifikattivi, kif ukoll tal-oriġinali tas-sejħiet għall-offerti u l-kuntratti

2.   Organigramma (17)

1 Amministratur

16-il Assistent

UNITÀ TAL-INFORMATIKA

1.   Dmirijiet prinċipali

Jikkoordina l-appoġġ tal-informatika għall-unitajiet differenti (tħejjija ta' pjan ta' akkwist annwali, kontroll tal-implimentazzjoni tiegħu, evalwazzjoni tar-riżultati, kontroll tal-installazzjoni tat-tagħmir, eċċ.), fosthom fl-uffiċċji tal-informazzjoni

Jikkoordina n-netwerk ta' korrispondenti tal-informatika fl-uffiċċji tal-informazzjoni

Jipprovdi appoġġ prattiku għall-utenti tal-applikazzjonijiet użati fid-Direttorat Ġenerali

Jagħti widen għall-bżonnijiet tal-utenti, billi jniedi u jieħu sehem fl-analiżi tal-applikazzjonijiet futuri b'mod li x-xogħol jittejjeb u jsir aktar effikaċi

Jorganizza l-informatika għal avvenimenti eċċezzjonali

Jimmaniġġja s-sit tal-intranet u/jew tal-Internet tad-Direttorat Ġenerali u l-websajts tal-uffiċċji tal-informazzjoni, u jintegrahom fis-sistema ADAGIO CMS

Jiżviluppa struttura biex jirrazzjonalizza, jarmonizza u jiċċentralizza l-isforzi u r-riżorsi ta' għodod diversi biex l-uffiċċji jkunu jistgħu jużawhom fil-websajts tagħhom (newsletter, formoli ta' reġistrazzjoni, dialogue boxes għall-kummenti)

Jiżviluppa u jifformola l-istrateġija għall-politika tal-Istituzzjoni dwar il-komunikazzjoni viżiva (Image: Visual Communication, Visual Identity Production)

Iżomm rekords, u jinterpreta, żviluppi storiċi fil-politika ta' komunikazzjoni viżiva tal-Parlament)

Jiżviluppa u jimplimenta l-Karta Grafika (jimmonitorja l-konformità mal-istandards grafiċi u mal-valuri li jaqsam il-Parlament)

Iwettaq stħarriġ dwar ix-xejriet

2.   Organigramma (8)

8 Assistenti


26.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 321/22


AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ PE/135/S — DIRETTUR

(Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14)

DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-POLITIKA ESTERNA TAL-UNJONI — DIRETTORAT GĦALL-KUMITATI

(2010/C 321 A/05)

1.   Pożizzjoni battala

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex timtela din il-pożizzjoni battala ta' direttur (AD, grad 14) fid-Direttorat Ġenerali tal-Parlament għall-Politika Esterna tal-Unjoni, Direttorat għall-Kumitati, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (1).

Din il-proċedura ta' għażla, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta' kandidati, se tiżvolġi fl-istess żmien waqt li jkunu għaddejjin il-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta' reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ qed isir għall-grad AD 14 (2). Is-salarju bażiku huwa ta' EUR 12,732.20 fix-xahar. Ma' dan is-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja imma li huwa eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kundizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-kandidati għandhom jinnutaw li dan l-impjieg huwa suġġett għar-Regolamenti dwar il-Politika ta' Mobilità adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu 2004.

Dan l-impjieg jitlob għal disponibilità kif ukoll kuntatt frekwenti ma' nies fil-Parlament u barra minnu, b'mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-persuna responsabbli tkun mitluba tivvjaġġa ta' spiss bejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament u 'l barra minnu.

2.   Post tax-xogħol

Brussell. Dan l-impjieg huwa suġġett għal trasferiment f'xi wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   Ugwaljanza ta' opportunitajiet

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiki ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija ta' minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età, orjentazzjoni sesswali, stat ċivili jew sitwazzjoni tal-familja.

4.   Deskrizzjoni tal-impjieg

Uffiċjal ta' livell għoli li, kif imfisser fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-Direttorat Ġenerali, għandu dawn id-dmirijiet:

Jiżgura l-funzjonament tajjeb ta' dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi bosta unitajiet li jkopru l-oqsma ta' kompetenza tad-Direttorat.

Jissorvelja, jistimula, jimmotiva u jikkoordina tim wieħed jew aktar ta' aġenti sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li jiżgura servizz ta' kwalità għolja (organizzazzjoni, amministrazzjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, eċċ) fil-qasam ta' attività tiegħu.

Jippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni tal-objettivi u l-istrateġiji) — jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti — jevalwa s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiġi garantita l-kwalità tagħhom.

Jagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament dwar il-qasam ta' attività tiegħu, b'kooperazzjoni mad-Direttorati varji tas-Segretarjat Ġenerali.

Imexxi u jwassal fi tmiemhom il-proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji.

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega.

5.   Eliġibilità (profil meħtieġ)

Din il-proċedura ta' għażla hija miftuħa għall-kandidati kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet:

a)   Kundizzjonijiet ġenerali

Bi qbil mal-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kandidati jridu:

Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (3).

Igawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadin.

Jissodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari.

Jipproduċu r-referenzi ta' karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet previsti.

b)   Kundizzjonijiet speċifiċi

i)   Kwalifiki, diplomi u esperjenza professjonali meħtieġa

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma, meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji universitarji jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena (4), meta l-perjodu normali tal-istudji universitarji jkun għall-inqas ta' tliet snin.

Mill-inqas tnax-il sena esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija fl-ewwel punt, fosthom sitt snin mill-inqas ta' esperjenza maniġerjali.

ii)   Għarfien meħtieġ

Għarfien kulturali ġenerali eċċellenti tal-affarijiet Ewropej.

Fehim eċċellenti ta' kwistjonijiet politiċi interni, nazzjonali u internazzjonali.

Għarfien eċċellenti tat-Trattati.

Għarfien eċċellenti tal-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali, tal-organizzazzjoni u l-ambjent tiegħu u ta' dawk involuti fiha.

Għarfien eċċellenti tar-Regolamenti ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, tal-proċeduri leġiżlattivi u tar-regoli u l-prattiki interni.

Għarfien eċċellenti tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-interpretazzjoni tagħhom u tar-regoli derivati.

Għarfien eċċellenti tar-Regolament Finanzjarju, tar-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu, tar-regoli interni u ta' testi oħra subordinati tal-Parlament Ewropew.

Fehim tajjeb ħafna tal-kulturi differenti rappreżentati fi ħdan l-istituzzjonijiet.

Għarfien amministrattiv tajjeb ħafna (riżorsi umani, ġestjoni, baġit, finanzi, informatika, kwistjonijiet legali, eċċ.).

Għarfien eċċellenti tat-tekniki tal-immaniġġjar.

iii)   Għarfien tal-lingwi

Il-pożizzjoni tesiġi għarfien fil-fond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) kif ukoll għarfien ta' tnejn oħra minn dawn il-lingwi.

Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta' lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

iv)   Kapaċitajiet meħtieġa

Sens ta' strateġija.

Kapaċità maniġerjali.

Kapaċità ta' ppjanar bil-quddiem.

Kapaċità ta' reazzjoni għall-avvenimenti.

Approċċ metikoluż.

Kapaċità ta' komunikazzjoni.

6.   Proċedura tal-għażla

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tiegħu, il-Kumitat Konsultattiv għall-ħatra ta' uffiċjali għolja jistabbilixxi l-lista ta' kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau l-ismijiet tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta' dawn il-persuni, il-Kumitat jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F'dan il-qafas, il-Bureau jkun jista' jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.

7.   Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-kandidati huma mitluba jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom (u jikkwotaw ir-referenza għall-“avis de recrutement numéro PE/135/S”), u jinkludu ittra ta' motivazzjoni u curriculum vitae fil-format tal-Europass (6) fl-indirizz li ġej:

Monsieur le Secrétaire général

Parlement européen

Bâtiment Konrad Adenauer

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Din l-ittra ta' applikazzjoni għandha tintbagħat, b'posta reġistrata, sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2010, bit-timbru postali bħala prova.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista (7) jridu jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw attwalment. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.


(1)  ĠU L 124, 27.4.2004.

(2)  Meta jiġi reklutat, l-uffiċjal jingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(3)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit.

(4)  Din is-sena ta' esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.

(5)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż, u l-Isvediż.

(6)  http://europass.cedefop.europa.eu/

(7)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.


ANNESS

DĠ GĦALL-POLITIKA ESTERNA — DIRETTORAT GĦALL-KUMITATI

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiżgura t-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-motivazzjoni tal-unitajiet u s-servizzi tad-Direttorat

Jorganizza l-Konferenza Parlamentari tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-kumitat ta' tmexxija tiegħu

Jiżgura r-relazzjonijiet ma' entitajiet multilaterali oħra: Unjoni Interparlamentari (IPU), Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE)

Jipparteċipa f'ħafna laqgħat ta' koordinazzjoni interni u interdipartimentali tal-Parlament Ewropew kif ukoll ta' entitajiet (Konferenza tal-Presidenti, Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet)

Jorganizza missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet u jgħin il-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet

Jorganizza (jipprepara u jimmonitorja) il-laqgħat dipartimentali (Direttur + Kapijiet tal-Unità tad-Direttorat A)

Jimmaniġġja proġetti

Iwettaq id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega

Jiżgura li jissostitwixxi d-Direttur Ġenerali fl-assenza tiegħu.

2.   Organigramma (2)

1 Direttur

1 Assistent

SEGRETARJAT TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiżgura t-tmexxija tas-segretarjat tal-kumitat (organizzazzjoni tal-laqgħat, laqgħat tal-koordinaturi, programmazzjoni, minuti, nomini tal-Premju Sakharov, gruppi ta' ħidma)

Jipprepara d-dokumenti ta' ħidma/proġetti ta' rapporti (proċeduri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi) u jsegwi l-atti adottati skont il-“komitoloġija”

Jgħin lill-Membri Ewropej fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom bħala presidenti, viċi presidenti, rapporteurs u rapporteurs għal opinjoni permezz ta' kontribuzzjonijiet orali u bil-miktub

Jorganizza s-smigħ pubbliku, il-missjonijiet barra mit-tliet postijiet tax-xogħol, delegazzjonijiet ad hoc eċċ...

Jiżgura l-kuntatti mal-istituzzjonijiet l-oħra u l-missjonijiet diplomatiċi akkreditati lill-Unjoni Ewropea

Jiżgura l-kuntatt mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni Reġjonali, l-IPU u l-Assemblea Parlamentari tal-OSCE

Jikkoordina l-ħidmiet tal-kumitat u taż-żewġ sottokumitati tiegħu (Sigurtà u Difiża u Drittijiet tal-Bniedem)

Jikkoordina l-ħidmiet tal-kumitat u dawk tal-kumitati parlamentari konġunti u d-delegazzjonijiet, inklużi d-delegazzjonijiet ad hoc u l-missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet rilevanti fil-qasam ta' responsabilità tagħha

Jiżgura t-tmexxija tas-segretarjat tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Lvant Nofsani.

2.   Organigramma (18)

1 Kap ta' unità

7 Amministraturi

10 Assistenti

SOTTOKUMITAT GĦAS-SIGURTÀ U D-DIFIŻA

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiżgura t-tmexxija tas-Segretarjat tas-Sottokumitat (organizzazzjoni tal-laqgħat, laqgħat tal-koordinaturi, minuti eċċ.)

Jgħin lir-rapporteurs/rapporteurs għal opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża

Jgħin lid-delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO (laqgħat, ivvjaġġar) u jżomm kuntatt mal-Assemblea tal-Unjoni Ewropea tal-Punent kif ukoll mas-Segretarjati taż-żewġ korpi

Jiżgura l-kuntatti mal-Kummissjoni u l-Kunsill fil-qasam tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK)

Jiżgura l-organizzazzjoni tal-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet 'ad hoc'

Jorganizza s-smigħ

Jipprepara d-dokumenti ta' ħidma u n-noti flimkien mad-Dipartiment tal-politika.

2.   Organigramma (8)

1 Kap ta' unità

3 Amministraturi

4 Assistenti

SOTTOKUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM/UNITÀ TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiżgura t-tmexxija tas-sottokumitat (organizzazzjoni tal-laqgħat, laqgħat tal-Bureau Mkabbar, minuti, il-grupp ta' ħidma “Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem”) (EIDHR)

Jgħin lir-rapporteurs/rapporteurs għal opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari r-rapport annwali

Jgħin lill-Kumitati AFET u DEVE, l-Assemblei Konġunti, il-kumitati parlamentari konġunti u d-delegazzjonijiet interparlamentari fil-qasam tad-Drittijiet tal-Bniedem

Jorganizza l-Premju Sakharov flimkien mal-kabinett u d-Direttorati Ġenerali kkonċernati kollha

Jiżgura l-kooperazzjoni mal-Istituzzjonijiet Ewropej, il-Kunsill tal-Ewropa, in-Nazzjonijiet Uniti, l-OSCE u l-Istati Membri fil-qasam tad-Drittijiet tal-Bniedem

Iżomm il-kuntatti u l-iskambji ta' informazzjoni mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs)

Jgħin fil-proċeduri urġenti (Artikolu 122)

Jilqa' u jakkumpanja d-delegazzjonijiet tad-'Drittijiet tal-Bniedem' li jżuru l-Parlament

Jorganizza s-smigħ pubbliku, il-missjonijiet barra mit-tliet postijiet tax-xogħol u delegazzjonijiet ad hoc

Jipprepara d-dokumenti ta' ħidma u n-noti flimkien mad-Dipartiment tal-Politika.

Jiżgura li jkun hemm segwitu għar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem

Jiżgura li jkun hemm segwitu għall-ittri indirizzati mill-President tal-Parlament u l-Presidenti tal-Kumitati DROI u AFET bħala appoġġ għal każijiet individwali

2.   Organigramma (12)

1 Kap ta' unità

6 Amministraturi

5 Assistenti

SEGRETARJAT TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiżgura t-tmexxija tas-Segretarjat tal-kumitat (organizzazzjoni tal-laqgħat, laqgħat tal-koordinaturi, programmazzjoni, minuti eċċ.)

Jgħin lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-Membri Ewropej fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom bħala presidenti, viċi presidenti, rapporteurs u rapporteurs għal opinjoni permezz ta' kontribuzzjonijiet orali u bil-miktub

Jipprepara d-dokumenti ta' ħidma/proġetti ta' rapporti (proċeduri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi)

Jorganizza s-smigħ pubbliku, il-missjonijiet ta' evalwazzjoni, missjonijiet ad hoc (osservazzjoni tal-elezzjonijiet) barra mill-postijiet tax-xogħol (pajjiżi li qed jiżviluppaw), eċċ.

Jiżgura l-kuntatti mal-istituzzjonijiet l-oħrajn, il-gruppi interessati u s-soċjetà ċivili

Jorganizza s-sessjonijiet tal-Assemblea u l-laqgħat tal-korpi tiegħu (Bureau, gruppi ta' ħidma, tliet kumitati permanenti, il-workshops), jgħin lill-Membri fil-preparazzjoni tal-abbozzi ta' rapporti, dokumenti ta' ħidma, abbozzi ta' diskorsi, abbozzar ta' minuti, trattament tal-mistoqsijiet orali lill-Kunsill u l-Kummissjoni, riżoluzzjonijiet, tressiq ta' riżoluzzjonijiet lil riċeventi varji, tqegħid ta' dokumenti fuq l-Internet, kuntatti mal-istituzzjonijiet l-oħrajn u kooperazzjoni mas-Segretarjat tal-AKP

Jiżgura l-organizzazzjoni u s-segwitu ta' missjonijiet ta' evalwazzjoni u ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet konġunti tal-AKP-UE.

2.   Organigramma (13)

1 Kap ta' unità

4 Amministraturi

8 Assistenti

SEGRETARJAT TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiżgura t-tmexxija tas-Segretarjat tal-kumitat (organizzazzjoni tal-laqgħat, laqgħat tal-koordinaturi, programmazzjoni, minuti eċċ.)

Jipprepara d-dokumenti ta' ħidma/proġetti ta' rapporti (proċeduri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi)

Jgħin lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-Membri Ewropej fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom bħala presidenti, viċi presidenti, rapporteurs u rapporteurs għal opinjoni permezz ta' kontribuzzjonijiet orali u bil-miktub

Jorganizza s-smigħ pubbliku u l-missjonijiet ad hoc barra mit-tliet postijiet tax-xogħol

Jiżgura l-kuntatti mal-istituzzjonijiet l-oħrajn, il-gruppi interessati u s-soċjetà ċivili

Jiżgura l-kuntatt mal-missjonijiet diplomatiċi akkreditati lill-Unjoni Ewropea kif ukoll mad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali

Jorganizza u jipprepara l-Konferenzi Parlamentari tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) kif ukoll jgħin il-korpi tagħha.

2.   Organigramma (14)

1 Kap ta' unità

7 Amministraturi

6 Assistenti

OSSERVAZZJONI TAL-ELEZZJONIJIET

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiżgura t-tmexxija tas-Segretarjat tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet (laqgħat, dokumenti, ittri, minuti, eċċ.)

Ifassal kalendarju kull sitt xhur tal-missjonijiet parlamentari ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet għal approvazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti

Jiżgura l-implimentazzjoni u s-segwitu ta' dan il-programm

Jiżgura l-għoti ta' feedback u informazzjoni u ż-żamma tal-kuntatti mas-servizzi l-oħrajn tal-Parlament Ewropew (is-Segretarjat tal-Konferenza tal-Presidenti, is-Segretarjati tal-kumitati parlamentari u d-delegazzjonijiet eċċ.)

Jiżgura ż-żamma u l-iżvilupp tal-kuntatti mal-istituzzjonijiet l-oħrajn (il-Kummissjoni, il-Kunsill), l-organizzazzjonijiet interistituzzjonali (il-Kunsill tal-Ewropa, l-OSCE, in-Nazzjonijiet Uniti (NU), eċċ.) u istituti speċjalizzati bħal ma huma IDEA (Istitut Internazzjonali għad-Demokrazija u l-Għajnuna Elettorali), IFES, NEEDS (Netwerk ta' Ewropej għall-Appoġġ Elettorali u tad-Demokrazija) u ERIS.

2.   Organigramma (5)

1 Kap ta' unità

2 Amministraturi

2 Assistenti


26.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 321/29


AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ PE/136/S — DIRETTUR

(Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14)

DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-PERSUNAL — DIRETTORAT GĦALL-ĠESTJONI AMMINISTRATTIVA

(2010/C 321 A/06)

1.   Pożizzjoni battala

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex timtela din il-pożizzjoni battala ta' direttur (AD, grad 14) fid-Direttorat għall-Persunal — Direttorat għall-Ġestjoni Amministrattiva, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (1).

Din il-proċedura ta' għażla, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta' kandidati, se tiżvolġi fl-istess żmien waqt li jkunu għaddejjin il-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta' reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ qed isir għall-grad AD 14 (2). Is-salarju bażiku huwa ta' EUR 12,732.20 fix-xahar. Ma' dan is-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja imma li huwa eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kundizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-kandidati għandhom jinnutaw li dan l-impjieg huwa suġġett għar-Regolamenti dwar il-Politika ta' Mobilità adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu 2004.

Dan l-impjieg jitlob għal disponibilità kif ukoll kuntatt frekwenti ma' nies fil-Parlament, barra minnu u kuntatt interistituzzjonali, b'mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Peress li d-Direttorat għandu persunal f'postijiet tax-xogħol differenti, il-persuna responsabbli tkun mitluba tivvjaġġa ta' spiss bejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew.

2.   Post tax-xogħol

Il-Lussemburgu. Dan l-impjieg huwa suġġett għal trasferiment f'xi wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   Ugwaljanza ta' opportunitajiet

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiki ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija ta' minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età, orjentazzjoni sesswali, stat ċivili jew sitwazzjoni tal-familja.

4.   Deskrizzjoni tal-impjieg

Uffiċjal għoli responsabbli għad-dmirijiet li ġejjin, kif imfisser fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-President u mis-Segretarju Ġenerali (3):

Jiżgura l-funzjonament tajjeb ta' dipartiment speċjalizzat tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi bosta unitajiet li jkopru l-oqsma ta' kompetenza tad-Direttorat.

Jissorvelja, jistimula, jimmotiva u jikkoordina tim wieħed jew aktar ta' aġenti sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li jiżgura servizz ta' kwalità għolja (organizzazzjoni, amministrazzjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, eċċ) fil-qasam ta' attività tiegħu.

Jippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni tal-objettivi u l-istrateġiji) — jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti — jevalwa s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiġi garantita l-kwalità tagħhom.

Jagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament dwar il-qasam ta' attività tiegħu.

Jikkopera mad-Direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, jirrappreżenta lill-Istituzzjoni u jinnegozja kuntratti jew ftehimiet fil-qasam ta' attività tiegħu.

Imexxi u jwassal fi tmiemhom il-proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji.

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega.

Jeżerċita s-setgħat ta' awtorità ta' ħatra.

5.   Eliġibilità (profil meħtieġ)

Din il-proċedura ta' għażla hija miftuħa għall-kandidati kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet:

a)   Kundizzjonijiet ġenerali

Bi qbil mal-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kandidati jridu:

Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4).

Igawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadin.

Jissodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari.

Jipproduċu r-referenzi ta' karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet previsti.

b)   Kundizzjonijiet speċifiċi

i)   Kwalifiki, diplomi u esperjenza professjonali meħtieġa

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma, meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji universitarji jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena (5), meta l-perjodu normali tal-istudji universitarji jkun għall-inqas ta' tliet snin.

Mill-inqas tnax-il sena esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija fl-ewwel punt, fosthom sitt snin mill-inqas ta' esperjenza maniġerjali.

ii)   Għarfien meħtieġ

Għarfien kulturali ġenerali eċċellenti tal-affarijiet Ewropej.

Fehim eċċellenti ta' kwistjonijiet politiċi interni, nazzjonali u internazzjonali.

Għarfien tajjeb ħafna tal-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali, l-organizzazzjoni u l-ambjent tiegħu u ta' dawk involuti fiha.

Għarfien eċċellenti tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-interpretazzjoni tagħhom u tar-regoli derivati.

Fehim tajjeb ħafna tal-kulturi differenti rappreżentati fi ħdan l-istituzzjonijiet.

Għarfien eċċellenti tar-Regolament Finanzjarju, tar-regoli għall-implimentazzjoni tiegħu, tar-Regoli Interni u ta' testi oħra subordinati tal-Parlament Ewropew.

Għarfien amministrattiv tajjeb ħafna (riżorsi umani, ġestjoni, baġit, finanzi, informatika, kwistjonijiet legali, eċċ.).

Għarfien eċċellenti tat-tekniki tal-immaniġġjar.

iii)   Għarfien tal-lingwi

Il-pożizzjoni tesiġi għarfien fil-fond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) kif ukoll għarfien ta' tnejn oħra minn dawn il-lingwi.

Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta' lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

iv)   Kapaċitajiet meħtieġa

Sens ta' strateġija.

Kapaċità maniġerjali.

Kapaċità ta' ppjanar bil-quddiem.

Kapaċità ta' reazzjoni għall-avvenimenti.

Approċċ metikoluż.

Kapaċità ta' komunikazzjoni.

6.   proċedura tal-għażla

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tiegħu, il-Kumitat Konsultattiv għall-ħatra ta' uffiċjali għolja jistabbilixxi l-lista ta' kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau l-ismijiet tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta' dawn il-persuni, il-Kumitat jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F'dan il-qafas, il-Bureau jkun jista' jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.

7.   Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-kandidati huma mitluba jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom (u jikkwotaw ir-referenza għall-“avis de recrutement numéro PE/136/S”), u jinkludu ittra ta' motivazzjoni u curriculum vitae fil-format tal-Europass (7) fl-indirizz li ġej:

Monsieur le Secrétaire général

Parlement européen

Bâtiment Konrad Adenauer

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Din l-ittra ta' applikazzjoni għandha tintbagħat, b'posta reġistrata, sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2010, bit-timbru postali bħala prova.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista (8) jridu jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw attwalment. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.


(1)  ĠU L 124, 27.4.2004.

(2)  Meta jiġi reklutat, l-uffiċjal jingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(3)  Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-anness.

(4)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit.

(5)  Din is-sena ta' esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.

(6)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż, u l-Isvediż.

(7)  http://europass.cedefop.europa.eu/

(8)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.


ANNESS

DĠ PERSUNAL — DIRETTORAT GĦALL-ĠESTJONI AMMINISTRATTIVA

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiżgura t-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-motivazzjoni tal-unitajiet u s-servizzi tad-Direttorat.

Jeżerċita s-setgħat ta' awtorità tal-ħatra.

Jiżgura l-immaniġġjar tal-proġetti.

Jirrappreżenta l-Istituzzjoni f'Kumitati interistituzzjonali.

Iwettaq il-funzjoni ta' uffiċjal għall-awtorizzazzjoni b'sottodelega.

Jiżgura t-trattament tar-rapporti tal-istaff.

2.   Organigramma (1)

1 Amministratur

UNITÀ TAD-DRITTIJIET INDIVIDWALI U R-RIMUNERAZZJONIJIET

(inklużi s-servizzi “Ħlas u Kontroll”, “Drittijiet individwali” u “Privileġġi u dokumentazzjoni”)

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiżgura l-immaniġġjar tal-istaff tal-unità (organizzazzjoni, kunflitti, rapporti tal-istaff, eċċ.)

Servizz tal-Ħlas u Kontroll

Jikkalkula/jikkodifika r-rimunerazzjonijiet u pagamenti oħra lil uffiċjali, aġenti temporanji u kuntrattwali kif ukoll lil assistenti parlamentari akkreditati

Jiżgura l-kontroll tal-ħlas

Jikkalkula/jikkodifika r-rimunerazzjonijiet u s-sigurtà soċjali ta' min ikun bi prova

Jiżgura l-produzzjoni tad-dikjarazzjonijiet tas-salarji u l-ipprintjar tan-notifiki fuq STREAMLINE

Jivverifika u jwettaq it-talbiet għal trasferiment ta' parti mir-rimunerazzjoni tal-persunal (Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal)

Servizz tad-Drittijiet Individwali

Jiddetermina u jimmaniġġja d-drittijiet individwali tal-uffiċjali, aġenti oħrajn u Assistenti Parlamentari Akkreditati (Artikoli 67, 68, 69, 71 u Anness VII tal-Istatut), spejjeż tal-ivvjaġġar, Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej

Jiżgura l-operazzjonijiet marbuta mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar (Artikolu 7 u 8 tal-Anness VII tal-Istatut)

Servizz tal-Privileġġi u dokumentazzjoni

Joħroġ iċ-ċertifikati varji/il-karti tal-identità, il-laissez-passer tal-Komunità, l-eżenzjonijiet mill-VAT

Jamministra l-forom differenti tal-lif u l-assenzi tal-uffiċjali, aġenti oħrajn u Assistenti Parlamentari Akkreditati

Jiżgura l-immaniġġjar tal-fajls personali

2.   Organigramma (42)

1 Kap ta' unità

4 Amministraturi

37 Assistent

UNITÀ TAL-MISSJONIJIET

1.   Dmirijiet prinċipali

Jamministra l-missjonijiet u tranżazzjonijiet varji assoċjati mal-ispejjeż tal-missjonijiet

Isegwi l-preparazzjonijiet tas-sena baġitarja u jipprepara l-baġits tal-missjonijiet tad-Direttorati Ġenerali

Jiżgura r-rappurtar statistiku

Jiżgura l-manutenzjoni adattiva tal-applikazzjoni MISS u l-iżvilupp ta' applikazzjoni futura (bl-appoġġ tad-direttorat ġenerali tal-Innovazzjoni u tal-Appoġġ Teknoloġiku)

Jiżgura li jiġi propost it-taħriġ dwar ir-regoli fil-qasam ta' missjoni kif ukoll dwar l-applikazzjoni MISS: żewġ moduli, għal utenti “debuttanti” u “avvanzati”

Jiżgura l-immaniġġjar tal-kuntratti rigward il-karta tal-kreditu professjonali, il-fatturazzjoni elettronika eċċ.

Jiżgura koperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Ivvjaġġar u l-Aġenzija tal-Vjaġġi

Jiżgura l-immaniġġjar tal-persunal tal-unità (organizzazzjoni, kunflitti, rapporti tal-istaff, eċċ.)

2.   Organigramma (13)

1 Kap ta' unità

12-il Assistent

UNITÀ TAL-PENSJONIJIET U L-ASSIGURAZZJONI SOĊJALI

1.   Dmirijiet prinċipali

Jikkontrolla u jsegwi l-ħidmiet tal-unità (approprjazzjonijiet u attivitajiet assenjati lill-unità)

Jiżgura l-verifika u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra

Isegwi l-punti baġitarji, l-amministrazzjoni u l-verifika tal-approprjazzjonijiet (ordnijiet, impenji, ħlasijiet, irkupru)

Ifassal id-dokumenti u l-korrispondenza importanti għall-Unità jew għal kumitati interni jew interistituzzjonali (testi regolatorji, ftehimiet, eċċ.)

Jiżgura l-parteċipazzjoni ta' kumitati varji: il-Kumitat Preparatorju għall-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Immaniġġjar tal-Iskema Konġunta għall-Assigurazzjoni kontra l-Mard, Pensjonijiet

Jiżgura l-immaniġġjar tal-persunal tal-unità (organizzazzjoni, kunflitti, rapporti tal-istaff, eċċ.)

Is-Settur “Pensjonijiet”

Jistabbilixxi d-drittijiet għall-pensjonijiet, il-benefiċċji tad-diżabilità u l-pensjonijiet tas-sopravissuti

Jiżgura l-immaniġġjar tal-ħlasijiet skont l-Artikoli 41 u 50 tar-Regolamenti tal-Persunal u tar-regoli rigward l-irtirar fl-interessi tas-servizz

Jistabbilixxi d-drittijiet individwali tal-pensjonanti u tal-persuni rtirati fl-interessi tas-servizz

Jittrasferixxi d-drittijiet tal-pensjoni minn skemi nazzjonali għall-iskema Ewropea

Jikkalkula l-allokazzjonijiet u jimmaniġġja t-trasferimenti għal skemi jew fondi tal-pensjoni nazzjonali

Iħallas il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni skont l-Artikolu 42 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej

Jimmaniġġja l-kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni tal-Komunità għal staff bil-lif għal raġunijiet personali (CCP)

Is-Settur “Assigurazzjonijiet Soċjali”

Jissorvelja l-applikazzjoni tal-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, deċiżjonijiet ta' ħlas lura ta' 100 % u ċertifikati ta' affiljazzjoni

Jimmaniġġja l-għajnuna soċjali għall-persuni b'diżabilità

Jimmaniġġja l-assigurazzjonijiet tal-inċidenti u tal-mewt naturali

Jimmaniġġja l-assigurazzjonijiet tal-mard professjonali

Jimmaniġġja l-fajls ta' partijiet terzi responsabbli

Jimmaniġġja l-iskemi varji ta' assigurazzjonijiet addizzjonali volontarji

Jipparteċipa fil-ħidmiet tal-kumitati konġunti u dawk interistituzzjonali

2.   Organigramma (20)

1 Kap ta' unità

1 Amministratur

18-il Assistent

UNITÀ TAR-RELAZZJONIJET MAL-PERSUNAL

(inklużi l-punti ta' kuntatt tas-servizzi tal-Lussemburgu u ta' Brussell)

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiżgura l-immaniġġjar tal-persunal tal-unità (organizzazzjoni, kunflitti, rapporti tal-istaff, eċċ.).

Is-Settur tal-Affarijiet Amministrattivi

Jiżgura l-arranġamenti amministrattivi għal uffiċjali u aġenti oħrajn maħtura (formalitajiet amministrattivi u spjegazzjonijiet varji) kif ukoll biex jintbagħtu d-dokumenti differenti fis-servizzi kkonċernati fil-Lussemburgu

Jingħataw, fuq talba, il-karti tal-identità speċjali hekk kif tinbeda l-kariga, ċaqliq għal post tax-xogħol ieħor jew trasferiment għal Brussell

Iwettaq proċeduri marbutin mat-tiġdid ta' karti, tibdil ta' indirizz/stat ċivili/kwalità eċċ. u tħassir ta' karti tal-identità speċjali (tmiem ta' karigi, tmiem ta' responsabilità għal tfal dipendenti, divorzju)

Jittratta l-fajls relatati mal-formalitajiet flimkien mas-Servizz Pubbliku Federali, Ministeru għall-Affarijiet Barranin fi Brussell

Jaġġorna d-data fi STREAMLINE

Jinforma lill-aġenti dwar il-proċeduri ta' xiri mingħajr il-ħlas tal-VAT u jiżgura s-segwitu tal-fajls mas-Servizz tal-Privileġġi u Finanzi fi Brussell

Jagħti spjegazzjonijiet rigward it-taxxa minn ras il-għajn fuq dħul minn investiment u jfassal iċ-ċertifikat HIS 276

Jispjega l-proċeduri biex tiġi rreġistrata karozza u jgħin lill-persunal jimlew l-applikazzjoni

Joħroġ laissez-passer u ċertifikati varji (impjieg, eżenzjoni mit-taxxa nazzjonali, salarji, skejjel Ewropej, HIS276, C4, eċċ.) tal-persunal ibbażat fi Brussell

Jiżgura r-riċerka, id-dokumentazzjoni u l-aġġornar tal-proċeduri amministrattivi

Jiżgura r-relazzjonijiet mas-servizzi kkonċernati fil-Lussemburgu u tal-awtoritajiet lokali u nazzjonali kif ukoll mas-servizzi ekwivalenti tal-Istituzzjonijiet l-oħrajn.

Uffiċċji ta' servizz fil-Lussemburgu u Brussell

Joffri lill-persunal tal-Parlament Ewropew servizz prattiku li jkun faċli biex jiġi aċċessat u li jippermetti l-persunal li jakkwista informazzjoni ġenerali jew personali u li jfittex parir dwar kwistjonijiet amministrattivi

Joffri lill-kollegi servizz individwali multilingwi li jiżgura tweġibiet rapidi u personalizzati bit-telefon jew bl-email bl-għajnuna tas-servizzi kompetenti

Jaġġorna t-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Frekwenti (FAQ) rigward il-problemi tal-persunal

Jorganizza s-sessjonijiet tal-informazzjoni fil-mument tar-reklutaġġ, joffri għajnuna għar-riċerka biex isibu fejn joqogħdu, għal ġranet miftuħin, żjarat għal postijiet oħra tax-xogħol, l-organizzazzjoni ta' “Jum il-Familja”, jiġifieri funzjonijiet ta' integrazzjoni

Jorganizza sessjonijiet ta' informazzjoni u seminars dwar suġġetti ta' interess ġenerali

Jiżgura r-riċeviment tal-persunal ibbażat fi Brussell u l-Lussemburgu

Jiżgura r-riċeviment ta' dawk bi prova flimkien mas-servizz għal dawk bi prova fil-Lussemburgu

Jagħmel arranġamenti għall-familji ta' persunal ġdid ibbażat fi Brussell u l-Lussemburgu

Jiżgura l-kuntatt mal-awtoritajiet lokali li jieħdu ħsieb l-integrazzjoni ta' nies li jkunu għadhom kif waslu

Jippjana laqgħat tal-persunal mal-avukat li joffri pariri legali sabiex tingħata informazzjoni dwar kwistjonijiet privati

Jorganizza Konferenzi ta' Nofsinhar bil-għan li l-persunal jiġi infurmat dwar kwistjonijiet legali u soċjali (kwistjonijiet amministrattivi, tassazzjoni, il-liġijiet tal-familja, eċċ.)

2.   Organigramma (21)

1 Kap ta' unità

2 Amministraturi

18-il Assistent


26.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 321/36


AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ PE/139/S — DIRETTUR

(Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14)

DIRETTUR GĦAR-RELAZZJONIJIET MAL-GRUPPI POLITIĊI

(2010/C 321 A/07)

1.   Pożizzjoni battala

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex timtela' din il-pożizzjoni battala ta' direttur (AD, grad 14) fid-Direttorat għar-Relazzjonijiet mal-Gruppi Politiċi, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti għall-Istaff tal-Komunitajiet Ewropej (1).

Din il-proċedura ta' għażla, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta' kandidati, se tiżvolġi fl-istess żmien waqt li jkunu għaddejjin il-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta' reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ qed isir għall-grad AD 14 (2). Is-salarju bażiku huwa ta' EUR 12,732.20 fix-xahar. Ma' dan is-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja imma li huwa eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kundizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-kandidati għandhom jinnutaw li dan l-impjieg huwa suġġett għar-Regolamenti dwar il-Politika ta' Mobilità adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu 2004.

Dan l-impjieg jitlob għal disponibilità kif ukoll kuntatt frekwenti ma' nies fil-Parlament u barra minnu, b'mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-persuna responsabbli tkun mitluba tivvjaġġa ta' spiss bejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament.

2.   Post tax-xogħol

Brussell. Dan l-impjieg huwa suġġett għal trasferiment f'xi wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   Ugwaljanza ta' opportunitajiet

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċetta applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiki ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija ta' minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età, orjentazzjoni sesswali, stat ċivili jew sitwazzjoni tal-familja.

4.   Deskrizzjoni tal-impjieg

Uffiċjal ta' livell għoli li, kif imfisser fil-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-Awtorità Parlamentari u mis-Segretarju Ġenerali, għandu dawn id-dmirijiet (3):

Jiżgura l-koordinazzjoni tal-kuntatti bejn is-Segretarju Ġenerali u l-gruppi politiċi kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-faċilitajiet amministrattivi u tekniċi offruti lilhom.

Jgħin lis-Segretarju Ġenerali fil-qasam tas-servizzi provduti lill-Membri, inklużi l-Membri mhux affiljati.

Jipparteċipa fil-koordinazzjoni u s-segwitu tal-inizjattivi politiċi tal-gruppi politiċi kif ukoll tax-xogħlijiet parlamentari.

Jiżgura s-segwitu tal-kompetizzjonijiet organizzati skont l-Artikolu 29.3 tar-Regolamenti tal-Istaff.

Jiżgura l-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti rigward ir-regoli li jiggvernaw il-laqgħat tal-gruppi politiċi u s-segwitu ta' din ir-regolamentazzjoni.

Jipparteċipa fid-diskussjonijiet dwar ir-regoli finanzjarji għall-gruppi politiċi u jsegwi l-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli.

Jiżgura l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti fir-rigward tal-intergruppi.

Jgħin lis-Segretarju Ġenerali fl-organizzazzjoni tar-riċeviment tal-Membri l-ġodda.

Iwettaq, fuq talba tas-Segretarju Ġenerali, ħidmiet speċifiċi marbutin mal-attivitajiet politiċi tal-Istituzzjoni u tal-gruppi politiċi.

5.   Eliġibilità (profil meħtieġ)

Din il-proċedura ta' għażla hija miftuħa għall-kandidati kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet:

a)   Kundizzjonijiet ġenerali

Bi qbil mal-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kandidati jridu:

Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4).

Igawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini.

Jissodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari.

Jipproduċu r-referenzi ta' karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet previsti.

b)   Kundizzjonijiet speċifiċi

i)   Kwalifiki, diplomi u esperjenza professjonali meħtieġa

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma, meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji universitarji jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ċertifikati b'diploma flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena (5), meta l-perjodu normali tal-istudji universitarji jkun għall-inqas ta' tliet snin.

Mill-inqas tnax-il sena esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija fl-ewwel punt, fosthom sitt snin mill-inqas ta' esperjenza maniġerjali.

ii)   Għarfien meħtieġ

Għarfien kulturali ġenerali eċċellenti tal-affarijiet Ewropej.

Fehim eċċellenti ta' kwistjonijiet politiċi interni, nazzjonali u internazzjonali.

Fehim eċċellenti ta' kif jaħdmu l-gruppi politiċi u l-metodi u l-prattiki ta' ħidma tagħhom.

Għarfien eċċellenti tat-Trattati.

Għarfien tajjeb ħafna tal-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali, l-organizzazzjoni u l-ambjent tiegħu u ta' dawk involuti fiha.

Għarfien eċċellenti tar-Regolamenti ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, tal-proċeduri leġiżlattivi u tar-regoli u l-prattiki interni.

Għarfien eċċellenti tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-interpretazzjoni tagħhom u tar-regoli derivati.

Fehim tajjeb ħafna tal-kulturi differenti rappreżentati fi ħdan l-istituzzjonijiet.

Għarfien amministrattiv tajjeb ħafna (riżorsi umani, ġestjoni, baġit, finanzi, informatika, kwistjonijiet legali, eċċ.).

Għarfien eċċellenti tat-tekniki tal-immaniġġjar.

iii)   Għarfien tal-lingwi

Il-pożizzjoni tesiġi għarfien fil-fond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) kif ukoll għarfien ta' tnejn oħra minn dawn il-lingwi.

Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta' lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

iv)   Kapaċitajiet meħtieġa

Sens ta' strateġija.

Kapaċità maniġerjali.

Kapaċità ta' ppjanar bil-quddiem.

Kapaċità ta' reazzjoni għall-avvenimenti.

Approċċ metikoluż.

Kapaċità ta' komunikazzjoni.

6.   Proċedura tal-għażla

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tiegħu, il-Kumitat Konsultattiv għall-ħatra ta' uffiċjali għolja jistabbilixxi l-lista ta' kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau l-ismijiet tal-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta' dawn il-persuni, il-Kumitat jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F'dan il-qafas, il-Bureau jkun jista' jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.

7.   Preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Il-kandidati huma mitluba jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom (u jikkwotaw ir-referenza għall-“avis de recrutement numéro PE/139/S”), u jinkludu ittra ta' motivazzjoni u curriculum vitae fil-format tal-Europass (7) fl-indirizz li ġej:

Monsieur le Secrétaire général

Parlement européen

Bâtiment Konrad Adenauer

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

Din l-ittra ta' applikazzjoni għandha tintbagħat, b'posta reġistrata, sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2010, bit-timbru postali bħala prova.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista (8) jridu jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw attwalment. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.


(1)  ĠU L 124, 27.4.2004.

(2)  Meta jiġi reklutat, l-uffiċjal jingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(3)  Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-anness.

(4)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit.

(5)  Din is-sena ta' esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.

(6)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż, u l-Isvediż.

(7)  http://europass.cedefop.europa.eu/

(8)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.


ANNESS

DIRETTUR GĦAR-RELAZZJONIJIET MAL-GRUPPI POLITIĊI

1.   Dmirijiet prinċipali

Jiżgura r-rabta bejn il-gruppi politiċi u l-amministrazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Jaħdem fir-rwol ta' medjatur biex jiggarantixxi li l-amministrazzjoni twieġeb għat-talbiet tal-gruppi politiċi u viċeversa, b'mod partikolari fir-rigward tas-servizzi amministrattivi u tekniċi li huma intitolati għalihom.

Jgħin lis-Segretarju Ġenerali għas-servizzi kollha provduti għall-Membri inklużi l-Membri mhux affiljati.

Jgħin lis-Segretarju Ġenerali fl-organizzazzjoni tar-riċeviment tal-Membri u l-Osservaturi l-ġodda.

Jiżgura l-preparazzjoni u s-segwitu tad-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti rigward ir-regoli li jiggvernaw il-laqgħat tal-gruppi politiċi.

Jiżgura r-responsabilità tal-Intergruppi tal-Parlament Ewropew.

2.   organigramma (20)

1 Direttur

12-il Amministratur

7 Assistenti