ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.301.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 301

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
6 ta' Novembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2010/C 301/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 288, 23.10.2010

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 301/02

Kawża C-550/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Settembru 2010 — Akzo Nobel Chemicals Ltd, Akcros Chemicals Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Council of the Bars and Law Societies of the European Union, Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten, Association européenne des juristes d’entreprise (AEJE), American Corporate Counsel Association (ACCA) — European Chapter, International Bar Association (Appell — Kompetizzjoni — Miżuri istruttorji — Setgħat investigattivi tal-Kummissjoni — Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet — Relazzjoni ta’ impjieg bejn avukat u impriża — Skambji ta’ posta elettronika)

2

2010/C 301/03

Kawża C-48/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Settembru 2010 — Lego Juris A/S vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Regolament (KE) Nru 40/94 — Trade mark Komunitarja — Forma ta’ prodott adattata għal reġistrazzjoni bħala trade mark — Reġistrazzjoni tas-sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-parti ta’ fuq u żewġt iġnub ta’ brikk Lego — Invalidità ta’ din ir-reġistrazzjoni fuq talba ta’ impriża li tikkummerċjalizza brikks ta’ ġugarell li għandhom l-istess forma u dimensjonijiet — Artikolu 7(1)(e)(ii) ta’ dan ir-regolament — Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku)

3

2010/C 301/04

Kawża C-149/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Setembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Efeteio Thessalonikis — il-Greċja) — Zoi Chatzi vs Ypourgos Oikonomikon (Politika soċjali — Direttiva 96/34/KE — Ftehim qafas fuq il-leave parentali — Interpretazzjoni tal-Klawżola 2.1 tal-ftehim qafas — Benefiċjarju tad-dritt għal-leave parentali — Leave parentali f’każ ta’ twelid ta’ tewmin — Kunċett ta’ twelid — Teħid inkunsiderazzjoni tan-numru ta’ tfal imwielda — Prinċipju ta’ trattament ugwali)

3

2010/C 301/05

Kawża C-337/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2010 — Georg Neidel vs Stadt Frankfurt am Main

4

2010/C 301/06

Kawża C-362/10: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

4

2010/C 301/07

Kawża C-364/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2010 — Repubblika tal-Ungerija vs Ir-Repubblika Slovakka

5

2010/C 301/08

Kawża C-379/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

6

2010/C 301/09

Kawża C-388/10 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2010 minn Félix Muñoz Arraiza mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-138/09, Félix Muñoz Arraiza vs UASI u Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja

7

2010/C 301/10

Kawża C-397/10: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

8

2010/C 301/11

Kawża C-403/10 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2010 minn Mediaset SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-177/07: Mediaset SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, sostnuta minn Sky Italia Srl

8

2010/C 301/12

Kawża C-412/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) (Ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Awwissu 2010 — Deo Antoine Homawoo vs GMF Assurances SA

9

2010/C 301/13

Kawża C-414/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fid-19 ta’ Awissu 2010 — Société Veleclair vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’État

10

2010/C 301/14

Kawża C-415/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Awwissu 2010 — Galina Meister vs Speech Design Carrrier Systems GmbH

10

2010/C 301/15

Kawża C-416/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min Najvyšším súdom Slovenskej republiky (ir Repubblika Slovakka) fit 23 ta’ Awwissu 2010 — Jozef Križan et vs Slovenská inšpekcia životného prostredia

11

2010/C 301/16

Kawża C-419/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischen Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Awwissu 2010 — Wolfgang Hofmann vs Freistaat Bayern

12

2010/C 301/17

Kawża C-422/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) fis-27 ta’ Awwissu 2010 — Georgetown University, University of Rochester, Loyola University of Chicago vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

12

2010/C 301/18

Kawża C-424/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2010 — Tomasz Ziolkowski vs Land Berlin

13

2010/C 301/19

Kawża C-425/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2010 — Barbara Szeja, Maria-Magdalena Szeja, Marlon Szeja vs Land Berlin

13

2010/C 301/20

Kawża C-429/10 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2010 minn X Technology Swiss kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-547/08 — X Technology Swiss vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

13

2010/C 301/21

Kawża C-430/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Sofia (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Settembru 2010 — Hristo Gaydarov vs Director na Glavna direktsia Ohranitelna politsia pri Ministerstvo na vatreshnite raboti

14

2010/C 301/22

Kawża C-431/10: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

15

2010/C 301/23

Kawża C-432/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (Il-Belġju) tas-26 ta’ Awwissu 2010 — Ministerie van Financiën u Openbaar Ministerie v Aboulkacem Chihabi et

15

2010/C 301/24

Kawża C-433/10 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2010 minn Volker Mauerhofer mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-515/08 — Volker Mauerhofer vs Il-Kummissjoni Ewropea

17

2010/C 301/25

Kawża C-445/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

17

2010/C 301/26

Kawża C-447/10: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mis-sentenza mogħtija fid-9 ta' Lulju 2010 fil-Kawża T-430/08 — Grain Millers, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Grain Millers GmbH & Co. KG

18

2010/C 301/27

Kawża C-457/10 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2010 minn AstraZeneca AB, AstraZeneca plc mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tal-1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-321/05: AstraZeneca AB, AstraZeneca plc vs Il-Kummissjoni Ewropea

18

2010/C 301/28

Kawża C-366/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

19

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 301/29

Kawża T-279/04: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Konċertazzjonijiet — Edizzjoni frankofona — Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li jintraddu lura l-assi — Rikors għal annullament ta’ akkwirent possibbli mhux magħżul — Obbligu ta’ motivazzjoni — Frodi — Żball ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Regolament (KEE) Nru 4064/89)

20

2010/C 301/30

Kawża T-452/04: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Editions Jacob vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Pubblikazzjoni Frankofona — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta’ ċessjoni mill-ġdid ta’ assi — Deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid — Rikors għal annullament ta’ akkwirent prospettiv li mhuwiex ikkunsidrat — Indipendenza tal-mandatarju — Regolament (KEE) Nru 4064/89)

20

2010/C 301/31

Kawżi magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Settur tal-ajru — Għajnuna marbuta mar-ristrutturazzjoni u mal-privatizzazzjoni tal-kumpannija tal-ajru nazzjonali Ellenika — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kontinwità ekonomika bejn żewġ kumpanniji — Identifikazzjoni tal-benefiċjarju effettiv ta’ għajnuna għall-finijiet tal-irkupru tagħha — Kriterju tal-operatur privat — Kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni — Obbligu ta’ motivazzjoni)

21

2010/C 301/32

Kawża T-26/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Trioplast Wittenheim vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-boroż industrijali tal-plastik — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tul tal-ksur — Multi — Gravità tal- ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni waqt il-proċedura amministrattiva — Proporzjonalità)

21

2010/C 301/33

Kawża T-40/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-boroż tal-plastik industrijali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tul tal-ksur — Multi — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Proporzjonalità — Responsabbiltà in solidum — Prinċipju ta’ ċertezza legali)

22

2010/C 301/34

Kawża T-193/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — TF1 vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ċinematografiċi u awdjoviżivi — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà)

22

2010/C 301/35

Kawża T-314/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Whirlpool Europe vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti friġġ-freezers magħquda li joriġinaw mill-Korea t’Isfel — Definizzjoni ta’ prodott ikkonċernat — Drittijiet tad-difiża — Kumitat konsultattiv — Obbligu ta’ motivazzjoni — Għażla tal-metodu ta’ definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — Artikolu 15(2) u Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

23

2010/C 301/36

Kawża T-131/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Mohr & Sohn vs Il-Kummissjoni (Navigazzjoni interna — Kapaċità tal-flotta tal-Komunità — Kundizzjonijiet għad-dħul fis-servizz ta’ bastimenti ġodda (regola qadim għall-ġdid) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni tal-esklużjoni stabbilita għal bastimenti speċjalizzati — Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 718/1999)

23

2010/C 301/37

Kawżi magħquda T-156/07 u T-232/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi — Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha — Emendi — Regolament Nru 1 — Artikoli 27, 28 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 1(1) u (2) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

24

2010/C 301/38

Kawżi magħquda T-166/07 u T-285/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika — Avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti — Pubblikazzjoni fi tliet lingwi uffiċjali — Emendi — Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha — Għażla tat-tieni lingwa minn fost tliet lingwi — Regolament Nru 1 — Artikoli 27, 28 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 1(1) u (2) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Abbuż ta’ poter)

24

2010/C 301/39

Kawża T-366/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Procter & Gamble vs UASI — Prestige Cosmetics (P&G PRESTIGE BEAUTE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PG PRESTIGE BEAUTE — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Prestige — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

25

2010/C 301/40

Kawża T-72/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Travel Service vs UASI — Eurowings Luftverkehrs (smartWings) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva smartWings — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti EUROWINGS u EuroWings — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) — Artikolu 79 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009))

25

2010/C 301/41

Kawża T-97/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — KUKA Roboter vs UASI (Grad tal-lewn oranġjo) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi grad tal lewn oranġjo — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar Regolament (KE) Nru 207/2009))

26

2010/C 301/42

Kawża T-135/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Schniga vs CPVO — Elaris u Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer) (Varjetajiet ta’ pjanti — Applikazzjoni għal drittijiet Komunitarji fir-rigward tal-varjetà ta’ tuffieħa Gala Schnitzer — Eżami tekniku — Setgħa diskrezzjonali tas-CPVO — Oġġezzjonijiet — Artikolu 55(4) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94)

26

2010/C 301/43

Kawża T-149/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Abbott Laboratories vs UASI — aRigen (Sorvir) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Sorvir — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NORVIR — Raġuni assoluta għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

26

2010/C 301/44

Kawża T-292/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Settembru 2010 — Inditex vs UASI — Marín Díaz de Cerio (OFTEN) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OFTEN — Trade mark nazzjonali preċedenti OLTEN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Xebh bejn il-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Suġġett tal-kawża quddiem il-Bord tal-Appell — Artikoli-61 u 62 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

27

2010/C 301/45

Kawża T-400/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Enercon vs UASI — BP (ENERCON) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ENERCON — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ENERGOL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment)

27

2010/C 301/46

Kawża T-546/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Settembru 2010 — Villa Almè vs UASI — Marqués de Murrieta (i GAI) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva i GAI — Trade mark nazzjonali verbali YGAY u trade marks Komunitarji figurattivi u verbali MARQUÉS DE MURRIETA YGAY — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009))

28

2010/C 301/47

Kawża T-385/05 TO: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2010 — Il-Portugall vs Transnáutica u Il-Kummissjoni (Oppożizzjoni minn terzi — Possibbiltà li t-terz li jopponi jipparteċipa fil-kawża prinċipali — Nuqqas ta’ preġudizzju għad-drittijiet tat-terz li jopponi — Inammissibbiltà)

28

2010/C 301/48

Kawża T-123/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2010 — Spitzer vs UASI — Homeland Housewares (Magic Butler) (Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tar-rikorrent — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

29

2010/C 301/49

Kawża T-532/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2010 — Norilsk Nickel Harjavalta u Umicore vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa umana — Klassifikazzjoni, imballaġġ u tikkettar ta’ ċerti komposti ta’ karbonat tan-nikil bħala sustanzi perikolużi — Direttiva 2008/58/KE — Direttiva 67/548/KEE — Regolament (KE) Nru 790/2009 — Regolament (KE) Nru 1272/2008 — Adattazzjoni tat-talbiet — Applikazzjoni ratione temporis tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

29

2010/C 301/50

Kawża T-539/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2010 — Etimine u Etiproducts vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa umana — Klassifikazzjoni, imballaġġ u tikkettar ta’ ċerti borati bħala sustanzi perikolużi — Direttiva 2008/58/KE — Direttiva 67/548/KEE — Regolament (KE) Nru 790/2009 — Regolament (KE) Nru 1272/2008 — Adattazzjoni tat-talbiet — Applikazzjoni ratione temporis tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

30

2010/C 301/51

Kawża T-120/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Sussidju previst mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża għall-impriżi f’sitwazzjoni ta’ insolvenza — Ilment minħabba allegat ksur tad-dritt Komunitarju — Ċaħda tal-ilment — Adozzjoni ta’ deċiżjoni sussegwenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

30

2010/C 301/52

Kawża T-157/09 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għad-danni — Dewmien — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

31

2010/C 301/53

Kawża T-299/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Awwissu 2010 — Babcock Noell vs L-Impriża Konġunta Fusion for Energy (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Ċaħda ta’ offerta — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar ta’ interessi)

31

2010/C 301/54

Kawża T-332/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2010 — Viaguara vs UASI — Pfizer (VIAGUARA)

31

2010/C 301/55

Kawża T-341/10: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2010 — F91 Diddeléng et vs Il-Kummissjoni

32

2010/C 301/56

Kawża T-345/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awissu 2010 — Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni

32

2010/C 301/57

Kawża T-361/10 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2010 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-15 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża F-35/08

33

2010/C 301/58

Kawża T-367/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2010 — Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia et vs Il-Kummissjoni

34

2010/C 301/59

Kawża T-369/10: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2010 — Handicare vs UASI — Apple Corps (BEATLE)

35

2010/C 301/60

Kawża T-372/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2010 — Bolloré vs Il-Kummissjoni

35

2010/C 301/61

Kawża T-373/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Villeroy & Boch Austria vs Il-Kummissjoni

36

2010/C 301/62

Kawża T-374/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Villeroy & Boch vs Il-Kummissjoni

37

2010/C 301/63

Kawża T-375/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Hansa Metallwerke et vs Il-Kummissjoni

38

2010/C 301/64

Kawża T-377/10: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2010 — Preparados Alimenticios vs UASI — Rila Feinkost-Importe (Jambo Afrika)

39

2010/C 301/65

Kawża T-378/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Settembru 2010 — Masco et vs Il-Kummissjoni

40

2010/C 301/66

Kawża T-379/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Keramag Keramische Werke a.o. vs Il-Kummissjoni

40

2010/C 301/67

Kawża T-381/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Sanitec Europe vs Il-Kummissjoni

41

2010/C 301/68

Kawża T-382/10: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2010 — Villeroy u Boch vs Il-Kummissjoni

42

2010/C 301/69

Kawża T-383/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2010 — Continental Bulldog Club Deutschland vs UASI (CONTINENTAL)

43

2010/C 301/70

Kawża T-385/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — ArcelorMittal Wire France et vs Il-Kummissjoni

43

2010/C 301/71

Kawża T-386/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Dornbracht vs Il-Kummissjoni

44

2010/C 301/72

Kawża T-387/10: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2010 — Goutier vs UASI — Eurodata (ARANTAX)

45

2010/C 301/73

Kawża T-388/10: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2010 — Productos Derivados del Acero vs Il-Kummissjoni

46

2010/C 301/74

Kawża T-389/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — SLM vs Il-Kummissjoni

46

2010/C 301/75

Kawża T-390/10 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2010 minn Paulette Füller-Tomlinson mis-sentenza mogħtija fl-1 ta’ Lulju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-97/08, Füller-Tomlinson vs Il-Parlament

47

2010/C 301/76

Kawża C-391/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Nedri Spanstaal BV vs Il-Kummissjoni

48

2010/C 301/77

Kawża T-392/10: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2010 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)

48

2010/C 301/78

Kawża T-393/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2010 — Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni

49

2010/C 301/79

Kawża T-394/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Elena Grebenshikova vs UASI — Volvo Trademark (SOLVO)

50

2010/C 301/80

Kawża T-395/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2010 — Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni

50

2010/C 301/81

Kawża T-396/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Zucchetti Rubinetteria vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 301/82

Kawża T-397/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — ara vs UASI — Allrounder (Rappreżentazzjoni ta’ żarbuna tal-isports bl-ittra A fil-ġenb)

51

2010/C 301/83

Kawża T-398/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Fapricela — Indústria de Trefilaria vs Il-Kummissjoni

52

2010/C 301/84

Kawża T-399/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2010 — ArcelorMittal España vs Il-Kummissjoni

53

2010/C 301/85

Kawża T-402/10: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2010 — Villeroy & Boch — Belgium vs Il-Kummissjoni

53

2010/C 301/86

Kawża T-405/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2010 — Justice & Environment vs Il-Kummissjoni

54

2010/C 301/87

Kawża T-406/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 — Emesa-Trefilería u Industrias Galyca vs Il-Kummissjoni

55

2010/C 301/88

Kawża T-408/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni

55

2010/C 301/89

Kawża T-409/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Bottega Veneta International vs UASI (Forma ta’ basket tan-nisa)

56

2010/C 301/90

Kawża T-410/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Bottega Veneta International vs UASI (Forma ta’ basket tan-nisa)

56

2010/C 301/91

Kawża T-411/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Laufen Austria vs Il-Kummissjoni

57

2010/C 301/92

Kawża T-412/10: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2010 — Roca vs Il-Kummissjoni

57

2010/C 301/93

Kawża T-415/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2010 — Nexans France vs Impriża Konġunta Fusion for Energy

58

2010/C 301/94

Kawża T-417/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Cortés del Valle López vs UASI (HIJOPUTA)

59

2010/C 301/95

Kawża T-418/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 — voestalpine und voestalpine Austria Draht vs Il-Kummissjoni

59

2010/C 301/96

Kawża T-419/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2010 — Ori Martin vs Il-Kummissjoni

60

2010/C 301/97

Kawża T-420/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2010 — Armani vs UASI — Annunziata Del Prete (AJ AMICI JUNIOR)

61

2010/C 301/98

Kawża T-421/10: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2010 — Cooperativa Vitivinícola Arousana vs UASI — Constantina Sotelo Ares (ROSALIA DE CASTRO)

61

2010/C 301/99

Kawża T-429/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2010 — Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni

62

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 301/00

Kawża F-61/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2010 — AF vs Il-Kummissjoni

63

2010/C 301/01

Kawża F-73/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2010 — Coedo Suárez vs Il-Kunsill

63

2010/C 301/02

Kawża F-74/10: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2010 — Kimman vs Il-Kummissjoni

63

2010/C 301/03

Kawża F-75/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2010 — Scheefer vs Il-Parlament

64

2010/C 301/04

Kawża F-76/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2010 — Colart et vs Il-Parlament

64

2010/C 301/05

Kawża F-77/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Arroyo Redondo vs Il-Kummissjoni

65

2010/C 301/06

Kawża F-78/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2010 — Antelo Sanchez et vs Il-Parlament

65

2010/C 301/07

Kawża F-79/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2010 — Dubus vs Il-Kummissjoni

66

2010/C 301/08

Kawża F-81/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Praskevicius vs Il-Parlament

66

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/1


2010/C 301/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 288, 23.10.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 274, 9.10.2010

ĠU C 260, 25.9.2010

ĠU C 246, 11.9.2010

ĠU C 234, 28.8.2010

ĠU C 221, 14.8.2010

ĠU C 209, 31.7.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Settembru 2010 — Akzo Nobel Chemicals Ltd, Akcros Chemicals Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Council of the Bars and Law Societies of the European Union, Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten, Association européenne des juristes d’entreprise (AEJE), American Corporate Counsel Association (ACCA) — European Chapter, International Bar Association

(Kawża C-550/07 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Miżuri istruttorji - Setgħat investigattivi tal-Kummissjoni - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet - Relazzjoni ta’ impjieg bejn avukat u impriża - Skambji ta’ posta elettronika)

2010/C 301/02

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Akzo Nobel Chemicals Ltd, Akcros Chemicals Ltd (rappreżentanti: M. Mollica, M. van der Woude u C. Swaak, avukati)

Partijiet oħrajn fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u X. Lewis, aġenti), Council of the Bars and Law Societies of the European Union (rappreżentant: J. Flynn QC), Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten (rappreżentanti: O. Brouwer u C.E. Schillemans, avukati), Association européenne des juristes d’entreprise (AEJE) (rappreżentanti: M. Dolmans u K. Nordlander, avukati, J. Temple Lang, solicitor), American Corporate Counsel Association (ACCA) — European Chapter (rappreżentanti: G. Berrisch, Avukat, D.W. Hull, solicitor), International Bar Association (rappreżentanti: J. Buhart u I. Michou, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, E. Jenkinson, aġenti u M. Hoskins, barrister), l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagen, aġent, D. O’Donnell, SC u R. Casey, BL), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, Y. Vries u M. de Grave, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla Estiża), tas-17 ta’ Settembru 2007, Akzo Nobel Chemicals Ltd u Akcros Chemicals Ltd vs Il-Kummissjoni (T-253/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2003) 1533 finali, tat-8 ta’ Mejju 2003, li tiċħad talba għall-applikazzjoni tal-protezzjoni mogħtija lill-komunikazzjonijiet bejn l-avukat u l-klijent tiegħu għal ċerti dokumenti maqbuda fil-kuntest ta’ investigazzjoni ordnata skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 17 (Każ COMP/E-1/38.589)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-Irlanda kif ukoll ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(3)

Il-Conseil des barreaux européens, l-Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten, il-European Company Lawyers Association, l-American Corporate Counsel Association — European Chapter u l-International Bar Association għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(4)

Għall-kumplament, Akzo Nobel Chemicals Ltd u Akcros Chemicals Ltd huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 09.02.2008


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Settembru 2010 — Lego Juris A/S vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-48/09 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark Komunitarja - Forma ta’ prodott adattata għal reġistrazzjoni bħala trade mark - Reġistrazzjoni tas-sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-parti ta’ fuq u żewġt iġnub ta’ brikk Lego - Invalidità ta’ din ir-reġistrazzjoni fuq talba ta’ impriża li tikkummerċjalizza brikks ta’ ġugarell li għandhom l-istess forma u dimensjonijiet - Artikolu 7(1)(e)(ii) ta’ dan ir-regolament - Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku)

2010/C 301/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Lego Juris A/S (rappreżentanti: V. von Bomhard u T. Dolde, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent), Mega Brands Inc. (rappreżentanti: P. Cappuyns u C. De Meyer, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-12 ta’ Novembru 2008, Lego Juris A./S vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (T-270/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullment ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark tridimensjonali Komunitarja li kienet ippreżentata taħt il-forma ta’ blokk ta’ Lego, għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28, kontra d-Deċiżjoni R 856/2004-G tal-Bord Suprem tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-10 ta’ Lulju 2006, li tiċħad l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità parzjali tal-imsemmija trade mark, fil-kuntest ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa minn Mega Brands — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 40/94

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Lego Juris A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Setembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Efeteio Thessalonikis — il-Greċja) — Zoi Chatzi vs Ypourgos Oikonomikon

(Kawża C-149/10) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 96/34/KE - Ftehim qafas fuq il-leave parentali - Interpretazzjoni tal-Klawżola 2.1 tal-ftehim qafas - Benefiċjarju tad-dritt għal-leave parentali - Leave parentali f’każ ta’ twelid ta’ tewmin - Kunċett ta’ ‘twelid’ - Teħid inkunsiderazzjoni tan-numru ta’ tfal imwielda - Prinċipju ta’ trattament ugwali)

2010/C 301/04

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Efeteio Thessalonikis

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zoi Chatzi

Konvenut: Ypourgos Oikonomikon

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Dioikitiko Efeteio Thessalonikis — Interpretazzjoni tal-Klawżola 2.1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285) flimkien mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 83, p. 389) — Leave parentali mogħti meta jitwieldu tewmin — Għoti ta’ leave parentali wieħed biss meta jitwieldu tewmin — Ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali minħabba diskriminazzjoni bbażata fuq it-twelid u minħabba restrizzjoni tad-drittijiet tat-tfal tewmin li mhijiex permess taħt il-prinċipju ta’ proporzjonalità?

Dispożittiv

(1)

Il-Klawżola 2.1 tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri, konkluż fl-14 ta’ Diċembru 1995, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/75/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, ma tistax tiġi interpretata fis-sens li tagħti lit-tfal dritt individwali għal-leave parentali

(2)

Il-Klawżola 2.1 tal-imsemmi ftehim qafas ma għandhiex tiġi interpretata fis-sens li t-twelid ta’ tewmin jagħti dritt għal numru ta’ perijodi ta’ leave parentali ugwali għal dak tat-tfal li jkunu twieldu. Madankollu, meta tinqara fid-dawl tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, din il-klawżola timponi fuq il leġiżlatur id-dmir li jdaħħal fis-seħħ sistema ta’ leave parentali li, skont is-sitwazzjoni eżistenti fl-Istat Membru kkonċernat, tiżgura lill-ġenituri ta’ tewmin trattament li jieħu inkunsiderazzjoni b’mod xieraq il-ħtiġijiet partikolari tagħhom. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tissodisfax dan ir-rekwiżit u, jekk ikun il-każ, tagħti lill-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali, sa fejn possibbli, interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2010 — Georg Neidel vs Stadt Frankfurt am Main

(Kawża C-337/10)

()

2010/C 301/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Georg Neidel

Konvenuta: Stadt Frankfurt am Main

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) japplika wkoll għall-impjegati fis-servizz pubbliku?

(2)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE jkopri wkoll l-intitolamenti għal-leave annwali meta d-dritt nazzjonali jipprovdi għal tali intitolament ta’ iktar minn erba’ ġimgħat?

(3)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE japplika wkoll għall-intitolamenti għal-leave ta’ waqfien mix-xogħol, addizzjonali għal-leave annwali, mogħti taħt id-dritt nazzjonali bħala kumpens għal xogħol imwettaq fi ġranet ta’ vakanzi pubbliċi b’riżultat tad-distribuzzjoni irregolari tal-ħin tax-xogħol?

(4)

Impjegat fis-servizz pubbliku li jkun irtira jista’ jibbaża intitolament għal pagament bħala kumpens għal-leave annwali direttament fuq l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE jekk kien prekluż milli jaħdem minħabba mard u għalhekk ma kienx f’pożizzjoni li jieħu leave fil-forma ta’ leave ta’ waqfien mix-xogħol?

(5)

Tali intitolament għal pagament bħala kumpens jista’ minn tal-inqas jiġi parzjalment prekluż minħabba d-dekadenza prematura tal-intitolament għal-leave stabbilita fid-dritt nazzjonali?

(6)

Il-portata tal-intitolament għal pagament bħala kumpens ibbażat fuq l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE tkopri biss il-leave minimu ta’ erba’ ġimgħat iggarantit mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE, jew tkopri wkoll l-intitolamenti għal-leave addizzjonali previsti mid-dritt nazzjonali? Dawn l-intitolamenti għal-leave addizzjonali jinkludu wkoll intitolamenti għal-leave ta’ waqfien mix-xogħol li jirriżultaw biss minn distribuzzjoni partikolari tal-ħin tax-xogħol?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/4


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-362/10)

()

2010/C 301/06

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. La Pergola u K. Herrmann)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet u r-regolamenti neċessarji sabiex timplementa l-Artikoli 2, 3, 4, 6, 7, 8, 10 u 11 tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (1), ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont ir-rikorrenti, sal-lum, ir-Repubblika tal-Polonja ma adottatx il-miżuri nazzjonali biex tittrasponi korrettament id-Direttiva 2003/98 fis-sistema legali nazzjonali. Il-liġi tas-6 ta’ Settembru 2001 dwar l-aċċess għall-informazzzjoni pubblika (ustawa o dostępie do informacji publicznej) ma tikkonċernax l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, peress li lanqas ma tiddefinixxi l-kunċett ta’ “użu mill-ġdid”. Anki għal din ir-raġuni biss, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din il-liġi ma jistgħux jikkostitwixxu t-traspożizzjoni korretta tad-Direttiva 2003/98.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 701.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/5


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2010 — Repubblika tal-Ungerija vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-364/10)

()

2010/C 301/07

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u E. Orgován, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara illi, peress li r-Repubblika Slovakka ma ppermettitx, fil-21 ta’ Awwissu 2009, id-dħul tal-President tar-Repubblika tal-Ungerija László Sólyom fit-territorju tagħha, hija kisret id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva 2004/38”) u l-Artikolu 18(1) TFUE;

tiddikjara, barra minn hekk, li d-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) TUE u l-Artikolu 21(1) TFUE, jipprekludi l-argument tar-Repubblika Slovakka, sostnut anki fil-mument tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, li jipprovdi li d-Direttiva 2004/38 tawtorizza l-fatt li rappreżentant tar-Repubblika tal-Ungerija, f’din il-kawża, il-President, jiġi pprojbit milli jidħol fit-territorju Slovakk, u għaldaqstant, ksur simili jista’ jerga’ jseħħ;

tiddikjara illi r-Repubblika Slovakka applikat il-liġi tal-Unjoni Ewropea b’mod żbaljat peress li ma awtorizzatx id-dħul tal-President tar-Repubblika tal-Ungerija fit-territorju tagħha;

fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġusizzja, kuntrarjament għal dak sostnut mir-Repubblika tal-Ungerija fit-talbiet imsemmija iktar ’il fuq, tiddikjara li dispożizzjoni speċifika tad-dritt internazzjonali tista’ tillimita l-kuntest tal-applikazzjoni suġġettiva tad-Direttiva 2004/38, argument li r-Repubblika tal-Ungerija ma taqbilx miegħu, din għandha tiddefinixxi l-portata u l-kuntest tal-applikazzjoni ta’ din il-limitazzjoni;

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ nota verbali tal-21 ta’ Awwissu 2009, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Slovakka għarraf lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ungerija, b’riferiment għall-vjaġġ li l-President tar-Repubblika tal-Ungerija László Sólyom kellu jwettaq fl-istess jum, li l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Slovakka kienu ddeċidew li jipprojbixxu d-dħul tal-imsemmi president fit-territorju tagħhom.

Il-Gvern Ungeriż isostni li, peress li r-Repubblika Slovakka ma awtorizzatx id-dħul tal-President László Sólyom, hija kisret kemm l-Artikolu 18 TFUE kif ukoll id-Direttiva 2004/38. Skont ir-Repubblika tal-Ungerija, l-aġir tal-President László Sólyom, kemm b’mod ġenerali kif ukoll fil-kuntest tal-vjaġġ inkwistjoni, ma kienx jikkostitwixxi theddida reali, diretta u serja biżżejjed kontra interess fundamentali tas-soċjetà, tali li tkun tista’ tiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżura restrittiva. Il-Gvern Ungeriż isostni li, anki jekk miżura restrittiva tista’ tkun iġġustifikata, miżura bħal dik fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-fatt li d-dħul tal-President tar-Repubblika jiġi pprojbit, ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-proporzjonalità u tmur lil hinn mill-għan imfittex, għan li r-Repubblika Slovakka tista’ tilħqu b’miżuri inqas restrittivi.

Ir-Repubblika Slovakka lanqas ma osservat il-proċeduri tad-Direttiva 2004/38, għaliex il-projbizzjoni tad-dħul tal-President László Sólyom la ġiet adottata fuq il-bażi ta’ deċiżjoni skont id-direttiva u lanqas ġiet innotifikata. In-nota verbali kienet tinforma bid-deċiżjoni tal-projbizzjoni tad-dħul, iżda la kienet tinkludi motivazzjoni suffiċjenti u lanqas indikazzjoni dwar quddiem liema korp amministrattiv jew ġudizzjarju u f’liema terminu seta’ jiġi ppreżentat rikors.

Il-Gvern Ungeriż jibża’ li jerġa’ jkun hemm ksur mill-ġdid mir-Repubblika Slovakka, għaliex din għadha tal-fehma li l-projbizzjoni tal-President László Sólyom fit-territorju tagħha hija ġġustifikata.

Skont il-Gvern Ungeriż, l-applikazzjoni tad-dritt użat mill-awtoritajiet Slovakki mhux biss tirrappreżenta ksur tad-Direttiva 2004/38, iżda l-istess riferiment għad-direttiva huwa inġustifikat, peress li l-awtoritajiet Slovakki ma ridux jilħqu l-għan tad-direttiva iżda — billi nħbew warajha — fittxew għanijiet politiċi. Mid-dikjarazzjonijiet tal-Gvern Slovakk huwa possibbli li jiġi dedott li l-Gvern Slovakk ma pprojbixxix id-dħul tal-President László Sólyom fit-territorju tar-Repubblika Slovakka għal motivi ta’ sigurtà jew ta’ ordni pubblika, kif tistabbilixxi l-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 2004/38, iżda għal raġunijiet purament politiċi, speċjalment ta’ politika barranija.

Skont il-Gvern Ungeriż, il-Kummissjoni Ewropea wettqet żball meta matul il-proċeduri sostniet li fil-każ ta’ vjaġġi uffiċjali ta’ kapijiet ta’ Stati tal-Istati Membri għandu jiġi applikat id-dritt nazzjonali u mhux id-dritt tal-Unjoni. Il-Gvern Ungeriż isostni li d-Direttiva 2004/38 tapplika indistintament għal kwalunkwe grupp ta’ persuni u għal kwalunkwe tip ta’ vjaġġ, kemm uffiċjali kif ukoll privat. L-imsemmija direttiva tirrikonoxxi b’mod ġenerali u għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni d-dritt fundamentali tad-dħul fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru, dritt li huwa mogħti lil kull ċittadin mid-dritt primarju. Id-Direttiva 2004/38 tistabbilixxi wkoll b’mod ġenerali u b’mod tassattiv il-każijiet li fihom huwa possibbli li l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jiġi llimitat. Din ma tintroduċiex deroga li tawtorizza li l-kapijiet tal-Istat jew kategorija oħra ta’ ċittadini tal-Istati Membri jiġu esklużi mill-kuntest tal-applikazzjoni tar-regola ġenerali. Jekk il-Kunsill u l-Parlament Ewropew riedu jissuġġettaw l-eżerċizzju tal-moviment liberu għal regola tad-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt internazzjonali konswetudinarju, dawn ċertament kienu jipprovdu f’dan is-sens sa mill-mument tal-adozzjoni tad-direttiva.

Il-Gvern Ungeriż isostni li fil-kuntest tad-dritt internazzjonali, kodifikat jew konswetudinarju, ma teżistix regola ġuridika applikabbli fil-kawża prinċipali u li, anki li kieku teżisti, l-Istati Membri, bid-dħul tagħhom fl-Unjoni Ewropea, irrikonoxxew lil din tal-aħħar il-kompetenza sabiex tirregola l-moviment liberu tal-persuni u aċċettaw li jeżerċitaw is-setgħat meħuda mingħandhom f’dan il-qasam skont id-deċiżjonijiet u d-dritt tal-Unjoni. Jekk, fil-każ tad-dħul ta’ ċittadin ta’ Stat Membru fi Stati Membru ieħor, dispożizzjoni tad-dritt internazzjonali tista’ tillimita l-kamp suġġettiv tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38, huwa meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddefinixxi b’mod ċar il-portata ta’ din il-limitazzjoni, filwaqt li tikkunsidra l-fatt li d-Direttiva 2004/38 ma tistabbilixxix eċċezzjonijiet jew derogi f’dan is-sens.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/6


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-379/10)

()

2010/C 301/08

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro u M. Nolin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li meta eskludiet kull responsabbiltà tal-Istat Taljan għad-danni kkawżati lill-individwi b’riżultat ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni attribwibbli lil organu ġudizzjarju nazzjonali tal-aħħar istanza, sa fejn tali ksur jirriżulta minn attività ta’ interpretazzjoni ta’ regoli ta’ dritt jew minn evalwazzjoni ta’ fatti u ta’ provi mwettqa minn tali organu ġudizzjarju, u mil-limitazzjoni ta’ tali responsabbiltà biss għall-każijiet ta’ frodi jew ta’ nuqqas serju, abbażi tal-Artikolu 2(l) u (2) tal-Liġi Taljana Nru 117, tat-13 ta’ April 1988, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skont il-prinċipju ġenerali tar-responsabbiltà tal-Istati pproklamat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha għal ksur tad-dritt tal-Unjoni min-naħa ta’ wieħed mill-organi ġudizzjarji tal-aħħar istanza tagħhom, liema prinċipju huwa stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni.

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Liġi Nru 117 tat-13 ta’ April 1988, dwar il-ħlas tad-danni kkawżati fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji u r-responsabbiltà ċivili tal-Maġistrati teskludi kull responsabbiltà tal-Istat Taljan għad-danni kkawżati lill-individwi b’riżultat ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni attribwibbli lil organu ġudizzjarju nazzjonali tal-aħħar istanza, sa fejn tali ksur jirriżulta minn attività ta’ interpretazzjoni ta’ regoli ta’ dritt jew minn evalwazzjoni ta’ fatti u ta’ provi mwettqa minn tali organu ġudizzjarju. Barra minn hekk, din tillimita tali responsabbiltà biss għall-każijiet ta’ frodi jew ta’ nuqqas serju.

Fis-sentenza Traghetti, mogħtija fil-Kawża C-173/03 (1), il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li:

“Id-dritt Komunitarju jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi, b’mod ġenerali, ir-responsabbiltà ta’ l-Istat Membru għad-danni kkawżati lill-persuni minn ksur tad-dritt Komunitarju li huwa attribwit lil qorti ta’ l-aħħar istanza minħabba l-fatt li dan il-ksur in kwistjoni jirriżulta minn interpretazzjoni tar-regoli ta’ dritt jew minn evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi mwettqa minn din il-qorti.

Id-dritt Komunitarju jipprekludi wkoll leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita din ir-responsabbiltà għall-każijiet biss ta’ frodi u ta’ nuqqas serju tal-qorti, jekk tali limitazzjoni teskludi r-responsabbiltà ta’ l-Istat Membru kkonċernat f’każijiet oħrajn fejn jitwettaq ksur manifest tad-dritt Komunitarju, kif stipulat fil-punti 53 sa 56 tas-sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Kawża C-224/01, Köbler (2)”.

Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat il-Liġi Nru 117 bħala inkompatibbli mal-ġurisprudenza tagħha stess. Din il-liġi għadha fis-seħħ u applikata. B’hekk, għadha teżisti l-inkompatibbiltà mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  Ġabra 2006, p. I-5177

(2)  Ġabra 2003, p. I-10239


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/7


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2010 minn Félix Muñoz Arraiza mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-138/09, Félix Muñoz Arraiza vs UASI u Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja

(Kawża C-388/10 P)

()

2010/C 301/09

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Félix Muñoz Arraiza (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja

Talbiet tal-appellant

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ħames Awla tal-Qorti Ġenerali fid-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-138/09 minħabba li t-trade marks li ġew opposti huma għal kollox kompatibbli mal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 121 621“Rijoavina”;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

A.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) dwar it-trade mark Komunitarja. Bl-istess mod, l-aggravju bbażat fuq il-ksur ta’ dan l-artikolu jinqasam f’żewġ partijiet:

Żnaturament tal-fatti, żnaturament tal-lista tal-prodotti u tas-servizzi realment msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark kif ukoll ksur tas-sentenza Canon mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-29 ta’ Settembru 1998 (C-39/97) (2), ĠU UASI 12/98, p. 1419, punt 23 fir-rigward tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Diċembru 1981 (C-193/80) u tal-15 ta’ Ottubru 1985 (C-281/83).

Fil-kuntest ta’ din il-parti tal-aggravju, l-appellanta ssostni li l-Qorti Ġenerali llimitat il-lista tal-prodotti realment indikati fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitrja billi naqqset il-kategorija ġenerali “ħall” għal “ħall tal-inbid” abbażi ta’ żewġ argumenti: l-ewwel wieħed jinvoka definizzjoni leġiżlattiva, indiretta, irreferenzjata u nazzjonali tal-kunċett ta’ ħall, jiġifieri l-ewwel dispożizzjoni addizzjonali tal-liġi Spanjola 24/2003 dwar id-dwieli u l-inbid, bi ħsara għad-definizzjoni leġiżlattiva u diretta meħuda mid-dritt Komunitarju li tirriżulta mis-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja rispettivament fid-9 ta’ Diċembru 1981 u l-15 ta’ Ottubru 1985 fil-Kawżi C-193/80 u C-281/83. Dawn is-sentenzi juru b’mod ċar li d-dritt Komunitarju jiddefinixxi l-ħall bħala kunċett ġeneriku billi jneħħilu kull konnotazzjoni relatata mal-inbid. It-tieni argument li l-Qorti Ġenerali tuża sabiex tpoġġi fuq l-istess livell il-ħall u l-ħall tal-inbid jikkonsisti fl-affermazzjoni li l-impriżi li jipproduċu l-inbid jiffabbrikaw abitwalment ħall tal-inbid, li jwassal sabiex jiżnatura l-fatti peress li din l-affermazzjoni hija hi stess ibbażata fuq l-assimilazzjoni tal-kategorija “ħall” għal dik tal-“ħall tal-inbid”. Barra minn hekk, is-sentenzi C-193/80 u C-281/83 jagħmlu r-rabta bejn in-natura ġenerika tal-ħall u t-territorju rilevanti sabiex jiġi stabbilit paragun fil-kuntest tal-analiżi tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali tinterpreta ħażin it-territorju rilevanti billi ssostni li l-ħall l-iktar ikkonsmat u ffabbrikat “fid-dinja” huwa l-ħall tal-inbid, filwaqt li huwa ppreċiżat li t-territorju relevanti huwa dak tal-Unjoni Ewropea.

Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli proċedurali fil-qasam tal-produzzjoni u tal-oneru tal-prova stabbiliti fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 1999 (C-375/97) (3) u tal-4 ta’ Mejju 1999 (Kawżi magħquda C-108/97 u C-109/97) (4).

Fil-kuntest ta’ din il-parti tal-aggravju, ir-rikorrent jikkritika lill-Qorti Ġenerali talli pparagunat is-sinjali billi bbażat ruħha fuq il-premessa mhux vverifikata tar-reputazzjoni u/jew tal-karattru distintiv għoli tat-trade mark “Rioja”.

B.

It-tieni aggravvju huwa bbażat fuq il-ksur, b’analoġija, tal-Artikolu 43 tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja (5), li huwa l-attwali Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009.

Ir-rikorrent hawnhekk jikkritika lill-Qorti Ġenerali li llimitat il-lista tal-prodotti u tas-servizzi realment indikati minħabba d-dikjarazzjoni ta’ użu futur tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, li huwa possibbli biss għat-trade marks li ilhom irreġistrati tal-inqas minn ħames snin ilu u fuq il-kundizzjoni tal-prova minn qabel tal-użu mitlub mill-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata taħt l-Artikolu 42(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, ĠU L 78, p. 1.

(2)  Ġabra p. I-5507

(3)  Ġabra p. I-5421.

(4)  Ġabra p. I-2779.

(5)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/8


Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-397/10)

()

2010/C 301/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u I.V. Rogalski, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi impona l-obbligi li ġejjin fir-rigward tal-attivitajiet tal-aġenziji ta’ xogħol temporanju: l-esklussività tal-attività ta’ provvista ta’ xogħol fl-għan tal-impriża (fit-territorju tar-reġjun ta’ Bruxelles-Capitale); forma legali partikolari (fit-territorju tar-reġjun ta’ Bruxelles-Capitale) u ż-żamma ta’ kapital azzjonarju minimu ta’ EUR 30 987 (fir-reġjun ta’ Vlaanderen), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 TFUE;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqajjem tliet ilmenti insostenn tar-rikors tagħha, ibbażati fuq ksur tal-Artikolu 56 tat-Trattat Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Permezz tal-ewwel ilment tagħha, ir-rikorrenti ssostni li r-rekwiżit tal-esklussività tal-attività ta’ provvista ta’ impjieg fl-għan tal-impriża jikkostitwixxi ostakolu sinjifikattiv għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra li huma awtorizzati jeżerċitaw hemmhekk attivitajiet ta’ natura oħra. Fil-fatt, din il-miżura tobbliga lill-imsemmija impriżi jemendaw l-istatut tagħhom sabiex jipprovdu servizzi, anki b’mod temporanju, fir-reġjun ta’ Bruxelles-Capitale.

Permezz tat-tieni lment tagħha, il-Kummissjoni tirrileva li l-obbligu għal impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor li jkollha forma jew statut legali partikolari jikkostitwixxi restrizzjoni importanti għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. L-għan tal-protezzjoni tal-ħaddiema, invokat mill-konvenut bħala ġustifikazzjoni, jista’ fil-fatt jintlaħaq minn miżuri nqas restrittivi, bħall-obbligu ta’ impriża li turi li għandha assigurazzjoni adattata.

Permezz tat-tielet ilment tagħha, ir-rikorrenti tikkritika fl-aħħar l-obbligu, previst mir-reġjun ta’ Vlaanderen, ta’ żamma ta’ kapital azzjonarju minimu ta’ EUR 30 987, sa fejn tali rekwiżit jimplika li ċerti impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra jistgħu jkollhom jemendaw il-kapital azzjonarju tagħhom sabiex jipprovdu servizzi fil-Belġju, anki b’mod temporanju. Issa, mezzi nqas restrittivi, bħal garanzija jew is-sottoskrizzjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni, jippermettu li jintlaħaq l-għan ta’ protezzjoni tal-ħaddiema segwit mill-konvenut.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/8


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2010 minn Mediaset SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-177/07: Mediaset SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, sostnuta minn Sky Italia Srl

(Kawża C-403/10 P)

()

2010/C 301/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Mediaset SpA (rappreżentant: K. Adamantopoulos, Dikigoros u G. Rossi, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea, Sky Italia Srl

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-177/07;

tiddeċiedi l-kawża definittivament billi tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea kkontestata fl-ewwel istanza; jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tordna li l-appellata u l-intervenjenti fl-ewwel istanza jbatu l-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

L-appellanti ssostni li: Il-Qorti Ġenerali wettqet żewġ żbalji ta’ liġi meta kkunsidrat li r-riferiment tal-appellanti għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tal-Liġi Taljana Nru 350/2003, kif ukoll il-motiv tal-appellanti dwar id-differenza bejn il-kunċetti ta’ (i) selettività skont l-Artikolu 107(1) TFUE u (ii) diskriminazzjoni, li hija distinta min-newtralità teknoloġika, huma inammissibbli. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ liġi meta legalment ikklassifikat il-liġi Taljana bħala teknoloġikament mhux newtrali.

(2)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107 TFUE billi ppreżumit li n-natura allegatament “mhux teknoloġikament newtrali” tal-liġi Taljana tat neċessarjament vantaġġ ekonomiku selettiv lill-appellanti. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta sostniet li l-appellata ġustament iddeċidiet li kien hemm vantaġġ ekonomiku għal Mediaset, peress illi naqset (bħall-appellata) milli legalment tikklassifika l-kunċetti astratti — u sempliċement preżunti — ta’ “udjenza mwessgħa” u “penetrazzjoni fis-suq bi spejjeż minimi” bħala vantaġġ ekonomiku speċifiku għal Mediaset. Il-Qorti Ġenerali pprovdiet ukoll motivazzjoni inadegwata li tikser l-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti Ġenerali u manifestament żnaturat il-fatti u wettqet żball ta’ liġi billi pproċediet b’interpretazzjoni falza u żnaturata tal-premessi 62 sa 68 tad-deċiżjoni kkontestata u tal-punti 74 sa 79 tas-sentenza. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi għaliex fir-rigward tal-allegat vantaġġ għal Mediaset hija sostitwiet il-motivazzjoni tagħha għal dik stabbilita fid-deċiżjoni kkontestata u interpretat l-provi prodotti b’mod li ma josservax l-kliem u l-analiżi tal-premessi 82 sa 95 tad-deċiżjoni kkontestata u żnaturat il-provi. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi wkoll fir-rigward tal-kunċett ta’ “benefiċjarju indirett” u fl-applikazzjoni u fil-klassifikazzjoni legali tagħha fil-kawża preżenti.

(3)

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kompletament naqset milli tevalwa l-motivi distinti stabbiliti fil-punti 93 sa 96, minn naħa, u, fil-punti 121 sa 129, min-naħa l-oħra, tar-rikors fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-liġi Taljana mal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali naqset ukoll mill tipprovdi motivazzjoni xierqa. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE, billi ddikjarat il-liġi Taljana bħala inkompatibbli mas-suq komuni bħala riżultat, u sempliċement minħabba l-allegat nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ teknoloġija newtrali li jirriżulta mill-allegata esklużjoni tad-dekoders tas-satellita mill-vantaġġi, ta’ quod non; u billi approvat in-nuqqas tal-appellata li tevawla legalment l-effetti ta’ distorsjoni tal-miżura fuq is-suq tat-televiżjoni bi ħlas, permezz ta’ kontroll legali, ekonomika u test ta’ bbilanċjar: a) id-distorzjonijiet speċifiċi tal-kompetizzjoni fis-suq tat-televiżjoni bi ħlas; u b) l-allegati effiċjenzi tal-vantaġġ ekonomiku. Dan tal-aħħar ġie sempliċement preżunt u tqis bħala inkompatibbli mas-suq komuni għaliex allegatament ma kienx teknoloġikament newtrali. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u pproċediet b’motivazzjoni inkorretta meta ċaħdet it-tliet motivi tal-appellanti. Il-Qorti Ġenerali mhux biss ippreżentat u interpretat il-motiv u l-argumenti rilevanti dwar il-motivazzjoni kontradittorja tad-deċiżjoni kkontestata b’mod żbaljat, iżda naqset ukoll milli teżamina dawn l-argumenti u, għalhekk, wettqet żball meta ċaħdithom bħala infondati.

(4)

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999 (1) billi naqset milli tikkunsidra li n-nuqqasijiet fid-deċiżjoni kkontestata dwar l-allegat vantaġġ ekonomiku mogħti lill-appellanti jwasslu fl-impossibbiltà effettiva li l-allegata għajnuna mill-Istat tiġi rkuprata, bi ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali. Għalhekk, id-deċiżjoni kkontestata ma pprovdietx għal rimedju effiċjenti u trasparenti u l-ebda metodu ta’ rkupru tajjeb ma ġie stabbilit. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-motivi tal-appellanti f’dan ir-rigward u wettqet żball ta’ liġi meta qieset li d-deċiżjoni kkontestata tippermetti li s-sitwazzjoni preċedenti terġa’ tiġi stabbilita.


(1)  Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) (Ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Awwissu 2010 — Deo Antoine Homawoo vs GMF Assurances SA

(Kawża C-412/10)

()

2010/C 301/12

Lingwa tal-kawża: l-ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Queen’s Bench Division).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deo Antoine Homawoo

Konvenuti: GMF Assurances SA

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”), moqrija flimkien mal-Artikolu 297 tat-Trattat dwar il-Funżjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirrikjedu lil qorti nazzjonali li tapplika Ruma II, u b’mod partikolari, l-Artikolu 15 tiegħu, f’każ fejn l-avveniment li wassal għad-dannu seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2007?

(2)

Ir-risposta għad-domanda 1 hija affettwata minn wieħed mill-fatti li ġejjin:

(i)

li l-proċeduri għal kumpens tad-dannu nbdew fit-8 ta’ Jannar 2009;

(ii)

li l-qorti nazzjonali ma kinitx tat deċiżjoni dwar il-liġi applikabbli qabel il-11 ta’ Jannar 2009?


(1)  ĠU L 199, p. 40


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fid-19 ta’ Awissu 2010 — Société Veleclair vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’État

(Kawża C-414/10)

()

2010/C 301/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Veleclair

Konvenuta: Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’État.

Domandi preliminari

L-Artikolu 17(2)(b) tas-Sitt Direttiva (1) jippermetti lil Stat Membru li jissuġġetta d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni, fid-dawl b’mod partikolari tar-riskji ta’ frodi, għall-pagament effettiv ta’ din it-taxxa mill-persuna taxxabbli, meta l-persuna taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni u l-persuna li għandha d-dritt għat-tnaqqis korrispondenti huma l-istess persuna fi Franza?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Awwissu 2010 — Galina Meister vs Speech Design Carrrier Systems GmbH

(Kawża C-415/10)

()

2010/C 301/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Galina Meister

Konvenuta: Speech Design Carrrier Systems GmbH

Domanda preliminari

(1)

L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (1) u l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplementa l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (2), kif ukoll l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (3), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ħaddiem li jallega b’mod plawżibbli li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ avviż ta’ pożizzjoni vakanti maħruġ minn min iħaddem, jekk ma jintgħażilx, ikun jista’ jitlob lil min iħaddem li jinformah dwar jekk għażilx kandidat ieħor u, f’każ ta’ risposta fl-affermativ, fuq il-bażi ta’ liema kriterji?

(2)

F’każ ta’ risposta fl-affermativ għall-ewwel domanda:

Iċ-ċirkustanza li min iħaddem ma jikkomunikax l-informazzjoni mitluba tikkostitwixxi fatt li jippermetti li tiġi preżunta l-eżistenza tad-diskriminazzjoni allegata mill-ħaddiem?


(1)  ĠU L 204, p. 23.

(2)  ĠU L 180, p. 22.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min Najvyšším súdom Slovenskej republiky (ir Repubblika Slovakka) fit 23 ta’ Awwissu 2010 — Jozef Križan et vs Slovenská inšpekcia životného prostredia

(Kawża C-416/10)

()

2010/C 301/15

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd (ir-Repubblika Slovakka)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jozef Križan, Katarína Aksamitová, Gabriela Kokošková, Jozef Kokoška, Martina Strezenická, Jozef Strezenický, Peter Šidlo, Lenka Šidlová, Drahoslava Šidlová, Milan Šimovič, Elena Šimovičová, Stanislav Aksamit, Tomáš Pitoňák, Petra Pitoňáková, Mária Križanová, Vladimír Mizerák, Ľubomír Pevný, Darina Brunovská, Mária Fišerová, Lenka Fišerová, Peter Zvolenský, Katarína Zvolenská, Kamila Mizeráková, Anna Konfráterová, Milan Konfráter, Michaela Konfráterová, Tomáš Pavlovič, Jozef Krivošík, Ema Krivošíková, Eva Pavlovičová, Jaroslav Pavlovič, Pavol Šipoš, Martina Šipošová, Jozefína Šipošová, Zuzana Šipošová, Ivan Čaputa, Zuzana Čaputová, Štefan Strapák, Katarína Strapáková, František Slezák, Agnesa Slezáková, Vincent Zimka, Elena Zimková, Marián Šipoš, mesto Pezinok.

Konvenut: Slovenská inšpekcia životného prostredia.

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt Komunitarju (speċifikament l Artikolu 267 TFUE) jippermetti lil, jew jimponi fuq, il qorti suprema ta’ Stat Membru li tressaq “ex officio” quddiem il Qorti tal Ġustizzja tal Unjoni Ewropea talba għal deċiżjoni preliminari anki fi stadju tal proċeduri ġudizzarji meta l Qorti Kostituzzjonali tkun annullat is sentenza tal qorti suprema, li kienet ibbażata primarjament fuq l applikazzjoni tal qafas Komunitarju dwar il protezzjoni ambjentali u imponiet l obbligu li jiġu osservati l opinjonijiet legali tal Qorti Kostituzzjonali bbażati fuq il ksur tad drittijiet Kostituzzjonali proċedurali u sostantivi tal persuna involuta fil proċeduri, irrispettivament mill portata Komunitarja tal kawża ineżami, jiġifieri meta l Qorti Kostituzzjonali, bħala l-qorti tal-aħħar istanza, ma kkonkludietx f’din il proċedura li hemm in neċessità li tressaq quddiem il Qorti tal Ġustizzja tal Unjoni Ewropea talba għal deċiżjoni preliminari u eskludiet proviżżorjament l applikazzjoni tad dritt għal ambjent adegwat u għall protezzjoni tiegħu fil kawża ineżami?

(2)

Huwa possibbli li jintlaħaq l għan fundamentali ta’ prevenzjoni integrata ddefinit b’mod partikolari fil premessi 8, 9 u 23 kif ukoll fl Artikolu 1 u 15 tad Direttiva tal Kunsill 96/61/KE (1) dwar il prevenzjoni u l kontroll integrat tat tniġġis u, b’mod ġenerali, fil qafas Komunitarju dwar l ambjent, jiġifieri prevenzjoni u kontroll tat tniġġis tal ambjent billi jiġi involut ukoll il pubbliku sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali b’mod integrat, permezz ta’ proċedura fejn, fil-bidu tal proċedura dwar il prevenzjoni integrata, ma jiġix iggarantit lill pubbliku kkonċernat aċċess għad dokumenti kollha rilevanti (dispożizzjonijiet flimkien tal Artikoli 6 u 15 tad Direttiva 96/61/KE), u partikolarment għad-deċiżjoni dwar l-istallazzjoni ta’ impjant – rimi ta’ skart, u fejn, sussegwentement, fl ewwel istanza, id dokument in nieqes jiġi ppreżentat mill applikant bil kundizzjoni li dan ma jiġix ikkomunikat lill partijiet l oħrajn fil proċeduri peress li dan jirrigwarda sigriet kummerċjali: jista’ raġonevolment jiġi preżunt li d deċiżjoni fuq l istallazzjoni ta’ impjant (b’mod partikolari l ġustifikazzjoni tagħha) tinfluwenza b’mod sinjifikattiv is suġġerimenti, l osservazzjonijiet u l kummenti l-oħrajn imressqa?

(3)

L għanijiet tad Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (2) dwar l istima [evalwazzjoni] tal effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l ambjent intlaħqu, partikolarment mill perspettiva tal qafas Komunitarju dwar l ambjent, speċifikament mill perspettiva tal kundizzjoni ffissata fl Artikolu 2, li tipprovdi li, qabel ma jingħata kunsens, proġetti li x’aktarx ikollhom effett sinjifikattiv ikunu suġġetti għal stima fir rigward tal-effetti tagħhom, jekk l-opinjoni inizjali tal Ministeru tal Ambjent, adottata fl 1999 u li waqqfet proċedura preċedenti ta’ evalwazzjoni tal effetti fuq l-ambjent (SEA), hija estiża diversi snin wara b’sempliċi deċiżjoni mingħajr ma titwettaq mill ġdid il proċedura SEA; fi kliem ieħor, jista’ jingħad li, ladarba adottata, deċiżjoni adottata skont id Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE għandha validità illimitata?

(4)

Il-kundizzjoni li tirriżulta b’mod ġenerali mid Direttiva 96/61/KE (partikolarment mill preambolu tagħha u mill Artikoli 1 u 15a tagħha), jiġifieri li l Istati Membri jiggarantixxu l prevenzjoni u l kontroll tat tniġġis ambjentali filwaqt li jiżguraw li l pubbliku jkollu proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji ġusti, xierqa u rapidi, flimkien mal Artikolu 10a tad Direttiva 85/337/KEE u l Artikoli 6 u 9(2) u (4) tal Konvenzjoni ta’ Aarhus, tapplika għall possibbiltà għall pubbliku li jitlob l adozzjoni ta’ miżura amministrattiva jew ġudizzjarja ta’ natura provviżorja skont id dritt nazzjonali (pereżempju, li tordna s sospensjoni tal eżekuzzjoni tad deċiżjoni integrata), li tippermetti s sospensjoni temporanja, jiġifieri sad deċiżjoni fuq il mertu, tal kostruzzjoni tal impjant li għalih intalab il permess?

(5)

Huwa leġittimament possibbli, permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tosserva l kundizzjonijiet tad Direttiva 96/61/KE, tad Direttiva 85/337/KEE jew tal Artikolu 9(2) sa (4) tal Konvenzjoni ta’ Aarhus, fil kuntest tal applikazzjoni tad dritt tal-pubbliku, stabbilit fl imsemmija dispożizzjonijiet, għal protezzjoni ġudizzjarja xierqa fis sens tal Artikolu 191(1) u (2) tat Trattat dwar il funzjonament tal Unjoni Ewropea li jikkonċerna l Politika tal Unjoni Ewropea dwar l ambjent, li jiġi ppreġudikat id dritt ta’ proprjetà tal operatur fuq l istallazzjoni tiegħu ggarantit, pereżempju, bl Artikolu 1 tal Protokoll Addizzjonali tal Konvenzjoni Ewropea għall Protezzjoni tad Drittijiet tal Bniedem u tal Libertajiet Fundamentali, pereżempju billi jiġi annullat, fil proċeduri ġudizzjarji, il permess integrat validament mogħti lill applikant għal istallazzjoni ġdida?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischen Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Awwissu 2010 — Wolfgang Hofmann vs Freistaat Bayern

(Kawża C-419/10)

()

2010/C 301/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischen Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wolfgang Hofmann

Konvenut: Freistaat Bayern

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru għandu jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lil persuna wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ sospensjoni applikabbli għaliha meta l-liċenzja ta’ din il-persuna kienet ġiet irtirata fit-territorju tal-ewwel Stat Membru u meta din il-persuna, fiż-żmien tal-ħruġ tal-liċenzja, kellha r-residenza normali tagħha fit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja?


(1)  ĠU L 403, p. 18.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) fis-27 ta’ Awwissu 2010 — Georgetown University, University of Rochester, Loyola University of Chicago vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

(Kawża C-422/10)

()

2010/C 301/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Georgetown University, University of Rochester, Loyola University of Chicago

Konvenuta: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

Domanda preliminari

(1)

Ir-Regolament ĊPS u, b’mod partikolari l-Artikolu 3(b) tiegħu, jippermetti l-għoti ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal ingredjent wieħed attiv jew għal kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi meta:

(a)

privattiva bażika fis-seħħ tipproteġi ingredjent wieħed attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament ĊPS; u

(b)

prodott mediċinali li jinkludi l-ingredjent wieħed attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi flimkien ma’ ingredjent attiv ieħor jew iktar ikun is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni valida mogħtija skont id-Direttiva 2001/83/KE (1) jew id-Direttiva 2001/82/KE (2) li tkun l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ppermettiet it-tqiegħed fis-suq tal-ingredjent wieħed attiv jew tal-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi?


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69)

(2)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 27, p. 1)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2010 — Tomasz Ziolkowski vs Land Berlin

(Kawża C-424/10)

()

2010/C 301/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tomasz Ziolkowski

Konvenuta: Land Berlin

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tagħti lil ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li għex legalment, inkonformità mad-dritt nazzjonali, għal iktar minn ħames snin fit-territorju ta’ Stat Membru iżda li f’dan iż-żmien qatt ma ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38/KE, dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat Membru?

(2)

Għall-finijiet tar-residenza legali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-perijodi ta’ residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni fit-territorju tal-Istat Membri ospitanti mwettqa qabel id-data tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-Istat ta’ oriġini ta’ dan iċ-ċittadin?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2010 — Barbara Szeja, Maria-Magdalena Szeja, Marlon Szeja vs Land Berlin

(Kawża C-425/10)

()

2010/C 301/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Barbara Szeja, Maria-Magdalena Szeja, Marlon Szeja

Konvenuta: Land Berlin

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tagħti lil ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li għex legalment, inkonformità mad-dritt nazzjonali, għal iktar minn ħames snin fit-territorju ta’ Stat Membru iżda li f’dan iż-żmien qatt ma ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38/KE, dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat Membru?

(2)

Għall-finijiet tar-residenza legali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38/KE għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-perijodi ta’ residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni fit-territorju tal-Istat Membri ospitanti li seħħew qabel id-data tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-Istat ta’ oriġini ta’ dan iċ-ċittadin?


(1)  ĠU L 158, p. 77


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/13


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2010 minn X Technology Swiss kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-547/08 — X Technology Swiss vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-429/10 P)

()

2010/C 301/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: X Technology Swiss GmbH (rappreżentanti: A. Herbertz u R. Jung, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-547/08 u d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-6 ta’ Ottubru 2008 — R 846/2008-4,

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, li tiċħad ir-rikors tal-appellanti għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tas-6 ta’ Ottubru 2008, dwar iċ-ċaħda tal-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark ta’ pożizzjoni, li tikkonsisti fl-għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta.

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali interpretat inkorrettament u b’mod żbaljat fil-liġi r-raġuni assoluta għal rifjut tat-trade marks li huma nieqsa minn karattru distintiv, prevista fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, tal-20 Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja. Skont l-appellanti, fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta imponiet kundizzjonijiet iktar importanti fir-rigward tal-karattru distintiv.

L-appellanti tqis li matul l-evalwazzjoni tal-karattru distintiv, mhumiex biss il-karatteristiċi tat-trade mark meħuda individwalment li huma determinanti, iżda wkoll l-impressjoni globali tat-trade mark fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni. Dan ifisser li l-karattru distintiv tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandu jiġi eżaminat, minn naħa, fir-rigward tal-elementi differenti tagħha li jikkostitwixxuha, bħall-forma, il-pożizzjoni jew il-kulur, iżda wkoll, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-impressjoni ġenerali tagħha — ħaġa li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx. Fil-kuntest ta’ tali eżami, għandu jiġi kkunsidrat ukoll, bħala prinċipju, il-fatt li, fir-rigward tal-karattru distintiv, sabiex trade mark tiġi rreġistrata ċertu grad huwa biżżejjed.

L-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta eżaġerat ir-rekwiżiti fir-rigward tal-karattru distintiv tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, meta tinvoka l-ġurisprudenza dwar trade marks tridimensjonali, li jikkonsistu fl-aspett tal-istess prodott, u dwar trade marks figurattivi, li jikkonsistu f’rappreżentazzjoni bidimensjonali tal-prodott. Din il-ġurisprudenza mhijiex applikabbli għat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni minħabba li t-trade mark tal-appellanti mhijiex trade mark tridimensjonali u minħabba li mhuwiex possibbli li jsir tqabbil, fis-sens li tista’ tiġi applikata għat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni l-ġurisprudenza dwar trade marks oħra. B’kuntrast mat-trade marks koperti mill-ġurisprudenza ċċitata, it-trade mark inkwistjoni tirrigwarda biss parti żgħira tal-prodotti li jridu jiġu identifikati. Skont l-appellanti, sinjal iddefinit b’mod preċiż u b’kulur speċifiku, li huwa żgħir fir-rigward tal-prodotti li jridu jiġu identifikati, mhuwiex komparabbli ma’ trade mark li tikkonsisti kompletament mill-aspett tal-istess prodott.

L-appellanti tqis li anki jekk jiġi kkunsidrat li l-ġurisprudenza dwar it-trade marks tridimensjonali hija applikabbli għat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata minn żball ta’ liġi. L-appellanti tqis fil-fatt li t-trade mark tagħha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisrpudenza dwar it-trade marks tridimensjonali. Din it-trade mark tvarja b’mod sinjifikattiv min-norma u mill-użu fis-settur u twettaq il-funzjoni essenzjali tagħha, jiġifieri li tindika l-oriġini. Ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali dwar il-grad ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti ma jistax jinftiehem: għax-xiri ta’ prodotti li ma jistgħux jiġu ppruvati minn qabel, il-konsumatur jagħti attenzjoni speċjali lit-trade marks partikolari li jkollu quddiemu. Barra minn dan, il-Qorti Ġenerali ma kinitx ittrattat biżżejjed l-argument imressaq mill-appellanti dwar l-użu ta’ kulur preċiż. Sa fejn il-Qorti Ġenerali tikkunsidra l-identifikazzjoni ta’ kalzetti tal-isports bħala komuni, mhuwiex komprensibbli kif l-identifikazzjoni ta’ kulur li jinstab ripetutament fl-istess post u bl-istess kulur ma jistax jikkostitwixxi trade mark li tista’ tiġi rreġistrata.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Sofia (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Settembru 2010 — Hristo Gaydarov vs Director na Glavna direktsia “Ohranitelna politsia” pri Ministerstvo na vatreshnite raboti

(Kawża C-430/10)

()

2010/C 301/21

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen Sad Sofia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hristo Gaydarov

Konvenuti: Director na Glavna direktsia “Ohranitelna politsia” pri Ministerstvo na vatreshnite raboti

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 27(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, japplika fil-każ fejn ċittadin ta’ Stat Membru ġie pprojbit milli jitlaq mit-territorju tal-Istat tiegħu peress li wettaq fi Stat terz reat kriminali li jinvolvi d-droga, sa fejn huma sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.1.

id-dispożizzjonijiet tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq ma ġewx espressament trasposti fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat Membru;

1.2.

ir-raġunijiet mogħtija mil-leġiżlatur nazzjonali għall-adozzjoni tal-għanijiet leġittimi għar-restrizzjoni tal-moviment liberu ta’ ċittadini Bulgari huma bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi l-Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2), u

1.3.

il-miżuri amministrattivi japplikaw flimkien mal-Artikolu 71 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 u fid-dawl tal-premessi 5 u 20 fil-preambolu tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)?

(2)

Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, fid-dawl tar-restrizzjonijiet u tal-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-miżuri adottati għall-finijiet ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 71(1), (2) u (5) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen moqri flimkien premessi 5 u 20 fil-preambolu tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tippermetti Stat Membru jimponi miżura amministrattiva obbligatorja ta’ “projbizzjoni ta’ tluq mit-territorju” fir-rigward ta’ wieħed miċ-ċittadini tiegħu li wettaq reat kriminali li jikkonċerna d-droga fil-każ li dan iċ-ċittadin instab ħati għal dan ir-reat minn qorti ta’ pajjiż terz?

(3)

Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri adottati għall-applikazzjoni konformi tagħhom mad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 71(1), (2) u (5) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, il-fatt li ċittadin ta’ Stat Membru jinstab ħati minn qorti ta’ pajjiż terz għall-atti relatati mad-droga, ikklassifikati bħala reat kriminali serju f’dan l-Istat Membru, huwa suffiċjenti, minħabba prevenzjoni ġenerali u speċjali, inkluż li tiġi żgurata protezzjoni aħjar tas-saħħa ta’ terzi permezz tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, li l-aġir personali ta’ dan iċ-ċittadin huwa theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa l-interessi fundamentali tas-soċjetà matul terminu stabbilit bil-liġi, li ma huwiex marbut mat-tul tal-piena imposta, iżda li jidħol fil-kamp tal-perijodu ta’ riabilitazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kaptiolu 5, Vol. 5

(2)  ĠU L 105, p. 1


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/15


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-431/10)

()

2010/C 301/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande, A.-A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet

tiddikjara li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE (1), tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, jew fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tinnofitika l-miżuri meħuda għat-traspożizzjoni kompleta ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-direttiva;

tikkundanna l-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta’ Diċembru 2007. It-terminu previst għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva skada fl-1 ta’ Diċembru 2008.


(1)  ĠU L 175M p. 168.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (Il-Belġju) tas-26 ta’ Awwissu 2010 — Ministerie van Financiën u Openbaar Ministerie v Aboulkacem Chihabi et

(Kawża C-432/10)

()

2010/C 301/23

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministerie van Financiën, Openbaar Ministerie

Konvenuti: Aboulkacem Chihabi et

Domandi preliminari

(a)

Fir-rigward tal-Artikolu 221 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità:

(1)

L-Artikolu 221(1) u (3) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992 (1) li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità kif applikabbli qabel l-emenda bl-Artikolu 1(17) tar-Regolament Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li dokument li jsemmi l-ammont tad-dazju u li huwa nnotifikat lid-debitur mill-awtoritajiet doganali jista’ jiġi kkunsidrat bħala n-notifika tal-ammont ta’ dazju lid-debitur imsemmija fl-Artikolu 221(1) u (3) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità biss jekk l-ammont tad-dazju ttieħed inkunsiderazzjoni mill-awtoritajiet doganali (jiġifieri li ġie inkluż mill-imsemmija awtoritajiet fil-kotba tal-kontijiet jew b’kull mezz ieħor li għandu l-istess funzjoni) qabel in-notifika lid-debitur permezz tad-dokument imsemmi?

(2)

Il-ksur tal-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Regolament Nru 2913/92), li jipprovdi li d-dħul fil-kotba tal-kontijiet tad-dazju doganali għandu jsir qabel in-notifika tiegħu, fis-sens li jkun ġie stabbilit li d-dejn doganali ġie nnotifikat (fit-2 ta’ Lulju 2004) qabel ma ddaħħal id-dazju fil-kotba tal-kontijiet (it-tieni trimestru tal-2005), għandu bħala konsegwenza l-fatt li l-amministrazzjoni ma jkollhiex iktar dritt għall-irkupru tal-ammont ta’ dazju?

(3)

L-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li ma hemmx validità ta’ notifika tad-dazju doganali lil debitur preżunt jekk ma hemmx prova tad-dħul minn qabel tad-dejn doganali fil-kotba tal-kontijiet?

(4)

In-notifika tad-dejn doganali lid-debitur imsemmija fl-Artikolu 221(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, mingħajr ma l-imsemmi dejn doganali jkun iddaħħal fil-kotba tal-kontijiet qabel din in-notifika, għandha tiġi kkunsidrata bħala notifika mhux valida jew mhux eżistenti, li għandha bħala konsegwenza li d-dejn doganali ma jistax jiġi rkuprat mill-awtoritajiet doganali, ħlief jekk, fit-terminu previst għal dan il-għan, issir notifika ġdida wara li jiddaħħal id-dejn doganali fil-kotba tal-kontijiet?

(b)

Fir-rigward tal-Artikolu 202 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità:

(1)

L-Artikolu 202(1)(a) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li l-introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità ta’ merkanzija suġġetta għal dazju fuq l-importazzjoni hija illegali sempliċement peress li din il-merkanzija hija inkluża b’mod żbaljat fid-dikjarazzjoni sommarja prevista fl-Artikolu 43 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, minkejja li:

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 202(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità jirreferi biss għall-Artikoli 38 sa 41 u għat-tieni inċiż tal-Artikolu 177, u mhux għall-Artikolu 43 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità;

ir-responsabbiltà għall-eżattezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni pprovduta fl-Artikolu 199(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni Nru 2454/93 tikkonċerna biss id-dikjarazzjoni doganali u mhux id-dikjarazzjoni sommarja;

huwa impossibbli, prattikament u legalment, li l-persuna li għandha tippreżenta d-dikjarazzjoni sommarja tivverifika l-merkanzija li tinsab fil-kontejners?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, l-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna (l-aġent marittimu) li jippreżenta dikjarazzjoni sommarja f’isem u għan-nom tal-prinċipal tiegħu (sid il-vapur) titqies li hija “il-persuna li tkun introduċiet dawk l-merkanziji kontra l-liġi” fis-sens tal-ewwel inċiż ta’ din id-dispożizzjoni sempliċement minħabba l-fatt li d-dikjarazzjoni sommarja tinkludi denominazzjoni żbaljata?

(3)

Jekk tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda, l-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 24(2) tal-Liġi Ġenerali Belġjana dwar id-dazju fuq is-sisa (Algemene Wet inzake Douane en Accijnzen, iktar ’il quddiem “A.W.D.A”) li tipprovdi li persuna li ppreżentat dikjarazzjoni sommarja f’isem u għan-nom ta’ persuna oħra titqies awtomatikament li hija d-debitur tad-dejn doganali u ma tingħatax l-opportunità li turi li ma pparteċipatx fl-introduzzjoni illegali tal-merkanzija u ma kinitx taf jew ma setgħetx raġonevolment tkun taf li kienu ser jiġu introdotti illegalment?

(4)

L-Artikolu 5 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser li din id-dispożizzjoni teskludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 24.2 A.W.D.A., li tipprojbixxi l-użu ta’ rappreżentazzjoni diretta, jiġifieri, rappreżentazzjoni minn persuna li taġixxi f’isem u għan-nom tal-prinċipal, peress li din il-persuna titqies li hija awtomatikament responsabbli għad-dazju doganali fil-każ li dikjarazzjoni sommarja tinkludi denominazzjoni żbaljata?

(5)

Fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni sommarja li fiha l-merkanzija introdotta għandha denominazzjoni żbaljata, u tagħti lok għal dazju doganali skont l-Artikolu 202(1) tar-Regolament Nru 2913/92, il-persuna li tistabbilixxi u tiffirma d-dikjarazzjoni sommajra, bħala rappreżentant dirett jew indirett tal-persuna li introduċiet il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità, għandha tiġi kkunsidrata li kkawżat l-introduzzjoni illegali tal-merkanzija u għalhekk għandha titqies li hija d-debitur fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tar-Regolament Nru 2913/92 meta għall-finijiet tal-preżentata ta’ dikjarazzjoni sommarja, il-persuna bbażat ruħha esklużivament fuq l-informazzjoni li ġiet ipprovduta lilha mill-kaptan tal-vapur li permezz tiegħu ġiet introdotta l-merkanzija fil-Komunità u li minħabba l-kwantità kbira ta’ kontejners fuq il-vapur li kellhom jitnizzlu fil-port tad-dħul, kien prattikament impossibbli li jiġi vverifikat jekk il-kontenut tal-kontejners ippreżentati quddiem l-awtoritajiet doganali kienx jikkorrispondi effettivament mad-dokumenti li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha u li abbażi tagħhom tfasslet id-dikjarazzjoni?

(6)

Il-kaptan tal-vapur u l-kumpannija marittima li jirrappreżenta għandhom jitqiesu li kkawżaw l-introduzzjoni illegali tal-merkanzija fil-Komunità, u konsegwentement, li huma d-debituri doganali fis-sens tal-ewwel inċiż Artikolu 202(3) tar-Regolament Nru 2913/92 fejn, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-kaptan, tiġi ppreżentata dikjarazzjoni sommarja mir-rappreżentant tiegħu li tinkludi denominazzjoni żbaljata tal-merkanzija, u li tagħti lok għal dazju doganali skont l-Artikolu 202(1) tar-Regolament Nru 2913/92 minħabba l-introduzzjoni illegali tal-merkanzija fil-Komunità?

(7)

Fil-każ li r-risposta/i għall-ħames u/jew is-sitt domanda tkun/ikunu fin-negattiv, il-persuni li hemm riferiment għalihom fil-ħames u/jew fis-sitt domanda jistgħu jitqiesu, fiċ-ċirkustanzi partikolari, li huma debituri doganali fis-sens tat-tieni inċiż l-Artikolu 202(3) tar-Regolament Nru 2913/92?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307)

(2)  Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunita (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/17


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2010 minn Volker Mauerhofer mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża T-515/08 — Volker Mauerhofer vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-433/10 P)

()

2010/C 301/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Volker Mauerhofer (rappreżentant: J. Schartmüller, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla d-digriet appellat;

tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-mertu u tannulla l-miżura kkontestata, jew sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid u;

teżerċita l-kompetenza sħiħa tagħha u takkordalu s-somma ta’ EUR 5 500 bħala kumpens għat-telf finanzjarju li rriżulta mill-aġir illegali minħabba l-adozzjoni tal-miżura kkontestata u min-nuqqas ta’ istruzzjonijiet xierqa lill-kap tat-tim (espert 1);

tordna li t-tim ta’ sostenn tal-kuntratt qafas jipproduċi l-formola ta’ evalwazzjoni tal-kuntrattur mibgħuta dwar il-proġett li huwa s-suġġett tal-kawża;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż sostnuti fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li d-digriet ikkontestat għandu jiġi annullat abbażi ta’ dawn l-aggravji:

distorsjoni tal-fatti dwar l-eżami lingwisitku tal-kontribuzzjoni tal-appellant;

analiżi żbaljata abbażi tad-digriet appellat dwar l-eżami lingwistiku;

analiżi żbaljata tal-kwistjoni dwar l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tal-appellant;

suppożizzjoni illegali li d-deċiżjoni kkontestata ma taffettwax il-pożizzjoni tal-appellant bħala terza persuna;

suppożizzjoni illegali li l-miżura kkontestata ma bidlitx sostanzjalment il-pożizzjoni legali tal-appellant;

suppożizzjoni illegali li l-miżura kkontestata ma ġietx adottata mill-appellata fl-eżerċizzju tal-kompentenza tagħha bħala awtorità pubblika;

suppożizzjoni illegali li l-miżura kkontestata ġiet adottata fil-ħin u b’mod korrett;

ksur illegali tal-interessi tal-appellant billi ma ġewx segwiti l-proċeduri previsti;

ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ trattament ugwali u ksur tad-drittijiet fundamentali tal-appellant;

suppożizzjoni illegali ta’ “bidla mhux sostanzjali fit-tqassim tal-ġranet fost l-esperti”;

ksur tad-dritt ġenerali Komunitarju għal smigħ xieraq.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/17


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-445/10)

()

2010/C 301/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Egerer u A. Alcover San Pedro, rappreżentanti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (1), jew billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-14 ta’ Mejju 2009.


(1)  ĠU L 108, p. 1


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/18


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mis-sentenza mogħtija fid-9 ta' Lulju 2010 fil-Kawża T-430/08 — Grain Millers, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Grain Millers GmbH & Co. KG

(Kawża C-447/10)

()

2010/C 301/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Grain Millers, Inc. (rappreżentant: L.-E. Ström, K. Martinsson, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Grain Millers GmbH & Co. KG

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla), Kawża Nru T-430/08, tad-9 ta’ Lulju 2010, li kkonfermat id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2008 (Każ R 478/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grain Millers GmbH & Co. KG u Grain Millers, Inc, u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali kif ukoll l-ispejjeż quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-kawża tirrigwarda l-kwistjoni li jsir magħruf jekk Grain Millers GmbH & KG ipprovdietx provi suffiċjenti tal-użu tas-sinjal GRAIN MILLERS sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (1) sabiex l-imsemmi sinjal jikkostitwixxi projbizzjoni għall-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tal-appellanti Nru 003650256 GRAIN MILLERS.

Preċedentement, il-Qorti Ġenerali, fil-kawża tal-24 ta’ Marzu 2009, Alberto Jorge Moreira da Fonsecal vs UASI — General Optica, T-318/06 sa T-321/06, punti 33-35, indirizzat l-interpretazzjoni tal-għan tal-kundizzjoni ta’ “sinjifikat li mhuwiex biss lokali”, li jinsab fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament, b’mod partikolari sabiex jiġu ristretti l-possibbiltajiet ta’ kunflitt ma’ dawk eżistenti li għandhom sinjali li huma realment sinjifikattivi, u li dan ma għandux jiġi eżaminat minn perspettiva ġeografika biss iżda wkoll mill-perspettiva ekonomika tas-sinjifikat tas-sinjal, li huwa evalwat fid-dawl tat-tul ta’ żmien li fih wettaq il-funzjoni tiegħu fil-kummerċ u l-grad li fih intuża. Madankollu, fid-deċiżjoni appellata l-Qorti Ġenerali ma adottatx dan l-approċċ, u ma hemm xejn li jindika li l-Qorti Ġenerali saħansitra kienet taf bil-prinċipji stabbiliti f’din il-kawża.

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Artikolu 8(4) ma jeħtieġx prova tal-użu ġenwin tas-sinjal insostenn tal-oppożizzjoni bħal ma huwa meħtieġ mill-Artikolu 43(2) tar-Regolament.

Il-Qorti Ġenerali injorat b’mod żbaljat ġurisprudenza preċedenti li tirrigwarda l-evalwazzjoni tal-provi u l-livell ta’ prova meħtieġ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol, 1, p. 146).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/18


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2010 minn AstraZeneca AB, AstraZeneca plc mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tal-1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-321/05: AstraZeneca AB, AstraZeneca plc vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-457/10 P)

()

2010/C 301/27

Lingwa tal-kawża: l-ingliż

Partijiet

Appellanti: AstraZeneca AB, AstraZeneca plc (rappreżentanti M. Brealey QC, M. Hoskins QC, D. Jowell, Barristers, F. Murphy, Solicitor)

Appellati: European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA), Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-321/05;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2005) 1757 finali, tal-15 ta’ Ġunju 2005, (Każ COMP A.37.507/F3 — AstraZeneca);

sussidjarjament, tnaqqas, skont id-diskrezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-multa imposta fuq l-appellanti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw diversi żbalji ta’ liġi fis-sentenza. L-iżbalji huma msemmija taħt it-titoli segweni:

 

Definizzjoni tas-suq tal-prodott inkwistjoni. Il-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ liġi meta laqgħet id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-suq tal-prodott inkwistjoni, fejn din qalet li għall-perijodu bejn l-1993 u l-2000 il-proton pump inhibitors (PPIs) kienu jinsabu f’suq għalihom. Hemm żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju jinqasam f’żewġ partijiet prinċipali. L-ewwel, li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta naqset milli twettaq evalwazzjoni fiż-żmien tal-provi, u b’hekk din iddeċidiet dwar is-suq tal-prodott inkwistjoni fl-1993 abbażi tal-istat tal-kompetizzjoni bejn PPIs u H2 blockers fl-2000. It-tieni, li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta injorat il-fatt li ż-żieda fl-użu tal-PPIs kienet gradwali, abbażi tal-prattiki tat-tobba li jippreskrivu, ikkaratterizzati minn “inerzja”, kienet irrilevanti għall-eżerċizzju ta’ definizzjoni tas-suq.

It-tieni aggravju huwa li l-kwistjoni dwar in-nefqa totali tat-trattament permezz tal-H2 blockers ipparagunata mal-PPIs hija fundamentali għal kwalunkwe dipendenza allegata fuq differenzi fil-prezzijiet fl-eżerċizzju tad-definizzjoni tas-suq u l-Qorti Ġenerali żbaljat billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni n-nefqa totali tat-trattament.

 

L-ewwel abbuż minn pożizzjoni dominanti, relatat ma’ ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari. L-aggravji dwar l-ewwel abbuż jinqasmu f’żewġ partijiet prinċipali. L-ewwel, il-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha ta’ dak li tikkostitwixxi kompetizzjoni fuq il-merti. Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta evalwat jekk ir-rappreżentazzjonijiet tal-appellanti lill-uffiċċji tal-privattivi kinux oġġettivament qarrieqa u meta ċaħdet bħala irrilevanti l-raġonevolezza u l-bona fede tal-appellanti fir-rigward tad-drittijiet legali tagħha għal ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari. Nuqqas ta’ trasparenza huwa insuffiċjenti għal konstatazzjoni ta’ abbuż ta’ liġi, għandu jkun hemm rekwiżit ta’ frodi deliberata jew ingann. It-tieni, il-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha ta’ dak li jikkostitwixxi kondotta li tirrestrinġi l-kometizzjoni. Il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta kkunsidrat li s-sempliċi att ta’ applikazzjoni għal dritt ta’ proprjetà intellettwali li jista’ jidħol fis-seħħ xi 5 sa 6 snin iktar tard kien aġir li jista’ jirrestrinġi l-kompetizzjoni irrispettivament minn jekk id-dritt huwiex finalment mogħti u/jew infurzat. Dan għaliex l-imġiba hija wisq maqtugħa u mbegħda mis-suq li ntqal li ġie affettwat.

 

It-tieni abbuż minn pożizzjoni dominanti: L-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni. L-aggravji dwar it-tieni abbuż jinqasmu f’żewġ partijiet prinċipali. L-ewwel, il-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha ta’ dak li tikkostitwixxi kompetizzjoni fuq il-merti. Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li l-eżerċizzju ta’ dritt sħiħ taħt il-liġi Komunitarja huwa nuqqas li ssir kompetizzjoni fuq il-merti.

It-tieni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha ta’ x’jikkostitwixxi imġiba li tirrestrinġi l-kompetizzjoni. Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkunsidrat li s-sempliċi eżerċizzju ta’ dritt legali taħt il-liġi Komunitarja għandu tendenza li tirrestrinġi l-kompetizzjoni. Alternattivament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-eżerċizzju ta’ dritt mogħti mil-liġi Komunitarja jista’ bħala prinċipju jammonta għal abbuż, allura għandu jkun hemm xi ħaġa iktar minn sempliċi tendenza ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni sabiex ikun hemm konstatazzjoni ta’ abbuż. L-appellanti jsostnu li l-Kummissjoni għandha tkun obbligata li tipprova li l-eżerċizzju tad-dritt validu kellu tendenza li jelimina kull kompetizzjoni effettiva. Dan ikun simili għall-kundizzjonijiet f’każijiet dwar il-liċenzjar obbligatorju, li effettivament huwa relatat miegħu it-tieni abbuż.

 

Finalment. Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 (1) meta naqset milli toġġezzjona għall-kalkolu tal-multa mill-Kummissjoni u meta naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni b’mod xieraq il-karattru ġdid tal-allegati abbużi, tan-nuqqas ta’ kwalunkwe effett materjali fuq il-kompetizzjoni, u ċirkustanzi attenwanti oħra.


(1)  Kunsill KEE: Ir-Regolament Nru 17 L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-366/09) (1)

()

2010/C 301/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


Il-Qorti Ġenerali

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/04) (1)

(Kompetizzjoni - Konċertazzjonijiet - Edizzjoni frankofona - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li jintraddu lura l-assi - Rikors għal annullament ta’ akkwirent possibbli mhux magħżul - Obbligu ta’ motivazzjoni - Frodi - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Regolament (KEE) Nru 4064/89)

2010/C 301/29

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. Fréget, W. van Weert, I. de Seze, M. Struys, M. Potel u L. Eskenazi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Whelan, O. Beynet, A. Bouquet u F. Arbault, sussegwentement A. Bouquet u O. Beynet, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Lagardère SCA (Pariġi) (rappreżentanti: inizjalment A. Winckler u I. Girgenson, sussegwentement A. Winckler, F. de Bure u J. B. Pinçon, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ Nru COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP) (ĠU L 125, p. 54)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Éditions Odile Jacob SAS hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Lagardère SCA.


(1)  ĠU C 262, 23.10.2004.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Editions Jacob vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/04) (1)

(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Pubblikazzjoni Frankofona - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta’ ċessjoni mill-ġdid ta’ assi - Deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid - Rikors għal annullament ta’ akkwirent prospettiv li mhuwiex ikkunsidrat - Indipendenza tal-mandatarju - Regolament (KEE) Nru 4064/89)

2010/C 301/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: W. van Weert, O. Fréget, M. Struys, M. Potel u L. Eskenazi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Whelan, O. Beynet, A. Bouquet u F. Arbault, sussegwentement minn A. Bouquet u O. Beynet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2004) D/203365, tat-30 ta’ Lulju 2004, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirenti tal-assi ċeduti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ Nru COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP) (ĠU L 125, p. 54).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2004) D/203365, tat-30 ta’ Lulju 2004, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirenti tal-assi ċeduti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ Nru COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP), hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea u Lagardère SCA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti minn Éditions Odile Jacob SAS.

(3)

Wendel Investissement għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 45, 19.02.2005.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Settur tal-ajru - Għajnuna marbuta mar-ristrutturazzjoni u mal-privatizzazzjoni tal-kumpannija tal-ajru nazzjonali Ellenika - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kontinwità ekonomika bejn żewġ kumpanniji - Identifikazzjoni tal-benefiċjarju effettiv ta’ għajnuna għall-finijiet tal-irkupru tagħha - Kriterju tal-operatur privat - Kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2010/C 301/31

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u P. Mylonopoulos, aġenti) (Kawża T-415/05); Olympiakes Aerogrammes AE (Kallithéa, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat) (Kawża T-416/05); u Olympiaki Aeroporia Ypiresies AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: P. Anestis, S. Mavroghenis, avukati, S. Jordan, T. Soames, solicitors, u D. Geradin, avukat) (Kawża T-423/05)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u T. Scharf, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Aeroporia Aigaiou Aeroporiki AE (Ateni) (rappreżentanti: N. Keramidas u, fil-Kawża T-416/05, anki N. Korogiannakis, I. Dryllerakis u E. Dryllerakis, avukati) (Kawżi T-416/05 u T-423/05)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 2706 finali, tal-14 ta’ Settembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Olympiaki Aeroporia Ypiresies AE [C 11/2004 (ex NN 4/2003) — Olympiaki Aeroporia — Ristrutturazzjoni u privatizzazzjoni].

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 2706 finali, tal-14 ta’ Settembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Olympiaki Aeroporia Ypiresies AE [C 11/2004 (ex NN 4/2003) — Olympiaki Aeroporia — Ristrutturazzjoni u privatizzazzjoni], huwa annulat.

(2)

L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni C(2005) 2706 finali huwa parzjalment annulat sa fejn jikkonċerna l-ammont li jikkorrispondi għall-valur tal-assi immaterjali kollha rreġistrati fil-bilanċ ta’ trasformazzjoni ta’ Olympiaki Aeroporia Ypiresies bħala avvjament, għall-valur tal-ajruplani ttrasferiti lil Olympiakes Aerogrammes AE kif ukoll għad-dħul mistenni mill-bejgħ ta’ żewġ ajruplani li għadhom irreġistrati fil-bilanċ ta’ Olympiaki Aeroporia Ypiresies.

(3)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2005) 2706 finali huwa annullat sa fejn jikkonċerna l-miżuri inkwistjoni fl-Artikolu 1(1) u (2), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma annullati.

(4)

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

(5)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 22, 28.01.2006.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Trioplast Wittenheim vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-26/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-ksur - Multi - Gravità tal- ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni waqt il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità)

2010/C 301/32

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Trioplast Wittenheim SA (Wittenheim, Franza) (rappreżentanti: T. Pettersson u O. Larsson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, P. Hellström u V. Bottka, sussegwentement F. Castillo de la Torre, L. Parpala u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta’ Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż Industrijali) li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastikk, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Trioplast Wittenheim SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 96, 22.4.2006.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-40/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż tal-plastik industrijali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-ksur - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità - Responsabbiltà in solidum - Prinċipju ta’ ċertezza legali)

2010/C 301/33

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Trioplast Industrier AB (Smålandsstenar, l-Isvezja) (rappreżentanti: T. Pettersson u O. Larsson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, P. Hellström, u V. Bottka, sussegwentement F. Castillo de la Torre, L. Parpala u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali) dwar akkordju fis-suq tal-boroż tal-plastik industrijali, kif ukoll, sussidjarjament, talba intiża għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

Dispożittiv

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 — Boroż industrijali), huwa annullat sa fejn jirrigwarda lil Trioplast Industrier AB.

(2)

L-ammont attribwit lil Tripolast Industrier huwa ffissat għal EUR 2.73 miljun, abbażi ta’ dan l-ammont għandha tiġi determinata l-kwota tagħha mir-responsabbiltà in solidum, tal-kumpanniji parent suċċessivi, għall-ħlas tal-multa imposta fuq Trioplast Wittenheim SA.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud

(4)

Tripolast Industrier għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti minn Tripolast Industrier.


(1)  ĠU C 96, 22.04.2006.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — TF1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-193/06) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ċinematografiċi u awdjoviżivi - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà)

2010/C 301/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Télévision française 1 SA (TF1) (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Hordies u C. Smits, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, T. Scharf, u B Stromsky, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u L. Butel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 832 finali, tat-22 ta’ Marzu 2006, dwar miżuri ta’ sostenn għaċ-ċinema u l-awdjoviżiv fi Franza (għajnuna NN 84/2004 u N 95/2004 — Franza, Skemi ta’ għajnuna għaċ-ċinema u l-awdjoviżiv).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Télévision française 1 SA (TF1) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummmissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 224, 16.09.2006.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Whirlpool Europe vs Il-Kunsill

(Kawża T-314/06) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti friġġ-freezers magħquda li joriġinaw mill-Korea t’Isfel - Definizzjoni ta’ prodott ikkonċernat - Drittijiet tad-difiża - Kumitat konsultattiv - Obbligu ta’ motivazzjoni - Għażla tal-metodu ta’ definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Artikolu 15(2) u Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2010/C 301/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Whirlpool Europe Srl (Comerio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Bronckers u F. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, agent, assistit minn G. Berrisch, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Albenzio, avvocato dello Stato); u l-Kunsill Ewropew għall-kostruzzjoni ta’ apparat Domestiku (CECED) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. Desmedt u A. Verheyden, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); u LG Electronics, Inc. (Seul, Korea t’Isfel) (rappreżentanti: inizjalment L. Ruessmann u P. Hecker, sussegwentement L. Ruessmann u A. Willems, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1289/2006, tal-25 ta’ Awwissu 2006, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju antidumping provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti friġġijiet “side-by-side” li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 236, p. 11).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Whirlpool Europe Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u LG Electronics, Inc.

(3)

Ir-Repubblika Taljana, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew għall kostruzzjoni ta’ apparat Domestiku (CECED) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Mohr & Sohn vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-131/07) (1)

(Navigazzjoni interna - Kapaċità tal-flotta tal-Komunità - Kundizzjonijiet għad-dħul fis-servizz ta’ bastimenti ġodda (regola ‘qadim għall-ġdid’) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni tal-esklużjoni stabbilita għal bastimenti speċjalizzati - Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 718/1999)

2010/C 301/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Mohr Sohn, Baggerei und Schiffahrt (Niederwalluf, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. von Waldstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u K. Simonsson, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG (2007) D/200972, tat-28 ta’ Frar 2007, li tirrifjuta l-applikazzjoni għall-bastiment Niclas tal-esklużjoni stabbilita għal bastimenti speċjalizzati mill-Artikolu 4(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999, tad-29 ta’ Marzu 1999, dwar il-politika ta’ kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 271)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Paul Mohr Sohn, Baggerei und Schiffahrt hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 155, 07.07.2007.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-156/07 u T-232/07) (1)

(Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha - Emendi - Regolament Nru 1 - Artikoli 27, 28 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 1(1) u (2) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

2010/C 301/37

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: Kawża T-156/07, F. Díez Moreno u, Kawża T-232/07, F. Díez Moreno u N. Díaz Abad, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall, L. Escobar Guerrero u H. Krämer, sussegwentement minn J. Currall, H. Krämer u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent) (Kawżi T-156/07 u T-232/07); u r-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Vodina u M. Michelogiannaki, aġenti) (Kawża T-156/07)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/94/07, sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-medja (ĠU 2007, C 45 A, p. 3), u, min-naħa l-oħra, tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/95/07, sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tal-informazzjoni (librerija/dokumentazzjoni) (ĠU 2007, C 103 A, p. 7).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 140, 23.06.2007.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-166/07 u T-285/07) (1)

(Sistema lingwistika - Avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti - Pubblikazzjoni fi tliet lingwi uffiċjali - Emendi - Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha - Għażla tat-tieni lingwa minn fost tliet lingwi - Regolament Nru 1 - Artikoli 27, 28 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 1(1) u (2) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Abbuż ta’ poter)

2010/C 301/38

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: fil-Kawża T-166/07, P. Gentili, avvocato dello Stato, u, fil-Kawża T-285/07, inizjalment P. Gentili u I. Braguglia, aġent, sussegwentement P. Gentili u R. Adam, aġent, u fl-aħħar P. Gentili u I. Bruni, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-166/07, inizjalment J. Currall, H. Krämer u M. Velardo, aġenti, sussegwentement J. Currall u I. Baquero Cruz, aġent, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat, u, fil-Kawża T-285/07, inizjalment J. Currall u A. Aresu, aġent, sussegwentement J. Currall u I. Baquero Cruz, assistiti minn A. Dal Ferro)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent) (Kawża T-166/07); u r-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Vodina u M. Michelogiannaki, aġenti) (Kawża T-285/07)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/94/07, għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-medja (ĠU 2007, C 45 A, p. 3), EPSO/AST/37/07, għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni (ĠU 2007, C 45 A, p. 15), u EPSO/AD/95/07, għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-informazzjoni (Librerija/Dokumentazzjoni) (ĠU 2007, C 103 A, p. 7).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 155, 07.07.2007.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Procter & Gamble vs UASI — Prestige Cosmetics (P&G PRESTIGE BEAUTE)

(Kawża T-366/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PG PRESTIGE BEAUTE - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Prestige - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 301/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Procter Gamble Company (Cincinnati, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Sandberg u B. Klingberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Prestige Cosmetics SpA (Anzola Emilia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Mugnoz, M. Andreolini u A. Parini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentant kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Lulju 2007 (Każ R 681/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Prestige Cosmetics Srl u The Procter Gamble Company.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Lulju 2007 (Każ R 681/2006-2) hija annullata.

(2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ The Procter Gamble Company marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

(3)

Prestige Company SpA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ The Procter Gamble Company marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

(4)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Travel Service vs UASI — Eurowings Luftverkehrs (smartWings)

(Kawża T-72/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva smartWings - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti EUROWINGS u EuroWings - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) - Artikolu 79 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009))

2010/C 301/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Travel Service a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: S. Hejdová u R. Charvát, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Eurowings Luftverkehrs AG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1515/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eurowings Luftverkehrs AG u Travel Services a.s.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Travel Services a.s. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Eurowings Luftverkehrs AG.


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — KUKA Roboter vs UASI (Grad tal-lewn oranġjo)

(Kawża T-97/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi grad tal lewn oranġjo - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 301/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KUKA Roboter GmbH (Augsbourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Kohn u B. Hannemann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni), tal-14 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 1572/2007-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta’ grad tal-lewn oranġjo.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

KUKA Roboter GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Schniga vs CPVO — Elaris u Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer)

(Kawża T-135/08) (1)

(Varjetajiet ta’ pjanti - Applikazzjoni għal drittijiet Komunitarji fir-rigward tal-varjetà ta’ tuffieħa Gala Schnitzer - Eżami tekniku - Setgħa diskrezzjonali tas-CPVO - Oġġezzjonijiet - Artikolu 55(4) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94)

2010/C 301/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schniga GmbH (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger, u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: B. Kiewiet u M. Ekvad, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elaris SNC (Angers, Franza); Brookfield New Zealand Ltd (Havelock North, New Zealand) (rappreżentant: M. Eller, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-21 ta’ Novembru 2007 (Każijiet A 003/2007 u A 004/2007), li tirrigwarda l-għoti ta’ dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ pjanta Gala Schnitzer.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tal-21 ta’ Novembru 2007 (Każijiet A 003/2007 u A 004/2007) hija annullata.

(2)

Is-CPVO huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Schniga GmbH.

(3)

Elaris SNC u Brookfield New Zealand Ltd huma kkundanati għall-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 142, 7.6.2008.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Abbott Laboratories vs UASI — aRigen (Sorvir)

(Kawża T-149/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Sorvir - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NORVIR - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 301/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Abbott Laboratories (Abbott Park, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Schäffler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: aRigen, Inc. (Tokyo, il-Ġappun)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2008 (Każ R 809/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Abbott Laboratories u aRigen, Inc.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-6 ta’ Frar 2008 (Każ R 809/2007-2), hija annullata.

(2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Abbott Laboratories.


(1)  ĠU C 142, 07.06.2008.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Settembru 2010 — Inditex vs UASI — Marín Díaz de Cerio (OFTEN)

(Kawża T-292/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OFTEN - Trade mark nazzjonali preċedenti OLTEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Suġġett tal-kawża quddiem il-Bord tal-Appell - Artikoli-61 u 62 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 301/44

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industria de Diseño Textil (Inditex), SA (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Roberto Fernando Marín Díaz de Cerio (Logroño, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-24 ta’ April 2008 (Każ R 484/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roberto Fernando Marín Díaz de Cerio u Industria de Diseño Textil (Inditex), SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Industria de Diseño Textil (Inditex), SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 236, 13.9.2008.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Enercon vs UASI — BP (ENERCON)

(Kawża T-400/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ENERCON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ENERGOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment)

2010/C 301/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: BP plc (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Lulju 2008, (Każ R 957/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BP plc u Enercon GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Settembru 2010 — Villa Almè vs UASI — Marqués de Murrieta (i GAI)

(Kawża T-546/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva i GAI - Trade mark nazzjonali verbali YGAY u trade marks Komunitarji figurattivi u verbali MARQUÉS DE MURRIETA YGAY - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009))

2010/C 301/46

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe (Mansuè, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u A. Sempio, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marqués de Murrieta, SA (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1695/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Marqués de Murrieta, SA u Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2010 — Il-Portugall vs Transnáutica u Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/05 TO) (1)

(Oppożizzjoni minn terzi - Possibbiltà li t-terz li jopponi jipparteċipa fil-kawża prinċipali - Nuqqas ta’ preġudizzju għad-drittijiet tat-terz li jopponi - Inammissibbiltà)

2010/C 301/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Terz li jopponi: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, A. C. Santos, J. Gomes u P. Rocha, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Transnáutica — Transportes e Navegação, SA (Matosinhos, il-Portugall) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, D. Ortigão Ramos, P. Carmona Botana, M. T. López Garrido u P. Vidal Matos, avukati); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Bouyon, avukati)

Suġġett

Talba mressqa minn terz li jopponi kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-23 ta’ Settembru 2009, Transnáutica vs Il-Kummissjoni (T-385/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra).

Dispożittiv

(1)

It-talba mressqa minn terz li jopponi hija miċħuda bħala inammissibbli.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Transnáutica — Transportes e Navegação, SA, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 330, 24.12.2005.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2010 — Spitzer vs UASI — Homeland Housewares (Magic Butler)

(Kawża T-123/08) (1)

(Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tar-rikorrent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2010/C 301/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Harald Spitzer (Hörsching, l-Awstrija) (rappreżentant: T. H. Schmitz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Homeland Housewares LLC (Los Angeles, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1508/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Homeland Housewares, LLC u Harald Spitzer.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Harald Spitzer huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2010 — Norilsk Nickel Harjavalta u Umicore vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-532/08) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa umana - Klassifikazzjoni, imballaġġ u tikkettar ta’ ċerti komposti ta’ karbonat tan-nikil bħala sustanzi perikolużi - Direttiva 2008/58/KE - Direttiva 67/548/KEE - Regolament (KE) Nru 790/2009 - Regolament (KE) Nru 1272/2008 - Adattazzjoni tat-talbiet - Applikazzjoni ratione temporis tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2010/C 301/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Norilsk Nickel Harjavalta Oy (Espoo, il-Finlandja); u Umicore SA/NV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: K. Nordlander, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u D. Kukovec, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Nickel Institute (Toronto, il-Kanada) (rappreżentanti: K. Nordlander, avukat, D. Anderson, QC, S. Kinsella u H. Pearson, solicitors)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, minn naħa, tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE, tal-21 ta’ Awwissu 2008, li temenda, bil-għan li tadatta għall-progress tekniku, għat-30 darba d-Direttiva tal-Kunsill Nru 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkjettar tas-sustanzi perikolużi (ĠU L 246, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2009, tal-10 ta’ Awwissu 2009, li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 235, p. 1), sa fejn dawn l-atti jemendaw il-klassifikazzjoni ta’ ċerti komposti tal-karbonat tan-nikil.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Norilsk Nickel Harjavalta Oy u Umicore SA/NV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka u Nickel Institute għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2010 — Etimine u Etiproducts vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-539/08) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa umana - Klassifikazzjoni, imballaġġ u tikkettar ta’ ċerti borati bħala sustanzi perikolużi - Direttiva 2008/58/KE - Direttiva 67/548/KEE - Regolament (KE) Nru 790/2009 - Regolament (KE) Nru 1272/2008 - Adattazzjoni tat-talbiet - Applikazzjoni ratione temporis tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2010/C 301/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Etimine SA (Bettembourg, il-Lussemburgu); u AB Etiproducts Oy (Espoo, il-Findlandja) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u D. Kukovec, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Borax Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Nordlander, avukat, u S. Kinsella, solicitor)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: B. Weis Fogh, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, minn naħa, tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE, tal-21 ta’ Awwissu 2008, li temenda, bil-għan li tadatta għall-progress tekniku, għat-30 darba d-Direttiva tal-Kunsill Nru 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkjettar tas-sustanzi perikolużi (ĠU L 246, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2009, tal-10 ta’ Awwissu 2009, li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 235, p. 1), sa fejn dawn l-atti jemendaw il-klassifikazzjoni ta’ ċerti borati.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Etimine SA u AB Etiproducts Oy għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka u Borax Europe Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-120/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Sussidju previst mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża għall-impriżi f’sitwazzjoni ta’ insolvenza - Ilment minħabba allegat ksur tad-dritt Komunitarju - Ċaħda tal-ilment - Adozzjoni ta’ deċiżjoni sussegwenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2010/C 301/51

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Phoenix-Reisen GmbH (Bonn, il-Ġermanja); u Deutscher Reiseverband eV (DRV) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Gerharz u A. Funke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u B. Martenczuk, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u B. Klein, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2009 li permezz tagħha indikat l-intenzjoni tagħha li ma tiħux azzjoni fil-konfront ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz tal-ħlas ta’ kumpens għal insolvenza mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba sabiex din il-kawża tingħaqad mal-Kawża T-58/10 magħmula mir-rikorrenti.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-157/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għad-danni - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

2010/C 301/52

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, agents, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-18 ta’ Frar 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-42/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) u intiż li jannulla dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 141, 20.6.2009.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/31


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Awwissu 2010 — Babcock Noell vs L-Impriża Konġunta Fusion for Energy

(Kawża T-299/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda ta’ offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar ta’ interessi)

2010/C 301/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Babcock Noell GmbH (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Werner u C. Elbreht, avukati)

Konvenuta: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (rappreżentanti: A. Verpont, aġent, assistit minn C. Kennedy-Loest, K. Wilson u C. Thomas, solicitors, u N. Pourbaix, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-konvenuta fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti li tiċħad l-offerti tar-rikorrenti u li tagħti lil offerent ieħor il-lott D tal-kuntratt għall-provvista ta’ pakketti ta’ kojls tal-kamp torojdali ITER (ITER Toroidal Field Coils Winding Packs)

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/31


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2010 — Viaguara vs UASI — Pfizer (VIAGUARA)

(Kawża T-332/10)

()

2010/C 301/54

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Viaguara S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: R. Skubisz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pfizer Inc.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta’ Mejju 2010, fil-Każ R 964/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut kif ukoll lil Pfizer Inc. għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata:“VIAGUARA” għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 — Applikazzjoni Nru 4630562

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Pfizer Inc.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Komunitarja “VIAGRA” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark miċħuda fl-intier tagħha.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) minħabba evalwazzjoni żbaljata tar-relazzjoni bejn it-trade marks, kif ukoll konstatazzjoni żbaljata fir-rigward tar-riskju ta’ użu tar-reputazzjoni u tal-immaġni tat-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) ĠU L 78, p. 1.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2010 — F91 Diddeléng et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/10)

()

2010/C 301/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: F91 Diddeléng (Dudelange, il-Lussemburgu), Julien Bonnetaud (Yutz, Franza), Thomas Gruszczynski (Amnéville, Franza), Rainer Hauck (Maxdorf, il-Ġermanja), Stéphane Martine (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu), Grégory Molnar (Moyeuvre-Grande, Franza) u Yann Thibout (Algrange, Franza) (rappreżentanti: L. Misson, C. Delrée u G. Ernes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea mogħtija fit-3 ta’ Ġunju 2010;

tannulla r-regolamenti li jiksru l-Artikoli 45 u 101 TFUE;

tordna kull sanzjoni neċessarja.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti (il-klabb tal-futbol ta’ Dudelange u plejers mhux Lussemburgiżi impjegati ma’ dan il-klabb) qegħdin jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2010, innotifikata permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Ġunju 2010, li permezz tagħha l-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li ma kinitx ser tittieħed azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq minnhom fil-konfront tal-Fédération Luxembourgeoise de Football (FLF) fuq il-bażi tal-Artikoli 45 u 101 TFUE dwar ir-regolamenti tal-FLF li jipprojbixxu lir-rikorrenti milli jieħdu sehem f’ċerti logħbiet tal-futbol jekk in-numru ta’ plejers barranin indikati fl-iskeda tal-plejers għal dik il-logħba jkun iktar minn ċertu numru stabbilit fir-regolamenti tal-FLF.

Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi bbażati:

fuq ksur tal-Artikolu 45 TFUE, sa fejn l-obbligu attwalment stabbilit fir-regolamenti tal-FLF, jiġifieri li fuq l-iskeda uffiċjali tal-plejers għal logħba partikolari jitniżżlu seba’ plejers li jkunu kisbu l-ewwel liċenzja fil-Lussemburgu kif ukoll il-projbizzjoni li jitniżżlu, fl-istess lista, iktar minn erba’ plejers ittrasferiti fis-sena sportiva, jikkostitwixxu diskriminazzjoni diretta li tipprojbixxi lil ċittadin ta’ Stat Membru milli jeżerċita attività ekonomika fit-territorju tal-Lussemburgu. Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li, fl-eventwalità li jitqies li r-regolamenti tal-FLF jikkostitwixxu diskriminazzjoni indiretta u mhux diretta, l-għanijiet invokati mill-FLF, jiġifieri li dawn ir-regolamenti għandhom l-għan soċjali li jippromwovu l-logħba tal-futbol bħala sport mhux professjonali, huma infondati u ma jistgħux għalhekk jitqiesu bħala għanijiet leġittimi. Barra minn hekk, ir-restrizzjonijiet huma sproporzjonati meta mqabbla mal-għan invokat;

fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE, sa fejn il-FLF għandha titqies bħala assoċjazzjoni bejn impriżi li qiegħda tikser id-dritt tal-kompetizzjoni u b’mod iktar partikolari l-Artikolu 101 TFUE, sa fejn ir-restrizzjonijiet fir-rigward tan-numru ta’ plejers barranin għandhom konsegwenzi ekonomiċi għall-isportivi professjonali u jippreġudikaw il-libertà ta’ kompetizzjoni tal-klabbs tal-futbol Lussemburgiżi.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/32


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awissu 2010 — Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-345/10)

()

2010/C 301/56

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. Saraiva de Almeida, aġenti, assistiti minn M. Figueiredo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4255 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima “Gwida”, mogħtija fil-programm operattiv CCI 1999.PT.06.1.PO.007 (Il-Portugall — programm nazzjonali, Objettiv 1) fir-rigward tal-miżura “Investimenti fl-impriżi agrikoli” li naqset b’EUR 16 411 829,46 il-kontribuzzjoni tal-FAEGG — Gwida fl-ispejjeż mogħtija taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 2878, tat-30 ta’ Ottubru 2000, fl-ambitu tal-programm ta’ għajnuna CCI 1999.PT.06.1.PO.007 (Il-Portugall — programm nazzjonali, Objettiv 1); u

Sussidjarjament

(1)

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4255 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2010, sa fejn taffettwa l-finanzjament Komunitarju tal-infiq tar-Repubblika Portugiża fir-rigward tal-benefiċjarji magħżula bejn it-28 ta’ Ottubru 2003 u Novembru 2006, li tammonta għal EUR 194 347 574,29;

(2)

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4255 finali, tad-29 ta’ Ġunju 2010, sa fejn taffettwa l-finanzjament Komunitarju tal-infiq tar-Repubblika Portugiża fir-rigward tal-benefiċjarji magħżula għall-“investimenti fl-impriżi agrikoli” assoċjati mal-għajnuna mogħtija lil bdiewa żgħażagħ, li tammonta għal EUR 94 621 812,06.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

(a)

ksur tal-Artikolu 250 TFUE u nuqqas ta’ kompetenza;

(b)

ksur tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/99, tal-21 ta’ Ġunju 1999 (1);

(c)

applikazzjoni retroattiva tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12578/99, tas-17 ta’ Mejju 1999 (2);

(d)

ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2002, tas-26 ta’ Frar 2002 (3);

(e)

ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2001, tat-2 ta’ Marzu 2001 (4);

(f)

ksur tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1257/99;

(g)

ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza;

(h)

ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u tal-aspettattivi leġittimi u żball fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji li għandhom jinsiltu mill-ksur tar-regoli Komunitarji;

(i)

ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2002, tas-26 ta’ Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-għajnuna għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3, Vol. 35, p. 269)

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 438/2001, tat-2 ta’ Marzu 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 14, Vol. 1, p. 132)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/33


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2010 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-15 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża F-35/08

(Kawża T-361/10 P)

()

2010/C 301/57

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall et I. Chatzigiannis)

Appellat: Dimitrios Pachtitis (Ateni, il-Greċja) sostnut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża F-35/08, Pachtitis vs Il-Kummissjoni;

tirrinvija l-kawża lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jiġu eżaminati l-motivi ta’ annullament l-oħra;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-appell u tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-15 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża F-35/08, Pachtitis vs Il-Kummissjoni li annullat d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tal-31 ta’ Mejju 2007 u tas-6 ta’ Diċembru 2007, li permezz tagħhom D. Pachtitis ġie eskluż mill-lista ta’ 110 kandidat meta kien ingħata l-ogħla marka fl-eżamijiet ta’ ammissioni tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/77/06, u li kkundannat il-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha u għal dawk tar-rikorrent fl-ewwel istanza.

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tqajjem il-motivi ta’ annullament li ġejjin:

ksur tal-Artikoli 1, 5 u 7 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej;

ksur tad-dritt Komunitarju u b’mod partikolari tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/620/KE (1) u tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2002/621/KE (2) dwar l-istabbiliment tal-EPSO;

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tal-Kumitat u tar-Reġjuni u tal-Ombudsman Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 46)

(2)  Id-Deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, u r-Rappreżentant tal-Ombudsman Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2002 dwar l-organizzazzjonijiet u l-ħidma tal-Uffiċċju għas-selezzjoni tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 48)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/34


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2010 — Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-367/10)

()

2010/C 301/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bloufin Touna Ellas Naftiki Etaireia (Ateni, il-Greċja), Chrisderic (St Cyprien, Franza), André Sébastien Fortassier (Grau D’Agde, Franza) (rappreżentanti: V. Akritidis u E. Petritsi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2010, tad-9 ta’ Ġunju 2010, li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti li jistadu bil-“purse seines” li jtajru l-bandiera ta’ Franza jew tal-Greċja jew li jkunu rreġistrati fi Franza jew fil-Greċja, u li jkunu qed jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45°W, u fil-Mediterran (1);

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kolha mwettqa mir-rikorrenti matul din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jressqu tliet motivi.

Fl-ewwel lok, huma jsostnu li r-regolament ikkontestat kien adottat bi ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18 TFUE, li jipprojbixxi diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza u fl-Artikolu 40(2) TFUE li jipprojbixxi diskriminazzjoni bejn produtturi jew konsumaturi fis-settur agrikolu, kif ukoll bi ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-sens tal-Artikolu 21(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ddiskriminat fuq żewġ aspetti. L-ewwel nett, hija projbixxit attivitajiet ulterjuri ta’ sajd tal-Greċja, Franza u Spanja (2) qabel tmiem il-perijodu tas-sajd, minkejja li madankollu, l-eżawriment mill-kwota Griega kien ħafna inqas minn dak ta’ Spanja. It-tieni nett, filwaqt li l-Kummissjoni kienet informat lit-tliet Stati Membri tal-UE li l-attivitajiet tas-sajd kienu ser jintemmu, hija ppubblikat żewġ regolamenti vinkolanti dwar it-tmiem li kienu differenti, wieħed għal Greċja u Franza u t-tieni wieħed għal Spanja, li effettivament ippermetta lill-flotta Spanjola tkompli bis-sajd sat-tmiem il-perijodu tas-sajd. Ir-rikorrenti jsostnu li sa fejn jafu huma ma kien hemm ebda raġuni oġġettiva li tiġġustifika dan it-trattament differenti.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 4(4) TFUE u l-Protokoll Nru 2 anness mat-Trattat u li huwa rikonoxxut fil-ġurisprudenza stabbilita bħala regola superjuri għall-protezzjoni tal-individwu. Fil-fehma tar-rikorrenti, il-Kummissjoni segħet tadotta miżuri iktar xierqa sabiex tiżgura l-konformità tal-Istati Membri tal-UE mal-iskema tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (3) u tipprojbixxi li jsir sajd tat-tonn meta l-kwoti nazzjonali jkunu laħqu livell iktar kritiku, qrib il-100 %. Hija setgħet tipprojbixxi wkoll tali attività fl-istess data għal kull Stati Membru tal-UE kkonċernat.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jsostnu li r-regolament ikkontestat kien adottat bi ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ tmexxija tajba u xierqa u/jew dmir ta’ diliġenza kif definit minn ġurisprudenza stabbilita u pprovdut mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni.


(1)  ĠU 2010 L 142, p. 1

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 508/2010, tal-14 ta’ Ġunju 2010, li jipprojbixxi attivitajiet ta’ sajd għal purse seiners li jtajru l-bandiera ta’ jew li huma rreġistrati fi Spanja, li jistadu għat-tonn fl-oċean Atlantiku, fil-lvant tal-longitudini ta’ 45° Punent, u fil-baħar Mediterran (ĠU 2010 L 149, p. 7).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, tal-20 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU 2009 L 343, p. 1)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/35


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2010 — Handicare vs UASI — Apple Corps (BEATLE)

(Kawża T-369/10)

()

2010/C 301/59

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Handicare Holding BV (Helmond, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. van Roeyen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apple Corps Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fil-31 ta’ Mejju 2010 fil-Każ R 1276/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “BEATLE” għal prodotti fil-klassi 12

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni fir-Renju Unit ta’ trade marks figurattivi “BEATLES” u “THE BEATLES” taħt in-Nru 1341242, għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjoni fi Spanja tat-trade mark figurattiva “BEATLES” taħt in-Nru 1737191, għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjonijiet fil-Ġermanja ta’ trade marks figurattivi “BEATLES” taħt in-Nru 1148166 u n-Nru 2072741, għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjoni fil-Portugall tat-trade mark figurattiva “BEATLES” taħt in-Nru 312175 għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjoni fi Franza tat-trade mark figurattiva “BEATLES” taħt in-Nru 1584857, għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjoni fl-Italja tat-trade mark figurattiva “BEATLES” taħt in-Nru 839105 għal prodotti fil-klassi 9; reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja “BEATLES” taħt in-Nru 219048 għal prodotti fil-klassijiet 6, 9, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 34 u 41; reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Komunitarja “BEATLES” taħt in-Nru 219014 għal prodotti fil-klassijiet 6, 9, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 34 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jiċħad l-oppożizzjoni għal dawn ir-raġunijiet, minkejja li ġie stabbilit li ma hemmx xebh reali bejn il-prodotti inkwistjoni; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda ħażin li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu kienu sodisfatti.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/35


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2010 — Bolloré vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-372/10)

()

2010/C 301/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bolloré (Ergué-Gabéric, Franza) (rappreżentanti: P. Gassenbach, C. Lemaire u O. de Juvigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2010) 4160 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/36.212 — Karta saħħara);

sussidjarjament, tnaqqas b’mod sostanzjali ħafna l-ammont tal-multa imposta fuq Bolloré permezz tal-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, prinċipalment, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4160 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/36.212 — Karta saħħara) adottata mill-Kummissjoni wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fil-Kawża C-327/07 P, Bolloré vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet li d-drittijiet ta’ difiża ta’ Bolloré ma kinux ġew irrispettati, inkwantu Bolloré kienet ġiet issanzjonata mhux biss bħala kumpannija parent ta’ Copigraph, iżda wkoll bħala ko-awtur dirett u personali tal-ksur, filwaqt li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienet biss dwar ir-responsabbiltà tagħha bħala kumpannija parent ta’ Copigraph.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi bbażati:

fuq il-ksur tal-Artikoli 6 u 7 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem “KEDB”) u tal-Artikoli 41, 47 u 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) inkwantu s-sanzjoni imposta fuq Bolloré ngħatat bi ksur tal-prinċipji ta’ legalità tar-reati u tal-pieni, ta’ ċertezza legali, tan-natura personali tal-pieni u tad-dritt għal smigħ xieraq, peress li:

is-sanzjoni ta’ Bolloré bħala kumpannija parent tikkostitwixxi ksur tal-prinċipji ta’ legalità tar-reati u tal-pieni u ta’ ċertezza legali msemmija fl-Artikoli 6 u 7 tal-KEDB u 47 u 49 tal-Karta u tal-prinċipju tan-natura personali tal-pieni;

is-smigħ ta’ Bolloré, li għalih ma pparteċipa l-ebda membru tal-Kulleġġ tal-Kummissjoni, jikkostitwixxi ksur tad-dritt għal smigħ xieraq stabbilit fl-Artikolu 6 tal-KEDB u fl-Artikoli 41 u 47 tal-Karta, peress li b’hekk Bolloré ma nstemgħetx mill-“imħallfin tagħha”;

il-kundizzjonijiet tal-“adozzjoni mill-ġdid” tad-deċiżjoni inizzjali jiksru fuq diversi aspetti r-rekwiżit ta’ imparzjalità marbut mad-dritt għal smigħ xieraq stabbilit fl-Artikolu 6 tal-KEDB u fl-Artikoli 41 u 47 tal-Karta;

fuq il-ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 (1) inkwantu l-Kummissjoni ssanzjonat lil Bolloré għal ksur li llum huma preskritti;

fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali billi ssanzjonat lil Bolloré bħala kumpannija parent ta’ Copigraph fil-mument tal-fatti;

fuq il-ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 6 tal-KEDB u tal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta billi nnotifikat it-tieni dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet f’terminu manifestament mhux raġonevoli u għalhekk ċaħdet definittivament lil Bolloré milli tiddefendi ruħha kontra l-oġġezzjonijiet dwar, minn naħa, ir-responsabbiltà tagħha bħala kumpannija parent ta’ Copigraph u, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni personali tagħha għall-ksur;

sussidjarjament, fuq il-ksur tal-Linji Gwida tal-1998 dwar il-metodu tal-kalkolu tal-multi (2), tal-prinċipji tal-individwalità tal-pieni u ta’ proporzjonalità fl-iffissar tal-ammont tal-multa u tar-rekwiżit ta’ motivazzjoni, kif ukoll

sussidjarjament, fuq il-ksur tal-komunikazzjoni tal-1996 dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni jew it-tnaqqis tal-multi (3) u tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru. 17 u l-Artikolu 65 (5) tat-Trattat KEFA (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 171).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ multi jew it-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet dwar l-akkordji (ĠU 1996, C 207, p. 4).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/36


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Villeroy & Boch Austria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-373/10)

()

2010/C 301/61

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Villeroy & Boch Austria GmbH (Mondsee, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Reidlinger u S. Dethof, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas b’mod xieraq l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/39.092 — installazzjonijiet sanitarji. Fid-deċiżjoni kkontestata ġew imposti multi fuq ir-rikorrenti u fuq impriżi oħra minħabba l-ksur tal-Artikolu 101 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont il-Kummissjoni, ir-rikorrenti pparteċipat fi ftehim kontinwu jew fi prattiki miftiehma fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Awstrija.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti tilmenta li nkisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE meta ġie kkonstatat li kien hemm ksur kumpless u kontinwu. Permezz ta’ din il-kunsiderazzjoni globali inammissibbli, il-konvenuta kisret l-obbligu tagħha ta’ evalwazzjoni ġuridika tal-prattiki individwali ta’ kull wieħed mid-destinatarji tad-deċiżjoni u wettqet imputazzjoni ġuridikament illeċita tal-aġir ta’ terzi li mhuwiex imputabbli.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti teċċepixxi, sussidjarjament, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296(2) TFUE, għaliex ma mmotivatx id-deċiżjoni b’mod individwalizzat biżżejjed.

Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, għaliex ir-rikorrenti ma ħaditx sehem fil-ksur ikkontestat fis-swieq tal-prodott u fis-swieq ġeografiċi rilevanti, ikkunsidrati fid-deċiżjoni, u ma ġiex ipprovat ksur fil-qasam tal-akkordji.

Permezz tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti tgħid li ġiet imposta fuqha multa, b’mod illegali, in solidum mal-kumpannija parent. Tali impożizzjoni in solidum tal-multa tikser il-prinċipju tan-nulla poena sine lege msemmi fl-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-pieni fis-sens tal-Artikolu 49(3) moqri flimkien mal-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1).

Permezz tal-ħames motiv, ir-rikorrenti tilmenta li l-multa ġiet ikkalkolata b’mod żbaljat. F’dan ir-rigward, hija tgħid li l-konvenuta inkludiet fil-kalkolu tagħha d-dħul mill-bejgħ tar-rikorrenti li ma jistax a priori jirrigwarda l-akkużi magħmulin qabel.

Bis-sitt motiv, ir-rikorrenti tgħid li t-tul eċċessiv tal-proċeduri u l-fatt li dan ma tteħidx inkunsiderazzjoni meta sar il-kalkolu tal-multa huwa ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Bis-seba’ motiv, ir-rikorrenti tikkritika l-iżbalji ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-multa f’dak li jirrigwarda l-verifika tal-allegat kontribut tar-rikorrenti fil-ksur. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tikkonstata li l-multa hija minnha nfisha ta’ ammont wisq għoli u sproporzjonat b’mod konformi mal-verifiki tal-konvenuta fl-imputazzjoni tal-ksur tal-Artikolu 101 TFUE. Fil-fehma tar-rikorrenti, il-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-piena kkodifikat fl-Artikolu 49(3) moqri flimkien mal-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/37


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Villeroy & Boch vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-374/10)

()

2010/C 301/62

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Villeroy & Boch AG (Mettlach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Klusmann, avukat u S. Thomas, Professur)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas b’mod xieraq l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/39.092 — installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju. Fid-deċiżjoni kkontestata ġew imposti multi fuq ir-rikorrenti kif ukoll fuq impriżi oħra minħabba ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE. Skont il-Kummissjoni, ir-rikorrenti pparteċipat fi ftehim kontinwu jew fi prattika miftiehma fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Awstrija.

Ir-rikorrenti tressaq seba’ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti tikkontestata l-ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 KEE li jirriżulta minn ksur uniku kumpless u kontinwu. Permezz ta’ din l-evalwazzjoni globali illegali, il-konvenuta kisret l-obbligu tagħha li tevalwa ġuridikament l-aġir individwali tad-diversi destinatarji tad-deċiżjoni u wettqet imputazzjoni ġuridikament illegali ta’ aġir mhux imputabbli ta’ terzi bi ksur tal-prinċipju nulla poena sine lege.

Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tinvoka sussidjarjament, fid-dawl tan-nuqqas ta’ motivazzjoni individwalizzata tad-deċiżjoni, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296(2) TFUE.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll, permezz tat-tielet motiv, li l-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex ir-rikorrenti ma pparteċipatx fil-ksur allegat fis-swieq materjalment u geografikament rilevanti msemmija fid-deċiżjoni u li fir-rigward tagħha ma ġiex ippruvat ksur tad-dritt tal-akkordji.

Ir-rikorrenti ssostni, permezz tar-raba motiv tagħha, li multa ġiet imposta illegalment u in solidum fuq ir-rikorrenti u s-sussidjarji tagħha fi Franza, fil-Belġju u fl-Awstrija. Tali sanzjoni in solidum tikser il-prinċipju nulla poena sine lege tal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju tal-proporzjonalità tal-pieni skont l-Artikolu 49(3) flimkien mal-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1).

Fil-kuntest tal-ħames motiv, ir-rikorrenti tikkontesta l-kalkolu żbaljat tal-multa. Hija ssostni f’dan ir-rigward li l-konvenuta integrat fil-kalkolu tagħha dħul mill-bejgħ li mill-bidu ma seta’ jkollu ebda rabta mal-ilmenti mqajma.

Permezz tas-sitt motiv tagħha, ir-rikorrenti tallega li t-tul eċċessiv tal-proċedura u n-nuqqas li dan jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-kalkolu tal-multa jikser l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Is-seba’ motiv jittratta żbalji ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kalkolu tal-multa fl-evalwazzjoni tal-parteċipazzjoni allegata tar-rikorrenti fil-fatti. Ir-rikorrenti ssostni f’dan il-kuntest li, anki li kieku jiġi ammess ksur tal-Artikolu 101 TFUE skont is-suppożizzjonijiet tal-konvenuta, il-multa hija għolja wisq u sproporzjonata. Skont ir-rikorrenti, il-konvenuta kisret il-prinċipju tal-proporzjonalità tal-pieni stabbilit fl-Artikolu 49(3) u fl-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-konvenuta ma kellhiex id-dritt fil-każ inkwistjoni li timponi l-multa massima ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ tal-grupp.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/38


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Hansa Metallwerke et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/10)

()

2010/C 301/63

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hansa Metallwerke AG (Stuttgart, il-Ġermanja), Hansa Nederland BV (Nijkerk, il-Pajjiżi l-Baxxi), Hansa Italiana Srl (Castelnuovo del Garda, l-Italja), Hansa Belgium Sprl (Asse, il-Belġju), Hansa Austria GmbH (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: H.-J. Hellmann, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-23 ta’ Ġunju 2010, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti fit-23 ta’ Ġunju 2010, fi proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji) sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas il-multa tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/39.092 — installazzjonijiet sanitarji. Fid-deċiżjoni kkontestata ġew imposti multi fuq ir-rikorrenti u fuq impriżi oħra minħabba ksur tal-Artikolu 101 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont il-Kummissjoni, ir-rikorrenti pparteċipaw fi ftehim kontinwu jew fi prattiki miftiehma fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fl-Awstrija.

Bl-ewwel motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-multi imposti jeċċedu b’mod illegali l-ammont massimu awtorizzat skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) peress li fid-deċiżjoni tagħha l-konvenuta bbażat ruħha fuq fatturat globali żbaljat ta’ Hansa Metallwerke AG.

Bit-tieni motiv qiegħda tiġi invokata l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Skont ir-rikorrenti, il-konvenuta wettqet żbalji proċedurali serji fil-proċedura amministrattiva u b’dan il-mod huma ġew żvantaġġati meta mqabbla ma’ partijiet oħra fil-proċedura. Fid-deċiżjoni kkontestata ma nżammitx il-wiegħda magħmula mill-konvenuta matul il-proċedura fis-sens li kienet ser tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fatt.

Permezz tat-tielet motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta kisret l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 peress li għamlet kalkolu żbaljat fir-rigward tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni (2). Dawn jilmentaw dwar in-nuqqas ta’ tnaqqis tal-multa imposta minkejja l-kooperazzjoni tagħhom.

Permezz tar-raba’ motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-applikazzjoni tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi (3) għal fatti li ġew konklużi qabel il-pubblikazzjoni tagħhom tikser il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività.

Barra minn hekk, qiegħed jiġi sostnut li l-prassi tal-konvenuta fil-qasam tal-multi mhijiex legali skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003. Ir-rikorrenti jilmentaw li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità. Barra minn hekk, l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, kif applikat fil-prassi tal-konvenuta abbażi tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi jikser il-prinċipju tal-legalità tal-pieni skont l-Artikolu 7 ECHR u tal-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jilmentaw dwar l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi minħabba diversi żbalji fl-applikazzjoni tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali għad-dannu tar-rikorrenti. Huma jsostnu b’mod partikolari li l-provi u l-evalwazzjoni tal-provi dwar il-fatti individwali fir-rigward tar-rikorrenti huma vvizzjati minn żbalji.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155).

(3)  Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006 C 210, p. 2)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/39


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2010 — Preparados Alimenticios vs UASI — Rila Feinkost-Importe (Jambo Afrika)

(Kawża T-377/10)

()

2010/C 301/64

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Preparados Alimenticios, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rila Feinkost-Importe GmbH & Co. KG (Stemwede-Levern, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 1144/2009-1;

tiddikjara din il-kawża bħala ammissibbli u ġustifikata; u

tiddikjara li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata ma għandhiex tiġi milqugħa.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Jambo Afrika”, għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 33

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-registrazzjonijiet Spanjoli Nru 2573221, Nru 2573219 u Nru 2573216 għat-trade mark figurattiva “JUMBO”, għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30; ir-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 2217404 għat-trade mark figurattiva “JUMBO CUBE”, għal prodotti fil-klassi 29; ir-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 2412823 għat-trade mark figurattiva “JUMBO MARINADE”, għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30; ir-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 2413391 għat-trade mark figurattiva “JUMBO NOKKOS”, għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30; ir-reġistrazzjonijiet Komunitarji Nru 2413581, Nru 2423275, Nru 2970754, Nru 3246139, Nru 3754462 u Nru 4088761 għat-trade mark figurattiva “JUMBO” għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell eskluda l-probabbiltà ta’ konfużjoni.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/40


Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Settembru 2010 — Masco et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-378/10)

()

2010/C 301/65

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Masco Corp. (Taylor, l-Istati Uniti tal-Amerika), Hansgrohe AG (Schiltach, il-Ġermanja), Hansgrohe Deutschland Wertriebs GmbH (Schiltach, il-Ġermanja), Hansgrohe Handelsgesellschaft m.b.H. (Wiener Neudorf, l-Awstrija), Hansgrohe SA/NV (Anderlecht, il-Belġju), Hansgrohe B.V. (Westknollendam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Hansgrohe SARL (Antony, Franza), Hansgrohe Srl (Villanova d’Asti, l-Italja), Hüppe GmbH (Bad Zwischenahn, il-Ġermanja), Hüppe Gesellschaft m.b.H. (Laxenburg, l-Awstrija), Hüppe Belgium SA/NV (Zaventem, il-Belġju) u Hüppe B.V. (Alblasserdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Schroeder, avukat u J. Temple Lang, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji, sa fejn tistabbilixxi li r-rikorrenti kienu pparteċipaw f’akkordju kontinwu jew fi prattika miftiehma fis-settur tal-“Installazzjonijiet sanitarji”, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji, li biha l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrenti, flimkien ma’ impriżi oħrajn kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw f’akkordju kontinwu jew fi prattika miftiehma fis-“settur tal-Installazzjonijiet sanitarji”, li tkopri t-territorju tal-Ġermanja, tal-Awstrija, tal-Italja, ta’ Franza, tal-Belġju u tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed insostenn tat-talba tagħhom.

Ir-rikorrenti jikkontestaw il-klassifika legali tal-kondotta li, skont il-Kummissjoni, tikkonsisti fi ksur uniku u kumpless li jkopri t-tliet gruppi differenti ta’ prodotti jiġifieri, viti u installazzjonijiet, diviżorji tad-doċċa u prodotti sanitarji taċ-ċeramika, meta jmissha kkonstatat tliet ksur awtonomi.

Ir-rikorrenti ma jipproduċux prodotti sanitarji taċ-ċeramika. Ir-rikorrenti jsostnu li billi kkonstatat li pparteċipaw fi ksur uniku kumpless li jkopri tliet gruppi differenti ta’ prodotti, inklużi l-prodotti sanitarji taċ-ċeramika, il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ evalwazzjoni tal-fatti u żbalji ta’ liġi. Il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni ta’ ksur uniku kumpless fid-deċiżjoni ma hijiex konformi ma’ każijiet preċedenti tal-Kummissjoni (jew mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja). Għaldaqstant, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ċertezza legali u ta’ trattament ugwali. B’mod partikolari, il-fatti u l-provi ppreżentati fid-deċiżjoni ma jissostanzjawx il-konklużjoni tal-Kummissjoni li hemm ksur uniku kumpless li jkopri tliet gruppi differenti ta’ prodotti.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/40


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Keramag Keramische Werke a.o. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-379/10)

()

2010/C 301/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Keramag Keramische Werke AG (Ratingen, il-Ġermanja); Koralle Sanitärprodukte GmbH (Vlotho, il-Ġermanja); Koninklijke Sphinx BV (Maastricht, l-Olanda); Allia SAS (Avon, Franza); Produits Céramique de Touraine SA (PCT) (Selles sur Cher, Franza); u Pozzi Ginori SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: J. Killick, Barrister, P. Lindfelt, avukat, I. Reynolds, Solicitor, u K. Struckmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata b’mod sħiħ jew parzjalment;

tiddikjara li r-rikorrenti mhumiex responsabbli għall-attività anti-kompetittiva fis-settur tal-vitijiet u, jekk ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni sa fejn hija tikkonstata li r-rikorrenti huma hekk responsabbli;

addizzjonalment jew sussidjarjament, tnaqqas il-livell tal-multa;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż;

tagħti kull ordni oħra li tista’ tkun xierqa fiċ-ċirkustanzi tal-każ.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali tat-23 ta’ Ġunju 2010 dwar proċedura taħt l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Każ COMP/39.092) sa fejn din iżżommhom responsabbli għall-parteċipazzjoni fi ftehim jew prattika miftiehma kontinwata fit-tagħmir tal-kmamar tal-banju u fis-settur ta’ istallazzjonijiet fissi li jkopru t-territorju tal-Ġermanja, tal-Awstrija, tal-Italja, ta’ Franza, tal-Belġju u tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

L-ewwel nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa u tinvestiga l-kuntest ekonomiku u għaldaqstant naqset milli tistabbilixxi l-għan anti-kompetittiv tal-allegat ksur sal-livell legali meħtieġ. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma kinitx legalment intitolata li tippreżumi (jew ukoll li tikkonstata) li diskussjonijiet (i) bejn persuni li mhumiex kompetituri u (ii) fuq prezz mhux ekonomiku li l-ebda parteċipant fis-suq ma jħallas, kellhom għan anti-kompetittiv.

It-tieni nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni kienet tkun żbaljata li tikkonstata li r-rikorrenti kienu responsabbli għal ksur fis-settur tal-vitijiet fid-dawl tal-ewwel motiv u tal-fatt li r-rikorrenti ma jipproduċux vitijiet.

It-tielet nett, ir-rikorrenti jargumentaw li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi l-eżistenza tal-ksur allegat sal-livell legali meħtieġ, b’mod partikolari peress li l-analiżi tagħha tal-provi kienet żbaljata fi Franza, fl-Italja u fir-rigward ta’ Keramag Keramische Werke Aktiengesellschaft fil-Ġermanja.

Ir-raba’ nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx interess li jiġi kkonstatat ksur fl-Pajjiżi l-Baxxi li kien preskritt.

Il-ħames nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni naqset

(i)

milli tesponi b’mod adegwat l-allegazzjonijiet fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet u

(ii)

milli tiġbor u tiżvela provi rilevanti u li potenzjalment jiskaġunaw.

Dawn in-nuqqasijiet proċedurali ppreġudikaw, fil-fehma tar-rikorrenti, id-dritttijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sitt nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-investigazzjoni f’dan il-każ kienet ta’ natura selettiva u artbitrarja peress li ħafna kumpanniji li allegatament ipparteċipaw f’dawn il-laqgħat jew diskussjonijiet allegatament illegali qatt ma tressqu proċedura kontrihom.

Is-seba’ nett, huma jsostnu li l-multa ma kienet għolja b’mod inġustifikat u spoporzjonat, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ implementazzjoni jew effetti fuq is-suq. Għaldaqstant, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex teżerċita l-ġurisdizzjoni illimitata tagħha taħt l-Artikolu 261 TFUE sabiex tnaqqas il-multa.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/41


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Sanitec Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/10)

()

2010/C 301/67

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sanitec Europe Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: J. Killick, Barrister, I. Reynolds, solicitor, P. Lindfelt u K. Struckmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kompletament jew parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju;

tiddikjara li r-rikorrenti mhijiex responsabbli għall-attività antikompetittiva fil-qasam tal-viti, u, jekk ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni sa fejn tiddikjara lir-rikorrenti (jew lis-sussidjarji tagħha) responsabili għal dan il-ksur;

barra minn hekk jew sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

tordna kull miżura oħra li l-Qorti Ġenerali jidrilha xierqa fiċ-ċirkustanzi tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/39.092 — installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju — li tikkonċerna ftehim bejn impriżi li jkopri is-swieq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju u dwar il-koordinazzjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva, kif ukoll, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta lilha.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq il-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, il-Kummissjoni naqset milli tevalwa jew teżamina l-kuntest ekonomiku u għaldaqstant ma stabbilietx, suffiċjentement fid-dritt, l-għan antikompetittiv tal-allegat ksur. Hija, aa kinitx intitolata legalment li tippreżumi (jew saħansitra li tikkunsidra) li d-diskussjonijiet (i) bejn persuni li ma jikkompetux kontra xulxin u (ii) dwar prezz mhux ekonomiku li l-ebda parteċipant fis-suq ma jħallas kellhom għan antikompetittiv.

 

It-tieni nett, il-Kummissjoni kienet żbaljata meta kkunsidrat li r-rikorrenti kienet responsabbli għal ksur fis-suq tal-viti minħabba l-ewwel motiv u l-fatt li la r-rikorrenti u lanqas s-sussidjarji tagħha ma jipproduċu l-viti.

 

Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi, suffiċjentement fid-dritt, l-eżistenza tal-allegat ksur, b’mod partikolari minħabba li l-analiżi tagħha tal-provi kienet żbaljat fi Franza, fl-Italja u fir-rigward ta’ Keramag Keramische Werke AG fil-Ġermanja, li għaliħ inżammet responsabbli r-rikorrenti.

 

Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni ma stabbilixxitx interess li tistabbilixxi ksur fil-Pajjiżi l-Baxxi li kien preskritt.

 

Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset (i) milli tesponi b’mod adegwat l-allegazzjonijiet fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u (ii) milli żżomm u tiżvela provi rilevanti u li potenzjalment jistgħu jiskaġunaw. Dawn in-nuqqasijiet proċedurali ppreġudikaw id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti b’mod irrimedjabbli.

 

Bħala motiv sussidjarju ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li hija ma setgħatx tinżamm responsabbli direttament u individwalment għal multa ta’ EUR 9 873 060. Ir-rikorrenti ma nstabitx ħatja ta’ kondotta illegali. Kienet responsabbli biss fil-kapaċità tagħha ta’ kumpannija parent u għaldaqstant, inkwantu tali, ma tistax tinżamm responsabbli direttament u individwalment għal multa. Barra minn hekk, il-possibbilta ta’ responsabbiltà diretta u invidiwali ma tissemmiex fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u din hija irregolarità proċedurali li tiġġustifika l-annullament.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrenti nżammet inġustament responsabbli in solidum għall-azzjonijiet tas-sussidjarja tagħha Keramag Keramische Werke AG. Ir-rikorrenti ma kellhiex l-azzjonijiet kollha ta’ Keramag Keramische Werke AG matul il-perijodu rilevanti u ma kinitx f’pożizzjoni li teżerċita influwenza deċiżiva fuqha, li fil-fatt ma għamlitx.

 

Fl-istess ħin, l-investigazzjoni f’dan il-każ kienet ta’ natura selettiva u arbitrarja peress li ħafna kumpanniji li allegatament ipparteċipaw għall-laqgħat jew għad-diskussjonijiet allegatament illegali qatt ma kienu suġġetti għal azzjonijiet.

 

Fl-aħħar nett, l-ammont tall-multa kien ma kienx iġġustifikat u kien sproporzjonatament għoli, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ implementazzjoni jew ta’ effetti fuq is-suq. Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha taħt l-Artikolu 261 TFUE sabiex tnaqqas il-multa.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/42


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2010 — Villeroy u Boch vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-382/10)

()

2010/C 301/68

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Villeroy u Boch (Parigi, Franza) (rappreżentanti: J. Philippe u K. Blau-Hansen, avukati, u A. Villette, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropej

Talbiet tar-rikorrent(i)

tiddikjara d-deċiżjoni kkontestata nulla, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, konsegwentement tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob, prinċipalment, l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (iktar ’il quddiem “ŻEE”) (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji), li tikkonċerna akkordju fis-suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju, dwar il-koordinazzjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva.

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka seba’ motivi bbażati:

fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE, billi kklassifikat il-ksur bħala ksur uniku, kumpless u kontinwat, il-konvenuta kisret l-obbligu tagħha ta’ evalwazzjoni ġuridika tal-aġiri individwali tad-destinatarji tad-dċiżjoni kkontestata;

fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, peress li fid-deċiżjoni kkontestata l-konvenuta ma pprovdietx definizzjoni suffiċjentement preċiża tas-swieq rilevanti;

fuq nuqqas ta’ prova suffiċjenti fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur imwettaq fi Franza;

fuq ksur tal-prinċipju nulla poena sine lege stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-piena għall-ksur stabbilit fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 49 tal-Karta moqri flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 48 tal-Karta u mal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (1), peress li l-konvenuta imponiet multa in solidum fuq ir-rikorrenti u fuq il-kumpannija parent;

fuq kalkolu żbaljat tal-multa, peress li l-konvenuta inkludiet dħul mill-bejgħ magħmul mir-rikorrenti li mhuwiex relatat mal-ilmenti invokati waqt il-kalkolu tal-multa;

fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta, peress li t-tul eċċessivament twil tal-proċedura ma tteħidx inkunsiderazzjoni waqt il-kalkolu tal-multa;

fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-pieni u fuq żbalji ta’ evalwazzjoni waqt il-kalkolu tal-multa, peress li l-ammont inizjali ġie stabbilit għal 15 % u peress li l-ammont globali tal-multa jaqbeż il-limitu ta’ 10 % meta mqabbel mad-dħul mill-bejgħ tar-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/43


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2010 — Continental Bulldog Club Deutschland vs UASI (CONTINENTAL)

(Kawża T-383/10)

()

2010/C 301/69

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Continental Bulldog Club Deutschland eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Vollmer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ R 300/2010-1;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn hija tikkonċerna l-prodotti u s-servizzi fil-klassi 44;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll għal dawk inkorsi fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CONTINENTAL” għal prodotti fil-klassijiet 31 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), billi t-trade mark ikkonċernata hija distintiva u mhux deskrittiva.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/43


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — ArcelorMittal Wire France et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/10)

()

2010/C 301/70

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal Wire France (Bourg-en-Bresse, Franza), ArcelorMittal Fontaine (Fontaine-L’Evêque, il-Belġju), ArcelorMittal Verderio Srl (Verderio Inferiore, l-Italja) (rappreżentanti: H. Calvet, O. Billard u M. Pittie, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

B’mod prinċipali, tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing, inkwantu (i) fl-Artikolu 1 tagħha, tikkundanna lil AMWF, AM Fontaine u AM Verderio talli pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu u/jew prattika miftiehma fis-settur tal-azzar użat għall-prestressing bi ksur tal-Artikoli 101 TFUE u 53 tal-Ftehim ŻEE, rispettivament tal-1 ta’ Jannar 1984 sad-19 ta’ Settembru 2002, mill-20 ta’ Diċembru 1984 sad-19 ta’ Settembru 2002, u mit-3 ta’ April 1995 sad-19 ta’ Settembru 2002; (ii) konsegwentement, timponilhom, fl-Artikolu 2 tagħha, il-ħlas ta’ multi li jitilgħu għal EUR 276.48 miljun għal AMWF, li minnhom EUR 268.8 in solidum ma’ AM Fontaine; u li minnhom EUR 72 miljun in solidum ma’ AM Verderio; (iii) tordnalhom, fl-Artikolu 3 tagħha, li jtemmu immedjatament dan il-ksur, jekk ma jkunux diġà għamlu dan, u li jonqsu minn issa ’il quddiem milli jwettqu kwalunkwe att jew aġir deskritt fil-punt (i) kif ukoll kull att jew aġir li għandu għan jew effett identiku jew li jixxiebah; u (iv) fl-Artikolu 4 tagħha, tqishom bħala destinatarji;

sussidjarjament, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, tibdel id-deċiżjoni billi tnaqqas b’mod sostanzjali ħafna l-ammonti tal-multi imposti fuq kull waħda mir-rikorrenti, hekk kif dawn l-ammonti huma stabbiliti fl-Artikolu 2; u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, b’mod prinċipali, jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (iktar ’il quddiem iż-“ŻEE”) (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), dwar akkordju fuq is-suq Ewropew tal-Azzar użat għall-prestressing, fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet, it-tqassim tas-suq u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu ċertu numru ta’ motivi ibbażati fuq:

ksur tad-dritt fundamentali tar-rikorrenti għal qorti imparzjali u ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li l-Kummissjoni teżerċita l-funzjoni kemm ta’ prosekutur kif ukoll ta’ imħallef;

ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), kif ukoll tal-prinċipji tan-natura personali tal-pieni, ta’ proporzjonalità kif ukoll ta’ trattament ugwali, peress li l-Kummissjoni imponiet multi fuq ir-rikorrenti għal ammont li jaqbeż manifestament il-limitu legali ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali li dawn ikunu għamlu matul is-sena finanzjarja preċedenti;

insuffiċjenza ta’ provi li juru l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikoli 101 TFUE u 53 ŻEE għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1984 u Novembru 1992 jew, fi kwalunkwe każ, nuqqas ta’ motivazzjoni;

nuqqas ta’ motivazzjoni u ksur tal-Linji Gwida (2) dwar il-kalkolu tal-multi kif ukoll tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ amministrazzjoni tajba, peress li d-deċiżjoni kkontestata fiha lakuni li jrendu l-metodu tal-kalkolu tal-multi użat mill-Kummissjoni inkomprensibbli;

nuqqas ta’ motivazzjoni u żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ fatt billi żżid b’60 % l-multi imposti fuq AMWF u AM Fontaine minħabba reċidiva; u

nuqqas ta’ motivazzjoni u ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 kif ukoll tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ proporzjonalità peress li abbażi tal-effett dissważiv żiedet b’20 % l-ammonti tal-multi tar-rikorrenti biss, minkejja li parteċipanti oħra fl-akkordju kienu jinsabu f’sitwazzjoni identika.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)

(2)  Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210 p. 2)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/44


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Dornbracht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/10)

()

2010/C 301/71

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Janssen, T. Kapp u M. Franz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas b’mod xieraq l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]. Fid-deċiżjoni kkontestata ġew imposti multi fuq ir-rikorrenti u fuq impriżi oħra minħabba l-ksur tal-Artikolu 101 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont il-Kummissjoni, ir-rikorrenti pparteċipat fi ftehim kontinwu jew fi prattiki miftiehma fis-settur tal-installazzjonijiet ta’ tagħmir għall-kmamar tal-banju fil-Ġermanja u fl-Awstrija.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq tmien motivi.

Bl-ewwel motiv, ir-rikorrenti tilmenta li jeżisti ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), għaliex il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-bosta ċirkustanzi attenwanti rilevanti għar-rikorrenti.

Bit-tieni motiv, ir-rikorrenti teċċepixxi ksur tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn il-konvenuta, skont l-interpretazzjoni tagħha stess tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 23(2) tal-istess regolament f’dak li jirrigwarda l-limitu massimu, ma tistax tevalwa l-gravità tal-ksur ikkontestat mir-rikorrenti.

Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni wkoll ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali, għaliex il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sehem individwali tar-rikorrenti fil-ksur fid-determinazzjoni tal-ammonti tas-somom f’daqqa.

Fir-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, fil-kalkolu tal-ammont tal-multa, il-konvenuta ma tqabbilix il-ksur ma’ ksur f’diversi sitwazzjonijiet oħra, u b’hekk tikser il-prinċipju tat-trattament ugwali.

Bir-ħames motiv tagħha, ir-rikorrenti tilmenta li l-ammont tal-multa huwa sproporzjonat, għaliex il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kapaċità limitata tar-rikorrenti.

Fis-sitt motiv tagħha, ir-rikorrenti tgħid li, fil-kalkolu magħmul mill-konvenuta tal-multi abbażi tal-linji gwida tagħha dwar il-metodi tal-kalkolu tal-multi (2) tal-2006, id-deċiżjoni kkontestata kisret il-prinċipju tan-non retroattività.

Bis-seba’ motiv, ir-rikorrenti teċċepixxi li l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 jikser il-prinċipju tal-legalità.

Fl-aħħar nett, fit-tmien motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-determinazzjoni tal-multa hija illegali għaliex ġiet ikkalkolata abbażi tal-linji gwida dwar il-metodi tal-kalkolu tal-multi li jagħtu lill-konvenuta marġni ta’ diskrezzjoni wisq wiesa’.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/45


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2010 — Goutier vs UASI — Eurodata (ARANTAX)

(Kawża T-387/10)

()

2010/C 301/72

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Goutier (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. E. Happe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eurodata GmbH & Co. KG (Saarbrücken, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ Lulju 2010, fil-Każ R 126/2009-4, sa fejn l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet miċħuda mid-deċiżjoni kkontestata għas-servizzi li ġejjin:

—   Klassi 35— pariri dwar taxxa u preparazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet għal skopijiet ta’ taxxa, kontabbiltà, verifika tal-kontijiet, konsulenza maniġerjali; konsulenza dwar in-negozju;

—   Klassi 36— rapporti u evalwazzjonijiet fiskali, tranżazzjonijiet ta’ konċentrazzjoniiet u akkwisti, jiġifieri konsulenza finanzjarja fix-xiri jew bejgħ ta’ impriżi, kif ukoll ta’ ishma f’impriżi;

—   Klassi 42— provvista ta’ servizzi legali, riċerka legali;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ARANTAX” għas-servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Eurodata GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “ANTAX” għas-servizzi fil-klassijiet 35, 36, 41, 42 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 15 u 43 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma ġietx prodotta l-prova tal-użu, kif ukoll ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li bejn it-trade marks kunfliġġenti ma hemm l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/46


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2010 — Productos Derivados del Acero vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/10)

()

2010/C 301/73

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Productos Derivados del Acero, SA (Catarroja, Spanja) (rappreżentanti: M. B. Escuder Tella, J. Viciano Pastor, u F. Palau Ramirez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, minħabba li l-iskadenza tat-terminu ta’ ħames snin previst għall-preskrizzjoni tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003;

sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn it-talba preċedenti ma tintlaqax, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata inkwantu tikkunsidra li Productos Derivados del Acero, SA (PRODERAC) ipparteċipat fi ftehim li jirrestrinġu l-kompetizzjoni speċifikati fl-imsemmija deċiżjoni, kif ukoll tiddikjara li din il-kumpannija ma pparteċipatx fil-prattiki kollużivi li hija akkużata bihom;

sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn it-talba preċedenti ma tintlaqax lanqas, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata inkwantu tnaqqas il-multa imposta fuq Productos Derivados del Acero, SA (PRODERAC) b’25 % biss, u tiddikkjara li din il-kumpannija hija eżentata mill-multa skont il-Linji Gwida dwar il-multi tal-2006 minħabba li ġie stabbilit in-nuqqas ta’ kapaċità kontributtiva tagħha;

sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn it-talba preċedenti ma tintlaqax lanqas, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata inkwantu tnaqqas il-multa imposta fuq Productos Derivados del Acero, SA (PRODERAC) b’25 % biss, u tnaqqas il-multa b’75 % mill-ammont tagħha.

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’dan il-każ hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-385/10, ArcelorMittal Wire France et vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti:

(1)

Motiv preliminari: preskrizzjoni tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għal prattiki kollużivi hija preskritta wara ħames snin li jibdew jiddekorru mill-aħħar att istruttorju li jkun sar, u li sa mid-data finali tal-akkordju, id-19 ta’ Settembru 2008, u tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, it-30 ta’ Settembru 2008, il-preskrizzjoni ma ġietx interrotta.

(2)

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-ġurisprudenza tal-qrati Komunitarji dwar l-imsemmija artikoli, sa fejn:

ir-rikorrenti ma mmanifestatx espressament il-volontà tagħha li tipparteċipa fil-ftehim u prattiki miftiehma, u din il-volontà ma tistax tiġi dedotta b’mod taċitu minn ċirkustanzi oħra;

ir-rikorrenti tbiegħdet manifestament u pubblikament mill-ftehim kollużivi, sa fejn il-parteċipazzjoni tagħha għal laqgħat ma influwenzatx l-aġir kummerċjali tagħha. F’dan ir-rigward, in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim kollużivi hija l-prova li l-parteċipazzjoni għal-laqgħat ma kellhiex influwenza fuq l-aġir tagħha fis-suq.

(3)

Applikazzjoni żbaljata tal-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-multi tal-2006, minħabba applikazzjoni b’analoġija ħażina tal-evalwazzjoni tad-“danni serji u irreparabbli” fil-kuntest tal-miżuri provviżorji.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/46


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — SLM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-389/10)

()

2010/C 301/74

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) (Ceprano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Belotti, avukat, F. Covone, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Preliminarjament jew prinċipalment:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, fil-Każ COMP. 38 344 — Azzar użat għall-prestressing, adottata mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju 2010

Sussidjarjament:

tnaqqas il-multa imposta.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata fil-proċeduri preżenti hija l-istess bħal tal-Kawża T-385/10, ArcelorMittal Wire France et vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tat-talbiet tagħha, il-kumpannija rikorrenti ssostni dan li ġej:

 

Għall-annullament tad-deċiżjoni: it-tul mhux tas-soltu u mhux ġustifikat tal-proċeduri amministrattivi, li ppreġudikaw b’mod gravi l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti, l-iktar b’riferiment għall-fatti tas-sentejn 1997-1999, jiġifieri preċedenti b’10 snin għall-komunikazzjoni tad-dejn ta’ Settembru 2008.

 

Għat-tnaqqis tal-multa imposta:

 

Nuqqas ta’ motivazzjoni fil-kwantifikazzjoni tas-sanzjoni; sa fejn jibqa’ diffiċli li jiġi mifhum fuq liema bażi ta’ kalkolu u minn liema dħul mill-bejgħ il-Kummissjoni ssanzjonat lir-rikorrenti.

 

Ksur tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ.

 

Nuqqas ta’ motivazzjoni tal-ħlasijiet żejda imposti.

 

Applikazzjoni żbaljata tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-kalkolu tal-multi, kif ukoll dawk tal-1998, fis-seħħ mhux biss meta seħħew il-fatti kkontestati, iżda wkoll fl-ewwel erba’ snin tal-proċeduri.

 

Evalwazzjoni żbaljata tat-tul ta’ żmien tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-kartell, mhux ibbażata fuq diversi verifiki oġġettivi.

 

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti, jiġifieri tar-rwol sekondarju pprovat tar-rikorrenti fil-fatti kkontestati, tas-sehem limitat tagħha fis-suq, kif ukoll tal-ineffiċjenza tal-kartell.

 

Preskrizzjoni li daħlet fis-seħħ, peress li ma seħħ l-ebda att li jista’ jissospendiha wara li seħħet l-ispezzjoni mingħajr preavviż.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/47


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2010 minn Paulette Füller-Tomlinson mis-sentenza mogħtija fl-1 ta’ Lulju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-97/08, Füller-Tomlinson vs Il-Parlament

(Kawża T-390/10 P)

()

2010/C 301/75

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Paulette Füller-Tomlinson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Appellat: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża F-97/08;

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet li għamlet ir-rikorrenti fl-ewwel istanza u, għaldaqstant,

tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ April 2008 tal-Kap tal-Unità Pensjonijiet u Sigurtà Soċjali, li tistabbilixxi, fl-Artikolu 3 tagħha, is-sehem ta’ invalidità permanenti parzjali imputabbli lill-oriġini professjonali tal-marda għal 20 %;

sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment, deċiżjoni meħuda fis-26 ta’ Awwissu 2008 u notifikata fit-28 ta’ Awwissu 2008;

sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut fl-ewwel istanza iħallas somma ta’ EUR 12 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

tikkundanna lill-konvenut fl-ewwel istanza għall-ispejjeż kollha.

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-1 ta’ Lulju 2010, mogħtija fil-Kawża Füller-Tomlinson vs Il-Parlament, F-97/08, li tiċħad ir-rikors li bih l-appellanti kienet b’mod partikolari talbet l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tistabbilixxi r-rata tiegħu ta’ invalidità permanenti ta’ oriġini professionali għal 20 % b’applikazzjoni tal-iskala Ewropea ta’ evalwazzjoni għal finijiet mediċi ta’ preġudizzju għall-integrità fiżika u mentali.

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka diversi aggravji bbażati fuq:

ksur tal-portata tal-istħarriġ tal-legalità mill-qorti dwar il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni ta’ assigurazzjoni adottati skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, peress li t-TSP illimita l-istħarriġ tiegħu għal żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u għall-eċċess mill-istituzzjonijiet tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom, filwaqt li l-istħarriġ kellu jkun stħarriġ sħiħ dwar il-legalità fil-mertu tal-att;

ksur tal-istħarriġ tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq żnaturament tal-proċess, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ qorti tal-ewwel istanza u fuq ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-leġiżlazzjoni ta’ assigurazzjoni:

peress li t-TSP ma ħax inkunsiderazzjoni l-iżviluppi magħmula waqt is-seduta fid-dawl tal-ilmenti tar-rikors promotorju,

peress li t-TSP b’mod partikolari kkunsidra li l-libertà ta’ evalwazzjoni tat-tobba kienet tikkonċerna biss il-konstatazzjoni tal-marda u mhux l-iffissar tar-rati ta’ invalidità, u b’hekk ivvalida n-natura vinkolanti tal-iskala Ewropea ta’ evalwazzjoni ta’ preġudizzju għall-integrità fiżika u mentali billi llimita r-rata ta’ invalidità f’dan il-każ għal 20 %, filwaqt li l-bord mediku kien ikkunsidra li r-rata ta’ invalidità tar-rikorrenti kienet ta’ 100 %;

ksur tal-kunċett ta’ terminu raġonevoli u fuq żnaturament tal-proċess, peress li t-TSP ikkunsidra, meta fakkar il-fatti, eżami mediku li qatt ma seħħ sabiex jikkonkludi li t-termini ta’ trattament tal-każ tar-rikorrent ma kinux irraġonevoli.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/48


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Nedri Spanstaal BV vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-391/10)

()

2010/C 301/76

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Nedri Spanstaal BV (Venlo, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Slotboom u B. Haan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-parti rikorrenti

tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli;

tannulla l-Artikolu 1(9) tad-deċiżjoni fir-rigward tal-perijodu imputabbli lil Hit Groep u l-Artikolu 2(9) fir-rigward tal-multa imposta fuq Nedri;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-Każ COMP/38.344 — Spanstaal.

Ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi insostenn tar-rikors tagħha.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikoli 101 TFUE u 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) kif ukoll tal-prinċipju ta’ motivazzjoni. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt billi kkonstatat responsabbiltà in solidum fil-konfront ta’ Hit Groep biss għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1998 sas-17 ta’ Jannar 2002. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha tikkonstata r-responsabbiltà fil-konfront ta’ Hit Groep għall-perijodu mill-1 ta’ Mejju 1987 sas-17 ta’ Jannar 2002 inklużi. Fil-fatt, Hit Groep kienet kkontrollat lir-rikorrenti matul dan il-perijodu kollu.

It-tieni nett, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, tal-Linji Gwida dwar il-metodu għall-iffissar ta’ multi (2), tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ dak ta’ motivazzjoni. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt meta ffissat il-limitu legali tal-ammont tal-multa, jiġifieri 10 % tad-dħul mill-bejgħ li sar matul is-sena ta’ stima preċedenti, b’relazzjoni mad-dħul mill-bejgħ tar-rikorrenti fl-2009. Il-limitu legali kellu jiġi ffissat b’relazzjoni mad-dħul mill-bejgħ tar-rikorrenti fl-2002.

It-tielet nett, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-punt 23 tal-Avviż dwar l-immunità (3) u tal-prinċipju ta’ motivazzjoni. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ dritt u ta’ fatt meta tat lir-rikorrenti tnaqqis fil-multa ta’ 25 % biss minflok ta’ 30 %.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Linji Gwida dwar il-metodu għall-iffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006 C 210, p. 2).

(3)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/48


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2010 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)

(Kawża T-392/10)

()

2010/C 301/77

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Euro-Information — Européenne de traitement de l’information (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

id-deċiżjoni mogħtija fis-17 ta’ Ġunju 2010 mit-Tieni Bord tal-Appell fil-Każ R 892/2010-2 għandha tiġi annullata inkwantu din tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Nru 004114864 fir-rigward tal-prodotti u servizzi ċċitati, fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38 u 42;

ir-rikorrenti titlob ukoll li l-UASI jiġi kkundannat għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-UASI u fil-kuntest tar-rikors preżenti, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “EURO AUTOMATIC CASH” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38 u 42 — Applikazzjoni Nru 4114864.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tal-eżaminatur annullata parzjalment; reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni rrifjutata parzjalment; deċiżjoni meħuda wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2010, Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH) (T-15/09, mhux ippubblikata fil-Ġabra).

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhijiex deskrittiva, iżda għall-kuntrarju hija distintiva għall-prodotti u s-servizzi kollha li fir-rigward tagħhom ġiet irrifjutata.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/49


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2010 — Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/10)

()

2010/C 301/78

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälische Drahtindustrie GmbH (Hamm, il-Ġermanja), Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG (Hamm), Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Stadler, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(8)(a) u (b) tad-deċiżjoni, sa fejn huwa jiddikjara r-responsabbiltà tal-ewwel u t-tieni rikorrenti qabel it-12 ta’ Mejju 1997 minħabba ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE;

tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni, sa fejn huwa jimponi flimkien u in solidum multa ta’ EUR 15 485 000 fuq l-ewwel u t-tielet rikorrenti, ta’ EUR 30 115 000 fuq l-ewwel u t-tieni rikorrenti u ta’ EUR 10 450 000 fuq l-ewwel rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas b’mod xieraq il-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkontestaw d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing. Fid-deċiżjoni kkontestata ġew imposti multi fuq ir-rikorrenti u fuq impriżi oħra għal ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti pparteċipaw fi ftehim kontinwu jew fi prattiki miftiehma fis-settur tal-azzar użat għall-prestressing fis-suq intern u fiż-ŻEE.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

Fl-ewwel motiv, ir-rikorrenti jallegaw ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), għaliex is-suppożizzjoni li r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu mhijiex korretta.

Fit-tieni motiv, jiġi allegat b’mod sussidjarju l-ksur tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003, minħabba ksur tal-prinċipji essenzjali tal-kalkolu tal-multi għaliex isir riferiment għall-perijodu ta’ ksur stabbilit mill-konvenuta billi ġie miżjud il-perijodu ta’ kriżi tal-kartell.

Fit-tielet motiv, ir-rikorrenti jindikaw li l-konvenuta kisret l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 għaliex kisret il-prinċipju tal-protezzjoni taċ-ċertezza legali u tal-prinċipju li jipprovdi li l-amministrazzjoni tibqa’ marbuta bl-atti tagħha, meta użat kontra r-rikorrenti d-data fit-talba għal tnaqqis tal-multa.

Fir-raba’ motiv, ir-rikorrenti jallegaw ksur tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003, għaliex il-konvenuta wettqet diversi żbalji ta’ evalwazzjoni meta evalwat l-gravità tal-ksur.

Fil-ħames motiv, ir-rikorrenti jallegaw ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 296(2) TFUE u l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, huma jindikaw li l-konvenuta tbiegħdet b’mod arbitrarju mill-metodu ta’ kalkolu indikat fid-deċiżjoni kkontestata.

Fis-sitt motiv, ir-rikorrenti jsostnu li fil-kalkolu tagħha tal-multa, il-konvenuta kisret l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 minħabba abbuż ta’ poter u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Fis-seba’ motiv, ir-rikorrenti jallegaw il-ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għaliex il-konvenuta ma mmotivatx aspetti fundamentali tad-deċiżjoni kkontestata.

Fl-aħħar nett, bħala t-tmien motiv huwa allegat li l-konvenuta kisret id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għaliex ma kkonsultatx lir-rikorrenti fir-rigward ta’ aspetti essenzjali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/50


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Elena Grebenshikova vs UASI — Volvo Trademark (SOLVO)

(Kawża T-394/10)

()

2010/C 301/79

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elena Grebenshikova (St. Petersburg, il-Federazzjoni tar-Russja) (rappreżentant: M. Björkenfeldt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, l-Isvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ R 861/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “SOLVO” għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni Nru 747361 tat-trade mark figurattiva “VOLVO” fir-Renju Unit għal varjetà wiesgħa ta’ prodotti u servizzi, ir-reġistrazzjonijiet Nru 1552528, Nru 1102971, Nru 1552529 u Nru 747362 tat-trade mark verbali “VOLVO” fir-Renju Unit għal varjetà wiesgħa ta’ prodotti u servizzi; ir-reġistrazzjonijiet Komunitarji Nru 2361087 u Nru 2347193 tat-trade mark verbali “VOLVO”, fost oħrajn, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 12

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għat-trade mark miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 inkwantu l-Bord tal-Appell applika, b’mod żbaljat, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu; ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni mill-Bord tal-Appell, li huwa l-prinċipju ta’ trattament ugwali; ksur tal-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (Ftehim TRIPs) u ksur tal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/50


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2010 — Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-395/10)

()

2010/C 301/80

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Corporate Europe Observatory (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-rifjut impliċitu tat-talba konfermatorja tar-rikorrenti

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad impliċitament it-talba tar-rikorrenti, imressqa skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), ta’ aċċess għal ċerti dokumenti dwar in-negozjati kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja.

Ir-rikorrenti tissolleva tliet motivi insostenn tar-rikors tagħha.

L-ewwel nett, hija ssostni illi l-Kummissjoni kisret ir-Regolament Nru 1049/2001 billi ma rrisponditx għat-talba konfermatorja fit-terminu previst.

It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni kisret ir-Regolament Nru 1049/2001 u t-Trattat billi ċaħdet impliċitament talba konfermatorja mingħajr ma tat raġunijiet jew mingħajr ma tat raġunijiet skont ir-rekwiżiti mitluba mit-Trattat u mill-Qorti tal-Ġustizzja.

It-tielet nett, hija ssostni illi billi ma rrisponditx it-talba konfermatorja, il-Kummissjoni kisret formalità proċedurali sostanzjali jew ikkommettiet żball ta’ liġi.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2010, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/51


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Zucchetti Rubinetteria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-396/10)

()

2010/C 301/81

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Zucchetti Rubinetteria SpA (Gozzano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Condinanzi, avukat, P. Ziotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

sussidjarjament, tikkanċella jew tnaqqas l-ammont tal-multa imposta.

b’mod iktar sussidjarju, tnaqqas il-multa billi tilqa’ t-talba li tiġi applikata l-attenwanti li tinsab fil-punt 29 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi.

Fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni fil-proċedimenti preżenti hija l-istess tal-Kawża T-368/10, rubinetteria Cisal vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk imressqa f’din il-kawża. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-prodotti kkunsidrati fid-deċiżjoni jappartjenu għal tliet swieq differenti u Zucchetti hija preżenti biss fis-suq tal-viti tal-ilma, u li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tipproċedix b’identifikazzjoni minn qabel tas-suq rilevanti. Id-Deċiżjoni hija wkoll ivvizzjata mill-aspett tal-analiżi tal-estensjoni ġeografika tas-suq kif ukoll mill-aspett tal-effetti li l-ftehim kien jipproduċi fuq il-kundizzjonijiet tal-funzjonament tas-suq.

Ir-rikorrenti żżid li r-rikostruzzjoni tal-ftehim u/jew tal-prattiki miftehma li wasslu sabiex il-Kummissjoni tattribwixxi lir-rikorrenti ksur uniku, kumpless u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE minħabba s-sempliċi aġir kollużiv fl-Italja, hija vvizzjata u nieqsa minn motivazzjoni u tonqos milli turi li r-rikorrenti kienet taf dwar l-imġieba illegali min-naħa tal-impriżi l-oħra li allegatament ipparteċipaw fil-kartell.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/51


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — ara vs UASI — Allrounder (Rappreżentazzjoni ta’ żarbuna tal-isports bl-ittra A fil-ġenb)

(Kawża T-397/10)

()

2010/C 301/82

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ara AG (Langenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allrounder SARL (Sarrebourg, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ R 1543/2009-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Allrounder SARL.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta żarbuna tal-isports bl-ittra “A” fil-ġenb, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali nazzjonali “A” għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud bħala inammissibbli

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li l-Bord tal-Appell ipproċeda b’mod żbaljat meta bbaża ruħu fuq il-fatt li l-organizzazzjoni tal-uffiċċju kif deskritta mir-rappreżentanti ma pprovatx li kienet intużat id-diliġenza kollha meħtieġa f’dawn iċ-ċirkustanzi, u għalhekk il-Bord tal-Appell ċaħad l-applikazzjoni għal restitutio in integrum fir-rigward tat-terminu għall-preżentata ta’ aggravji.


(1)  Regolament tal Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas 26 ta’ Frar 2009, dwar it trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/52


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Fapricela — Indústria de Trefilaria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-398/10)

()

2010/C 301/83

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Fapricela — Indústria de Trefilaria, SA (Ançã, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Gorjão-Henriques u S. Roux, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti;

tnaqqas il-multa b’mod sostanzjali;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata mir-rikorrenti hija l-istess deċiżjoni kkontestata fil-kawża T-385/10, ArcelorMittal Wire France et vs Il-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti ssostni quddiem il-Qorti Ġenerali:

(i)

L-eżistenza ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li taffettwa d-drittijiet tad-difiża ta’ Fapricela, dovuti għal rettifika tal-imsemmija deċiżjoni. Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li din ir-rettifika għandha titqies li hija nulla, billi r-rikonoxximent ta’ żbalji materjali mill-Kummissjoni jippreġudika l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet tad-difiża ta’ Fapricela u jmur kontra l-għan ta’ dan ir-rikors, fejn barra minn hekk il-Kummissjoni Ewropea tingħata l-possibbiltà ulterjuri li tagħti d-deċiżjoni emendatorja l-ġdida billi tieħu inkunsiderazzjoni l-argumenti legali u fattwali tal-impriżi f’dan ir-rikors.

(ii)

Il-Kummissjoni Ewropea ma pprovatx li Fapricela kienet taf jew kellha raġonevolment tkun taf dwar l-eżistenza ta’ kartelli mhux iberiċi, fejn għaldaqstant ma setgħetx timputa responsabbiltà lil Fapricela għall-ksur uniku u kontinwu identifikat fid-deċiżjoni kkontestata;

Sussidjarjament,

(iii)

Il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ trattament ugwali billi ffissat il-multa imposta fuq din l-impriża fid-dawl ta’ dak li wettqet, fejn għaldaqstant il-multa għandha titnaqqas b’mod konformi;

(iv)

Il-Kummissjoni kkalkolat b’mod żbaljat it-tul ta’ żmien tal-parteċipazzjoni ta’ Fapricela fil-ksur, fejn ma ħaditx inkunsiderazzjoni perijodu fejn din l-impriża ma kinitx involuta; u

(v)

Il-Kummissjoni wettqet żbalji fattwali u kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali billi naqset milli tirrikonoxxi li Fapricela ma kinitx f’pożizzjoni li tħallas il-multa.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/53


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2010 — ArcelorMittal España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/10)

()

2010/C 301/84

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal España, SA (Gozón, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni sa fejn jikkonċernaw ArcelorMittal España, S.A.;

alternattivament, tannulla l-multa imposta fuq ArcelorMittal España, S.A.;

ulterjorment b’mod alternattiv, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ArcelorMittal España, S.A.;

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing, li fiha l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrenti, flimkien ma’ impriżi oħra, kienet kisret l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipat f’akkordju jew prattika miftehma fis-settur tal-azzar użat għall-prestressing fuq livell pan-Ewropew u/jew nazzjonali/reġjonali. Barra minn hekk, hija titlob l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuqha.

Ir-rikorrenti tressaq sitt motivi insostenn ta’ dan ir-rikors.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id-dritt fundamentali għal proċess quddiem qorti imparzjali skont l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali sa fejn il-multa ġiet imposta minn awtorità amministrattiva li għandha kemm setgħat ta’ stħarriġ kif ukoll setgħat ta’ sanzjoni.

It-tieni nett, hija ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji fil-kalkolu tal-multa, li taw lok għall-impożizzjoni ta’ multa ikbar fuq ir-rikorrenti.

It-tielet nett, hija ssostni li l-Kummissjoni kkonstatat b’mod żbaljat li r-rikorrenti eżerċitat influwenza determinanti fuq Emesa u Galycas qabel Diċembru 1997.

Ir-raba’ nett, hija ssostni li l-Kummissjoni rrifjutat illegalment li tagħti immunità parzjali lir-rikorrenti taħt il-punt 23 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni (1), minkejja l-fatt li pprovdiet provi deċiżivi dwar it-tul u l-gravità tal-ksur u, għaldaqstant, issodisfat ir-rekwiżiti indikati fih.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat iż-“żieda speċifika bħala deterrent” skont il-punt 30 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-2006, dwar il-multi (2), li jirriżulta f’żieda illegali ta’ 20 % fil-multa imposta fuq ir-rikorrenti.


(1)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155)

(2)  Linji Gwida dwar il-kalkolu tal-multi mogħtija skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU C 210, p. 2)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/53


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2010 — Villeroy & Boch — Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/10)

()

2010/C 301/85

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Villeroy & Boch — Belgium (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer u J. Blockx, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tirrigwarda lil Villeroy & Boch Belgium N.V./S.A.

sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullmanent parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji, dwar ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE, fis-suq tal-viti, tal-pumi tad-doċoċ u tal-prodotti taċ-ċeramika.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi:

Ksur tal-Artikoli 101 TFUE u 53 ŻEE u ta’ ġurisprudenza stabbilita peress li l-Kummissjoni sostniet b’mod żbaljat l-ipoteżi ta’ ksur uniku u kontinwu.

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mill-Artikollu 296(2) TFUE, minħabba motivazzjoni insuffiċjenti u inadegwata fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-ksur bħala uniku u kontinwu.

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-allegata parteċipazzjoni tar-rikorrenti għall-ksur imputat lilha fis-suq Belġjan, u nuqqas ta’ provi li r-rikorrenti pparteċipat għal dan il-ksur fis-suq Belġjan.

Responsabbiltà in solidum għall-multa imposta fuq ir-rikorrenti u l-kumpannija parent tagħha, li tmur kontra l-prinċipju nulla poena sine lege tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u kontra l-prinċipju li l-piena ma għandhiex tkun iktar mit-tort li jirriżulta mill-Artikolu 49(3) moqri flimkien mal-Artikolu 48(1) tal-imsemmija Karta, u ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

Determinazzjoni inkorretta tal-ammont tal-multa, peress li din tirrigwarda b’mod partikolari d-dħul mill-bejgħ li ma huwiex relatat mal-ksur imputat.

Nuqqas inġustifikat li jingħata tnaqqis tal-multa minħabba dewmien sproporzjonalment twil tal-proċedura, li jmur kontra l-Artikolu 41 tal-Karta.

Ksur tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, minħabba l-ammont inkorrett tal-multa imposta fir-rigward tal-gravità tal-ksur, u stabbiliment inkorrett tal-“fattur ta’ dissważjoni” u sproporzjoni tal-ammont tal-multa b’mod assolut.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/54


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2010 — Justice & Environment vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-405/10)

()

2010/C 301/86

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Justice & Environment (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Černý, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-miżuri kkontestati (Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/135/UE u 2010/136/UE u r-risposta tal-Kummissjoni C(2010) 4632) nulli u bla effett.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/135/UE (1) u 2010/136/UE (2) dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodott tal-patata modifikat ġenetikament bħala ikel u għalf kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4632 li tiċħad it-talba għal reviżjoni interna ppreżentata mir-rikorrenti abbażi tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (3).

Insostenn tat-talba, ir-rikorrenti tibbaża ruħha fuq il-motivi li ġejjin.

Hija ssostni li fl-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet 2010/135/UE u 2010/136/UE, il-Kummissjoni kisret forom proċedurali sostanzjali fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE u l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/18/KE (4). Fl-opinjoni tar-rikorrenti d-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE peress li: l-evalwazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Kummissjoni kienet kontradittorja, il-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/18/KE, il-Kummissjoni kkunsidrat il-provi b’mod mhux eżawrjenti u injorat liġi emendata. Ir-rikorrenti ssostni ukoll li billi tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodott tal-patata modifikat ġenetikament, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/136/UE tikser ukoll ir-Regolament Nru 1829/2003/KE (5).

Barra minn dan, ir-rikorrenti tissottometti li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4632 hija illegali peress li tissanzjona l-illegalità taż-żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq billi ċaħdet it-talba għal reviżjoni interna ppreżentata mir-rikorrenti. Barra minn dan, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqqset milli tosserva l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizza u l-obbligi tagħha li tikkunsidra l-provi b’mod xieraq waqt il-proċess amministrattiv tat-teħid ta’ deċiżjonijiet peress li naqset milli tikkunsidra b’mod xieraq l-argumenti ppreżentati mir-rikorrenti fit-talba tagħha għal reviżjoni interna.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2010 dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-patata (Solanum tuberosum L. linja EH92-527-1) modifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal-lamtu (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1193) (ĠU L 53, 04.03.2010, p. 11).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ għalf magħmul mill-patata modifikata ġenetikament EH92-527-1 (BPS-25271-9) u traċċi tekniċi li ma jistgħux jiġu evitati jew aċċidentali tal-patata fl-ikel u prodotti oħra tal-għalf taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1196) (ĠU L 53, 04.03.2010, p. 15).

(3)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.09.2006, p. 13).

(4)  Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77).

(5)  Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/55


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 — Emesa-Trefilería u Industrias Galyca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/10)

()

2010/C 301/87

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Emesa-Trefilería, SA (Arteixo, Spanja) u Industrias Galyca, SA (Vitoria, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn taffettwa lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing, li fiha l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrenti, flimkien ma’ impriżi oħra, kienu kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw f’akkordju jew prattika miftehma fis-settur tal-azzar użat għall-prestressing fuq livell pan-Ewropew u/jew nazzjonali/reġjonali. Barra minn hekk, hija titlob l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuqhom.

Ir-rikorrenti jressqu tliet motivi insostenn ta’ dan ir-rikors.

L-ewwel nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni kisret id-dritt fundamentali għal proċess quddiem qorti imparzjali skont l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali sa fejn il-multa ġiet imposta minn awtorità amministrattiva li għandha kemm setgħat ta’ stħarriġ kif ukoll setgħat ta’ sanzjoni.

It-tieni nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni rrifjutat illegalment li tagħti lir-rikorrenti tnaqqis fil-multa tagħhom taħt l-Avviż tal-2002 dwar il-kooperazzjoni (1), billi d-deċiżjoni tibbaża ruħha b’mod kunsiderevoli fuq provi li joriġinaw minn Emesa.

Fl-aħħar nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni rrifjutat illegalment li tagħti immunità parzjali lir-rikorrenti taħt il-punt 23 tal-Avviż tal-2002 dwar il-kooperazzjoni, minkejja l-fatt li Emesa pprovdiet provi deċiżivi li kellhom effett fuq it-tul u l-gravità tal-ksur.


(1)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/55


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-408/10)

()

2010/C 301/88

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo u M. Merola, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment l-Artikoli 1, 2 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-23 ta’ Ġunju 2010, sa fejn dawn jirrigwardaw lil Roca Sanitario;

sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq Roca Sanitario, skont l-argumenti esposti fir-rikors, sa fejn il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li huwa rilevati għar-raġunijiet esposti hemmhekk jew għal raġunijiet oħra li l-Qorti Ġenerali tista’ tevalwa;

sussidjarjament, u fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi r-rikorsi l-oħra ppreżentati minn Roca France jew Laufen Austria billi tnaqqas il-multa imposta permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-23 ta’ Ġunju 2010, għal ksur imwettaq minn dawn il-kumpanniji li magħhom hija responsabbli in solidum Roca Sanitario, tirrikonoxxi d-dritt ta’ Roca Sanitario għal tnaqqis ekwivalenti tal-ammont tal-multa li hija responsabbli in solidum għaliha, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti minn Roca Sanitario.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rikors hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawżi T-364/10, Duravit et vs Il-Kummissjoni u T-368/10, Rubinetteria Cisal vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f’dawn il-kawżi.

Ir-rikorrenti ssostni, b’mod partikolari, żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-determinazzjoni tar-responsabbiltà in solidum għal-ksur allegatament imwettaq minn Roca France u Laufe Austria, peress li nqabeż b’mod kunsiderevoli l-ammont massimu tal-multa li jista’ jiġi impost skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1).

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata tinjora, mingħajr motivazzjoni, il-prova sostanzjali li hija pproduċiet, li tikkonfuta l-preżunzjoni li r-rikorrenti kienet teżerċità influenza deċiżiva fuq Roca France u Laufen Austria għall-finijiet tal-attribuzzjoni tar-responsabbiltà u tal-kalkolu tal-multa.

Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tmur kontra d-drittijiet tad-difiża, peress li tibbaża r-responsabbiltà tagħha fuq punti ta’ fatt u fuq evalwazzjonijiet suġġettivi li ma ssemmewx fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, u li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti ma ngħatatx l-opportunità li tippreżenta l-kummenti tagħha.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/56


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Bottega Veneta International vs UASI (Forma ta’ basket tan-nisa)

(Kawża T-409/10)

()

2010/C 301/89

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Bottega Veneta International Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Roncaglia, avukat, G. Lazzeretti, avukat, M. Boletto, avukat, E. Gavuzzi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tas-16 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ R 1247/2009-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-proċedimenti ta’ appell quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark li għandha bħala suġġett sinjal distintiv tridemensjonali magħruf bħala basket “veneta” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6632608), għal prodotti fil-klassi 18 (“basktijiet u basktijiet tan-nisa”)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 9(3)(a) tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/56


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Bottega Veneta International vs UASI (Forma ta’ basket tan-nisa)

(Kawża T-410/10)

()

2010/C 301/90

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Bottega Veneta International Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Roncaglia, avukat, G. Lazzeretti, avukat, M. Boletto, avukat, E. Gavuzzi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tas-16 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ R 1539/2009-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-proċedimenti ta’ appell quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark li għandha bħala suġġett sinjal distintiv tridimensjonali magħruf bħala baskett “Cabat” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6632566), għal prodotti fil-klassi 18 (“basktijiet u basktijiet tan-nisa”)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 9(3)(a) tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/57


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2010 — Laufen Austria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/10)

()

2010/C 301/91

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Laufen Austria AG (Wilhelmsburg, l-Awstrija) (rappreżentant: E. Navarro Varona, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikkjara n-nullità parzjali tal-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-23 ta’ Ġunju 2010, inkwantu tikkonċerna l-multa imposta fuq Laufen Austria (kemm meta kkunsidrata individwalment kif ukoll in solidum ma’ Roca Sanitario) minħabba l-allegat ksur tal-Artikolu 101 TFUE; u konsegwentement,

tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Laufen Austria kemm dik individwali kif ukoll in solidum ma’ Roca Sanitario, skont il-punti korrispondenti f’dan ir-rikors, sa fejn il-Qorti Ġenerali tqis li huwa opportun għall-motivi esposti jew motivi oħra li l-Qorti Ġenerali tista’ tqajjem; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rikors hija l-istess bħal dik ikkontestata fil-Kawża T-408/10, Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma simili għal dawk imqajma f’din il-kawża.

Laufen Austria ssostni, b’mod partikolari, li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni, inkwantu tikkunsidra li r-rikorrenti ma aġixxietx b’mod awtonomu fuq is-suq u billi tiddikkjara lil Roca Sanitario responsabbli tal-aġir tagħha.

F’dan ir-rigward, u sussidjarjament, hemm ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), u tal-prinċipji ta’ responsabbiltà individwali għal ksur u ta’ proporzjonalità, fir-rigward tal-ammont tal-multa imposta individwalment fuq ir-rikorrenti minħabba l-ksur allegatament imwettaq qabel ma nxtrat minn Roca Sanitario. Dan l-ammont jeċċedi l-10 % tal-fatturat għas-sena finanzjarja qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u ġie stabbilit b’mod żbaljat.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/57


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2010 — Roca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-412/10)

()

2010/C 301/92

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Roca (Saint Ouen L’Aumone, Franza) (rappreżentant: P. Vidal Martínez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara n-nullità parzjali tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ġunju 2010 sa fejn hija timponi multa sproporzjonata fuq Roca France għal ksur tal-Artikolu 101 TFUE; u konsegwentement

tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Roca France b’mod konformi mal-argumenti mressqa f’dan ir-rikors, sa fejn il-Qorti Ġenerali jidhrilha xierqa għar-raġunijiet esposti fir-rikors jew għal-raġunijiet oħrajn li l-Qorti Ġenerali tista’ tikkunsidra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rikors hija l-istess bħal fil-Kawżi T-408/10, Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni u T-411/10 Laufen Austria vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-allegazzjonijiet prinċipali huma simili għal dawk invokati f’dawn il-kawżi.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/58


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2010 — Nexans France vs Impriża Konġunta Fusion for Energy

(Kawża T-415/10)

()

2010/C 301/93

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nexans France SAS (Clichy, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Tran Thiet u J.-F. Le Corre, avukati)

Konvenuta: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

Talbiet tar-rikorrenti

tiddeċiedi li l-kuntratt ingħata wara proċedura li matulha nkisru l-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ aspettativi leġittimi, ta’ trasparenza, ta’ trattament ugwali u ta’ amministrazzjoni tajba;

tiddeċiedi li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi billi ħalliet lir-rikorrenti f’inċertezza rigward id-deċiżjoni tagħha li teskludi l-offerta tagħha qabel kwalunkwe eżami u billi informatha b’dan biss permezz tal-ittra tas-16 ta’ Lulju 2010;

tiddeċiedi li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi billi ċaħdet l-offerta tar-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 120.4 tar-regolament li jimplementa r-regolament finanzjarju;

tiddikjara nulla u bla effett d-deċiżjoni tas-16 ta’ Lulju;

tiddikjara nulla u bla efffett id-deċiżjoni tat-8 ta’ Lulju;

tiddikjara nulli u bla effett l-atti kollha adottati mill-konvenuta wara d-deċiżjonijiet tat-8 u tas-16 ta’ Lulju;

tagħti lir-rikorrenti kumpens ġust sa EUR 175 453 flimkien mal-interessi, b’effett mid-data tas-sentenza sa kemm isir il-ħlas kollu (b’riżerva tal-iffissar tal-ammont preċiż tas-suq u tal-kalkolu definittiv tal-ispejjeż tal-avukati, li jista’ biss jiġi kkomunikat fi tmiem din il-proċedura);

sussidjarjament, jekk fid-data li tingħata s-sentenza ma jkunx probabbli li ssir sejħa għal offerti oħra għall-kuntratt, tagħti lir-rikorrenti kumpens ġust sa EUR 50 175 453 flimkien mal-interessi, b’effett mid-data tas-sentenza sa kemm isir il-ħlas kollu (b’riżerva tal-iffissar tal-ammont preċiż tas-suq u tal-kalkolu definittiv tal-ispejjeż tal-avukati, li jista’ biss jiġi kkomunikat fi tmiem din il-proċedura);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti F4E-2009-OPE-18 (MS-MG), intiża sabiex jingħataw kuntratti għall-provvista ta’ materjal tal-elettriku (ĠU 2009/S 149-218279), u li jagħtu l-kuntratt lil offerent ieħor. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob il-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat mid-deċiżjonijiet ikkontestati.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka numru ta’ motivi bbażati:

fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ trasparenza, peress li l-konvenuta ma informatx lir-rikorrenti li l-offerta tagħha kienet ser tkun miċħuda mingħajr ma ġie evalwat jekk hija rrifjutat li tiffirma l-abbozz tal-kuntratt anness tal-kuntratt, u li b’hekk ma ppermettitx lir-rikorrenti tifhem il-portata tal-obbligi li kellha bħala offerenti;

fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi, inkwantu l-konvenuta tat garanziji lir-rikorrenti li hija ma kinitx ser tiċħad awtomatikament l-offerta ta’ din tal-aħħar;

fuq ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ opportunitajiet ugwali bejn il-kandidati ta’ kuntratt pubbliku inkwantu

s-sejħa għal offerti kienet organizzata b’mod li jiffavorixxi l-kandidatura tal-konsorzju ICAS (l-offerent li ngħata l-kuntratt), sa fejn it-termini previsti fil-kuntest tal-kuntratt huma manifestament insuffiċjenti u sproporzjonati u ma setgħux jiġu osservati fil-prattika mill-offerenti li ma humiex mgħammra b’linja ta’ produzzjoni speċifika, li kellu biss il-konsorzju ICAS;

kien hemm konflitt ta’ interessi tali li jiffavorixxi l-kandidatura tal-konsorzju ICAS, inkwantu persuna li taħdem għal membru tal-konsorzju ICAS ipparteċipat fil-proċedura tal-għażla tal-offerti u persuna oħra li taħdem għal membru tal-konsorzju ICAS ipparteċipat fil-preparazzjoni tas-sejħa għal offerti;

il-konsorzju ICAS ibbenifika minn informazzjoni li tagħtu vantaġġ minħabba ż-żjara, bħala espert ta’ ITER, ta’ persuna impjegata minn membru tal-konsorzju ICAS fil-fabbriki tar-rikorrenti fil-Korea, kif ukoll fil-fabbriki tal-kejbils fiċ-Ċina u fil-Ġappun;

fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-Artikoli 84 u 94 tar-regolament finanzjarju, peress li l-proċedura ta’ evalwazzjoni tkompliet minkejja li kien għad fadal offerta waħda u peress li l-konvenuta ma ħadet ebda azzjoni minkejja li r-rikorrenti informatha bl-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi li jiffavorixxi lill-konsorzju ICAS;

fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-konvenuta billi ċaħdet l-offerta tar-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 120(4) tar-regolament li jimplementa r-regolament finanzjarju, peress li dan l-artikolu ma jippermettix iċ-ċaħda awtomatika ta’ offerta mingħajr ma tiġi evalwata, ħlief jekk din ma tissodisfax xi kundizzjoni essenzjali jew xi kundizzjoni partikolari tal-ispeċifikazzjonijiet tal-proġett;

fuq il-fatt li l-allegat ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi kkawża dannu dirett u ċert lir-rikorrenti li abbażi tiegħu għandha dritt titlob kumpens.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/59


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Cortés del Valle López vs UASI (HIJOPUTA)

(Kawża T-417/10)

()

2010/C 301/94

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: D. Federico Cortés del Valle López (Maliaño, Spanja) (rappreżentant: J. Calderón Chavero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ R 175/2010-2;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2009;

tilqa’ l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, u

fil-każ li jopponi dan ir-rikors u fil-każ li t-talbiet tiegħu ma jintlaqgħux, tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “¡Qué buenu ye! HIJOPUTA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 39.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: nuqqas ta’ ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma tmurx kontra il-prinċipji aċċettati tal-moralità.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/59


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 — voestalpine und voestalpine Austria Draht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-418/10)

()

2010/C 301/95

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: voestalpine AG (Linz, l-Awstrija), voestalpine Austria Draht GmbH (Bruck an der Mur, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Ablasser-Neuhuber u G. Fussenegger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni C tal-Kummissjoni (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea fil-Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta lir-rikorrenti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors tar-rikorrenti huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni imponiet fuq ir-rikorrenti u kumpanniji oħra multi għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Il-Kummissjoni tallega li r-rikorrenti pparteċipaw fi ftehim kontinwu u/jew prattika miftiehma fis-settur tal-azzar użat għall-prestressing fis-suq intern taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

L-ewwel nett, huma jsostnu li ma kisrux l-Artikolu 101 TFUE. F’dan ir-rigward, huma jqisu li huwa żbaljat li l-Kummissjoni tallega li pparteċipaw fl-akkordju, li sar esklużivament permezz ta’ rappreżentant kummerċjali fl-Italja, billi dan ir-rappreżentant kummerċjali ma rrappreżentax lir-rikorrenti matul il-laqgħa tal-“Club Italia”, billi l-imġieba ta’ dan ir-rappreżentant kummerċjali mhux esklużiv ma tistax, fin-nuqqas ta’ għaqda ekonomika, tiġi imputata lir-rikorrenti, billi l-imputazzjoni awtomatika tal-atti ta’ rappreżentant kummerċjali mhux esklużiv magħmula mill-konvenuta tikser il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, u billi r-rikorrenti ma kellhom l-ebda għarfien tal-atti mwettqa mir-rappreżentant kummerċjali. Huma sussidjarjament isostnu li t-tul tal-ksur ġie ffissat b’mod żbaljat fir-rigward tar-rikorrenti.

It-tieni nett, ir-rikorrenti jikkontestaw li pparteċipaw fi ksur uniku, kumpless u kontinwu. F’dan ir-rigward, huma b’mod partikolari jsostnu li l-ksur imwettaq fil-“Club Italia” għandu jinżamm distint minn ksur ieħor imsemmi fid-deċiżjoni kkontestata. Barra minn dawn, huma jargumentaw li huma ma pparteċipawx fi ksur uniku, kumpless u kontinwu peress li huma ma kinux jafu bil-pjan ġenerali, peress li ma setgħux raġonevolment jantiċipaw dan il-pjan u peress li ma kinux lesti li jassumu r-riskju li jista’ jirriżulta minnu.

Fl-aħħar nett, fit-tielet motiv tagħhom, ir-rikorrenti jippreċiżaw li l-multa ġiet ikkalkulata b’mod żbaljat. F’dan il-kuntest, huma jsostnu ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-Kummissjoni mmultathom b’mod sproporzjonat meta qamu kwistjonijiet legali ġodda (u imprevedibbli), u multa li hija l-istess sempliċement mill-fatt li kienu jafu bil-ksur imwettaq minn kumpanniji oħra. Barra minn dan, ir-rikorrenti jsostnu li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, tal-linji gwida li jirregolaw il-multi (1), tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll tad-dritt għal proċedura ġusta.


(1)  Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/60


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2010 — Ori Martin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-419/10)

()

2010/C 301/96

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ori Martin SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Ziotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Europea C(2010) 4387 finali tat-30 ta’ Ġunju 2010 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar għall-prestressing), fil-parti fejn din iżżommha responsabili għall-imġieba kkundanata;

tannulla jew tnaqqas il-multa imposta skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess tal-Kawża T-385/10 ArcelorMittal Wire France et vs Il-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti ssostni illi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Ġunju 2010 C(2010) 4387 finali hija illegali inkwantu tattribwilha responsabbiltà sempliċement għaliex għandha l-proprjetà (kważi) totalitarja tal-kumpannija li lilha ġie attribwit l-allegat aġir kollusiv sanzjonat skont l-Artikolu 101 TFUE.

B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni:

Il-ksur tal-Artikolu 25(1(b) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, inkwantu s-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multa kienet preskritta fil-każ inkwistjoni.

Il-ksur tal-Artikolu 101 TFUE, kif ukoll tal-prinċipji tan-natura personali tar-responsabbiltà u tal-pieni, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ nondiskriminazzjoni, inkwantu l-Kummissjoni timponi fuq ir-rikorrenti responsabbiltà oġġettiva vera u proprja għall-aġir possibbilment illegali mwettaq mill-kumpannija sussidjarja, responsabbiltà li hija s-suġġett ta’ preżunzjoni assoluta, li fir-realtà ma tistax tiġi ribattuta. Responsabbiltà tali marbuta mal-proprjetà ma hijiex riflessa u hija kuntrarja għall-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza Komunitarja relatata mal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE fil-kamp ta’ gruppi ta’ kumpanniji.

Il-ksur tal-prinċipju ta’ responsabbiltà limitata tal-kumpanniji b’kapital azzjonarju li jinsab fid-dritt tal-kumpanniji li huwa l-istess fid-dritt tal-Istati Membri u fl-istess dritt tal-Unjoni Ewropea.

Ori Martin sussegwentement titlob l-annullament jew, tal-inqas, ir-riduzzjoni sinjifikattiva tal-multa imposta.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/61


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2010 — Armani vs UASI — Annunziata Del Prete (AJ AMICI JUNIOR)

(Kawża T-420/10)

()

2010/C 301/97

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Georgio Armani SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentant: M. Rapisardi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Annunziata Del Prete (Napoli, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannula d-Deċiżjoni R 1360/2009-2 tat-Tieni Bord tal-Appell, tat-8 ta’ Lulju 2010, għall-applikazzjoni żbaljata u kuntrarja tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn ma rrikonoxxietx l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti;

tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti, kif esposti fil-proċidementi ta’ oppożizzjoni u skont id-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tiċħad fl-intier tagħha l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6 314 462 irreġistrata f’isem “Annunziata Del Prete”, skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, għall-prodotti u s-servizzi identifikati minnha;

tordna lill-UASI sabiex jeżegwixxi d-deċiżjoni u jirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark “AJ Amici Junior”;

tikkundanna lill-UASI, separatament jew flimkien mal-parti l-oħra fil-proċeduri, Annunziata Del Prete, sabiex ibati l-ispejjeż kollha inkorsi matul il-proċeduri kollha;

tiddeċiedi, minħabba l-annullament, li jiġu deċiżi favur ir-rikorrenti l-ispejjeż inkorsi matul dawn il-proċeduri, inklużi dawk inkorsi fl-istadju tal-appell, skont l-Artikolu 91(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Annunziata del Prete.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “AJ Amici Junior” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 314 462), sabiex tiddistingwi prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark Taljana figurattiva li fiha l-element verbali “AJ Armani Jeans” (Nru 912 114), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 35, u trade mark Taljana figurattiva li fiha l-element verbali “ARMANI JUNIOR” (Nru 998 554) għal prodotti fil-klassijiet 25 u 35.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Komunitarju (KE) Nru 207/2009 dwar l-eżistenza ta’ probbabiltà ta’ konfużjoni bejn trade marks kunfliġġenti u prodotti identifikat minnhom.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/61


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2010 — Cooperativa Vitivinícola Arousana vs UASI — Constantina Sotelo Ares (ROSALIA DE CASTRO)

(Kawża T-421/10)

()

2010/C 301/98

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega (Meaño, Spanja) (rappreżentant: E. Sánchez-Quiñones González, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Doña Constantina Sotelo Ares (Cambados, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Lulju 2010, fil-Każ R 1804/2008-4;

tadotta deċiżjoni li tordna r-reġistrazzjoni tat-Trade mark 5635867 ROSALIA DE CASTRO għall-klassijiet 32, 33 u 35, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.filwaqt li tannulla dawk imposti fuq ir-rikorrenti mill-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: trade mark verbali “ROSALIA DE CASTRO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 33 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni: Doña Constantina Sotelo Ares.

Trade mark jew sinjal invokat fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni: it-trade mark verbali Spanjola “ROSALIA” għal prodotti u servizzi fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni milqugħha.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/62


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2010 — Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/10)

()

2010/C 301/99

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Global Steel Wire, SA (Cerdanyola del Vallés, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u A. Tresandí Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

prinċiparjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Europea C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, Każ COMP/38.344 — Azzar għall-prestressing, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas, skont l-Artikolu 261 tat-TFUE, l-ammont tal-multa imposta permezz tal-imsemmija deċiżjoni; u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess tal-Kawża T-426/10, Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati f’din il-kawża.

B’mod partikolari, ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni Ewropea ma osservatx in-natura tal-provi rikjesta mill-ġurisprudenza Komunitarja sabiex tistabbilixxi r-responsabbiltà ta’ GSW fit-tmexxija tas-sussidjarji tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea ma pprovatx illi GSW setgħet teżerċita influwenza determinanti fil-ġestjoni tal-kumpanniji sussidjarji tagħha.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/63


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2010 — AF vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-61/10)

()

2010/C 301/100

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AF (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba għal assistenza dwar fastidju psikoloġiku li r-rikorrenti tqis li kienet vittma tiegħu u t-talba għall-kumpens għad-danni morali subiti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni Nru 24938, mogħtija fit-28 ta’ Settembru 2009, li biha l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal assistenza D/300/09 imressqa mir-rikorrenti skont l-Artikolu 24 tal-Istatut, li tirrigwarda l-fastidju psikoloġiju subit/jew li sofriet fis-servizz tal-imsemmija Kummissjoni matul il-perijodu minn April 2004 sa April 2009, suġġett għal riżerva ġenerali;

talloka lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 600 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti minħabba l-fastidju u l-konsegwenzi fuq saħħitha;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/63


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2010 — Coedo Suárez vs Il-Kunsill

(Kawża F-73/10)

()

2010/C 301/101

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ángel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li tiċħad it-talba għad-danni tar-rikorrent u t-talba għall-kumpens tad-dannu materjali u morali mġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba għad-danni tar-rikorrent u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment;

fir-rigward tal-kumpens tad-dannu materjali, tikkundanna lill-konvenut iħallas somma stabbilita b’mod provviżorju u ex aequo et bono bħala EUR 450 000, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata legali b’effett mis-sentenza eventwali;

fir-rigward tal-kumpens tad-dannu morali, tikkundanna lill-konvenut, prinċipalment, sabiex iqiegħed debitament lir-rikorrent fil-pożizzjoni li kien fiha qabel u sabiex iħallsu EUR 1 simboliku jew, sussidjarjament, sabiex iħallsu somma stabbilita b’mod provviżorju u ex aequo et bono bħala EUR 300 000, miżjuda bl-interess moratorji bir-rata legali b’effett mis-sentenza eventwali;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/63


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2010 — Kimman vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/10)

()

2010/C 301/102

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eugène Emile Kimman (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2008.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/64


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2010 — Scheefer vs Il-Parlament

(Kawża F-75/10)

()

2010/C 301/103

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Séverine Scheefer (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: C. L’Hote-Tissier, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenut li jirrifjutaw li jagħtu deċiżjoni motivata fir-rigward tas-sitwazzjoni ġuridika tar-rikorrenti u li jirrifjutaw in fine ir-riklassifikazzjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti għal impjieg għal perijodu indeterminat skont l-Artikolu 8(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, kif ukoll il-kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jissospendi l-proċeduri quddiemu sakemm tingħata d-deċiżjoni fil-Kawża F-105/09 li tinsab pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea;

inkella jannulla d-deċiżjonijiet tal-11 ta’ Frar 2010 u tal-10 ta’ Ġunju 2010 li permezz tagħhom il-Parlament irrifjuta, billi sempliċiment irrefera għall-ittra tiegħu tat-12 ta’ Ottubru 2009, li jagħti deċiżjoni motivata fir-rigward tas-sitwazzjoni ġuridika tar-rikorrenti kif ukoll, in fine, minkejja żewġ tiġdid suċċesivi, ir-riklassifikazzjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti għal kuntratt għal perijodu indeterminat;

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta’ Frar 2009;

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta’ Ottubru 2009;

jannulla l-klassifikazzjoni ġuridika tal-kuntratt inizjali kif ukoll id-data tal-iskadenza tiegħu, stabbilita għall-31 ta’ Marzu 2009;

għaldaqstant jirriklassifika l-impjieg tar-rikorrenti bħala impjieg għal perijodu indeterminat;

jikkumpensa d-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Parlament;

sussidjarjament, u fil-każ remot li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jasal għall-konklużjoni li minkejja li sar kuntratt għal impjieg għal perijodu indeterminat, ir-relazzjoni ta’ xogħol kienet spiċċat — li ma hux aċċettat-, jagħti danni għal xoljiment abbużiv tar-rabta kuntrattwali;

b’mod iktar sussidjarju, u fil-każ remot li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jasal għall-konklużjoni li l-ebda riklassifikazzjoni ma hija possibbli — li ma hux aċċettat-, jagħti danni għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-aġir żbaljat tal-Parlament Ewropew;

jirriżerva lir-rikorrenti d-drittijiet, ir-rimedji, il-mezzi u l-azzjonijiet l-oħra kollha, u b’mod partikolari l-kundanna mill-Parlament għad-danni konnessi mad-dannu mġarrab;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/64


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2010 — Colart et vs Il-Parlament

(Kawża F-76/10)

()

2010/C 301/104

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe Colart (Bastogne, il-Belġju) et (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tal-istqarriji ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarriji ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-istqarriji ta’ remunerazzjoni tagħhom RG 2009 (arretrati ta’ aġġustament minn Lulju sa Diċembru 2009), l-istqarriji ta’ remunerazzjoni tagħhom minn Jannar 2010 u l-istqarriji ta’ remunerazzjoni sussegwenti, inkwantu dawn l-istqarriji japplikaw rata ta’ aġġustament ta’ 1.85 % minflok 3.70 % abbażi tar-Regolament (UE, Euratom 1296/2009) tal-Kunsill, tat-23 ta’ Diċembru 2009, filwaqt li jżommu fis-seħħ l-effetti ta’ dawn l-istqarriji sal-aġġustament tal-istqarriji l-ġodda billi japplikaw b’mod korrett l-Artikoli 65 u 65a tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikoli 1 u 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal (verżjoni 2010);

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/65


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Arroyo Redondo vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/10)

()

2010/C 301/105

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fernando Arroyo Redondo (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi għall-grad AD10 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ippubblikata fl-20 ta’ Novembru 2009, li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi mill-grad AD9 għall-grad AD10 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009;

konsegwentement, tagħmel rieżami komparattiv tal-merti tar-rikorrent u ta’ dawk tal-kandidati l-oħra taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u tagħti lir-rikorrent il-promozzjoni għall-grad AD10 b’effett retroattiv mill-l ta’ Marzu 2009 kif ukoll il-ħlas tal-interessi fuq l-arretrati ta’ rimunerazzjoni bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, b’effett mill-l ta’ Marzu 2009, b’żieda ta’ żewġ punti, mingħajr, madankollu, ma tiġi affettwata l-promozzjoni tal-uffiċjali l-oħra promossi u li l-ismijiet tagħhom jidhru fil-lista ppubblikata fl-20 ta’ Novembru 2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/65


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2010 — Antelo Sanchez et vs Il-Parlament

(Kawża F-78/10)

()

2010/C 301/106

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Pilar Antelo Sanchez (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut, riprodotta fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti, li tillimita l-aġġustament tas-salarji ta’ kull xahar tagħhom minn Lulju 2009 għal żieda ta’ 1.85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħra fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta’ Diċembru 2009

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu tiffissa rata ta’ aġġustament tal-pagi għal 1.85 % skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għal dawn ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet;

tagħtihom il-benefiċċju tal-interessi moratorji, ikkalkolati skont ir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew, dovuti fuq l-ammont kollu li jikkorrispondi għad-differenza bejn il-pagi li jinsabu fid-dikjarazzjoniijiet tas-salarji minn Jannar 2010 u dawk li għad iridu jitranġaw għall-perijodu minn Lulju 2009 sa Diċembru 2009 u l-pagi li hija kellha dritt għalihom, sad-data meta dawn il-pagi jitranġaw;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/66


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2010 — Dubus vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-79/10)

()

2010/C 301/107

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Charles Dubus (Tervuren, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tinkludix ir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AST4/C taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u talba għal kumpens għad-dannu morali subit.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ippubblikata fl-20 ta’ Novembru 2009, li ma tinkludix ir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi mill-grad AST3/4 fil-grad AST4/C taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009;

bħala konsegwenza ta’ dan l-annullament, twettaq mill-ġdid eżami komparattiv tal-merti tar-rikorrent u tal-kandidati l-oħra taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u tippromwovi lir-rikorrent fil-grad AST4C b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2009 kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq l-arretrati tar-remunerazzjoni bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, mill-1 ta’ Jannar 2009, miżjuda b’żewġ punti, mingħajr ma tikkuntesta l-promozzjoni ta’ uffiċjali oħra promossi u li l-ismijiet tagħhom huma inklużi fil-lista ppubblikata fl-20 ta’ Novembru 2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 3 500 bħala kumpens għad-dannu morali subit minħabba li ma ġiex promoss fl-1 ta’ Jannar 2009, bla ħsara għall-possibbiltà li din is-somma tiġi miżjuda matul il-proċeduri;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/66


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Praskevicius vs Il-Parlament

(Kawża F-81/10)

()

2010/C 301/108

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vidas Praskevicius (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AD6 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u talba għall-kumpens għad-danni morali subiti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-21 ta’ Ġunju 2010, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-24 ta’ Novembru 2009, innotifikata fit-2 ta’ Diċembru 2009, li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AD6 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2009;

tindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-effetti li jġib miegħu l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, b’mod partikolari l-klassifikazzjoni fil-grad AD 6, kif ukoll ir-retroattività tal-promozzjoni fil-grad AD 6 mid-data ta’ meta din kellha ssir effettiva, jiġifieri, l-1 ta’ Jannar 2009;

tagħti lir-rikorrent EUR 500 bħala kumpens għad-danni morali subiti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.