|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.298.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 298/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
2010/C 298/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5975 – Lion Capital/Picard Groupe) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 298/03 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2010/C 298/04 |
Rapport Speċjali Nru 7/2010 Verifika tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet |
|
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
|
2010/C 298/05 |
Ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE |
|
|
2010/C 298/06 |
Ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 298/07 |
||
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2010/C 298/08 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 298/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5913 – CEZ/EPH/Mibrag Group) ( 1 ) |
|
|
2010/C 298/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5785 – Sun Capital/DSM Special Products) ( 1 ) |
|
|
2010/C 298/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6025 – Ardagh/Impress) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 298/12 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 298/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
29.9.2010 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 702/09 |
||||
|
Stat Membru |
Ir-Repubblika Ċeka |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Podpora na rekonstrukci lanové dráhy na Sněžku |
||||
|
Il-bażi legali |
— |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||
|
L-għan |
Żvilupp reġjonali, Il-ħarsien tal-ambjent |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: CZK 250 miljun |
||||
|
L-intensità |
Miżura li mhix għajnuna |
||||
|
It-tul ta' żmien |
2010-2013 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Trasport |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
10.5.2010 |
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 35/10 |
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|
Reġjun |
Niedersachsen and Bremen |
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Förderung von Film- und Fernsehproduktionen in den Bundesländern Niedersachsen und Bremen: Nordmedia Fonds GmbH — Verlängerung der Beihilferegelung N 411/04 und N 229/07 |
|
Il-bażi legali |
§ 44 niedersäsische LHO, Richtlinie zur Kulturwirtschaftlichen Film- und Medienförderung der Nordmedia Fonds GmbH |
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|
L-għan |
Kultura |
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja rimborsabbli |
|
L-estimi |
Baġit annwali: EUR 12,2 miljun Baġit globali: EUR 36,6 miljun |
|
L-intensità |
50 % |
|
It-tul ta' żmien |
31.12.2012 |
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport |
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Nordmedia Fonds GmbH |
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
29.6.2010 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 245/10 |
||||
|
Stat Membru |
Is-Slovenja |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Third extension of the Slovenian guarantee scheme for credit institutions (N 531/08) |
||||
|
Il-bażi legali |
Zakon o javnih financah (Uradni list RS, št. 79/1999, 124/2000, 79/2001, 30/2002, 56/2002 – ZJU, 110/2002 – ZDT-B, 127/2006 – ZJZP, 14/2007 – ZSPDPO) Uredba o merilih in pogojih za izdajanje poroštev po 86. a členu Zakona o javnih financah (Uradni list RS, št. 115/2008) |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 8 000 miljun |
||||
|
L-intensità |
— |
||||
|
It-tul ta' żmien |
1.7.2010-31.12.2010 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5975 – Lion Capital/Picard Groupe)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 298/02
Fit-30 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5975. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/5 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
1,00 % fl-1 ta’ Novembru 2010
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-3 ta’ Novembru 2010
2010/C 298/03
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4014 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
113,67 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4553 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87030 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3240 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,3761 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,2080 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,497 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
272,00 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7097 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9327 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2978 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,9768 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4058 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4136 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,8624 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,8093 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,8049 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 555,48 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,6805 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,3559 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3432 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 497,56 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3233 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,472 |
|
RUB |
Rouble Russu |
43,1885 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
41,694 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,3706 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,2162 |
|
INR |
Rupi Indjan |
62,1240 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/6 |
Rapport Speċjali Nru 7/2010 “Verifika tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet”
2010/C 298/04
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 7/2010 “Verifika tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu
Verżjoni stampata jew fuq CD-ROM tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:
|
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
|
Unità tal-Komunikazzjoni u Rapporti |
|
12, rue Alcide De Gasperi |
|
1615 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
|
Tel. +352 4398-1 |
|
Posta elettronika: euraud@eca.europa.eu |
jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fil-EU-Bookshop.
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/7 |
Ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE
2010/C 298/05
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
21 ta' Ġunju 2010 |
||||
|
Numru tal-każ |
: |
67159 |
||||
|
Nru tad-Deċiżjoni |
: |
253/10/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
: |
L-Islanda |
||||
|
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
: |
Skema ta' għajnuna għas-salvataġġ li tinvolvi likwidazzjoni tal-pretensjonijiet tal-Bank Ċentrali tal-Islanda dwar banek ta' tfaddil |
||||
|
Bażi legali |
: |
Artikolu 61(3)(b) taż-ŻEE |
||||
|
Tip ta’ miżura |
: |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
Objettiv |
: |
Rimedju għal taqlib serju fl-ekonomija |
||||
|
Forma ta' għajnuna |
: |
Likwidazzjoni tal-pretensjonijiet |
||||
|
Baġit |
: |
ISK 9,345 miljuni |
||||
|
Tul ta’ żmien |
: |
L-iskema ġiet temporanjament approvata sal-21 ta' Diċembru 2010 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
: |
Is-settur finanzjarju |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
: |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/8 |
Ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE
2010/C 298/06
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
7 ta' Lulju 2010 |
||||
|
Numru tal-każ |
: |
67488 |
||||
|
Numru tad-Deċiżjoni |
: |
292/10/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
: |
In-Norveġja |
||||
|
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
: |
Emenda għas-Sistema ta' Taxxa Speċjali Norveġiża għat-trasport bil-baħar |
||||
|
Bażi legali |
: |
Artikolu 61(3)(c) |
||||
|
Tip ta’ miżura |
: |
Skema ta' Għajnuna |
||||
|
Għan |
: |
Promozzjoni tas-settur marittimu |
||||
|
Forma ta' għajnuna |
: |
Eżenzjonijiet mit-Taxxa |
||||
|
Baġit |
: |
0 |
||||
|
Tul ta' żmien |
: |
Sena ta' introjtu 2010 |
||||
|
Settur ekonomiku |
: |
Settur marittimu |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna |
: |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/9 |
Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2011 tas-Seba’ Programm Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni
2010/C 298/07
Qiegħed jingħata avviż hawnhekk dwar it-tnedija tas-sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2011 tas-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (2007 sa 2013).
Qiegħda tintbagħat stedina għal proposti għas-sejħa li ġejja. L-iskadenzi u l-baġit tas-sejħa huma mogħtija fit-test tas-sejħa li huwa ppubblikat fil-websajt CORDIS u l-websajt Portal tal-Parteċipanti.
Programm ta’ Ħidma Ideat
|
Titlu tas-Sejħa |
Għotja tal-Investigaturi Avvanzati tal-ERC |
|
Identifikatur tas-Sejħa |
ERC-2011-AdG |
Din is-sejħa għal proposti hija relatata mal-programm ta’ ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4898 tad-19 ta’ Lulju 2010.
Informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta’ ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif jiġu sottomessi l-proposti hija disponibbli permezz tal-websajts rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea:
|
|
http://cordis.europa.eu/fp7/dc/index.cfm?fuseaction=UserSite.FP7CallsPage u |
|
|
http://ec.europa.eu/research/participants/portal/appmanager/participants/portal |
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/10 |
Azzjoni mressqa fit-18 ta' Awwissu 2010 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda
(Każ E-12/10)
2010/C 298/08
Fit-18 ta' Awwissu 2010 ittieħdet azzjoni fil-Qorti tal-EFTA kontra l-Islanda mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis u Ólafur Jóhannes Einarsson, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, rue Belliard/Belliardstraat 35, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA talbet lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:
|
(1) |
Billi żammet fis-seħħ l-Artikoli 5 u 7 tal-Att Nru 45/2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-impriżi barranin li jibagħtu ħaddiema temporanjament fl-Islanda u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjegar tal-ħaddiema tagħhom, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi li jfiġġu mill-Artikolu 36 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 3 tal-Att imsemmi fil-punt 30 tal-Anness XVIII tal-Ftehim taż-ŻEE, id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi, kif adottata għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tal-Islanda għandha tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet legali miġjuba bħala sostenn:
|
— |
L-applikazzjoni tikkonċerna liema kundizzjonijiet l-Istati taż-ŻEE jistgħu jimponu rigward il-kundizzjonijiet tal-impjiegi tal-ħaddiema pustjati fit-territorju tagħhom. |
|
— |
Huwa dikjarat fl-Applikazzjoni li l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi, moqri flimkien mal-Artikolu 36 taż-ŻEE, jippermetti biss l-impożizzjoni tal-kundizzjonijiet minimi elenkati fl-Artikolu 3(1)(a)-(g) tad-Direttiva. |
|
— |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tiddikjara li l-Artikoli disputati tal-Att Nru 45/2007 (l-Att dwar l-Ippustjar) jimponu kundizzjonijiet mhux previsti minn ebda mis-sottoparagrafi tal-Artikolu 3 u li konsegwentement jiksru l-Artikolu 3 u l-Artikolu 36 taż-ŻEE. |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5913 – CEZ/EPH/Mibrag Group)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 298/09
|
1. |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha HC Fin3 NV (il-Pajjiżi l-Baxxi) hi proprjetà sħiħa tal-Energetický a průmyslový holding, a.s. (“EPH”, Repubblika Ċeka), u ČEZ, a.s. (“ČEZ”, Repubblika Ċeka) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet l-Amalgamazzjonijiet kontroll konġunt tal-JTSD Braunkohlebergbau GmbH (“JTSD”, Ġermanja) flimkien mal-propjetà sħiħa sussidjarja tagħha Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH (“Mibrag”, Ġermanja, Mibrag u s-sussidjarji tagħha li kollettivament huma msejħa “Mibrag Group”) li bħalissa huma kkontrollati mis-Severočeské doly a.s., sussidjarja ta' ČEZ (“SD” Repubblika Ċeka) u s-Sur Křetínský għandhom il-propjetà sħiħa ta' vettura bi skop speċjali, jiġifieri, Lignite Investments (Ċipru), permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5913 – CEZ/EPH/Mibrag Group, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5785 – Sun Capital/DSM Special Products)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 298/10
|
1. |
Fit-23 lulju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Sun Capital Partners IV, LP (“Sun Capital Partners Fund”, l-Istati Uniti tal-Amerika), propjetà tal-grupp Sun Capital Partners tikseb permezz tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll ta' DSM Special Products BV (“DSP”, il-Pajjiżi l-Baxxi) sussidjarja ta' Royal DSM NV, permezz tax-xiri ta' ishma u assi. |
|
2. |
Din in-notifika ġiet dikjarata mhux kompluta fis-26/08/2010. L-impriżi konċernati issa provdew l-informazzjoni li kienet meħtieġa. In-notifika saret kompluta fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet 26 ottubru 2010. |
|
3. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Sun Capital Partners Fund: investiment ta’ ekwità privata, — għal DSP: produzzjoni ta' kimiċi fini, intermedjarji industrijali u adittivi tal-ikel. |
|
4. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riservata. |
|
5. |
Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea. L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301) jew bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza COMP/M.5785 – SUN CAPITAL/DSM SPECIAL PRODUCTS, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6025 – Ardagh/Impress)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 298/11
|
1. |
Fis-26 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża(i) Ardagh Glass Group SA (minn issa 'l quddiem “Ardagh”, il-Lussemburgu), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Impress Coöperatieve UA (“Impress”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6025 – Ardagh/Impress, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/14 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2010/C 298/12
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“GRUYÈRE”
Nru tal-KE: FR-PGI-0005-0612-25.06.2007
IĠP ( X ) DOP ( )
1. Isem:
“Gruyère”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz:
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
|
Klassi 1.3 – |
Ġobon |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih jappika l-isem f’(1):
Il-Gruyère huwa ġobon magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqra. Ikun f'forma ta' ġobna kbira ċatta u ftit imżaqqa, bil-ġnub ġejjin fit-tond. Id-dijametru tiegħu jvarja bejn 53 u 63 ċentimetru b'għoli ta' bejn 13 u 16-il ċentimetru.
Il-qoxra tiegħu qisha maħkuka, solida u mrammla, b'kulur isfar dehbi li jagħti fil-kannella. Huwa ġobon iebes imsajjar u ppressat, lewn l-avorju fl-isfar ċar, u li għandu jkollu fih toqob ta' daqs li jvarjaw fid-daqs bejn dak ta' piżella għal dak ta’ ċirasa u li għandu aromi u togħmiet karatteristiċi, li jiġu l-aktar mill-fermentazzjonijiet propjoniċi.
Il-kontenut tax-xaħam fil-ġobon ivarja bejn 47 u 52 % wara li dan jitnixxef kompletament. Il-kontenut tal-materja niexfa tiegħu ma jistax ikun anqas minn 62 %.
Il-kontenut tal-melħ għandu jkun bejn 0,6 u 1,7 grammi ta’ klorur tas-sodju għal kull 100 gramma ġobon.
Il-proċess ta' maturazzjoni ta' dan il-ġobon jieħu mill-inqas 120 ġurnata.
Fuq kull ġobna mibjugħa fl-ambitu tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Gruyère”, għandha titqiegħed faxxa bħala marka fil-ġenb tiegħu qabel mal-ġobon jinħareġ mill-kantina tal-maturazzjoni.
Il-Gruyère jista' jinbiegħ ukoll f’porzjonijiet jew bħala ġobon maħkuk.
Is-saff ta' xaħam mal-qoxra (imsejjaħ “morge”) jista' jitneħħa mill-porzjonijiet ippakkjati li jiżnu mill-inqas 40 gramma bil-kundizzjoni li dawn ikollhom bilfors parti mrammla tal-ġobon, li tinkludi l-qoxra, li fuqha tkun għadha tidher il-marka tad-drapp jew tal-moffa.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Il-ħalib użat għall-manifattura ġej biss minn merħliet tal-ħalib magħmula minn baqar ta' razez lokali tradizzjonali u li huma mdorrija fil-ħamrija taż-żona: Abondance, Tarentaise, Montbéliarde, Vosgienne, Simmental française.
Sabiex il-kwalità tal-ħalib tiġi ppreservata, it-tul ta' żmien minn meta l-ħalib jinġabar mill-ewwel produttur tal-ħalib sa meta jitħalla fil-post fejn isir il-ġobon ma għandux jaqbeż is-6 sigħat.
Sabiex il-ħalib użat għall-manifattura tal-ġobon jiffermenta hemm bżonn ta' levitazzjoni naturali ppreparata permezz tax-xorrox u/jew tames naturali msajjar mill-ġdid. Dawn il-preparazzjonijiet jipproduċu mill-inqas laktobaċilli termofiliċi li jagħtu l-kontribut tagħhom fil-proċess ta' aċidifikazzjoni.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
Sabiex tkun garantita rabta mill-qrib bejn il-ħamrija u l-prodott permezz ta' għalf speċifiku fiż-żona ġeografika, l-għalf bażiku tal-baqar tal-ħalib huwa magħmul minn ħaxix u tiben, ir-razzjon totali għall-merħla tal-ħalib huwa dak ta' mill-inqas 70 % ikkalkulat fuq il-materja niexfa tal-għalf prodott fl-istabbilment ta' produzzjoni, mill-inqas 80 % tal-għalf oħxon li jittiekel mill-merħla tal-ħalib ġej miż-żona ġeografika. Kull baqra tal-ħalib tieħu mhux iżjed minn 1 800 kg ta' għalf kumplimentari kull sena.
Foraġġ iffermentat, kemm jekk f'forma ta' ħażna ta' ħaxix tal-għalf jew le, huwa tip ta' għalf ipprojbit għall-merħla tal-ħalib matul is-sena kollha, minħabba riskji teknoloġiċi marbuta ma' dawn il-prattiċi waqt il-manifattura u l-maturazzjoni tal-ġobon.
Fl-istabbilmenti ta' produzzjoni huma awtorizzati biss il-materja prima u l-għalf kumplimentari li ġejjin minn prodotti li mhumiex transġeniċi, sabiex jinżamm il-karattru tradizzjonali tal-għalf.
Sabiex il-prattika tradizzjonali tal-mergħa tiġi kkonservata, is-sistemi ta' biedja li fihom l-għalf kollu jingħata fil-ħawt huma pprojbiti. Huwa obbligatorju tul ta' żmien minimu ta' 150 ġurnata fis-sena ta' mergħa.
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika speċifika:
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura u l-maturazzjoni tal-ġobon għandhom isiru kollha fiż-żona ġeografika.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:
Ma jistax ikun hemm operazzjonijiet simultanji li jinvolvu prodott ieħor li mhuwiex il-Gruyère waqt it-tqattigħ u l-ippakkjar.
L-użu ta' additivi, jew ta' aġenti kontra t-tagħqid tal-ġobon huwa pprojbit waqt l-operazzjonijiet ta' tħakkik.
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:
It-tikettar tal-ġobon li jibbenifika minn indikazzjoni ġeografika protetta “Gruyère” għandu jkollu l-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta miktub b'ittri li mill-inqas għandhom ikunu daqs l-akbar ittri li hemm fuq it-tikkettar. L-użu ta' kwalifikattivi jew indikazzjonijiet oħrajn imwaħħlin fuq l-indikazzjoni ġeografika protetta msemmija huwa pprojbit fit-tikkettar, fil-pubbliċità, fil-fattura jew fuq dokumenti kummerċjali.
Il-logo komunitarju “IĠP” għandu jidher fuq it-tikkettar.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Il-produzzjoni tal-ħalib, l-ipproċessar u l-maturazzjoni tal-ġobon iridu jsiru fiż-żona ġeografika li tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:
|
|
Fid-dipartiment ta' Ain Fil-cantons ta' Ambérieu-en-Bugey, Bellegarde-sur-Valserine, Belley, Brénod, Ceyzériat, Champagne-en-Valromey, Coligny, Collonges, Ferney-Voltaire, Gex, Hauteville-Lompnes, Izernore, Lagnieu, Lhuis, Nantua, Oyonnax-Nord, Poncin, Pont-d’Ain, Saint-Rambert-en-Bugey, Seyssel, Treffort-Cuisiat, Virieu-le-Grand, Péronnas, Oyonnax-Sud, Viriat, Oyonnax, Bourg-en-Bresse. |
|
|
Fid-dipartiment ta' Côte-d’Or Fil-cantons ta' Fontaine-Française, Saint-Jean-de-Losne, Seurre. |
|
|
Fid-dipartiment ta' Doubs Il-muniċipalitajiet kollha. |
|
|
Fid-dipartiment ta' Isère Fil-cantons ta' Saint-Laurent-du-Pont et de Touvet. |
|
|
Fid-dipartiment ta' Jura Il-muniċipalitajiet kollha. |
|
|
Fid-dipartiment ta' Haute-Marne Fil-cantons ta' Bourbonne-les-Bains, Bourmont, Clefmont, Fayl-la-Forêt, Laferté-sur-Amance, Langres, Longeau-Percey, Val-de-Meuse, Neuilly-l’Evêque, Nogent, Prauthoy, Terre-Natale. |
|
|
Fid-dipartiment ta' Haute-Saône Il-muniċipalitajiet kollha. |
|
|
Fid-dipartiment ta' Saône-et-Loire Fil-cantons ta' Beaurepaire-en-Bresse, Cuiseaux, Pierre-de-Bresse, Saint-Germain-du-Bois. |
|
|
Fid-dipartiment ta' Savoie Il-muniċipalitajiet kollha. |
|
|
Fid-dipartiment ta' Haute-Savoie Il-muniċipalitajiet kollha. |
|
|
Fid-dipartiment ta' Vosges Fil-cantons ta' Bains-les-Bains, Darney, Lamarche, Monthureux-sur-Saône, Plombières-les-Bains, Xertigny. |
|
|
Fid-dipartiment ta' Territoire de Belfort Fil-cantons ta' Delle, Fontaine, Giromagny, Rougemont-le-Château, Valdoie, Châtenois-les-Forges, Danjoutin, Beaucourt, Grandvillars, Offemont, Belfort. |
Il-produzzjoni tal-ħalib u l-ipproċessar ta' dan f'ġobon li għadu ma mmaturax ma jistgħux isiru ħlief f'muniċipalitajiet li sal-lum il-ġurnata jagħmlu dan b'mod tradizzjonali u li jwieġbu għall-kriterji li ġejjin:
|
— |
Klima b'tendenza kontinentali, b'differenza kbira bejn it-temperaturi tax-xitwa u tas-sajf u fuq kollox b'rata għolja ta' xita fis-sena, li mill-inqas tkun aktar minn 900 mm. Il-kwantitajiet ta' xita li tinżel fis-sena huma mqassma sew b'xita qawwija fis-sajf, li tgħin biex jikber il-ħaxix. |
|
— |
Sottostrat li huwa l-aktar magħmul mill-ġir jew li hu molassiku u li eventwalment jista' jitgħatta mid-depożiti tal-glaċjera. Sottostrat li jippermetti li tikber flora rikka naturali, differenti minn dawk li jinsabu fid-depożitu alluvjali li sar riċentement jew fil-formazzjonijiet kristallini. |
5. Rabta maż-żona geografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
5.1.1.
Iż-żona ġeografika tkopri muntanji u pjanuri fil-quċċata tal-muntanji tal-ġir, li diffiċli jinħadmu, u li huma tajbin għall-mergħa fil-ħaxix tal-merħla tal-ifrat tal-ħalib imdorrija għall-kundizzjonijiet ħarxa tal-muntanji, b'widien fil-qrib ta' dawn il-muntanji fejn dan il-prodott agrikolu jkun jista' jimmatura u jitqassam.
Iż-żona ġeografika hija essenzjalment magħmula minn ġebel tal-ġir sedimentarju fejn il-ħamrija ta' spiss ma tkunx fonda wisq.
Min-naħa l-waħda l-klima tagħha għandha tendenza li tkun tat-tip kontinentali, b'differenzi kbar fit-temperaturi bejn ix-xitwa u s-sajf u xita li anke jekk tkun mqassma mas-sena kollha, tkun l-aktar importanti fis-sajf. Min-naħa l-oħra klima tat-Tramuntana hija ta’ temperatura medja annwali baxxa (minkejja s-sħanat kbar fis-sajf) u għadd kbir ta' ġranet bil-ġlata.
Hija klima tal-muntanji jew dik li tipikament ikun hemm taħt il-muntanji u li fiha tinżel ħafna xita, bir-rata annwali ta' nżul ta' xita li taqbeż id-900 mm. Din ir-rata ta' xita hija diġà qawwija f’altitudni baxxa u tiżdied aktar 'il ġewwa fil-muntanji fejn jiddominaw siġar koniferi bħal tip ta' siġra tal-prinjoli (spruce). Il-mod kif jitqassmu l-kwantitajiet ta' xita li tinżel matul is-sena huwa kkaratterizzat min-nuqqas ta' staġuni nexfin, fattur li jgħin biex jikber il-ħaxix.
Ta' spiss il-kantini kienu jitqiegħdu fil-wied jew fil-pjanura, f'salib it-toroq ta' komunikazzjonijiet importanti. Dan il-post, li għadu hekk sal-lum il-ġurnata, kien jippermetti li l-melħ, li qabel parti minnu kien jasal mill-Jura (eż. mis-salini ta' Arc-et-Senans, Salins les Bains, Poligny, Lons-le-Saunier, eċċ.), jitwassal b'mod faċli. Fil-fatt sabiex tkun tista' sseħħ l-operazzjoni delikata tal-maturazzjoni hemm bżonn li l-ġobon jitħakkek ma' ġabra ta' mikroflori naturali u lokali, melħ u ilma, ġabra li tissejjaħ “morge” (saff ta' xaħam mal-qoxra). Din il-mikroflora tirriproduċi b'mod naturali fil-kantini bil-ħolqien ta' ambjent favorevoli permezz ta' numru biżżejjed ta' ġobnijiet li jinġabru kollha flimkien mill-istabbilimenti tal-ġobon. Is-saff ta' xaħam mal-qoxra (“morge”) jistabbilixxi għaqda bejn l-ambjent naturali mikroskopiku u l-karatteristiċi tal-ġobon.
5.1.2.
Il-Gruyère ilu jiġi prodott għal diversi sekli u huwa wieħed mill-aktar manifattura antika ta' ġobon Franċiż. Il-Gruyère huwa msemmi f'bosta dokumenti storiċi tar-reġjun tal–Lvant Ċentrali ta' Franza li jmiss mal-Isvizzera. Hija żona internazzjonali li parti minnha tagħmel ma' Franza u parti mal-Isvizzera. Il-fruntieri ta' dawn iż-żewġ stati nbidlu tul is-sekli. Ir-renju ta' Savoie kien jinkludi parti mit-territorju tal-Istat Franċiż attwali u parti mit-territorju Svizzeru attwali. L-isem tradizzjonali “Gruyère” jirreferi għall-uffiċjali “gruyers”, li kienu jiġbru t-taxxi meħuda minn fuq dak li hu dovut fuq il-“frott” tal-muntanja: qtugħ taz-zkuk.
Sa minn tmiem is-seklu 19, iż-żona tradizzjonali tal-manifattura tal-“Gruyère” dejjem ikkorrispondiet maż-żona koperta mill-istabbilimenti tal-ġobnijiet fil-biċċa 'l kbira magħmula minn parti kbira mir-reġjun tal-Lvant Ċentrali li jinkludi Franche-Comté, Savoie, Haute-Savoie, kif ukoll xi reġjuni fil-periferija bħal Bassigny (Haute-Marne), Bugey jew Vercors.
It-tradizzjoni tal-ġobon f'dan ir-reġjun hija bbażata fuq metodi kollettivi ta' użu komuni tal-ħalib għall-produzzjoni ta' ġobnijiet kbar li jippermettu li wieħed ikun jista' jibbenifika mill-ħalib prodott fis-sajf tul is-sena kollha. Din is-sistema hija bbażata fuq solidarjetà kbira u fuq normi partikolari tal-ħajja komuni: il-ġabra komuni tal-mezzi tippermetti li kull unità żgħira ta' produzzjoni tal-ħalib tagħti s-sehem tagħha għall-produzzjoni ta' ġobon li jista' jittiekel tul is-sena kollha. B'hekk, il-produtturi tal-ħalib miġbura f'kooperattivi ta' produzzjoni tal-ġobon huma proprjetarji tal-istabbilimenti tal-ġobnijiet (imsejħa “fruitière”) u huma responsabbli mill-impjegar ta' min jagħmel il-ġobon illi se jgħollilhom il-valur tal-produzzjoni tal-ħalib tagħhom billi jimmanifattura l-ġobon.
Tradizzjonalment, il-post fejn issir il-produzzjoni tal-ħalib u l-ipproċessar ta' dan f'ġobon ikun differenti mill-postijiet fejn issir il-maturazzjoni. Il-karatteristiċi tal-ambjent deskritt hawn taħt jikkontribwixxu għall-produzzjoni ta' tip ta' ħalib li jintuża biex isir il-ġobon. Il-ħalib jinġabar, jitqassam u jiġi pproċessat kuljum. Dan l-aħħar punt jesiġi li l-ewwel stadju tal-ipproċessar tal-ħalib isir qrib il-postijiet tal-mergħa. F'dawn is-siti ta' pproċessar, it-teknoloġija kumplessa ta' manifattura tal-Gruyère tinħtieġ għarfien speċifiku min-naħa ta' min jagħmel il-ġobon li tikkonċerna l-aktar il-kontroll sħiħ fl-użu ta' levitazzjoni naturali differenti.
Il-ġobnijiet li jkunu għadhom ma mmaturawx wara jinġarru u jinġabru fil-kantini ta' maturazzjoni adattati proprju għall-maturazzjoni tal-Gruyère fejn dawk responsabbli minn dan il-proċess jieħdu ħsieb il-ġobnijiet għal diversi xhur. Din il-maturazzjoni titlob għarfien kumpless dwar kif għandhom jitmexxew il-fażijiet differenti li jinħtieġu kontroll sħiħ tal-parametri differenti (kinetika, temperatura, igrometrija, tul ta' żmien) biex b'hekk ikun jista' jsir l-iżvilupp ta' fermentazzjonijiet propjoniċi. Dan it-trasport tal-ġobnijiet li għadhom ma mmaturawx lejn il-kantini ta' maturazzjoni li xi drabi jkunu 'l bogħod hija tipika fit-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-ġobon taż-żona “Gruyère”. Huwa parti minn speċjalizzazzjoni antika tal-produtturi li jaħdmu fil-maturazzjoni speċifika ta' dan il-ġobon u, b'hekk jinħtieġ li jkun hemm żvilupp ta' għarfien partikolari ħafna. Il-ġabra ta' ġobnjiet fl-istess post jippermetti kinetika partikolari tal-maturazzjoni, l-aktar fil-kantina sħuna, u żvilupp ta' mikroflora partikolari fis-saff ta' xaħam mal-qoxra (“morge”).
Minbarra dan, il-post ġeografiku strateġiku ta' dawk li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni jiffavorixxi l-esportazzjoni tal-ġobnijiet lesti lejn ċentri kbar ta' konsum u jgħin ukoll fil-kummerċjalizzazzjoni, hekk kif dawk li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni jkunu wkoll dawk li jippromwovu l-Gruyère.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Il-Gruyère huwa ġobon ippressat u msajjar bil-ħalib nej, kbir fid-daqs u li l-maturazzjoni tiegħu tieħu fit-tul. Huwa iebes u elastiku fl-istess ħin u jkollu bilfors it-toqob: huwa l-uniku ġobon ippressat u msajjar b' “indikazzjoni ġeografika” li bilfors ikollu “toqob żgħar”.
Parti mill-maturazzjoni, li għaliha ġie żviluppat għarfien partikolari għandha titwettaq fil-kantini sħan sabiex, permezz ta' proċess ta' fermentazzjoni, jiffurmaw toqob fil-ġobon (ta' daqs li jvarja minn piżella sa ċirasa) kif ukoll ikun hemm l-iżvilupp ta' aromi u togħmiet karatteristiċi ta' fermentazzjoni propjonika.
Il-Gruyère huwa dak il-ġobon “oriġinali” fost ħafna ġobnijiet kbar fid-daqs tar-reġjun tal-Lvant Ċentrali, li evolvew biex ikunu ġobnijiet li ġeneralment għandhom inqas toqob minħabba dan it-tibdil fit-tekniki ta' pproċċessar u/jew ta' maturazzjoni.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DOP) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):
L-għaqda ta' fatturi naturali u tal-għarfien tan-nies li jintużaw biex isir dan il-ġobon iwasslu għall-produzzjoni ta' ġobon speċifiku.
L-ewwelnett dan isir f'partijiet tal-muntanji fejn hemm kundizzjonijiet diffiċli minn ħalib ta' annimali li jieklu l-ħaxix u t-tiben.
Il-kundizzjonijiet fiżiċi tal-ambjent fil-fatt jiffavorixxu l-produzzjoni tal-ħalib. Il-ħamriji tal-ġir ta' kwalità baxxa li hemm fuq il-muntanji medji u li huma assoċjati mal-klima umda kontinentali wasslu għal żvilupp tat-trobbija tal-ifrat li permezz tagħhom setgħet isseħħ il-produzzjoni tal-bur fiż-żona. Il-pjanuri naturali bi flora rikka ħafna (l-aktar dikotiledoni) jgħinu fl-iżvilupp ta' taħlit aromatiku f'dan il-ġobon. Din iż-żieda fil-valur tal-ħaxix lokali jintlaħaq permezz tal-użu ta' razez lokali ta' baqar tal-ħalib u l-limitazzjoni fl-użu tal-għalf ikkonċentrat. Minbarra dan, il-projbizzjoni ta' għalf iffermentat b'mod partikolari jiżgura, li waqt il-fażi ta' maturazzjoni, il-fermentazzjoni propjonika, li twassal għat-toqob u rwejjaħ aromatiċi li huma karatteristiċi waqt il-proċess ta' maturazzjoni tal-ġobon, isseħħ b'mod tajjeb. Ir-rikkezza aromatika tal-flora tal-pjanuri naturali tinsab fil-ġobnijiet permezz tal-mikroflora tal-ħalib stess. Dan il-potenzjal jiżdied billi min jagħmel il-ġobon jirrispetta l-levitazzjonijiet naturali u l-użanzi tradizzjonali bħal ma hu l-użu ta' reċipjent għall-fermentazzjoni miftuħ u magħmul mir-ram b'kapaċità utli massima ta’ 14-il ġobna. Il-potenzjal aromatiku ma jkunx rivelat ħlief meta sseħħ il-maturazzjoni, li sseħħ b'metodu speċifiku ħafna u permezz ta' saffi ta' xaħam mal-qoxra (“morges”) lokali naturali.
Fl-istabbilimenti għall-ipproċessar tal-ġobon, l-għarfien speċifiku ta' min jagħmel il-ġobon u l-użu ta' levitazzjonijiet li fil-maġġoranza tagħha tkun indiġena kif ukoll tal-ħalib nej li fih flora naturali u li tinsab fil-ħalib jippermettu li jinżammu kemm l-aromi potenzjali kif ukoll il-kwalità finali tal-ġobnijiet. Il-ġbir tal-ħalib flimkien mal-bżonn ta' konservazzjoni fit-tul tal-ġobon (biex hekk il-ħalib, f'forma ta' ġobon, ikun jista' jiġi kkunsmat matul ix-xitwa), huma r-raġunijiet għaliex il-ġobon dejjem sar f'forom ta' ġobniet tondi kbar.
Fl-aħħarnett il-kontroll tal-prodott, il-ħżin u l-maturazzjoni tiegħu minn dawk li jieħdu ħsieb dan il-proċess ta' maturazzjoni u li jużaw kemm saffi ta' xaħam mal-qoxra naturali (“morges”) kif ukoll injam tas-siġar tal-prinjoli (riżorsi lokali abbundanti) bħala appoġġ u kontroll sħiħ tal-kinetiċi ta' maturazzjoni partikolari jippermettu li jinkixfu l-karatteristiċi organoleptiċi tal-Gruyère, l-aktar it-toqob, l-aromi kif ukoll it-togħmiet karatteristiċi tal-fermentazzjonijiet propjoniċi. Min jieħu ħsieb il-proċess ta' maturazzjoni tal-“Gruyère” għandu dak l-istess għarfien ta' missirijiethom. Ma jista' jsir xejn mingħajr l-għarfien tar-raħħala u ta' min jipproduċi l-ġobon. It-tliet protagonisti l-kbar tal-produzzjoni tal-“Gruyère” (il-produttur tal-ħalib, min jipproduċi l-ġobon, u min jieħu ħsieb il-maturazzjoni) huma inseparabbli sabiex jagħtu lil dan il-ġobon partikolari l-kwalitajiet speċifiċi tiegħu marbutin mar-reġjun li minnu oriġina.
Min jieħu ħsieb il-maturazzjoni jkun f'inħawi strateġiċi, li minnhom jgħaddu ħafna nies. Spiss dan kien ikun jew kienet tkun lil hinn minn fejn issir il-produzzjoni tal-ħalib u l-ipproċessar tal-ġobnijiet, qrib it-toroq kbar ta' komunikazzjoni biex b'hekk l-esportazzjoni tal-ġobnijiet tkun aktar faċli, liema esportazzjoni hija possibbli minħabba l-fatt li l-ġobnijiet jistgħu jiġu kkonservati fit-tul.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPGruyere.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.