ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.294.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 294

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
29 ta' Ottubru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 294/01

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2010 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 294/02

Rata tal-kambju tal-euro

6

2010/C 294/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwantità disponibbli għall-ewwel semestru tal-2011 għal ċerti prodotti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti li fetħet il-Komunità

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 294/04

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri kompensatorji

9

2010/C 294/05

Notifika ta' inizjazzjoni ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja

10

 

2010/C 294/06

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

29.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2010

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

2010/C 294/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 26 u 27 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Il-Kunsill, bid-Deċiżjoni tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2008 (2), ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2008 sal-24 ta’ Settembru 2010.

(2)

Il-membri jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew jinħatru mill-ġdid.

(3)

Il-membri u l-membri supplenti tal-imsemmi Kumitat għandhom jiġu maħtura għal perijodu ta’ sentejn,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2010 sal-24 ta’ Settembru 2012:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri Supplenti

Belġju

Is-Sinjura Annelies LAGAE

Is-Sinjura Anne ZIMMERMAN

Is-Sur Frédéric POUPINEL DE VALENCE

Bulgarija

Is-Sinjura Liliana STANKOVA

Is-Sur Hristo SIMEONOV

Is-Sinjura Dimitrina KOSTADINOVA

Repubblika Ċeka

Is-Sinjura Věra KOLMEROVÁ

Is-Sur Jan KUST

Is-Sinjura Kateřina KROPÁČOVÁ

Danimarka

Is-Sur Stig Hansen NØRGAARD

Is-Sinjura Karin Møhl LARSEN

Is-Sinjura Simone HEINECKE

Ġermanja

Is-Sur Gisbert BRINKMANN

Is-Sur Johannes RASCHKA

Is-Sur Henning GRUB

Estonja

Is-Sinjura Jana JÄRVIK

Is-Sinjura Maarja KULDJÄRV

Is-Sinjura Carita RAMMUS

Irlanda

Is-Sur Brendan SHANAHAN

Is-Sinjura Mary KILLEEN

Is-Sinjura Aedin DOYLE

Greċja

Is-Sur Konstantinos CHRYSINIS

Is-Sinjura Ekaterini SOTIRIOU

Is-Sur Georgios NERANTZIS

Spanja

Is-Sinjura Paloma MARTÍNEZ GAMO

Is-Sur Miguel Ángel AZNAR NIETO

Is-Sur Carlos GARCÍA DE CORTAZAR NEBREDA

Franza

Is-Sinjura Nadia MAROT

Is-Sinjura Marjorie VINCENT-GENOD

Is-Sur Albert MARTINO

Italja

 

 

Ċipru

Is-Sur Demetris MICHAELIDES

Is-Sur Constantinos KARMELLOS

Is-Sinjura Carola THEODOSIOU

Latvja

Is-Sinjura Linda PAUGA

Is-Sinjura Ilze ZVĪDRIŅA

Is-Sur Imants LIPSKIS

Litwanja

Is-Sinjura Mariana ŽIUKIENĖ

Is-Sinjura Agnė KUNIGONYTĖ

Is-Sur Andrius TEKORIUS

Lussemburgu

 

 

Ungerija

 

 

Malta

 

 

Olanda

Is-Sinjura Conny OLDE OLTHOF

Is-Sur Martin BLOMSMA

Is-Sinjura Cristel VAN TILBURG

Awstrija

Is-Sinjura Ingrid NOWOTNY

Is-Sinjura Martha ROJAS-PINEDA

Is-Sinjur Heinz KUTROWATZ

Polonja

Is-Sur Mateusz GACZYŃSKI

Is-Sinjura Magdalena SWEKLEJ

Is-Sur Marcin PARNOWSKI

Portugall

Is-Sinjura Susana CORVELO

Is-Sur Eduardo DA FONSECA QUÁ

Is-Sinjura Helena SANTOS

Rumanija

Is-Sur Bogdan-Tiberius PAȘCA

Is-Sinjura Oana SATMARI

Is-Sur Auraș MARINESCU

Slovenja

Is-Sinjura Sonja OSTOJIČ

Is-Sur Radivoj RADAK

Is-Sinjura Mateja GOLJA

Slovakkja

Is-Sur Michal IŠTVÁN

Is-Sinjura Agnesa SKUPNÍKOVÁ

Is-Sur Jaroslav KOVÁČ

Finlandja

Is-Sinjura Elina IMMONEN

Is-Sinjura Tiina OINONEN

Is-Sinjura Mirkka MYKKÄNEN

Svezja

Is-Sinjura Anna SANTESSON

Is-Sinjura Helen LINDQUIST

Is-Sur Torbjörn WALLIN

Renju Unit

Is-Sinjura Fiona KILPATRICK

Is-Sinjura Rebecca BRADFORD

Is-Sinjura Ute CHATTERJEE


II.   RAPPREŻENTANTI TAL-UNIONS TAL-ĦADDIEMA

Pajjiż

Membri

Membri Supplenti

Belġju

Is-Sur Jean-François MACOURS

Is-Sur Koen MEESTERS

Is-Sinjura Yvienne VAN HOLSBEECK

Bulgarija

Is-Sinjura Ekaterina RIBAROVA

Is-Sinjura Diana ANGELOVA

Is-Sur Daniel YANEV

Repubblika Ċeka

Is-Sinjura Zdeňka LA SALA

Is-Sur Pavel JANÍČKO

Danimarka

Is-Sur Michael JACOBSEN

Is-Sur Ole PRASZ

Is-Sinjura Käthe Munk RYOM

Ġermanja

Is-Sinjura Alexandra KRAMER

Is-Sur Volker ROSSOCHA

Is-Sur Frank STÖHR

Estonja

Is-Sur Urmas LIPSO

Is-Sinjura Liina CARR

Is-Sinjura Tiia TAMMELEHT

Irlanda

Is-Sinjura Esther LYNCH

Is-Sur John DOUGLAS

Greċja

Is-Sur Georgios PERENTIS

Is-Sur Georgios SKOULATAKIS

Is-Sur Kostas MYTILINOU

Spanja

Is-Sinjura Ana María CORRAL JUAN

Is-Sinjura Paloma LÓPEZ BERMEJO

Is-Sinjura Pilar ROC ALFARO

Franza

Is-Sinjura Ann LENOUAIL

Is-Sinjura Corinne MARES

Is-Sur Ommar BENFAID

Italja

 

 

Ċipru

Is-Sur Nicos GREGORIOU

Is-Sur Nicos EPISTITHIOU

Is-Sur Diomides DIOMIDOUS

Latvja

Is-Sinjura Ruta PORNIECE

Is-Sinjura Zanda GRUNDBERGA

Is-Sur Jānis KAJAKS

Litwanja

Is-Sinjura Janina ŠVEDIENĖ

Is-Sinjura Janina MATUIZIENĖ

Is-Sinjura Jovita MEŠKAUSKIENĖ

Lussemburgu

 

 

Ungerija

 

 

Malta

 

 

Olanda

Is-Sinjura Caroline RIETBERGEN

Is-Sinjura M. BOUWKNEGT

Is-Sinjura H. DE GEUS

Awstrija

Is-Sur Johannes PEYRL

Is-Sur Oliver RÖPKE

Is-Sur Franz FRIEHS

Polonja

Is-Sur Jakub KUS

Is-Sinjura Halina PEPLIŃSKA

Is-Sur Bogdan OLSZEWSKI

Portugall

Is-Sur Carlos Manuel ALVES TRINDADE

Is-Sur José Manuel DA LUZ CORDEIRO

Is-Sinjura Wanda Olavo Corrêa D’AZEVEDO GUIMARÃES

Rumanija

Is-Sur Liviu APOSTOIU

Is-Sur Sorin STAN

Is-Sur Dragoș FRUMOSU

Slovenja

Is-Sur Goran LUKIČ

Is-Sur Jakob POČIVAVŠEK

Is-Sinjura Nadja GÖTZ

Slovakkja

Is-Sur Vladimír BORZA

Is-Sinjura Magdaléna MELLENOVÁ

Is-Sur Anton SZALAY

Finlandja

Is-Sinjura Pia BJÖRKBACKA

Is-Sur Ralf SUND

Is-Sinjura Liisa FOLKERSMA

Svezja

Is-Sinjura Monika ARVIDSSON

Is-Sur Samuel ENGLBLOM

Is-Sur Ossian WENNSTRÖM

Renju Unit

Is-Sur Sean BAMFORD

Is-Sur Mohammed TAJ

Is-Sur Wilf SULLIVAN


III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Membri Supplenti

Belġju

Is-Sinjura Sonja KOHNENMERGEN

Is-Sur Philippe STIENON

Is-Sinjura Monica DE JONGHE

Bulgarija

Is-Sur Ivan ZAHARIEV

Is-Sur Martin STOYANOV

Is-Sinjura Galia BOZHANOVA

Repubblika Ċeka

Is-Sinjura Marie ZVOLSKÁ

Is-Sur Miroslav FIŘT

Is-Sinjura Vladimira DRBALOVÁ

Danimarka

Is-Sur Henning GADE

Is-Sur Flemming DREESEN

Is-Sur Benjamin HOLST

Ġermanja

Is-Sur Jürgen WUTTKE

Is-Sinjura Angela SCHNEIDER-BODIEN

Is-Sinjura Georgia HEINE

Estonja

Is-Sur Marek SEPP

Is-Sinjura Mare HIIESALU

Is-Sur Tarmo KRIIS

Irlanda

Is-Sur Alan O’KELLY

Is-Sur Tony DONOHOE

Greċja

Is-Sinjura Rena BARDANI

Is-Sinjura Mika IOANNIDOU

Is-Sur Nikos DIMAS

Spanja

Is-Sinjura Celia FERRERO ROMERO

Is-Sur Javier IBARS ÁLVARO

Is-Sur Pablo GÓMEZ ALBO

Franza

Is-Sinjura Natacha MARQUET

Is-Sinjura Odile MENNETEAU

Is-Sinjura Pascale DESSEN

Italja

 

 

Ċipru

Is-Sinjura Lena PANAYIOTOU

Is-Sur Emilios MICHAEL

Is-Sur Michael ANTONIOU

Latvja

Is-Sinjura Anita LĪCE

Is-Sinjura Ilona KIUKUCĀNE

 

Litwanja

Is-Sur Justinas USONIS

Is-Sur Aidas VAIČIULIS

Is-Sinjura Dovilė BAŠKYTĖ

Lussemburgu

 

 

Ungerija

 

 

Malta

 

 

Olanda

Is-Sur W.M.J.M. VAN MIERLO

Is-Sur S.J.L. NIEUWSMA

Is-Sur G.A.M. VAN DER GRIND

Awstrija

Is-Sinjura Margit KREUZHUBER

Is-Sur Andreas GRUBER

Is-Sinjura Christa SCHWENG

Polonja

Is-Sinjura Ilona SIEWIERA

Is-Sur Jacek MĘCINA

Is-Sinjura Jolanta KOSAKOWSKA

Portugall

Is-Sinjura Cristina NAGY MORAIS

Is-Sinjura Adília LISBOA

Is-Sur Marcelino PENA COSTA

Rumanija

Is-Sinjura Ana BONTEA

Is-Sinjura Roxana PRODAN

Is-Sur Dan ANGHELESCU

Slovenja

Is-Sinjura Maja SKORUPAN

Is-Sinjura Tatjana ČERIN

Is-Sur Igor ANTAUER

Slovakkja

Is-Sur Ján LÍŠKA

Is-Sinjura Tatiana ORGLEROVÁ

Is-Sur Martin HOŠTÁK

Finlandja

Is-Sur Mikko RÄSÄNEN

Is-Sur Simo PINOMAA

Is-Sinjura Riitta WÄRN

Svezja

Is-Sinjura Karin EKENGER

Is-Sur Örjan LUTZ

Is-Sur Patrik KARLSSON

Renju Unit

Is-Sur Ben DIGBY

Is-Sur Neil CARBERRY

Is-Sur Jim BLIGH

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar f’data aktar tard il-membri li għadhom ma ġewx innominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. MILQUET


(1)  ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2.

(2)  ĠU C 253, 4.10.2008, p. 7.


Il-Kummissjoni Ewropea

29.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Ottubru 2010

2010/C 294/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3857

JPY

Yen Ġappuniż

112,57

DKK

Krona Daniża

7,4584

GBP

Lira Sterlina

0,87040

SEK

Krona Żvediża

9,3164

CHF

Frank Żvizzeru

1,3668

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1500

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,630

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

273,25

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7098

PLN

Zloty Pollakk

3,9646

RON

Leu Rumen

4,2698

TRY

Lira Turka

1,9869

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4158

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4195

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7501

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8459

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7994

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 557,32

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7451

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2667

HRK

Kuna Kroata

7,3422

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 382,71

MYR

Ringgit Malażjan

4,3088

PHP

Peso Filippin

59,726

RUB

Rouble Russu

42,5500

THB

Baht Tajlandiż

41,516

BRL

Real Brażiljan

2,3742

MXN

Peso Messikan

17,1935

INR

Rupi Indjan

61,6700


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/7


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwantità disponibbli għall-ewwel semestru tal-2011 għal ċerti prodotti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti li fetħet il-Komunità

2010/C 294/03

Wara l-għoti ta' liċenzji tal-importazzjoni għat-tieni semestru tal-2010 għal ċerti kwoti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (1), l-applikazzjonijiet għal-liċenzji involvew kwantitajiet inferjuri għal dawk disponibbli għall-prodotti kkonċernati. Jaqbel, għalhekk, li tiġi determinata għal kull kwota kkonċernata, il-kwantità disponibbli għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta' Ġunju 2011 billi jitqiesu l-kwantitajiet mhux allokati li jirriżultaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2010 (2) tat-22 ta’ Ġunju 2010 li jiddetermina sa fejn għandhom jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib introdotti f'Ġunju 2010 fil-qafas ta' ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

Il-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2011 għat-tieni semestru tas-sena ta' importazzjoni ta' ċerti kwoti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huma indikati kif ġej.


(1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.

(2)  ĠU L 156, 23.6.2010, p. 5.


ANNESS

Anness I.A

Nru tal-kwota

Kwantità (kg)

09.4590

68 537 000

09.4599

11 340 480

09.4591

5 271 000

09.4592

18 438 000

09.4593

5 413 000

09.4594

20 007 000

09.4595

9 673 320

09.4596

17 546 320

Anness I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Nru tal-kwota

Kwantità (kg)

09.4155

1 000 000

Anness I.H

Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

Nru tal-kwota

Kwantità (kg)

09.4179

28 024 552

Anness I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Nru tal-kwota

Kwantità (kg)

09.4205

175 000

09.4206

310 000


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/9


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri kompensatorji

2010/C 294/04

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li sakemm tinbeda reviżjoni skont il-proċedura segwenti, il-miżuri kompensatorji msemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tkun se twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta’ sussidji u ta’ ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009.

Il-prodott

Pajjiż(i) ta' oriġini jew ta' esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

PET (tertuqa tal-polietilen tereftalat)

L-Indja

Dazju kompensatorju

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 (ĠU L 68, 8.3.2006, p. 15) kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill li Jimplimenta (UE) Nru 806/2010 (ĠU L 242, 15.9.2010, p. 6).

9.3.2011


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Fax +32 22956505.


29.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/10


Notifika ta' inizjazzjoni ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja

2010/C 294/05

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal reviżjoni

It-talba tressqet minn Ester Industries Limited (“l-applikant”), produttur esportatur mill-Indja.

L-ambitu tat-talba huwa limitat għal investigazzjoni tad-dumping safejn għandu x'jaqsam l-applikant.

2.   Il-prodott

Il-prodott li qed jiġi revedut huwa tertuqa tal-polietilene tereftalat (PET) li joriġina fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċijiet NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 (2) fuq importazzjonijiet ta' tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw mill-Indja, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru 806/2010 (3). Ir-Regolament (KE) Nru 1292/2007 estenda d-dazju anti-dumping għall-importazzjonijiet tat-tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) ikkunsinjat mill-Brażil u dak ikkunsinjat mill-Iżrael kemm jekk iddikjarat li joriġina fil-Brażil jew fl-Iżrael kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni ta' ċerti kumpaniji speċifikati fl-Artikolu 2(4) ta' dan ir-Regolament.

4.   Raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba skont l-Artikolu 11(3) hija bbażata fuq evidenza prima facie, ipprovduta mill-applikant, li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema.

L-applikant ipprovda evidenza prima facie li l-impożizzjoni kontinwa tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma għadhiex meħtieġa biex tagħmel tajjeb għad-dumping. B'mod partikolari, l-applikant jallega li kien hemm bidliet sinifikanti fil-proċess tal-produzzjoni tal-kumpanija li wasslu għal marġini ta' dumping sostanzjalment iktar baxxa mill-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti. Tqabbil tal-prezzijiet domestiċi tal-applikant mal-prezzijiet tiegħu tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jindika li l-marġini ta' dumping jidher li huwa sostanzjalment aktar baxx mil-livell attwali tal-miżura.

Għalhekk, l-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri fil-livell eżistenti, li kienet imsejsa fuq il-livell ta' dumping stabbilit qabel, tidher li ma għadhiex meħtieġa biex tagħmel tajjeb għad-dumping.

5.   Proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni qiegħda b'dan tniedi reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tevalwa l-bżonn għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emendar tal-miżuri eżistenti fir-rigward tal-applikant.

Jekk jinstab li l-miżuri għandhom jitneħħew jew jiġu emendati għall-applikant, jista' jkun meħtieġ li tiġi emendata r-rata tad-dazju attwalment applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn kumpaniji oħra fl-Indja.

(a)   Kwestjonarji

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-applikant u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat. Dan it-tagħrif u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a).

(b)   Il-ġbir tat-tagħrif u l-organizzazzjoni ta' seduti

Il-partijiet kollha interessati b'dan qed jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu informazzjoni barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Dan it-tagħrif u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b).

6.   Il-limiti ta’ żmien

(a)   Biex il-partijiet jippreżentaw lilhom infushom, u jressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor

Biex l-appelli tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati kollha jridu jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu fehmiethom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Ta' min jinnota li l-eżerċizzju ta' bosta drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi mill-preżentazzjoni tal-parti fi ħdan il-perjodu msemmi hawn fuq.

(b)   Is-seduti

Il-partijiet interessati kollha jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.

7.   Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (4) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N-105 04/92

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 2 297 98 16

Posta elettronika: TRADE-11.3-PET-FILM-ESTER@ec.europa.eu

8.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu ta' żmien previst, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dan it-tagħrif għandu jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

9.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Ta’ min jinnota li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (5).

11.   L-uffiċjal tas-seduta

Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt li joffri, fejn ikun meħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjoni tal-opinjonijiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, ikkonsulta l-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 288, 6.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 242, 15.9.2010, p. 6.

(4)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


29.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/s3


AVVIŻ

Fid-29 ta’ Ottubru 2010, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 294 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu Komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ ħxejjex agrikoli — id-29 edizzjoni kompluta”.

L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta’ kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ tal-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta’ kull tikketta u jibda: O/…). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa’ disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta’ meta jiġi ppubblikat.

Non-abbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f’wieħed mill-uffiċini tal-bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm).

Dan il-Ġurnal Uffiċjali — bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) — jista’ jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu

Image