ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CA2010.292.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 292A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
28 ta' Ottubru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

2010/C 292A/01

Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/204-205/10

1

2010/C 292A/02

Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AST/102-103-104/10

11

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

5

(FR)

9

 

19

(FR)

23

(DE/ES/PT)

28

 

48

 

53

 

56

 

57

 

60

 

61

(DE/EN/FR)

62

 

64

 

66

(BG/RO)

67

(ES)

70

(PT)

73

(FI)

74

(SV)

91

 

95

 

104

 

110

 

116

(ET)

119

 

129

(EL)

137

(LT/LV/MT)

138

(BG/CS/LT/PL/RO/SK)

143

(DE/EN/FR)

144

(DE/EN/FR)

146

(DA/FI/MT)

147

(FI)

149

(IT)

150

(BG/CS/LT/PL/RO/SK)

151

 

155

 

156

(PL)

157

 

163

 

164

 

171

(IT)

178

(DE/EN/FR)

184

 

188

(DA/DE/EN/FR/SL)

190

 

191

 

192

(DE/EN/FR)

196

(BG/EN/NL/RO/SL)

201

 

204

(EN/FR)

219

 

227

(EN/FR)

236

 

238

 

242

(BG/LT/LV/MT/PL/RO/SK/SL)

248

(DA/DE/EN/LT/NL/RO)

249

 

253

 

254

(DE/EN/FR)

256

(RO)

257

(CS/PL)

261

 

262

 

265

 

266

(RO)

269

(BG/CS/LT/PL/RO/SK)

278

 

285

(EN/ES/FR/NL)

286

(HU)

287

(DE/EN/FR)

289

 

290

 

292

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

28.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 292/1


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI EPSO/AD/204-205/10

(2010/C 292 A/01)

Interessat f'karriera fl-istituzzjonijiet Ewropej?

Il-profil tiegħek jikkorrispondi mal-kriterji tagħna?

Mela applika

Agħti lilek innifsek iċ-ċans li tirnexxi

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali fuq il-bażi tal-kwalifiki u testijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (1).

EPSO/AD/204/10 — ĠESTJONI TA' FONDI STRUTTURALI/FOND TA' KOEŻJONI (AD 6)

EPSO/AD/205/10 — TAXXI/ DWANA (AD 7)

L-għan ta' dawn il-kompetizzjonijiet hu li jfasslu listi ta' riżerva maħsuba biex jimtlew postijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b'mod speċjali l-Kummissjoni.

Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 184 A tat-8 ta' Lulju 2010 kif ukoll fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO.

Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet ta' iskrizzjoni.

WERREJ

I.

QAFAS ĠENERALI

II.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

III.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

IV.

AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U STEDINA GĦAĊ-ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

V.

KOMPETIZZJONI ĠENERALI

VI.

LISTI TA' RIŻERVI

VII.

KIF TAPPLIKA?

I.   QAFAS ĠENERALI

1.

Numru ta' kandidati magħżula

EPSO/AD/204/10 = 40

EPSO/AD/205/10 = 34

2.

Kummenti

Int tista' tapplika għal kompetizzjoni waħda biss u għal qasam wieħed biss tal-kompetizzjoni EPSO/AD/205/10.

Din l-għażla għandha ssir fil-ħin tal-iskrizzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ivvalidajt u bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku.

II.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

Deskrizzjoni tal-profili speċifiċi tinsab fl-anness.

Il-profil ġenerali mfittex mill-istituzzjonijiet jinsab fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

III.   KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

, int għandek tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:

1.

Kundizzjonijiet ġenerali

a)

Tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

b)

Tgawdi mid-drittijiet ċivili tiegħek.

c)

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet ta' reklutaġġ applikabbli tas-servizz militari.

d)

Tipproduċi r-referenzi tal-karattru meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet previsti.

2.

Kundizzjonijiet speċifiċi

2.1

Kwalifiki

Ara l-annessi

2.2

Esperjenza professjonali

Ara l-annessi

2.3

Għarfien lingwistiku

Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin:

BG (Bulgaru)

CS (Ċek)

DA (Daniż)

DE (Ġermaniż)

EL (Grieg)

EN (Ingliż)

ES (Spanjol)

ET (Estonjan)

FI (Finlandiż)

FR (Franċiż)

GA (Irlandiż)

HU (Ungeriż)

IT (Taljan)

LT (Litwan)

LV (Latvjan)

MT (Malti)

NL (Olandiż)

PL (Pollakk)

PT (Portugiż)

RO (Rumen)

SK (Slovakk)

SL (Sloven)

SV (Svediż)

a)

Lingwa 1

Lingwa prinċipali:

għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

u

 

b)

Lingwa 2

Tieni lingwa (għandha tkun differenti mil-lingwa 1):

għarfien sodisfaċenti tal-Franċiż, il-Ġermaniż jew l-Ingliż.

IV.   AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U STEDINA GĦAĊ-ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

1.   Proċedura

L-eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi u l-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki l-ewwel isiru skont id-dikjarazzjonijiet li tkun għamilt fl-applikazzjoni tiegħek.

a)

It-tweġibiet tiegħek għall-mistoqsijiet relatati mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi se jkunu pproċessati sabiex jiġi determinat jekk intix ser tagħmel parti mil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni.

b)

Imbagħad, il-bord tal-għażla jipproċedi, għall-kandidati mniżżla f'din il-lista, għal għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki sabiex jidentifika l-kandidati li għandhom il-kwalifiki l-iktar rilevanti (b'mod speċjali l-lawrji, l-esperjenza professjonali) meta mqabbla mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet u l-kriterji tal-għażla deskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Din l-għażla ssir f'żewġ stadji:

skont l-importanza mogħtija lil kull kriterju msemmi fl-Anness, il-bord tal-għażla jistabbilixxi l-piż (minn 1 sa 3) ta' kull mistoqsija li tirriżulta minnu. L-ewwel għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki ssir skont it-tweġibiet mmarkati fis-sezzjoni “evalwazzjoni tal-kapaċitajiet” tal-applikazzjoni u l-piż ta' kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet. L-applikazzjonijiet elettroniċi tal-kandidati li jiksbu l-ikbar numru ta' punti jgħaddu minn tieni għażla. Matul it-tieni għażla, in-numru ta' fajls eżaminati jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal 3 darbiet in-numru ta' kandidati mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni;

matul it-tieni għażla, il-bord tal-għażla jeżamina t-tweġibiet tal-kandidati u jagħti, skont il-kwalifiki tagħhom, marka minn 0 sa 4 għal kull tweġiba u mbagħad din il-marka tiġi mmultiplikata bil-piż ta' kull mistoqsija, kif imsemmi fil-punt b).

Wara dan il-bord tal-għażla jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont dawn il-marki. In-numru tal-kandidati mistiedna (2) għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi għal 3 darbiet in-numru ta' kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni. Dan in-numru se jkun ippubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO (www.eu-careers.eu).

2.   Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati

Meta joħorġu r-riżultati taċ-ċentru ta' evalwazzjoni u fid-dawl ta' dawn ir-riżultati, id-dikjarazzjonijiet li saru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom jiġu vverifikati mill-EPSO għall-kundizzjonijiet ġenerali u mill-bord tal-għażla għall-kundizzjonijiet speċifiċi u l-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki. Jekk matul din il-verifika jinstab li dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex ikkonfermati mid-dokumenti ta' prova rilevanti, il-kandidati kkonċernati jkunu esklużi mill-kompetizzjoni.

Il-verifika ssir b'ordni dixxendenti ta' mertu, għall-kandidati li kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki għat-testijiet kollha d), e), f) taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (ara t-taqsima V). Dawn il-kandidati jridu wkoll ikunu kisbu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tal-kapaċità a), b) u c) (ara t-taqsima V). Din il-verifika ssir sakemm jintlaħaq il-limitu ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni kollha. Id-dokumenti ta' prova tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt dan il-limitu mhux se jkunu eżaminati.

V.   KOMPETIZZJONI ĠENERALI

1.

Stedina għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Jekk int wieħed mill-kandidati

li, skont id-dikjarazzjonijiet tagħhom fl-iskrizzjoni elettronika, jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni ġenerali u speċifiċi tat-taqsima III.

u

li kisbu waħda mill-aħjar marki (3) fl-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki,

int se tkun mistieden tipparteċipa fi studju ta' każijiet relatat mal-qasam u f'testijiet oħra fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni li ġeneralment isiru fi Brussell waqt jum jew jum u nofs.

2.

Ċentru ta' evalwazzjoni

Int se tkun evalwat fuq il-kapaċitajiet tiegħek ta' raġunament (4) permezz ta' dawn l-elementi li ġejjin:

a)

test tar-raġunament verbali

b)

test tar-raġunament numeriku

c)

test tar-raġunament astratt.

Int se tkun evalwat ukoll fuq il-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam kif ukoll dwar dawn il-kompetenzi ġenerali:

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Komunikazzjoni

Kwalità u riżultati

Tagħlim u żvilupp

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Perseveranza

Ħidma f'tim

Ħiliet ta' tmexxija

Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-dettall fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjoni ġenerali.

Dawn il-kompetenzi se jkunu eżaminati permezz tal-elementi li ġejjin:

d)

studju tal-każijiet fil-qasam magħżul,

e)

eżerċizzju fi grupp;

f)

intervista strutturata.

3.

Lingwi taċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Lingwa 2 għall-partijiet kollha minn a) sa f).

Waqt l-istudju tal-każ (parti d), l-għarfien tal-lingwa prinċipali tiegħek (lingwa 1) se tkun ukoll eżaminata.

4.

Marki

Kapaċitajiet ta' raġunament

a)

verbali: minn 0 sa 20 punt

minimu meħtieġ: 10 punti

b)

numeriku: minn 0 sa 10 punti

c)

astratt: minn 0 sa 10 punti

minimu meħtieġ għat-testijiet b) u c) flimkien: 10 punti.

It-testijiet a), b) u c) huma eliminatorji iżda l-punti tagħhom mhux se jiżdiedu mal-punti tal-elementi l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

Kompetenzi speċifiċi

minn 0 sa 100 punt

minimu meħtieġ: 50 punt.

Kompetenzi ġenerali

minn 0 sa 80 punt għall-kompetenzi ġenerali flimkien (10 punti għal kull kompetenza)

minimu meħtieġ:

 

3 punti għal kull kompetenza u

 

40 punt għat-8 kompetenzi ġenerali flimkien.

Għarfien tal-lingwa prinċipali

minn 0 sa 10 punti

minimu meħtieġ: 8 punti.

VI.   LISTI TA' RIŻERVA

1.

Iskrizzjoni fuq il-lista ta' riżerva

Il-bord tal-għażla jniżżel ismek fil-lista tar-riżerva (5) (ara n-numru ta' kandidati magħżula, taqsima I, punt I) jekk int tkun wieħed mill-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-taqsima V.

2.

Klassifika

Il-listi huma stabbiliti skont il-kompetizzjoni, skont il-qasam, skont il-grupp ta' mertu (massimu ta' 4) u f'ordni alfabetiku f'kull grupp ta' mertu.

VII.   KIF TAPPLIKA?

1.

Iskrizzjoni elettronika

Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO.

Data ta' għeluq: is-26 ta' Novembru 2010 f'12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.

2.

Trażmissjoni tal-fajl ta' applikazzjoni

F'fażi ulterjuri, il-kandidati mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni se jkunu mitluba jibagħtu fajl ta' applikazzjoni komplut (applikazzjoni elettronika ffirmata u dokumenti ta' prova).

Data ta' għeluq: Id-data ta' għeluq se tkun ikkomunikata fi żmien xieraq permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO biss.

Kundizzjonijiet: ara l-punt 2.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.


(1)  F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.

(2)  Il-kandidati li ma jiġux mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jistgħu jiksbu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż ta' kull mistoqsija mill-bord tal-għażla, fuq talba mibgħuta fl-10 jiem tal-kalendarju wara n-notifika tan-nuqqas ta' ammissjoni tagħhom għall-kompetizzjoni.

(3)  Fil-każ li fl-aħħar post jkunu jinsabu diversi kandidati li jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(4)  Minħabba raġunijiet organizzattivi, it-testijiet ta' raġunament jistgħu jkunu organizzati fiċ-ċentri ta' testijiet fl-Istati Membri, b'mod indipendenti minn eżamijiet oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(5)  Fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.


ANNESS I

EPSO/AD/204/10 — AMMINISTRATURI (AD 6)

ĠESTJONI TAL-FONDI STRUTTURALI/FOND TA' KOEŻJONI

Speċjalisti tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali/Fond ta' Koeżjoni/Fond Soċjali Ewropew/ Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali/Fond Ewropew għas-Sajd

Din il-kompetizzjoni ġenerali hi maħsuba biex tirrekluta amministraturi (AD 6) fil-qasam tal-Fondi Strutturali Ewropej jew strumenti relatati.

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Il-kompiti prinċipali jikkonsistu:

Fl-analiżi u n-negozjar tal-proposti kollha ppreżentati minn Stat Membru għall-approvazzjoni jew modifiki tal-istrumenti tiegħu ta' referenza għat-tħejjija tal-programmazzjoni tal-fondi (1), il-programmi operattivi tiegħu jew il-proġetti kbar iffinanzjati mill-fondi, u dokumenti oħra meħtieġa mir-regolamenti applikabbli.

Fil-parteċipazzjoni u fit-tħejjija, fejn xieraq, tal-mandat ta' negozjati u r-rappurtar dwar il-laqgħat tal-kumitati ta' sorveljanza.

Fl-eżami tat-talbiet għall-pagamenti, analiżi tar-rapporti annwali u r-rapporti strateġiċi u r-rappurtar dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress konkret tal-proġetti u l-programmi.

Fl-għoti ta' pariri lill-awtoritajiet ta' ġestjoni u l-partijiet l-oħra involuti tal-kumitati ta' sorveljanza fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni skont ir-regolamenti tal-Unjoni b'attenzjoni partikolari għall-istrateġija Ewropa 2020.

Fl-ipproċessar tad-dokumenti ta' għeluq tal-programmi/proġetti; rendikont tar-riżultati. Fil-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-evalwazzjoni tal-programm/proġett f'nofs it-terminu jew wara t-twettiq tiegħu.

Fl-analiżi u n-negozjar tal-proposti ta' modifika ppreżentati mill-Istat Membru għall-programmi u l-proġetti kbar tiegħu tal-perjodu bejn l-2007 u l-2013. Fl-eżami tal-fajls ta' għeluq tal-programmi u l-proġetti tal-perjodu bejn l-2000 u l-2006.

Fl-organizzazzjoni, it-tħejjija tal-linji gwida u r-rappurtar dwar il-laqgħat annwali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Fl-analiżi tar-rapporti ta' verifika jew ta' kontroll u sorveljanza tal-applikazzjoni fuq il-post b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.

Fl-istabbiliment tar-rabta bejn l-awtoritajiet ta' ġestjoni u l-imsieħba l-oħra fl-implimentazzjoni tal-programm/proġett.

Fil-ġestjoni tal-kuntratti rilevanti tal-assistenza teknika tal-Unjoni.

Fit-tħejjija tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet miktuba u orali mressqa mill-membri tal-Parlament Ewropew, għall-petizzjonijiet u ilmenti ppreżentati fi ħdan il-Parlament u għat-talbiet ta' informazzjoni tal-awtoritajiet, tal-partijiet involuti jew tal-pubbliku.

Fit-tħejjija tal-aġġornamenti, laqgħat ta' informazzjoni u dokumenti oħra fuq il-bażi tat-talbiet li jsiru mill-kabinett, mill-ġerarkija u s-servizzi orizzontali.

F'rendikont ta' kull sors ta' informazzjoni rilevanti, kemm jekk tkun ekonomika, xjentifika jew politika, b'mod speċjali permezz tal-istampa bil-miktub jew awdjoviżiva nazzjonali, reġjonali jew lokali, dwar il-politiki tal-Unjoni kkonċernati u b'mod iktar dirett l-implimentazzjoni tal-programmi inkluża s-sorveljanza tal-iskemi ta' għajnuna mill-Istat adottati mill-Istat Membru jew tal-irregolaritajiet.

Fl-iżgurar tas-sorveljanza tal-irregolaritajiet identifikati mill-Istat Membru jew mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni inklużi l-korrezzjonijiet finanzjarji.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu komplut ta' studji universitarji ċċertifikat b'lawrija ta' tmiem l-istudji b'rabta mal-qasam meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji huwa ekwivalenti għal erba' snin jew iktar,

JEW

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu komplut ta' studji universitarji ekwivalenti għal mill-inqas 3 snin iċċertifikat b'lawrija ta' tmiem l-istudji b'rabta mal-qasam, segwit minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena relatata mal-funzjonijiet ikkonċernati.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena tagħmel parti integrali mil-lawrija u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 3 snin hija meħtieġa fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri amministrattivi, tfassil, ġestjoni u implimentazzjoni tal-programmi u/jew proġetti ta' investiment iffinanzjati bl-għajnuna tal-fondi pubbliċi u privati jew b'self. Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tal-lawrija li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

Dottorat f'suġġett li huwa relatat ma' dan il-qasam, li nkiseb fil-qafas ta' studji full time jista' jiġi kkunsidrat għal perjodu ta' mhux iktar minn sena.

Il-perjodi ta' taħriġ addizzjonali marbuta mal-ispeċjalizzazzjoni meħtieġa u segwiti wara l-għoti tad-diploma meħtieġa jistgħu jiġu kkunsidrati għal perjodu ta' mhux iktar minn sena.

4.   Kriterji ta' għażla

Fil-qafas tal-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra dawn l-elementi li ġejjin:

1.

Minħabba n-natura ta' ċerti postijiet li jridu jimtlew, b'mod speċjali fil-qasam tal-politika reġjonali, il-ħila ċċertifikata ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi li ġejjin, li għandha tkun differenti mil-lingwi 1 u 2 mitluba fit-taqsima III, punt 2.3:

 

(BG) Bulgaru, (CS) Ċek, (EL) Grieg, (ET) Estonjan, (HU) Ungeriż, (LT) Litwan, (LV) Latvjan, (MT) Malti, (PL) Pollakk, (RO) Rumen, (SK) Slovakk, (SL) Sloven.

2.

Taħriġ addizzjonali f'wieħed mill-oqsma li ġejjin:

l-iżvilupp reġjonali;

l-impjieg, it-taħriġ u l-edukazzjoni;

l-iżvilupp rurali u l-agrikoltura;

is-settur tas-sajd.

3.

Esperjenza professjonali rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni, verifika u kontroll u evalwazzjoni tal-programmi u tal-proġetti sostnuti mill-fondi strutturali/fond ta' koeżjoni, kif ukoll dawk sostnuti mill-FAEŻR u l-FES.

4.

Esperjenza professjonali kif imfissra fil-punt 3 hawn fuq, għajr it-3 snin mitluba.

5.

Esperjenza professjonali f'wieħed mill-oqsma ta' interventi koperti mill-fondi kkonċernati, b'mod speċjali:

l-infrastrutturi tat-trasport, l-ambjent, it-telekomunikazzjonijiet u l-enerġija;

l-adattament taż-żoni urbani u rurali;

l-investimenti produttivi;

ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija;

l-aċċess tal-impriżi għall-kreditu u l-inġinerija finanzjarja;

l-impjiegi, it-taħriġ u l-edukazzjoni;

l-iżvilupp rurali u l-agrikoltura;

is-settur tas-sajd.

6.

Esperjenza ta' negozjati f'organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali.

7.

Esperjenza fir-riċerka akkademika jew fit-tagħlim f'wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:

l-iżvilupp reġjonali;

l-impjiegi, it-taħriġ u l-edukazzjoni;

l-iżvilupp rurali u l-agrikoltura;

l-iżvilupp u r-rikonverżjoni tas-settur tas-sajd.

8.

Pubblikazzjonijiet f'wieħed jew f'diversi minn dawn l-oqsma li ġejjin:

l-iżvilupp reġjonali;

l-impjieg, it-taħriġ u l-edukazzjoni;

l-iżvilupp rurali u l-agrikoltura;

l-iżvilupp u r-rikonverżjoni tas-settur tas-sajd.

9.

Lawrija fil-livell ta' Master's relatata mal-esperjenza professjonali kif deskritta fil-punt 3 hawn fuq.

10.

Dottorat relatat mal-esperjenza professjonali kif deskritta fil-punt 3 hawn fuq.


(1)  Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FEŻR); Fond ta' Koeżjoni (FK): Fond Soċjali Ewropew (FSE); Fond Ewropew għas-Sajd (FES); Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).


ANNESS II

EPSO/AD/205/10 — AMMINISTRATURI (AD 7)

DWANA/TAXXI

Din il-kompetizzjoni ġenerali qiegħda ssir sabiex tirrekluta Amministraturi (AD 7) fil-qasam tad-DWANA/TASSAZZJONI fil-Kummissjoni Ewropea.

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Dwana (17-il kandidat magħżul)

Ir-rwol ġenerali tal-amministraturi (AD 7) fil-qasam tad-dwana huwa li jwettqu analiżi, jħejju rapporti u kompiti rilevanti oħra relatati mal-iżvilupp u l-ġestjoni tal-Unjoni Doganali u jwettqu dmirijiet amministrattivi, ta' konsulenza u ta' superviżjoni f'livell għoli.

Il-kandidati li jirnexxu se jintalbu jabbozzaw u janalizzaw il-leġiżlazzjoni doganali kif inhi kkonsolidata fil-Kodiċi Doganali Komunitarju u fit-Tariffa Doganali Komunitarja, dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni korrispondenti u regoli oħra relatati, kif ukoll f'oqsma doganali speċifiċi oħra bħal pereżempju l-kontrolli doganali, il-proċess tal-modernizzazzjoni tad-dwana u/jew tal-applikazzjonijiet tal-IT tagħha. Flimkien mal-monitoraġġ tal-iżviluppi leġiżlattivi, il-kandidati jistgħu wkoll ikunu meħtieġa li jippreżentaw u jinnegozjaw f'isem l-istituzzjoni fuq livell tal-UE u dak internazzjonali.

Tassazzjoni (17-il kandidat magħżul)

Ir-rwol ġenerali tal-amministraturi (AD 7) fil-qasam tat-tassazzjoni huwa li jagħtu appoġġ lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fit-twettiq tal-missjoni tal-istituzzjoni tagħhom, jipprovdu analiżi legali, ekonomika u/jew statistika meħtieġa għall-bidu, żvilupp, ġestjoni u/jew evalwazzjoni tal-politiki tal-UE fit-tassazzjoni diretta u/jew indiretta, fuq livell għoli.

Il-kandidati li jirnexxu se jintalbu janalizzaw kwistjonijiet diretti u/jew indiretti, jagħmlu valutazzjoni legali skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli tat-taxxa, janalizzaw l-impatti tagħhom u jippreżentaw abbozzi legali jew iħejju analiżi ekonomika ta' dawk il-kwistjonijiet. Huma se jkunu mitluba wkoll iwettqu dmirijiet ta' koordinazzjoni u negozjati fuq livell internazzjonali, relatati mal-politika tat-taxxa tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma li ġejjin:

Analiżi ekonomika u evalwazzjoni tat-taxxi

L-analiżi tal-effetti ekonomiċi tal-politiki nazzjonali dwar kontribuzzjonijiet u ħlasijiet statutorji li għandhom impatt fuq il-politika tal-UE, b'referenza partikolari għar-riforma tat-taxxa u l-adozzjoni tal-liġijiet ġodda tal-finanzi.

Evalwazzjoni tal-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji tal-miżuri tat-taxxa proposti mill-Kummissjoni.

Tassazzjoni diretta

L-għoti ta' konsulenza teknika speċjalizzata ħafna dwar tassazzjoni tal-kumpaniji u/jew personali.

Monitoraġġ tal-politika tat-taxxa fl-Istati Membri u fuq livell tal-UE u internazzjonali, il-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-Istati Membri u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE.

Tassazzjoni indiretta:

VAT

Provvediment ta' konsulenza teknika speċjalizzata ħafna fil-qasam tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-VAT.

Evalwazzjoni tal-kontroll tal-VAT u l-prevenzjoni tal-frodi.

Monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT.

Taxxi indiretti oħra (ambjent, trasport, enerġija u dazji tas-sisa)

Żvilupp tal-politika tat-taxxa fir-rigward tal-ambjent, trasport u enerġija.

Applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sisa tal-UE (alkoħol, tabakk, prodotti u żjut minerali) u l-iżvilupp ta' proċeduri ta' kontroll imsaħħa u l-ġlieda kontra l-frodi.

Valutazzjoni tal-potenzjal ekonomiku u tekniku tat-taxxi indiretti ġodda.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu komplut ta' studji universitarji ċċertifikat b'lawrija ta' tmiem l-istudji meta l-perjodu normali ta' dawn l-istudji huwa ekwivalenti għal erba' snin jew iktar,

JEW

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu komplut ta' studji universitarji ekwivalenti għal mill-inqas 3 snin iċċertifikat b'lawrija ta' tmiem l-istudji segwit minn esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena relatata man-natura tal-funzjonijiet.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas sena tagħmel parti integrali mid-diploma u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.

3.   Esperjenza professjonali

Dwana

Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 6 snin relatata mal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri, kif imfissra fid-deskrizzjoni tal-funzjonijiet.

Tassazzjoni

Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 6 snin relatata mal-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tat-tassazzjoni jew mal-analiżi ekonomika ta' kwistjonijiet tat-tassazzjoni. L-oqsma ta' kompetenza għandhom jinkludu l-analiżi tal-leġiżlazzjoni tat-taxxa nazzjonali u/jew tal-UE diretta u/jew indiretta u kwistjonijiet rilevanti tat-taxxa diretta u/jew indiretta fuq il-bażi ta' għarfien tajjeb tal-aspetti ekonomiċi; il-valutazzjoni tagħhom legali jew ekonomika skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli nazzjonali u/jew tal-UE; twettiq ta' studji ekonomiċi u t-tħejjija ta' dokumenti legali.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

Dottorat f'suġġett li huwa relatat ma' dan il-qasam, li nkiseb fil-qafas ta' studji full time jista' jiġi kkunsidrat għall-perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin. Jekk il-kandidat ikun kiseb id-dottorat f'inqas minn 3 snin, id-dewmien reali tal-istudji biss se jiġi kkalkulat.

Il-perjodi ta' taħriġ addizzjonali marbuta mal-ispeċjalizzazzjoni meħtieġa u segwiti wara l-għoti tad-diploma meħtieġa jistgħu jiġu kkunsidrati għall-perjodu ta' mhux iktar minn sena.

4.   Kriterji ta' għażla

Fil-qafas tal-għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra dawn l-elementi li ġejjin:

Dwana

1.

Esperjenza professjonali fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni, regoli u proċeduri tad-dwana (pereżempju fis-servizzi ċentrali, f'uffiċċju tad-dwana eċċ).

2.

Esperjenza professjonali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, regoli u proċeduri tad-dwana (pereżempju fis-servizzi ċentrali, f'uffiċċju tad-dwana eċċ).

3.

Esperjenza professjonali fil-leġiżlazzjoni relatata mad-dwana, bħala pereżempju r-regolamenti tal-infurzar tal-IPR, prekursuri tad-droga, kontroll ta' flus kontanti.

4.

Esperjenza professjonali fil-politika komuni tal-kummerċ.

5.

Esperjenza professjonali f'politiki oħra tal-UE, bħal pereżempju l-agrikoltura, il-baġit, is-saħħa, is-sikurezza tal-prodotti jew l-ambjent, kif applikati mid-dwana.

6.

Esperjenza professjonali fl-użu tad-databases speċifiċi tad-Dwana u analiżi statistika relatata.

7.

Esperjenza professjonali fir-relazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tad-dwana (pereżempju sigurtà fil-katina tal-provvista, infurzar tal-IPR, faċilitazzjoni tal-kummerċ).

8.

Esperjenza professjonali fl-Immudellar tal-Proċess tan-Negozju.

9.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp ta' proġetti tal-IT.

10.

Studji għal-lawrija jew ta' wara l-lawrija bi speċjalizzazzjoni fil-liġi doganali, ġestjoni ta' negozju jew ekonomija.

11.

Pubblikazzjonijiet u artikli f'ġurnali akademiċi, relatati mad-dwana.

12.

Esperjenza f'timijiet ta' proġetti multidixxiplinarji u multikulturali.

Tassazzjoni

1.

Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-liġi tat-taxxa nazzjonali u/jew internazzjonali/tal-UE, b'mod speċjali f':

tassazzjoni diretta (b'mod partikolari, taxxa fuq id-dħul, taxxa tal-kumpaniji, taxxa tad-dividendi, taxxa tas-suċċessjoni);

tassazzjoni indiretta (b'mod partikolari VAT, dazji tas-sisa, taxxa ambjentali).

f'wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

uffiċċju legali;

bħala avukat intern f'kumpanija jew assoċjazzjoni professjonali

kumpanija professjonali ta' konsulenza dwar it-taxxa;

organizzazzjoni/awtorità ta' tassazzjoni nazzjonali/internazzjonali jew ministeru tal-finanzi/tassazzjoni

università jew entità ta' riċerka speċjalizzata fit-tassazzjoni jew fl-ekonomija tat-tassazzjoni.;

istituzzjoni ġudizzjarja.

2.

Esperjenza professjonali fl-analiżi tal-impatti tar-regoli tat-taxxa fuq il-kompetittività ekonomika, il-ġbir għaqli tad-dħul u spejjeż li jirriżultaw mill-konformità.

3.

Kompetenza professjonali fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni.

4.

Esperjenza professjonali fin-negozjati fuq livell internazzjonali.

5.

Esperjenza professjonali fir-riċerka akkademika jew tagħlim fil-qasam tal-liġi tat-taxxa jew ekonomija tat-tassazzjoni.

6.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp tal-proġetti tal-IT.

7.

Studji għal-lawrija jew ta' wara l-lawrija bi speċjalizzazzjoni fil-liġi tat-taxxa diretta u/jew indiretta, internazzjonali u/jew tal-UE.

8.

Kwalifika professjonali relatata man-natura tad-dmirijiet (inkluża kwalifika maħruġa minn amministrazzjoni tat-taxxa jew assoċjazzjoni ta' konsulenti tat-taxxa).

9.

Studji għal-lawrija jew ta' wara l-lawrija fi skola jew fakultà tal-liġi.

10.

Studji għal-lawrija jew ta' wara l-lawrija fl-ekonomija b'attenzjoni fuq wieħed jew diversi minn dawn l-oqsma li ġejjin: ekonomija tat-tassazzjoni, finanzi pubbliċi, ekonomija pubblika, mudellar ekonomiku, ekonometrika jew statistika.


28.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 292/11


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI EPSO/AST/102-103-104/10

(2010/C 292 A/02)

Interessat f'karriera fl-istituzzjonijiet Ewropej?

Il-profil tiegħek jikkorrispondi mal-kriterji tagħna?

Mela applika

Agħti lilek innifsek iċ-ċans li tirnexxi

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali abbażi tal-kwalifiki u permezz ta' eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' assistenti (1).

EPSO/AST/102/10 — AWDJOVIŻIV/TFASSIL TA' WEBSAJTS (AST 3)

EPSO/AST/103/10 — ĠESTJONI TA' ARKIVJI U TA' DOKUMENTI (AST 3)

EPSO/AST/104/10 — SPEZZJONI NUKLEARI (AST 4)

L-għan ta' dawn il-kompetizzjonijiet huwa li jinħolqu listi ta' riżerva maħsuba biex jimlew postijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 184 A tat-8 ta' Lulju 2010 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO.

Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjonijiet, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.

WERREJ

I.

QAFAS ĠENERALI

II.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

III.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

IV.

AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U STEDINA GĦAĊ-ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

V.

KOMPETIZZJONI ĠENERALI

VI.

LISTI TA' RIŻERVA

VII.

KIF TAPPLIKA?

I.   QAFAS ĠENERALI

1.

Għadd ta' kandidati magħżula

EPSO/AST/102/10 = 37

EPSO/AST/103/10 = 43

EPSO/AST/104/10 = 30

2.

Kummenti

Int tista' tapplika għal waħda biss minn dawn il-kompetizzjonijiet u f'qasam wieħed biss tal-kompetizzjoni EPSO/AST/102/10.

Din l-għażla għandha ssir fil-ħin tal-applikazzjoni elettronika u ma tkunx tista' tinbidel ladarba tkun ivvalidajt u bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku.

II.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

Id-deskrizzjoni tal-profili speċifiċi tinsab fl-Anness.

Il-profil ġenerali mfittex mill-istituzzjonijiet huwa spjegat fid-dettall fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

III.   KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

, int għandek tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:

1.

Kundizzjonijiet ġenerali

a)

Tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

b)

Tgawdi mid-drittijiet ċivili tiegħek.

c)

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet ta' reklutaġġ applikabbli għas-servizz militari.

d)

Tippreżenta r-referenzi dwar il-karattru meħtieġa, li juru li inti tajjeb biex twettaq il-funzjonijiet previsti.

2.

Kundizzjonijiet speċifiċi

2.1

Kwalifiki

Ara l-Anness

2.2

Esperjenza professjonali

Ara l-Anness

2.3

Għarfien lingwistiku

Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin:

BG (Bulgaru)

CS (Ċek)

DA (Daniż)

DE (Ġermaniż)

EL (Grieg)

EN (Ingliż)

ES (Spanjol)

ET (Estonjan)

FI (Finlandiż)

FR (Franċiż)

GA (Irlandiż)

HU (Ungeriż)

IT (Taljan)

LT (Litwan)

LV (Latvjan)

MT (Malti)

NL (Olandiż)

PL (Pollakk)

PT (Portugiż)

RO (Rumen)

SK (Slovakk)

SL (Sloven)

SV (Svediż)

a)

Lingwa 1:

Il-lingwa ewlenija:

għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

u

 

b)

Lingwa 2

It-tieni lingwa (li għandha tkun differenti mil-lingwa 1):

għarfien sodisfaċenti tal-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż.

IV.   AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U STEDINA GĦAĊ-ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

1.   Proċedura

L-analiżi tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi u l-għażla abbażi tal-kwalifiki jsiru fl-ewwel fażi fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet magħmula fl-applikazzjoni tiegħek.

a)

Ir-risposti tiegħek għall-mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi se jkunu pproċessati sabiex jiġi ddeterminat jekk inti tagħmilx parti mil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni.

b)

Imbagħad, il-bord tal-għażla jipproċedi billi, mill-kandidati inklużi f'din il-lista, jagħmel għażla abbażi tal-kwalifiki sabiex jidentifika liema kandidati għandhom l-aktar kwalifiki rilevanti (partikolarment diplomi u esperjenza professjonali) skont id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet u l-kriterji tal-għażla mfissra fl-avviż tal-kompetizzjoni. Din l-għażla ssir f'żewġ fażijiet:

skont l-importanza mogħtija lil kull kriterju msemmi fl-Anness, il-bord tal-għażla jistabbilixxi l-piż (minn 1 sa 3) ta' kull mistoqsija li tirriżulta minnu. L-ewwel għażla abbażi tal-kwalifiki ssir fuq il-bażi tar-risposti mmarkati fis-sezzjoni “evalwazzjoni tal-kapaċitajiet” (“Talent Screener”) tal-applikazzjoni u skont il-piż ta' kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet. L-applikazzjonijiet elettroniċi tal-kandidati li jkunu ġabu l-akbar numru ta' punti se jkunu soġġetti għat-tieni għażla. Waqt it-tieni għażla, in-numru ta' fajls eżaminati jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor ma' tliet darbiet in-numru ta' kandidati mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni;

waqt it-tieni għażla, il-bord tal-għażla jeżamina r-risposti tal-kandidati u skont il-kwalifiki tagħhom, jassenjalhom, marka minn 0 sa 4 għal kull risposta. Din il-marka tiġi mmultiplikata bil-piż ta' kull mistoqsija.

Il-bord tal-għażla mbagħad jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont dawn il-marki. In-numru tal-kandidati mistiedna (2) għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi għal mhux iktar minn tliet darbiet in-numru ta' kandidati magħżula, indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni. Dan in-numru se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu).

2.   Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati

Meta joħorġu r-riżultati taċ-ċentru ta' evalwazzjoni u fid-dawl ta' dawn ir-riżultati, id-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom se jkunu vverifikati mill-EPSO għall-kundizzjonijiet ġenerali u mill-bord tal-għażla għall-kundizzjonijiet speċifiċi u l-għażla abbażi tal-kwalifiki. Jekk matul din il-verifika jinstab li dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex ikkonfermati mid-dokumenti ta' appoġġ rilevanti, il-kandidati kkonċernati se jkunu esklużi mill-kompetizzjoni.

Il-verifika ssir b'ordni dixxendenti ta' mertu, għall-kandidati li kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki għat-testijiet d), e), f) kollha taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (ara t-Taqsima V). Il-kandidati jridu wkoll ikunu ġabu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tal-kapaċità a), b) u c) (ara t-Taqsima V). Din il-verifika ssir sakemm jintlaħaq in-numru ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni. Id-dokumenti ta' appoġġ tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan in-numru mhux se jiġu eżaminati.

V.   KOMPETIZZJONI ĠENERALI

1.

Stedina għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati li

skont id-dikjarazzjonijiet tagħhom fl-applikazzjoni elettronika, jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III.

u

li kisbu waħda mill-aħjar marki (3) fl-għażla abbażi tal-kwalifiki,

int se tkun mistieden tipparteċipa fl-istudju tal-każ fil-qasam magħżul u għal elementi oħra fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju se jsiru fi Brussell jew fil-Lussemburgu u li jdumu jum jew jum u nofs.

2.

Ċentru ta' evalwazzjoni

Int se tkun evalwat dwar il-kapaċitajiet tiegħek fil-qasam tar-raġunament (4)

permezz tal-elementi li ġejjin:

a)

test tar-raġunament verbali

b)

test tar-raġunament numeriku

c)

test tar-raġunament astratt.

Int se tkun evalwat ukoll fuq il-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam kif ukoll fuq il-kompetenzi ġenerali li ġejjin:

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Komunikazzjoni

Kwalità u riżultati

Tagħlim u żvilupp

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Perseveranza

Ħidma f'tim

Dawn il-kompetenzi huma mfissra fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

Dawn il-kompetenzi se jkunu eżaminati permezz tal-elementi li ġejjin:

d)

studju tal-każ fil-qasam magħżul,

e)

eżerċizzju fi grupp

f)

intervista strutturata.

3.

Lingwi taċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Lingwa 2 għall-elementi kollha minn a) sa f).

Waqt l-istudju tal-każ (element d), l-għarfien tal-lingwa ewlenija tiegħek (lingwa 1) se jkun eżaminat ukoll.

4.

Marki

Kapaċitajiet fil-qasam tar-raġunament

a)

verbali:

minn 0 sa 20 punt

il-minimu meħtieġ:

10 punti

b)

numeriku:

minn 0 sa 10 punti

c)

astratt:

minn 0 sa 10 punti

il-minimu meħtieġ għat-testijiet b) u c) flimkien: 10 punti

It-testijiet a), b) u c) huma eliminatorji iżda l-punti tagħhom mhux se jkunu miżjuda mal-punti tal-elementi l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

Kompetenzi speċifiċi

minn 0 sa 100 punt

il-minimu meħtieġ: 50 punt.

Kompetenzi ġenerali

minn 0 sa 70 punt għall-kompetenzi ġenerali kollha (10 punti għal kull kompetenza).

il-minimu meħtieġ:

 

3 punti għal kull kompetenza u

 

35 punt għas-seba' kompetenzi ġenerali kollha.

Għarfien tal-lingwa ewlenija

minn 0 sa 10 punti

il-minimu meħtieġ: 8 punti.

VI.   LISTI TA' RIŻERVA

1.

Kandidati li jiddaħħlu fil-listi ta' riżerva

Il-bord tal-għażla jdaħħal ismek fil-lista tar-riżerva (5) (ara n-numru ta' kandidati magħżula, Taqsima I, punt 1) jekk int tkun wieħed mill-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-Taqsima IV.

2.

Klassifika

Il-listi stabbiliti mill-kompetizzjoni, skont il-grupp ta' mertu (massimu ta' 4) u f'ordni alfabetiku f'kull grupp ta' mertu.

VII.   KIF TAPPLIKA?

1.

Applikazzjoni elettronika

Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO.

Data tal-għeluq: is-26 ta' Novembru 2010 f'12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell

2.

Trażmissjoni tal-fajl ta' applikazzjoni

F'fażi ulterjuri u kemm-il darba inti tkun tagħmel parti mill-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, se tkun mitlub tibgħat fajl ta' applikazzjoni komplut (applikazzjoni elettronika ffirmata flimkien ma' dokumenti ta' appoġġ).

Data tal-għeluq: Id-data tal-għeluq se tkun ikkomunikata fi żmien xieraq, permezz biss tal-profil tiegħek tal-EPSO.

Kundizzjonijiet: ara l-punt 2.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.


(1)  F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.

(2)  Il-kandidati li ma ġewx mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jistgħu jġibu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż assenjat għal kull mistoqsija mill-bord tal-għażla, fuq talba magħmula fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju wara li jkunu ġew nnotifikati li ma ġewx ammessi fil-kompetizzjoni.

(3)  Fil-każ fejn fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(4)  Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, it-testijiet ta' raġunament jistgħu jsiru fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri, indipendentement minn provi oħra li jsiru fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(5)  Fil-każ fejn, għall-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jkunu inklużi fil-lista ta' riżerva.


ANNESS I

EPSO/AST/102/10 — ASSISTENTI (AST 3)

AWDJOVIŻIV/TFASSIL TA' WEBSAJTS

Aħna qegħdin infittxu speċjalisti fl-oqsma awdjoviżivi u multimedjali u fil-qasam tal-web għall-mowbajl. Dawk li jiġu impjegati se jkunu attivi f'diversi oqsma tal-produzzjoni awdjoviżiva, fl-inġinerija u l-arkivjar, kif ukoll fil-multimedja u fit-tfassil u l-iżvilupp ta' websajts għall-mowbajl. Is-servizzi huma maħsuba kemm għal klijenti interni kif ukoll għal dawk esterni.

Aħna qegħdin infittxu speċjalisti fl-oqsma li ġejjin:

I.   ASSISTENT PRODUTTUR AWDJOVIŻIV (6 KANDIDATI MAGĦŻULA)

Il-produtturi awdjoviżivi se jkunu qed jaħdmu f'ambjent dinamiku ħafna u se jkunu responsabbli mill-produzzjonijiet fix-xogħol tal-Istituzzjonijiet fuq firxa wiesgħa ta' formati, kemm f'termini tal-kontenut kif ukoll tan-natura tiegħu. L-istituzzjonijiet tal-UE qed ifittxu produtturi awdjoviżivi li huma komunikaturi b'saħħithom, innovattivi u motivati u li għandhom ħiliet tajba ta' organizzazzjoni u ta' ppjanar.

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

L-iżgurar tad-diversi stadji tal-produzzjonijiet “TV”, “Radio”, “AV Web”, “Europe by Satellite”, “Archives” u “Photo” (il-preparazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-montaġġ, l-arkivjar eċċ.).

Id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni ta' programmi awdjoviżivi/multimedjali.

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-monitoraġġ u tal-analiżi sistematika tal-impatt tal-attivitajiet awdjoviżivi tal-Parlament Ewropew.

Il-ġestjoni u l-finalizzazzjoni ta' proġetti speċifiċi li jistgħu jimplikaw responsabbiltajiet finanzjarji.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikat minn diploma ta' studji speċjalizzati fil-produzzjoni awdjoviżiva u multimedjali tax-xandir.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mhux inqas minn tliet snin bħala assistent fil-produzzjoni awdjoviżiva. Din l-esperjenza għandha tkun inkisbet wara l-grad/id-diploma meħtieġa skont il-punt 2.

4.   Kriterji għall-għażla

Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra l-elementi li ġejjin:

1.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tal-produzzjoni ta' programmi tat-televiżjoni.

2.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tal-produzzjoni ta' programmi tar-radju.

3.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tal-produzzjoni ta' rapportaġġi fotografiċi.

4.

Esperjenza professjonali fil-produzzjoni awdjoviżiva tat-TV/ir-Radju/il-Fotografija lil hinn mit-tliet snin meħtieġa wara d-diploma li tkun inkisbet f'dawn l-aħħar għaxar snin.

5.

Esperjenza professjonali fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti, l-eżiġenzi u l-ostakli tal-media awdjoviżiva (it-TV/ir-Radju/il-Fotografija) fir-rigward ta' suġġetti relatati mal-attwalità Ewropea.

6.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-produzzjoni ta' prodotti awdjoviżivi tat-TV/ir-Radju/il-Fotografija permezz tat-teknoloġiji l-ġodda (l-Internet).

7.

Esperjenza professjonali, fil-qasam tal-editjar u fil-fażi ta' wara l-produzzjoni ta' programmi awdjoviżivi tat-TV jew tar-radju jew ta' rapportaġġi fotografiċi.

8.

Esperjenza professjonali fl-ippjanar tal-produzzjoni ta' programmi u ta' rapportaġġi (it-TV/ir-Radju/il-Fotografija).

9.

Esperjenza professjonali fit-tmexxija ta' timijiet tekniċi (it-TV/ir-Radju/il-Fotografija).

10.

Esperjenza professjonali fl-għażla ta' mezzi tekniċi (it-TV/ir-Radju/il-Fotografija).

11.

Esperjenza professjonali fl-użu ta' Mezzi ġodda għad-Distribuzzjoni ta' Kontenuti tat-TV/ir-Radju/il-Fotografija (websajts ta' informazzjoni onlajn).

12.

Esperjenza professjonali fl-amministrazzjoni baġitarja ta' produzzjoni awdjoviżiva (it-TV/ir-Radju/il-Fotografija).

II.   TEKNIĊI AWDJOVIŻIVI (11 KANDIDATI MAGĦŻULA)

It-tekniċi awdjoviżivi se jkunu qed jaħdmu f'ambjent teknoloġiku avvanzat u se jkunu involuti fit-twaqqif ta' proġetti ġodda kif ukoll fil-manutenzjoni u l-aġġornament ta' installazzjonijiet eżistenti. It-tekniċi impjegati għandhom ikollhom ħiliet analitiċi b'saħħithom u l-abbiltà li jsolvu l-problemi. Għandhom ikollhom il-kapaċità eċċellenti li jaħdmu f'tim u għandhom ikollhom l-abbiltà li jaħdmu taħt pressjoni.

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Is-superviżjoni tal-funzjonament, iż-żamma u l-adattament ta' installazzjonijiet għax-xandir u l-multimedja.

L-istudju u d-definizzjoni tal-aspetti tekniċi tat-tagħmir ġdid, skont l-iżvilupp tat-teknoloġiji u tal-ħtiġijiet ta' min jużahom.

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-kontroll tal-konformità ta' tagħmir ġdid.

L-iżgurar tal-iżvilupp u tat-tfassil ta' proġetti ġodda prinċipalment orjentati lejn it-teknoloġiji tal-web u t-teknoloġiji tal-IT.

L-iżgurar tal-appoġġ informatiku għas-servizzi tat-TV, multimedjali u tal-fotografija, partikolarment il-konfigurazzjoni tal-ewwel livell ta' netwerks, ta' servers u ta' applikazzjonijiet informatiċi, kif ukoll is-sorveljanza tal-backups u tas-sigurtà tas-sistemi.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikat minn diploma ta' studji speċjalizzati f'wieħed mill-oqsma li ġejjin: it-teknoloġija awdjoviżiva tax-xandir u l-multimedja, l-elettronika jew l-informatika.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mhux inqas minn tliet snin bħala tekniku awdjoviżiv. Din l-esperjenza għandha tkun inkisbet wara l-grad/id-diploma meħtieġa skont il-punt 2.

4.   Kriterji għall-għażla

Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra l-elementi li ġejjin:

1.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tal-elettronika ġenerali.

2.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tal-vidjos analoġiċi u diġitali.

3.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tal-Awdjo analoġiku u diġitali.

4.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tat-tidwil ta' studjos tat-TV (dimmers, proġekters, mikser tad-dawl, protokoll tal-komunikazzjoni).

5.

Esperjenza professjonali fil-qasam tat-tidwil ta' studjos tat-TV (dimmers, proġekters, mikser tad-dawl, protokoll tal-komunikazzjoni).

6.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tat-teknoloġiji tal-IT (li jinkludu l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet tal-klijenti/tas-servers, is-softwers għall-ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta, u għas-sigurtà ta' dejta informatika, in-netwerks TCP-IP).

7.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tat-teknoloġiji tal-IT marbutin max-xandir awdjoviżiv u l-multimedja (kompressjoni tal-vidjo u tal-awdjo, protokoll tat-trażmissjoni, streaming, vidjo fuq talba, formati għar-reġistrazzjoni).

8.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tat-teknoloġiji tal-IT marbutin mal-arkivjar u l-indiċjar tad-dejta informatika multimedjali.

9.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tad-disinn assistit mill-kompjuter (Autocad).

10.

Esperjenza professjonali fil-qasam tat-teknoloġiji tal-IT u tal-web (li jinkludu l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet tal-klijenti/tas-servers, is-softwers għall-ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta, u għas-sigurtà ta' dejta informatika).

11.

Esperjenza professjonali fit-tmexxija ta' timijiet.

12.

Esperjenza professjonali bħala tekniku awdjoviżiv, wara t-tliet snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa skont il-punt II.3, u li tkun inkisbet f'dawn l-aħħar għaxar snin.

13.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-appoġġ informatiku għas-servizzi tat-TV, tal-multimedja u tal-fotografija.

14.

Esperjenza professjonali fl-użu ta' tagħmir tal-konferenzi (interpretar simultanju, projezzjoni, vidjokonferenzi).

III.   ARKIVISTI AWDJOVIŻIVI (5 KANDIDATI MAGĦŻULA)

L-arkivji awdjoviżivi tal-istituzzjonijiet tal-UE fihom filmati storiċi u topiċi uniċi ta' mumenti kruċjali fil-passat tagħhom u tal-attivitajiet ta' kuljum tagħhom. L-arkivisti li jaħdmu f'dan l-ambjent għandhom ikunu konxji minn dan il-wirt partikolari u fl-istess ħin, għandhom ikunu familjari mal-għodod teknoloġiċi l-aktar reċenti għall-ġestjoni tal-arkivji. L-arkivisti awdjoviżivi għandhom ikollhom ħiliet interpersonali u kapaċitajiet organizzattivi qawwija kif ukoll sens ta' innovazzjoni u ta' inizjattiva.

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

L-organizzazzjoni, il-ġestjoni u l-użu tal-arkivji tat-televiżjoni, tal-multimedja, tar-radju u tal-fotografija.

L-użu u l-ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta dokumentarji speċifiċi għall-indiċjar u d-deskrizzjoni ta' sekwenzi ġodda bil-ħsieb li jiġu inklużi fil-bażi tad-dejta tal-arkivji u li jiġu ppubblikati fuq l-internet.

Il-ħidma flimkien ma' professjonisti tat-televiżjoni, tal-multimedja, tar-radju u tal-fotografija (produtturi, ġurnalisti, dokumentalisti eċċ.) għall-provvediment ta' immaġni adattati għall-ħtiġijiet tagħhom kif ukoll ta' immaġni mill-arkivji għat-timijiet tal-produzzjoni.

L-iżgurar ta' sorveljanza tat-teknoloġija: l-adattament tal-ġestjoni tal-arkivji għal teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni.

2.   Kwalifiki

a)

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikat minn diploma ta' studji speċjalizzati fl-arkivjar awdjoviżiv jew fid-dokumentazzjoni.

JEW

b)

Livell ta' edukazzjoni sekondarja ċċertifikat minn diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja segwita minn esperjenza professjonali ta' mhux inqas minn tliet snin fil-qasam tal-arkivjar awdjoviżiv.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mhux inqas minn tliet snin fil-qasam tal-arkivjar awdjoviżiv. Din l-esperjenza għandha tkun inkisbet:

wara l-grad/id-diploma meħtieġa skont il-punt 2. a)

JEW

wara l-grad/id-diploma u flimkien mal-esperjenza professjonali meħtieġa skont il-punt 2. b)

4.   Kriterji għall-għażla

Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra l-elementi li ġejjin:

1.

Taħriġ addizzjonali fil-qasam tal-arkivjar awdjoviżiv jew tad-dokumentazzjoni.

2.

Esperjenza professjonali bħala arkivista awdjoviżiv, wara t-tliet snin meħtieġa msemmija taħt “Esperjenza professjonali”, u li tkun inkisbet f'dawn l-aħħar għaxar snin.

3.

Għarfien eċċellenti u ċċertifikat ta' waħda miż-żewġ lingwi użati għall-indiċjar (FR jew EN).

4.

Esperjenza professjonali fit-tekniki tal-ġestjoni tal-bażijiet tad-dejta awdjoviżivi.

5.

Għarfien teoretiku u ċċertifikat tal-ġestjoni u tat-tekniki tal-proċess tad-diġitalizzazzjoni.

6.

Esperjenza professjonali fil-ġestjoni u fit-tekniki tal-proċess tad-diġitalizzazzjoni.

7.

L-għarfien tal-istorja tal-integrazzjoni Ewropea kif ukoll tal-affarijiet Ewropej u dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet Ewropej.

8.

L-għarfien tal-proċess tal-produzzjoni awdjoviżiva.

9.

L-għarfien tal-vokabularju u tal-għodod tal-mezzi tekniċi awdjoviżivi.

10.

Esperjenza professjonali fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti, l-eżiġenzi u l-ostakli tal-media awdjoviżiva li jikkonċernaw is-suġġetti tal-attwalità Ewropea.

11.

Esperjenza professjonali fl-użu tal-mezzi l-ġodda li jxandru l-kontenuti tat-TV, tar-radju u tal-fotografija.

12.

Għarfien teoretiku u ċċertifikat fil-qasam tal-ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet tal-immaġni.

13.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet tal-immaġni.

14.

Esperjenza fir-riċerka u n-negozjati għall-kisba ta' kontenuti awdjoviżivi (it-TV, ir-radju, il-fotografija).

IV.   SPEĊJALISTA FID-DISINN GRAFIKU GĦALL-WEB “MULTIMEDJALI U GĦALL-MOWBAJL” (5 KANDIDATI MAGĦŻULA)

Bħala artist veru tal-Web, int se tkun dak li jirrappreżenta l-perċezzjoni prestiġjuża tal-Istituzzjoni. Int għandek it-talent meħtieġ biex tiddefinixxi identitajiet viżwali, telabora standards grafiċi u b'mod aktar partikolari biex tittraduċi ideat, kunċetti u informazzjoni oħra f'forma grafika, oriġinali u kompletament ġdida. L-organizzazzjoni, il-prijoritizzazzjoni, il-leġġibilità u l-aċċessibilità tal-kontenut multimedjali jagħmlu parti integrali mill-kwalitajiet tiegħek.

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Il-parteċipazzjoni bħala artist veru tal-Web, fil-kreazzjoni ta' identitajiet viżwali ġodda u/jew ta' standards grafiċi kif ukoll fl-iżgurar tal-aġġornament tagħhom, jekk dan ikun meħtieġ.

L-iżgurar tal-produzzjoni grafika ta' kuljum ta' oġġetti ta' komunikazzjoni u/jew ta' kultura maħsuba għall-websajts.

It-traduzzjoni ta' ideat, kunċetti u funzjonijiet f'forma evokattiva, oriġinali, irfinata, artistika u grafika skont l-istandards grafiċi u f'konformità mal-istandards tal-aċċessibilità (“Web Accessibility Initiative”).

Il-parteċipazzjoni fit-tfassil tal-immudellar grafiku u ergonomiku ta' prodotti ġodda multimedjali jew infografiċi u ta' applikazzjonijiet ġodda għall-mowbajl, u eventwalment il-produzzjoni ta' mudelli oriġinali b'leġġibilità u użu mill-aqwa.

Il-parteċipazzjoni fit-tfassil ergonomiku ta' paġni tal-web, intestaturi ġodda, websajts ġodda f'kollaborazzjoni mat-tim tat-tfassil tal-websajts u l-preżentazzjoni ta' mudelli illustrattivi.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikat minn diploma ta' studji speċjalizzati fl-arti grafika applikata jew fil-multimedja applikata.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mhux inqas minn tliet snin f'aġenzija speċjalizzata fil-komunikazzjoni fuq il-Web. Din l-esperjenza għandha tkun inkisbet wara l-grad/id-diploma meħtieġa skont il-punt 2.

4.   Kriterji għall-għażla

Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra l-elementi li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-kreazzjoni viżwali professjonali u tal-komunikazzjoni mal-pubbliku ġenerali, wara t-tliet snin meħtieġa skont il-punt 3 ta' hawn fuq. Din l-esperjenza addizzjonali għandha tkun inkisbet f'dawn l-aħħar għaxar snin.

2.

Esperjenza professjonali fil-qasam tat-tfassil grafiku u artistiku kemm għal fuq il-Web kif ukoll għal fuq il-Web għall-mowbajl.

3.

Għarfien teoretiku u ċċertifikat tad-dinja tal-Internet, partikolarment dwar tendenzi ġodda, pjattaformi kollaborattivi, ta' skambju u ta' kondiviżjoni li l-aktar jintużaw, kif ukoll dwar l-Internet mobbli.

4.

Esperjenza professjonali profonda fid-dinja tal-Internet, partikolarment ta' tendenzi ġodda, ta' pjattaformi kollaborattivi, ta' skambju u ta' kondiviżjoni li l-aktar jintużaw, kif ukoll tal-Internet mobbli.

5.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-għodod li jintużaw fil-produzzjoni grafika u multimedjali.

6.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-ergonomija orjentata fuq il-Web u l-Mowbajl.

7.

Għarfien teoretiku u ċċertifikat jew esperjenza professjonali tal-istandards rigward l-aċċessibilità (WCAG 2.0, WAI-ARIA) u tal-lingwi dikjarattivi (W3C).

8.

Esperjenza professjonali fil-ġestjoni tal-multilingwiżmu.

V.   ŻVILUPPATUR TA' WEBSAJTS “MULTIMEDJALI U GĦALL-MOWBAJL” (5 KANDIDATI MAGĦŻULA)

Bħala “żviluppatur ta' Websajts”, int tkun adattat biex tifhem l-analiżi funzjonali magħmula minn dak li jfassal il-websajt u tittraduċiha f'analiżi teknika, kif ukoll biex tipparteċipa, fi ħdan tim ta' żviluppaturi, fil-produzzjoni ta' funzjonalitajiet ġodda, ta' komponenti, servizzi u/jew applikazzjonijiet f'ambjent tal-IT li huwa innovattiv u multidixxiplinari.

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

It-tfassil u l-iżvilupp ta' għodod ta' kontribut u ta' pubblikazzjoni dinamika ta' kontenut multimedjali għall-Web inkluż il-Web għall-mowbajl fil-qafas tal-politika tal-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali.

It-tfassil u l-iżvilupp ta' interfaces rikki, ta' prodotti, servizzi multimedjali u servizzi 'rich media' f'konformità mal-istandards stabbiliti mill-“Web accessibility Initiative”.

L-istipulazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti ta' interattività u ta' komunikazzjoni.

L-għoti ta' opinjoni informata dwar il-fattibilità teknika u t-twettiq ta' analiżi teknika bbażata fuq analiżi editorjali u analiżi tal-karatteristiċi tal-prodotti li għandhom jiġu ppubblikati kif ukoll fuq il-mudelli ppreparati mit-tim tat-tfassil tal-websajts.

Ir-rispett lejn il-prassi tajba tal-kodifikazzjoni, l-iżgurar ta' testijiet komuni u ta' interoperabbiltà, il-validazzjoni tal-funzjonalitajiet żviluppati u tal-kontenut fir-rigward tal-istandards fis-seħħ (standards grafiċi, identità viżwali, W3C, WAI).

Il-parteċipazzjoni fl-elaborazzjoni ta' pjanijiet u ta' serje ta' testijiet maħsuba għar-riċezzjoni tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikat minn diploma ta' studji speċjalizzati fl-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-Web jew tal-Web għall-mowbajl.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mhux inqas minn tliet snin bħala żviluppatur ta' websajts fil-qasam tar-“rich media” jew tax-xandir bil-vidjo. Din l-esperjenza għandha tkun inkisbet wara l-grad/id-diploma meħtieġa skont il-punt 2.

4.   Kriterji għall-għażla

Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra l-elementi li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali bħala żviluppatur ta' websajts, wara t-tliet snin meħtieġa fil-punt 3 msemmi hawn fuq. Din l-esperjenza addizzjonali għandha tkun inkisbet f'dawn l-aħħar għaxar snin.

2.

Għarfien teoretiku u ċċertifikat tat-teknoloġiji avvanzati tal-komunikazzjoni multimedjali (inklużi dawk marbuta mar-ritrażmissjonijiet awdjoviżivi) fuq l-Internet (inkluż l-Internet mobbli), tal-arkitettura teknika u tal-pjattaformi kollaborattivi, ta' skambju u ta' kondiviżjoni.

3.

Esperjenza professjonali tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni multimedjali (inklużi dawk marbuta mar-ritrażmissjonijiet awdjoviżivi) fuq l-Internet (inkluż l-Internet mobbli), tal-arkitettura teknika u tal-pjattaformi kollaborattivi, ta' skambju u ta' kondiviżjoni.

4.

Għarfien teoretiku u ċċertifikat u esperjenza professjonali ta' applikazzjonijiet avvanzati fil-qasam tal-ġestjoni ta' kontenut multimedjali, tal-“workflow” u tal-proċess tal-fabrikazzjoni ta' kontenuti strutturati kif ukoll dawk mhux strutturati.

5.

Għarfien teoretiku u ċċertifikat tal-istandards fil-qasam tal-aċċessibilità (WCGA 2.0, WAI-ARIA) u tal-ergonomija IHM (“human-computer interaction”).

6.

Esperjenza professjonali tal-istandards fil-qasam tal-aċċessibilità (WCGA 2.0, WAI-ARIA) u tal-ergonomija IHM.

7.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-lingwi dikjarattivi (W3C), tal-lingwi tal-ipprogrammar (JAVA et C++) u tal-“frameworks” (SPRING u JPA).

8.

Għarfien teoretiku u ċċertifikat tal-browsers u tas-sistemi operattivi relatati mat-terminals tal-kompjuters u mal-mowbajls li jintużaw l-aktar.

9.

Esperjenza professjonali tal-browsers u tas-sistemi operattivi relatati mat-terminals tal-kompjuters u mal-mowbajls li jintużaw l-aktar.

10.

Esperjenza professjonali tas-servers tal-web APACHE u tas-server tal-applikazzjoni TOMCAT.

11.

Għarfien teoretiku u ċċertifikat u esperjenza professjonali tan-notazzjoni tal-UML jew tal-metodi tar-RUP.

12.

Għarfien teoretiku u ċċertifikat fil-qasam tar-referenzjar avvanzat tal-websajts.

13.

Esperjenza professjonali fil-qasam tar-referenzjar tal-websajts.

VI.   DIŻINJATUR TA' WEBSAJTS U TA' APPLIKAZZJONIJIET TAL-WEB (5 KANDIDATI MAGĦŻULA)

Bħala diżinjatur ta' websajts, int se tkun il-ħolqa vitali bejn il-'Business' u t-timijiet tal-IT. Int għandek il-kapaċità tagħmel l-astrazzjoni meħtieġa sabiex tanalizza u tifformula b'mod ċar kwalunkwe problema li tkun mitlub tindirizza f'diversi oqsma ta' investigazzjoni u, b'mod aktar partikolari, fit-tfassil editorjali tal-Internet “multimedjali u multilingwu” u, fil-mezzi li għandhom jiġu implimentati għall-amplifikazzjoni tal-komunikazzjoni, il-kondiviżjoni u l-iskambji fuq l-Internet. L-għarfien tiegħek tal-Internet u tat-teknoloġiji relatati għandu jippermettilek li tkun taf kollox qabel kulħadd u li tikkondividi dan it-tagħrif.

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Il-parteċipazzjoni fl-identifikazzjoni, l-analiżi, il-formulazzjoni u l-abbozzar tal-ħtiġijiet editorjali tal-utenti li jkunu jixtiequ jippublikaw xi informazzjoni fuq l-Internet.

Il-parteċipazzjoni fid-definizzjoni tal-arkitettura editorjali u tal-approċċ tal-pubblikazzjoni ta' prodott editorjali, ta' element kostitwenti multimedjali, ta' intestatura waħda jew aktar jew ta' xi websajt, inklużi l-verżjonijiet għall-mowbajl.

Il-parteċipazzjoni fit-tfassil tal-ergonomija ta' paġna tal-web, ta' intestatura ġdida, ta' websajt jew ta' xi applikazzjoni tal-mowbajl f'kollaborazzjoni mal-“web designers”.

L-assistenza lill-“web designers” fil-produzzjoni ta' mudelli ta' websajt skont l-approċċ magħżul għall-prodotti li għandhom jixxandru onlajn.

L-intervenzjoni fil-fażi tal-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet u tal-kunċetti ddettaljati ta' websajts klassiċi u/jew ta' dawk maħsuba għat-terminals tal-mowbajls.

L-assistenza lill-“web designers” u lill-iżviluppaturi fil-kreazzjoni ta' applikazzjonijiet għal terminali tal-mowbajls u d-definizzjoni tal-prinċipji tagħhom ta' browsing u ta' ergonomija li jixirqu mal-pjattaforma tal-eżekuzzjoni.

L-għoti tar-rakkomandazzjonijiet meħtieġa għat-timijiet tekniċi u l-“web designers” fl-oqsma tar-referenzjar, l-aċċessibilità u t-“tracking” tal-istatistiċi.

Il-monitoraġġ tat-tendenzi l-ġodda fil-qasam tat-tfassil u l-iżvilupp ta' websajts (il-grafika, l-aspetti tekniċi, funzjonalitajiet ġodda).

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikat minn diploma ta' studji speċjalizzati fit-tfassil ta' websajts u ta' applikazzjonijiet tal-web.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mhux inqas minn tliet snin fil-kreazzjoni ta' websajts u ta' websajts għal fuq il-mowbajl. Din l-esperjenza għandha tkun inkisbet wara l-grad/id-diploma meħtieġa skont il-punt 2.

4.   Kriterji għall-għażla

Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra l-elementi li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali fil-qasam tat-tfassil ta' websajts u ta' applikazzjonijiet tal-Web, wara t-tliet snin meħtieġa fil-punt 3 msemmi hawn fuq. Din l-esperjenza addizzjonali għandha tkun inkisbet f'dawn l-aħħar għaxar snin.

2.

Esperjenza professjonali fil-qasam tat-tfassil editorjali “multimedjali u multilingwu”.

3.

Esperjenza professjonali fil-qasam tat-tfassil ta' websajts għat-terminals tal-mowbajls.

4.

Esperjenza professjonali fl-abbozzar ta' ġabriet tal-ħtiġijiet tal-utenti u ta' analiżi funzjonali tal-websajts.

5.

Għarfien teoretiku ċċertifikat u esperjenza professjonali tat-tfassil avvanzat, l-ergonomija u l-prinċipji ta' browsing fuq l-Internet, inklużi għat-terminals tal-mowbajls tal-aħħar ġenerazzjoni.

6.

Għarfien teoretiku ċċertifikat u esperjenza professjonali profonda tad-dinja tal-internet, partikolarment ta' tendenzi ġodda, ta' mezzi tax-xandir bil-vidjo, tal-pjattaformi kollaborattivi, ta' skambju u ta' kondiviżjoni li l-aktar jintużaw kif ukoll tal-internet mobbli.

7.

Għarfien teoretiku ċċertifikat u esperjenza professjonali tal-istandards fil-qasam tal-aċċessibilità, tar-referenzjar u tal-istatistiċi dwar l-udjenza.

8.

Għarfien teoretiku ċċertifikat tal-browsers u tas-sistemi operattivi relatati mat-terminals tal-kompjuters u mal-mowbajls li jintużaw l-aktar.

9.

Esperjenza professjonali tal-browsers u tas-sistemi operattivi relatati mat-terminals tal-kompjuters u mal-mowbajls li jintużaw l-aktar.


ANNESS II

EPSO/AST/103/10 — ASSISTENTI (AST 3)

ĠESTJONI TAL-ARKIVJI U D-DOKUMENTI

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

B'mod ġenerali, l-assistenti fil-qasam tal-ġestjoni tal-arkivji u d-dokumentazzjoni għandhom il-funzjoni li jiżviluppaw u li japplikaw ir-regoli u l-proċeduri fir-rigward tal-ġestjoni tad-dokumenti, f'ambjent kumpless u multikulturali, ikkaratterizzat mill-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda. Huma għandhom jamministraw u jipprovdu s-servizzi tagħhom fl-oqsma tal-arkivji kurrenti, intermedjarji u storiċi, kif ukoll fir-riċerka storika. Barra minn dan, huma se jkunu mistennija li jxandru l-informazzjoni, li jipprovdu taħriġ, li jmexxu timijiet u li jipparteċipaw/jitkellmu f'manifestazzjonijiet interni/esterni.

Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li din il-kompetizzjoni m'għandhiex l-għan li tirrekluta speċjalisti fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) jew individwi bil-kariga ta' bibljotekarju.

Id-dmirijiet prinċipali involuti, li jistgħu jvarjaw minn instituzzjoni għall-oħra, jinkludu:

Il-ġabra, ir-reġistrazzjoni, l-indiċjar, il-klassifikar, it-tqassim, il-preservazzjoni u l-ħażna ta' dokumenti skont l-istandards internazzjonali fis-seħħ, bil-għajnuna ta' sistemi elettroniċi għall-ġestjoni ta' dokumenti u arkivji.

L-istabbiliment, l-organizzazzjoni u/jew l-aġġornament tal-pjanijiet tal-klassifikazzjonijiet, il-produzzjoni u l-aġġornament tal-iskedi tal-ġestjoni; il-kontribuzzjoni li tiggarantixxi l-awtentiċità tad-dokumenti, partikolarment f'ambjent elettroniku.

L-amministrazzjoni tal-arkivji diġitali, inkluża r-riċezzjoni u l-kodifikazzjoni tagħhom, il-klassifikazzjoni, l-istabbiliment u l-aġġornament tal-metadejta għall-arkivjar u r-riċerka ta' dokumenti, billi jintużaw, jitwaqqfu u jiġu miżmuma sistemi elettroniċi għall-ġestjoni ta' arkivji elettroniċi.

Il-kitba ta' deskrizzjoni storika u kuntestwali tal-kollezzjonijiet, id-dħul tar-referenzi tad-dokumenti u tal-fajls, il-binja ta' fajls u l-istabbiliment ta' analiżi tal-kontenut tal-arkivji magħżula għall-preservazzjoni permanenti, skont l-istandards internazzjonali fis-seħħ.

It-twettiq ta' riċerki profondi ta' fajls u ta' dokumenti ta' arkivji u l-għoti ta' għajnuna fuq livell tekniku u professjonali lill-viżitaturi u r-riċerkaturi.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji għolja kkompletati, iċċertifikati b'diploma fl-arkivjar jew fil-ġestjoni tad-dokumenti.

JEW

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji għolja kkompletati, iċċertifikati b'diploma, segwiti minn taħriġ ta' mhux inqas minn sena, iċċertifikat b'diploma fl-arkivjar jew fil-ġestjoni tad-dokumenti.

3.   Esperjenza professjonali

Wara l-kisba tad-diploma meħtieġa, tinħtieġ esperjenza professjonali fl-arkivjar u/jew fil-ġestjoni tad-dokumenti għall-perjodu minimu ta' tliet snin.

Jista' jiġi kkunsidrat, taħriġ addizzjonali fil-qasam tal-arkivjar/il-ġestjoni tad-dokumenti, iċċertifikat minn diploma, jekk dan ikun sar fil-qafas tal-istudju full-time f'perjodu massimu ta' sena.

4.   Kriterji għall-għażla

Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra l-elementi li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali fis-servizz tal-arkivji jew tal-ġestjoni tad-dokumenti ġewwa organizzazzjoni pubblika jew privata.

2.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp tal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tad-dokumenti u tal-arkivji.

3.

Esperjenza professjonali fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tad-dokumenti u tal-arkivji.

4.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp u fl-użu ta' sistemi elettroniċi għall-ġestjoni tad-dokumenti, inkluża l-esperjenza fis-sistemi tar-reġistrazzjoni tad-dokumenti, tal-pjanijiet tal-klassifikazzjonijiet, tal-iskedi tat-tqassim u ta' għodod oħra rilevanti.

5.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp u fl-użu tal-applikazzjonijiet għall-ġestjoni ta' arkivji elettroniċi.

6.

Esperjenza professjonali fil-qasam tar-riċerka ta' dokumenti fuq materjali differenti (karti, diġitali, microfiches, awdjoviżivi).

7.

Esperjenza professjonali tat-tqassim u tad-deskrizzjoni tal-arkivji.

8.

Esperjenza professjonali fil-qasam tas-servizzi għall-klijenti u tal-komunikazzjoni interdipartimentali (pereżempju flimkien ma' servizzi informatiċi, servizzi operattivi, eċċ.).

9.

Esperjenza professjonali fil-proċeduri ta' taħriġ.

10.

Taħriġ addizzjonali fl-arkivjar u/jew fil-ġestjoni tad-dokumenti.


ANNESS III

EPSO/AST/104/10 — ASSISTENTI (AST 4)

SPEZZJONI NUKLEARI

Qed issir kompetizzjoni ġenerali fis-settur tas-Salvagwardji Nukleari biex taħtar spetturi nukleari (AST 4) għad-DĠ għall-Enerġija u għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (ĊKR) tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-missjoni tad-DĠ għall-Enerġija fil-qasam tas-Salvagwardji Nukleari hija li jiżgura li qed jiġu mħarsa d-dmirijiet u l-obbligi, fir-rigward tan-nuqqas ta' devjazzjoni ta' materjali nukleari, kif deskritti fil-Kapitolu VII tat-Trattat Euratom li jistabbilixxi s-Sistema ta' Salvagwardji tal-Euratom.

Il-missjoni taċ-ĊKR hija li jipprovdi sostenn xjentifiku u tekniku immirat lejn il-klijent għat-tfassil, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE. Bħala wieħed mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea, iċ-ĊKR jiffunzjona bħala ċentru ta' referenza għax-xjenza u t-teknoloġija għall-Unjoni. F'livell qrib il-proċess tat-tfassil tal-politika, iċ-ĊKR jaqdi l-interess komuni tal-Istati Membri, filwaqt li huwa indipendenti minn interessi speċjali, kemm privati kif ukoll nazzjonali.

L-ispetturi nukleari huma mitluba li jivverifikaw il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet u tar-rapporti tal-operaturi tal-installazzjonijiet nukleari, li jwettqu verifiki fiżiċi tal-materjali nukleari u li jabbozzaw rapporti dwar is-sejbiet tagħhom. Taħt is-superviżjoni tal-ġerarkija, huma jiżguraw ukoll il-komunikazzjoni rilevanti mal-operaturi, il-partijiet interessati nazzjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Jistgħu jkunu mitluba wkoll biex jassistu fl-iżvilupp, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta' tagħmir ta' salvagwardja.

L-għan ta' din il-kompetizzjoni huwa li tinħoloq lista ta' riżerva biex jimlew postijiet vakanti fi ħdan id-DĠ għall-Enerġija u fis-servizzi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka li jaħdmu fiż-żona ta' Salvagwardji Nukleari u b'mod aktar partikolari, fl-Istitut tal-Elementi Transuraniċi f'Karlsruhe (ITU), fl-Istitut tal-Enerġija (IE) f'Petten, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fil-Ġestjoni tas-Sit ta' Ispra (ISD) f'Ispra, l-Italja.

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Id-dmirijiet tal-ispetturi nukleari jinvolvu prinċipalment:

L-ispezzjonijiet fl-installazzjonijiet nukleari li jkopru l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari (jiġifieri t-tħaffir fil-minjieri għal materjali fissili, il-konverżjoni, l-arrikkiment, il-fabrikazzjoni tal-fjuwil, l-operazzjoni ta' reatturi nukleari, l-ipproċessar mill-ġdid ta' fjuwil nukleari użat, it-trattament tal-iskart u l-faċilitajiet għar-rimi definittiv), bil-għan li jiġu vverifikati l-karatteristiċi tekniċi ta' dawn l-installazzjonijiet, id-dokumenti ta' appoġġ għad-dikjarazzjonijiet ta' kontabilità li jkunu ġew ippreżentati mill-operatur u jekk tali dokumenti jikkorrespondux mar-realtà fiżika. Il-verifika tinkludi t-twettiq ta' kejl kwantitattiv u kwalitattiv, it-teħid ta' kampjuni, kif ukoll l-evalwazzjoni tad-dejta dwar il-kejl, tas-sorveljanza bil-vidjo u tad-dejta dwar is-siġill.

Il-verifika tal-konformità u l-konsistenza tad-dikjarazzjonijiet ta' kontabilità fir-rigward ta' materjal nukleari rċevuti mill-operaturi nukleari. Din tinkludi dejta li għandha tittella' f'sistema kompjuterizzata ta' kontabilità, analiżi ta' anomaliji rrapportati mis-sistema u monitoraġġ ta' tali anomaliji flimkien mal-operaturi nukleari kkonċernati.

Il-parteċipazzjoni fl-elaborazzjoni ta' arranġamenti ta' kontroll tas-Salvagwardji maħsuba speċifikament għall-installazzjonijiet nukleari, ir-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni matul il-laqgħat mal-operaturi, l-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-abbozzar ta' rapporti komprensivi.

L-analiżi ta' kampjuni ta' materjali nukleari u ta' kampjuni li jinkisbu permezz ta' tampun, kemm f'laboratorji fuq il-post jew fil-laboratorji tal-Kummissjoni Ewropea. Din tinkludi l-ittestjar ta' kalibrar u ta' kwalifikazzjoni tat-tagħmir użat fl-analiżi u l-immaniġġjar ta' kampjuni radjuattivi f'ambjent ikkontrollat.

L-iżvilupp, il-preparazzjoni u l-kalibrar ta' tagħmir u strumenti li jintużaw matul l-ispezzjonijiet fuq il-post.

Id-dmirijiet elenkati hawn fuq jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet ta' timijiet differenti. Minkejja li jista' jkun hemm kandidat li huwa speċjalista fi grupp jew ieħor ta' dawn id-dmirijiet, il-fatt li wieħed ikollu ħiliet multidixxiplinari mifruxa fuq l-oqsma msemmija hawn fuq, jista' jkun ta' vantaġġ. L-ispetturi nukleari huma mħeġġa li jiċċaqilqu minn tim għall-ieħor matul is-snin.

Dawn l-attivitajiet huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom u mil-leġiżlazzjoni sekondarja adottata skont dan, kif ukoll minn ftehimiet internazzjonali li tagħhom il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika hija parti. Huma jinvolvu missjonijiet frekwenti u jeħtieġu l-aċċess għal żoni kkontrollati ta' installazzjonijiet nukleari. Minħabba li ħafna drabi l-installazzjonijiet nukleari jkunu jinsabu f'postijiet imwarrba, l-ispetturi għandhom ikollhom liċenzja tas-sewqan.

L-ispetturi nukleari huma soġġetti għall-kontroll tas-sigurtà.

2.   Kwalifiki

a)

Livell ta' edukazzjoni għolja ċċertifikat minn diploma jew fis-settur tekniku jew inkella orjentat lejn ix-xjenzi naturali jew dawk applikati, bħal pereżempju: il-fiżika nukleari, il-kimika nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, ir-radjubijoloġija, il-fiżika, il-kimika, l-inġinerija.

JEW

b)

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, ġenerali jew teknika, iċċertifikat minn diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja segwita minn esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' tliet snin f'qasam rilevanti.

NB: Din l-esperjenza professjonali ta' tliet snin ma tistax tiġi kkunsidrata jekk tkun tagħmel parti min-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġ, imsemmi hawn isfel.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' tmien snin li sitt snin minnhom għandhom jikkonċernaw l-enerġija nukleari, li tkun inkisbet fl-industrija nukleari, f'ċentru tar-riċerka nukleari, f'korpi pubbliċi nazzjonali jew internazzjonali jew f'xi settur ieħor li jixraq. Din l-esperjenza għandha tkun inkisbet:

wara l-grad/id-diploma meħtieġa skont il-punt 2. a)

JEW

wara l-grad/id-diploma u flimkien mal-esperjenza professjonali meħtieġa skont il-punt 2. b)

Jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll il-perjodi ta' taħriġ addizzjonali marbuta mal-ispeċjalizzazzjoni meħtieġa u segwiti wara l-kisba tad-diploma meħtieġa, li huma ekwivalenti għall-perjodu massimu ta' sena.

Jista' jiġi kkunsidrat dottorat f'suġġett li jikkonċerna s-settur tal-enerġija nukleari, jekk ikun inkiseb fil-qafas tal-istudju full-time, f'perjodu massimu ta' tliet snin. Jekk il-kandidat kiseb id-dottorat tiegħu f'inqas minn tliet snin, jitqies biss it-tul reali tal-istudju.

4.   Kriterji għall-għażla

Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-bord tal-għażla se jikkunsidra l-elementi li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp ta' tekniki sperimentali fil-fiżika nukleari, il-kimika nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, ir-radjubijoloġija, il-fiżika, il-kimika, l-inġinerija jew fi kwalunkwe dixxiplina oħra rilevanti fil-qasam tekniku jew fix-xjenzi applikati; inklużi t-twettiq, l-analiżi u l-evalwazzjoni tal-esperimenti.

2.

Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni ta' tekniki sperimentali fil-fiżika nukleari, il-kimika nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, ir-radjubijoloġija, il-fiżika, il-kimika, l-inġinerija jew fi kwalunkwe dixxiplina oħra rilevanti fil-qasam tekniku jew fix-xjenzi applikati; inklużi t-twettiq, l-analiżi u l-evalwazzjoni tal-esperimenti.

3.

Esperjenza professjonali fl-iżvilupp ta' tekniki ta' kejl fil-fiżika nukleari, il-kimika nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, ir-radjubijoloġija, il-fiżika, il-kimika, l-inġinerija jew fi kwalunkwe dixxiplina oħra rilevanti fil-qasam tekniku jew fix-xjenzi applikati.

4.

Esperjenza professjonali fl-applikazzjoni ta' tekniki ta' kejl fil-fiżika nukleari, il-kimika nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, ir-radjubijoloġija, il-fiżika, il-kimika, l-inġinerija jew fi kwalunkwe dixxiplina oħra rilevanti fil-qasam tekniku jew fix-xjenzi applikati.

5.

Esperjenza professjonali fl-informatika relatata mal-iżvilupp jew l-applikazzjoni ta' tekniki sperimentali jew ta' kejl fil-fiżika nukleari, il-kimika nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, ir-radjubijoloġija, il-fiżika, il-kimika, l-inġinerija jew fi kwalunkwe dixxiplina oħra rilevanti fil-qasam tekniku jew fix-xjenzi applikati.

6.

Esperjenza professjonali fl-informatika relatata mal-ġestjoni ta' bażijiet tad-dejta u mal-applikazzjonijiet ta' kontabilità.

7.

Esperjenza professjonali relatata ma' aspetti regolatorji fil-qasam nukleari.

8.

Esperjenza professjonali fil-kontabilità ta' materjal nukleari.

9.

Esperjenza internazzjonali f'tal-anqas wieħed mill-oqsma msemmija hawn fuq (punti 1 sa 8), li tinkludi l-esperjenza miksuba permezz tal-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

10.

Esperjenza fin-negozjati ma' partijiet terzi, pereżempju l-awtoritajiet tal-Istati Membri, ir-rappreżentanti tal-operaturi tal-faċilitajiet jew ta' kumpaniji.

11.

Ħiliet fil-kitba u orali ċċertifikati ta' lingwi addizzjonali, apparti n-numru minimu ta' lingwi meħtieġa biex wieħed ikun eliġibbli għall-ammissjoni għal din il-kompetizzjoni.