ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.287.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2010/C 287/01 |
||
2010/C 287/02 |
Lista ta' ħatriet imwettqa mill-Kunsill – April, Mejju, Ġunju, Lulju u Awwissu 2010 (qasam soċjali) |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 287/03 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2010/C 287/04 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 287/05 |
||
2010/C 287/06 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 287/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5930 – JCI/Michel Thierry Group) ( 1 ) |
|
2010/C 287/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5989 – HC/Naturgas) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 287/09 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/1 |
DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL
Ftehim qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni
2010/C 287/01
Il-Kunsill ħa nota tal-ftehim qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, iffirmat fl-20 ta' Otttubru 2010 minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet.
Il-Kunsill, li ma kienx parti min-negozjati ta' dan il-ftehim qafas, ifakkar li r-rispett għat-trattati li jikkostitwixxu l-Unjoni, fit-termini li bihom ġew ratifikati mill-Istati Membri, huwa l-prinċipju fundamentali li jirregola l-eżistenza u l-funzjonament tal-Unjoni. It-Trattati jiddefinixxu b'mod eżawrjenti l-kompetenzi rispettivi tal-Istituzzjonijiet (Artikolu 13(2), TUE). Dawn il-kompetenzi ma jistgħux jiġu emendati u lanqas supplimentati mill-Istituzzjonijiet infushom, la b'mod unilaterali u lanqas permezz ta' qbil bejniethom.
Il-Kunsill jinnota li diversi dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas għandhom l-effett li jimmodifikaw il-bilanċ istituzzjonali kif jirriżulta mit-trattati fis-seħħ, billi jagħtu lill-Parlament Ewropew il-prerogattivi li mhumiex previsti mit-trattati u billi jillimitaw l-awtonomija tal-Kummissjoni u tal-President tagħha. Il-Kunsill huwa partikolarment imħasseb dwar id-dispożizzjonijiet rigward il-ftehimiet internazzjonali, il-proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri u t-trasmissjoni ta' informazzjoni klassifikata lill-Parlament Ewropew.
Il-ftehim qafas ma jistax jiġi applikat fir-rigward tal-Kunsill. Il-Kunsill għandu jissottometti fil-Qorti tal-Ġustizzja kwalunkwe att jew azzjoni tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni mwettaq b'applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim qafas li jmur kontra l-interessi tal-Kunsill jew il-prerogattivi li jagħtuh it-trattati.
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/2 |
Lista ta' ħatriet imwettqa mill-Kunsill
April, Mejju, Ġunju, Lulju u Awwissu 2010 (qasam soċjali)
2010/C 287/02
Kumitat |
Tmiem tal-mandat |
Pubblikazzjoni fil-ĠU |
Persuna sostitwita |
Riżenja/ħatra |
Membru/supplenti |
Kategorija |
Pajjiż |
Persuna maħtura |
Affiljazzjoni |
Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill |
Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2013 |
Is-Sur Trifon GINALAS |
Riżenja |
Membru supplenti |
Gvern |
Greċja |
Is-Sinjura Stamatina PISSIMISSI |
Korp ta' Spetturi tax-Xogħol |
19.4.2010 |
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà tal-Moviment għall-Ħaddiema |
24.9.2010 |
Is-Sinjura Ana KLINAR |
Riżenja |
Membru supplenti |
Gvern |
Slovenja |
Is-Sinjura Sonja OSTOJIC |
Ministeru tax-xogħol, il-familja u l-affarijiet soċjali |
25.5.2010 |
|
Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
30.11.2010 |
Is-Sinjura Vera BADE |
Riżenja |
Membru supplenti |
Gvern |
Ġermanja |
Is-Sur Sebastian JOBELIUS |
Bundesministerium für Arbeit und Soziales |
25.5.2010 |
Il-Kummissjoni Ewropea
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-22 ta’ Ottubru 2010
2010/C 287/03
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3934 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
113,18 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4577 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,88730 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,2565 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,3533 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,1430 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,626 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
275,35 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7097 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9701 |
RON |
Leu Rumen |
4,3013 |
TRY |
Lira Turka |
1,9896 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4198 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4299 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,8203 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,8636 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,8137 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 571,80 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,6876 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,2787 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3365 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 457,54 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3390 |
PHP |
Peso Filippin |
60,375 |
RUB |
Rouble Russu |
42,4507 |
THB |
Baht Tajlandiż |
41,722 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,3594 |
MXN |
Peso Messikan |
17,2420 |
INR |
Rupi Indjan |
62,1030 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/4 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2010/C 287/04
Għajnuna Nru: XA 134/10
Stati Membri: Spanja
Reġjun: Comunitat Valenciana
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Asociación de caballos de pura raza española
Bażi legali: Resolución de … 2010, de la Consellera de Agricultura, Pesca y Alimentación, por la que se concede una subvención nominativa a la Asociación de caballos de pura raza española (APREA)
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 30 000 matul l-2010.
Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: matul is-sena 2010,
Għan tal-għajnuna: It-twettiq tal-Pjan li jippromwovi t-tixrid taż-żiemel tar-razza pura prodott fil-Comunitat Valenciana (l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006):
(i) |
l-ispejjeż biex jiġi organizzat il-programm ta' taħriġ, |
(ii) |
l-ispejjeż tal-ivvjaġġar/tas-sussistenza għall-parteċipanti, |
(i) |
id-drittijiet għall-parteċipazzjoni, |
(ii) |
spejjeż tal-ivjaġġar, |
(iii) |
spejjeż ta' pubblikazzjonijiet, |
(iv) |
kiri tal-postijiet għall-wirjiet, |
(v) |
premjijiet simboliċi li jingħataw għall-kompetizzjonijiet, ta' valur massimu ta' EUR 250 għal kull premju u għal kull rebbieħ; |
(i) |
tixrid ta' għarfien xjentifiku, |
(ii) |
tagħrif fattwali dwar sistemi ta' kwalità miftuħin għall-prodotti ta' pajjiżi oħra, dwar prodotti ġeneriċi u dwar il-benefiċċji nutrizzjonali u r-rakkomandazzjonijiet għall-użu ta' dawn il-prodotti ġeneriċi. |
L-għajnuna tista' tingħata wkoll sabiex tkopri l-ispejjeż indikati fl-ittra c) marbutin ma' prodotti regolati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (16) u l-Artikoli 54 sa 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (17) fejn hemm indikat l-oriġini, dejjem jekk ir-referenzi tal-oriġini jkunu jikkorrispondu eżatt ma' dawk irreġistrati mill-Komunità;
Settur jew setturi benefiċjarji: Is-sidien taż-żwiemel ta’ razza pura Spanjola u dawk li jrabbuhom.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación.
Indirizz tal- Internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/aprea2010.pdf
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: XA 135/10
Stati Membri: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Zasavska region
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpore programom razvoja podeželja v občini Hrastnik 2011–2013
Bażi legali: Pravilnik o dodeljevanju finančnih pomoči za programe razvoja podeželja in kmetijstva v občini Hrastnik
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: 2011: EUR 20 303,00
2012: EUR 20 303,00
2013: EUR 20 303,00
Intensità massima tal-għajnuna:
— |
Investiment fl-azjendi agrikoli: sa 40 % tal-kostijiet eliġibbli, u 50 % fil-każ taż-żoni anqas vantaġġati; |
— |
Konservazzjoni ta' bini tradizzjonali: sa 50 % kofinanzjament tal-kostijiet eliġibbli għall-protezzjoni tal-karattersitiċi ta' patrimonju tal-assi mhux produttivi, sakemm l-investiment ma jinvolvix xi żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm; |
— |
Tqassim mill-ġdid tal-art: sa 10 % tal-kostijiet eliġibbli; |
— |
Għoti ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu: sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli; |
Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta' Jannar 2011 (jew mid-data ta' estensjoni tal-eżenzjoni tan-notifika għall-iskema ta' għajnuna XA 14/08 u tal-pubblikazzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea, jekk din tkun iktar tard)
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)
Referenza għall-artikoli fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-kostijiet eliġibbli: Ir-Regoli dwar l-għoti ta' għajnuna għall-programmi ta' żvilupp rurali u agrikolu fil-muniċipalità ta' Hrastnik (Pravilnik o dodeljevanju finančnih pomoči za programe razvoja podeželja in kmetijstva v občini Hrastnik ) inklużi miżuri li jikkostitwixxu l-għajnuna mill-Istat skont l-artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
L-Artikolu 4: Investiment fl-azjendi agrikoli
— |
kostijiet eliġibbli: kostruzzjoni, akkwist jew titjib tal-proprjetà immobbli; |
Artikolu 5: Konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali
— |
kostijiet eliġibbli: investiment għall-konservazzjoni tal-karatteristiċi ta' patrimonju mhux produttivi fl-azjendi agrikoli (siti ta' interess arkeoloġiku jew storiku) u karatteristiċi ta' patrimonju tal-assi produttivi fuq il-farms, bħal pereżempju binjiet tal-farms, sakemm l-investiment ma jinvolvix xi żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm; |
Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art
— |
kostijiet eliġibbli: kostijiet legali u amministrattivi; |
Artikolu 15: Għoti ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
— |
kostijiet eliġibbli: kostijiet li jikkonċernaw l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa u l-ħaddiema tal-bdiewa, servizzi ta' konsultazzjoni li ma jikkostitwixxux attività kontinwa jew perjodika, l-organizzazzjoni ta' forums għall-iskambju tal-għarfien bejn il-farms, konkorsi, wirjiet u fieri u parteċipazzjoni f'dawn l-avvenimenti, u pubblikazzjonijiet. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti fi flus lill-produtturi. |
Settur jew setturi benefiċjarji: Is-setturi kollha tal-agrikoltura
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Občina Hrastnik |
Pot Vitka Pavliča 5 |
SI-1430 Hrastnik |
SLOVENIJA |
Indirizz tal-Internet: http://sftp.slovenka.net/o-hrastnik/h/os/pravilnik_kmetijstvo_hrastnik_2007.doc
Informazzjoni oħra: Din in-notifika testendi l-iskema ta' għajnuna XA 14/08. L-estensjoni tkopri l-perjodu mill-2011 sal-2013 u tinvolvi baġit totali li jammonta għal EUR 60 909. Id-dispożizzjonijiet kollha tal-bażi legali jibqgħu bla mittiefsa.
Podpis odgovorne osebe
Župan občine Hrastnik
Miran JERIČ
Għajnuna Nru: XA 136/10
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: —
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Sostegno all’interprofessione e iniziative delle organizzazioni dei produttori.
Bażi legali: Decreto Ministeriale 26 luglio 2010 n. 11468.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa massima ppjanata hija ta' EUR 1 500 000,00, imqassma bejn l-azzjonijiet li ġejjin:
Qed jiġi speċifikat li l-azzjoni A tipprovdi ammont globali ta' EUR 1 000 000,00, li 600 000,00 minnu huma maħsubin għal interventi skont ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006
Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna tkopri massimu ta' 80 % tal-kost kollu tal-proġett u ma tipprovdix il-possibbiltà ta' ħlasijiet diretti lill-produtturi individwali.
Data tal-implimentazzjoni: L-iskema tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kummissjoni Ewropea tikkonferma li tkun irċeviet is-sinteżi, permezz ta' irċevuta mmarkata b'numru ta’ identifikazzjoni.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-għajnuna tingħata bejn is-6 ta' Settembru 2010 u l-31 ta' Diċembru 2010.
It-twettiq tal-attività għandu jitlesta fi żmien 20 xahar mid-data tar-reġistrazzjoni tad-Digriet tal-għoti tal-għajnuna min-naħa tal-organu ta' spezzjoni.
Għan tal-għajnuna: Fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fil-“Programma di azione nazionale per l’agricoltura biologica e i prodotti biologici per l’anno 2008-2009” (Programm ta' azzjoni nazzjonali għall agrikultura bijoloġika u l-prodotti bijoloġiċi, għas-sena 2008-2009), l-inizjattivi li għandhom jiġu ffinanzjati għandhom l-għan li jappoġġaw l-organizazzjonijiet interprofessjonali (li jiffavorixxu l-għarfien tas-sistema ta' produzzjoni agrikola bijoloġika fost l-operaturi fis-settur u l-konsumaturi aħħarin) u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi (permezz ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u għarfien, korsijiet ta' taħriġ immirati għall-operaturi bijoloġiċi fis-settur primarju, assistenza teknika li mhijiex ordinarja).
Kull waħda mill-azzjonijiet tifforma parti minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Settur jew setturi benefiċjarji: Il-prodotti agrikoli kollha primarji u ta' oriġini bijoloġika.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali |
Dipartimento delle politiche competitive del mondo rurale e della qualità |
Via XX Settembre 20 |
00187 Roma RM |
ITALIA |
Indirizz tal- Internet: http://www.politicheagricole.gov.it/ConcorsiGare
http://www.sinab.it/index.php?mod=documenti_utili&m2id=195&navId=1648
Informazzjoni oħra: Għandha tiġi ppubblikata sinteżi tad-dispożizzjoni li tirregola l-implimentazzjoni tal-għajnuna fil-“Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana” u fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru fil-verżjoni sħiħa tagħha fuq http://www.politicheagricole.it/ConcorsiGare
Fl-istess taqsima se jiġu ppubblikati dokumenti u tagħrif ta' referenza.
Għajnuna Nru: XA 137/10
Stati Membri: L-Italja
Reġjun: Lombardia
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Servizio di Assistenza Tecnica agli Allevamenti (SATA) nel territorio della Regione Lombardia.
Bażi legali: L.R. 31/08 — Testo unico delle leggi regionali in materia di agricoltura, foreste, pesca e sviluppo rurale — articoli 13 e 15.
Deliberazione Giunta regionale n. 000334/2010 Servizio di Assistenza Tecnica agli Allevamenti (SATA) nel territorio della Regione Lombardia. Istituzione di un regime di aiuto ai sensi del regolamento (CE) n. 1857/2006.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 4 020 000 fis-sena
Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tan-nefqa eliġibbli, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta’ Jannar 2011
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Għan tal-għajnuna: Għajnuna biex ikunu koperti l-ispejjeż ammissibbli għall-attivitajiet ta' assistenza teknika.
Settur jew setturi benefiċjarji: A1 – Produzzjoni ta’ ħxejjex, trobbija tal-annimali, kaċċa u servizzi marbutin magħhom
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Regione Lombardia — DG Agricoltura |
Via Pola 12/14 |
20124 Milano MI |
ITALIA |
Indirizz tal-Internet: http://www.regione.lombardia.it, clicca di seguito “Settori e politiche”, “Agricoltura”, “Argomenti”, “Aiuti di Stato nel settore agricolo: pubblicazione dei regimi di aiuto”
Informazzjoni oħra: —
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/8 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EACEA/24/10
L-appoġġ tal-programm Jean Monnet għal Assoċjazzjonijiet Ewropej attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-integrazzjoni Ewropea
2010/C 287/05
1. Objettivi u Deskrizzjoni
L-għan ta’ din is-sejħa għal proposti huwa li tappoġġja Assoċjazzjonijiet Ewropej fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ attivi fi:
— |
suġġetti ta’ integrazzjoni Ewropea u/jew |
— |
segwiment tal-objettivi tal-politika Ewropea tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ. |
Il-“Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja” (1) u b’mod aktar speċifiku s-sub-programm Jean Monnet tiegħu jikkostitwixxi l-bażi legali.
Fl-implimentazzjoni tal-Attività Prinċipali 3 tal-programm Jean Monnet, l- objettivi speċifiċi ta’ din is-sejħa għal proposti huma:
— |
l-appoġġ għal Assoċjazzjonijiet Ewropej ta’ kwalità għolja li jikkontribwixxu għal żieda fl-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea permezz ta’ edukazzjoni u taħriġ. |
— |
l-appoġġ għal Assoċjazzjonijiet Ewropej ta’ kwalità għolja li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ mill-inqas wieħed mill-objettivi speċifiċi tal-qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (2); |
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (“l-Aġenzija”), li taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), hija responsabbli għall-ġestjoni ta’ din is-sejħa għal proposti.
2. Applikanti eliġibbli
Assoċjazzjoni Ewropea hija eleġibbli jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
— |
tkun organizzazzjoni li ma għandhiex l-għan li tagħmel profitt; |
— |
tkun tinsab, ikollha personalità ġuridika u jkollha s-sede għal aktar minn sentejn mhux interrotti (fid-data tal-iskadenza tas-sejħa) f’wieħed jew f’diversi mill-pajjiżi eleġibbli tal-LLP (3) (is-27 Stat Membru tal-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, it-Turkija, il-Kroazja u l-Isvizzera); |
— |
twettaq il-maġġoranza tal-attivitajiet tagħha fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u/jew f’pajjiżi eliġibbli tal-LLP oħrajn; |
— |
teżisti bħala korp li jsegwi għan ta’ interess Ewropew ġenerali kif definit fl-Artikolu 162 tar-regoli implimentattivi għar-Regolament Finanzjarju stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002; (4) |
— |
bħala l-attività prinċipali tagħha, taħdem fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ fuq livell Ewropew |
— |
tinkludi organizzazzjonijiet membri li għandhom is-sede tagħhom fi Stati Membri differenti tal-UE (5) kif ġej:
|
Membri bħal dawn għandu jkollhom status ta’ “membru sħiħ” (membri assoċjati u osservaturi mhumiex meqjusin bħala “membri sħaħ”). Barra minn hekk, il-membri ta’ Assoċjazzjoni Ewropea għandu jkollhom struttura bbażata fuq il-membri, ikunu organizzazzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt u jkunu attivi fl-edukazzjoni u t-taħriġ.
Fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ organizzazzjonijiet membri ta’ Assoċjazzjoni Ewropea, jekk jogħġbok innota li: individwi privati, organizzazzjonijiet individwali mingħajr struttura bbażata fuq il-membri, istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, korpi li jagħmlu profitt, korpi u istituzzjonijiet pubbliċi li huma parti mill-istruttura amministrattiva tal-Istati Membri mhumiex meqjusin organizzazzjonijiet membri eliġibbli.
3. Attivitajiet Eliġibbli
Il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea taħt din is-sejħa għal proposti jieħu l-forma ta’ għotjiet operattivi. Dawn l-għotjiet jappoġġjaw ċerti spejjeż operattivi u amministrattivi tal-benefiċjarji magħżula għal attivitajiet Ewropej imwettqa skont programm ta’ ħidma miftiehem.
L-attivitajiet tal-programm ta’ ħidma propost għandhom jikkontribwixxu għal:
— |
żieda fl-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ u/jew |
— |
l-implimentazzjoni ta’ mill-inqas wieħed mill-objettivi strateġiċi li ġejjin tal-qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (6):
|
Il-perjodu ta’ eliġibilità tal-ispejjeż għal programm ta’ ħidma ta’ massimu ta’ 12-il xahar għandu jibda bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-1 ta’ April 2011 u ma jistax jestendi ’l hinn minn tmiem is-sena baġitarja tal-benefiċjarju.
Qegħdin jiġu proposti żewġ skemi għal ftehim possibbli:
3.1. Ftehim ta’ sħubija qafas
Organizzazzjonijiet li jixtiequ jistabbilixxu relazzjoni fit-tul huma mistiedna jissottomettu applikazzjoni għal ftehim ta’ sħubija qafas. Dan it-tip ta’ ftehim jifformalizza sħubija għal 3 snin.
Applikazzjonijiet għal ftehim ta’ sħubija qafas għandhom jinkludu:
— |
programm ta’ ħidma dettaljat ta’ 12-il xahar (7) għall-2011 kif ukoll baġit korrispondenti, |
— |
pjan ta’ azzjoni ta’ tliet snin (deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi tagħhom fit-tul), li jkopri l-perjodu 2011-2013. |
Il-pjan ta’ azzjoni għandu jiddeskrivi l-objettivi speċifiċi proposti skont is-sub-settur tal-edukazzjoni u taħriġ fil-mira tal-applikazzjoni (edukazzjoni ġenerali, taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni ogħla, tagħlim għall-adulti, eċċ.), jistabbilixxi prijoritajiet ċari għall-attivitajiet imbassra u ppjanati b’mod konformi mal-objettivi li huma jikkontribwixxu għalihom (għarfien u sensibilizzazzjoni dwar l-integrazzjoni Ewropea jew il-qafas tal-istrateġija ET 2020), jiddefinixxi r-riżultati mistennija u l-iskeda ta’ żmien biex dawn jintlaħqu.
3.2. Ftehim ta’ għotja operattiva annwali
Organizzazzjonijiet li ma jixtiequx jieħdu impenn fit-tul skont il-ftehim ta’ sħubija qafas jistgħu jissottomettu applikazzjoni għal għotja operattiva annwali.
Applikazzjonijet għal għotja operattiva annwali għandhom jinkludu:
— |
programm ta’ ħidma dettaljat ta’ 12-il xahar għall-2011 flimkien mal-baġit korrispondenti. |
Huwa meħtieġ programm ta’ ħidma ċar u ppjanat fil-ħin li jispeċifika t-tip u l-livell tal-kooperazzjoni Ewropea inkluż id-dettall dwar il-popolazzjoni fil-mira li tibbenefika mill-attivitajiet.
N.B. |
Organizzazzjoni tista’ tapplika għal ftehim ta’ sħubija qafas jew għal ftehim ta’ għotja operattiva annwali. Organizzazzjoni li tkun applikat għal ftehim ta’ sħubija qafas u li ma jkunx irnexxielha tista’ titqies u tintgħażel għal ftehim ta’ għotja operattiva annwali. |
4. Kriterji tal-Għoti
Id-deċiżjoni dwar l-għotja ta’ ftehim ta’ sħubija qafas tittieħed fuq il-bażi tal-kriterji meqjusin b’mod ugwali inklużi fil-paragrafu A u B.
Id-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ għotja operattiva annwali tittieħed fuq il-bażi tal-kriterji meqjusin b’mod ugwali, inklużi fil-paragrafu B biss.
A. |
il-kwalità ġenerali tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ tliet snin (2011-2013):
|
B. |
il-kwalità tal-programm ta’ ħidma dettaljat għall-ewwel 12-il xahar fl-2011 u l-koerenza tiegħu mal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ tliet snin (2011-2013) (8). Il-kwalità tal-programm ta’ Ħidma ta’ 12-il xahar hija vvalutata fuq il-bażi tat-tliet kriterji ta’ għoti li ġejjin:
|
Deskrizzjoni aktar dettaljata ta’ x’informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull kriterju tal-għotja mill-applikant tinsab fl-Anness 1 tal-Gwida għall-Applikanti.
5. Baġit
Il-baġit tal-UE totali indikattiv għall-kofinanzjament tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 1 700 000.
— |
L-għotja operattiva annwali massima għal kull assoċjazzjoni (li tikkorrespondi għall-ewwel sena baġitarja 2011) fil-każ ta’ ftehim ta’ sħubija qafas ma għandhiex taqbeż EUR 100 000. Madankollu, hemm prevista l-possibbiltà li l-ammont massimu tal-għotja jiżdied għat-tieni sena (2012) sa EUR 125 000 u għat-tielet sena (2013) sa EUR 150 000. |
— |
L-għotja operattiva massima għal kull assoċjazzjoni għal programm ta’ ħidma annwali ta’ 12-il xahar (li tikkorrespondi għal sena baġitarja waħda 2011) ma għandhiex taqbeż EUR 100 000. L-istess massimu (EUR 100 000) huwa previst għall-2012 u l-2013. |
L-organizzazzjonijiet applikanti jistgħu jagħżlu bejn żewġ sistemi ta’ kofinanzjament:
(a) |
Finanzjament ibbażat fuq baġit: il-finanzjament tradizzjonali tal-ispejjeż eliġibbli fejn l-appoġġ finanzjarju tal-UE ma jistax jaqbeż il-75 % tal-ispejjeż totali eliġibbli stabbiliti fil-baġit għall-programm ta’ ħidma tal-assoċjazzjoni. |
(b) |
Finanzjament b’rata fissa: finanzjament ibbażat fuq rata fissa (fuq il-bażi tan-numru ta’ membri tal-persunal) li għalih, l-appoġġ finanzjarju tal-UE ma jistax jaqbeż il-75 % tas-sommarju tal-infiq provviżorju u tad-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena rilevanti. |
Il-perjodu ta’ eliġibbiltà tal-ispejjeż għal programm ta’ ħidma ta’ massimu ta’ 12-il xahar għandu jibda bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-1 ta’ April 2011 u ma jistax jestendi ’l hinn minn tmiem is-sena baġitarja tal-benefiċjarju.
6. Sottomissjoni ta’ proposti u skadenza
L-iskadenza sa meta tista’ tintbagħat l-applikazzjoni online (Formola elettronika) hija
15.12.2010 f’12:00 nofsinhar – ħin ta' Brussell
għal (it-tnejn li huma):
— |
Applikazzjoni għal Ftehim ta’ sħubija qafas (2011-2013) inkluż l-applikazzjoni għal għotja operattiva speċifika għall-2011 |
— |
Applikazzjoni għal għotja operattiva annwali speċifika għall-2011 |
Applikazzjonijiet għal Ftehim ta’ Sħubija Qafas (2011-2013) u/jew Ftehimiet ta’ Għotjiet Operattivi Annwali għas-sena baġitarja 2011 għandhom isiru permezz tal-formola tal-applikazzjoni online għall-għotja (Form elettronika). Din is-sottomissjoni online hija meqjusa bħala l-kopja master.
L-applikazzjoni għall-għotja online uffiċjali (Formola elettronika) hija disponibbli mill-indirizz tal-Internet li ġej: http://eacea.ec.europa.eu bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u għandha timtela kif dovut f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, sabiex jingħataw salvagwardji kemm għall-applikanti kif ukoll għall-Aġenzija, u sabiex tkun sottomessa informazzjoni addizzjonali meħtieġa, għandha tintbagħat ukoll kopja stampata mimlija tad-Dossier tal-Applikazzjoni (kopja stampata tal-Formola elettronika sottomessa flimkien ma’ dokumenti addizzjonali – ara taqsima 13 tal-Linji Gwida għall-Applikanti) bil-posta lill-Aġenzija sad-data ta’ għeluq (15.12.2010):
Education, Audiovisual and Culture Executive Agency |
Unit P2 — Lifelong Learning: Erasmus, Jean Monnet |
Call for Proposal — EACEA/24/10 |
Office: BOU2 3/165 |
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
1040 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
7. Dettalji sħaħ
Il-linji gwida għall-applikanti, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjonijiet online u l-Annessi, huma disponibbli mill-indirizz li ġej http://eacea.ec.europa.eu
(1) Ara d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45).
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2006:327:0045:0068:MT:PDF
(2) http://ec.europa.eu/education/lifelong-learning-policy/doc1120_en.htm
(3) Fil-każ ta’ rilokazzjoni ta’ entità lokali.
(4) Skont din id-definizzjoni, organizzazzjoni li ssegwi l-għan ta’ interess ġenerali Ewropew hija:
— |
korp Ewropew involut fl-edukazzjoni, taħriġ, informazzjoni jew riċerka u studju fil-politiki Ewropej jew korpi ta’ standards Ewropej; jew |
— |
netwerk Ewropew li jirrappreżenta lil korpi li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt, attivi fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi kandidati u li jippromwovu prinċipji u politiki konsistenti mal-objettivi tat-Trattati. |
(5) Barra minn hekk, l-assoċjazzjoni Ewropea tista’ tinkludi assoċjazzjonijiet membri bbażati fi Stati Membri tal-UE oħrajn u f’pajjiżi oħrajn.
(6) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.
(7) Il-livell ta’ dettall tal-programm ta’ ħidma għall-2011 huwa l-istess għal applikazzjoni għal għotja annwali u għal ftehim ta’ sħubija qafas.
(8) Il-koerenza evalwata biss fil-każ ta’ sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal ftehim ta’ sħubija Qafas.
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/13 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – HOME/2010/ERFX/CA
2010/C 287/06
Il-Kummissjoni Ewropea nediet sejħa għal proposti biex tipprovdi għotjiet lil azzjonijiet ta' sostenn għall-politika dwar l-ażil.
L-ammont totali disponibbli indikattiv ser ikun ta' EUR 3 577 449,88.
It-test tas-sejħa, il-formola ta’ applikazzjoni u d-dokumenti kollha oħrajn relevanti u ta’ sostenn huma disponibbli bil-lingwa Ingliża mill-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni tal-Kummissjoni Ewropea:
http://ec.europa.eu/home-affairs/funding/refugee/funding_refugee_en.htm
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5930 – JCI/Michel Thierry Group)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 287/07
1. |
Fil-15 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Johnson Controls, Inc. (“JCI”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Michel Thierry Group SA (“Michel Thierry Group”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5930 – JCI/Michel Thierry Group, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5989 – HC/Naturgas)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 287/08
1. |
Fil-15 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Hidroeléctrica Del Cantábrico, SA (“HC”, Spanja), li hija kkontrollata minn EDP-Energias De Portugal, SA (“EDP”, il-Portugall), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Naturgas Energía Grupo SA (“Naturgas”, Spanja) permezz tax-xiri ta' ishma. Bħalissa Naturgas hija kkontrollata b’mod konġunt minn HX u mill-Ente Vasco de la Energía (“EVE”, Spanja). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5989 – HC/Naturgas, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/16 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2010/C 287/09
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“ACEITE CAMPO DE CALATRAVA”
Nru tal-KE: ES-PDO-0005-0642-11.09.2007
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem:
“Aceite Campo de Calatrava”
2. Stat membru jew pajjiż terz:
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
Klassi 1.5 |
Żjut u sustanzi xaħmin |
3.2. Id-deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'punt 1:
Iż-żejt taż-żebbuġa extra verġni huwa prodott mill-frott tas-siġra taż-żebbuġ (Olea europea L.) tal-varjetà Cornicabra (mill-inqas 80 %) issupplimentat mit-tieni varjetà rikonoxxuta, Picaul, iż-żewġ varjetajiet huma dejjem preżenti fiż-żjut Campo de Calatrava. Iż-żejt huwa prodott permezz ta' proċessi mekkaniċi u permezz ta' mezzi fiżiċi oħra li bl-ebda mod ma jbiddlu ż-żejt u li jippreżervaw it-togħma, l-aroma u l-karatteristiċi tal-frott li hu magħmul minnhom.
Iż-żebbuġ jinqata' direttament minn fuq is-siġra meta l-grad ta' maturità tiegħu jkun bejn 3 u 6.
Valuri massimi permessi għaż-żjut taż-żebbuġa extra verġni bid-denominazzjoni tal-oriġini “Aceite Campo de Calatrava”:
Kontenut minimu ta' aċidu olejku: 70 %
Aċidità: Mhux iktar minn 0,5
Kontenut ta' perossidi: Mhux iktar minn 15 mEq O2/kg
K232: massimu 2
K270: mhux iktar minn 0,15
Evalwazzjoni organolettika:
Medjan ta' difetti: Md = 0
Medjan tal-kontenut fruttat: Mf > 3
Indewwa: mhux iktar minn 0,1 għal 100
Impuritajiet: mhux iktar minn 0,1 għal 100
Minn perspettiva organolettika, iż-żjut jirriflettu l-kontribut ta' kull varjetà protetta, li joffri profili sensorjali b'togħmiet fruttati kumplessi u intensi nettament perċepibbli. Dan jirrifletti li t-togħma fruttata taż-żjut taż-żebbuġa Campo de Calatrava għandu jkollha intensità minima ta' 3 punti. It-togħmiet morri u pikkanti huma distingwibbli u bbilanċjati; l-intensità tagħhom tvarja bejn 3 u 6 punti u ma jnaqqsux b'iktar minn 2 punti t-togħma fruttata.
Iż-żjut taż-żebbuġa extra verġni prodotti fir-reġjun ta' Campo de Calatrava huma ġeneralment ikkaratterizzati mill-preżenza konsiderevoli tat-togħma fruttata taż-żebbuġ aħdar u ta' frott frisk ieħor – li bħala minimu, dawn id-deskritturi pożittivi għandhom ikunu preżenti.
Il-kontenut tal-aċidu xaħmi olejku taż-żjut Campo de Calatrava huwa 79,64 % filwaqt li d-dejta kkomunikata minn żoni oħra ta' produzzjoni jvarjaw bejn 56,9 % u 78,4 % (Uceda, Cultivo del Olivo). Il-valur minimu aċċettat huwa 70 %.
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
—
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:
—
3.6. Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:
Sabiex ikunu kkonservati l-karatteristiċi tipiċi tal-prodott fl-istadji kollha u biex tkun żgurata l-kwalità taż-żjut koperti bid-denominazzjoni protetta, il-proċessi tal-ibbottiljar għandhom isiru fiż-żona ġeografika rikonoxxuta. L-entitajiet ta' kontroll jistgħu jikkontrollaw totalment il-produzzjoni u jiżguraw li l-produtturi esperjenzati tar-reġjun jieħdu ħsieb it-trattament finali tal-prodott. Dawn huma l-persuni li jafu l-aħjar kif dawn iż-żjut jirreaġixxu għall-metodi tal-ibbottiljar, li jvarjaw fir-rigward taż-żmien u tal-metodu tad-dekantazzjoni, fl-użu ta' filtri u ta' materjali li jiffiltraw (xoqqa magħmula mit-tessuti, fibri, karta, ċelluloża, ħamrija li tiffiltra, perlajt u ħamrija bit-dijatomi), it-temperaturi tal-ibbottiljar, ir-reazzjoni għall-kesħa u l-ħżin. L-għan huwa li jkunu ppreżervati l-karatteristiċi intrinsiċi tal-prodott. Filtrazzjoni korretta tippermetti li l-konsumatur ikun ippreżentat prodott kummerċjalment konformi u li jkunu mtejba l-kundizzjonijiet ta' preżervazzjoni filwaqt li jkunu eliminati r-residwi solidi mill-qiegħ u l-indewwa li l-preżenza tagħha ma tippermettix l-użu korrett taż-żejt għall-finijiet kulinari u li twassal għall-formazzjoni ta' traċċi ta' fermentazzjonijiet anaerobiċi ta' karboidrati u proteini.
Il-bottiljatur għandu jiddisponi mis-sistemi li jippermettu l-ibbottiljar taż-żjut koperti mid-DPO indipendentement miż-żjut l-oħra li jista' jkollu biex jibbottiljahom.
Il-bottiljatur għandu wkoll ikollu sistemi korrispondenti għall-kejl taż-żejt.
L-ibbottiljar għandu jsir f'reċipjenti tal-ħġieġ, PET, metall miksi jew ċeramika vitrifikata.
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:
It-tikketti mwaħħlin fuq ir-reċipjenti taż-żejt għandhom jinkludu, minbarra l-isem tal-prodott għall-bejgħ, il-logo tad-denominazzjoni tal-oriġini bil-kliem “Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini” (jew D.P.O) “Aceite Campo de Calatrava”.
Ir-reċipjenti użati għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt kopert bid-denominazzjoni protetta se jkunu pprovduti b'tikketti u b'tikketti għan-naħa ta' wara tar-reċipjent bir-referenza denominazzjoni protetta tal-oriġini. It-tikketti tan-naħa ta' wara tar-reċipjent għandhom ikunu nnumerati, ipprovduti u kkontrollati mill-entità ta' kontroll b'mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw. L-għadd ta' tikketti nnumerati li huwa distribwit lill-produtturi taż-żejt mill-entità ta' kontroll, huwa limitat għall-kwantità ta' żejt taż-żebbuġa ċċertifikat u nnotifikat għall-ibbottiljar.
It-tikkettar huwa konformi mar-regolamentazzjoni ġenerali fil-qasam tat-tikkettar.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ta' produzzjoni, tal-ipproċessar u l-ibbottiljar tinsab fin-naħa t'isfel ta' Castille-La Manche u tokkupa ż-żona ċentrali tal-provinċja ta' Ciudad Real sabiex tifforma unità morfoloġika, ġeografika u storika totalment omoġena. Din iż-żona hija komposta mill-muniċipalitajiet ta' Aldea del Rey, Almagro, Argamasilla de Calatrava, Ballesteros de Calatrava, Bolaños de Calatrava, Calzada de Calatrava, Cañada de Calatrava, Carrión de Calatrava, Granátula de Calatrava, Miguelturra, Moral de Calatrava, Pozuelo de Calatrava, Torralba de Calatrava, Valenzuela de Calatrava, Villanueva de San Carlos u Villar del Pozo.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Campo de Calatrava tinsab fil-parti tan-nofsinhar tal-peniżola Iberika b'altitudnijiet medji ta' 600 m.
L-okkorrenza importanti u frekwenti fiż-żoni ta' pressjoni għolja, flimkien mal-effetti ta' lokalità kontinentali għandha influwenza deċiżiva fuq it-temperaturi; meta fix-xitwa jkun hemm l-antiċikluni, dawn jirriżultaw f'temperaturi baxxi ħafna u meta jseħħu fis-sajf, jirriżultaw f'temperaturi għoljin ħafna.
Ix-xita mhix partikolarment abbundanti minħabba li r-reġjun jinsab l-pożizzjoni marġinali relattiva għaż-żona li jgħaddu minnha fronti u depressjonijiet mil-Lbiċ jew mill-Istrett ta' Ġibiltà u li jiġġeneraw il-biċċa l-kbira tax-xita. F'Campo de Calatrava, ġeneralment ix-xita ma tilħaqx iktar minn 500 mm.
Il-ħamrija għandha fond medju u hija ta' kwalità bażika.
Il-materjali volkaniċi tat-territorju tagħna huma bażiċi. Din il-karatteristika pedagoġika partikolari filwaqt, li hija element supplimentari li jiddistingwi din iż-żona minn żoni oħra ta' produzzjoni, għandha effett fuq il-kompożizzjoni taż-żjut partikolari tagħha.
Il-kulur skur tal-ħamrija tar-reġjun Campo de Calatrava jassorbi kwantità ikbar ta' radjazzjoni tax-xemx li jgħolli t-temperatura tal-ħamrija; minħabba dan il-fatt, minn perspettiva agronomika, dan jiffavorixxi l-kultivazzjoni bikrija taż-żebbuġ.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Il-karatteristiċi tal-“Aceite Campo de Calatrava” huma dawn li ġejjin:
— |
tal-inqas 80 % taż-żejt ikun ġej miż-żebbuġ tal-varjetà Cornicabra; |
— |
ikollu kontenut għoli ta' aċidu olejku li l-ammont minimu tiegħu għal dawn iż-żjut huwa ta' 70 %; |
— |
ikollu togħma fruttata ogħla minn 3, bil-preżenza ta' deskritturi tat-togħma fruttata taż-żebbuġ aħdar u ta' frott frisk ieħor – talinqas, dawn id-deskritturi għandhom ikunu preżenti; |
— |
ikollu profil sensorjali tond b'togħmiet morri u pikkanti li jvarjaw bejn 3 u 6 li ma jvarjawx b'iktar minn 2 punti mit-togħma fruttata; |
— |
Dan iż-żejt jiddistingwi ruħu minn żjut oħra bid-denominazzjoni tal-oriġini minħabba li huwa l-uniku żejt prodott biss mill-varjetajiet Cornicabra u Picual. |
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Il-ħamrija bil-ġir li għandha profondità medja, il-materjali volkaniċi, il-kontenut baxx tal-ilma flimkien mal-ammont baxx ta' xita, is-sjuf sħan, il-perjodi twal ta' kesħa fix-xitwa u l-ħamrija li tisħon malajr, minn perspettiva agronomika jiffurmaw ekosistema li għandha xejra arida li matul is-sekli, żammet, permezz ta' għażla naturali, il-varjetajiet Cornicabra u Picual; dawn adattaw ruħhom perfettament għall-ambjent u jipproduċu prodott finali b'katteristiċi distinti li jagħmluhom differenti minn prodotti li ġejjin minn reġjuni oħra li jikkultivaw iż-żebbuġ. Dawn il-kundizzjonijiet pedoklimatiċi joħolqu konċentrazzjoni għolja ta' grass olejku (Civantos, 1999), li l-ammont massimu tiegħu jogħla sa 70 %, u li jagħti liż-żejt stabbiltà ossidattiva ikbar.
Minħabba l-ħamrija xotta u bażika u l-ammont baxx ta' xita, iż-żejt Campo de Calatrava għandu profili sensorjali fruttati (togħma ta' żebbuġ aħdar fruttat u ta' frott frisk ieħor) talanqas ta' 3 punti.
In-nuqqas ta' ilma fil-fażi tal-maturazzjoni tal-frott, ikkawżat min-nuqqas ta' xita, jagħti togħma morra u pikkanti konsiderevoli u bbilanċjata, li l-intensità tagħha tvarja bejn 3 u 6 punti li ma jvarjawx b'iktar minn 2 punti mit-togħma fruttata.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://docm.jccm.es/portaldocm/verDisposicionAntigua.do?ruta=2007/08/13&idDisposicion=123061987650950829
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.