ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.285.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 285

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
21 ta' Ottubru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 285/01

Lista ta' ġranet previsti skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2007/36/KE

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 285/02

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 285/03

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

7

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2010/C 285/04

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li tiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

12

2010/C 285/05

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

13

2010/C 285/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

14

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2010/C 285/07

Avviż għal-kompetizzjonijiet ġenerali

15

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 285/08

Komunika mill-Gvern Franċiż rigward id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż marbut ma' applikazzjoni għall-permess esklussiv għat-tiftix għal depożiti ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ Permis de Rozay-en-Brie)  ( 1 )

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/1


Lista ta' ġranet previsti skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2007/36/KE

2010/C 285/01

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati (id-“Direttiva”) jirrikjedi li l-Istati Membri jikkomunikaw in-numru tal-ġranet speċifikati fl-ambitu tal-Artikoli 6(3) u 7(3) tad-Direttiva lill-Kummissjoni li sussegwentement se tippubblikah.

Id-Direttiva kellha tiġi trasposta sat-3 ta' Awwissu 2009. Il-lista ppublikata fl-Anness għal din il-komunikazzjoni tinkludi l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri sas-16 ta' Settembru 2010.

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jgħid li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi data ta’ skadenza waħda, b’referenza għal numru speċifiku ta’ ġranet qabel il-laqgħa ġenerali jew is-sejħa, sa meta l-azzjonisti jistgħu jeżerċitaw id-dritt li jpoġġu punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali (Ara l-Artikolu 6(1) punt (a)). Bl-istess mod, kull Stat Membru jista' jistabbilixxi data ta' skadenza għall-eżerċizzju tad-dritt li jiġu mressqa abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet għall-punti inklużi jew li għandhom jiġu inklużi fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali (Ara Artikolu 6(1) punt (b)).

Skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva, kull Stat Membru għandu jiżgura li tkun tapplika data ta' reġistrazzjoni waħda għall-kumpaniji kollha. Madankollu, Stat Membru jista’ jistabbilixxi data ta’ reġistrazzjoni waħda għal kumpaniji li jkunu ħarġu ishma anonimi u oħra għal dawk li jkunu ħarġu ishma reġistrati, sakemm data ta’ reġistrazzjoni waħda tkun tapplika għal kull kumpanija li tkun ħarġet iż-żewġ tipi ta’ ishma.

Il-lista ppublikata fl-Anness tħejjiet mill-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni hija responsabbli biss għar-riproduzzjoni preċiża tal-informazzjoni li tirċievi.


ANNESS

L-Artikolu 6(3)

Il-Belġju

Ma ngħatat l-ebda informazzjoni

Il-Bulgarija

In-numru ta' ġranet għall-finijiet tal-Artikolu 6(3) ġie stipulat għal 15 –il ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali.

Ir-Repubblika Ċeka

Sabiex jitpoġġew punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali, it talba għandha tasal mhux aktar tard mill-għoxrin ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali jew, jekk indikata, id data ta' reġistrazzjoni. Sabiex jiġu mressqa abbozzi ta' riżoluzzjonijiet dwar punti, jekk dawn huma diġà inklużi fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali, id data ta' skadenza hija ta' ħamest ijiem qabel il-laqgħa ġenerali. Jekk għandhom jiġu inklużi fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali, id data ta' skadenza hija ta' sebat ijiem qabel il-pubblikazzjoni/avviż tas-sejħa għal-laqgħa ġenerali.

Id-Danimarka

L-azzjonisti huma intitolati li jkollhom il-punti proposti minnhom fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali meta t-talba tagħhom tasal għand il-korp ċentrali ta' tmexxija, mill-inqas, sitt ġimgħat qabel id-data tal-laqgħa. Jekk it-talba tasal inqas minn sitt ġimgħat qabel id-data tal-laqgħa ġenerali, l-korp ċentrali ta' tmexxija għandu jiddeċiedi jekk it-talba tagħtix żmien biżżejjed sabiex jiġu inklużi l-punti fuq l-aġenda.

Il-Ġermanja

Sabiex jitpoġġew il-punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali, it-talba għandha tasal 30 ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali. Mhemmx skadenza għall-eżerċizzju tad-dritt li jitressqu abbozzi ta' riżoluzzjonijiet skont l-Artikolu 6(1) punt (b).

L-Estonja

Il-bord ta' tmexxija jew l-azzjonisti li bl-ishma tagħhom jirrappreżentaw wieħed minn għaxra tal-kapital azzjonarju, jew l-azzjonisti li bl-ishma tagħhom jirrappreżentaw mill-inqas wieħed minn għoxrin tal-kapital azzjonarju f'każ ta' kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata kkwotata fil-borża, jistgħu jitolbu l-inklużjoni ta' punti addizzjonali fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali annwali, jekk it-talba kkonċernata tkun ġiet ippreżentata mhux aktar tard minn 15 –il ġurnata qabel id-data tal-laqgħa ġenerali. L-azzjonisti li bl-ishma tagħhom jirrappreżentaw mill-inqas wieħed minn għaxra tal-kapital azzjonarju, jew l-azzjonisti li bl-ishma tagħhom jirrappreżentaw mill-inqas wieħed minn għoxrin tal-kapital azzjonarju f'każ ta' kumpanija pubblika limitata kkwotata fil-borża, jistgħu jippreżentaw lill-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata abbozz ta' riżoluzzjoni għal kull punt tal-aġenda. Dan id-dritt imsemmi fis-sentenza preċedenti jista' jiġi eżerċitat mhux aktar tard minn tlett ijiem qabel id-data tal-laqgħa ġenerali.

L-Irlanda

B’referenza għall-Artikolu 6(3), li jirreferi għal “data ta’ skadenza waħda, b’referenza għal numru speċifiku ta’ ġranet qabel il-laqgħa ġenerali” applikabbli għad-dritt tal-azzjonist li jpoġġi punti fuq l-aġenda tal-laqgħa, in-numru tal-ġranet ikkonċernati speċifikat mill-Irlanda huwa ta' 42 ġurnata qabel il-laqgħa relatata.

Il-Greċja

Ma ngħatat l-ebda informazzjoni

Spanja

In-numru speċifiku ta' ġranet stipulat mil-leġiżlazzjoni Spanjola fir-rigward tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva hija ta' ħamest ijiem mill-pubblikazzjoni tas-sejħa.

Franza

Sabiex jitpoġġew punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali, it talba għandha tasal 25 ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali. Jekk il-kumpanija ppubblikat l-avviż tal-laqgħa ġenerali fil-“Bulletin des Annonces Légales Obligatoires” aktar minn 45 ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali, it-talba għandha ssir matul l-20 ġurnata ta' wara din il-pubblikazzjoni.

L-Italja

Il-limitu taż-żmien jibda jiġi kkalkolat mill-ġurnata li fiha jiġi ppubblikat l-avviż tal-laqgħa ġenerali: It-talba għandha tiġi sottomessa matul l-għaxart ijiem li jibdew jgħoddu mill-pubblikazzjoni tal-avviż, meta japplika l-limitu ta' żmien ordinarju għas-sejħa (30 ġurnata qabel id-data tal-laqgħa), jew fi żmien ħamest ijiem mill-pubblikazzjoni tal-avviż meta japplika l-limitu ta' żmien qasir (21 ġurnata qabel id-data tal-laqgħa).

Ċipru

Fir-rigward tal-Artikolu 6(3), l-iskadenza hija ta' 42 ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali.

Il-Latvja

Il-liġi Latvjana li tittrasponi l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tistipula li l-azzjonisti għandhom sebat ijiem mid-data tal-konvokazzjoni ta' laqgħa ġenerali biex iressqu abbozzi ta' riżoluzzjonijiet għal punti li għandhom ikunu inklużi fl-aġenda ta' dik il-laqgħa.

Il-Litwanja

B’segwitu għall-Artikolu 6(3), il-Liġi dwar il-Kumpaniji tar-Repubblika tal-Litwanja tistabbilixxi li punti ġodda jistgħu jitpoġġew fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali ta' kumpanija jekk it-talba tasal mhux aktar tard minn 14 –il ġurnata qabel il-laqgħa. Abbozzi ta' riżoluzzjonijiet tal-punti proposti jew, meta mhux obbligatorju li jiġu adottati riżoluzzjonijiet, nota ta' spjegazzjoni fuq kull punt propost għal fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali, għandhom jiġu ppreżentati flimkien mal-proposta kkonċernata. Il-Liġi dwar il-Kumpaniji tar-Repubblika tal-Litwanja tistabbilixxi wkoll li l-azzjonisti jistgħu, fi kwalunkwe perjodu sa jew waqt il-laqgħa ġenerali, jipproponu abbozzi ġodda ta' riżoluzzjonijiet dwar il-punti inklużi fuq l-aġenda.

Il-Lussemburgu

Ma ngħatat l-ebda informazzjoni

L-Ungerija

Fir-rigward tad-data ta' skadenza meħtieġa skont l-Artikolu 6(3), l-azzjonisti jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom stabbiliti f'punti a) u b) tal-Artikolu 6(1) matul it-tmint ijiem wara l-pubblikazzjoni/avviż tas-sejħa għal-laqgħa ġenerali.

Malta

Ir-regoli għall-elenku maħruġa fit-termini tal-Att dwar is-Swieq Finanzjarji jiddisponu li fil-każ ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata reġistrati f'Malta u li l-ishma tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-UE, it-talba biex jitpoġġew punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali jew l-abbozz tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu sottomessi lill-emittenti f'forma elettronika jew kopja stampata mill-inqas 46 ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali relatata.

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Sabiex jitpoġġew punti u abbozzi ta' riżoluzzjonijiet fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali, il-kumpanija għandha tirċievi talba bil-miktub 60 ġurnata qabel il-ġurnata tal-laqgħa.

L-Awstrija

Il-ġurnata speċifikata fl-ambitu tal-Artikolu 6(1) punt (a) hija l-21 ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali annwali. Il-ġurnata speċifikata fl-ambitu tal-Artikolu 6(1) punt (b) hija s-seba’ ġurnata ta' xogħol qabel il-laqgħa ġenerali.

Il-Polonja

L-azzjonisti għandhom jissottomettu punti għall-inklużjoni fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali tliet ġimgħat qabel id-data stabbilita tal-Laqgħa Ġenerali. L-azzjonisti jistgħu jressqu abbozzi ta' riżoluzzjonijiet inklużi fuq l-aġenda sal-ħin skedat għall-bidu tal-laqgħa ġenerali.

Il-Portugall

Ma ngħatat l-ebda informazzjoni

Ir-Rumanija

Skont ir-regoli Rumeni, l-azzjonisti jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ipprovdut għalihom fl-Artikolu 6(1) (a) u (b) matul il-15 –il ġurnata wara s-sejħa.

Is-Slovenja

Sabiex jitpoġġew punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali, għandha tintbagħat talba lill-kumpanija mhux aktar tard mis-seba’ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa tal-laqgħa ġenerali. L-azzjonijisti jistgħu jipproponu riżoluzzjonijiet bil-miktub għal kull punt fuq l-aġenda. Jekk matul is-sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għal-laqgħa ġenerali, l-azzjonisti jibagħtu lill-kumpanija proposta raġonevolment issostanzjata, billi jinnotifikaw li huma se jopponu l-proposta tal-korp ta' tmexxija jew superviżjoni u li huma se jissottomettu l-kontroproposta tagħhom għall-vot tal-azzjonisti l-oħra, il proposti tal-azzjonisti għandhom jiġu ppubblikati u nnotifikati bl-istess mod tas-sejħa għal-laqgħa ġenerali. Il-proposti tal-azzjonisti li ma ntbagħtux lill-kumpanija sa din id-data ta' skadenza u ġew sottomessi mhux aktar tard mil-laqgħa ġenerali nfisha, għandhom jiġu diskussi waqt il-laqgħa ġenerali.

Is-Slovakkja

In-numru ta' ġranet għall-finijiet tal-Artikolu 6(3) ġie stipulat għal 20 ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali. Fil-prattika, l-azzjonisti jistgħu jeżerċitaw ukoll id-drittijiet tagħhom b'segwitu għall-Artikolu 6 paragrafu 1(a) u (b) wara l-20 ġurnata iżda jiddependi mill-bord ta' tmexxija jekk proposti tard ta' dan it-tip jistgħux jiġu mibgħuta/ppubblikati fil-ħin (mill-inqas għaxart ijiem qabel il-laqgħa ġenerali). Teknikament, huwa possibbli li jiġu eżerċitati wkoll id-drittijiet imsemmija hawn fuq waqt il-laqgħa ġenerali iżda proposti ta' dan it-tip għandhom jiġu approvati b'mod unanimu wara li jintlaħaq kworum bejn l-azzjonisti preżenti.

Il-Finlandja

Sabiex azzjonist ipoġġi punt speċifiku fuq l-aġenda ta' laqgħa ġenerali, b’segwitu għall-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva, id-data ta' skadenza għal din it-talba hija ta' erba’ ġimgħat qabel jasal l-avviż tal-laqgħa ġenerali. Fl-Att Finlandiż dwar ir-Responsabbiltà Limitata, m’hemmx data speċifika biex jiġi eżerċitat id-dritt tal-azzjonist imsemmi fl-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva, iżda azzjonist jista' jeżerċita dan id-dritt fi kwalunkwe ħin, anke waqt il-laqgħa ġenerali.

L-Isvezja

Azzjonist li jixtieq ikollu punt indirizzat waqt il-laqgħa ġenerali għandu jissottometti talba lill-bord tad-diretturi mhux aktar tard minn ġimgħa qabel l-ewwel data li fiha jista' jinħareġ avviż bis-sejħa għal-laqgħa ġenerali, jew inkella fi żmien biżżejjed biex ikun jista' jiġi inkluż fl-avviż tal-laqgħa.

Ir-Renju Unit

Talba għandha tasal għand il-kumpanija mhux aktar tard – (a) minn sitt ġimgħat qabel il-laqgħa ġenerali, jew (b) f'każ li din tintbagħat wara, mill-ħin li jinħareġ l-avviż għal-laqgħa ġenerali.


L-Artikolu 7(3)

Il-Belġju

Ma ngħatat l-ebda informazzjoni

Il-Bulgarija

Il-Bulgarija tiddispondi li d-dritt biex tipparteċipa f'laqgħa ġenerali u tivvota jista' jiġi eżerċitat biss mill-azzjonisti li jkunu rreġistrati bħala azzjonisti 14 –il ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali.

Ir-Repubblika Ċeka

Id-data ta' reġistrazzjoni hija dejjem is-seba’ ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali (għall-kumpaniji elenkati biss).

Id-Danimarka

F’kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata li l-ishma tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, id-dritt tal-azzjonisti li jattendu laqgħa ġenerali u jivvutaw fuq l-ishma tagħhom għandu jiġi determinat abbażi tal-ishma li jkollhom l-azzjonisti fid-data ta' reġistrazzjoni. Id-data ta' reġistrazzjoni hija ġimgħa qabel il-laqgħa ġenerali.

Il-Ġermanja

Id-data ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(3) hija l-bidu tal-21 ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali. Din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-kumpaniji li ħarġu ishma anonimi.

L-Estonja

Il-kategorija ta' azzjonisti intitolati li jipparteċipaw fil-laqgħa ġenerali ta' kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata kkwotata fil-borża għandha tkun determinata sebat ijiem qabel id-data tal-laqgħa ġenerali.

L-Irlanda

Fir-rigward tal-Artikolu 7(3), li jirreferi għad-“data ta' reġistrazzjoni” li biha jiġi ddefinit id-dritt tal-azzjonisti li jipparteċipaw u jivvutaw fil-laqgħa ġenerali, in-numru ta' ġranet speċifikat mill-Irlanda huwa tnejn.

Il-Greċja

Ma ngħatat l-ebda informazzjoni

Spanja

In-numru speċifiku ta' ġranet stipulat mil-leġislazzjoni Spanjola fir-rigward tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva huwa ħamest ijiem qabel il-Laqgħa Ġenerali.

Franza

Id-data ta' reġsirazzjoni hija t-tielet ġurnata ta' xogħol (nofsillejl) qabel il-laqgħa ġenerali.

L-Italja

Id-data ta' reġstrazzjoni hija tmiem is-seba’ ġurnata ta' xogħol qabel id-data tal-laqgħa ġenerali.

Ċipru

Fir-rigward tal-Artikolu 7(3), id-data ta' reġistrazzjoni hija ta' żewġ ġranet ta' xogħol.

Il-Latvja

Il-liġi Latvjana li tittrasponi l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva tistipula li d-data tar-reġistrazzjoni hija d-data li tiġi sitt ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa tal-azzjonisti. Dakinhar tar-reġistrazzjoni fil-ħin tal-għeluq, l-azzjonisti tal-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata jiġu rreġistrati, flimkien mal-għadd ta' ishma li huma d-detenturi tagħhom għall-parteċipazzjoni fil-laqgħa ġenerali.

Il-Litwanja

Għall-kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata kollha, id-data ta' reġstrazzjoni hija l-ħames ġurnata ta' xogħol qabel il-laqgħa ġenerali jew il-ħames ġurnata ta' xogħol qabel sejħa mill-ġdid għal laqgħa tal-azzjonisti.

Il-Lussemburgu

Ma ngħatat l-ebda informazzjoni.

L-Ungerija

Fir-rigward tad-data ta' skadenza meħtieġa skont l-Artikolu 7(3), id-data ta' reġistrazzjoni għall-kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata kollha għandha tkun matul is-seba’ ġurnata ta' xogħol qabel il-laqgħa ġenerali.

Malta

Ir-regoli għall-elenku jiddefinixxu d-data ta' reġistrazzjoni għal kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata rreġistrati f'Malta u li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-UE, bħala l-ġurnata li taqa’ immedjatament tletin ġurnata qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali relatata.

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Id-data ta' reġistrazzjoni hija t-28 ġurnata qabel il-ġurnata tal-laqgħa ġenerali.

L-Awstrija

Il-ġurnata speċifikata fl-ambitu tal-Artikolu 7(3) (id-data ta' reġistrazzjoni) hija tmiem l-għaxar ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali.

Il-Polonja

Id-data ta' reġistrazzjoni hija stipulata għal 16 -il-ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali. Din id-data se tkun l-istess għal persuni intitolati jkollhom ishma anonimi kif ukoll għal persuni intitolati li jkollhom ishma rreġistrati.

Il-Portugall

Ma ngħatat l-ebda informazzjoni

Ir-Rumanija

Kull kumpanija għandha tistabbilixxi data ta' reġistrazzjoni waħda. Id-data ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(3) għandha tkun qabel id-data permessa għas-sottomissjoni ta' prokuri, jiġifieri d-data ta' reġistrazzjoni għandha tkun mill-inqas jumejn qabel il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti.

Is-Slovenja

Il-parteċipazzjoni u d-drittijiet tal-vot fil-laqgħa ġenerali jistgħu jkunu eżerċitati biss minn dawk l-azzjonisti li huma rreġistrati bħala azzjonisti fir-reġistru ċentrali ta' titoli mniżżla fil-kotba bħala garanziji fl-aħħar tar-raba’ ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali.

Is-Slovakkja

Id-data ta' reġistrazzjoni (Artikolu 7 paragrafu 3) għall-kumpaniji pubbliċi b'ishma konġunti se tkun it-tielet ġurnata qabel il-laqgħa ġenerali.

Il-Finlandja

Fir-rigward tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva, id-data ta' reġsitrazzjoni għal-laqgħa ġenerali hija ta' tmint ijiem qabel il-laqgħa ġenerali.

L-Isvezja

Id-data ta' reġistrazzjoni li tapplika għall-kumpaniji koperti mid-Direttiva hija stipulata għal ħames ġurnata ta' xogħol qabel il-laqgħa ġenerali.

Ir-Renju Unit

Kumpanija nnegozjata pubblikament għandha tiddetermina d-dritt għall-vot f'laqgħa ġenerali tal-kumpanija billi tirreferi għar-reġistru tal-membri f'ħin speċifiku (determinat mill-kumpanija) li ma jkunx iktar minn 48 siegħa qabel il-ħin stipulat għall-bidu tal-laqgħa. Fil-kalkolu ta' dan il-perjodu, jitqiesu biss il-ġranet ta' xogħol.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Ottubru 2010

2010/C 285/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3861

JPY

Yen Ġappuniż

112,59

DKK

Krona Daniża

7,4581

GBP

Lira Sterlina

0,88200

SEK

Krona Żvediża

9,3115

CHF

Frank Żvizzeru

1,3355

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1585

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,503

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

275,58

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7095

PLN

Zloty Pollakk

3,9593

RON

Leu Rumen

4,3068

TRY

Lira Turka

1,9811

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4151

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4260

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7604

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8489

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,8116

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 566,02

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,6280

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2202

HRK

Kuna Kroata

7,3320

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 389,96

MYR

Ringgit Malażjan

4,3267

PHP

Peso Filippin

60,149

RUB

Rouble Russu

42,6950

THB

Baht Tajlandiż

41,486

BRL

Real Brażiljan

2,3200

MXN

Peso Messikan

17,2757

INR

Rupi Indjan

61,5010


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/7


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 285/03

Għajnuna Nru: XA 89/10

Stati Membri: Il-Belġju

Reġjun: Vlaanderen

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Vlaamse Confederatie van het Paard vzw

Bażi legali: Decreet van 18 december 2009 houdende de algemene uitgavenbegroting van de Vlaamse Gemeenschap voor het begrotingsjaar 2010;

Koninklijk besluit van 10 december 1992 betreffende de verbetering van paardachtigen;

Ministerieel besluit van 23 december 1992 betreffende de verbetering van paardachtigen;

Ministerieel besluit houdende de toekenning van een facultatieve subsidie aan de Vlaamse Confederatie van het Paard vzw voor het werkingsjaar 2010.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,078 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tal-kostijiet amministrattivi biex jiġu stabbiliti u miżmuma l-kotba tal-merħliet.

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tista' tingħata mill-1 ta' Ġunju u mhux qabel 15-il ġurnata mit-tressiq tal-applikazzjoni.

L-għajnuna tista' tingħata permezz ta' digriet ta' implimentazzjoni. Dawn id-digrieti jiġu mfassla kull sena. Abbozz ta' dan id-digriet ta' implimentazzjoni għad irid jiġi mfassal. Dan l-abbozz se jinkludi klawsola ta' “sospensjoni”.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Il-perjodu tal-għotja se jdum sal-31 ta' Diċembru 2010.

Għan tal-għajnuna: L-entità approvata – Vlaamse Confederatie van het Paard vzw (VCP) – tispeċifika li s-sussidju għandu jintuża biex jiġu koperti l-kostijiet amministrattivi involuti biex jiġu stabbiliti u miżmuma l-kotba tal-merħliet taż-żwiemel u l-ħmir.

Din l-iskema tal-għajnuna taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u qegħdin jiġu ssodisfati l-kriterji msemmijin fih.

Artikolu 16(1)(a): għajnuna b'rata li titla sa 100 % sabiex jiġu koperti l-kostijiet amministrattivi biex jiġu stabbiliti u miżmuma l-kotba tal-merħliet.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tal-bhejjem

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Duurzame Landbouwontwikkeling

Ellips, 6e verdieping

Boulevard Roi Albert II/Koning Albert II laan 35, bus 40

1030 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz tal-Internet: http://lv.vlaanderen.be/nlapps/docs/default.asp?id=134

Informazzjoni oħra: —

Jules VAN LIEFFERINGE

Secretaris-generaal

Għajnuna Nru: XA 108/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Provence Alpes Côte d’Azur

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aide au nettoyage des serres verre détruites par la neige du 8 janvier 2010 en Provence Alpes Côte d’Azur

Bażi legali: Articles L 1511-2, L 3231-2 et 3232-1 du Code Général des Collectivités Territoriales; arrêtés du ministre de l’alimentation, de l’agriculture et de la pêche de reconnaissance du caractère de calamité naturelle du 7 mai 2010; délibération du Conseil Régional Provence-Alpes-Côte d’Azur.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont globali massimu ta' EUR 150 000.

Intensità massima tal-għajnuna: minn 20 % sa massimu ta' 40 %, fil-limitu tal-finanzjamenti pubbliċi awtorizzati.

Data tal-implimentazzjoni: Fl-2010, mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2011.

Għan tal-għajnuna: Il-miżura tikkonforma mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar l-għajnuna għall-ħsarat imġarrbin minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.

Fit-8 ta' Jannar 2010, in-naħat ta' fuq ta' Bouches-du-Rhône u n-Nofsinhar ta' Vaucluse intlaqtu minn borra li niżlet b'intensità kbira. Minħabba dan, għadd ta' bdiewa ntlaqtu b'mod ħażin ħafna, l-aktar il-prodotti tagħhom li jikbru fis-serer tal-ħġieġ.

Wara inkjesta mis-servizzi tal-Istat fiż-żoni milquta, ġiet imnedija il-proċedura “diżastri agrikoli”.

Il-proċedura dwar id-diżastri agrikoli tikkonċerna l-ħsarat kbar ħafna li ma jistgħux ikunu assigurati u li ġew minħabba varjazzjonijiet abnormali fl-intensità ta' fenomenu naturali. L-għarfien tan-natura tad-diżastru agrikolu jippermetti, skont ċerta kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà individwali, kumpens għal ċerta ħsarat agrikoli li ma jistgħux ikunu assigurati mill-Fonds National de Garantie contre les Calamités Agricoles (Fondi Nazzjonali ta' Garanzija kontra d-Diżastri Agrikoli).

Din il-proċedura ma tipprovdix għat-tindif tal-art mill-biċċiet tal-ħġieġ imkisser. Madankollu dan it-tindif huwa ferm importanti sabiex terġa' tibda l-attività agrikola f'dawn l-artijiet ikkonċernati.

Għalhekk, dan ir-Reġjun għandu l-intenzjoni li jintroduċi sistema ta' għajnuna għall-bdiewa li għandhom l-għelejjel fis-serer tal-ħġieġ sabiex huma jkunu jistgħu jnaddfu aktar malajr l-uċuh bl-għan li jerġgħu jkunu kkultivati. L-implimentazzjoni ta' din is-sistema hija kkoordinata permezz tal-pubblikazzjoni tad-digriet interministerjali li jagħraf in-natura tad-diżastru agrikolu għall-ħsarat ikkonċernati.

Din is-sistema tikkonsisti f'għajnuna diretta lill-produttur sabiex parti mill-ispejjeż marbuta mat-tindif tal-ħġieġ imfarrak tas-serer tkun koperta. Il-bdiewa huma ħielsa li jagħżlu huma stess il-fornitur estern. Ix-xogħlijiet magħmula mill-bdiewa stess mhumiex se jkunu kkunsidrati.

Jistgħu jibbenefikaw biss mill-għajnuniet dawk il-bdiewa li minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp li kien hemm bejn it-8 u l-10 ta' Jannar 2010, ġarrbu mill-inqas 30 % ħsara meta mqabbel mal-produzzjoni medja annwali tagħhom tat-tliet snin preċedenti, jew il-medja ta' tliet snin, fuq il-ħames snin preċedenti. Dan it-telf irreġistrat fuq livell individwali, jiġi kkonvertit għar-referenza stabbilita fuq livell dipartimentali li jikkorrispondi mar-redditu fuq medja ta' tliet snin ibbażati fuq il-ħames snin ta' qabel u li jeskludi l-aktar valur għoli u dak l-aktar baxx.

Il-verifika tal-konformità ma' din il-kundizzjoni ssir qabel tingħata l-għajnuna. Din hija riservata għall-fenomeni meterjoloġiċi li jistgħu jkunu “diżastri naturali” skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) dwar l-eżenzjoni agrikola. Biex jagħmel dan, qabel ma tingħata l-għajnuna, ir-Reġjun se jivverifika b'mod partikolari li l-bidwi jkun ingħata l-għajnuna mill-Fondi Nazzjonali ta' Garanzija kontra d-Diżastri Agrikoli (FNGCA) skont id-digriet tal-ministru għall-ikel, l-agrikoltura u s-sajd li jirrikonoxxi n-natura tad-diżastru naturali tas-7 ta' Mejju 2010 imsemmi aktar 'il fuq. Il-fatt li l-bidwi jkun irċieva għajnuna minħabba diżastri naturali juri li l-kundizzjonijiet deskritti japplikaw ukoll għalih.

L-għajnuna (kumpens) tal-FNGCA tista' tingħata biss, fil-limitu tal-baġit disponibbli, jekk it-telf ta' kull produzzjoni kkalkulat fuq rziezet individwali jkun aktar minn 30 % jew 42 % jekk il-produzzjoni tibbenifika minn għajnuna akkoppjata tal-PAK.

Il-kalkolu tal-għajnuniet proposti jsir abbażi tal-ammont totali tat-telf ammissibbli, bit-tnaqqis tal-kosti mhux appoġġjati minħabba fenomeni klimatiċi rikonoxxuti bħala diżastru naturali.

Is-somma totali tal-għajnuna pubblika mogħtija m'għandhiex taqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli, ammont li jitnaqqas bin-nofs jekk il-bidwi ma jkollux assigurazzjoni, jekk ir-rata ta' intervenzjoni tar-Reġjun ġiet iffissata għal nofs ir-rata massima awtorizzata, jiġifieri għal 40 %. Din ir-rata se tkun imnaqqsa għal 20 % jekk il-bidwi ma jkollux assigurazzjoni li tkopri mill-inqas 50 % tal-produzzjoni medja annwali jew tad-dħul marbut mal-produzzjoni u r-riskji klimatiċi tas-silġ jew il-ġlata.

Is-sistema se tkun indirizzata l-aktar lejn il-bdiewa (individwi jew bħala kumpanija) li l-azjenda tagħhom tissodisfa l-kriterji tal-SMEs skont ir-regoli tal-UE, u li ż-żoni tagħhom li għandhom jitnaddfu qiegħdin fil-limitu tad-digriet interministerjali ta' rikonoxximent tad-diżastri agrikoli, digriet li jiddefinixxi l-perimetri u l-produzzjonijiet agrikoli kkonċernati. Biex jibbenifika mill-għajnuna tar-Reġjun, il-bidwi għandu jimpenja ruħu li jerġa' jikkultiva ż-żoni mnaddfa.

In-nefqa eliġibbli tinkludi l-kost tas-servizz estern ta' tindif tal-frak mis-serer tal-ħgieġ imkissra jew li saritilhom ħsara. Il-kost eliġibbli se jkun limitat għal massimu ta' EUR 10, taxxa eskluża, għal kull m2 . F'kull każ, l-ispejjeż eliġibbli se jonqsu minn kull somma mogħtija skont l-assigurazzjoni li tkopri l-istess servizzi. Is-somma totali tal-għajnuna mogħtija mir-Reġjun se tilħaq limitu ta' EUR 20 000 għal kull azjenda (rata ta' għajnuna tar-Reġjun ta' 40 %), total li jlaħħaq EUR 10 000 għall-azjendi mhux assigurati (rata ta' għajnuna tar-Reġjun ta' 20 %).

Qabel ma tingħata l-għajnuna, ir-Reġjun jista' jagħmel xi spezzjonijiet fuq il-post sabiex jikkontrolla t-twettiq tat-tindif u tal-kultivazzjoni mill-ġdid taż-żoni mnaddfa.

Ir-Reġjun se jiżgura li ssir verifika tal-limitu massimu tal-għajnuna pubblika għall-azjendi ta' Bouches-du-Rhône li minbarra dan jirċievu l-għajnuna mill-Kunsill ġenerali, sabiex il-limitu massimu ta' għajnuna stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 ma jinqabiżx.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-azjendi agrikoli li għandhom il-produzzjonijiet fis-serer tal-ħġieġ u li qiegħdin, fir-reġjun Provence-Alpes-Côte d’Azur, u fil-muniċipalitajiet imsemmija fid-digrieti li jirrikonoxxu n-natura tad-diżastru agrikolu tas-7 ta' Mejju 2010 (imsemmija aktar 'il fuq) u l-SMEs.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil Régional Provence-Alpes-Côte d’Azur

Direction de l’Environnement et du Développement Durable

Service Agriculture et Développement rural

27 Place Jules Guesde

13481 Marseille Cedex 20

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.regionpaca.fr/index.php?calamite_agricole

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 112/10

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Cataluña

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas al programa de genotipado ovino

Bażi legali: Proyecto de Orden AAR/…/2010, de …, por la que se aprueban las bases reguladoras de las ayudas para el desarrollo del Programa nacional de genotipado ovino, y se convocan las correspondientes al año 2010

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont massimu previst għall-perjodu ta' tliet snin 2010-2012 huwa ta' EUR 250 000.

Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont gross tal-intensità tal-għajnuna m'għandux jaqbeż:

il-50 % tal-ispejjeż tal-applikazzjoni tal-programm tal-għażla ġenetika.

il-50 % tal-prezz tas-suq tal-annimal fid-data tal-qatla jew tal-kastrazzjoni.

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema tidħol fis-seħħ fil-jum tad-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni provduta fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: 2010-2012

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp ta' programm nazzjonali tal-għażla ġenetika sabiex tinbena reżistenza kontra l-marda li tolqot is-sistema ċentrali nervuż (scrapie) tal-mogħoż u tan-nagħaġ, permezz ta' dawn li ġejjin:

L-iskema tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10(1) u 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006).

L-għajnuna ma tkunx tinvolvi ħlasijiet diretti lill-produtturi primarji.

Settur jew setturi benefiċjarji: Skont l-attività li hija eliġibbli:

Organizzazzjonijiet ta' dawk li jrabbu l-bhejjem u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-regolamenti.

Kodiċi NACE 01.45 Azjenda tat-trobbija tal-mogħoż u tan-nagħaġ

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Generalitat de Catalunya

Departament d’Agricultura, Alimentació i Acció Rural

Gran Via de les Corts Catalanes, 612-614

08007 Barcelona

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www20.gencat.cat/docs/DAR/DE_Departament/DE03_Normativa/DE03_04_Ajuts_estat/2010/Documents/Fitxers_estatics/genotipatge.pdf

Informazzjoni oħra:

Direcció General d’Agricultura i Ramaderia

Gran Via de les Corts Catalanes, 612-614

08007 Barcelona

ESPAÑA

Għajnuna Nru: XA 125/10

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Castilla- La Mancha

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para la recuperación del viñedo afectado por las precipitaciones en forma de pedrisco acaecidas en 2009

Bażi legali: Orden de 23.2.2010, de la Consejería de Agricultura y Desarrollo Rural, por la que se establecen las bases reguladoras y la convocatoria de ayudas para la recuperación del viñedo afectado por las precipitaciones en forma de pedrisco acaecidas en 2009. Corrección de errores de 28.6.2010 de la Consejería de Agricultura y Medio Ambiente, a la Orden de 23.2.2010, de la Consejería de Agricultura y Desarrollo Rural

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 300 000 f'pagament wieħed.

Intensità massima tal-għajnuna: 31 % tal-ħsarat.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data li fiha jiġi ppublikat in-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010.

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li tagħmel tajjeb għat-tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ tal-prodott minħabba l-fenomeni negattivi tal-klima, kif ukoll li tikkontribwixxi għall-ispejjeż imġarrba mill-bidwi b'konsegwenza ta' dan (spejjeż taż-żbir sabiex il-partijiet affettwati tad-dielja jerġgħu jikbru mill-ġdid, tat-trattamenti tat-timrik u kriptogamiċi), skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: produzzjoni veġetali: vinji.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Consejería de Agricultura y Medio Ambiente

C/ Pintor Matías Moreno, 4

45004 Toledo

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://docm.jccm.es/portaldocm/descargarArchivo.do?ruta=2010/02/26/pdf/2010_3316.pdf&tipo=rutaDocm

http://docm.jccm.es/portaldocm/descargarArchivo.do?ruta=2010/07/06/pdf/2010_11017.pdf&tipo=rutaDocm

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 126/10

Stati Membri: Ċipru

Reġjun: Kipros

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Σχέδιο εθελοντικού προγράμματος ελέγχου της Λοιμώδους Αγαλαξίας

Bażi legali:

(1)

Νόμος που προνοεί για την Υγεία των Ζώων [Ν. 109(Ι)2001].

(2)

Απόφαση του Εφόρου Ελέγχου Κρατικών Ενισχύσεων για το Μέτρο: Ε.Ε.Κ.Ε. 25.06.002.319 (788.2.1.23.1.1.12).

(3)

Καθορισμός Γνωστοποιητέων Νόσων σύμφωνα με το άρθρο 8 του περί Υγείας των Ζώων Νόμου (Νόμος Αρ. 109 του 2001) που δημοσιεύθηκε στην Επίσημη Εφημερίδα της Κυπριακής Δημοκρατίας με Ανακοίνωση του Διευθυντή των Κτηνιατρικών Υπηρεσιών (Επίσημη Εφημερίδα της 23ης Απριλίου 2010 με Αρ. 1332, σελ. 1655) όπου περιλαμβάνεται η λοιμώδης αγαλαξία. Σύμφωνα με το άρθρο 4 (1) του Ν. 109(Ι)/2001, η Αρμόδια Αρχή έχει εξουσία και αρμοδιότητα να εκπονεί και εφαρμόζει ειδικά προγράμματα και να καταρτίζει ειδικά σχέδια αντιμετώπισης ζωικών ασθενειών. Οι ενισχύσεις εντάσσονται στο πλαίσιο προγράμματος που έχει εκδοθεί δυνάμει του άρθρου αυτού.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa ppjanata għall-2010 tammonta għal EUR 23 627,5. Huwa stmat li għall-2011 se jkun meħtieġ l-istess ammont.

Intensità massima tal-għajnuna: 100,00 %

Data tal-implimentazzjoni: Il-programm se jiġi implimentat biss wara li jkun ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2011.

Għan tal-għajnuna: Il-kontroll tal-agalattja ovina/kaprina kontaġjuża, billi jiġu identifikati uffiċjalment l-azjendi li mhumiex ikkontaminati bil-marda. L-iskema tikkonċerna t-teħid b'xejn ta' testijiet li jaqgħu taħt l-għajnuna awtorizzata skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-benefiċjarji tal-għajnuna taħt din l-iskema huma r-raħħala li jrabbu n-nagħaġ u l-mogħoż fiż-żoni kkontrollati mir-Repubblika ta' Ċipru.

L-għajnuna li tingħata taħt il-programm ta' kontroll volontarju tal-agalattja ovina/kaprina kontaġjuża hija mmirata għal dawk ir-raħħala li volontarjament iressqu talba biex jiddaħħlu fl-iskema, billu jiġi stabbilit uffiċjalment li l-azjendi tagħhom mhumiex ikkontaminati bl-agalattja ovina/kaprina.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Κτηνιατρικές Υπηρεσίες (Ktiniatrikes Ipiresies)

Υπουργείο Γεωργίας, Φυσικών Πόρων και Περιβάλλοντος (Ipouryio Yeoryias, Fisikon Poron ke Perivallondos)

Αθαλάσσας (Athalassas)

1417 Λευκωσία/Nicosia

ΚYΠΡΟΣ/CYPRUS

Indirizz tal-Internet: http://www.moa.gov.cy/moa/vs/vs.nsf/All/12298EAFA3C68A3F42257754003D9AF5/$file/εεκε%20κειμενο%20μετρου%202010%20λοιμώδης%20αγαλαξία%2026072010%201.pdf

http://www.publicaid.gov.cy/publicaid/publicaid.nsf/All/61C9E6540752A1EAC225775400379B88/$file/ΑΠΟΦΑΣΗ%20319.pdf

Informazzjoni oħra:

(1)

Il-mard hu elenkat fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Il-benefiċjarji tal-għajnuna taħt l-iskema huma r-raħħala li jrabbu n-ngħaġ u l-mogħoż fiż-żoni kkontrollati mir-Repubblika ta' Ċipru li volontarjament jissieħbu fl-iskema billi jressqu dikjarazzjoni vinkolanti u magħmula kif xieraq, kif stipulat fl-iskema.

(2)

L-iskema tapplika għal intrapriżi żgħar u daqs medju kif imfisser fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 fir-rigward tad-definizzjoni tal-mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. [traduzzjoni mhux uffiċjali] L-intrapriżi kbar huma esklużi mill-ambitu tal-iskema. L-għajnuna mill-istat għal kontra l-mard tal-annimali tista' tingħata lil impriżi kbar jekk din tkun innotifikata bil-quddiem għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni skont il-Kapitlu V.B.4 tal-Linji Gwida Komunitarji tal-2007 sal-2013 għall-għajnuna mill-Istat fis-Settur tal-Agrikoltura u l-Forestrija.

(3)

L-iskema tapplika esklussivament għall-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli. Għalhekk, l-impriżi li jkunu involuti fil-kummerċjalizzazzjoni u/jew fl-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (eż. negozjanti tal-annimali, biċċiera) ma jaqgħux fl-ambitu tal-iskema. Id-definizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli huma stipulati fl-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

(4)

L-għajnuna għandha tingħata biss għal attivitajiet jew servizzi li jkunu ngħataw wara li l-iskema tkun ġiet stabbilita u ppubblikata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006. Għandha tiġi mressqa applikazzjoni lill-awtorità kompetenti u l-għajnuna stess għandha tingħata għall-attivitajiet u għas-servizzi li jkunu ngħataw biss fil-każ li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: a) l-iskema tal-għajnuna ġiet stabbilita u ppubblikata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, b) ġiet imressqa kif dovut applikazzjoni għall-għajuna lill-awtorità kompetenti, c) l-applikazzjoni ġiet aċċettata mill-awtorità kompetenti konċernata b'tali mod li l-awtorità tkun obbligata tagħti l-għajnuna, filwaqt li tindika b'mod ċar l-ammont tal-għajnuna li għandha tingħata jew kif dan l-ammont se jiġi kkalkulat; l-awtorità kompetenti għandha taċċetta dan biss jekk il-baġit disponibbli għall-għajnuna jew għall-iskema tal-għajnuna ma jkunx eżawrit.

(5)

Il-marda hija mdaħħla fid-dispożizzjonijiet legali u l-ħlas tal-għajnuna jsir parti minn programm pubbliku f'livell nazzjonali kif imsemmi hawn fuq skont il-paragrafu intitolat Bażi legali, b'applikazzjoni tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

(6)

L-għajnuna ma għandhiex tkun relatata ma' xi marda li dwarha l-leġiżlazzjoni Komunitarja tistipula imposti speċifiċi għall-miżuri ta' kontroll.

(7)

L-għajnuna ma għandhiex tkun relatata mal-miżuri li fir-rigward tagħhom il-leġiżlazzjoni Komunitarja tistipula li l-impriża agrikola għandha tagħmel tajjeb għall-kost tagħhom.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/12


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li tiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

2010/C 285/04

PARTI I

Għajnuna Nru

GBER 19/09/R&D

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

L-Awtorità li tagħti l-għajnuna

Finnmark fylkeskommune

Henry Karlsens plass 1

9815 Vadsø

NORWAY

 

http://www.ffk.no

 

Titolu tal-miżura ta’ għajnuna

Għajnuna għall-iżvilupp tal-2009 għal Gaisa Næringshage

Bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

Deċiżjoni mill-Kunsill tal-Kontea ta' Finnmark

Data: 25 ta' Awwissu 2009

 

Għajnuna ad hoc

x

Gaisa Næringshage

9845 Tana

NORWAY

Data tal-għotja

Għajnuna ad hoc

25.8.2009

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i)

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

x

Tip ta' benefiċjarju

SME

x

Ammont globali tal-għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża

NOK 0,25 (miljun)

Strument tal-għajnuna (l-Artikolu 5)

Għotja

x

PARTI II

L-Għanijiet Ġenerali (lista)

L-Għanijiet (lista)

L-intensità massima tal-għajnuna f'% jew l-ammont massimu ta' għajnuna f'NOK

SME—bonusijiet f'%

Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

(l-Artikoli 30-37)

Għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp

(l-Artikolu 31)

Riċerka fundamentali

(l-Artikolu 31(2)(a))

… %

 

Riċerka industrijali

(l-Artikolu 31(2)(b))

… %

 

Żvilupp sperimentali

(L-Artikolu 31(2)(c))

13,36 %

 


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/13


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

2010/C 285/05

PARTI I

Għajnuna Nru

GBER 20/09/R&D

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

L-Awtorità li tagħti l-għajnuna

Finnmark fylkeskommune

Henry Karlsens plass 1

9815 Vadsø

NORWAY

http://www.ffk.no

 

Titolu tal-miżura ta’ għajnuna

Għajnuna għall-iżvilupp tal-2009 għal Hammerfest Næringshage AS

Bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

Deċiżjoni mill-Kunsill tal-Kontea ta' Finnmark

Data: 25 ta' Awwissu 2009

 

Għajnuna ad hoc

x

Hammerfest Næringshage AS

9600 Hammerfest

NORWAY

Data tal-għotja

Għajnuna ad hoc

25.8.2009

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i)

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

x

Tip ta' benefiċjarju

SME

x

Ammont globali tal-għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża

NOK 0,2 miljun

Aid instrument (strument tal-għajnuna) (l-Artikolu 5)

Għotja

x

PARTI II

L-Għanijiet Ġenerali (lista)

L-Għanijiet (lista)

L-intensità massima tal-għajnuna f'% jew l-ammont massimu ta' għajnuna f'NOK

SME – bonusijiet f'%

Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni; (l-Artikoli 30-37)

Għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp (l-Artikolu 31)

Riċerka fundamentali (l-Artikolu 31(2)(a))

… %

 

Riċerka industrijali (l-Artikolu 31(2)(b))

… %

 

Żvilupp sperimentali (L-Artikolu 31(2)(c))

2,16 %

 


21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/14


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

2010/C 285/06

PARTI I

Għajnuna Nru

GBER 21/09/R&D

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

L-Awtorità li qiegħda tagħti l-għajnuna

Finnmark fylkeskommune

Henry Karlsens plass 1

9815 Vadsø

NORWAY

http://www.ffk.no

 

Titolu tal-miżura ta’ għajnuna

Għajnuna għall-iżvilupp tal-2009 għal Hermetikken Næringshage AS

Bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

Deċiżjoni min-naħa tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Finnmark

Data: 25 ta’ Awwissu 2009

 

Għajnuna ad hoc

x

Hermetikken Næringshage AS

9800 Vadsø

NORWAY

Data li fiha ngħatat l-għotja

Għajnuna ad hoc

25.8.2009

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i)

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

x

Tip ta' benefiċjarju

SME

x

Ammont globali tal-għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża

NOK 0,25 miljun

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja

x

PARTI II

L-Għanijiet Ġenerali (lista)

L-Għanijiet (lista)

L-intensità massima tal-għajnuna f'% jew l-ammont massimu ta' għajnuna f'NOK

SME – bonusijiet bħala perċentwali

Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (Art. 30-37)

Għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp (Art. 31)

Riċerka fundamentali (Art. 31(2)(a))

… %

 

Riċerka industrijali (Art. 31(2)(b))

… %

 

Żvilupp sperimentali (Art. 31(2)(c))

4,7 %

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/15


AVVIŻ GĦAL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

2010/C 285/07

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

 

EPSO/AD/200/10 – Avukati b'taħriġ ġuridiku Ingliż, Skoċċiż jew tal-Irlanda ta' Fuq

 

EPSO/AD/201/10 – Avukati b'taħriġ ġuridiku Spanjol

 

EPSO/AD/202/10 – Avukati b'taħriġ ġuridiku Franċiż

 

EPSO/AD/203/10 – Avukati b'taħriġ ġuridiku Olandiż

Amministraturi (AD 5) speċjalizzati fir-riċerka ġuridika

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat biss bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Franċiż u bl-Olandiż fil-Ġurnal Uffiċjali C 285 A tal-21 ta’ Ottubru 2010.

Informazzjoni komplimentari tinstab fuq il-websajt tal-EPSO: http://eu-careers.eu


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/16


Komunika mill-Gvern Franċiż rigward id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż marbut ma' applikazzjoni għall-permess esklussiv għat-tiftix għal depożiti ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ “Permis de Rozay-en-Brie”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 285/08

Fit-23 ta' Ġunju 2010, l-impriżi Toreador Energy France SCS u Hess Oil France SAS, li l-uffiċċji tagħhom jinsabu rreġistrati fl-indirizzi 9 rue Scribe, 75009 Paris, FRANCE u 37 rue des Mathurins, 75008 Paris, FRANCE rispettivament, applikaw b'mod konġunt u solidali għall-permess esklussiv għal perjodu ta' 5 snin għat-tiftix għal depożiti ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ “Permis de Rozay-en-Brie” f'żona li tkopri parti mid-Département de la Seine & Marne.

Parti miż-żona kkonċernata tikkoinċidi maż-żona speċifikata fl-applikazzjoni tal-permess “de Courpalay” ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 157 tas-17 ta' Ġunju 2010, u partijiet oħrajn mhumiex.

L-avviż preżenti jikkonċerna biss il-partijiet li jinsabu fuq barra taż-żona ta' madwar 26 km2.

Il-perimetru ta' din il-parti kopert b'dan il-permess jikkonsisti mill-arki tal-meridjani u l-arki paralleli li suċċessivament jgħaqqdu l-ogħla punti definiti hawn taħt permezz tal-koordinati ġeografiċi tagħhom, fejn il-meridjan oriġinali huwa dak ta' Pariġi.

Żona 1

Punt

Lonġitudni grad mil-Lvant (East)

Latitudni grad mit-Tramuntana (North)

A

0,66

54,10

B

0,69

54,10

C

0,69

54,09

D

0,66

54,09


Żona 2

Punt

Lonġitudni grad mil-Lvant (East)

Latitudni grad mit-Tramuntana (North)

A

0,70

54,20

B

0,80

54,20

C

0,80

54,13

D

0,78

54,13

E

0,78

54,17

F

0,76

54,17

G

0,76

54,18

H

0,74

54,18

I

0,74

54,19

J

0,72

54,19

K

0,72

54,15

L

0,70

54,15

Tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tad-dritt

L-ewwel applikant u l-applikanti li qed jikkompetu miegħu għandhom jagħtu prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jingħatalhom il-permess, kif speċifikat fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet Nru 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-drittijiet ta' tiftix fil-mijieri u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura indikata fl-“Avviż dwar l-għoti ta' drittijiet ta' tiftix fil-minjieri għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bid-Digriet Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet ta' tiftix fil-minjieri u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-Ministru responsabbli mill-minjieri fl-indirizz li jidher hawn taħt. Id-deċiżjonijiet rigward l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi se jittieħdu fi żmien sentejn mid-data li fiha l-awtoritajiet Franċiżi jirċievu l-applikazzjoni inizjali, jiġifieri sal-20 ta' Novembru 2011, l-aktar tard.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti rigward il-prestazzjoni tal-attività u tat-twaqqif tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Franċiża tal-Minjieri u għad-Digriet Nru 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006, dwar ix-xogħol fil-minjieri u x-xogħlijiet ta' ħżin taħt l-art u r-Regolamenti dwar ix-xogħol fil-minjieri u l-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-Ministère de l'Écologie, de l’Énergie, du Développement durable et de la Mer: Direction générale de l'énergie et du climat, Direction de l’énergie, Sous-direction de la sécurité d’approvisionnement et nouveaux produits énergétiques, Grande Arche de la Défense — Paroi Nord, 92055 La Défense Cedex, FRANCE (Tel. +33 140819529).

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq, jinsabu fis-sit tal-internet Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.