|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.283.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 283/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 ) |
|
|
2010/C 283/02 |
Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
2010/C 283/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5965 – Brookfield/Prime) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
2010/C 283/04 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 283/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2010/C 283/06 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta' sevizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 ) |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 283/07 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 283/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5942 – Lloyds TSB Bank/Svenska Handelsbanken/Dyson Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 283/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
5.8.2010 |
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 47/10 – N 200/09 |
|
Stat Membru |
Il-Litwanja |
|
Reġjun |
— |
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Lithuanian bank support scheme |
|
Il-bażi legali |
LR vyriausybės nutarimas dėl valstybės garantijų bankų stabilumui didinti teikimo, administravimo ir šių garantijų vykdymo taisyklių, pasitikėtinių (subordinuotų) paskolų bankams teikimo ir šių paskolų priežiūros taisyklių ir bankų turto išpirkimo taisyklių patvirtinimo |
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
|
Il-forma tal-għajnuna |
Ħelsien mill-assi, Rikapitalizzazzjoni u Garanzija |
|
L-estimi |
Baġit globali: LTL 6 000 miljun |
|
L-intensità |
— |
|
It-tul ta' żmien |
5.8.2010-31.12.2010 |
|
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Lietuvos Respublikos Finansų ministerija |
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
6.8.2010 |
||||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 235a/10 |
||||||||||
|
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||||||||
|
Reġjun |
Regiony wymienione w Rozporządzeniu Prezesa Rady Ministrów z dnia 28 maja 2010 r. zmieniającym rozporządzenie w sprawie gmin i miejscowości, w których stosuje się szczególne zasady odbudowy, remontów i rozbiórek obiektów budowlanych zniszczonych lub uszkodzonych w wyniku działania żywiołu (Dz. U. nr 92, poz. 597) |
||||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Program pomocy dotyczący rekompensaty za szkody spowodowane przez powodzie w Polsce w maju i czerwcu 2010 r. (poza zakresem załącznika I do Traktatu oraz część sektora leśnego nieobjęta Wytycznymi Wspólnoty w sprawie pomocy państwa w sektorze rolnym i leśnym w latach 2007–2013) |
||||||||||
|
Il-bażi legali |
Projekt ustawy o szczególnych rozwiązaniach związanych z usuwaniem skutków powodzi z maja i czerwca 2010 r. |
||||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||||||
|
L-għan |
Kumpens għad-danni kkawżati minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali |
||||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta, Sussidju fuq l-imgħax, Self b'rata ta' imgħax baxxa |
||||||||||
|
L-estimi |
Baġit globali: PLN 500 miljun |
||||||||||
|
L-intensità |
100 % |
||||||||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2012 |
||||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
10.9.2010 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 333/10 |
||||
|
Stat Membru |
Il-Bulgarija |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Limited amounts of aid for consultancy services under Temporary Framework |
||||
|
Il-bażi legali |
Постановление № 121 на Министерския съвет от 31.5.2007 г. за определяне на реда за предоставяне на безвъзмездна финансова помощ по оперативните програми, съфинансирани от Структурните фондове и Кохезионния фонд на Европейския съюз, Оперативна програма „Развитие на конкурентоспособността на българската икономика“ 2007—2013, Насоки за кандидатстване по открита процедура за конкурентен подбор на проекти с определен срок за кандидатстване: BG161PO003-2.1.09 „Предоставяне на консултантски услуги на предприятията в затруднение“ |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: BGN 1,95583 miljun |
||||
|
L-intensità |
— |
||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2010 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-industrija tal-manifattura, Il-kompjuter u attivitajiet relatati, Il-Midja |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
9.9.2010 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 359/10 |
||||
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
||||
|
Reġjun |
Saxony |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Regelung Hochwasserhilfe 2010 Sachsen |
||||
|
Il-bażi legali |
Haushaltsordnung des Freistaates Sachsen; Verwaltungsvorschriften des Sächsischen Staatsministeriums der Finanzen zur Sächsischen Haushaltsordnung |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Kumpens għad-danni kkawżati minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta, Self b'rata ta' imgħax baxxa |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 250 miljun |
||||
|
L-intensità |
100 % |
||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2011 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
4.10.2010 |
||||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 364/10 |
||||||||||
|
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||||||||
|
Reġjun |
Regiony wymienione w Rozporządzeniu Prezesa Rady Ministrow z dnia 10 sierpnia 2010 r. zmieniającym rozporządzenie w sprawie gmin i miejscowości, w których stosuje się szczególne zasady odbudowy, remontow i rozbiórek obiektow budowlanych zniszczonych lub uszkodzonych w wyniku działania żywiołu (Dz. U. nr 144, poz. 969) |
||||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Aid scheme for compensation for damage caused by the floods in Poland |
||||||||||
|
Il-bażi legali |
Ustawy o szczególnych rozwiązaniach związanych z usuwaniem skutków powodzi z maja i czerwca 2010 r. Projekt ustawy o zmianie ustawy o szczególnych rozwiązaniach związanych z usuwaniem skutków powodzi z maja i czerwca 2010 r. oraz ustawy o wspieraniu rozwoju obszarów wiejskich z udziałem Europejskiego Funduszu Rolnego na rzecz Rozwoju Obszarów Wiejskich |
||||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||||||
|
L-għan |
Kumpens għad-danni kkawżati minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali |
||||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta, Sussidju fuq l-imgħax, Self b'rata ta' imgħax baxxa |
||||||||||
|
L-estimi |
Baġit globali: PLN 500 miljun |
||||||||||
|
L-intensità |
100 % |
||||||||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2012 |
||||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
20.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/5 |
Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 283/02
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
15.9.2010 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 123/10 |
||||
|
Stat Membru |
L-Awstrija |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Ausweitung des Anwendungsbereiches der Barwertberechnungsmethode der AWS GmbH für Haftungen um die Segmente „Technologie- und innovationsorientierte Unternehmen“ sowie „Projektfinanzierungen“ |
||||
|
Il-bażi legali |
— |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Żvilupp reġjonali, Impriżi ta' daqs żgħir u medju |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija |
||||
|
L-estimi |
— |
||||
|
L-intensità |
— |
||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2013 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
29.7.2010 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 173/10 |
||||
|
Stat Membru |
Ir-Rumanija |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Amendment to the framework scheme ‘Temporary aid scheme for granting aid in form of guarantees’ (N 286/09) |
||||
|
Il-bażi legali |
General terms and conditions for a State aid guarantee scheme designed to support access to finance in the current economic and financial crisis |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: RON 20,34 miljun |
||||
|
L-intensità |
— |
||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2010 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
23.7.2010 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 314/10 |
||||
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Prorrogação do regime de recapitalização pública das instituições de crédito em Portugal |
||||
|
Il-bażi legali |
Lei n.o 63-A/2008, de 24 de Novembro, Portaria n.o 493-A/2009, de 8 de Maio, Lei do Orçamento do Estado para 2010 |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Forom oħra ta' intervent ta' ekwità |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 3 000 miljun |
||||
|
L-intensità |
— |
||||
|
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2010 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
23.7.2010 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 315/10 |
||||
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Prorrogação do regime de garantias a favor das instituições de crédito em Portugal |
||||
|
Il-bażi legali |
Lei n.o 60-A/2008 de 20 de Outubro e Lei do Orçamento do Estado para 2010 |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 9 146,2 miljun |
||||
|
L-intensità |
— |
||||
|
It-tul ta' żmien |
Sal-31.12.2010 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
20.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/8 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5965 – Brookfield/Prime)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 283/03
Fl-14 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5965. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
|
20.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/9 |
DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-5 u tat-18 ta' Ottubru 2010
li temenda Il-miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew
2010/C 283/04
IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,
wara li kkunsidra l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (1),
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 23 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew,
billi:
|
(1) |
Hu neċessarju li jiġi ċċarat kif il-Membri jistgħu jużaw xi wħud mill-allowances tagħhom, bħall-allowances għall-assistenza parlamentari u għall-ispejjeż ġenerali. B'mod partikolari, il-Membri għandhom jirċievu informazzjoni dwar liema spejjeż jistgħu jitħallsu minn liema allowances. |
|
(2) |
Il-Membri jistgħu jużaw fornituri tas-servizzi biex jiksbu servizzi speċifiċi u identifikati biċ-ċar marbuta direttament mal-eżerċizzju tal-mandat parlamentari tagħhom. Hu neċessarju li tinżamm ir-regola ġenerali li tali servizzi m'għandhomx jinkludu il-provvediment tal-persunal. Madankollu, għandu jkun possibbli għall-Membri li jkollhom rikors għall-persunal temporanju - pereżempju, biex jissostitwixxu assistent bil-lif tal-mard għal żmien qasir - provdut minn aġenzija tal-impjiegi temporanji. |
|
(3) |
Għall-finijiet ta' trasparenza, l-ismijiet tal-assistenti akkreditati tal-Membri u tal-assistenti lokali li jkollhom kuntratt ta' impjieg mal-Membri għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament Ewropew, flimkien mal-isem tal-Membru li jassistu. Madankollu, għandu jkun possibbli għal tali persuni li, għal raġuni ta' protezzjoni tas-sikurezza personali tagħhom, jitolbu li l-isem tagħhom ma jiġix ippubblikat. |
|
(4) |
L-aġenti tal-ħlas tal-Membri fl-Istat Membru fejn dan ikun ġie elett ġeneralment ma jkunux f'pożizzjoni li jaġixxu bħala aġenti tal-ħlas għall-apprendisti bbażati fi Brussell u fi Strasburgu. Għalhekk, għandu jkun possibbli għall-Parlament li jassumi din ir-responsabilità. Barra minn hekk, hu xieraq li titneħħa l-possibilità għall-parlamenti nazzjonali li jaġixxu bħala aġenti tal-ħlas għall-Membri, peress li din l-għażla ma ttiħditx. Dawn il-bidliet għandhom japplikaw mill-14 ta' Lulju 2009, l-istess bħal sensiela ta' emendi tekniċi għad-dispożizzjonijiet relatati mal-aġenti tal-ħlas, l-applikazzjoni għall-ħlas tal-ispejjeż tal-assistenza parlamentari u l-obbligi marbuta ma' kuntratt ta' impjieg. |
|
(5) |
Il-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2) (“il-Miżuri ta' Implimentazzjoni”) jistipulaw proċedura ta' lment għall-Membri li jkunu tal-fehma li l-Miżuri ta' Implimentazzjoni ġew applikati b'mod inkorrett fil-każ tagħhom. Hu neċessarju li l-proċedura tiġi ċċarata, b'mod partikolari billi tiġi stipulata skadenza u billi jiġi żgurat li d-deċiżjoni finali taqa' f'idejn il-korp responsabbli, jiġifieri l-Bureau. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Miżuri ta' Implimentazzjoni għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 25 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 25 Intitolament għall-allowance Il-Membri għandhom ikunu intitolati għal allowance għall-ispejjeż ġenerali f’forma ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa biex jiġu koperti l-ispejjeż li jinqalgħu waqt l-attivitajiet parlamentari tagħhom. Il-Membri ma għandhomx ikunu intitolati għall-użu tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali għal attivitajiet li huma koperti minn allowances oħra skont dawn il-Miżuri ta' Implimentazzjoni jew regoli Parlamentari oħra, ħlief meta jkunu użaw l-ammonti kollha pprovduti permezz ta’ dawk l-allowances.”; |
|
(2) |
L-Artikolu 28 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 28 Spejjeż koperti 1. L-allowance għall-ispejjeż ġenerali hija maħsuba biex tkopri spejjeż bħal:
2. Il-Bureau għandu jadotta lista mhux eżawrjenti tal-ispejjeż li jistgħu jitħallsu mill-allowance għall-ispejjeż ġenerali.”; |
|
(3) |
L-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 34 Prinċipji ġenerali 1. Il-Membri għandhom jużaw:
2. Diversi Membri jistgħu jingħaqdu flimkien biex b'mod konġunt jimpjegaw jew jagħmlu użu mis-servizzi ta' assistent jew assistenti kif imsemmi fil-paragrafu 1. F'dan il-każ, il-Membri kkonċernati għandhom jinnominaw minn fosthom, il-Membru/i awtorizzat/i biex jiffirma(w) kuntratti, f'isem il-grupp ta' Membri. Dikjarazzjoni tat-twaqqif tal-grupp ta' Membri għandha tiġi annessa mal-kuntratt konkluż individwalment mal-assistent(i) Parlamentari kkonċernat(i). F'din id-dikjarazzjoni l-Membri għandhom jistipulaw is-sehem rispettiv li għandu jitnaqqas mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 33(4). 3. L-Artikoli 35 sa 42 ma għandhomx japplikaw għall-assistenti Parlamentari reġistrati. 4. Jistgħu jitħallsu wkoll spejjeż marbuta ma' ftehimiet ta' apprendistat, stabbiliti fuq il-kundizzjonijiet stipulati mill-Bureau. 5. Bla ħsara għall-paragrafu 1(b), il-Membri jistgħu jirrikorru għall-forniment ta’ servizzi biex jibbenefikaw minn servizzi identifikati sew u direttament marbuta mal-ħidma tal-mandat parlamentari tagħhom, bil-kundizzjonijiet previsti f'dan il-kapitolu. 6. L-ebda forniment ta’ servizzi ma jista’ jinkludi l-provvediment ta' staff, ħlief għal servizzi temporanji minn fornituri ta’ servizzi li jipprovdu servizzi bħal dawn fuq bażi professjonali u regolari u jkunu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovduhom. 7. Il-Bureau għandu jadotta lista mhux eżawrjenti tal-ispejjeż li jistgħu jitħallsu għall-finijiet tal-assistenza parlamentari. 8. L-ismijiet tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1(a) u tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1(b) li temmew kuntratt tax-xogħol mal-Membru kkonċernat għandhom, għaż-żmien li jkun validu l-kuntratt, ikunu ppubblikati fuq is-sit tal-Parlament Ewropew, flimkien mal-isem tal-Membru li jassistu. Dawk il-persuni jistgħu, sabiex jipproteġu s-sikurezza personali tagħhom, jitolbu bil-miktub li isimhom ma jiġix ippubblikat fis-sit tal-Parlament Ewropew. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiddeċiedi jekk għandhiex tiġi ssodisfata talba bħal din.”; |
|
(4) |
L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 36, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej: “4. Il-Parlament għandu jgħaddi lill-aġent ta’ ħlas il-pagamenti dovuti, inklużi l-ftehimiet tal-apprendistati, wara li l-kuntratti fdati lill-aġent tal-ħlas ikunu ġew eżegwiti u bil-preżentazzjoni tad-dokumenti ta' verifika meħtieġa. 5. Fuq talba tal-Membru, il-Parlament għandu, b’eċċezzjoni u f’ismu, jgħaddi s-salarju nett direttament lill-assistenti li magħhom il-Membru jkun ikkonkluda kuntratt tax-xogħol kif ukoll lit-trainees. L-aġent tal-ħlas għandu jikkomunika mingħajr dewmien lid-dipartiment relevanti l-ammonti ta’ ħlas ta’ sigurtà soċjali u ta’ taxxa, u jipprepara r-rendikont tal-paga. 5a. Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 35(1), il-ftehimiet tal-apprendistati li huma eżentati mit-taxxi, mill-kontributi għall-iskema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali u minn kwalunkwe imposti oħra ma għandhomx jiġu amministrati minn aġent tal-ħlas jekk qabel ma jibda l-apprendistat, il-Membru jippreżenta:
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 37, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Applikazzjoni għall-ħlas tal-ispejjeż għall-assistenza Parlamentari skont l-Artikolu 34(1)(b) u (2), (4) u (5), fejn ikun hemm ippreċiżati l-benefiċjarji u l-ammonti tal-ħlas li għandu jsir, għandha titressaq lid-dipartiment kompetenti mill-Membru jew l-aġent ta' ħlas tiegħu jew tagħha u għandha tiġi kontrafirmata mill-Membri Parlamentari kollha kkonċernati u, ħlief fil-każ previst fl-Artikolu 36(5a)(b), mill-aġent tal-ħlas. Din għandha tkun ippreżentata flimkien mad-dokumenti ta' verifika msemmija fl-Artikolu 38 fir-rigward ta' kuntratti ta' impjieg u dawk imsemmija fl-Artikolu 41 fir-rigward ta' kuntratti għal servizzi.”; |
|
(7) |
Fl-Artikolu 39, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej: “1. Għal perjodu stipulat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli u mill-anqas għal sena wara l-mandat parlamentari kkonċernat, l-aġenti tal-ħlas għandhom iżommu reġistru ta' pagamenti li juru l-ammonti li tħallsu f'pagi u f'taxxi u f'kontributi għas-sigurtà soċjali (kif imħallsa mill-impjegat u minn min iħaddem). Jekk il-kuntratt mal-aġent tal-ħlas jintemm qabel tmiem il-mandat tal-Membru parlamentari, kopja ċertifikata tad-dokumenti msemmija hawn fuq għandha tingħata mingħajr dewmien lill-aġent tal-ħlas il-ġdid magħżul mill-Membru msemmi fl-Artikolu 35(3). 2. L-aġent tal-ħlas, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Marzu ta' wara s-sena finanzjarja ta' referenza u wara li jintemm il-kuntratt tiegħu, u għal skopijiet ta' regolarizzazzjoni tal-avvanzi mħallsa, għandu jagħti lid-dipartiment kompetenti bilanċi relatati mal-ispejjeż dovuti għall-impjegati, it-tnaqqis fiskali, il-kontribuzzjonijiet soċjali u kull spejjeż oħra rimborżabbli għall kull wieħed mill-assistenti impjegati. Huwa għandu jiċċertifika li twettqu l-obbligi kollha skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. Dawn il-bilanċi għandhom jitfasslu skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Parlament.”; |
|
(8) |
Fl-Artikolu 62, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Membri għandhom iroddu lura lill-Parlament kwalunkwe ammont mhux użat ħlief meta jitħallsu f'forma ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa.”; |
|
(9) |
L-Artikolu 72 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 72 Ilmenti 1. Membru li jidhirlu li dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni ma ġewx applikati sew mis-servizz kompetenti fir-rigward tiegħu jista' jagħmel ilment bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali. Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali dwar l-ilment għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. 2. Jekk Membru ma jaqbilx mad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, fi żmien xahrejn wara n-notifika tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali, jista’ jitlob li l-kwestjoni tintbagħat lill-Kwesturi, li jieħdu deċiżjoni wara konsultazzjoni mas-Segretarju Ġenerali. 3. Jekk parti għall-proċedura tal-ilment ma taqbilx mad-deċiżjoni adottata mill-Kwesturi, din tista’, fi żmien xahrejn wara n-notifika dwar dik id-deċiżjoni, titlob li l-kwestjoni tintbagħat lill-Bureau li jieħu d-deċiżjoni finali. 4. Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal suċċessur legali tal-Membru kif ukoll għal dawk li kienu Membri u s-suċċessuri legali tagħhom.”. |
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-istess jum, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-Artikolu 1, punti 1, 3 (safejn għandhom x'jaqsmu ma' l-Artikolu 34(7) tal-Miżuri ta' Implimentazzjoni) u (4) sa (8), li għandhom japplikaw mill-14 ta’ Lulju 2009; |
|
(b) |
l-Artikolu 1, punt 3, (safejn għandu x'jaqsam ma' l-Artikolu 34(1) sa (6) u (8) tal-Miżuri ta' Implimentazzjoni), li għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010; |
|
(c) |
l-Artikolu 1, punt 2, li għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011. |
(1) Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju u tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-miżuri ta' applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1).
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/13 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta’ Ottubru 2010
2010/C 283/05
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3859 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
113,16 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4574 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88060 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3350 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,3405 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,1690 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,520 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
276,89 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7099 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9363 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2980 |
|
TRY |
Lira Turka |
1,9775 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4159 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4217 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,7531 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,8491 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,8126 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 561,31 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,6507 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,2089 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3295 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 386,04 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3081 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,121 |
|
RUB |
Rouble Russu |
42,2900 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
41,452 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,3387 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,2607 |
|
INR |
Rupi Indjan |
61,5430 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
20.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/14 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi ta' sevizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 283/06
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
||||||||
|
Rotot ikkonċernati |
Lisbon–Ponta Delgada–Lisbon Lisbon–Terceira–Lisbon Lisbon–Horta–Lisbon Funchal–Ponta Delgada–Funchal Oporto–Ponta Delgada–Oporto Lisbon–Santa Maria–Lisbon Lisbon–Pico–Lisbon Oporto–Terceira–Oporto |
||||||||
|
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta' servizz pubbliku |
60 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din il-Komunikazzjoni. |
||||||||
|
Indirizz fejn wieħed jista' jikseb it-test u kwalunkwe tagħrif rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu ta' servizz pubbliku |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/15 |
Sejħiet għall-proposti fil-kuntest tal-programm ta' ħidma “Persuni” tal-2011, tas-7 Programm Kwadru tal-KE għall-attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni
2010/C 283/07
B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skont il-programmi ta' ħidma “Persuni” tal- 2011, tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013).
Jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. Id-dati tal-għeluq għas-sejħiet u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet li jinsabu ppublikati fuq il-websajt tal-CORDIS.
Il-Programm Speċifiku “Persuni”:
|
Titlu tas-sejħa |
Identifikatur tas-sejħa |
|
Kofinanzjament Marie-Curie tal-Programmi Reġjonali Nazzjonali u Internazzjonali |
FP7-PEOPLE-2011-COFUND |
|
Skema Internazzjonali għall-Iskambju ta’ Persunal ta’ Riċerka |
FP7-PEOPLE-2011-IRSES |
|
Għotjiet għal Integrazzjoni fil-Karriera |
FP7-PEOPLE-2011-CIG |
Din is-sejħa għal proposti għandha x'jaqsmu mal-programm ta' ħidma tal-2011 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4897, tad-19 ta’ Lulju 2010.
L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta' ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti, tinsab disponibbli fuq il-websajt tal-CORDIS: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5942 – Lloyds TSB Bank/Svenska Handelsbanken/Dyson Group)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 283/08
|
1. |
Fit-12 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Lloyds TSB Bank PLC (“Lloyds TSB”, ir-Renju Unit) li tappartjeni għall-grupp Lloyds Banking Group u Senska Handelsbanken AB (“SHB”, l-Isvezja), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Dyson Group PLC (“Dyson”, ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5942 – Lloyds TSB Bank/Svenska Handelsbanken/Dyson Group, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).