ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.265.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 265

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
30 ta' Settembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 265/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

1

2010/C 265/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5886 – Emerson Electric/Chloride Group) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 265/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

2010/C 265/04

Notifika tal-Kummissjoi dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2010(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

5

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2010/C 265/05

L-ebda għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE

6

2010/C 265/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

7

2010/C 265/07

L-ebda għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 265/08

Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa

9

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 265/09

Notifika tal-inizjazzjoni ta' proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 265/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5934 – Veolia Water UK and Veolia Voda/Subsidiaries of United Utilities Group) ( 1 )

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 265/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

18

2010/C 265/12

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 265/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.7.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 197/10

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Unterkärnten

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Individual Aid for the Remediation of the Contaminated Site in Unterkärnten (AT)

Il-bażi legali

Umweltförderungsgesetz, BGBl. Nr. 185/1993, zuletzt geändert durch BGBl. I Nr. 74/2008

Altlastensanierungsgesetz, BGBl. Nr. 299/1989, zuletzt geändert durch BGBl. I Nr. 40/2008

Förderungsrichtlinien 2002 für die Altlastensanierung oder -sicherung

Förderungsrichtlinien 2008 für die Altlastensanierung oder -sicherung

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 29 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2010-31.12.2021

Setturi ekonomiċi

L-industrija kimika u farmaċewtika

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Stubenbastei 5

1010 Wien

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.8.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 337/10

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Piemonte

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Incentivazione alla razionalizzazione dei consumi energetici e alla produzione/utilizzo di energia da fonti rinnovabili nel patrimonio immobiliare delle istituzioni pubbliche. Intervento Smat SpA

Il-bażi legali

Deliberazione della Giunta regionale 1o marzo 2010 n. 22-13416

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 0,6 miljun

L-intensità

60 %

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Il-provvista ta' dawl, gass u ilma

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Regione Piemonte

Piazza Castello 165

10121 Torino TO

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5886 – Emerson Electric/Chloride Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 265/02

Fl-24 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5886. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Settembru 2010

2010/C 265/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3611

JPY

Yen Ġappuniż

113,85

DKK

Krona Daniża

7,4517

GBP

Lira Sterlina

0,86180

SEK

Krona Żvediża

9,1545

CHF

Frank Żvizzeru

1,3295

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9670

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,570

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

276,15

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

3,9743

RON

Leu Rumen

4,2750

TRY

Lira Turka

1,9817

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3999

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3978

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5607

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8388

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7914

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 551,99

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,4699

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1014

HRK

Kuna Kroata

7,2965

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 151,22

MYR

Ringgit Malażjan

4,1990

PHP

Peso Filippin

59,752

RUB

Rouble Russu

41,3725

THB

Baht Tajlandiż

41,459

BRL

Real Brażiljan

2,3247

MXN

Peso Messikan

16,9450

INR

Rupi Indjan

61,1500


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/5


Notifika tal-Kummissjoi dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2010

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

2010/C 265/04

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta' riferenza u ta' tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta' referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f'din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta' tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta' 100 punt bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda r-regolament ta' implimentazzjoni (KE) Nru 764/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f'deċiżjoni speċifika, ir-rata ta' rkupru għandha tkun ikkalulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punt bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

Abbozz tat-test ippubblikat fil-ĠU C 220, tal-14.8.2010, p. 4.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.10.2010

1,24

1,24

4,15

1,24

2,03

1,24

1,88

2,27

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

2,85

1,24

3,99

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,38

1,24

1,24

1,35

1.9.2010

30.9.2010

1,24

1,24

4,15

1,24

2,03

1,24

1,88

2,27

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

2,85

1,24

3,99

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,18

1,24

1,24

1,35

1.8.2010

31.8.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,03

1,24

1,88

2,27

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

2,85

1,24

3,99

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,18

1,24

1,24

1,35

1.7.2010

31.7.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,03

1,24

1,88

2,27

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

2,85

1,24

3,99

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,02

1,24

1,24

1,35

1.6.2010

30.6.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,03

1,24

1,88

2,77

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

3,45

1,24

4,72

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,02

1,24

1,24

1,16

1.5.2010

31.5.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,03

1,24

1,88

2,77

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

4,46

1,24

6,47

1,24

1,24

4,49

1,24

7,82

1,02

1,24

1,24

1,16

1.4.2010

30.4.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,39

1,24

1,88

3,47

1,24

1,24

1,24

1,24

5,97

1,24

1,24

5,90

1,24

8,97

1,24

1,24

4,49

1,24

9,92

1,02

1,24

1,24

1,16

1.3.2010

31.3.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,39

1,24

1,88

4,73

1,24

1,24

1,24

1,24

7,03

1,24

1,24

7,17

1,24

11,76

1,24

1,24

4,49

1,24

9,92

1,02

1,24

1,24

1,16

1.1.2010

28.2.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,39

1,24

1,88

6,94

1,24

1,24

1,24

1,24

7,03

1,24

1,24

8,70

1,24

15,11

1,24

1,24

4,49

1,24

9,92

1,02

1,24

1,24

1,16


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/6


L-ebda għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE

2010/C 265/05

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja ta’ għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

L-24 ta’ Frar 2010

Numru tal-każ

:

67099

Stat tal-EFTA

:

in-Norveġja

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

:

Għajnuna għat-Taħriġ mogħtija minn Innovation Norway lill-kumpaniji Rumeni SC Promex SA u SC 24 Januarie SA

Bażi legali

:

Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta’ Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Iżvilupp Sostenibbli fir-Rumanija tal-25 ta' Lulju 2007

Tip ta’miżura

:

Għajnuna għat-taħriġ

Forma ta' għajnuna

:

Għotja

Baġit

:

EUR 247,051

Intensità

:

24 %

Tul ta’ żmien

:

Sat-30 ta' April 2011

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

:

Innovation Norway

Akersgata 13

PO Box 448

0104 Oslo

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/7


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija taħt l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

2010/C 265/06

PARTI I

Għajnuna Nru

GBER 18/2009/TRA

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

L-Awtorità li tagħti l-għajnuna

Isem

Ministeru tal-Agrikoltura u l-Ikel

L-indirizz

Paġna tal-internet

Postboks 8007 Dep.

0030 Oslo

NORWAY

http://www.regjeringen.no/

Titolu tal-miżura ta’ għajnuna

Miżuri dwar il-forest, l-enerġija u t-tibdil fil-klima

Bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

Baġit tal-Istat: St. Prp. 1 (2008-2009)

St. Prp. 37 (2008-2009)

Link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

http://www.innovasjonnorge.no/Satsinger/Landbruk/Bioenergiprogrammet/

Tip ta' miżura

Skema

X

Perjodu ta’ validità

Skema

Mill-1.5.2009 sal-1.1.2014

Settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i)

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

X

Tip ta' benefiċjarju

SME

X

Impriżi kbar

X

Baġit

Ammont totali annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema

NOK 2 miljun

Strument ta' għajnuna (Art. 5)

Għotja

X

PARTI II

L-Għanijiet Ġenerali (lista)

L-Għanijiet (lista)

L-intensità massima tal-għajnuna f'% jew l-ammont massimu ta' għajnuna f'NOK

Għajnuna għat-taħriġ (Art. 38-39)

Taħriġ speċifiku (Art. 38(1))

25 %

 

Taħriġ ġenerali (Art. 38(2))

60 %


30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/8


L-ebda għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE

2010/C 265/07

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja ta’ għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni

:

10 ta’ Marzu 2010

Numru tal-każ

:

67806

Nru tad-Deċiżjoni

:

75/10/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Bażi ġuridika

:

Il-propożizzjoni Parlamentari nru 1 (2009-2010)

Objettiv

:

Żieda fil-forniment ta' sħana u enerġija li jiġġeddu. Kontribuzzjoni għall-konservazzjoni tal-enerġija

Forma ta' għajnuna

:

Għotjiet

Baġit

:

Madwar NOK 2.8 biljun

Tul ta’ żmien

:

Sa tmiem l-2010

Setturi ekonomiċi

:

Enerġija, elettriku

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħmel l-għotja

:

Enova SF

Professor Brochsgt. 2

7030 Trondheim

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/9


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

2010/C 265/08

Il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza l-kompetizzjonijiet miftuħa li ġejjin:

COM/AD/01/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 6) fil-kimika, il-bijoloġija u x-xjenzi tas-saħħa

COM/AD/02/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 7) fil-kimika, il-bijoloġija u x-xjenzi tas-saħħa

COM/AD/03/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 6) fil-fiżika

COM/AD/04/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 7) fil-fiżika

COM/AD/05/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 6) fil-mekkanika strutturali

COM/AD/06/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 7) fil-mekkanika strutturali

COM/AD/07/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 6) fl-analiżi kwantitattiva tal-politika

COM/AD/08/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 7) fl-analiżi kwantitattiva tal-politika

COM/AD/09/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 6) fix-xjenzi spazjali

COM/AD/10/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 7) fix-xjenzi spazjali

COM/AD/11/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 6) fix-xjenzi ambjentali

COM/AD/12/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 7) fix-xjenzi ambjentali

COM/AD/13/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 6) fix-xjenzi tal-enerġija

COM/AD/14/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 7) fix-xjenzi tal-enerġija

COM/AD/15/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 6) fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni/informazzjoni

COM/AD/16/10 – Amministraturi tar-Riċerka (AD 7) teknoloġija tal-komunikazzjoni/informazzjoni

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 265 A tat-30 ta' Settembru 2010.

Għal aktar informazzjoni kkonsulta l-websajt tal-EPSO http://eu-careers.eu


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/10


Notifika tal-inizjazzjoni ta' proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

2010/C 265/09

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huma l-oġġett ta’ dumping u għalhekk qegħdin joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment ġie ppreżentat fit-16 ta’ Awwissu 2010 mill-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tal-Unjoni Ewropea ta' tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f'dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti tubi u pajpijiet mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx.

2.   Prodott li qiegħed jiġi investigat

Il-prodott li qiegħed jiġi investigat huwa ċerti tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jissaddadx, għajr dawk b'komponenti mwaħħlin li huma adattati għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi għall-użu fl-avjazzjoni ċivili u li attwalment jaqaw taħt il-kodiċijiet NM 7304 11 00, 7304 22 00, 7304 24 00, ex 7304 41 00, 7304 49 10, ex 7304 49 93, ex 7304 49 95, ex 7304 49 99 u ex 7304 90 00.

3.   Allegazzjoni ta’ dumping  (2)

Il-prodott li allegatament qiegħed ikun l-oġġett ta' dumping huwa l-prodott li qiegħed jiġi investigat, li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), li attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 7304 11 00, 7304 22 00, 7304 24 00, ex 7304 41 00, 7304 49 10, ex 7304 49 93, ex 7304 49 95, ex 7304 49 99 and ex 7304 90 00. Dawn il-kodiċijiet NM qegħdin jingħataw biss bħala informazzjoni.

Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina titqies bħala pajjiż li l-ekonomija tiegħu mhijiex waħda tas-suq, il-kwerelant stabbilixxa valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina fuq il-bażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Istati Uniti tal-Amerika. L-allegazzjoni ta’ dumping hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qiegħed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi l-marġnijiet ikkalkulati ta’ dumping huma sinifikanti għall-pajjiż esportatur ikkonċernat.

4.   Allegazzjoni ta' ħsara

Il-kwerelant ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem fis-suq.

L-evidenza prima facie mogħtija mill-kwerelant turi li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat li qiegħed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni, li rriżulta f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Billi ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata l-inizjazzjoni ta’ proċediment, il-Kummissjoni b'dan qiegħda tniedi investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qiegħed jiġi investigat u li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dan id-dumping ikkawżax ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fil-pożittiv, l-investigazzjoni sejra teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Il-produtturi esportaturi (3) tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna li jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

(a)   Teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma involuti f’din il-proċedura, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jidentifikaw rwieħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta’ kuntatt,

il-fatturat fil-valuta lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzoni (“PI”), jiġifieri mill-1 ta' Lulju 2009 sat-30 ta' Ġunju 2010, għal kull wieħed mis-27 Stat Membru (4) separatament u f'totali,

il-fatturat fil-valuta lokali u l-volum f’tunnellati tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mibjugħ fis-suq domestiku matul il-PI, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (5) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott li qiegħed jiġi investigat,

kull informazzjoni rilevanti oħra li tista' tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Il-produtturi esportaturi għandhom jindikaw ukoll jekk, f’każ li ma jintgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun, jixtiqux jirċievu kwestjonarju u formoli oħrajn ta' talba sabiex jimlewhom u b’hekk jitolbu marġni individwali ta’ dumping skont it-Taqsima (b) hawn taħt.

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan jimplika li trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għal produtturi esportaturi li ma jikkooperawx huma bbażati fuq fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni sejra tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jissottomettu xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jistgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi esportaturi sejrin jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun sejrin ikollhom jissottomettu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kumpaniji li kienu aċċettaw l-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma ntgħażlux biex ikunu fil-kampjun għandhom jitqiesu li kkooperaw (“produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun”). Mingħajr ħsara għat-Taqsima (b) hawn taħt, id-dazju anti-dumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, ma għandux jaqbeż il-marġni medju b’piż differenzjat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

(b)   Marġni ta’ dumping individwali għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġnijiet ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni ta’ dumping individwali”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jitolbu marġni individwali ta’ dumping għandhom jitolbu kwestjonarju u formoli oħrajn ta’ talba skont it-Taqsima (a) ta’ hawn fuq u jibagħtuhom lura mimlija kif meħtieġ fl-iskadenzi stipulati hawn taħt. Il-kwestjonarju mwieġeb u komplut għandu jitressaq fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Għandu jiġi enfasizzat li, biex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi marġni ta’ dumping individwali għal dawk il-produtturi esportaturi fil-pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq, għandu jkun hemm provi li dawn jissodisfaw il-kriterji sabiex jingħataw trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew għall-inqas trattament individwali (“TI”) kif speċifikat fit-Taqsima 5.1.2.2. hawn taħt.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni individwali ta’ dumping għandhom ikunu konxji li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi jkun tant kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma tippermettix li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.1.2.   Il-proċedura fir-rigward tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

5.1.2.1.   L-għażla ta’ Pajjiż b’Ekonomija tas-Suq

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5.1.2.2 hawn taħt, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina l-valur normali għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan il-Kummissjoni għandha tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq addattat. Il-Kummissjoni provviżorjament għażlet lill-Istati Uniti tal-Amerika. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna li jikkumentaw dwar kemm hi xierqa din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.1.2.2.   It-trattament ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat li jqisu li għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, jistgħu jissottomettu talba sostanzjata kif suppost għal dan l-għan (“talba għat-TES”). Jingħata trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jekk il-valutazzjoni tat-talba għat-TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (6) huma ssodisfati. Il-marġni ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li jingħataw TES se jiġi kkalkulat, safejn hu possibbli u bla ħsara għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

Produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat jistgħu wkoll, jew bħala alternattiva, jitolbu trattament individwali (“TI”). Biex jingħataw it-TI dawn il-produtturi esportaturi għandhom iġibu provi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku (7). Il-marġni ta' dumping tal-produtturi esportaturi li jingħataw TI se jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tagħhom stess. Il-valur normali għall-produtturi esportaturi li jingħataw TI se jkun imsejjes fuq il-valuri stabbiliti għall-pajjiż terz b’ekonomija tas-suq magħżul kif deskritt hawn fuq.

(a)   It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (TES)

Il-Kummissjoni se tibgħat il-formoli ta’ talba għal TES lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat magħżula biex ikunu parti mill-kampjun u lill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u li jixtiequ japplikaw għal marġni ta’ dumping individwali, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha li jitolbu TES għandhom jissottomettu formola ta’ talba għal TES mimlija fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun jew tad-deċiżjoni li ma jintgħażilx kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(b)   Trattament individwali (TI)

Biex japplikaw għal TI, il-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat magħżula biex ikunu fil-kampjun u l-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u li jixtiequ japplikaw għal marġni ta’ dumping individwali għandhom jissottomettu l-formola ta’ talba għal TES bit-taqsimiet rilevanti għal TI mimlija kif xieraq fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.1.3.   L-investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati  (8)  (9)

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu ta' skadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li sejrin ikunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, b’dan qed jintalbu jippreżentaw rwieħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom lill-Kummissjoni:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta’ kuntatt,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat,

il-volum f’tunnellati u l-valur f’EUR tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u tal-bejgħ mill-ġdid li jsir fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2009 sat-30 ta' Ġunju 2010 tal-prodott importat li qiegħed jiġi investigat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (10) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat,

kull informazzjoni rilevanti oħra li tista' tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan jimplika li trid timla kwestjonarju u taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għal importaturi li ma jikkooperawx ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għall-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Biex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jissottomettu xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat fl-Unjoni u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi kollha magħrufa sejrin jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Biex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni sejra tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati li qegħdin fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju mimli għandu jkun fih informazzjoni dwar, fost oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija(i) tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija(i) fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat u dwar il-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara

Ħsara tfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddid ta’ ħsara materjali lill-industrija, jew dewmien materjali fl-istabbiliment ta’ tali industrija. Id-determinazzjoni ta’ ħsara hija msejsa fuq evidenza pożittiva u tinvolvi determinazzjoni oġġettiva tal-volum ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Biex ikun stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara materjali, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi stabbiliti, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li sejrin ikunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi tal-Unjoni kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, b’dan qed jintalbu jidentifikaw rwieħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom lill-Kummissjoni:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta’ kuntatt,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat,

il-valur tal-bejgħ f'EUR tal-prodott li qiegħed jiġi investigat u li sar fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2009 sat-30 ta' Ġunju 2010,

il-volum f'tunnellati tal-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat u li sar fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2009 sat-30 ta' Ġunju 2010,

il-volum ta' produzzjoni f'tunnellati tal-prodott li qiegħed jiġi investigat matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2009 sat-30 ta' Ġunju 2010,

il-volum f’tunnellati importat fl-Unjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat prodott fil-pajjiż ikkonċernat waqt il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010, jekk applikabbli,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (11) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat (kemm jekk prodott fl-Unjoni kif ukoll fil-pajjiż ikkonċernat),

kull informazzjoni rilevanti oħra li tista' tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan jimplika li trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għal produtturi tal-Unjoni li ma jikkooperawx huma msejsa fuq fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għall-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni.

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni elenkata hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa sejrin ikunu nnotifikati mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Biex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni sejra tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom iressqu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih informazzjoni dwar, fost oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija(i) tagħhom, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija(i) tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija(i) fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ħsara kkawżata minħabba f’hekk, sejra tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-utenti tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi huma mistiedna jippreżentaw rwieħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Biex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi għandhom juru, fl-istess limitu ta' skadenza, li hemm konnessjoni oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qiegħed jiġi investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw rwieħhom fil-limitu ta' skadenza msemmi hawn fuq jistgħu jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata kemm f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk tkun appoġġata minn evidenza fattwali meta titressaq.

5.4.    Sottomissjonijiet oħra bil-miktub

Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha b'dan huma mistiedna juru fehmiethom, iressqu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ għandha titressaq fil-limiti ta' skadenza speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Il-proċedura biex isiru sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlijin u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha, inkluża l-informazzjoni sottomessa għall-għażla tal-kampjuni, il-formoli mimlija għat-talba tat-TES, il-kwestjonarji mimlija u l-aġġornamenti tagħhom, li jsiru mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub kemm fuq karta kif ukoll f’format elettroniku, u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Jekk parti interessata ma tkunx tista’ tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f’format elettroniku għal raġunijiet tekniċi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati “Ristretti” (12).

Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għal spezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u tal-kwalità mitluba, din l-informazzjoni kunfidenzjali tista’ tiġi injorata.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: N-105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Faks +32 22956505

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fl-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu msejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet minn terzi persuni għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.

Talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha issir bil-miktub u għandha tispeċifika għal liema raġunijiet tkun qiegħda titressaq. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ għandha titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Tali smigħ, bħala regola, isir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.

Għal aktar informazzjoni u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-website tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: (http://ec.europa.eu/trade/issues/respectrules/ho/index_en.htm).

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tingħalaq, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-ipproċessar ta’ dejta personali

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (13).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Id-dumping huwa l-prattika tal-bejgħ ta’ prodott għall-esportazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) bi prezz aktar baxx mill-“valur normali” tiegħu. Il-valur normali normalment jitqies bħala prezz komparabbli għall-prodott “simili” fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. It-terminu “prodott simili” huwa interpretat li jfisser prodott li jixbah fl-aspetti kollha lill-prodott ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali prodott, prodott li jixbah ħafna lill-prodott.

(3)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qiegħed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament jew permezz ta’ terza persuna, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. L-esportaturi li mhumiex produtturi normalment ma jkunux intitolati għal rata ta’ dazju individwali.

(4)  Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, u r-Renju Unit.

(5)  Skont l-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-istokk tal-voti li fadal jew tal-ishma jew it-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin: (i) konjuġi, (ii) ġenituri u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(6)  Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat; (ii) il-kumpaniji għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords ta’ kontabbiltà bażika li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont standards internazzjonali ta’ kontabbiltà u li jiġu applikati għall-għanijiet kollha; (iii) m’hemmx tagħwiġ sinifikanti ttrasferit mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabbilità legali u (v) il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.

(7)  Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) fil-każ ta’ kumpaniji jew impriżi konġunti totalment jew parzjalment f’idejn barranin, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti; (ii) iil-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ esportazzjoni u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma ddeterminati liberament; (iii) il-parti l-kbira tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jiffurmaw parti mill-Bord tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom ikunu f’minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat; (iv) il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq u (v) l-indħil mill-Istat mhuwiex tali li jippermetti evażjoni tal-miżuri jekk esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju.

(8)  L-importaturi li ma jkunux relatati mal-produtturi esportaturi biss jistgħu jintgħażlu għall-kampjun. L-importaturi li jkunu relatati mal-produtturi esportaturi għandhom jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna.

(9)  Id-dejta pprovduta minn importaturi li mhumiex relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr id-determinazzjoni tad-dumping.

(10)  Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna.

(11)  Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna.

(12)  Dan id-dokument huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343 22.12.2009 p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(13)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5934 – Veolia Water UK and Veolia Voda/Subsidiaries of United Utilities Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 265/10

1.

Fit-23 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Veolia Water UK Plc (“VWUK”, ir-Renju Unit) u Veolia Voda SA (“VV”, ir-Repubblika Ċeka), it-tnejn li huma finalment ikkontrollati minn Veolia Environment SA (“VE”, Franza), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' ċerti negozji ta' United Utilities Group PLC (“in-Negozju fil-Mira”, ir-Renju Unit) fir-Renju Unit, permezz ta' xiri tal-ishma Barra minn hekk, VE Group se jakkwista pussess ta' ishma tan-Negozju fil-Mira f'konċessjonijiet ta' tħaddim tal-ilma fil-Bulgarija, l-Estonja u l-Polonja.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal VWUK: provvistà ta' servizzi tal-ilma b'kuntratti minn barra u tal-ġestjoni tad-drenaġġ għal kumpaniji u konsumaturi industrijali tal-ilma rregolat u d-drenaġġ fir-Renju Unit u l-Irlanda,

għal VV: provvistà ta' infrastrutturi u servizzi tal-ilma u d-drenaġġ fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant,

għal VE group: provvistà ta’ sevizzi ta’ ġestjoni tal-ambjent,

għan-Negozju fil-Mira: provvistà ta' servizzi tal-ilma b'kuntratti minn barra u tal-ġestjoni tad-drenaġġ għal kumpaniji u konsumaturi industrijali tal-ilma rregolat u d-drenaġġ fir-Renju Unit u l-konnessjonijiet fir-Renju Unit. Fil-Bulgarija, l-Polonja u l-Estonja, hi għandha interessi f'kumpaniji li jħaddmu konċessjonijiet għall-provvistà muniċipali tal-ilma u l-infrastruttura tad-drenaġġ u s-servizzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5934 – Veolia Water UK and Veolia Voda/Subsidiaries of United Utilities Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/18


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 265/11

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“FICHI DI COSENZA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0005-0682-25.02.2008

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Fichi di Cosenza”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Kategorija 1.6:

Frott, ħaxix u ċereali, ipproċessati u mhumiex.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1:

L-isem “Fichi di Cosenza” jintuża biss għall-frott imnixxef tat-tin domestiku tat-tip “Ficus carica sativa” (domestica L.), li jifforma parti mill-varjetà ta’ tin imsejjaħ “Dottato” (jew “Ottato”). Il-frott tal-varjetà tat-tin imsejjaħ “Dottato” li jitkabbar fiż-żona ġeografika identifikata fil-punt 4 fl-istat frisk tiegħu jkun forma ta’ bajda, li tagħti f’forma sferika. Ħafna drabi l-fetħa li tinsab in-naħa t’isfel tal-frotta u li tgħaqqad in-naħa ta’ ġewwa tagħha ma’ barra (l-“ostiolium”) tkun nofsha miftuħa, u tkun imdawra b’ċirku aħdar li, iktar ma tibda ssir il-frotta, iktar jibda jagħti fil-kannella. Il-qoxra tiegħu fil-bidu tkun ħadra tagħti fl-isfar lewn it-tiben, u ssir safra tagħti fl-aħdar, u xi kultant ikollha kkustiljar (“ribbing”) tawwali li ma tantx ikun jidher. Il-qalba tal-frotta (il-bażi tal-organi tagħha), li tkun lewn l-ambra, ikun fiha polpa ta’ lewn ambra li tkun pjuttost ferma u kemmxejn aromatika, imma li ma tkunx immerrqa wisq. Il-meraq mhux dens wisq, iżda meta l-frott ikun sar sewwa, jibda jnixxi mill-fetħa li tinsab fin-naħa t’isfel tal-frotta. It-togħma hija waħda ħelwa tal-għasel. Ma jkunx fiha wisq akenji u dawn ikunu żgħar u vojta.

Meta l-frott tat-tip “Fichi di Cosenza” jitqiegħed fis-suq għall-konsum ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

Karatteristiċi fiżiċi

it-tin jitqassam fil-gruppi li ġejjin skont id-daqs tiegħu:

tin kbir: minn 55 sa 65 tina f’kilogramm; tin ta’ daqs

medju: minn 66 sa 85 tina f’kilogramm; tin

żgħir: iktar minn 85 tina f’kilogramm;

il-forma: forma qisha taqtira tawwalija, u xi kultant tkun ftit iċċattjata min-naħa ta’ fuq;

il-pedunkulu: ikun dejjem hemm, u jkun qasir u fin;

il-qoxra: ċara dehbija, b’lewn li jvarja minn isfar lewn it-tiben għal kannella ċar, u xi kultant ikun hemm estensjoni limitata tal-partijiet li huma iktar skuri;

l-ikkustiljar tal-frott (linji skuri tawwalin): kemm kemm jidhru;

l-akenji: ikun hemm relattivament ftit minnhom, ikunu żgħar (ikollhom wisa’ medja ta’ 0,98 millimetri u tul medju ta’ 1,30 millimetru), u ħafna drabi jkunu vojta u ma jkunx hemm wisq, u ma tantx ikunu jqarmċu;

Karatteristiċi kimiċi

indewwa: massimu ta’ 24 % u ta’ 28 % jekk ikunu f’pakketti;

l-għadd totali ta’ zokkor (il-perċentwal fi grammi ta’ materja niexfa): minn 48 sa 57 gramma fit-tin li jkun tnixxef fix-xemx; minn 50 sa 75 gramma fit-tin li jkun tnixxef fis-serer;

Il-karatteristiċi organolettiċi:

it-togħma: togħma ħelwa ferm, kważi tal-għasel.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

L-istadji kollha tal-produzzjoni tat-tin tat-tip “Fichi di Cosenza”, mill-qtugħ sat-tnixxif, għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata fil-punt 4.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Il-prodott jitqiegħed f’tilari tal-injam jew f’tilari magħmulin minn materjal li jista’ jintuża għall-ikel li jkunu jiżnu bejn 50 u 1 000 gramma, jew inkella jitqiegħed f’reċipjenti tal-kartun jew f’reċipjenti magħmulin minn materjal li jista’ jintuża għall-ikel li jkunu jiżnu bejn kilogramm u 25 kilogramm. Ir-reċipjenti għandhom ikunu miksijin b’kisja trasparenti.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Meta jitqiegħdu fis-suq għall-konsum, il-prodotti għandu jkollhom is-simbolu grafiku tal-Komunità fuq it-tikketta kif ukoll id-dettalji li ġejjin, miktubin b’mod ċar u li jista’ jinqara:

il-kliem “Fichi di Cosenza”, possibbilment segwit ukoll mit-traduzzjoni tiegħu f’lingwi oħrajn u l-kliem “Denominazione di Origine Protetta”, li wkoll jista’ jkun tradott;

il-lowgo tal-prodott.

Wara dan jista’ jintuża wkoll il-kliem li ġej fuq il-pakkett, bit-Taljan jew bid-djalett tal-post:

“Fichi secchi di Cosenza”, “Fichi essiccati del cosentino”, “Ficu siccati”, u “Ficu Janchi”.

Kwalunkwe żieda ta’ dettalji oħrajn li mhumiex previsti b’mod ċar hija pprojbita.

Image

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tat-tin “Fichi di Cosenza” fit-Tramuntana tasal san-naħa kbira tan-Nofsinhar tal-grupp ta’ qċaċet ta’ muntanji ta’ Pollino. Dawn il-muntanji jifirduha minn mar-reġjun tal-Basilicata. Fin-Nofsinhar, iż-żona ġeografika tasal sal-qortin (il-“plateau”) ta’ Sila u sax-xmajjar li minn hawn jinżlu lejn ix-Xlokk u lejn il-Lbiċ, jiġifieri x-xmara Nucà u x-xmara Savuto rispettivament. Iż-żona tal-produzzjoni msemmija qiegħda bejn 0 u 800 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, minbarra l-pendili ta’ iktar minn 35 %. Hija tinkludi l-wied kollu tax-xmara Crati, li tgħaddi min-Nofsinhar għat-Tramuntana u tiżbokka fil-Grigal fil-Baħar Jonju, u l-wied tax-xmara Savuto, kif ukoll in-naħa tal-lemin tal-baċir tagħha li jispiċċa fil-Baħar Tirren, lejn il-Lbiċ.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Fatturi naturali

L-art

L-art fiż-żona tal-produzzjoni tat-tin “Fichi di Cosenza” hija fil-biċċa l-kbira tagħha art ħafifa biex taħdimha, li ma tantx hi umda, li fiha ħafna kalċju u li, b’mod ġenerali, għandha fertilità medja.

Il-klima

Il-klima fiż-żona tal-produzzjoni tat-tin tat-tip “Fichi di Cosenza” hija moderata. Fil-fatt, din iż-żona tinsab bejn żewġ ibħra, il-Baħar Tirren u l-Baħar Jonju, u fit-Tramuntana l-grupp ta’ qċaċet ta’ muntanji ta’ Pollino jipproteġuha mill-irjieħ kesħin tat-Tramuntana, waqt li l-qortin ta’ Sila jipproteġiha mill-irjieħ sħan u qawwija tax-Xlokk.

Id-dejta meterjoloġika li teżisti turi li ma jagħmilx silġ u ċpar qawwi u ta’ spiss, u li t-temperaturi medji annwali huma moderati. Turi wkoll li fi tmiem ir-rebbiegħa u fil-bidu tas-sajf ma tagħmilx xita ta’ spiss u li, meta tagħmel, ma ddumx. Turi wkoll sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ xita b’temperaturi li qatt ma jkunu għoljin ħafna fil-perjodu l-iktar favorevoli biex il-frott iżomm il-karatteristiċi tal-kwalità tiegħu, jiġifieri l-perjodu tal-maturazzjoni, tal-qtugħ u tat-tnixxif tal-frott. Fattur ieħor ta’ vantaġġ matul dan il-perjodu huwa l-fatt li kuljum ikun hemm riħ ħafif u moderat. Minħabba dawn il-kundizzjonijiet tal-klima, it-tin jinxef kważi kollu kemm hu meta jkun għadu fis-siġra, u allura jkun ta’ kwalità aħjar minn dak imnixxef li jiġi mill-istess varjetà ta’ tin jew minn varjetajiet ta’ tin simili mkabbra f’żoni ġeografiċi oħrajn.

Il-fatturi umani

It-tin imqadded, li ilu mill-qedem meqjus bħala ikel utli ħafna minħabba li jista’ jiġi ppreservat u minħabba li jagħti ħafna enerġija, fiż-żona ta’ Cosenza sar riżors importanti anke mil-lat ekonomiku (ASN 1587). Dan jifforma parti minn tradizzjoni lokali speċifika li ma żviluppatx fir-reġjuni tal-madwar, u li tissejjes fuq tekniki lokali tat-tkabbir u tal-produzzjoni tat-tin tat-tip imsejjaħ “Dottato”.

Illum, bħalma kien isir fl-imgħoddi (Ravasini 1911), il-bdiewa ta’ dan ir-reġjun jadottaw miżuri speċifiċi biex it-tin ma jiddakkarx, billi jneħħu s-siġar tat-tin selvaġġ li jibdew jikbru ’l hawn u ’l hemm qrib l-imsaġar tal-frott.

Minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima f’din iż-żona, t-tin jista’ jinxef fuq is-siġra sakemm jibqa’ mqabbad mill-pedunkulu (dan it-tin imqadded imqabbad mas-siġra jissejjaħ “passuluni” min-nies tal-post). L-operaturi tal-post jivvalutaw l-aħjar żmien ta’ deidratazzjoni, jaqtgħu b’attenzjoni l-“passuluni” bl-idejn u, sabiex jevitaw il-mard mill-parassiti, jqiegħdu l-frott jew fix-xemx direttament biex jitnixxef b’mod tradizzjonali, jew fis-serer mgħotti bil-ħġieġ jew b’xi materjal trasparenti ieħor biex jitnixxef b’mod protett. Dan il-perjodu ta’ tnixxif idum minn tliet sa sebat ijiem u matulu l-frott jitqiegħed fuq xkafef magħmulin bl-idejn mill-qasab jew minn materjal ieħor li ma jagħmilx ħsara lill-ikel li tkun tista’ tgħaddi l-arja minnu.

F’dawn it-tliet sa sebat ijiem (dan il-perjodu jiddependi mill-esperjenza tal-operatur lokali u jitħalla f’idejh), tingħata ħafna attenzjoni lit-tin li jkun qed jitnixxef: issir analiżi sensorjali tal-grad tal-maturazzjoni u ta’ kemm hi uniformi, jiġu analizzati l-qagħda sanitarja, u l-kwalitajiet organolettiċi u estetiċi tat-tin, sabiex il-prodott aħħari jkun adattat għall-konsum u għall-fażi tal-ipproċessar li jkun imiss (pereżempju, fl-ewwel ġranet it-tin irid jitqalleb bl-idejn mill-inqas darbtejn kuljum sabiex jitnixxef b’mod uniformi, dak li ma jkollux pedunkulu jew li jkun inħaraq mix-xemx f’xi partijiet jitwarrab fil-ġenb, eċċ.).

It-tkabbir u l-produzzjoni tat-tin tat-tip imsejjaħ “Dottato” u l-użu tal-frott imqadded tiegħu jirrappreżentaw għalhekk kultura speċifika u tradizzjonali taż-żona ta’ Cosenza, li ġiet rikonoxxuta matul is-snin fl-Italja mill-istudjużi u min-negozjanti, li ddeskrivew u għarfu l-kwalità kbira tat-tin imqadded famuż tar-reġjun ta’ Cosenza (Casella, 1933; Pagano 1857):

“il-ħidma esperta ta’ nies li matul is-sekli għarfu jiżviluppaw attività ekonomika speċifika ħafna bbażata fuq l-għażla tal-aħjar varjetajiet, fuq l-aġġustament ta’ tekniki u metodi agrikoli li kienu iktar adattati għall-għan tagħhom, fuq l-użu ta’ tagħmir u makkinarju adattat, fuq l-applikazzjoni tajba taż-żminijiet u tal-ħidmiet (ħidmiet bl-idejn u industrijali, li għadhom sal-ġurnata tal-lum jinkludu element kbir ta’ ħidma bl-idejn), fuq proċeduri tajbin ferm tal-produzzjoni, kollha kemm huma bl-għan li jinħoloq prodott aħħari tipiku ta’ kwalità tajba ferm (mil-lat organolettiku, estetiku, sanitarju u tal-ikel)”.

Mit-tin mhux ippakkjat imnixxef mix-xemx, matul is-sekli l-bdiewa ta’ Cosenza ħolqu għadd kbir ta’ prodotti dderivati minnu, li huma pjuttost elaborati u artistiċi.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

It-tin tat-tip “Fichi di Cosenza” għandhom karatteristiċi speċifiċi li ta’ min ifaħħarhom minħabba li, wara t-tnixxif, ikun għadhom sħaħ, ikunu mlaħħmin, ikunu rotob u morbidi, u jkollhom lewn isfar ċar li jagħti f’lewn ċar tal-ambra. Il-ħaġa li tiddistingwi l-iktar lit-tin tat-tip “Fichi di Cosenza” mit-tin l-ieħor tal-istess varjetà msejħa “Dottato” mkabbar ’il barra miż-żona ta’ Cosenza hija l-akenji żgħar, sottili u li bil-kemm jinħassu meta tkun qed tomgħodhom. Ma’ dan il-fattur jiżdiedu wkoll fatturi oħrajn fenoloġiċi u organolettiċi, fosthom il-grad għoli ta’ zokkor, il-fatt li jistgħu jiġu ppreservati b’mod faċli u l-fatt li jistgħu jiġu prodotti b’diversi modi tradizzjonali.

5.3.   Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-kwalità u l-karatteristiċi tat-tin tat-tip “Fichi di Cosenza” ġejjin l-iktar mill-fatturi naturali u umani taż-żona ġeografika.

Fatturi naturali

In-nisġa tajba tal-art tajba, li la hi taflija u lanqas ma hi tqila, tevita li l-ilma joqgħod u minflok tiffavorixxi l-aħjar kundizzjonijiet fiżjoloġiċi għas-siġar, li l-weraq tagħhom mhuwiex suġġett daqshekk għall-mard tal-fungu u tal-batterji.

L-irjieħ sajfin moderati u kontinwi li jtaffu l-perjodi ta’ sħana tremenda fix-xhur tas-sajf jippermettu lill-qoxra tat-tin biex ma titlifx l-ilma malajr wisq u biex din ma ssirx kannella skura. B’hekk l-ilma jmur minn ġol-frotta għall-parti ta’ barra tal-qoxra b’mod progressiv u kontinwu. Dan iwassal biex il-polpa tat-tin tinxef b’mod omoġenju u fl-istess ħin tibqa’ ratba u jiffavorixxi l-proċess li bih it-tin jinxef bil-mod il-mod filwaqt li jibqa’ fis-siġra (msejjaħ “passuluni”). Dan il-fenomenu huwa importanti ferm għall-kwalità tat-tin minħabba li jippermetti lill-bdiewa jaqtgħuhom fl-aħjar mument, mingħajr ma jaqgħu mal-art b’mod naturali u, b’hekk jiġi evitat li jispiċċaw esposti għall-parassiti.

Barra minn hekk, fir-reġjun ta’ Cosenza, ma tantx hemm tin selvaġġ u t-tin ma jiddakkarx. B’hekk, is-siġar jistgħu jisfruttaw sal-massimu l-fatt li jiżviluppaw frott mingħajr fertilizzazzjoni jew żerriegħa (il-“parthenocarpy”), li twassal biex il-polpa tat-tin tkun kważi mingħajr akenji u biex l-akenji li jkollhom ma jarmux u jkunu żgħar ħafna.

Fatturi umani

L-element uman huwa element ewlieni li jiddetermina l-kwalità tat-tin tat-tip “Fichi di Cosenza”. Fil-fatt, il-produzzjoni ta’ dan it-tin hija kkaratterizzata mill-importanza tax-xogħol tal-idejn, tal-esperjenza u tal-għarfien espert fl-istadji kollha tal-proċess ta’ produzzjoni, u li jiddeterminaw il-kwalità tal-prodott aħħari, tant li dan it-tin jikseb riżultati ekonomiċi aħjar (C.U.P.E.C.C., 1936). Il-ħidmiet tal-qtugħ u tal-produzzjoni bl-idejn dejjem isiru minn esperti fil-qasam u jirriflettu għarfien espert tajjeb li, mgħoddi minn ġenerazzjoni għall-oħra, sar jagħmel parti mill-wirt uniku tar-reġjun. L-esperjenza antika distinta u kkonsolidata tal-post, li xi kultant tinżamm sigrieta fil-familja stess, tiddetermina r-riżultat aħħari, inkluża l-produzzjoni ta’ diversi riċetti tradizzjonali bbażati fuq l-użu tat-tin tat-tip “Fichi di Cosenza”, li jirrappreżentaw daqstant ieħor forom ta’ espressjoni tal-fantażija kreattiva tan-nies tal-post, u li ilhom ħafna rikonoxxuti fil-letteratura (Casella D. 1933; Casella L.A. 1915; Cerchiara 1933; Jacini 1877; R.E.D.A. 1960; Palopoli 1985). Fiż-żona tal-produzzjoni tat-tin tat-tip “Fichi di Cosenza” jsiru diversi fieri u wirjiet folkloristiċi ddedikati għal dan il-prodott, fosthom il-festa ta’ San Ġużepp, li ilha msemmija fid-dokumenti f’Cosenza mill-inqas minn nofs is-seklu XIX.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006)

Din l-amministrazzjoni bdiet il-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni billi ppubblikat il-proposta għar-rikonoxximent tad-DPO “Fichi di Cosenza” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana tad-9 ta’ Jannar 2008, li ġġib in-numru 7.

It-test tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab:

fis-sit tal-internet li ġej: http://www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg

jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit tal-internet tal-Ministeru (li hija http://www.politicheagricole.it) u mbagħad jagħfas fuq il-kliem “Prodotti di Qualità” li jinsabu fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin, u billi fl-aħħarnett jagħfas fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE [regolamento (CE) n. 510/2006]”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/23


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 265/12

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CHORIZO DE CANTIMPALOS”

Nru tal-KE: ES-PGI-0005-0632-17.07.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Chorizo de Cantimpalos”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.2:

Prodotti bbażati fuq il-laħam

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem indikat fil-punt 1:

Iċ-“Chorizo de Cantimpalos” huwa tip ta' zalzett immaturat, magħmul minn laħam frisk tal-majjal imxaħħam, li miegħu jiżdied melħ u paprika bħala ingredjenti bażiċi. Ma' dawn jista' jiżdied ukoll tewm u riegnu. Il-prodott jgħaddi minn proċess ta' tnixxif u maturazzjoni li iktar minn 40 % minnu jitwettaq fi stutturi naturali tat-tnixxif. Jista' jiġi ppreżentat imqatta' f'biċċiet kbar jew imqatta' rqiq.

Iċ-chorizo huwa ppreżentat fit-tipoloġiji li ġejjin:

—   “Sarta”: Chorizo bħala tip ta' zalzett li d-daqs diametriku tiegħu jkun ivarja bejn 25 u 35 mm, u jkun f'biċċa waħda.

—   “Achorizado”: Chorizo bħala tip ta' zalzett li d-daqs diametriku tiegħu jkun ivarja bejn 30-50 mm, u li jkun marbut bi spag jew b'wajer, biex jifforma strixxa ta' għadd ta' zalzettiet taċ-chorizo.

—   “Cular”: Chorizo mimli fl-intestini tal-majjal li d-daqs diametriku tiegħu ikun ikbar minn 35 mm, b'forma ċilindrika irregolari u li tieħu l-forma tagħha mill-morfoloġija tal-intestini.

Iċ-Chorizo ta' Cantimpalos għandu jippreżenta l-karatteristiċi li ġejjin:

Karatteristiċi morfoloġiċi skont it-tipoloġiji

—   “Sarta”: Il-wiċċ taz-zalzett ikun ta' kulur aħmar skur, lixx u kemxejn imkemmex. Minn barra ma jidhrux biċċiet tax-xaħam li jispikkaw.

—   “Achorizado”: Il-wiċċ taz-zalzett ikun ta' kulur aħmar skur, lixx u kemxejn imkemmex. Minn barra ma jidhrux biċċiet tax-xaħam li jispikkaw u bil-preżenza ta' flora esterna ta' dehra bajdanija u li għandha mid-dqiq.

—   “Cular”: Fuq partijijiet taz-zalzett jew fuqu kollu kemm hu, ikun hemm preżenza ta' flora esterna bajdanija li għandha mid-dqiq. Jidher ukoll sfond ħadrani li jirriżulta minħabba l-ossidazzjoni tal-intestini.

Karatteristiċi kimiċi u fiżiċi

Kontenut ta' ilma bejn 20 u 40 %.

Xaħam ikkalkulat fuq il-materja xotta: Massimu ta' 57 %.

Proteina kkalkulata fuq il-materja xotta: Minimu ta’ 30 %.

Idrossiprolina (ikkalkulata fuq il-materja xotta): Massimu ta' 0,5 %

Total tal-karboidrati espressi bħala perċentwal ta' glukożju fuq il-materja xotta: Massimu ta' 1,5 % għat-tip “Sarta” u “Achorizado”, u massimu ta' 3 % għat-tip “Cular”.

Kloruri, espressi bħala klorur tas-sodju fuq il-materja xotta: Massimu ta' 6 %.

pH bejn 5,0 u 6,0.

Karatteristiċi organolettiċi

Konsistenza: Il-prodott jippreżenta reżistenza soda kontra l-pressjoni, la huwa iebes iżżejjed u lanqas artab u l-konsistenza hija uniformi matul il-partijiet kollha tiegħu.

Dehra meta jitqatta': Meta jitqatta' l-prodott għandu jkollu kulur aħmar karg b'tikek bojod li jagħtu fl-aħmar minħabba l-preżenza ta' pigmentazzjoni fil-biċċiet tax-xaħam. It-taħlita għandha tkun magħquda sew, jiġifieri, tkun omoġenja, kompatta u ma għandux ikun fiha biċċiet tal-xaħam b'dijametru ikbar minn 0,5 ċm.

Aroma: L-aroma ta' ġewwa għandha tinkorpora fiha l-komponenti differenti li jirriżultaw mill-proċess ta' maturazzjoni tal-laħam, kemxejn aċidużi, moderati u b'intensità medja, flimkien mal-aroma tal-ħwawar li huma awtorizzati li jiżdiedu mal-prodott. L-ebda waħda minn dawn ma għandha tiddomina fuq l-oħrajn.

Fil-palat wieħed għandu japprezza l-ammont ta' sugu fil-prodott u l-koeżjoni tal-komponenti tiegħu. Il-prodott għandu jkun faċli fil-magħda, ftit fibruż u mingħajr elementi li mhumiex mixtieqa (bħal ġlud, frak tal-għadam, gangliji jew għeruq); fit-totalità tiegħu, il-palat ikun pjaċevoli u mingħajr togħma pikkanti.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-laħam ikun ġej minn majjal imxaħħam, ta' razza bajda u ma ssirx distinzjoni bejn is-sessi, għalkemm il-ħnieżer maskili għandhom jiġu kkastrati. Fl-aħħar tliet xhur ħajja, il-ħnieżer għandhom jingħataw għalf b'mill-inqas 75 % tal-materja xotta magħmul minn xgħir, qamħ u segala. Il-qtil isir f'età ta' bejn 7 u għaxar (10) xhur u l-piż tal-annimal ħaj ikun ben 115 u 175 kilogramm.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Ir-restrizzjonijiet tal-oriġini tal-għalf ma japplikawx.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata:

L-operazzjonijiet tal-ipproċessar, il-maturazzjoni u t-tnixxif taċ-chorizo jitwettqu speċifikament fiż-żona ġeografika definita.

Barra mill-ispeċifikazzjonijiet tal-metodu propju tal-ipproċessar, it-tnixxif naturali hija l-fażi fundamentali li l-iktar hija marbuta maż-żona definita sabiex ikun jista' jinkiseb chorizo bil-karatteristiċi msemmija fit-paragrafu bit-titlu “Deskrizzjoni tal-Prodott”.

Il-proċess isegwi l-proċedura u l-ordni deskritta hawn taħt:

 

L-ewwel il-laħam jiġi ppreparat fil-post tax-xogħol, b'temperatura tal-ambjent li tkun inqas minn 12 °C għal ħin massimu ta' sagħtejn (2), billi jitneħħielu x-xaħam żejjed jew partijiet bl-għeruq li jista jkun fih. It-temperatura tal-laħam meta jkun se jiġi kkapuljat għandha tkun bejn 0 u 2 °C. Il-magni tal-ikkapuljat għandu jkollhom pjanċi tat-toqob b'dijametru li jvarja. Għaċ-chorizo tat-tip “Sarta” u “Achorizados” id-dijametru tagħhom għandu jkun bejn 8 u 16-il millimetru u għaċ-chorizo tat-tip “Cular” għandu jkun bejn 18 u 26 millimetru.

 

Wara l-ikkapuljar tal-laħam, l-ingredjenti u l-addittivi awtorizzati jitħalltu flimkien sakemm tiġi ffurmata taħlita omoġenja li titħalla toqgħod għal perjodu ta' bejn 12 u 36 siegħa fi kmamar imkessħin u b'temperatura ta' bejn 2 u 7 °C. Il-pH tat-taħlita għandu jkun bejn 5,5 u 6,5.

 

Wara li toqgħod, it-taħlita timtela fl-intestini mingħajr ma titħalla li tidħol arja fit-taħlita waqt il-proċess tal-mili. Imbagħad isir l-irbit bil-wajer jew bl-ispag ta' tliet kuluri (aħmar, iswed u abjad) skont it-tip u jittieħdu għal maturazzjoni.

 

Il-maturazzjoni għandha ddum mill-inqas għal 21 jum għaċ-chorizo “Sarta”, 24 jum fil-każ tal-“achorizado” u 40 jum għall-“cular”. Sadattant, it-taħlita tal-prodott lest għandha tkun inxtorbot b'25 % fil-piż meta mqabbla mat-taħlita tal-bidu. Din il fażi tikkonsisti f'żewġ stadji: maturazzjoni u tnixxif.

 

Il-maturazzjoni ssir fi strutturi tat-tnixxif b'temperaturi ta' bejn 6 u 16 °C u umdità relattiva ta' bejn 60-85 %.

 

It-tnixxif isir fi strutturi tat-tnixxif naturali matul perjodu li jkun iktar minn 40 % tat-total tal-perjodu taż-żmien tal-maturazzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ f'biċċiet, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Iċ-chorizo jista' jitqatta' rqiq jew f'biċċiet kbar jew jiġi ppakkjat fl-azjendi rreġistrati.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Huwa obbligatorju li kitbiet, indikazzjonijiet jew tikketti li jidentifikaw iċ-Chorizo de Cantimpalos li jkun maħsub għall-konsum jinkludu l-kitba “Indicación Geográfica Protegida” u “Chorizo de Cantimpalos”.

Barra minn hekk, il-prodott għandu jkollu wkoll tikketta ta' wara, mibgħuta mill-istruttura ta' kontroll u identifikata permezz ta' kodiċi alfanumeriku, li għandha titwaħħal fl-ażjeda tal-ipproċessar irreġistrata b'tali mod li ma tkunx tista' tintuża għal darba oħra u li għandha tiggarantixxi t-traċċablità tal-prodott. Fuq dawn it-tikketti ta' wara għandha tidher il-kitba “Indicación Geográfica Protegida Chorizo de Cantimpalos”, il-logo tal-prodott kif ukoll it-tipoloġija tal-prodott li għalih ikun qed jirreferi: Sarta, Achorizado jew Cular.

Il-prodotti li fl-ipproċessar tagħhom jintuża ċ-“Chorizo de Cantimpalos” IĠP bħala materja prima, inklużi dawk li jkunu ġew ipproċessati, jistgħu jinħarġu għall-konsum b'ippakkjar li jkollu referenza għad-denominazzjoni msemmija, pereżempju “Elaborado con Indicación Geográfica Protegida Chorizo de Cantimpalos” (Proċessat bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Chorizo de Cantimpalos”), mingħajr ma jidher il-logo Komunitarju, dejjem jekk iċ-“Chorizo de Cantimpalos” IĠP, iċċertifikat bħala tali, ikun jagħmel parti b'mod esklussiv mill-kategorija tal-prodotti ikkonċernati. Il-produtturi jew proċessuri kkonċernati huma mistiedna li jikkominkaw dan lill-istruttura ta' kontroll.

Meta l-prodott ma jkunx qed juża iċ-“Chorizo de Cantimpalos” IĠP biss, l-użu tad-denominazzjoni protetta tista' tiġi indikata biss fil-lista ta' ingredjenti tal-prodott li tkun tagħmel parti minnu jew li tkun ir-riżultat ta' produzzjoni jew ta' proċessar.

4.   Deskrizzjoni qasira taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika fejn jiġi pproċessat iċ-chorizo hija ffurmata mill-muniċipalitajiet li ġejjin li jinsabu fil-provinċja ta' Segovia:

Abades, Adrada de Pirón, Aldealengua de Pedraza, Arahuetes, Arcones, Armuña (bl-eċċezzjoni ta' Carbonero de Ahusín), Basardilla, Bercial, Bernardos, Bernuy de Porreros, Brieva, Caballar, Cabañas de Polendos, Cantimpalos, Carbonero el Mayor, Casla, Collado Hermoso, Cubillo, Encinillas, El Espinar, Escobar de Polendos, Espirido, Gallegos, Garcillán, Ituero y Lama, Juarros de Riomoros, La Lastrilla, La Losa, La Matilla, Labajos, Lastras del Pozo, Marazoleja, Marazuela, Martín Miguel, Marugán, Matabuena, Monterrubio, Muñopedro, Navafría, Navas de Riofrío, Navas de San Antonio, Orejana, Ortigosa del Monte, Otero de Herreros, Palazuelos de Eresma, Pedraza, Pelayos del Arroyo, Prádena, Rebollo, Roda de Eresma, Sangarcía, San Ildefonso (jew La Granja), Santa María la Real de Nieva, Santiuste de Pedraza, Santo Domingo de Pirón, Segovia, Sotosalbos, Tabanera la Luenga, Torrecaballeros, Torreiglesias, Torre Val de San Pedro, Trescasas, Turégano, Valdeprados, Valleruela de Pedraza, Valleruela de Sepúlveda, Valseca, Valverde del Majano, Vegas de Matute, Ventosilla y Tejadilla, Villacastín u Zarzuela del Monte.

Dawn it-72 muniċipju jiffurmaw medda wiesgħa 40 km li tinfirex sal-ġnub tat-Tramuntana tas-Sierra de Guadarrama, u b'erja ta' 2 574 km kwadru.

Din iż-żona ġeografika ġiet iddefinita mill-altitudni tagħha li hija ogħla minn 900 metru u mit-tradizzjoni tal-ipproċessar taz-zalzett li hija eqdem minn 50 sena.

Iż-żona definita tlaqqa’ kundizzjonijiet ambjentali ta' temperatura medja annwali ta' inqas minn 12 °C, umdità relattiva moderata u inqas minn 15-il jum ta' ċpar fis-sena. Dawn huma l-kundizzjonijiet adegwati sabiex tkun tista' ssir maturazzjoni naturali taċ-chorizo.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tal-ipproċessar tippreżenta karatterisitċi ta' orografija u klima li jippermettu kundizzjoniet klimatiċi favorevoli għat-tnixxif taċ-chorizo f'kundizzjonijet naturali, l-iktar minħabba li din tinsab f'altitudni 'l fuq minn 900 metru, temperaturi baxxi, umdità relativa moderata u ftit li xejn jiem ta' ċpar fis-sena, meta mqabbla ma' żoni oħrajn fl-inħawi.

Dawn il-karatteristiċi ma jinstabux fiż-żoni tal-konfini. Fin-naħa tan-Nofsinhar hemm is-Sierra de Guadarrama, li hija żona tal-muntanji b'altitudni ogħla, iktar kiesħa u umda; u fit-Tramuntana hemm żona ta' pjanuri b'altitudni aktar baxxa u iktar ċpar, u li ż-żoni qrib tagħha ma għandhomx tradizzjoni fl-ipproċessar taċ-chorizo.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

L-ispeċifiċità tal-prodott tirriżulta minħabba:

Li jintużaw biċċiet partikolari tal-laħam: falda, laħam tal-kustilji tal-kwart ta' quddiem, it-trufijiet tal-ispalla u l-koxox, koxox mingħajr għadam u spalla mingħajr għadam li tiġi “espinazada” minn qabel, jiġifieri li minnha jkunu tneħħew il-partijiet fibrużi, għeruq u ġlud. Dan il-laħam ikun ġej minn ħnieżer li jkunu ngħataw għalf li mill-inqas 75 % minnu, jkunu ċereali (xgħir, qamħ u segala),

Id-dijametru żgħir tal-pjanċi li jintużaw biex isir l-ikkapuljat,

Iż-żmien li matulu titħalla toqgħod it-taħlita qabel ma timtela, li jgħin biex jitħalltu t-togħmiet tal-laħam u tal-ingredjenti (melħ, paprika, tewm, …) u ż-żmien li fih tifforma l-flora ta' batterji li twaqqa’ l-livell ta' pH u li iktar tard tiffaċilita l-proċess tat-tnixxif.

Mill-inqas nofs il-paprika użata hija “Pimentón de La Vera DPO”.

Dan jagħti liċ-chorizo karatteristiċi speċifiċi bħal ma hija l-assenza ta' partijiet li fihom l-għeruq, il-kulur aħmar karg, il-preżenza ta' biċċiet ta' daqs żgħir ta' xaħam bil-pigmentazzjoni, il-konsistenza soda u t-togħma li mhijiex pikkanti.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-kwalità taċ-chorizo de Cantimpalos hija r-riżultat tal-għażla għaqlija tal-laħam li jintuża fl-ipproċessar, tal-fatt li t-taħlita titħalla toqgħod qabel timtela, u tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-maturazzjoni u tat-tnixxif f'żona ġeografika fejn l-altitudni u l-ftit ċpar jwasslu għall-kisba ta' prodott aħħari immaturat b'mod adegwat f'kundizzjonijiet naturali.

Din il-kwalità aħħarija tat reputazzjoni tajba li dan iċ-chorizo, u hemm bosta referenzi storiċi u letterarji sa mill-bidu tas-seklu XX, jiġifieri minn meta beda jiġi pproċessat iċ-choriżo fuq livell industrijali, li huma xhieda ta' dan.

Jeżistu dokumenti kummerċjali tas-snin 1928 u 1933 ta' esportazzjonijiet taċ-chorizo de Cantimpalos lejn il-Messiku li jwissu kontra xi imitazzjonijiet tal-prodott li kienu tfaċċaw.

Saħansitra l-awtur rebbieħ tal-Premju Nobel tal-Letteratura, D. Camilo José Cela, fil-ktieb tiegħu “Judíos, moros y cristianos” tal-1956 isemmi il-“Cantimpalos, famoso por sus chorizos” (Cantimpalos, magħruf għaċ-chorizo tiegħu).

Din ir-reputazzjoni tapplika għat-tliet tipoloġiji tradizzjonali minħabba li dawn jippreżentaw l-istess karatteristiċi organolettiċi fil-palat.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.itacyl.es/opencms_wf/opencms/system/modules/es.jcyl.ita.extranet/elements/galleries/galeria_downloads/calidad/pliegos_IGP/IGP_Chorizo_de_Cantimpalos.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.