ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.257.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 257

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
24 ta' Settembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 257/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 257/02

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5919 – Apollo/Alcan) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

2

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 257/03

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

3

2010/C 257/04

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

7

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta’ Settembru 2010

2010/C 257/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3323

JPY

Yen Ġappuniż

112,49

DKK

Krona Daniża

7,4496

GBP

Lira Sterlina

0,85050

SEK

Krona Żvediża

9,2054

CHF

Frank Żvizzeru

1,3138

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9195

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,624

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

280,85

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9764

RON

Leu Rumen

4,2670

TRY

Lira Turka

1,9861

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4058

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3795

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3376

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8313

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7704

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 537,65

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,4350

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,9369

HRK

Kuna Kroata

7,2890

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 940,92

MYR

Ringgit Malażjan

4,1241

PHP

Peso Filippin

58,779

RUB

Rouble Russu

41,3557

THB

Baht Tajlandiż

40,922

BRL

Real Brażiljan

2,2971

MXN

Peso Messikan

16,8776

INR

Rupi Indjan

60,7355


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/2


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5919 – Apollo/Alcan)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 257/02

1.

Fis-16 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Apollo Group (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tas-suq tal-aluminju ta’ Alcan Engineered Products (“Alcan”, ir-Renju Unit), permezz ta' xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Apollo: investimenti tal-portafoll,

għal Alcan: produzzjoni u bejgħ ta' aluminju rrumblat u estruż u prodotti relatati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5919 – Apollo/Alcan, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

24.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/3


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 257/03

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Image” (GUANXI MI YOU)

Nru tal-KE: CN-PDO-0005-0626-16.07.2007

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

Image” (Guanxi Mi You)

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Iċ-Ċina

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Kategorija 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

Il-Guanxi Mi You (Citrus grandis) hija frotta b'laħma tqarmeċ u tarija, hija mimlija meraq u għandha togħma ħelwa u delizzjuża li għandha mill-ħall. Għal kull 100 ml ta' meraq, il-kontenut minimu ta' zokkor huwa ta' 8,5 gm, il-kontenut massimu ta' aċidu huwa 1,1 gm u l-kontenut minimu ta' solidi li jinħallu huwa ta' 10 %. Il-frott fih ħafna minerali u l-perċentwal minimu li jittiekel huwa ta' 55 %.

1.   Dehra

Il-frotta għandha għamla ovali bil-maqlub, ċatta min-naħa ta' fuq u b'marka distinta ġejja għat-tond madwar il-ponta. Il-qoxra tagħha hija lixxa, irqiqa u ta' kulur oranġjo jgħajjat (aħdar safrani fil-bidu ta' żmien il-qtugħ). Hija magħrufa għat-togħma unika tagħha minħabba ċ-ċelloli mħalltin bejniethom li għandha, il-konsistenza mmerqa u lixxa u t-togħma ħelwa u fl-istess ħin qarsa tagħha.

2.   Indiċijiet fiżiċi u kimiċi

Piż ta' frotta waħda: Kull frotta tiżen bejn 1 000 u 1 750 gm.

Dehra:

Għamla tal-frotta: Il-karatteristiċi konnaturali tal-ispeċi huma l-qoxra lixxa, ftit li xejn imkemmxa u qtar ċatti żejtnin..

Kulur: Il-frotta għandha kulur oranġjo uniformi, b'kulur aħdar safrani fil-bidu ta' żmien il-qtugħ.

Qoxra tal-frotta: Il-qoxra tal-frotta hija lixxa. Jekk ikun hemm partijiet li fihom marki, tbajja' tal-pestiċida, jew daqqiet oħrajn jew ħsara kkawżata mir-rust louse, dawn ma għandhomx ikunu iktar minn 1/10 tal-erja tal-qoxra. Ma għandux ikun hemm partijiet b'marki serji ta' ħruq tax-xemx, tat-taħsir tal-pesti u ta' daqqiet tal-magni. Lanqas ma għandu jkun hemm frott imħassar jew frott li jista' jikkawża t-taħsir.

Kwalità ta’ ġewwa:

Solidi li jinħallu ≥ 10 %

Kontenut taz-zokkor ≥ 5 %

Total tal-kontenut tal-aċidu ≤ 1,1 %

Ħxuna tal-qoxra ≤ 1,5 ċm

Perċentwal (medju) li jittiekel ≥ 55 %

Tolleranza:

(1)   Piż ta' frotta waħda: Il-perċentwal tal-frott li juri tibdil fil-grad minħabba telfien naturali fil-piż matul it-trasport ma għandux ikun iktar minn 5 %.

(2)   Difetti fil-qoxra tal-frotta: il-parti milquta mit-tbajja' tal-pesti, marki oħra jew ħmieġ ma għandhiex tkun iktar minn 2 %.

3.3.   Materja prima:

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

(1)   Għażla tal-ġonna u densità tat-tħawwil: għoljiet tal-ħamrija ħamra, pjanuri, għelieqi tar-ross u gżejjer żgħar b'saff fond ta' ħamrija, b'permeabbiltà tajba u b'kontentut organiku ta' ≥ 1,5 %. 600 siġra miżrugħa għal kull ettaru.

(2)   Trasformazzjoni tal-ħamrija u fertilizzar: għal ġnien ta' siġar żgħar tal-grejpfrut, għandu jintuża demel aħdar ta' bejn il-pjanti, għandhom jitħaffru kanali fejn id-demel l-aħdar ikun jista' jinħarat fil-ħamrija u wara għandu jiġi applikat iktar fertilizzant organiku. Fil-każ ta' siġar kbar tal-grejpfrut, għandu jiġi żgurat li l-ekoloġija u l-bijota fil-ġnien huma mħarsa sew. Il-ħamrija kollha għandha tiġi ffertilizzata. Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-tkabbir, għandu jiġi applikat bejn 12 000 u 15 000 kg ta' fertilizzant organiku u bejn 450 u 900 kg ta' ġir idratat għal kull ettaru sabiex il-valur tal-pH tal-ħamrija jinżamm > 5,0 u l-kontenut ta' materja organika jinżamm > 2,0 %.

(3)   Ġestjoni xjentifika tal-iffertilizzar: għandhom jintużaw fertilizzanti kemm organiċi kif ukoll inorganiċi. Il-fertilizzant organiku għandu jirrappreżenta minn 40 % sa 50 % tal-fertilizzant mifrux matul is-sena kollha. Is-siġar żgħar għandhom jiġu ffertilizzati pjuttost spiss b'fertilizzant ħafif, u għandu jintuża nitroġenu li jkun disponibbli malajr bħala l-fertilizzant ewlieni bil-fosfat u l-fertilizzanti tal-potassju bħala supplimenti. Fil-każ ta' siġar kbar, għandu jiġi applikat fertilizzant qawwi wara l-qtugħ. Is-siġar għandhom jiġu fertilizzati sew sabiex jittejjeb it-tkabbir taz-zokk u tal-fjura. Minbarra l-fertilizzant addizzjonali qabel il-qtugħ għandu jiġi applikat ukoll fertilizzant li jipproteġi u li jsaħħaħ il-frott. Ammonti ta' referenza għall-iffertilizzar normali: għandu jiġi applikat minn 1,2 sa 1,5 kg ta' fertilizzant ta' nitroġenu pur (organiku N> 40 %) għal kull pjanta kull sena fil-każ ta' pjanti b'rendiment ta' 100 kg. Il-proporzjon ta' N:P2O5:K2O:CaO:MgO = 1,00 għandu jkun (0,54-0,59):(0,96-1,05):(1,33-1,37):(0,24-0,27). Dan għandu jiġi supplimentat b'ammont xieraq ta' boron, żingu, molibdenu u mikroelementi li jtejbu l-bilanċ nutrittiv tas-siġar.

(4)   Żbir adattat: għandu jsir iż-żbir sabiex jippromwovi tkabbir effiċjenti tas-siġar żgħar. Friegħi ffullati żżejjed u oħrajn imdendlin jew li kibru wisq għandhom jinżabru. Siġar kbar għandhom jinżabru sabiex ikollhom ventilazzjoni tajba u esponiment għax-xemx. Iż-żbir għandu jsir darbtejn fis-sena: darba fis-sajf u darba fix-xitwa. Fis-sajf, is-siġar għandhom jinżabru sabiex jitneħħew il-friegħi li jkunu infettati mill-insetti, il-friegħi ffullati żżejjed, dawk imdendlin, dawk li joħolqu wisq dell u dawk li jwaqqgħu ħafna żahar u frott. Fix-xitwa, is-siġar jinżabru sabiex jitneħħew il-friegħi li joħorġu 'il barra wisq mid-dawra tas-siġra, dawk li jkunu ffullati żżejjed u dawk li jkunu infettati mill-insetti.

(5)   L-inċiżjoni madwar iz-zokk tas-siġar: fil-każ ta' siġar għammiela ħafna, tista' ssir inċiżjoni sabiex titneħħa l-qoxra mad-dawra taz-zokk jew il-fergħa ewlenija mill-bidu ta' Novembru sa nofs Diċembru. Dan il-metodu jippromwovi d-divrenzjar taż-żahar u jtejjeb ir-rata tat-tkabbir tal-fjuri.

(6)   L-għażla tal-fjuri u tal-frott: dan għandu jsir fis-snin meta jkun hemm ħafna żahar. L-għażla tal-fjuri tgħin sabiex jitnaqqas il-konsum bla ħtieġa tan-nutriment u għalhekk jittejjeb it-tkabbir tal-frott. L-ewwel għandu jintgħażel il-bukkett tal-fjuri taż-żahar u mbagħad jintgħażel il-blanzun. Il-frott jeħtieġ li jintgħażel wara li jispiċċa t-twaqqigħ fiżjoloġiku tal-frott. Frott ta' għamla li mhix normali jew li huwa żgħir iżżejjed għandu jitneħħa. Dan jevita li l-frott ikun ta' kwalità inferjuri bħala riżultat ta' kwantità eċċessiva ta' frott f'siġra waħda.

(7)   Prevenzjoni sħiħa u kontroll kontra l-insetti, il-mard u l-ħsara: għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġu kkontrollati pesti (bħalma huma l-anthracnose, ir-red spider u l-leaf-mining moths). Wieħed għandu jieħu ħsieb kif jintegra l-ħidmiet ta' kontroll u ta' prevenzjoni.

(8)   Il-qtugħ: f'altitudnijiet ta' inqas minn 100 metru, il-qtugħ għandu jibda fl-aħħar għaxart ijiem ta' Settembru, f'altitudnijiet ta' bejn 100 u 300 metru matul l-ewwel għaxart ijiem ta' Ottubru u f'altitudninjiet 'il fuq minn 300 metru matul l-aħħar għaxart ijiem ta' Ottubru.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-imballaġġ, eċċ.:

(1)   L-imballaġġ

L-imballaġġ ta' ġewwa fil-każ ta' frott ippakkjat bil-waħda: tġeżwir f'borża b'kisja tal-politin.

Imballaġġ ta' barra: xibka tan-najlon jew kaxxa ta' materjal ikkorrugat.

(2)   Trasport

Għandu jiġi żgurat li l-vettura tkun nadifa u iġjenika sabiex jiġi evitat trasport ma' materjal tossiku, li jagħmel il-ħsara jew li b'irwejjaħ mhux pjaċevoli. L-esponiment għax-xemx, għax-xita u l-borra matul it-trasport għandu jiġi evitat. Il-prodott ma jistax jiġi mitfugħ u lanqas ma tista' tiġi applikata pressjoni fuqu.

(3)   Ħżin

Temperatura normali tal-ħżin: it-temperatura tal-maħżen għandha tinżamm bejn 10 u 24 °C u l-umdità relattiva bejn 80 % u 85 %.

Temperatura baxxa tal-ħżin: it-temperatura tal-maħżen għandha tinżamm bejn 3 u 5 °C, b'umdità relattiva bejn 80 % u 85 % u b'livell tad-diossidu tal-karbonju li ma jaqbiżx l-4 %.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Fil-każ li l-Guanxi Mi You ikun ippakkjat minn qabel, it-tikketti u l-marki bl-istampi fuq il-kaxxi tal-ippakkjar għandhom jikkonformaw mal-GB7718 (Standard Ġenerali għall-ittikettar ta' Ikel ippakkjat minn qabel). u GB191 (Imballaġġ – Marki bl-Istampi u Manipolazzjoni ta' Prodotti)

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Ir-reġjuni tal-produzzjoni għad-denominazzjoni ġeografika protetta Guanxi Mi You jinkludu l-għoljiet, il-pjanuri u l-għelieqi tar-ross u l-gżejjer żgħar li jinsabu f'altitudni ta' inqas minn 500 metru u f'16-il raħal fil-Kontea ta' Pinghe: il-Belt ta' Wenfeng, il-Belt ta' Shan’ge, il-Belt ta' Xiaoxi, il-Belt ta' Banzi , il-Belt ta' Nansheng, ir-Raħal ta' Wuzhai, ir-Raħal ta' Guoqiang, il-Belt ta' Anhou, il-Belt ta' Daxi, il-Belt ta' Xiazhai, il-Belt ta' Luxi, ir-Raħal ta' Qiling, il-Belt ta' Jiufeng, ir-Raħal ta' Changle, ir-Raħal ta' Xiufeng u r-Razzett ta' Anhou.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-post tal-oriġini tal-Guanxi Mi You jinkludi 16-il belt u raħal (irziezet) fil-Kontea ta' Pinghe fil-Provinċja ta' Fujian. Din iż-żona għandha klima tal-monsun subtropikali tal-Asja tan-Nofsinhar, u tinsab f'żona muntanjuża ftit 'il ġewwa mill-kosta. Il-quċċata tal-ogħla muntanja fil-Kontea ta' Pinghe (Il-muntanja Daqin) hija ta' 1 544,8 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. L-art hija għolja fuq in-naħa tal-Majjistral u baxxa fuq in-naħa tal-Lbiċ, b'għoljiet immewġin. Il-ħamrija tikkonsisti l-iktar f'ħamrija ħamra tal-għoljiet. Din iż-żona għandha klima unika. It-temperatura annwali medja tvarja minn 18,5 sa 21,3 °C, filwaqt li l-ogħla temperatura estrema tilħaq 39,2 °C u t-temperatura estrema l-iktar baxxa hija ta' – 2,9 °C. It-temperatura medja tal-iktar xahar kiesaħ (Jannar) tvarja bejn 9,5 sa 13,1 °C. It-temperatura tal-iktar xahar sħun (Lulju) tvarja bejn 24,7 u 38,7 °C. It-temperatura medja akkumulata annwali ta' jiem b'medja ta' 10 °C jew ogħla tvarja bejn 6 740 u 7 488 °C u l-perjodu mingħajr silġ ivarja bejn 315 u 322 jum. L-inżul tax-xita annwali medju huwa bejn 1 664 u 1 938 mm, l-umdità relattiva bejn 80 u 82 % u l-medja annwali tad-dawl tax-xemx hija bejn 1 758 u 1 852 siegħa.

Il-ġonna tal-grejpfut fil-post tal-oriġini fil-Kontea ta' Pinghe fil-Provinċja ta' Fujian normalment jinsabu fil-partijiet il-baxxi tal-għoljiet u tal-pjanuri alluvjali tul ix-xtut tax-xmajjar. Il-parti ta' fuq tal-għoljiet hija miksija bil-foresta u b'arja li mhijiex imniġġsa; l-ambjent huwa tajjeb ħafna. Il-ħamrija tal-ġonna tal-grejpfrut hija taħlita ta' ħamrija ħamra u ta' ħamrija tar-ross. Is-saff tal-ħamrija huwa fond u għandu valur ta' pH > 5,0 u kontenut ta' materja organika ≥ 1,5 %. Minħabba li n-nies jiffertilizzaw il-ġonna tal-grejpfrut bil-kompost, demel stabbli, faqqiegħ u demel u ħafna fertilizzanti organiċi oħra sena wara sena, u minħabba t-tħaddim tal-ħamrija fil-fond, it-twessigħ tal-konok u t-tifrix tad-demel aħdar, il-ġonna tal-grejpfrut saru ġonna tal-frott ekoloġiċi b'ħamrija fertili, b'ventilazzjoni tajba u maħduma li tippermetti lis-siġar jassorbu l-fertilizzant u l-kontenut tal-ilma. L-ilma tat-tisqija jiġi minn fawwariet u nixxigħat tal-muntanji li mhumiex imniġġsa.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Kull frotta tal-Guanxi Mi You tiżen bejn 1 000 u 1 750 gm u għandha għamla ovali bil-maqlub, ċatta min-naħa ta' fuq u u b'marka distinta ġejja għat-tond lejn il-ponta. Il-qoxra tagħha hija lixxa, iċ-ċelloli tagħha huma mħalltin bejniethom u l-perċentwal minimu li jittiekel huwa ta' 55 %. Għal kull 100 ml ta' meraq, il-kontenut minimu taz-zokkor huwa ta' 8,5 gm u l-kontenut massimu ta' aċidu huwa ta' 1,1 gm. Il-frott fih iktar minn 10 tipi ta' mikroelementi li huma essenzjali għall-ġisem uman.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tal-prodott:

Iż-żona tat-tkabbir tal-Guanxi Mi You testendi bejn 24,02 u 24,35 grad ta' latitudni fit-Tramuntanta u 116,53 u 117,31 grad ta' latitudni fil-Lvant. Din iż-żona għandha klima tal-monsun subtropikali tal-Asja tan-Nofsinhar, u tinsab f'żona muntanjuża ftit 'il ġewwa mill-kosta. Il-quċċata tal-ogħla muntanja fil-Kontea ta' Pinghe (Il-muntanja Daqin) hija ta' 1 544,8 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. L-art hija għolja fuq in-naħa tal-Majjistral u baxxa fuq in-naħa tal-Lbiċ, b'għoljiet immewġin. Il-ħamrija tikkonsisti l-iktar f'ħamrija ħamra tal-għoljiet. Din iż-żona għandha klima unika.

Is-siġar tal-grejpfrut jistgħu jagħmlu ż-żahar u jagħtu l-frott f'temperatura medja annwali ta' bejn 14,7 u 24 °C (minn 18,5 sa 21,3 °C fil-Kontea ta' Pinghe), f'temperatura medja f'Jannar ta' bejn 3 u 20 °C (minn 9,5 sa 13,1 °C fil-Kontea ta' Pinghe), f'temperatura annwali akkumulata ta' ġranet b'temperatura medja ta' 10 °C jew iktar bejn 4 800 u 8 800 °C (minn 6 740 sa 7 488 °C fil-Kontea ta' Pinghe) u f'temperatura minima assoluta ta' – 9 °C (– 2,9 °C fil-Kontea ta' Pinghe). Huma jagħtu l-aħjar riżultati f'nofs dawn il-firxiet ta' temperaturi. Il-kundizzjonijiet tat-temperaturi fil-Kontea ta' Pinghe jaqblu tajjeb ħafna mal-firxiet ta' temperaturi preferuti; għalhekk, f'sens ta' klima u ekoloġija, din iż-żona hija l-iktar waħda adattata għat-tkabbir tas-siġar tal-grejpfrut. Minħabba li ilu żmien twil jitkabbar f'dawn il-kundizzjonijiet ekoloġiċi, il-Guanxi Mi You mill-Kontea ta' Pinghe għandu togħma unika u ħelwa u fl-istess ħin qarsa.

L-inżul annwali tax-xita fil-Kontea ta' Pinghe jilħaq bejn 1 664 u 1 938 mm, u dan jissodisfa r-rekwiżiti tat-tkabbir normali tal-Guanxi Mi You. It-total tas-sigħat ta' raġġi tax-xemx ivarja bejn 1 758 u 1 852 siegħa u ħafna mill-jiem bejn Awwissu u Ottubru huma xemxin. Dan iwassal għal produzzjoni u akkumulu ta' zokkor, aċidi u vitamini. Dawn il-fatturi kollha jagħtu sehemhom sabiex il-frott jikseb togħma ħelwa u fl-istess ħin qarsa.

Fil-Kontea ta' Pinghe ma hemmx industriji li jniġġsu, l-arja hija friska u l-ilma huwa safi. Dan iħares il-kwalità għolja tal-prodotti. Il-fattur li jikkaratterizza t-territorju huwa s-saff fond ta' ħamrija mifruxa u fertili tiegħu. It-tradizzjoni twila taż-żrigħ tas-siġar tal-grejpfrut Guanxi żviluppat għadd ta' tekniki taż-żrigħ li jkopru t-trasformazzjoni tal-ħamrija u t-titjib fil-fertilità, il-fertilizzazzjoni, iż-żbir, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard u l-ħsara tal-parassiti b'mod komprensiv u l-qtugħ fi żmienu, sabiex il-karatteristiċi tal-frott jiżviluppaw bis-sħiħ.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

Għandha tiġi pprovduta mid-DĠ AGRI.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


24.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/7


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 257/04

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Image” (LIXIAN MA SHAN YAO)

Nru tal-KE: CN-PDO-0005-0627-16.07.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

Image’ (Lixian Ma Shan Yao)

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Iċ-Ċina

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ Prodott:

Klassi 1.6:

Frott, Ħaxix, u Ċereali, friski jew pproċessati. Jamm.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

Il-Jamm huma tuberi tad-Dioscorea batatas Decne, mill-familja Disoscoreaceae. Il-jamm Lixian Ma Shan Yao, fir-reġjun tal-Kontea ta' Li (Lixian), fil-Provinċja ta' Hebei, jiġu mħawla bl-użu ta' tekniki tradizzjonali tal-kultivazzjoni f'ħamrija fluvo-aquic tal-lom, ramlija u maħlula (ħamrija chao) iffurmata permezz tal-erożjoni u d-depożizzjoni fuq tul ta' żmien twil. Minbarra prodotti friski, Lixian Ma Shan Yao jirreferi wkoll għall-prodott imnixxef, inkluż l-istrixxi u ċ-ċips tal-jamm imnixxef. Il-jamm friski jintgħażlu bħala l-materja prima, imbagħad jitqaxxru u jitqattgħu bl-idejn jew bil-magni. L-istrixxi mbagħad jew jitħallew jinxfu waħedhom inkella jiġu diżidratati f'apparat tat-tnixxif.

Għal-Lixian Ma Shan Yao, jeżistu tliet kultivars: Bangyao, Ziyao u Xiaobaizui. Il-karatteristiċi ta’ kull wieħed minnhom huma dawn:

(1)   Bangyao: Tuberi ċilindriċi, b'tul ta' 35-60 cm, b'dijametru ta' mhux inqas minn 3,5 cm; għeruq fibrużi twal u b'densità qawwija; qoxra rqiqa b'kulur isfar ħamrani; qalba bajda tqarmeċ, konsistenza ħoxna; ħelwa u delikata imma mimlija togħma, li wara t-tisjir issir pikkanti; kontenut tal-ilma 75-78 % (tliet xhur wara l-ħsad).

(2)   Ziyao: Tuberi ċilindriċi, b'tul ta' 50-80 cm, b'dijametru ta' mhux inqas minn 1,5 cm; għeruq fibrużi sparsi; qoxra kannella skura, tbajja' vjola fuq il-qoxra ta' lewn ċar; intern fibruż, b'uċuh bojod meta jitqattgħu, b'kontenut għoli ta' lamtu; togħma ħelwa delizzjuża wara t-tisjir; kontenut tal-ilma 75-78 % (tliet xhur wara l-ħsad).

(3)   Xiaobaizui: Tuberi ċilindriċi, b'tul ta' 40-70 cm, b'dijametru ta' mhux inqas minn 1,6 cm; għeruq fibrużi rqaq; qoxra rqiqa b'kulur kannella ċar; konsistenza ratba, simili għad-dqiq; togħma ħelwa delizzjuża wara t-tisjir; kontenut tal-ilma 75-78 % (tliet xhur wara l-ħsad).

Il-Lixian Ma Shan Yao imnixxfa tinkludi kemm strixxi kif ukoll ċips tal-jamm.

(1)   Strixxi tal-jamm: magħmula minn jamm friski, imqaxxra u diżidratati; bejn wieħed u ieħor ta' forma ċilindrika, lixxi u uniformi fid-daqs; sofor fl-abjad, togħma krokkanti, b'kontenut tal-ilma ta' bejn 6 u 8 %.

(2)   Ċips tal-jamm: magħmula minn strixxi tal-jamm, imqattgħin, bi ħxuna ta' 0,25-0,4 cm, bl-istess togħma karatteristika bħall-istrixxi tal-jamm.

3.3.   Materja prima:

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

1.   L-operazzjonijiet li jinkludu t-tqattigħ, it-tħin u l-ippakkjar għandhom iseħħu fil-post tal-oriġini.

2.   Ippakkjar

(1)

Kontenituri għall-ippakkjar tal-prodotti, eż kaxxi tal-plastik, kaxxi tal-kartun, għandhom ikunu ddiżinjati skont id-daqs tal-prodotti u magħmula skont speċifikazzjoni unika, uniformi fid-daqs, nodfa, nexfin, sodi, li jippermettu l-ventilazzjoni, attraenti, ħielsa minn sustanzi li jniġġsu, ħielsa mill-irwejjaħ, mingħajr oġġetti li jaqtgħu fl-ippakkjar, ħielsa minn insetti jew ħmieġ, tmermir jew indewwa, eċċ. Il-kaxxi tal-kartun għandhom jinżammu niexfa mingħajr saffi ta' separazzjoni u l-kaxxi tal-plastik għandhom jiġu prodotti skont speċifikazzjoni maqbula.

(2)

Il-prodotti huma ppakkjati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-prodotti ppakkjati li għandhom l-istess speċifikazzjonijiet għandhom jingħaqdu flimkien.

(3)

Kull lott għandu jikkonsisti minn pakketti identiċi ta' piż standardizzat.

3.   It-trasport

Il-prodotti għandhom jiġu mkessħa qabel it-trasport. Għandhom jinżammu f'livelli ta' temperatura u ta' umdità moderata; imħarsa mill-ġlata, ix-xita u l-esponiment għax-xemx; u miżmuma b'ventilazzjoni tajba b'temperatura stabbli matul it-trasport.

4.   Ħżin

(1)   tip ta' ħżin: skont il-kultivars u l-ispeċifikazzjonijiet.

(2)   temperatura tal-ħżin: 2-4 °C.

(3)   umdità tal-ħżin: umdità atmosferika relattiva ta' 80-85 %.

(4)   ventilazzjoni: għandu jinżamm fluss tal-arja uniformi f'unitajiet tal-ħżin kompletament stokkjati.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-pakketti kollha għandhom jiġu tikkettjati b'isem il-prodott, il-grad, in-numru standard, it-trademark, marki speċjali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti, l-isem tal-manifattur, indirizz dettaljat, il-post tal-produzzjoni, il-piż nett u d-data tal-ippakkjar, eċċ. It-test fuq it-tikketta għandu jkun ċar, komplet u preċiż, kemm biċ-Ċiniż kif ukoll bl-Ingliż.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tkopri erja totali ta' 345 kilometru kwadru, komuni u bliet matul ix-Xmara Zhulong, jiġifieri l-komun ta' Qudi u l-bliet ta' Liushi, Baoxu, Nanzhuang, Liwu, Guodan u Baichi.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-Lixian Ma Shan Yao ilha tiġi kkoltivata għal aktar minn 2 000 sena, fiż-żona reġjonali tal-Kontea ta' Li. Tinsab fil-Baċir tal-Bajja ta' Bohai u l-pjanura baxxa tal-Lvant f'Hebei ċentrali, fit-Tramuntana taċ-Ċina. Il-formazzjoni tal-art hija pjanura li tikkonsisti f'depożiti alluvjali u diluvjali mill-perjodu Kwaternarju. L-art għandha xaqliba ħafifa, mingħajr varjazzjonijiet sinifikanti, u hija ogħla fil-Lbiċ u aktar baxxa fil-Grigal. L-altitudni medja hija 15,6 m, bi nżul ħafif (0,03–0,01 %). Il-Kontea ta' Li tinsab f'żona tal-monsun tal-Lvant li hija sħuna, temperata u semi arida, bi klima partikolari tal-monsun kontinentali. L-istaġuni huma distinti – ir-rebbiegħa tkun bir-riħ u niexfa, is-sajf bix-xita u sħun, il-ħarifa ħafifa, u xitwa kiesħa u xotta. Għandha riżorsi abbundanti ta' dawl, sħana u ilma. Ir-riħ prevalenti jiġi min-Nofsinhar/Nofsinhar Lbiċ matul is-sena kollha. Karatteristiki ġeografiċi oħra huma kif ġej: perjodu annwali medju mingħajr ġlata: 176 jum, temperatura annwali medja tal-art: 13,0 °C, temperatura annwali medja tal-arja: 12,2 °C (temperatura massima ta' kull xahar: 26 °C), ħin medju bix-xemx fis-sena: 2 628,7 h, ir-radjazzjoni annwali totali medja mix-xemx: 106,9 kcal/ċm kwadru, fond massimu tal-kopertura massima ta' borra fis-sena: 23 cm, preċipitazzjoni annwali medja: 487,2 mm.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Il-prodotti tal-Lixian Ma Shan Yao għandhom karatteristiki uniċi fost il-kultivars tal-jamm, u huma partikolarment magħrufa għat-togħma ħafifa imma pikkanti tagħhom. Il-kontenut tal-ilma tal-jamm friski huwa ta' 75-78 % (tliet xhur wara l-ħsad). Il-Lixian Ma Shan Yao imnixxfin għandhom konsistenza magħquda, b'kontenut tal-ilma ta' 6-8 %, proteina ta' mhux inqas minn 4,5 %, zokkor totali ta' mhux aktar minn 15 %.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u kwalità speċifika, il-fama jew karatteristika oħra speċifika tal-prodott:

1.   Fatturi naturali

(1)   Il-kundizzjoni tal-ħamrija: Ix-xmara Zhulong tgħaddi mill-Kontea ta' Li, u tikkonferixxi ġeoloġija u ħamrija partikolari. Il-Kontea ta' Li tinsab f'żona ta' depożizzjoni fit-Tramuntana taċ-Ċina, b'ħafna depożiti ta' ħamrija mill-perjodu Kwaternarju. Il-biċċa l-kbira tal-ħamrija hija ramlija fluvo-akkwika, minn għargħar ripetut tax-Xmara Zhulong. Madwar 37 % tal-art ikkoltivata fil-kontea hija ħamrija ramlija. Il-biċċa l-kbira tal-ħamrija fiż-żoni li jipproduċu l-jamm hija fluvo-akkwika alluvjali. Is-saff tal-ħamrija huwa fond u maħlul, b'permeabbiltà tajba, u jiffavorixxi l-koltivazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-ħamrija għandha fertilità moderata. In-nutrienti tal-ħamrija fis-saff li jinħadem jinkludu: materja organika 0,78 %, total-N 0,065 %, total-P 0,076 %, Olsen-P 0,9 mg/kg, K disponibbli 91 mg/kg u pH tal-ħamrija ta' 7,4-8,9, li jiżgura li l-Lixian Ma Shan Yao jkollu ħafna fatturi benefiċjali, bħal forma simetrika, truf qosra li jiġu fix-xejn, tuberi twal, qoxra rqiqa, għeruq fibrużi sparsi, ikunu lixxi, u ma jkollhomx ħotob fuq it-tuberi. Il-kontenut ta' proteina fil-Lixian Ma Shan Yao huwa tipikament ogħla milli huwa f'jamm ieħor.

(2)   Il-kundizzjonijiet klimatiċi: Il-Kontea ta' Li tinsab f'żona tal-monsun tal-Lvant li hija sħuna, temperata u semi arida. Il-perjodu mingħajr ġlata huwa ta' 177 jum fis-sena, xita medja annwali ta' 471 mm, l-aktar minn Ġunju sa Awwissu u evaporazzjoni annwali medja ta' 1 837,4 mm. Ir-riżorsi adegwati ta' dawl u sħana huma estremament benefiċjali għall-iżvilupp tal-jamm. Barra minn hekk, ilma ta' kwalità tajba u irrigazzjoni konvenjenti jgħinu biex jiġu żgurati bosta karatteristiki speċifiċi tal-Lixian Ma Shan Yao, bħall-karatteristiki mediċinali tajbin ħafna kif ukoll it-togħma, il-kontenut għoli ta' proteina, zokkor baxx, muku għoli u ndewwa baxxa.

2.   Fatturi umani

Il-produtturi lokali jużaw metodi tradizzjonali bħalma huma A-brackets, tripods u tetrapods biex jiżguraw li kull jamm ikollha biżżejjed dawl u sħana hija u tikber. Minħabba l-kundizzjonaijiet tal-ħamrija, skedi flessibbli tat-tisqija, u skular tal-ilma rapidu mill-ħamrija, il-ħamrija tibqa' niedja u ħielsa mill-mard matul il-perjodu tat-tkabbir.

3.   Oriġini storika

Meta mqabbel ma' kultivars oħra tal-jamm, il-Lixian Ma Shan Yao għandu togħma ħafifa imma bnina u pikkanti, li kisbet reputazzjoni kbira bħala prodott tradizzjonali ta' kwalità għolja. Għalhekk il-Lixian Ma Shan Yao huwa magħruf ferm u jsejħulu l-“Ma Shan Yao” famuż.

Il-koltivazzjoni tal-Lixian Ma Shan Yao għandha storja lokali twila, u l-jamm ilha tiġi mħawla fuq firxa vasta minn żmien il-qedem. Ġew irrakkuntati minn bosta nies, bosta leġġendi, stejjer u poeżiji dwar il-jamm. Pereżempju, “In-Negozjant Fanli qagħad fil-belt ta' Liushi u x-xbejba sabiħa Xishi daqet il-jamm”, “It-tifla marida u xipli tas-Sur Bai fir-raħal ta' Hu nbidlet f'damiġella sabiħa u f'saħħitha wara li kielet il-jamm”, “L-imperatur Qianlong għadda mill-Kontea ta' Li fi triqtu lejn in-Nofsinhar, u l-qaddej tiegħu is-Sur Ji Xiaolan, kiteb poeżija magħrufa dwar il-jamm”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

Għandha tiġi pprovudta minn DĠ Agri.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.