|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.255.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
L-458 sessjoni plenarja fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 |
|
|
2010/C 255/01 |
||
|
2010/C 255/02 |
||
|
2010/C 255/03 |
||
|
2010/C 255/04 |
||
|
2010/C 255/05 |
||
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
L-458 sessjoni plenarja fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 |
|
|
2010/C 255/06 |
||
|
2010/C 255/07 |
||
|
2010/C 255/08 |
||
|
2010/C 255/09 |
||
|
2010/C 255/10 |
||
|
2010/C 255/11 |
||
|
2010/C 255/12 |
||
|
2010/C 255/13 |
||
|
2010/C 255/14 |
||
|
2010/C 255/15 |
||
|
2010/C 255/16 |
||
|
2010/C 255/17 |
||
|
2010/C 255/18 |
||
|
2010/C 255/19 |
||
|
2010/C 255/20 |
||
|
2010/C 255/21 |
||
|
2010/C 255/22 |
||
|
2010/C 255/23 |
||
|
2010/C 255/24 |
||
|
2010/C 255/25 |
||
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-458 sessjoni plenarja fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/1 |
L-458 SESSJONI PLENARJA FIS-16 U S-17 TA’ DIĊEMBRU 2009
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-kummerċ u s-sigurtà alimentari”
(opinjoni esploratorja)
(2010/C 255/01)
Relatur: Is-Sur CAMPLI
Korelatur: Is-Sur PEEL
F’ittra ddatata s-21 ta’ Jannar 2009, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jfassal opinjoni esploratorja dwar:
Il-kummerċ u s-sigurtà alimentari.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-19 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Campli u l-korelatur is-Sur Peel.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’191 vot favur, vot kontra u 6 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Konklużjonijiet
1.1.1 Fil-fehma tal-KESE, id-dritt għall-ikel huwa dritt fundamentali taċ-ċittadinanza bħalma huwa d-dritt tas-soċjetà ċivili li tintervjeni fl-aspetti kollha ta’ din il-kwisjtoni; barra minn hekk, jikkunsidra s-sigurtà alimentari globali bħala dritt fundamentali tal-bniedem.
1.1.2 F’dinja fejn qed jiġi prodott biżżejjed ikel għal kulħadd, iktar minn biljun persuna mhux qed ikollhom aċċess għal ikel biżżejjed. Il-kawża bażika ta’ din is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel hija l-faqar f’kuntest ta’ diżintegrazzjoni tal-ekonomiji u l-infrastrutturi tas-swieq lokali minħabba fl-strateġiji internazzjonali li bdew mis-snin tmenin.
1.1.3 Il-KESE huwa konxju mill-fatt li fil-qasam tal-politiki komplementari ta’ żvilupp, maħsuba għat-tnaqqis tal-faqar u għaż-żieda fid-dħul, il-kummerċ regolat jista’ jgħin biex persuni u gruppi joħorġu minn kundizzjoni ta’ insigurtà alimentari, anki permezz tal-iżvilupp tas-swieq reġjonali.
1.1.4 Ir-rikors mifrux għal miżuri protezzjonistiċi ma jgħinx biex tinkiseb is-sigurtà alimentari globali, peress li dawn jeliminaw il-flessibbiltà meħtieġa u jostakolaw, b’mod speċjali fl-Afrika, kwalunkwe forma ta’ integrazjoni reġjonali effettiva.
1.1.5 Il-KESE jemmen li kummerċ regolat għandu jintegra, fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tal-implimentazzjoni tiegħu, il-prinċipji tad-dritt għall-ikel u li l-Istati għandhom jastjenu milli jidħlu f’obbligi internazzjonali li huma f’kunflitt ma’ dawk il-prinċipji.
1.1.6 Il-KESE huwa konxju li l-politiki maħsuba għall-awtosuffiċjenza alimentari huma ekonomikament għaljin u mhux koerenti mal-approċċ ta’ governanza globali. Fl-istess ħin jagħraf ukoll is-sovranità alimentari bħala dritt leġittimu ta’ poplu li jiddefinixxi b’mod awtonomu l-politiki għall-kisba tas-sigurtà alimentari tiegħu, u għall-provvista tal-ikel għal din il-popolazzjoni fuq bażi stabbli, fir-rispett għas-sovranità alimentari ta’ ħaddieħor.
1.1.7 Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġu riformati l-istrumenti, il-korpi u l-politiki tal-governanza globali tas-sigurtà alimentari u tal-kummerċ skont il-prinċipji u l-prattiki tal-Policy coherence for Development.
1.1.8 Il-KESE jemmen li l-istrateġiji potenzjali u utli kollha maħsuba biex jiġġieldu l-faqar u jiffavorixxu ż-żieda tas-sigurtà alimentari jistgħu jiksbu riżultati stabbli li jagħtu l-frott jekk dawn jimxu id f’id mal-progress fil-proċessi demokratiċi u jekk jissaħħaħ l-istat tad-dritt fil-pajjiżi li huma suġġetti għall-insigurtà alimentari.
1.2 Rakkomandazzjonijiet
1.2.1 Bħala parti minn approċċ ta’ politka globali, il-KESE qed iressaq ir-rakkomandazzjonijiet ġenerali li ġejjin:
1.2.1.1 lill-Unjoni Ewropea, biex timplimenta l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, bil-għan li tinħoloq strateġija politika preċiża rikonoxxuta mill-imsieħba dinjija u biex ikollha rwol prinċipali f’riforma profonda tas-sistema FAO-PDI-IFAD;
1.2.1.2 lill-Unjoni Ewropea, biex tintegra strutturalment il-prinċipji tad-dritt għall-ikel fil-politiki kummerċjali tagħha u biex tniedi azzjoni adatta ta’ kollaborazzjoni mal-membri l-oħra tad-WTO sabiex dawn il-prinċipji jkunu strutturalment integrati fin-negozjati multilaterali;
1.2.1.3 lill-Unjoni Ewropea, biex tinvestiga l-modi kif, fil-kuntest tal-politiki dwar ir-Responsabbiltà Soċjali tal-Kumpanniji (CSR), l-attivitajiet ekonomiċi u kummerċjali tal-kumpanniji Ewropej jew li għandhom is-sede fl-UE jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati f’dak li huwa impatt fuq is-sigurtà alimentari globali; f’dan ir-rigward, il-KESE jimpenja ruħu biex ifassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar l-Agrinegozju Ewropew fid-dinja: strateġiji, sfidi u l-aħjar prattiki;
1.2.1.4 lill-Unjoni Ewropea sabiex tinkludi fil-ftehimiet futuri ta’ sħubija ekonomika u fil-ftehimiet l-oħra ta’ skambju ħieles rwol istituzzjonali għas-soċjetà ċivili, kif diġà ġie previst fil-ftehima Cariforum-KE;
1.2.1.5 lill-korpi internazzjonali finanzjarji, biex jistabbilixxu regolamentazzjoni adatta tas-swieq finanzjarji sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni dwar il-materja prima agrikola;
1.2.1.6 lill-organizzazzjonijiet internazzjonali għas-saħħa tal-bniedem u dawk ambjentali sabiex jiskoraġġixxu d-dieti li jagħmlu użu eċċessiv minn proteini tal-annimali;
1.2.1.7 lill-komunità internazzjonali biex toħloq sistema ta’ riservi alimentari internazzjonali sabiex taħdem f’koordinazzjoni mill-viċin mas-sistema ta’ twissija bikrija tal-FAO.
1.2.1.8 lill-komunità internazzjonli biex tirrevedi l-klassifikazzjoni tan-NU sabiex issir distinzjoni ċara bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom dħul medju u dawk il-pajjiżi li huma ifqar jew huma inqas avvanzati;
1.2.1.9 lill-membri kollha tad-WTO u primarjament lill-Unjoni Ewropea biex jinkorporaw analiżi tal-impatt u tal-vulnerabbiltà fil-mandati ta’ negozjar għal pajjiżi u gruppi speċifiċi ta’ nies;
1.2.1.10 lill-membri tad-WTO biex jistipulaw miżuri temporanji għar-restrizzjoni tal-esportazzjonijiet li, billi jippermettu b’mod effettiv biex il-prezzijiet tal-ikel f’pajjiżi li qed jiżviluppaw jibqgħu baxxi, jassistu fil-ġestjoni tal-kriżijiet alimentari li qed ikun hawn u li jolqtu gruppi soċjali speċifiċi;
1.2.1.11 lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jinvolvu b’mod stabbli l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa fl-ipprogrammar tal-iżvilupp agrikolu u biex isaħħu l-forom kollha ta’ produzzjoni organizzata mwaqqfa mill-bdiewa u dawk promossi mill-ħaddiema u l-konsumaturi.
1.2.2 B’referenza speċifika għan-negozjati tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika li għaddejjin bħalissa, il-KESE jirrakomanda biex l-UE:
1.2.2.1 taħdem għal integrazzjoni reġjonali akbar, l-aktar fl-Afrika, bħala għodda b’saħħitha għall-promozzjoni kemm tal-iżvilupp kif ukoll tas-sigurtà alimentari, u bħala element essenzjali fir-reviżjoni tal-Ftehima ta’ Cotonou prevista għall-2010.
1.2.2.2 tassigura s-sinerġiji bejn l-inizjattivi varji ta’ integrazzjoni reġjonali li jikkoinċidu waħda mal-oħra u fost il-ftehimiet interim ta’ sħubija ekonomika varji u l-ftehimiet globali;
1.2.2.3 tassigura li n-negozjati jkun jistgħu jadattaw malajr għall-kapaċità u għall-potenzjalità tal-pajjiżi tal-AKP, bil-garanzija ta’ riżultati immedjati f’setturi bħas-semplifikazzjoni tar-regoli ta’ oriġini;
1.2.2.4 tħeġġeġ l-akbar numru possibbli ta’ pajjiżi tal-AKP (Grupp tal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku) biex jagħżlu l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali bħala setturi ta’ prijorità;
1.2.2.5 tkompli żżid is-somma ta’ aktar minn żewġ biljun euro, kif stabbilita mill-UE allokata għall-għajnuna għall-kummerċ u għall-assistenza relatata mal-kummerċ, filwaqt li jiġu kkunsidrati wkoll l-effetti pprovokati mill-kriżi ekonomika;
1.2.2.6 tippromovi l-iżvilupp u t-tkabbir tal-industriji Afrikani ta’ proċessar b’valur miżjud għoli, prinċipalment tal-prodotti alimentari, anki permezz tat-titjib tas-sistemi tal-infrastruttura;
1.2.2.7 tiffavorixxi b’mod sinifikattiv ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku fil-livell lokali, l-aktar fis-setturi marbuta mal-agrikoltura.
1.2.3 B’referenza speċifika għan-negozjati ta’ Doha tad-WTO li għaddejjin bħalissa, il-KESE jirrakomanda:
1.2.3.1 lill-membri tad-WTO biex ir-reviżjoni strateġika tal-politika kummerċjali sservi għat-tnedija ta’ dibattitu dwar kif għandhom jitwettqu n-negozjati kummerċjali futuri fil-qasam agrikolu, fejn is-sigurtà alimentari tingħata status speċifiku, u dwar il-forom futuri tal-assistenza teknika għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
1.2.3.2 lill-membri tad-WTO sabiex jikkonkludu ċ-Ċiklu ta’ Doha għall-Iżvilupp sal-2010, kif mitlub mill-G20, sabiex jintwera l-impenn meħud fil-qasam kemm tal-iżvilupp kif ukoll tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju;
1.2.3.3 lill-UE biex tikkonsolida l-konċessjonijiet li diġà saru lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw minflok tipprova tikseb konċessjonijiet oħra għaliha nnifisha;
1.2.3.4 lill-UE biex testendi l-inizjattiva Kollox ħlief armi għall-pajjiżi kollha indikati mill-FAO li qegħdin fi kriżi alimentari u f’periklu kbir, anke jekk ma jgħoddux mal-pajjiżi anqas żviluppati jew il-pajjiżi AKP;
1.2.3.5 lill-UE biex tuża mekkaniżmi kummerċjali sabiex tippromovi sigurtà alimentari akbar, bħal pereżempju applikazzjoni bikrija tal-Ftehima tad-WTO dwar il-“Faċilitazzjoni tal-Kummerċ”, l-assistenza fi kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji, u appoġġ għall-bdiewa żgħar u indipendenti li mhumiex inklużi fil-katina tal-provvista kkontrollata.
2. Is-sigurtà alimentari waqt iż-żewġ kriżijiet
2.1 Definizzjonijiet
2.1.1 Il-KESE jaqbel mad-definizzjoni tas-Summit Dinji dwar l-Ikel (1996), li ġiet aċċettata minn kulħadd, tas-sigurtà alimentari bħala l-kundizzjoni fejn il-persuni “kollha, fi kwalunkwe mument, ikollhom aċċess fiżiku, ekonomiku u soċjali għal ikel biżżejjed, sikur u nutrijenti li jissodisfa l-ħtiġijiet u l-preferenzi alimentari tagħhom sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja attiva u f'saħħitha”.
2.1.2 Minħabba dan, il-KESE jenfasizza li s-sigurtà alimentari hija problema kumplessa li tikkonsisti f’erba’ aspetti li għandhom jiġu kkunsidrati:
|
a) |
fi kwantità tal-ikel; |
|
b) |
fiżiku, ekonomiku u soċjali; |
|
c) |
xieraq; |
|
d) |
fiż-żmien tad-disponibbiltà, l-aċċess u l-użu. |
2.2 Il-qagħda attwali u ż-żewġ kriżijiet (alimentari u finanzjarja)
2.2.1 L-analiżi tal-insigurtà alimentari turi l-karatteristiċi essenzjali li ġejjin (1): a) din qed tiżdied u issa, wara ż-żewġ kriżijiet, qed taffettwa aktar minn biljun ruħ; b) hija aktar u aktar ikkonċentrata (89 % tal-każijiet fl-Ażja, il-Paċifiku u l-Afrika ’l isfel mis-Saħara); c) tibqa’ rurali ħafna (70 % tal-individwi li qed jesperjenzaw insigurtà alimentari jgħixu f’żoni rurali), iżda qed tolqot ukoll żoni urbani u periurbani.
2.2.2 Iż-żieda fil-prezzijiet agrikoli hija l-kawża prinċipali għall-aktar żieda riċenti fin-numru ta’ persuni li qed jesperjenzaw insigurtà alimentari; Barra minnn hekk qed tiġi rreġistrata żieda fin-numru ta’ avvenimenti diżastrużi b’effetti fuq is-sigurtà alimentari; barra minn hekk fost id-diżastri pprovokati mill-bniedem huma dejjem aktar importanti dawk ta’ natura soċjoekonomika fir-rigward ta’ gwerer u kunflitti.
2.2.3 Il-prezzijiet tal-materji primi agrikoli ġew karatterizzati minn żieda fil-volatilità f’dawn l-aħħar tletin sena, li tirrifletti tendenza ta’ perijodu medju li xorta waħda kienet waħda ta’ tnaqqis f’termini reali. Iż-żieda għolja fl-2007–2008 kellha impatt partikulari kemm minħabba l-kobor tagħha kif ukoll il-veloċità tagħha (fi ftit iktar minn 12-il xahar, l-indiċi tal-prezzijiet tal-ikel tal-FAO żdied b’madwar 60 %). Wieħed għandu jiftakar, madankollu, li anki fl-ogħla livell tagħhom (Marzu 2008), il-prezzijiet baqgħu taħt il-livelli massimi storiċi li ġew reġistrati fil-bidu tas-snin ’70.
2.2.4 Fir-rigward tal-iżviluppi riċenti, għandna nenfasizzaw il-fatt li minn meta nfaqgħet il-bużżieqa spekulattiva finanzjarja, il-prezzijiet agrikoli naqsu b’mod kostanti, għalkemm baqgħu ogħla minn kemm kienu qabel il-kriżi tal-2007–2008.
2.2.5 Il-KESE juri li taħt dan iċ-ċaqliq kbir fil-prezzijiet u l-volatilità konsistenti tagħhom li dejjem qed tiżdied hemm kawżiet strutturali, ekonomiċi kif ukoll spekulattivi.
2.2.6 Il-KESE jindika, b’mod partikulari, li hemm korrelazzjoni qawwija bejn it-tendenzi riċenti fil-prezzijiet agrikoli u l-prezz taż-żejt, din għandha impatt fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni agrikola u l-konvenjenza li jiġu prodotti l-bijokarburanti, speċjalment meta dawn ikunu sostnuti minn għajnuna pubblika.
2.2.7 Kawżiet oħra li jikkontribwixxu għal dan jinkludu: tnaqqis gradwali tal-investimenti agrikoli u produttività kronikament baxxa fl-agrikoltura tal-pajjiżi foqra; urbanizzazzjoni aċċellerata; żieda fil-livelli tad-dħul f’ċerti pajjiżi emerġenti (iċ-Ċina u l-Indja), b’ċaqliq konsegwenti lejn dieta b’konsum ogħla ta’ laħam; u l-kroll tas-sistemi tal-ħażniet alimentari.
2.2.8 Il-KESE jenfasizza li f’din il-qagħda mibdula rajna żieda fit-tendenza min-naħa tal-kapital spekulattiv u l-fondi ta’ investiment, inkluż fl-Ewropa, li jinkludu fil-portafoll tagħhom bonds marbuta mal-materja prima agrikola, u b’hekk il-prezzijiet ta’ dawn isiru aktar volatili u jgħawġu s-suq tal-kuntratti tal-futures.
2.2.9 Għalhekk il-KESE jenfasizza li jekk ma jsirx intervent għal riforma rapida u vigoruża tas-swieq finanzjarji, l-ispekulazzjoni fil-prezzijiet tal-komoditajiet agrikoli ser jerġgħu jintensifikaw fix-xhur li ġejjien u fil-futur, b’konsegwenzi potenzjalment serji mil-lat taż-żieda fl-insigurtà alimentari.
2.2.10 Il-kriżi finanzjarja, flimkien mal-kriżi tal-prezzijiet tal-materja prima agrikola, tat lok għal sensiela ta’ żviluppi interkonnessi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, inklużi: tnaqqis fil-fluss tal-kapital, tnaqqis tar-rimessi, gvernijiet li mhumiex kapaċi jintroduċu programmi ta’ nfiq pubbliku, tendenza għal ritorn għal “għajnuna marbuta”, żieda fil-faqar, tnaqqis fl-investimenti, tnaqqis fiż-żrigħ u tbassir ta’ anqas ħsad u żieda mill-ġdid fil-prezzijiet tal-ikel.
2.2.11 Il-kategoriji soċjali l-aktar milquta huma dawk li jippreżentaw fatturi maġġuri ta’ vulnerabbiltà: l-abitanti rurali mingħajr artijiet, familji fejn il-kap tal-familja hija mara, u l-foqra urbani. B’referenza għall-pajjiżi differenti, dawk l-aktar milquta huma l-pajjiżi karatterizzati minn dipendenza strateġika fuq l-importazzjonijiet, u dan jenfasizza l-ħtieġa essenzjali għal żvilupp agrikolu lokali.
2.2.12 Iffaċċjat b’dawn is-sitwazzjonijiet il-KESE jenfasizza l-urġenza ta’ żieda fir-riżorsi finanzjarji internazzjonali għall-iżvilupp; għal dan il-għan, il-Kumitat jappoġġja l-idea ta’ taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji (2) li d-dħul minnhom ikun jista’ jiġi allokat għall-interventi għas-sigurtà alimentari.
2.2.13 Huwa fundamentali wkoll li l-pajjiżi tal-AKP jibdlu l-mod kif jużaw ir-riżorsi tal-FEŻ sabiex tiżdied is-sigurtà alimentari; fil-preżent, fil-fatt, minkejja li 70 % tal-popolazzjoni li qed tesperjenza insigurtà alimentari tgħix f’żoni rurali, 7,5 % biss mid-Disa’ Fond Ewropew ta’ żvilupp (2000-2007) ġie allokat mill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-AKP għall-iżvilupp rurali, u bilkemm 1,5 % għal attività espliċitament marbuta mal-agrikoltura.
2.3 Problemi li qed joħorġu
2.3.1 Kwalunkwe analiżi fit-tul tal-insigurtà alimentari teħtieġ għarfien kuntestwali ta’ fenomeni oħra li qed jemerġu u li issa saru kollegati strutturalment:
|
— |
Ilma: il-korrelazzjoni tas-sigurtà alimentari mal-kwistjoni tal-ilma ġiet affermata mir-riżoluzzjoni tan-NU tal-20 ta’ April 2001. Jeħtieġ li l-kunċett tad-“dritt tal-aċċess għall-ilma” jikseb rikonoxximent politiku u legali peress li l-aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb huwa kundizzjoni fundamentali għas-saħħa pubblika u huwa wieħed mill-elementi fl-alimentazzjoni ta’ kwalità aċċettabbli. |
|
— |
Art bi prezz irħis: dan l-aħħar, flimkien mal-iskarsezza tal-art agrikola li tista’ tintuża, żdied fenomenu ġdid ta’ importanza ekonomika u politika: l-akkwist ta’ estensjonijiet kbar ta’ artijiet min-naħa tal-Istati, kumpanniji privati, u fondi ta’ investiment, li jieħdu f’idejhom il-kontroll tal-produzzjoni kif ukoll jheddu l-indipendenza ta’ Stati oħra (3). Huwa għalhekk urġenti li jitfassal qafas legali bilaterali u multilaterali li jista’ jiddetermina t-tqassim ġust tal-benefiċċji, li jkopri l-impjiegi, l-istandards ambjentali, l-iżvilupp teknoloġiku u s-sigurtà alimentari fil-pajjiżi konċernati; |
|
— |
Il-klima: Il-persuni li jbatu l-iktar il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima huma l-bdiewa żgħar marġinali b’inqas kapaċità biex jadattaw, u persuni li jaħdmu fis-settur tas-sajd fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. |
|
— |
Bijokarburanti: Il-KESE diġà enfasizza f’opinjonijiet oħra l-impatt tal-produzzjoni tal-bijokarburanti fuq iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u fil-volatilità tagħhom. |
|
— |
Kwistjoni demografika: f’dawn l-aħħar snin, iż-żieda globali fil-popolazzjoni ma ġietx korrisposta minn żieda fil-produttività agrikola mnħabba l-livell baxx ta’ investimenti li saru fis-settur; iżda għalissa jibqgħu deċiżivi l-politiki demografiċi speċifiċi, b’mod speċjali fil-pajjiż li qegħdin l-iktar fil-periklu. |
3. Id-dritt għall-ikel
3.1 Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li, flimkien mal-istrumenti li jirregolaw it-tendenzi tas-suq u l-istituzzjonijiet speċifiċi tagħhom, jiġu elaborati regolamenti internazzjonali ġodda. Jekk l-affermazzjoni bis-sħiħ tad-drittijiet tan-nies tiġi kkombinata ma’ titjib gradwali fl-effettività tal-istrumenti tal-ekonomija tas-suq, dan jista’ jwassal għal qafas strateġiku ġdid biex jirreloga s-sigurtà alimentari bin-natura kumplessa u globali tagħha.
3.2 Strateġija bħal din tista’ tikseb riżultati stabbli li jagħtu l-frott jekk din timxi id f’id mal-progress fil-proċessi demokratiċi u jekk jissaħħaħ l-istat tad-dritt fil-pajjiżi li huma suġġetti għall-insigurtà alimentari.
3.3 Il-KESE jaqbel mad-definizzjoni tad-dritt għall-ikel bħala “id-dritt li jkun hemm aċċess regolari, permanenti u liberu, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ xiri bi ħlas, għal ikel kwantitattivament u kwalitattivament adegwat u suffiċjenti skont it-tradizzjonijiet kulturali tal-poplu li l-konsumatur jagħmel parti minnu, u li tkun żgurata ħajja fiżika u mentali, individwali u kollettiva, sodisfaċenti u dinjituża ħielsa minn kwalunkew biża” (4). Id-definizzjoni hija strettament marbuta mal-kunċett tas-sigurtà alimentari li jinsab b’mod espliċitu fl-ewwel paragrafu tal-Pjan ta’ Azzjoni tas-Summit Dinji dwar l-Ikel u li ġie analizzat fil-punt preċedenti ta’ din l-opinjoni.
3.4 F’Novembru 2004, l-istati membri tal-FAO adottaw sett ta’ Linji Gwida Volontarji (5) dwar kif għandu jiġi interpretat dan id-dritt soċjali, ekonomiku u kulturali u li jirrakkomandaw passi prattiċi li jistgħu jittieħdu biex id-dritt għall-ikel isir realtà.
3.5 Fil-preżent hawn diversi pajjiżi fid-dinja li għandhom Kostituzzjoni li tagħmel referenza espliċita għad-dritt għall-ikel, iżda ftit huma dawk li adottaw liġijiet interni biex verament jipproteġu dan id-dritt; dawn jinkludu l-Afrika t’Isfel u l-Brażil li adottaw anki leġiżlazzjoni ordinarja li tirrikonoxxi li d-dritt għall-ikel u għall-ilma jista’ jikkostitwixxi bażi għal azjoni legali (jiġifieri jkun hemm każ il-qorti, eċċ.).
3.6 Fuq din it-tema, ir-Relatur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt għall-Ikel, waqt il-missjoni tiegħu fid-WTO, identifika erba’ linji gwida (6): ir-rwol tal-kummerċ għandu jiġi ddeterminat b’konnessjoni mad-drittijiet tal-bniedem u l-objettivi tal-iżvilupp; għandha tingħata wkoll importanza lill-qafas multilaterali għall-kummerċ; għandha tinkiseb bidla fil-perspettiva, fejn l-impatt tal-liberalizzazzjoni jitkejjel mhux iktar mill-lat tal-valuri aggregati (bħal pereżempju l-kejl tal-PGD), iżda mil-lat tal-ħtiġijiet tal-persuni li jgħixu f’sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà alimentari; fin-negozjati għandhom jiġu integrati b’mod stabbli l-impatti fuq is-saħħa, in-nutriment u l-ambjent. Għalhekk l-Istati għandhom iżommu lura milli jidħlu f’obbligi internazzjonali li jmorru kontra dawn l-objettivi primarji.
3.7 Għal dan il-għan, ċerti Stati bdew iniedu strateġiji speċifiċi u jagħtu lis-sigurtà alimentari l-istatut ta’ ġid komuni. Bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw, min-naħa tagħhom, talbu għal miżuri konkreti għall-ħarsien tas-sigurtà alimentari tagħhom billi introduċew il-kategorija tal-iżvilupp u s-sigurtà fl-ikel fil-Ftehima dwar l-Agrikoltura. Pajjiżi oħra, waqt in-negozjati, ipproponew il-ħolqien ta’ klawżola ta’ sigurtà alimentari li tagħraf il-ħtieġa partikulari tas-sigurtà alimentari. Permezz ta’ din il-klawżola, ikun possibbli li fl-aġenda għan-negozjati jiġu inklużi eżenzjonijiet eventwali li jippermettu lill-pajjiżi speċifiċi awtonomija ikbar biex iħarsu l-produzzjoni alimentari primarja tagħhom, li jikkunsidraw is-sigurtà alimentari bħala bażi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali.
3.8 Il-KESE jitlob lill-UE biex tfassal inizjattiva politika b’saħħitha mmirata lejn adeżjoni espliċita għall-prinċipji tad-dritt għall-ikel u l-inklużjoni tad-dritt għall-ikel fil-mandati futuri ta’ negozju, bħala kundizzjoni vinkolanti, hekk kif definit min-NU.
4. Il-Kummerċ u s-sigurtà alimentari
4.1 Interrelazzjonijiet u impatti
4.1.1 Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza ta’ swieq miftuħa rregolati għaż-żieda fl-effiċjenza tal-produttività agrikola dinjija.
4.1.2 Madankollu l-KESE jesprimi tħassib dwar iż-żieda fil-vulnerabbiltà tal-pajjiżi li qed jispeċjalizzaw u għalhekk qed isiru dejjem aktar dipendenti fuq swieq internazzjonali. Is-sigurtà alimentari tista’ tkun fil-periklu minħabba dipendenza eċċessiva fuq it-tendenzi tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet proprji u mill-prodotti tal-ikel li jiġu impurtati, li f’dawn l-aħħar snin saru partikolarment volatili.
4.1.3 Apparti minn hekk, jidher ukoll li l-ftuħ tas-swieq għandu effetti mhux newtrali f’termini ta’ distribuzzjoni, u jinvolvi spejjeż ta’ aġġustament li ħafna drabi ma jkunux sostenibbli għal ċerti setturi tal-popolazzjoni.
4.1.4 Il-KESE jenfasizza li l-ftuħ tas-swieq, permezz tal-esportazzjoni, jista’ joffri opportunitajiet importanti għall-iżvilupp rurali, jekk tittieħed azzjoni dwar il-poteri żbilanċati tas-suq tul il-katina tal-produzzjoni u n-nuqqasijiet infrastrutturali, teknoloġiċi jew istituzzjonali li jistgħu jibdlu minn pożittivi għal negattivi l-effetti fuq l-aċċess għall-ikel tas-swieq miftuħa.
4.1.5 Il-maġġoranza tan-nies f’kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà alimentari hija magħmula minn sidien ta’ artijiet żgħar jew ħaddiema rurali. Huma proprju dawn in-nies, b’mod partikulari, li, peress li ma jkollhomx aċċess għall-kreditu, għall-infrastrutturi, u għall-għarfien teknoloġiku u tas-suq, ma jkunux kapaċi jimmodifikaw il-prattiki ta’ produzzjoni tagħhom biex jieħdu l-opportunitajiet offruti mill-ftuħ tas-swieq.
4.1.6 Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fenomenu taż-żieda fil-konċentrazzjoni tal-kummerċ dinji tal-prodotti alimentari f’idejn ftit operaturi, b’mod partikulari fis-settur taċ-ċereali. Il-KESE josserva bi tħassib li dan il-fenomenu jiżviluppa tul is-settur agroindustrijali alimentari kollu, u jibda mis-settur strateġiku taż-żrieragħ.
4.1.7 Il-KESE jinnota li dawn it-tendenzi oligopolistiċi jistgħu jiġu aċċentwati mill-ftuħ progressiv tas-swieq jekk dan il-proċess ma jiġix ġestit kif xieraq u rregolat. Għalhekk jeħtieġ li tiġi ssalvagwardjata n-natura kompetittiva tas-swieq bir-regoli tal-kompetittività eżistenti.
4.1.8 Il-kummerċ u s-sigurtà alimentari huma, għalhekk, interrelatati f’ħafna modi u l-impatti jvarjaw ħafna. B’mod ġenerali, l-analiżi ekonometriċi juru li, fih innifsu, it-tkabbir ekonomiku li jirriżulta mill-proċess ta’ liberalizzazzjoni kummerċjali mhux se jkun biżżejjed biex jonqos sostanzjalment in-numru tal-persuni f’kundizzjoni ta’ faqar u insigurtà alimentari jekk dan mhux se jiġi akkumpanjat minn politiki u azzjonijiet oħra.
4.1.9 Għalhekk, strateġija globali dwar is-sigurtà tal-ikel tikkombina l-azzjonijiet u l-politiki li ġejjin: it-tnaqqis tal-faqar u ż-żieda fid-dħul; il-politiki ta’ għajnuna soċjali u protezzjoni; il-politiki agrikoli u tal-iżvilupp rurali; ir-riċerka u l-iżvilupp; il-kummerċ u l-iżvilupp reġjonali integrat; l-għajnuna alimentari; il-politiki demografiċi; il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
4.2 Negozjati kummerċjali: problemi u sfidi attwali
4.2.1 Jeħtieġ li tittieħed azzjoni immedjata fil-kuntest tan-negozjati tad-WTO (Doha Development Round), fejn il-ħtieġa għar-rilanċ tal-Aġenda ta’ Doha (DDA) huwa essenzjali sabiex jintwera impenn u biex dawn jiġu konklużi sal-2010, kif propost mill-G20.
4.2.2 Il-Kummissjoni tiddikjara li filwaqt li l-politika kummerċjali għandha rwol importanti fit-trattament tal-kriżi tal-ikel, din mhijiex il-fattur ewlieni. It-tibdil fil-klima, l-instabilità politika u n-nuqqas ta’ sigurtà, u l-kriżijiet tal-enerġija kollha għandhom rwol importanti f’dan il-kuntest, biex ma nsemmux it-theddidiet li dejjem jiżdiedu għall-provvista tal-ilma f’ħafna partijiet fid-dinja u ż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil. Madankollu, jekk tkun użata tajjeb, il-politika kummerċjali tista’ tnaqqas xi ftit il-problema, iżda tista’ tiggrava s-sitwazzjoni jekk tiġi użata ħażin. Barra minn hekk huwa importanti li ssir distinzjoni ċara bejn l-eżiġenza immedjata tal-assistenza alimentari u s-sigurtà alimentari fuq medda twila ta’ żmien.
4.2.3 Il-KESE jinnota li xi pajjiżi, meta ġew iffaċċati bil-kriżi alimentari u dik finanzjarja, li seħħew malajr waħda wara l-oħra, adottaw miżuri ta’ tip protezzjonistiku (fl-2008 iktar minn 60 ġew notifikati lid-WTO) li fuq medda twila ta’ żmien ma jgħinu xejn biex tinkiseb is-sigurtà alimentari, ma jiżgurawx il-flessibbiltà meħtieġa, jaħdmu kontra kull forma ta’ integrazzjoni reġjonali effettiva, b’mod speċjali fl-Afrika, u jaħdmu kontra l-approċċ ta’ sigurtà alimentari globali.
4.2.4 Kif inhu enfasizzat fir-Rapport tal-KESE (7) li tħejja għall-għaxar Seminar Reġjonali bejn l-AKP u l-UE, li sar f’Gaborone f’Ġunju 2009, il-kummerċ internazzjonali fil-prodotti agrikoli u alimentari jkopri biss 10-11 % (f’termini ta’ tunnellaġġ) tal-istokkijiet alimentari djinjija disponibbli.
4.2.5 Madankollu, il-politika kummerċjali tal-UE trid tiġi eżaminata kemm fuq medda qasira kif ukoll fuq medda twila ta’ żmien. Fil-perijodu qasir, importanti li nsemmu l-ewwel in-negozjati multilaterali DDA kollha tad-WTO li huma bblukkati, imbagħad is-sensiela ta’ negozjati kummerċjali bilaterali tal-UE kif previsti mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa Globali” ta’ Ottubru 2006, u fl-aħħar nett in-negozjati ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika li għaddejjin mal-pajjiżi tal-AKP. Fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, l-unika Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika li s’issa ġiet konkluża hija dik mal-Cariforum, ftehima li għandha implikazzjonijiet sinifikattivi għall-involviment tas-soċjetà ċivili fil-ġejjieni. Madankollu, anki l-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika interim, konklużi ma’ pajjiżi oħra tal-AKP, għandhom rwol importanti.
4.2.6 Fuq perijodu twil ta’ żmien, se tkun essenzjali reviżjoni strateġika. Hemm bżonn li s-sigurtà alimentari tingħata status speċjali. Jeħtieġ li jkun hemm rilanċ tad-dibattitu dwar liema tip ta’ bilanċ (b'mod partikulari bejn il-pajjiżi żviluppati u l-pajjiż li qed jiżviluppaw, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni għat-tibdil fil-klima, l-iskarsezza prevista tal-ilma u problemi oħra simili) għandu jiġi stabbilit għan-negozjati agrikoli futuri tad-WTO. Se jkun meħtieġ li jiġi definit it-tip ta’ assistenza teknika li għandu jiġi garantit minn issa ’l quddiem lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll li jiġi eżaminat jekk il-ftehima magħrufa bħala “impenn uniku”, li ta’ spiss hija ta’ ħsara għal dawn il-pajjiżi, għandhiex tkompli jew le. L-assistenza teknika għandha tkun indirizzata għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-pajjiżi jew reġjuni li jifformulaw u jinnegozjaw il-politika kummerċjali iktar milli sempliċiment tgħinhom biex jiffaċċjaw l-implimentazzjoni.
4.2.7 Fir-rigward tal-perijodu qasir ta’ żmien, huwa importanti li jiġi eżaminat liema strumenti kummerċjali f’sistema kummerċjali miftuħa u regolamentata huma l-aktar validi għall-kisba tal-objettivi tal-ġlieda kontra l-insigurtà alimentari fost il-pajjiżi l-iktar foqra, u għall-kisba tal-Għan ta’ Żvilupp tal-Millennju numru 1 (MDG 1), biex jonqos in-numru ta’ persuni malnutriti, u tiżdied il-produzzjoni alimentari globali sabiex tintlaħaq id-domanda prevista.
4.2.8 Il-FAO (l-Organizzazzjoni għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura) individwat 17-il pajjiż f’kundizzjoni ta’ insigurtà alimentari, li ddefiniet bħala “fi kriżi alimentari”, filwaqt li 17-il pajjiż ieħor qiegħed “f’periklu kbir”. Minn dawn l-34 pajjiż (8), 23 minnhom huma membri tad-WTO, 25 pajjiż huma l-anqas żviluppati, filwaqt li 25 huma pajjiżi tal-AKP. Uħud minn dawn il-pajjiżi ilhom membri tad-WTO għal żmien twil, iżda għandhom rwol limitat fin-negozjati tad-DDA. Oħrajn, bħal pereżempju l-Kenja u ż-Żimbabwe, kellhom jiffaċċjaw mumenti diffiċli. Il-Kenja huwa l-aktar pajjiż attiv fil-qasam tan-negozjati. In-Nikaragwa biss bħalissa qed jipparteċipa fin-negozjati bilaterali fil-qafas tal-programm “Ewropa Globali”, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi huma involuti f’negozjati ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika.
4.2.9 Bl-inklużjoni ta’ ċerti pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-G20, il-KESE jemmen li l-klassifikazzjoni tan-NU għandha tiġi riveduta sabiex issir distinzjoni ċara bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom dħul medju u dawk il-pajjiżi li huma ifqar jew huma inqas avvanzati.
4.2.10 Fir-rigward tan-negozjati agrikoli DDA (iċ-Ċiklu ta’ Doha għall-Iżvilupp):
|
— |
għall-partijiet kollha fin-negozjati għall-iskop ta’ sigurtà alimentari maġġuri, mhuwiex opportun li jkun hemm ritorn għall-pilastri tal-għajnuniet nazzjonali u l-għajnuniet għall-esportazzjoni, |
|
— |
lanqas mhu meħtieġ li tiġi modifikata radikalment il-pożizzjoni tal-UE fir-rigward tat-tielet pilastru, l-aċċess għas-swieq, fejn huma inklużi l-livelli tat-tnaqqis previst fit-tariffi u l-kwistjonijiet l-oħra li wasslu għall-imblukkar attwali tal-Aġenda ta’ Doha, għalkemm fl-aħħar xhur tal-2008 sar progress sinifikanti f’bosta oqsma, pereżempju dwar il-flessibbiltà ġdida għall-“pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma impurtaturi netti ta’ prodotti alimentari” (NFIDCs), ħaġa li l-Kumitat jilqa’ b’mod partikolarment favorevoli, |
|
— |
fil-fehma tal-Kumitat, l-UE jmissha tikkonsolida l-konċessjonijiet li diġà saru f’oqsma kruċjali bħalma huma l-mekkaniżmi speċjali ta’ salvagwardja (fejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jgħollu temporanjament it-tariffi fil-każ li jkun hemm żidiet ta’ malajr fl-importazzjonijiet u tnaqqis fil-prezzijiet), il-prodotti speċjali (li għalihom huwa permess tnaqqis fit-tariffi aktar moderat, b’mod partikulari għal raġunijiet ta’ sigurtà alimentari) jew il-kwoti ta’ rati tariffarji, iktar milli tipprova tfittex ftehim aktar vantaġġuż li jkun ta’ detriment għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dawn il-miżuri, madankollu, m’għandhomx jirrappreżentaw theddida għall-iżvilupp tal-kummerċ min-Nofsinhar għan-Nofsinhar, |
|
— |
il-Kumitat jixtieq iħeġġeġ lill-UE biex testendi l-inizjattiva Kollox ħlief armi (li diġà hija fiha nnifisha riżultat tajjeb) u l-konċessjonijiet previsti għad-49 pajjiż l-anqas żviluppat fir-rigward tad-dazji u l-kwoti tad-DDA anki għad-9 (9) pajjiżi l-oħra mniżżla fil-listi tal-FAO, (sakemm dawn ma jirriżultawx politikament inaċċettabbli), b’konformità mal-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika interim, bil-possibbiltà li jiġu inklużi pajjiżi oħra fil-każ li l-FAO żżidhom fil-lista tagħha. Dan huwa t-tip ta’ approċċ li se jippermetti lill-UE li tagħmel l-aktar kontribuzzjoni utli għas-sigrutà alimentari billi timplimenta l-istrumenti kummerċjali. |
4.2.11 Madankollu l-Kumitat jemmen li huwa permezz tan-negozjati tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika attwali li l-Kummissjoni tista’ tikkontribwixxi l-aħjar għas-sigurtà alimentari globali, b’mod speċjali bir-reviżjoni tal-Ftehima ta’ Cotonou prevista għall-2010.
4.2.12 L-UE, bir-raġun, tikkunsidra l-kummerċ bħala wieħed mis-sitt setturi prijoritarji tal-politika tagħha tal-iżvilupp. Permezz ta’ dawn in-negozjati, l-UE u l-pajjiżi tal-AKP beħsiebhom jikkonkludu seba’ ftehimiet kummerċjali ġodda fuq bażi reġjonali u kompatibbli mad-WTO, maħsuba biex progressivament jiġu eliminati l-ostakli għall-kummerċ u biex tiżdied il-kooperazzjoni fis-setturi kollha marbuta mal-kummerċ. Dan tal-aħħar, l-aktar, huwa maħsub bħala strument ta’ żvilupp. Ta’ min infakkru li fost l-għanijiet inizjali insibu l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, l-eliminazzjoni tal-faqar, l-integrazzjoni reġjonali u l-inklużjoni progressiva tal-pajjiżi tal-AKP fl-ekonomija dinjija. Dawn l-għanijiet għandhom jibqgħu fil-qofol tan-negozjati kollha li għaddejjin bħalissa.
4.2.13 Permezz ta’ dawn in-negozjati l-UE għandha tipprova tikseb:
|
— |
integrazzjoni reġjonali akbar: dan huwa għan importanti, l-aktar fl-Afrika, bħala għodda b’saħħitha għall-promozzjoni kemm tal-iżvilupp kif ukoll tas-sigurtà alimentari, u bħala element essenzjali fir-reviżjoni tal-Ftehima ta’ Cotonou, |
|
— |
is-sinerġiji bejn il-varji inizjattivi ta’ integrazzjoni reġjonali li jikkoinċidu waħda mal-oħra u fost il-varji ftehimiet interim ta’ sħubija ekonomika u l-ftehimiet globali; |
|
— |
negozjati li jkunu jistgħu jadattaw malajr għall-kapaċità u għall-potenzjalità tal-pajjiżi tal-AKP, bil-garanzija ta’ riżultati immedjati f’setturi bħalma hija s-semplifikazzjoni tar-regoli ta’ oriġini (li għandha tippromovi l-industriji agrikoli) u ċ-ċertezza legali biex ikun żgurat aċċess mingħajr dazji u kwoti għas-swieq tal-UE. Dawn in-negozjati m’għandhomx jiġu użati fl-istess ħin għall-introduzzjoni ta’ kwistjonijiet oħra mhux marbuta mal-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika, b’mod speċjali l-akkwist, jew biex tiżdied il-pressjoni sakemm dawn jiġu ttrattati. |
|
— |
l-għażla tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali bħala setturi prijoritarji min-naħa tal-akbar numru possibbli tal-pajjiżi tal-AKP (4 minn 78 pajjiż biss għażlu l-agrikoltura, u 15-il pajjiż biss għażlu l-iżvilupp rurali fil-kuntest tad-9 FEŻ – Fond Ewropew għall-Iżvilupp – li għalih l-UE offriet madwar EUR 522 miljun għall-integrazzjoni reġjonali u l-assistenza relatata mal-kummerċ), b’riżorsi addizjonali maħsuba, b’mod partikulari, għall-promozzjoni b’mod sinifikattiv tar-riċerka u l-iżvilupp fil-livell lokali fil-qasam agrikolu u alimentari. |
|
— |
żieda oħra fis-somma, diġà stabbilita mill-UE u approvata mill-KESE, ta’ aktar minn EUR 2 biljuni għall-għajnuna għall-kummerċ u għall-assistenza fi kwistjonijiet relatati mal-kummerċ sal-2010. Din iż-żieda hija meħtieġa sabiex jiġu ttratti l-effetti pprovokati mill-kriżi ekonomika dinjija. |
4.2.14 Il-KESE (10) tenna li l-iżvilupp ekonomiku tal-Afrika għandu “jiddependi l-ewwel u qabel kollox mit-tisħiħ tas-suq intern tagħha li kapaċi jġib miegħu tkabbir endoġeniku li jistabbilizza u jistabbilixxi l-kontinent fl-ekonomija dinjija. L-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp tas-suq intern huma l-ixpruni li ser jippermettu lill-Afrika li tipparteċipa fil-kummerċ dinji b’mod pożittiv”. Il-KESE jagħmel din is-sejħa mill-ġdid, b’mod partikulari sabiex tiġi garantita sigurtà alimentari akbar.
4.2.15 Huma l-industriji tal-ipproċessar li joħolqu prodotti b’valur miżjud għoli u dawn l-industriji għandhom jiġu mħeġġa jiżviluppaw u jikbru. Fis-settur agrikolu, b’mod partikulari, industrija lokali ta’ pproċessar tal-prodotti alimentari tista’ tiżviluppa biss fil-preżenza ta’ suq lokali kbir mhux ħażin, iżda l-kummerċ intra-Afrikan jibqa’ limitat immens, anqas minn 15 % tal-kummerċ globali Afrikan.
4.2.16 Il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika huma essenzjalment ftehimiet reġjonali jew bilaterali. Għalhekk huwa importanti li dawn ma jostakolawx il-multilateraliżmu, li jkunu meqjusa bħala appoġġ għal approċċ multilaterali, u li jkunu kompatibbli mal-multilateraliżmu nnifsu, u li fil-fatt ikunu mod biex dan jissaħħaħ (11). Il-Kumitat huwa tal-fehma li riżultati eventwali fil-livell reġjonali u bilaterali jistgħu jistimulaw il-proċess multilaterali fir-rigward ta’ approċċi li jippermettu dibattiti aktar fil-fond u alinjament akbar tal-pożizzjonijiet. Huwa importanti li l-poter ta’ negozju tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma aktar foqra u tal-pajjiżi l-anqas żviluppati ma jiddgħajjef fl-ebda livell tan-negozjati.
4.2.17 L-UE għandha tfittex ukoll li tagħti kontribut ikbar lis-sigurtà alimentari globali permezz ta’ mekkaniżmi oħra relatati mal-kummerċ, bħal pereżempju:
|
— |
sforzi aktar importanti u ffukati għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-pajjiżi li qegħdin f’sitwazzjoni ta’ insigurtà alimentari, b’mod speċjali sistema effikaċi ta’ għajnuna għall-kummerċ bħala parti integrali tan-negozjati multilaterali, l-aktar permezz tal-promozzjoni tar-R & Ż lokali, it-tisħiħ tat-trasferimenti ta’ teknoloġiji u l-introduzzjoni ta’ standards ta’ produzzjoni aħjar, kif ukoll użu akbar tal-assistenza teknika fil-qasam kummerċjali hekk kif diġà hu previst anki fin-negozjati tal-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika, |
|
— |
l-iffaċilitar tal-kummerċ: il-konklużjoni u l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe ftehima preliminari għall-kisba tal-prinċipju tal-impenn uniku fl-ambitu tal-Aġenda ta’ Doha; |
|
— |
l-appoġġ fil-qasam tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS): kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti, pereżempju l-użu eċċessiv ta’ antibijotiċi, l-influwenza tal-ħnieżer jew il-marda tal-ilsien u tad-dwiefer, |
|
— |
inizjattivi bħal dik tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi Plus, fejn il-benefiċjarji tagħha jridu jaderixxu għal regoli internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, id-drittijiet tax-xogħol u standards ambjentali, u l-kummerċ etiku (li jħeġġeġ il-prinċipji ta’ “kummerċ ġust u solidali” li jikkunsidraw il-kwistjoni tat-traċċabilità, filwaqt li jestendu dan il-kunċett sabiex jiġi inkluż ukoll il-bejgħ bi rkant), |
|
— |
L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ kapaċità ikbar ta’ trasformazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikulari permezz tad-distakk ta’ atturi prinċipali tal-industrija Ewropea, esperjenza diġà pprattikata tal-Kummissjoni flimkien mal-UNCTAD, |
|
— |
ir-riċerka ta’ miżuri possibbli ta’ salvagwardja kontra l-effetti negattivi li jista’ jkollha l-ispekulazzjoni, li saret xi mkien ieħor, dwar il-materji primi fuq il-manifattura u l-produzzjoni (kakaw, kafé, eċċ.). |
4.2.18 Minkejja l-fatt li l-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika ġew stipulati parzjalment sabiex tiġi ttrattata t-tneħħija tal-preferenzi, għad fadal kwistjonijiet ta’ importanza li jaffettwaw aktar direttament l-iskambji kummerċjali min-Nofsinhar għan-Nofsinhar. Għadd ta’ pajjiżi tal-Amerika Latina jixtiequ liberalizzazzjoni aktar ta’ malajr u aktar kompluta tal-prodotti tropikali, inklużi l-banana u z-zokkor – kawża ta’ litigazzjonijiet kummerċjali li ilhom għaddejjin żmien twil – u dan imur kontra l-interessi ta’ partijiet oħra, prinċipalment tal-pajjżi tal-AKP. Dak li qiegħed fil-periklu huwa l-possibbiltà, għal ċerti pajjiżi li huma esportaturi netti ta’ prodotti alimentari, li jikkompetu ma’ pajjiżi oħra fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel, inkluż iz-zokkor, u dan jikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika ta’ dawn il-kulturi fil-pajjiżi li x’aktarx għandhom bżonnha l-aktar. Din il-problema wkoll hija fil-qofol tal-fenomenu tal-insigurtà alimentari.
4.2.19 Għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-impatt tat-telf tad-dħul fiskali għall-dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li kellhom inaqqsu d-dazji doganali, b’riperkussjonijiet fuq il-politiki soċjali tagħhom.
4.2.20 Madankollu, l-UE għandha tippromovi l-kummerċ min-Nofsinhar għan-Nofsinhar inġenerali, l-ewwel nett minħabba l-fatt li dan huwa fattur importanti ta’ tkabbir u t-tieni nett għaliex dan jippermetti li tiġi ttrattata fil-fond it-theddida tal-insigurtà alimentari li qed tiżdied.
4.3 Ir-riformi tal-governanza globali
4.3.1 Il-KESE jenfasizza l-ewwel nett li sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà alimentari tirrikjedi t-twettiq ta’ strateġija globali ta’ żvilupp soċjoekonomiku li tinvolvi żewġ tipi ta’ konverġenza: dik bejn il-politiki varji (soċjali, ekonomiċi u reġjonali), u dik bejn il-varji istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali. Din l-azzjoni speċifika ta’ governanza tirrikjedi l-involviment u l-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata.
4.3.2 F’dak li jirrigwarda, b’mod partikulari, il-ħidma tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet attwalment responsabbli għall-governanza globali tas-sigurtà alimentari, il-KESE ma jara l-ebda ħtieġa għall-ħolqien ta’ korpi ġodda, anzi hemm bżonn ta’ riorganizzazzjoni u riforma profonda tal-korpi eżistenti, skont il-kriterju doppju tar-rwoli speċjalizzati għal kull korp (jiġifieri li jigu evitati r-ripetizzjonijiet u l-ħela tar-riżorsi umani u finanzjarji) u tal-uniċità tal-governanza globali, b’mod partikulari b’referenza għas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO, UFAD u WFP), li għandha taġixxi bħala mexxej fil-qasam tas-sigurtà alimentari. Il-Kumitat għas-Sigurtà Alimentari (CSA) li ġie rriformat u mniedi mill-ġdid, jista’ jkun strument għall-koordinament tal-politiki għas-sigurtà alimentari u tal-livelli differenti fejn dawn jiżviluppaw.
4.3.3 Barra minn hekk, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa vitali li jkun żgurat li d-WB u istituzzjonijiet oħra rilevanti jerġgħu jassumu approċċ koordinat anki fl-inizjattivi tagħhom dwar is-sigurtà alimentari, u huwa essenzjali li l-UE tindirizza lil dawn l-istituzzjonijiet b’vuċi waħda.
4.3.4 Il-KESE jenfasizza wkoll li f’dak li jirrigwarda l-flussi tal-għajnuniet alimentari diretti mit-Tramuntana għan-Nofsinhar tad-dinja għandu jitqies li l-għajnuniet alimentari fuq skala kbira jistgħu jaffettwaw ħażin is-swieq lokali, u jipperikolaw is-sikurezza alimentari ta’ dawn l-istess produtturi agrikoli. Għalhekk il-KESE jappoġġja d-WFP fid-deċiżjoni tiegħu biex jinbidel l-approċċ tal-inizjattivi tiegħu.
5. Il-perċezzjoni u r-rwol tas-soċjetà ċivili
Il-perċezzjoni tas-soċjetà ċivili Ewropea
5.1 B’referenza partikulari għall-kwistjoni kruċjali tal-ikel, il-KESE jinnota s-sitwazzjonijiet fundamentali li ġejjin:
|
a) |
Parti kbira mit-tħassib fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies għandha x’taqsam mal-alimentazzjoni (l-ikel bħala nutriment); |
|
b) |
parti importanti mill-aspirazzjoni tan-nies għal ħajja tajba u pjaċevoli tirrigwarda l-alimentazzjoni (l-ikel bħala kultura u stil ta’ ħajja); |
|
c) |
għal parti rilevanti ħafna tal-umanità, anki issa fil-bidu tat-tielet millennju, l-alimentazzjoni hija konkwista inċerta ta’ kuljum (l-ikel bħala ħajja). |
5.2 Għalhekk il-KESE, bħala espressjoni tas-soċjetà ċivili Ewropea organizzata, minn naħa jenfasizza li l-kwistjoni attwali tal-ikel (sanità, kwalità u disponibbiltà tal-ikel) saret element importanti fir-relazzjonijiet bejn l-individwi u l-gruppi soċjali u fiċ-ċrieki informattivi tax-xandir; min-naħa l-oħra huwa tal-fehma li l-poter ta’ intervenzjoni tas-soċjetà ċivili fid-dinamiki kollha tal-alimentazzjoni huwa wieħed mid-drittijiet taċ-ċittadinanza; barra minn hekk huwa jqiegħed is-sigurtà alimentari globali fl-ambitu tad-drittijiet: għalhekk l-aċċess għall-ikel għandu jiġi meqjus bħala wieħed mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
5.3 Il-KESE jqis ukoll li l-ewwel nett fil-kuntest tal-kriżi alimentari imbagħad fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, fl-elementi diversi tas-soċjetà ċivili fil-livell dinji u Ewropew, seħħew reazzjonijiet differenti u anki opposti li jikkonfermaw l-involviment importanti tiegħu fid-dinamiki tal-alimentazzjoni, flimkien ma’ diżjorjentazzjoni: mill-irvellijiet tal-ġuħ (mill-inqas 22 fl-2008, fejn mietu xi nies), għall-attenzjoni, anki minn xi konsumaturi Ewropej, għal prodotti finanzjarji speċifiċi spekulattivi marbuta mal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli, għat-tixrid ta’ tħassib fost il-produtturi agrikoli fl-Ewropa u fid-dinja u, inġenerali, għat-tħassib li qed jiżdied taċ-ċittadini kollha quddiem il-kwistjonijiet tas-sigurtà alimentari, is-saħħa pubblika u l-ġestjoni tal-ilma.
Ir-rwol tas-soċjetà ċivili
5.4 Fil-kuntest tal-kisba ta’ bilanċ ġust bejn is-sigurtà alimentari u l-kummerċ regolat, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għat-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili u l-ħtieġa ta’ djalogu aktar strutturat bejn is-soċjetà ċivili u l-livelli varji ta’ teħid ta’ deċiżjoni; b’mod partikulari il-KESE jenfasizza r-rwol konsultattiv tal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u l-importanza tar-rwol tal-forom varji tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni.
5.5 Għalhekk il-KESE jikkunsidra bħala strateġiku l-involviment tal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa fit-tħejjija tal-politiki nazzjonali ta’ żvilupp u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjoni u fl-evalwazzjonijiet tal-impatt relatati man-negozjati kummerċjali u l-applikazzjoni tagħhom.
5.6 Għal dan il-għan jeħtieġ li jiġu ffinalizzati għajnuniet speċifiċi għat-taħriġ professjonali tal-bdiewa, u b’mod partikulari għan-nisa, għar-rwol strateġiku tagħhom fiż-żoni rurali, sabiex il-bdiewa rġiel u nisa jkunu jistgħu jaffermaw lilhom infushom bħala protagonisti attivi fil-proċessi politiċi u fl-iżvilupp teknoloġiku.
5.7 Il-KESE jenfasizza wkoll l-importanza tal-ekonomija soċjali u tal-intrapriżi tagħha u tal-organizzazzjonijiet fil-pajjiżi tal-AKP, mhux l-inqas fir-reazzjoni għall-effetti varji tal-kriżi tal-ikel u dik finanzjarja, b’attenzjoni partikulari għal dawk li jaħdmu fl-ekonomija informali u fiż-żoni rurali (12).
5.8 Fl-aħħar nett il-KESE jtenni r-rwol attiv speċifiku tiegħu. L-esperjenza tiegħu, fil-fatt, tippermettilu jindividwa msieħba potenzjali f’pajjiżi terzi, fis-setturi kollha tas-soċjetà ċivili (produtturi, ħaddiema u konsumaturi) bil-għan li jissaħħaħ ir-rwol ta’ dawn l-imsieħba f’pajjiżhom, li tant huwa importanti biex jiġu ttrattati l-problemi fil-livell lokali. Fl-istess ħin, l-UE ikollha fil-KESE “barometru” biex tikkontrolla jekk l-inizjattivi tagħha fil-pajjiżi individwali humiex effettivi u biex jittejjeb il-mod kif dawn jitħaddmu. Il-kumitat konsultattiv tas-soċjetà ċivili CARIFORUM-KE huwa eżempju tajjeb f’dan is-sens.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ara:. FAO, The State of Food Insecurity in the World, rapporti tal-2008 u l-2009 (Il-qagħda tal-insigurtà alimentari fid-dinja).
(2) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar ir-Rapport tal-Grupp de Larosière, ĠU C 318, 23.12.2009, p. 57.
(3) Ara: FAO, IIED and IFAD, Land grab or development opportunity?, 2009.
(4) In-NU, The Right to Food: Commission on Human Right Resolution 2001/25 u r-Rapport mir-Relatur speċjali dwar id-Dritt għall-Ikel, is-Sur Jean Ziegler, paragrafu 14, 7 ta’ Frar 2001.
(5) Il-Kunsill tal-FAO, “Voluntary Guidelines to support the progressive realization of the right to adeguate food in the context of national food security”; Novembru 2004
(6) Rapport tar-relatur speciali s-Sur Oliver De Schutter, Mission to the World Trade Organization, 9 ta’ Marzu 2009.
(7) DI CESE 34/2009 “Ensuring sustainable food security in ACP countries”.
(8) Il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Komoros, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Cote d’Ivoire, id-Djibouti, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Gambja, il-Ginea, il-Ginea Bissaw, Ħaiti, il-Kenja, il-Lesoto, il-Liberja, il-Madagaskar, il-Mongolja, il-Możambik, in-Nikaragwa, in-Niġer, il-Palestina, ir-Rwanda, is-Senegal, Sjerra Leone, Solomon, is-Somalja, is-Sważiland, it-Tanzanija, it-Taġikistan, Timor Leste, il-Jemen, iż-Żambja u ż-Żimbabwe.
(9) Il-Kamerun, il-Cote D’Ivoire, il-Kenja, il-Mongolja, in-Nikaragwa, il-Palestina, is-Sważiland, it-Taġikistan, iż-Żimbabwe.
(10) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 148–156.
(11) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 82–89.
(12) ILO, “Declaration and Plan of action for the promotion of social economy enterprises and organizations in Africa.” Johannesburg 19-21 ta’ Ottobru 2009.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/10 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-kriżi finanzjarja u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija reali”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2010/C 255/02)
Relatur: Is-Sur CEDRONE
Nhar is-26 ta’ Frar 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:
Il-kriżi finanzjarja u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija reali
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar il-13 ta’ Novembru 2009.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’122 vot favur, 75 vot kontra u 33 astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jidhirlu li quddiem kriżi kbira bħal dik attwali, huwa meħtieġ koordinament qawwi f’dak li huma interventi, permezz ta’ impenn komuni li jkun adegwat għall-kobor tas-sitwazzjoni. Dan sabiex ikunu stabbiliti l-azzjonijiet, il-proposti fuq medda qasira ta’ żmien kif ukoll fit-tul, li jkunu kapaċi jiffavorixxu r-rilanċ u jevitaw li jirrepetu ruħhom avvenimenti li kienu fil-qofol tad-diżastru attwali.
1.2 Il-finanzi internazzjonali : Skont l-opinjonijiet li l-KESE diġà esprima ruħu dwarhom, jeħtieġ li niftakru li madankollu huwa neċessarju li tkun approvata fi żmien qasir sistema ta’ regoli li jippermettu ċ-ċirkolazzjoni libera tal-kapital, filwaqt li tintroduċi sistema parallela ta’ sorveljanza u sanzjonijiet li tkun kapaċi timpedixxi milli jerġgħu jseħħu l-effetti negattivi ta’ sistema mingħajr kontrolli. Regoli li jkunu kapaċi jintroduċu mill-ġdid suq aktar integru u trasparenti. Kundizzjoni mgħejjuna wkoll mit-tneħħija tar-rifuġji fiskali, is-sigriet bankarju, u xi wħud mill-mekkaniżmi perversi tal-passat marbuta mal-ishma spekulattivi. Jeħtieġ li nerġgħu nibdew niddistingwu bejn il-banek kummerċjali u l-banek tal-investimenti.
1.3 Il-finanzi Ewropej : Huwa meħtieġ li jkun implimentat is-suq uniku tal-finanzi Ewropew, sabiex tkun garantita mhux biss aktar trasparenza, sigurtà fit-tibdil tal-informazzjoni adegwata għall-operaturi kollha, kif ukoll sistema ta’ sorveljanza li tkun fdata f’idejn il-BĊE u s-sistema tal-banek ċentrali (SEBĊ – BĊE) sabiex titwettaq il-ħidma ta’ implimentazzjoni u koordinament internazzjonali tas-sorveljanza. Filwaqt li l-ġestjoni ta’ kuljum, il-kontroll u l-monitoraġġ tas-swieq finanzjarji tal-pajjiżi individwali, jistgħu jkunu fdati f’idejn l-awtoritajiet sorveljanti nazzjonali (1).
1.4 Is-sistema monetarja : Il-KESE huwa tal-fehma li huwa opportun u neċessarju li tiġi studjata aktar bir-reqqa l-kwistjoni tas-sistema monetarja internazzjonali sabiex jiġu stabilizzati s-swieq tal-muniti u tiġi evitata kompetizzjoni mhux xierqa fi ħdan id-WTO fil-kummerċ internazzjonali.
1.5 Is-sostenn tal-ekonomija reali u l-intrapriżi : il-governanza ekonomika
|
— |
huwa meħtieġ it-tieni pjan Ewropew ta’ sostenn aktar qawwi f’dak li jirrigwarda r-riżorsi u l-implimentazzjoni tal-interventi fid-diversi setturi ekonomiċi tad-diversi pajjiżi, kemm permezz ta’ riformi strutturali, jew tal-anqas b’mod subordinat, bi pjan maħsub tajjeb sabiex jagħti sinjal pożittiv lill-intrapriżi u ċ-ċittadini Ewropej dwar il-valur miżjud u l-kwalità tal-integrazzjoni Ewropea. |
|
— |
ikunu riformati b’mod radikali d-diversi politiki li tagħhom hija responsabbli l-UE (il-fondi strutturali, il-koeżjoni, il-PAK, l-ambjent, il-formazzjoni, ir-riċerka, l-istrateġija ta’ Lisbona, eċċ. billi jkunu semplifikati l-proċeduri u r-regoli; |
|
— |
il-finanzjament tas-sistema ta’ netwerks Ewropej (tal-enerġija, tat-trasport, tal-komunikazzjoni) billi jkun varat “self” Komunitarju u jiġi appoġġjat l-iżvilupp tas-Sħubijiet Pubbliċi-Privati (PPP); |
|
— |
il-ftehim ta’ linja komuni ta’ intervent għall-banek Ewropej sabiex jistimulaw mill-ġdid l-approċċ normali lejn il-kreditu għall-intrapriżi, b’arranġamenti speċjali għall-intrapriżi żgħar u medji, pereżempju permezz ta’ estenzjoni tad-dejn, billi jkun stabbilit fond ta’ garanzija u permezz ta’ finanzjamenti diretti min-naħa tal-Istat u tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI); |
|
— |
li l-impjegati tal-intrapriżi żgħar u medji jkollhom aċċess, fejn dan ma jsirx diġà, għal miżuri ta’ ħarsien soċjali, bħala sostenn tax-xogħol (“social shock absorbers”); |
|
— |
ikunu kkoordinati l-interventi tal-politika fiskali intiżi sabiex tkun stimulata d-domanda, ir-rilanċ u x-xogħol, flimkien mal-istimuli ta’ natura makroekonomika u monetarja; |
|
— |
li s-suq tax-xogħol, li llum huwa wisq frammentarju, isir aktar “Ewropew”, jiġifieri jkun aktar integrat permezz ta’ linji ta’ komunikazzjoni, billi jkunu eliminati l-ostakoli li għad fadal kemm fil-pajjiżi kif ukoll bejn il-pajjiżi. Jinħtieġ suq tax-xogħol inklużiv b’mod li jkun jista’ jilqa’ lura mhux biss dawk li tilfu x-xogħol fuq medda qasira jew twila ta’ żmien, iżda dawk li qatt ma kellhom xogħol (madwar 100 miljun Ewropew). Ovvjament, dan għandu jsir fir-rispettt tal-istandards soċjali u ekonomiċi tal-ħaddiema fil-pajjiżi konċernati; |
|
— |
li jittieħdu passi biex jinġibed l-investiment fl-industrija, inkluż l-investiment intern, billi jiġi żgurat li l-Ewropa toffri vantaġġi kompetittivi meta mqabbla ma’ reġjuni oħra fid-dinja fir-rigward tal-liġi tal-kompetizzjoni, l-istandards u l-ftehimiet favur l-impjieg, il-produttività tax-xogħol u s-sistemi fiskali. L-iskala tal-qgħad hija indikazzjoni ta’ kemm il-kapaċità tal-UE f’termini ta’ riżorsi umani hija injorata mill-intraprendituri u l-kummerċ internazzjonali. |
1.6 Ngħinu liċ-ċittadini Ewropej : il-koeżjoni u l-governanza soċjali:
|
— |
isir ftehim bejn il-partijiet kollha interessati, “Patt Ewropew dwar it-tkabbir, il-kompettività u x-xogħol”, li jpoġġi il-persuna, il-koeżjoni u s-solidarjetà fiċ-ċentru tas-sistema ekonomika filwaqt li tevita li jerġa’ jaqa’ l-piż tal-kriżi fuq iċ-ċittadini u l-ħaddiema; |
|
— |
ikun hemm forom ta’ parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-tmexxija tal-intrapriżi sabiex tinħoloq u/jew tkun estiża d-demokrazija ekonomika. Aktar minn hekk, jeħtieġ li jkun imtejjeb u estiż id-djalogu soċjali; |
|
— |
ikun appoġġjat it-tibdil tal-politika tal-konsum, minn dawk tal-privat għal dawk kollettivi, pereżempju in-netwerks il-kbar, permezz ta’ investimenti li jtejbu l-kwalità u d-disponibilità tas-servizzi; |
|
— |
jiżdied il-fond għall-globalizzazzjoni; ikun hemm programm għaż-żgħażagħ (flimkien mal-universitajiet) li jixtiequ jagħmlu intrapriża u għal dawk il-ħaddiema liċenzjati li jixtiequ jikkunsidraw impjieg għal rashom permezz tal-intrapriżi soċjali u ekonomiċi bħala alternattiva; |
|
— |
ikunu miftehma miżuri sabiex tonqos it-taxxa fuq ix-xogħol; |
|
— |
il-programm Erasmus ikun estiż għal dawk l-istudenti kollha li jkunu jridu jipparteċipaw; |
|
— |
ikunu SEMPLIFIKATI kemm jista’ jkun il-proċeduri kollha Komunitarji; |
|
— |
jiġi estiż il-Patt għall-kummerċ u għall-intraprendituri nazzjonali u internazzjonali, biex jillokalizzaw l-investiment fl-Istati Membri minflok f’pajjiżi oħra u b’hekk jibdew joħolqu impjiegi għar-riżorsi umani addizzjonali fl-UE. |
Nibnu politika Ewropea minn isfel : governanza politika (fil-ġejjieni)
1.7.1 Jeħtieġ li fil-ġejjieni jkun evitat li ċ-ċittadini jkomplu jħallsu l-prezz ta’ Ewropa li mhijiex (“non-Europe”), bħalma huma l-limiti tal-intervent Komunitarju favur il-kriżi li qed juru biċ-ċar ir-restrizzjonijiet li mhux ġejjin minħabba l-eċċessi tal-Ewropa, iżda bil-kontra, minħabba n-nuqqas tagħhom. It-Trattat ta’ Lisbona jirrappreżenta pass kbir ’il quddiem f’din id-direzzjoni. Il-KESE lest jieħu sehem fid-dispożizzjonijiet istituzzjonali l-ġodda u jagħti parir lill-Kummissjoni l-ġdida u lill-Parlament il-ġdid rigward il-kompetenzi l-ġodda mogħtija mit-Trattat.
1.7.2 L-UE trid tpoġġi l-mistoqsija tad-defiċit demokratiku u tad-demokrazija tal-istituzzjonijiet tagħha fiċ-ċentru tar-riflessjoni tagħha, permezz ta’ forom ġodda ta’ parteċipazzjoni diretta taċ-ċittadini tagħha u tas-soċjetà ċivili li ma tistax tibqa’ inerta quddiem il-qawmien mill-ġdid ta’ inġustizzji u ta’ poteri ġodda.
1.7.3 Dan kollu jagħmilha meħtieġa li tingħata rappreżentanza esterna effettiva lill-UE; il-ħolqien ta’ spazju politiku Ewropew, li jkollu l-mekkaniżmi sabiex jibbilanċja mill-ġdid l-ekwilibri l-ġodda li qed jiffurmaw fil-livell ekonomiku u politiku internazzjonali proprju wara l-kriżi, u li joħolqu r-riskju li jdgħajfu d-drittijiet taċ-ċittadini filwaqt li jagħmluhom ifqar. Mill-ġdid, il-KESE ser jappoġġja l-azzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u ser ikompli jagħti parir dwar is-soċjetà ċivili fix-xena internazzjonali.
2. Introduzzjoni
2.1 Il-KESE ħass li jkun opportun jabbozza din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja, sabiex jagħti viżjoni ħolistika tal-kriżi kif ukoll sabiex jagħmel proposti lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti tal-ekonomija reali u tas-soċjetà ċivili organizzata. B’mod partikulari fir-rigward tal-ħolqien mill-ġdid tad-dħul finanzjarju għall-intrapriżi, it-tkabbir u l-impjiegi.
2.2 Għal diversi snin sibna ruħna taħt l-effett ta’ ewforija ġenerali (Samuelson), ikkawżata mill-informazzjoni mhux preċiża li kienet tippromovi l-parir tal-esperti li kienu jiggarantixxu “l-validità” ta’ dak kollu li kien għaddej, is-superjorità tal-mudell attwali, filwaqt li jsostnu li s-suq xi darba jew oħra kien ser jelimina “l-eċċessi”.
2.3 Il-KESE huwa konvint li minkejja kollox, l-impenn tal-intrapriżi u l-ħaddiema, konxji mir-responsabilità ekonomika u soċjali tagħhom ser jagħti żvolta pożittiva għall-kriżi jekk ikunu sostnuti b’mod ġust mill-poter tal-pubbliku nazzjonali u Ewropew.
3. Fejn ninsabu? Il-kriżi finanzjarja internazzjonali
L-oriġini : L-oriġini tal-kriżi hija magħrufa biżżejjed u wieħed m’għandux għalfejn joqgħod jerga' jeżaminha. Madankollu, il-KESE jidhirlu li tajjeb wieħed jiftakar tal-anqas żewġ kawzi li jagħmlu parti mill-premessa: l-evoluzzjoni tal-finanzi internazzjonali, sostnuta mill-kultura ekonomika ultra liberali li spiċċat issostni lilha nnifisha aktar mill-ekonomija reali, b’mod li ħolqot inflazzjoni finanzjarja mill-akbar. Dan kollu bi ftit regoli, li ma kienux bizzejjed u wisq lanqas segwiti: it-tieni kawża tal-kriżi. Ir-regoli li kien hemm ma ħadmux u ma kienux applikati mill-korpi regolatorji u mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni, liema mġiba wasslet għal swieq anqas trasparenti (2).
3.1.1 Issa huwa evidenti li fil-qalba tal-“bużżieqa” finanzjarja, il-banek – konxjament jew le – wettqu attivitajiet ta’ riskju kbir b’dispożizzjonijiet jew prekawzjonijiet mhux kompletament adatti. Il-banek kummerċjali, bil-għan li jiġbdu massa kbira ta’ nies, sellfu l-flus b’mod imprudenti permezz ta’ ipoteki u karti ta’ kreditu. Fil-każ tal-banek tal-investimenti, dan is-self ta’ flus u self ieħor bħal pereżempju l-finanzjament LBO (Leverage Buy Out) ġew integrati u integrati mill-ġdid f’derivattivi kumplessi u negozjati mingħajr diliġenza jew riservi adegwati. Huwa evidenti li kien hemm inċentivi mhux adatti għal dawk l-amministraturi u l-persunal li l-attivitajiet tagħhom influwenzaw il-profil tar-riskju tal-bank u li, b’riżultat ta’ dawn l-inċentivi, l-premji personali ingħataw preċedenza fuq l-interessi tal-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati fis-sistemi bankarji u taċ-ċittadini li inkonxjament akkwistaw l-ishma. Kundizzjoni li, fl-aħħar mill-aħħar, ma tiġġustifikax l-użu ħażin u l-abbuż li assistejna għalih. Imġiba li għamlet ħsara u tefgħet dell ikrah fuq is-sistema finanzjarja.
3.2 Il-kawżi : Deġenerazzjoni li saret possibbli min-nuqqas tal-politika fuq livell dinji, min-nuqqasijiet min-naħa tal-gvernijiet, mhux biss fir-rigward tal-finanzi, iżda wkoll minħabba l-politiki makroekonomiċi u monetarji. Pereżempju, fuq livell dinji, il-kompjaċenza fil-politika tal-bilanċ Amerikan. Bl-UE mingħajr strumenti bizzejjed sabiex taġixxi, u b’mudell soċjoekonomiku attakkat min-naħat kollha, daqslikieku kien il-kawża ta’ dan is-saram kollu. Bil-korpi internazzjonali mingħajr saħħa sabiex jintervjenu. Perijodu li dam ħafna. Ħafna drabi, il-poter politiku inħeba wara l-globalizzazzjoni, billi tefa’ r-responsabilità ta’ dak kollu li kien għaddej fuqha, u b’dan il-mod assuma r-responsabilità tal-kawżi li ħolqu din il-kriżi (1).
Il-konsegwenzi : L-effetti kienu diżastruzi, iżda wieħed ma jridx iċedi għall-pessimiżmu. Hija ħasra li parti mill-ekonomija finanzjarja kienet sostnuta mill-ewforija u mir-regħba, mill-ispekulazzjoni, u minn irresponsabilità ġenerali. Il-konċentrazzjoni qawwija bankarja (sal-punt li ħolqot il-konvinzjoni li “l-banek huma kbar wisq sabiex jitħallew ifallu”) u l-falliment fil-ġestjoni tar-riskju, ma setgħetx ħlief toħloq il-konsegwenzi attwali permezz ta’ effett domino mingħajr xkiel ta’ xejn. B’dan il-mod, il-kriżi minn waħda finanzjarja, kif kienet fil-bidu, inbidlet fi kriżi makroekonomika u ttrasferiet ruħha fl-ekonomija reali. Għalhekk, illum ninsabu quddiem kriżi finanzjarja, li nfirxet fis-setturi produttivi li wasslet għal kriżi ekonomika, monetarja, kummerċjali u soċjali u konsegwentement fi kriżi ta’ fiduċja.
3.3.1 Wieħed għandu jikkunsidra wkoll li dawn l-aħħar tletin sena raw żvilupp u tkabbir ekonomiku fuq livell dinji li qatt ma kien hawn bħalu qabel, b’mod partikulari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Tkabbir li kien possibbli wkoll mill-iżvilupp tas-swieq finanzjarji, u li minnhom ħafna ħadu vantaġġ, filwaqt li illudew ruħhom li dan l-effett seta’ jibqa’ għaddej maż-żmien mingħajr diffikultajiet.
3.3.2 Bla dubju, kif diġà wera l-G-20 ġewwa Pittsburgh, il-kriżi ser ikollha konsegwenzi fuq l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-poter fuq livell globali u nazzjonali. Wara li tintemm il-kriżi, ser ikun hemm “ġeografija” ġdida ekonomika u politika. Il-kriżi finanzjarja inizjali b’hekk saret kriżi makroekonomika li nfirxet fl-ekonomija reali u rriżultat fi tnaqqis tal-PDG u żieda drammatika fil-qgħad. F’dan ir-rigward, il-KESE qed jagħmel il-mistoqsija dwar il-pożizzjoni tal-UE kif ukoll ir-rwol li għandu jkollha fil-futur.
4. X’irid isir? L-istrumenti sabiex nintervjenu u niġġieldu l-kriżi
4.1 L-aġġustament tas-sistema finanzjarja
Il-KESE iħoss li r-riżultati tal-G-20 ta’ Londra u tal-G-8 tal-Aquila huma sodisfaċenti, minħabba li marru lil hinn mit-tbassir pessimist ta’ qabel il-laqgħa, u wrew li l-ekonomija u l-finanzi dinjija għandhom jimxu flimkien jew inkella ma jimxux. Għadda ż-żmien tal-prinċipju “tal-governanza dinjija”, u dan jagħti mill-ġdid l-ispazju meħtieġ lill-politika. Wieħed jispera li l-gvernijiet Ewropej ukoll jieħdu t-tagħlimiet li hemm bżonn (ara l-punt 4.4). Jeħtieġ iżda, li r-riżultati jkunu applikati b’mod qawwi u effettiv, u li jinkludu t-tibdiliet ta’ Basilea 2, permezz ta’ Basilea 3, ir-riorganizzazzjoni u r-riforma tal-korpi internazzjonali.
4.1.1.1 Dażgur, kien ikun aktar mixtieq li kieku fis-summit sussegwenti tal-G-20 ġewwa Pittsburgh rajna l-fatti minflok l-intenzjonijiet tajba. Fil-fatt il-problemi reali ma ġewx iffaċċjati: ir-regoli u r-riformi tas-sistema finanzjarja (1), l-iżbilanċ kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, l-istruttura tal-kumpanija pubblika ta’ lijabbiltà limitata, iż-żieda ta’ nies qegħda eċċ. Minħabba f’hekk jibqa’ r-riskju, jekk ma jkunx hemm intervent, “Xi wħud li għandhom interess finanzjarju, jikkunsidraw il-kriżi bħala ntopp żgħir u għalhekk huwa aċċetabbli li jerġgħu jibdew iġibu ruħhom bħal qabel” (3).
4.1.2 Il-KESE jidhirlu li l-ħidma tal-korpi sorveljanti għandha tissaħħaħ (4) iżda qabel kollox għandhom ikunu f’pożizzjoni li jaħdmu, ikunu awtonomi mill-poter politiku u li jkollhom is-saħħa li jissanzjonaw. Jeħtieġ li r-rifuġji fiskali jkunu elimintati u/jew isiru aktar trasparenti, sakemm ma jsirux strumenti ta’ riċiklaġġ ta’ “flus maħmuġin” jew ta’ evażjoni fiskali. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ trasparenza hija l-problema prinċipali. Kulħadd għandu jkun jaf in-natura vera tas-self bankarju, l-assi, ir-riżervi u l-profil tar-riskju tal-banek.
4.1.3 Il-KESE jistenna li l-orjentament u d-deċiżjonijiet (ftit!) meħuda f’Londra, fl-Aquila u f’ Pittsburgh iservu sabiex jagħtu żvolta, fi żmien aċċettabbli, u jintroduċu (jintroduċu mill-ġdid) kultura ġdida ekonomika u tas-suq, anqas ideoloġika u aktar trasparenti. Jeħtieġ li nkunu kawti, u aktar minn hekk, nitkellmu dwar il-morali u l-etika tas-suq finanzjarju kif jixtiequ jagħmlu xi wħud: dan jista’ jinftiehem bħala tiġbid tas-saqajn minn dawk li qed iħallsu l-prezzijiet għolja tal-kriżi. Aktar aħjar li wieħed jitkellem dwar drittijiet, dwar sanzjonijiet; dwar regoli u strumenti biex jimplimentawhom.
4.1.4 Huwa l-mod l-aktar konvinċenti u effettiv sabiex wieħed jerġa’ jikseb il-fiduċja tal-konsumaturi, u b’hekk jixpruna mill-ġdid id-domanda. Jinħtieġ lingwaġġ ekonomiku ġdid, linġwaġġ li jitkellem dwar l-ekonomija reali, dwar l-investimenti, ix-xogħol, ir-riskji, id-drittijiet, id-doveri, il-ħarsien tal-konkorrenza.
4.1.5 Il-KESE jidhirlu li l-atturi tal-ekonomija reali, l-intrapriżi u l-ħaddiema, iridu jsemmgħu leħinhom u r-raġunijiet tagħhom b’aktar qawwa, iridu jieħdu lura r-rwol tagħhom, rwol importanti li jiffavorixxi l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali, il-kompetittività, l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi. Ikun xieraq li dan jiġri wkoll fil-politika.
Is-sistema monetarja internazzjonali jeħtieġ li tkun riveduta wkoll. Fil-fatt, waqt il-laqgħa tal-grupp tal-G-20 ġewwa Londra, tal-G-8 fl-Aquila, u tal-G-20 ġewwa Pittsburgh, it-tema tat-tħaddim u tar-riforma tas-sistema monetarja internazzjonali, ħlief it-tqassim tal-kwoti tal-FMI, ma kenitx waħda mill-prijoritajiet prinċipali sabiex l-ekonomija dinjija terġa’ tibda tiffunzjona fuq linji ta’ tkabbir sostenibbli. Minkejja dan, xi wħud mid-deċiżjonijiet li ħadu l-G-20 u l-G-8, jistgħu jħallu impatt qawwi fuq is-suq tal-kambju u għalqadstant fuq il-mod kif taħdem sistema bħal din.
4.1.6.1 Id-deċiżjonijiet meħuda li jagħtu l-għajnuniet lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u b’mod partikulari lill-Afrika, sabiex jitripplikaw ir-riżorsi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (sa 750 biljun dollaru) u li jallokaw 250 biljun fi drittijiet speċjali ta’ ġbid (DSĠ) bil-ħsieb li jagħtu sostenn finanzjarju lill-ekonomiji tal-pajjiżi l-aktar milquta mill-kriżi, jagħtu l-ewwel punt ta’ riflessjoni fuq l-ammont sinifikanti ta’ dollari li ser jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni sabiex ikunu sostnuti l-pajjiżi li għandhom defiċit għoli fil-kontijiet kurrenti.
4.1.6.2 Fit-tieni lok, iż-żieda tad-dejn pubbliku tal-Istati Uniti (li fit-tliet snin li ġejjin ser iwassal għal dejn li jlaħħaq il-100 fil-mija tal-PDG), mgħejjun mill-politika l-ġdida ta’ “infiq” defiċitarju tal-president Obama sabiex joħroġ lill-pajjiż mill-kriżi tar-riċessjoni, ser jagħti stimulu ieħor għall-ħruġ ta’ ammont kbir ta’ dollari bil-konsegwenzi rilevanti fuq is-sistema ekonomika internazzjonali. Sitwazzjoni li diġà seħħet fit-tieni parti tas-snin sittin u li spiċċat, bl-iżvalutar tad-dollaru u bil-kollass tas-sistema tar-rati ta’ kambju fissi ta’ Bretton Woods fl-1971.
4.1.6.3 L-akbar preokkupazzjoni minn sitwazzjoni bħal din tiġi min-naħa Ċiniża li rat ir-riżervi ta’ flus barranin jiżdiedu b’aktar minn 5 000 biljun dollaru matul l-aħħar għaxar snin u li x’aktarx jibqgħu jiżdiedu fis-snin li ġejjin, għalkemm b’ritmu aktar meqjus, u li jħarsu bil-biża’ lejn id-dgħufija tad-dollaru minħabba l-possibilità ta’ tnaqqis fil-valur tar-riżervi kbar ħafna tagħhom.
4.1.6.4 Fi ftit snin, l-euro saret it-tieni l-akbar munita fir-riżervi internazzjonali; Mhijiex alternattiva valida sabiex tieħu post id-dollaru, anke jekk dan ikun konvenjenti u mixtieq, u wisq anqas wieħed għandu jaħseb dan, kif ittamat mill-awtoritajiet monetarji Ċinizi li jkun hemm “munita ta’ riżerva sopranazzjonali” magħmula mid-DSĠ u użata, mhux biss kif jiġri bħalissa bejn il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali iżda bħala strument ta’ ħlas fir-rigward tat-transazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji internazzjonali. Il-ħruġ ta’ DSĠ ġodda żgur li huwa strument utli sabiex joħloq aktar riżervi għall-ekonomiji li għandhom defiċit fil-kont kurrenti, iżda din mhijiex is-soluzzjoni fit-tul għall-kriżi attwali.
4.1.6.5 Huwa aktar probabbli, kif ukoll mixtieq, li l-euro tkompli tassumi l-karatteristiċi neċessarji sabiex tkun munita ta’ riżerva internazzjonali u ta’ riferiment fejn ikunu stabbiliti l-prezzijiet tal-oġġetti fis-swieq internazzjonali, iżda l-KESE jistenna li l-munita Ċiniża wkoll, xempju ta’ ekonomija li aktar ma jgħaddi ż-żmien qed issir importanti fil-kuntest tal-ekonomija dinjija, toħroġ mill-protezzjoni mogħtija lilha mill-awtoritajiet Ċiniżi. Għal għaxar snin, il-renminbi kien marbut mill-qrib mad-dollaru u kien biss fl-2005 li l-valutazzjoni tagħha ġiet marbuta ma’ basket ta’ muniti oħra. Dan sabiex ir-renminbi ssir munita li tissarraf b’mod liberu fis-swieq internazzjonali.
4.1.6.6 Il-KESE jidhirlu li jinħtieġu sforzi akbar fuq livell internazzjonali; li ċ-Ċina ma tistax tkompli, kif ġara fil-passat, toqgħod fuq it-tkabbir sostnut tal-esportazzjoni u li takkumula fondi fil-kont kurrenti filwaqt li titlob lill-oħrajn sabiex jerfgħu r-responsabilità tal-problemi tal-ġestjoni tas-sistema tar-rati tal-kambju fuq livell internazzjonali, u li hi stess tistabbilixxi permezz ta’ politiki monetarji u fiskali li jiffavorixxu iż-żieda fit-tfaddil filwaqt li jrażżnu l-ispiża interna.
4.1.6.7 Is-sistema monetarja dinjija, li hija msejsa fuq rati tal-kambju varjabbli, hija kkaratterizzata minn varjazzjonijiet kontinwi u mdaqqsa tal-muniti minħabba l-ispekulazzjoni. Din is-sitwazzjoni, li għandha effetti negattivi għall-aħħar fuq l-ekonomija dinjija, tista’ tissewwa permezz ta’ ftehim politiku bejn il-banek ċentrali tal-pajjiżi industrijalizzati ewlenin. F’dan il-kuntest, dawn il-banek jaqblu li jieħdu azzjoni konġunta f’każ li munita partikolari ssib ruħha taħt pressjoni qawwija żżejjed biex togħla jew tinżel, sabiex il-volatilità tar-rati tal-kambju tinżamm f’limiti raġonevoli.
4.1.7 Il-ħolqien ta' regoli Ewropej dwar il-finanzi – it-twettiq ta’ suq wieħed Ewropew tal-finanzi (5). Minkejja r-regoli attwali fuq livell Ewropew u minkejja l-euro, anke fiż-żona tal-euro għadna ’l bogħod minn din il-mira. Il-kriżi wriet li jeħtieġ li nipproċedu mingħajr dewmien f’din id-direzzjoni, billi mmorru lil hinn minn dak li sar s’issa, permezz ta’ riformi f’waqthom, kif mixtieq fl-istess rapport Larosière u fil-proposti tal-Kummissjoni. Dan ipoġġi wkoll lill-BĊE f’kundizzjoni li jaġixxi aktar fil-pront u b’aktar flessibilità. Ma rridux ninsew li l-għan ewlieni tal-finanzi huwa dak li jsostni l-intraprizi, jistimula l-intrapenditorija, it-tkabbir u l-impjiegi: ħidma li tista’ tkun faċilitata minn suq finanzjarju riformat, aktar kompetittiv, trasparenti u aktar integrat fl-aspetti differenti tiegħu.
4.2 Is-sostenn tal-ekonomija reali
4.2.1 Fil-komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni adottata għall-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa bit-titolu ambizzjuz Nixprunaw l-irkupru Ewropew (6), fl-ewwel post, bħala miżura sabiex tkun superata il-kriżi attwali, hemm il-kisba mill-ġdid tal-fiduċja taċ-ċittadini u tal-operaturi ekonomiċi. Dan sabiex tiżdied id-domanda u jinħolqu postijiet ġodda ta’ xogħol. Huwa meħtieġ li l-miżuri proposti joħolqu effetti konkreti u ma jibqgħux biss avviżi b’intenzjoniiet tajba.
4.2.2 B’mod partikulari, il-KESE jidhirlu li l-problema ċentrali li trid tkun affrontata hija dik marbuta mal-impjiegi u n-nuqqas ta’ likwidità għall-intraprizi (7). Stimi riċenti maħruġa mill-ILO juru li mill-bidu tal-kriżi f’Diċembru 2007, kien hemm telf ta’ postijiet tax-xogħol ta’ madwar 40 miljun (li minnhom 7 miljuni fiż-żona tal-OECD biss) u l-previżjonijiet tal-futur huma pjuttost pessimisti. Dan id-dramm soċjali jista’ jkun superat biss billi terġa’ tinkiseb il-fiduċja fit-tħaddim tas-swieq u b’interventi pubbliċi li jiffavorixxu t-tkabbir, il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-impjiegi. L-Ewropa għandha bżonn politika ekonomika kif ukoll programm li tattira l-intrapriżi u li tgħinhom jikbru u joħolqu x-xogħol.
4.2.3 Il-KESE jaqbel bis-sħiħ mal-mira li stabbiliet il-Kummissjoni. L-interventi stabbiliti fil-komunikazzjoni, hemm qbil dwarhom minħabba li jirrigwardjaw miżuri urġenti li jridu jkunu implimentati fis-settur bankarju u finanzjarju, sabiex tkun sostnuta l-ekonomija reali fl-esplojtazzjoni tas-suq intern Ewropew. Madankollu għandhom approċċ tradizzjonali u żgur mhux innovattiv madwar l-użu aħjar tal-politiki ekonomiċi settorjali ġestiti direttament u/jew ikkoordinati mill-Kummissjoni Ewropea.
4.2.4 Il-kisba mill-ġdid tal-fiduċja tal-operaturi ekonomiċi u taċ-ċittadini Ewropej, fil-kapaċitajiet tal-Istituzzjonijiet Komunitarji u tal-awtoritajiet nazzjonali li jissuperaw il-kriżi toħroġ mill-għarfien li l-kriżi m’għandhiex tkun attribwita biss għal fenomeni, anke jekk drammatiċi, ta’ natura persistenti, imperfezzjonijiet jew il-falliment tas-suq.
4.2.5 Il-fatturi partikolari tal-kriżi li l-ekonomija dinjija, u Ewropea, għaddejja minnha bħalissa għandhom għeruq aktar fil-fond u sistemiċi li jirrigwardaw il-valuri etiċi u morali (responsabilità, legalità, ġustizzja soċjali) li huma l-pedamenti tas-soċjetà moderna u li jispiraw l-azzjonijiet fl-oqsma kollha tal-ħajja ekonomika, soċjali u ċivili. Il-kisba mill-ġdid tal-fiduċja fit-tħaddim tas-sistemi ekonomiċi u finanzjarji mhix ser tinkiseb billi tittieħed azzjoni biss fuq “il-mekkaniżmi” tas-suq li ma ħadmux tajjeb, iżda fuq il-politiki fil-livelli makro u mikroekonomiċi Ewropej.
4.2.6 Jekk din il-verżjoni tal-problema attwali hija aċċettata, is-soluzzjonijiet proposti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni jidhru li mhumiex biżżejjed, jew tal-anqas neqsin mill-effettività fir-rigward tal-bidliet li teħtieġ tistimula fl-oqsma differenti tal-produzzjoni nazzjonali, kif ukoll fil-livell tal-politiki Ewropej u internazzjonali, sabiex isostnu t-tkabbir tal-ekonomiji tal-Istati Membri. U dan meta l-kriżi qed tħalli aktar effetti negattivi fl-Ewropa, PDG aktar baxx mill-Istati Uniti tal-Amerka, li minflok irrispondiet bi programm qawwi u li jgħaqqad u b’interventi pubbliċi aktar qawwija u aktar effettivi. L-UE għandha tiffavorixxi t-twettiq ta’ miżuri armonizzati fost l-Istati Membri. Għaldaqstant huwa mistenni li l-UE toħroġ it-tieni pjan ta’ intervent u li jkun aktar effettiv u uniformi mill-ewwel wieħed.
4.2.7 Filwaqt li jillimita r-riflessjoni tiegħu fuq l-inizjattivi li jridu jittieħdu għar-rilanċ tal-ekonomija Ewropea fuq medda qasira u medja ta’ żmien, il-KESE jidhirlu li l-attenzjoni u r-riżorsi finanzjarji tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għandom ikunu kkonċentrati skont il-prijoritajiet fuq numru limitat ta’ interventi li iżda jħallu effett kbir fuq id-diversi swieq u fuq l-operaturi ekonomiċi ġenerali. Dawn l-interventi għandhom jirrigwardaw: il-kisba tal-fiduċja mill-ġdid fit-tħaddim tas-sistema finanzjarja; It-titjib tal-pjan Ewropew ta’ rilanċ ekonomiku, it-tibdiliet li għandhom isiru fil-politiki prinċipali tal-Unjoni, is-sostenn tal-Istati Membri l-aktar milquta mill-kriżi, fuq quddiem nett il-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant.
Il-kisba tal-fiduċja mill-ġdid fit-tħaddim tas-sistema finanzjarja. L-irkupru tal-ekonomija Ewropea hija possibbli jekk tingħata l-istabbilità u l-possibilità li s-swieq finanzjarji joperaw fir-rispett tar-regoli l-ġodda u sistemi ġodda sorveljanti fil-livelli makro u mikro, li jiġġarantixxu ħidma responsabbli u xierqa fuq livell internazzjonali. Is-settur finanzjarju jrid iwettaq mill-ġdid ir-rwol tradizzjonali tiegħu, li ma jistax ikun sostitwit, fil-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku: il-finanzjament tal-ħidma reali tal-operaturi (intrapriżi, familji, netwerks u servizzi, infrastrutturi, ambjent u enerġija).
4.2.8.1 Madankollu l-problema fir-rigward tal-interventi qawwija tal-Istati, li kienu inevitabbli sabiex isostnu s-sistema bankarja, għadha hemm. Il-KESE jidhirlu li din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa’ għal perijodu twil u li jeħtieġ li tinstab strateġija ta’ ħruġ għal dawn l-interventi, billi jkunu imposti kundizzjonijiet fuq is-sistema bankarja permezz ta’ approċċ sistematiku, pereżempju, ir-ristrutturazzjoni interna, it-titjib tal-kwantità u l-kwalità tar-riżervi li jidhru fil-bilanċ. Strateġija li terġa’ tqabbad it-triq lis-swieq tal-kreditu u tal-finanzi internazzjonali, b’mod indipendenti u trasparenti li jevita li jerġa’ jiġri dak li ġara.
4.2.8.2 Fir-rigward tat-talba mill-Kummissjoni għal aktar kontrolli u trasparenza fl-operazzjonijiet finanzjarji, kif mitlub mill-Grupp tal-pajjizi tal-G-20 ġewwa Londra, tal-G-8 fl-Aquila, u tal-G-20 ġewwa Pittsburgh, kif ukoll il-proposta mħabbra mill-Kummissjoni u mill-Kunsill, il-KESE ser ikun qed jevalwa din il-proposta. Madankollu huwa tal-ħsieb li jekk is-sorveljanza finanzjarja ser tkun mogħtija lil korp ġdid awtonomu Ewropew, dan irid ikollu l-poter reali li jintervjeni (8).
4.2.8.3 Din l-għażla għandha tiffavorixxi l-proċess tal-armonizzazzjoni tad-diversi leġiżlazzjonijiet attwali fl-Ewropa fis-settur tas-sorveljanza finanzjarja flimkien mal-kapaċitajiet tagħhom li jissanzjonaw.
4.2.9 Titjib tal-pjan Ewropew ta’ rilanċ ekonomiku
4.2.9.1 F’opinjoni (9) preċedenti, il-KESE kien ressaq il-każ ta’ reviżjoni sħiħa tal-pjan ta’ rilanċ kif propost mill-Kummissjoni, mhux biss f’dak li jirrigwarda r-riżorsi finanzjarji li mhumiex meqjusa biżżejjed meta mqabbla mal-gravità tal-kriżi, iżda wkoll fejn tidħol l-artikolazzjoni u l-impostazzjoni tal-interventi li jridu jsiru f’kull Stat Membru sabiex jippromovu r-rilanċ.
4.2.9.2 Il-kundizzjonijiet tal-aċċess għal dawn l-interventi, irrispettivament mis-setturi li llum huma meqjusa fi bżonn finanzjarju (settur tal-karozzi, settur tal-bini, SMEs eċċ.) iridu jiggarantixxu koerenza u uniformità tal-miżuri implimentati fir-rispett sħiħ tar-regoli tas-suq intern Ewropew.
4.2.9.3 Fil-fatt, mhuwiex mistenni li inizjattivi individwali ffinanzjati mill-pjan Ewropew permezz tal-kwota tal-bilanċ Komunitarju jew tal-kwoti allokati mill-gvernijiet nazzjonali għal dawk l-interventi f’każijiet ta’ emerġenza fl-intrapriżi, is-setturi u l-pajjizi fi kriżi, jistgħu b’xi mod joħolqu sitwazzjonijiet ta’ privileġġ jew ta’ protezzjoni lil xi oqsma imprenditorjali u danni lill-oħrajn.
4.2.9.4 Is-suq uniku jirrappreżenta wieħed mill-muturi fundamentali tal-ekonomija Ewropea, u t-tisħiħ u l-iżvilupp tiegħu huwa l-aħjar garanzija għat-tkabbir tal-inizjattivi tal-produzzjoni u postijiet ġodda tax-xogħol. Il-koordinament u l-monitoraġġ tal-interventi mistennija mill-pjan fuq livell Ewropew u nazzjonali iridu jserrħu ras iċ-ċittadini Ewropej li l-Komunità hija f’pożizzjoni li tamministra l-għajnuniet finanzjarji b’mod konformi mal-liġijiet Komunitarji u fl-interess tal-popolazzjonijiet u tat-territorji li kienu l-aktar vulnerabbli għall-kriżi.
4.2.9.5 Skont il-KESE, fil-qafas ta’ dawn l-interventi ta’ sostenn għall-attivitajiet tal-produzzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-settur tal-SMEs (pemezz ta’ pjan speċifiku ta’ finanzjament aġevolat u bi proċedura semplifikata). Ara pereżempju l-Att Ewropew dwar in-Negozji ż-Żgħar. Fil-pjan Ewropew, mhumiex spjegati b’mod espliċitu bizzejjed it-tip ta’ interventi li ser ikunu implimentati sabiex isostnu r-rilanċ ekonomiku tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Fir-rigward tal-intrapriżi ta’ daqs żgħir, li jagħtu kontribut sostanzjali lis-settur tal-impjiegi tal-UE, il-KESE jidhirlu li l-inizjattivi jridu jkunu msawra f’qafas ta’ riferiment makroekonomiku li jagħti kas tal-ħtiġijiet nazzjonali u lokali, fid-diversi livelli tal-ispeċjalizzazzjoni settorjali, skont il-ħtiġijiet fir-rigward ta’ kompetenzi ġodda, teknoloġiji innovattivi u infrastrutturi ta’ servizzi għall-intrapriżi.
4.2.9.6 Mingħajr qafas ta’ riferiment adegwat Ewropew u nazzjonali dwar il-prospettivi ta’ tkabbir għall-futur tal-SMEs, ir-riskju hu li kif ġara fil-passat, ikun hemm frammentazzjoni tal-interventi, bir-riżultat li kulħadd jingħata l-għajnuna mingħajr ma nkunu qed ngħinu lil ħadd sabiex jikber fid-daqs u l-kwalità tal-prodotti u s-servizzi mogħtija.
4.2.9.7 Aktar minn hekk, il-KESE jidhirlu li l-kriżi tista’ tkun superata bl-għajnuna tad-djalogu soċjali u l-ftehim, permezz tal-involviment akbar tal-intraprizi, tat-trade unions u tal-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali.
4.2.10 Bidliet li jeħtieġ isiru fil-politiki prinċipali tal-UE
4.2.10.1 Il-KESE jidhirlu li l-kisba mill-ġdid tal-fiduċja tal-operaturi Ewropej għandha tgħaddi wkoll minn bidliet kbar tal-metodi operattivi li bihom il-Kummissjoni amministrat il-politiki komuni f’setturi importanti ekonomiċi u soċjali, b’mod partikolari il-politika ta’ koeżjoni. Fir-rigward ta’ din il-politika, il-KESE diġà ħareġ opinjoni (10) fejn ressaq numru ta’ proposti ta’ tibdil.
4.2.10.2 Il-kriżi ekonomika kbira li għaddejja bħalissa fil-pajjiżi kollha Ewropej, u li jidher li ser tkompli matul l-2010, titlob riforma radikali fl-amministrazzjoni tal-fondi strutturali (EGAF u FSE) u reviżjoni tal-interventi definiti għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Il-Kummissjoni qed telabora xi proposti ta’ tibdil biex tissemplifika l-proċeduri, tħaffef il-ħlasijiet, tiddefinixxi mill-ġdid l-oqsma fejn jintervjenu xi wħud mill-politiki settorjali, iżda dawn għadhom miżuri mhumiex bizzejjed. Miżuri li kienu neċessarji sabiex jipproteġu l-koeżjoni tal-UE, li llum hija mhedda mill-kriżi.
4.2.10.3 Il-KESE qed jitlob sforz akbar mill-Kummissjoni billi tadatta interventi aktar wiesgħa u mistennija għar-realtajiet ġodda li qed jirriżultaw mill-kriżi internazzjonali, u li madankollu jitlob li jkun hemm bidla sħiħa fil-ħsieb ta’ dawn il-politiki. Fost l-oħrajn, dan il-kunflitt li qed jirriżulta bejn l-amministrazzjonijiet ċentrali u dawk reġjonali fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-fondi strutturali sabiex jagħmlu tajjeb għall-emerġenza huma element ieħor ta’ riflessjoni dwar kif wieħed għandu “jaħseb mill-ġdid” dwar l-għajnuniet għat-territorji l-aktar żvantaġġjati tal-Unjoni.
4.2.10.4 Anke fil-każ tal-politiki ta’ koeżjoni, il-KESE jidhirlu li għal kull pajjiż li ser jirċievi dawn ir-riżorsi, jeħtieġ li jkunu stabbiliti prijoritajiet speċifiċi għal kull settur u lokal li jwasslu sabiex ir-riżorsi Komunitarji u nazzjonali jikkonverġu fuq dawk il-programmi u l-proġetti li huma meqjusa li għandhom l-akbar impatt ekonomiku u soċjali. Il-koerenza fl-għażla tal-interventi, il-koordinament fil-livell Ewropew u nazzjonali fil-politiki tal-għajnuna lill-intrapriżi, il-programmi komuni għat-taħriġ speċjalizzat u l-iżvilupp ta’ kompetenzi ġodda, huma l-prinċipji li fuqhom trid tispira ruħha l-politika ta’ koeżjoni meta tkun qed tirrevedi l-linji ta’ gwida tagħha.
4.2.10.5 Il-kriżi, fi ftit kliem, trid tkun l-okkażjoni għall-UE mhux biss sabiex tagħmel użu aħjar mill-politika li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, iżda sabiex toħloq oħrajn ġodda: ittejjeb l-infrastrutturi u tvara, bħala eżempju, pjan dwar l-ambjent, għall-ħolqien ta’ netwerks Ewropej ġodda tal-enerġija u tal-komunikazzjoni (bħalma huwa l-broadband) permezz ta’ finanzjament pubbliku Ewropew (Eurobonds?); dan ikun ta’ għajnuna kbira għar-rilanċ ekonomiku.
4.2.10.6 Il-KESE jidhirlu li din hija okkażjoni kbira għal riflessjoni aktar fil-fond dwar il-baġit Komunitarju kif inhu stabbilit illum, kemm f’termini kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi. Dan sabiex jitpoġġa fuq il-mejda, forsi permezz ta’ grupp ta’esperti, il-kwistjoni tal-politika fiskali, kwistjoni li ma tistax tibqa’ tkun evitata jew użata bħal dumping soċjali u ekonomiku fuq livell Ewropew.
4.2.11 Is-sostenn lill-Istati Membri l-aktar milquta mill-kriżi, l-ewwel qabel kollox il-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant
4.2.11.1 Il-KESE jidhirlu li l-Kummissjoni għandha taħseb, jekk mhux għall-fondi ad hoc għal dawk il-pajjiżi l-aktar milquta mill-kriżi (proposta li ma kenitx milqugħa mill-Istati Membri l-aktar influwenti fl-UE), ċertament għal raggruppament ta’ interventi finanzjarji, anke permezz tal-BERŻ, li jagħmlu tajjeb għal dawk l-inizjattivi intiżi sabiex isaħħu l-ekonomiji l-aktar dgħajfa tal-UE, kif diġà beda jsir. F’dan ix-xenarju, trid tingħata attenzjoni partikulari għall-pajjizi tal-Lvant, u għaldaqstant jeħtieġ li jingħataw fondi speċifiċi għal dan l-iskop. Ir-raġunijiet wara din it-talba għal għajnuniet speċifiċi għal dawn il-pajjizi huma diversi. F’każ kuntrarju, tidħol fin-nofs il-waqa’ tat-tieni pilastru tal-integrazzjoni, flimkien mas-suq uniku, u dak tat-tkabbir.
4.2.11.2 Fix-xhur u snin li ġejjin, l-UE trid taffronta sitwazzjonijiet li huma diffiċli biex issolvi: il-kriżi ekonomika u tal-qgħad, il-kunflitti soċjali, it-tnedija tar-riformi istituzzjonali, id-diversità interna bejn l-Istati Membri, u dan kollu f’qafas ta’ xettiċizmu Ewropew dejjem jiżdied fuq livell ta’ partiti politiċi, gvernijiet nazzjonali ta’ ħafna Stati tal-UE u tal-opinjoni pubblika li mhijiex sodisfatta bid-deċiżjonijiet meħuda fuq livell Ewropew.
4.2.11.3 Il-fiduċja fil-mudell ekonomiku u soċjali Ewropew, fil-kapaċitajiet tiegħu li jsib soluzzjonijiet adegwati fl-interess tal-Istati Membri kollha, terġa’ tinkiseb jekk l-UE taċċetta l-problemi tal-pajjizi l-aktar fil-bżonn billi tgħinhom jissuperaw id-diffikultajiet li jinsabu fihom.
4.2.11.4 Il-kriżi li għaddejjin minnha ħafna pajjiżi tal-Lvant, fis-setturi tal-kreditu, tas-servizzi finanzjarji u tal-intrapriżi tal-manifattura, mhijiex ta’ kobor li għandha tkun ta’ ostakolu biex tkun affrontata mill-UE. Ħafna minn dawn l-attivitajiet inħolqu bl-assistenza u l-investimenti diretti li ġew mill-15-il pajjiż tal-UE u huwa diffiċli wieħed jimmaġina, wara li kienet imposta fuqhom it-triq li kompliet tqarribhom sabiex isiru membri effettivi, li jirrikorru, bil-politika ta’ “każ b'każ”, sa interventi ekonomiċi żgħar u mhux ta’ konsistenza. Ikun żball strateġiku u ekonomiku li ma jkunx faċli jissewwa fuq medda qasira u medja ta’ żmien, kif ukoll forma ta’ mijopija politika gravi li tista’ tippreġudika l-futur tal-integrazzjoni Ewropea.
4.3 Għajnuna liċ-ċittadini Ewropej
4.3.1 Wara l-kriżi “ser jinstab bilanċ ġdid, li ma jkunx fil-livelli ta’ qabel: jenħtieġ inkunu kapaċi ngħixu f’livell aktar baxx.”. Jekk isseħħ din il-previżjoni (11), l-uniku ħaġa ċara tkun iċ-ċertezza ta’ dawk li jkunu jridu jgħixu, nittamaw għal perijodu qasir biss, saħansitra f’livell “aktar baxx”.
4.3.2 Ir-riskju li jeħtieġ ikun evitat huwa dak li jerġgħu ikunu l-intrapriżi u x-xogħol li jagħmlu tajjeb sabiex ikun salvat is-suq, filwaqt li l-kapital ikompli jersaq lejn swieq aktar sikuri u jkompli jevita t-taxxa. B’dan il-mod, nistgħu nassistu għal aktar tnaqqis tad-dħul mix-xogħol, b’mod li tinħoloq deliġittimizzazzjoni soċjali tal-ekonomija tas-suq. Jekk irridu nevitaw dan ir-riskju, jeħtieġ insaħħu u nestendu l-mudell Ewropew tal-ekonomija soċjali tas-suq, billi nerġgħu npoġġu l-persuni fiċ-ċentru tas-sistema ekonomika.
4.3.3 Minħabba dawn ir-raġunijiet, il-KESE jidhirlu li l-politika fiskali wkoll trid tkun suġġetta għal aktar attenzjoni min-naħa tal-gvernijiet u tal-Unjoni, billi nkomplu fit-triq tal-koordinament sabiex ikunu evitati diverġenzi li mhumiex kompatibbli mas-suq uniku. Aktar minn hekk, għandhom ikunu pprivileġġjati dawk ir-riformi li jżidu l-ammont taxxabbli pjuttost milli r-rati tat-taxxa billi tingħata aktar attenzjoni tal-patrimonju u mhux tal-attività u x-xogħol tal-intrapriżi.
4.3.4 Aktar minn hekk, jeħtieġ li jkun evitat li l-kriżi finanzjarja jkollha konsegwenzi drastiċi fuq is-sistemi tal-pensjonijiet tal-Istati Membri, hekk kif ġara fl-Istati Uniti tal-Amerka fejn xi organizzazzjonijiet li jamministraw skemi privati tal-irtirar, akkumulaw telf sostanzjali minħabba l-kriżi tal-hedge funds, bil-konsegwenza li l-ħaddiema li kienu daħlu f’dawn l-iskemi raw il-valur tat-tfaddil tagħhom jonqos bin-nofs. Il-KESE jidhirlu li jeħtieġ ikun hemm ħidma sabiex ikunu stabbiliti oqsfa regolatorji u mudelli tal-pensjonijiet sabiex ikunu mħarsa l-interessi tal-ħaddiema Ewropej.
4.3.5 Iż-żieda tal-inġustizzji u tal-inugwaljanzi naqqset u se tkompli tnaqqas l-ispazji tal-libertà. Hemm ir-riskju li tkun perikoluża għad-demokrazija tal-pajjizi Ewropej u b’mod partikulari tal-UE, li għad għandha defiċit demokratiku kbir ħafna x'tissupera; tal-anqas tnaqqas il-kunsens tal-fqar ġodda lejn il-politika li trid tkun implimentata sabiex tkun superata l-kriżi u nersqu lejn żvilupp sostenibbli.
4.3.6 Il-KESE jidhirlu li dan hu l-mument, l-okkażjoni li qed tippreżenta ruħha lill-UE sabiex issemma leħinha b’inizjattivi konkreti u tanġibbli lejn iċ-ċittadini, l-intrapriżi u l-ħaddiema li l-aktar li ntlaqtu mill-kriżi.
Dan għandu jsir permezz ta’ miżuri maħsuba sabiex jipproteġu d-drittijiet: għaldaqstant l-UE trid tkun tista’ tintervjeni permezz ta’ inizjattivi tagħha fuq il-politika soċjali. Il-kwistjoni soċjali trid tkun parti sħiħa mill-patt strateġiku kif riferut fl-artikolu 4.4.3. Qasam ieħor fejn jeħtieġ li jkun hemm intervent huwa dak tal-politiki ekonomiċi (fosthom il-finanzjament sostanzjali għall-Istrateġija ta’ Lisbona) u ta’ sostenn għall-intrapriżi l-aktar fil-bżonn (li trid twettaq l-UE flimkien mal-Istati Membri – punt 4.2).
4.3.7.1 Interventi strutturali fis-suq tax-xogħol, li għandu jkun aktar flessibbli u inklussiv, permezz ta’ regoli maqbula fuq livell Ewropew bl-użu tal-FSE, billi jkunu semplifikati l-proċeduri u jkun hemm ħlas fil-pront.
4.3.7.2 Għandha tingħata prijorità lill-għajnuniet għal dawk l-intrapriżi li jimpenjaw ruħhom sabiex iwettqu u jirrispettaw il-prinċipju tar-responsabilità soċjali fl-Ewropa kif ukoll il-prinċipju tal-klawsola soċjali barra mit-territorju Ewropew.
4.3.8 Il-KESE jawgura u jitlob li l-Kummissjoni, permezz ta’ inċentivi ekonomiċi, pereżempju l-fondi strutturali, tagħmel dak kollu possibbli, flimkien mal-partijiet l-oħra soċjali Ewropej, sabiex tiffaċilita ftehimiet u/jew issib soluzzjonijiet li jnaqqsu l-impatt tal-kriżi fuq l-intrapriżi u l-ħaddiema, pemezz tat-tixrid ta’ prattiki tajba li qed jirriżultaw f’xi pajjiżi.
4.3.9 Il-KESE jitlob lill-Kunsill sabiex jimplimenta r-regoli neċessarji, kodiċi Ewropea, li tistabbilixxi r-regoli li fihom joperaw, sabiex jonqos it-tnaqqis tal-ħlasijiet u tkun stabbilita ġustizzja ġdida fit-tqassim, mhux biss fis-settur finanzjarju. Tnaqqis li wassal għal żieda anomala tad-diżugwaljanzi, mingħajr ebda ġustifikazzjoni. Ikun xieraq li nipproċedu billi jsir ftehim Ewropew li jiġbor flimkien il-partijiet kollha.
4.4 Lejn UE politika: minn isfel għal fuq
4.4.1 Il-KESE jidhirlu li sabiex l-UE taffronta u tissupera l-kriżi, teħtieġ għodod ta’ deċiżjoni li llum m’għandhiex u li huma l-kawża prinċipali tan-nuqqas ta’ azzjoni li llum jista’ jwassal sabiex jemarġinaha quddiem il-poteri kbar taċ-Ċina u tal-Istati Uniti tal-Amerka. Għal dawn ir-raġunijiet, Il-KESE jidhirlu li l-UE għandu jkollha l-kapaċità li topera b’mod konkret, anke jekk permezz ta’ għodod temporanji, sabiex ma ġġibx fix-xejn il-ħidma u l-impenji f’dan iż-żmien ta’ bidliet kbar.
Il-Governanza politika: Il-KESE jidhirlu li waħda mill-kawżi prinċipali tal-kriżi attwali, hija riżultat tal-firda u l-iżbalji tal-“politika”; mingħajr viżjoni li tgħaqqad, il-politika ma kenitx kapaċi taġixxi, u spiċċat billi ċediet ir-rwol ta’ tmexxija kemm fuq livell dinji, kif ukoll fuq dak Ewropew. F’dan l-istadju wieħed jista’ jara r-riżultat ta’ dan kollu.
4.4.2.1 Il-Governanza internazzjonali: L-UE għad m’għandhiex politika barranija komuni u lanqas saħħa awtonoma sabiex tamministra l-kriżi, filwaqt li jkun opportun li tingħata vuċi waħda, tal-anqas fil-livell taż-Żona tal-Euro, fuq il-mejda internazzjonali u b’mod partikolari f’dawk l-organizzazzjonijiet li beħsiebna nirriformaw, sabiex nibbilanċjaw il-poter deċiżjonali tal-blokki ekonomiċi u politiċi. L-UE tirrappreżenta l-akbar suq dinji ta’ servizzi u oġġetti, hija l-aktar li tikkontribwixxi f’għajnuniet pubbliċi li huma mmirati sabiex jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-pajjiżi l-aktar foqra. Il-munita tagħha, l-euro, hija t-tieni munita internazzjonali ta’ riżerva, u għaldaqstant taħt ħafna aspetti hija ġgant ekonomiku. Iżda jekk nikkunsidraw il-kapaċitajiet tagħha li tiddeċiedi fil-qasam internazzjonali, l-UE hija “nanu politiku”: veru u proprju paradoss li ma jinftiehemx miċ-ċittadini Ewropej. Minflok huwa meħtieġ li l-politika globali tkun aktar influwenzata mill-proposti u l-valuri Ewropej.
4.4.2.2 Għaldaqstant il-kapijiet tal-Istat u tal-Gvern għandu jkollhom il-kuraġġ li jagħrfu dan il-limitu u li jpoġġu din il-mira quddiemhom; illum qed iġibu ruħhom bħala tim mingħajr kaptan; sitwazzjoni li għandha piż ekonomiku u politku sostanzjali. M’hemmx għalfejn wieħed joqgħod jiskomoda storiċi u/jew il-missierijiet ta’ pajjiżhom (“li kieku l-UE kienet diġà magħquda, allura ma jkunx hemm limitu għall-ferħ, il-benessere u l-glorja tal-400 miljun abitant”, W. Churchill, 1946). Fi żmien qasir għandu jiġi stipulat ftehim impenjattiv sabiex tiġi amministrata l-kriżi, li mbagħad jittrasforma ruħu f’sistema Komunitarja u mhux bil-kontra kif qed jiġri.
4.4.3 Il-governanza ekonomika: il-mira prinċipali li trid tintlaħaq hija li tagħti lill-UE l-għodod sabiex tiddefinixxi u tiżviluppa oqsma komuni ta’ politika makroekonomika u tas-settur (tal-anqas fiż-żona Euro, li jkollhom effetti pożittivi fuq is-27 pajjiż); Flimkien mal-politika monetarja Ewropea, ikun hemm politika ekonomika Ewropea, li mhux biss tibqa’ tiddependi fuq ix-xewqa ta’ koordinament li jistipula interventi fis-setturi strateġiċi ta’ interess Ewropew (l-ambjent, l-enerġija, l-innovazzjoni, l-immigrazzjoni, ix-xogħol, il-koeżjoni …) Jeħtieġ li jkun imfassal patt ġdid Ewropew dwar it-tkabbir, l-iżvilupp sostenibbli, il-kompettività u x-xogħol, patt li jivvalorizza, b’mod partikolari l-ekonomija soċjali u ambjentali tas-suq u li timmira sabiex tgħaqqad is-suq intern kif mixtieq fl-istrateġija ta’ Lisbona.
4.4.4 Il-governanza soċjali: il-patt Ewropew għandu jkollu, fost il-miri ta’ prijorità, il-politika soċjali u ta’ koeżjoni wkoll. L-UE għandu jkollha kapaċità akbar li tintervjeni fuq il-politika soċjali (12) sabiex tistabbilixxi l-livell minimu jew il-limitu minimu tad-drittijiet soċjali fundamentali. Dawn ir-raġunijiet kollha jitolbu Ewropa li kapaċi taġixxi. Dan trid tagħmlu billi tfakkar li l-UE twieldet bħala proġett ekonomiku (il-KEFA, il-KEE u l-euro) b’għanijiet politiċi.
4.4.5 Għaldaqstant il-KESE jidhirlu li huwa neċessarju f’dan il-perijodu, li tkabbar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, b’mod partikolari taż-żgħażagħ, fil-proċess ta’ kostruzzjoni tal-UE, billi tesperimenta forom ġodda ta’ parteċipazzjoni mill-qiegħ. Kwistjoni li m’għandhiex titħalla mingħajr l-attenzjoni meħtieġa. Pereżempju, ikollha impatt kbir fuq l-opinjoni pubblika jekk l-UE tvara proposta effettiva, u mhux effimera, li tpoġġi liċ-ċittadini fuq quddiem nett, bi proċeduri ġodda ta’parteċipazzjoni li jkollhom effett fuq id-deċiżjonijiet tal-politiki Ewropej li huma ta’ importanza. Ikun mekkanizmu eċċellenti li jgħaqqad liċ-ċittadini mal-istituzzjonijiet tagħhom u jgħinu sabiex iwittu id-defiċit demokratiku tal-UE. Kwistjoni importanti għall-futur tal-Unjoni, li ma tistax tibqa’ tkun mifugħa lura anke jekk ser tkun qed tagħmel pass żgħir il-quddiem bit-Trattat ta’ Lisbona.
4.4.6 Kontribut importanti f’dan il-qasam jista’ jiġi mis-soċjetà ċivili Ewropea li ma tistax tkun mistennija b’kumbinazzjoni, tibqa’ qasam separat jew isservi biss bħal kopertura. Sfida għall-“Programm għall-Ewropa” tal-KESE.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar ir-Rapport tal-Grupp de Larosière, ĠU C 318, 23.12.2009, p. 57.
(2) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar ir-Rapport tal-Grupp de Larosière, ĠU C 318, 23.12.2009, p. 57 u l-opinjoni tal-KESE dwar il-Pjan Ewropew ta’ rilanċ ekonomiku, ĠU C 182, 4.8.2009, p. 71.
(3) Is-sitwazzjoni tas-sistema finanzjarja u bankarja – artikolu konġunt mis-Sinjura Christine Lagarde, Ministru għall-ekonomija, l-Industrija u l-impjiegi, is-Sur Anders Borg, Ministru tal-finanzi Svediż, is-Sur Wouter Bos, Ministru tal-finanzi Olandiz, is-Sur Jean-Claude Juncker, Ministru tal-finanzi tal-Lussemburgu, is-Sinjura Elena Salgado Mendez, Ministru tal-finanzi Spanjol, is-Sur Peer Steinbrück, Ministru tal-finanzi Ġermaniz, u s-Sur Giulio Tremonti, Ministru tal-finanzi Taljan, ippublikat f’diversi gazzeti Ewropej fl-4 ta’ Settembru 2009
(4) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar “Superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku” – COM(2009) 499 finali (23.9.2009); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea – COM(2009) 501 finali (23.9.2009); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol – COM(2009) 502 finali (23.9.2009); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq – COM(2009) 503 finali (23.9.2009).
(5) Ara n-nota 3 ta' qiegħ il-paġna.
(6) COM(2009) 114 finali., “Nixprunaw l-irkupru Ewropew”, 4.3.2009
(7) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Ir-riżultati tas-Summit dwar l-Impjiegi”, ĠU C 306, 16.12.2009, p. 70.
(8) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar ir-Rapport tal-Grupp de Larosière, ĠU C 318, 23.12.2009, p. 57. Matul l-intervent tiegħu waqt is-sessjoni plenarja tal-KESE fit-30 ta’ Settembru 2009, is-Sur Barroso esprima l-ħsibijiet tiegħu fuq dawn il-linji.
(9) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar Pjan Ewrope ta’ rilanċ ekonomiku, ĠU C 182, 4.8.2009, p. 71.
(10) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji u l-programmi tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013, ĠU C 228, 22.9.2009, pġ. 141.
(11) John Nash, premju Nobel fl-ekonomija, Ottubru 2008
(12) Matul l-intervent tiegħu waqt is-sessjoni plenarja tal-KESE fit-30 ta’ Settembru 2009, is-Sur Barroso esprima l-ħsibijiet tiegħu fuq dawn il-linji.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/19 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Azzjoni kkonċertata sabiex jittejbu l-karrieri u l-mobbiltà tar-riċerkaturi fl-UE”
(2010/C 255/03)
Relatur li ħadem mingħajr grupp ta’ studju: is-Sur ALMEIDA FREIRE
Nhar is-16 ta’ Lulju 2009, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
Azzjoni kkonċertata sabiex jittejbu l-karrieri u l-mobbiltà tar-riċerkaturi fl-UE.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Almeida Freire.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’174 vot favur u 8 astensjonijiet.
1. Rakkomandazzjonijiet
|
— |
It-tisħiħ tar-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija fl-Ewropa u l-promozzjoni tal-mobbiltà huma fatturi ewlenin fl-implimentazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u taż-żamma tal-kompettività tal-UE fil-livell dinji u tal-kapaċità tal-UE li tiffaċċja l-isfidi prinċipali fil-ġejjieni. |
|
— |
Hemm bżonn ta’ miżuri urġenti mmirati lejn it-titjib tal-koordinazzjoni bejn il-politiki tal-edukazzjoni, tar-riċerka, tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti tal-politika edukattiva, xjentifika u soċjali jkunu żviluppati b’mod ikkoordinat, sabiex l-Ewropa tkun tista’ tilħaq l-għanijiet tagħha f’dan il-qasam. |
|
— |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jipproponi li l-programmi eżistenti fil-qasam tar-riżorsi umani jissaħħu u jiġu kkordinati aħjar u li l-mobbiltà tiġi promossa u, b’mod aktar speċifiku, jipproponi li l-opportunità li qed joffri d-dibattitu dwar it-Tmien Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku tintuża, flimkien ma’ miżuri oħrajn, biex tagħti spinta ’l quddiem lill-kapital uman u tippromovi l-ħolqien ta’ pjattaforma għal taħriġ avvanzat fl-attivitajiet ta’ riċerka. |
|
— |
Il-KESE jipproponi wkoll il-ħolqien ta’ ċentru għall-monitoraġġ tar-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija fl-Ewropa li jkun kapaċi jiġbor, janalizza u jipprovdi tagħrif konsistenti u komparabbli dwar l-iżviluppi li jsiru f’dan il-qasam u dwar il-politiki nazzjonali dwar ir-riżorsi umani kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak dinji. |
|
— |
Il-KESE jappella għal azzjoni kkoordinata għat-titjib tal-karrieri u l-mobbiltà tar-riċerkaturi fl-UE, fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-iżvilupp tal-karrieri personali, speċjalment fir-reklutaġġ, il-progress fil-karriera u d-drittijiet soċjali. |
|
— |
Fl-aħħar, il-KESE jitlob li l-Patt Ewropew il-ġdid għall-Innovazzjoni li l-UE waslet biex tfassal, kif ukoll ir-reviżjoni futura tal-Istrateġija ta’ Lisbona, għandhom jikkunsidraw b’mod adatt il-bżonn ta’ żieda fir-riżorsi umani fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija u jiżguraw li dawn huma kkwalifikati kif suppost. |
2. Introduzzjoni
2.1 Il-politiki tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni qed jaqdu rwol dejjem aktar importanti fil-kuntest tal-Istrateġija ta’ Lisbona, kemm fil-livell Komunitarju kif ukoll fil-livell nazzjonali.
2.2 L-ispinta l-ġdida mogħtija liż-Żona Ewropea tar-Riċerka u, f’dan ir-rigward, lill-iżvilupp tal-kapital uman taħt l-istrateġija Ewropea għall-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi turi biċ-ċar li ż-żieda fir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija fl-Ewropa u l-mobbiltà jaqdu rwol ċentrali fis-suċċess ta’ din l-istrateġija.
2.3 L-Unjoni Ewropea waslet biex tħejji strateġija ġdida għall-innovazzjoni, strateġija aktar integrata u aktar orjentata soċjalment, li fiha t-triangolu tal-għarfien għandu jaqdi rwol ċentrali. Għaldaqstant, il-persuni huma kruċjali biex jiġi żgurat li l-UE tibqa’ kompetittiva fil-livell dinji u tkun kapaċi tiffaċċja l-isfidi prinċipali fis-snin li ġejjin.
2.4 Il-moviment ħieles tal-għarfien u l-mobbiltà bil-mod il-mod qed jiġu rikonoxxuti mill-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern bħala fatturi ewlenin fil-politiki tal-edukazzjoni u r-riċerka tal-UE u fil-kooperazzjoni Ewropea. Għadd ta’ programmi differenti Ewropej qed jagħmlu ħilithom, fl-isfera tal-attività tagħhom, biex iwieġbu għal dawn l-isfidi, b’mod partikolari: – il-programm Erasmus li jikkonċerna l-mobbiltà taż-żgħażagħ involuti fl-edukazzjoni għolja; – il-programm Erasmus Mundus għat-titjib fil-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi permezz ta’ Masters u dottorati konġunti u sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja; – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, li fih il-programm speċifiku msejjaħ Persuni, immirat lejn il-promozzjoni tal-mobbiltà tar-riċerkaturi u magħruf l-aktar għall-attivitajiet Marie Curie li jorganizza, jaqdi rwol ċentrali. Il-Proċess ta’ Bolonja fil-qasam tal-edukazzjoni għolja huwa maħsub biex jippromovi d-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni għolja, il-mobbiltà u l-kooperazzjoni. Madankollu, minkejja l-programmi eżistenti u l-isforzi li saru, kulħadd huwa tal-fehma li baqa’ ħafna xi jsir.
2.5 B’segwitu tal-opinjoni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Karrieri aħjar u aktar mobbiltà: Sħubija Ewropea għal riċerkaturi (1), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ddeċieda li jfassal din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja sabiex b’hekk jikkontribwixxi mill-ġdid għal strateġija li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapital uman fl-Unjoni Ewropea u biex jagħti appoġġ lil politika ġdida dwar ir-riċerka u lil strateġija ġdida għall-innovazzjoni li jikkunsidraw ir-riżorsi umani fil-kuntest tal-politiki tal-integrazzjoni li l-Kumitat dejjem iddefenda u fil-kuntest ta’ aġenda dwar il-politika soċjali.
2.6 Fl-2010, ser tiġġedded l-Istrateġija ta’ Lisbona, ser jitnieda l-Pjan Ewropew il-ġdid għall-innovazzjoni u ser tiġġedded ukoll il-Viżjoni għall-2020 taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.
2.7 Fil-kuntest tal-kriżi ekonomika, l-impenn biex jiġi żgurat investiment ogħla, kemm pubbliku kif ukoll privat, fir-riċerka u l-iżvilupp u ż-żieda fir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija għandhom jibqgħu prijoritajiet fuq l-aġendi ta’ politika nazzjonali u tal-UE.
2.8 Għalhekk, hemm bżonn urġenti li jiġu stabbiliti għanijiet komuni fil-livell tal-UE u li jitħeġġu miżuri maħsuba biex jiżguraw il-livell ta’ riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi li l-UE tat lilha nnifisha.
2.9 Dawn l-għanijiet jinkludu: li jiġu żgurati tkabbir kontinwu tal-fluss ta’ żgħażagħ li jistudjaw ix-xjenzi u t-teknoloġiji (mill-matematika sax-xjenzi naturali u mill-inġinerija sax-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi) u żieda fid-dottorati f’dawn l-oqsma, li titħeġġeġ żieda fil-proporzjon ta’ xjenzati nisa u li jiġi ggarantit li l-Ewropa tibqa’ attraenti u li jkollha r-riżorsi umani kkwalifikati li teħtieġ fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija, sabiex jonqos l-iżbilanċ attwali fir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi u jiġu żgurati flussi pożittivi bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja. Dawn huma għanijiet ġodda li għandhom jaġġornaw lill-Istrateġija ta’ Lisbona f’dan il-qasam.
2.10 Sabiex tilħaq dawn l-għanijiet, l-Ewropa ser ikollha tiżviluppa ċentri u netwerks ta’ għarfien ta’ livell eċċezzjonali, li jkunu kapaċi jattiraw l-aħjar talent fil-livell dinji u jestendu l-bażi soċjali tal-edukazzjoni u l-kultura xjentifika u teknoloġika, ħaġa li hemm ħtieġa kbira għaliha.
3. Bżonn ta’ politiki Ewropej u nazzjonali b’saħħithom dwar ir-riżorsi umani fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija
3.1 Il-KESE jirrikonoxxi l-opportunità li joffru, minn naħa, il-Green Paper dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (2), li ssemmi li waħda mill-prijoritajiet ewlenin ta’ din iż-Żona hija sħubija Ewropea tar-riċerkaturi li, permezz tagħha, għandhom jitjiebu l-karrieri u tiżdied il-mobbiltà, u, min-naħa l-oħra, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni hawn fuq imsemmija, li l-Kumitat ħejja opinjoni dwarha. Permezz ta’ din l-opinjoni, il-KESE qed jipprova jinżel aktar fil-fond fis-suġġett u jappoġġja l-proposti tad-dokument intitolat Sħubija Ewropea sabiex il-karrieri fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku jsiru aktar attraenti u sabiex jitjiebu il-kundizzjonijiet għall-mobbiltà tar-riċerkaturi fl-Ewropa – Proposta għal azzjonijiet prijoritarji, imħejji mill-ministri Portugiż u Lussemburgiż, is-Sinjuri José Mariano Gago u François Biltgen rispettivament, flimkien ma’ sħabhom il-ministri, fit-30 ta’April 2009 (3). Dan id-dokument għandu l-għan li jgħin sabiex jinkiseb progress fil-politika tal-UE fil-qasam tar-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ miżuri prattiċi.
3.2 Il-KESE jirrikonoxxi x-xogħol konsiderevoli li sar f’dan il-qasam fil-livell tal-UE. Il-KESE nnifsu ħejja għadd ta’ opinjonijiet fuq inizjattiva proprja f’oqsma relatati ma’ dan is-suġġett.
3.3 Ir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija ffurmaw parti integrali mill-istrateġija tal-UE għal dan il-qasam sa minn Marzu 2000. Fl-2002, is-Summit ta’ Barċellona stabbilixxa l-mira Ewropea li l-perċentwali tal-PDG ddedikat għar-riċerka u l-iżvilupp (R & Ż) jiżdied għal 3 % sal-2010. Kien stmat li din il-mira kienet tinvolvi żieda ta’ madwar nofs miljun riċerkatur ieħor (4).
3.4 Dawn il-figuri jappoġġjaw il-bżonn li jkun hemm politika Ewropea komuni f’dan il-qasam, li tmur ħafna lil hinn minn dak li huwa magħruf bħala l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni għall-politiki nazzjonali u li saħansitra tinvolvi l-introduzzjoni ta’ bidliet fil-kundizzjonijiet tal-impjieg u fl-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi nnifishom, inklużi r-riċerkaturi l-ġodda, fl-oqsma tar-reklutaġġ, il-progress fil-karriera u d-drittijiet soċjali.
3.5 Minkejja li l-mira għall-investiment fir-R & Ż tfisser li 2 mit-3 % tal-PDG ser jiġu mis-settur privat, l-industrija ma tistax tkun mistennija ġġorr dan il-piż waħedha u l-gvernijiet għandhom responsabbiltà konsiderevoli f’dan il-qasam. Billi l-biċċa l-kbira tal-opportunitajiet ta’ impjiegi għar-riċerkaturi huma maħluqa mill-industrija, jeħtieġ li kundizzjonijiet aħjar għat-twettiq tar-riċerka, fis-settur privat, inklużi n-negozji ż-żgħar u ta’ daqs medju, u bis-saħħa ta’ dan l-istess settur, ikunu ġġenerati fl-Ewropa sabiex jintlaħqu l-miri li ġew stabbiliti, pereżempju permezz ta’ inċentivi għat-twaqqif ta’ netwerks għan-negozji u l-clusters f’setturi ċentrali tal-ekonomija Ewropea.
3.6 Il-livell ta’ finanzjament pubbliku għal kull riċerkatur fl-Ewropa għadu, b’mod sinifikanti, aktar baxx mill-Istati Uniti u mill-Ġappun. Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet u l-prospettivi tax-xogħol fis-settur pubbliku għandhom jiffurmaw parti integrali mill-għanijiet tal-gvernijiet Ewropej fir-rigward tal-politika xjentifika. Hemm ukoll diskrepanza qawwija fl-ammont ta’ riċerkaturi fil-popolazzjoni totali meta mqabbel mal-Istati Uniti u l-Ġappun: madwar 6 riċerkaturi għal kull 1 000 abitant fl-UE, filwaqt li, fil-Ġappun u fl-Istati Uniti, ir-rata hija ta’ bejn 9 u 10 riċerkaturi għal kull 1 000 abitant.
3.7 Bħala l-korpi li għandhom ir-responsabbiltà ewlenija għat-taħriġ tar-riċerkaturi, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għandhom isibu mezzi ġodda biex jinkorporaw l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-kurrikuli tagħhom u biex jikkooperaw b’aktar suċċess mal-industrija, bil-għan li jittejjeb it-tagħlim tul il-ħajja. Fil-fatt, jeħtieġ li dawn l-istituzzjonijiet jibdlu l-fehma u l-attitudni tagħhom dwar din il-kwistjoni fil-kuntest tal-missjoni tagħhom li jħarrġu r-riżorsi umani għal soċjetà bbażata fuq l-għarfien, billi jistrutturaw mill-ġdid il-kurrikuli tagħhom, billi jimpenjaw ruħhom f’taħriġ b’mod konġunt mar-R & Ż fl-industrija, billi joffru opportunitajiet ġodda, inkluż lil persuni li jibdew karriera ta’ riċerka tard, billi jtejbu l-aċċess għan-nisa, għall-minoranzi etniċi u għall-gruppi żvantaġġati, inkluż għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, li għandhom mnejn iħarsu lejn ir-riċerka u l-għarfien bħala qasam li joffri avvanz soċjali u żvilupp personali fis-soċjetà tal-lum.
3.8 L-involviment tal-istudenti, mhux biss dawk li jkunu ġa ggradwaw iżda wkoll dawk li jkunu għadhom ma ggradwawx, fl-attivitajiet ta’ riċerka bħala parti regolari tal-kurrikulum tagħhom għadu mhuwiex adegwat, saħansitra fis-settur privat, u għandu jinfirex aktar.
3.9 Jeħtieġ ukoll miżuri biex il-karrieri fix-xjenza, l-inġinerija u t-teknoloġija jsiru aktar attraenti għaż-żgħażagħ, mingħajr ma nittraskuraw ix-xjenzi soċjali u umani. Teżisti differenza enormi bejn il-karrieri fl-industrija u dawk fl-universitajiet jew fis-settur pubbliku iżda l-gvernijiet nazzjonali u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jaqdu rwol importanti ħafna u koordinat f’dan il-qasam. Dan huwa fattur ewlieni fl-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u tal-prosperità u l-kompettività tal-UE fil-futur.
3.10 L-edukazzjoni xjentifika hija wkoll fattur importanti, billi tista’ tistimola l-kurżità u l-interess tat-tfal u taż-żgħażagħ fil-karrieri xjentifiċi. Sabiex iż-Żona Ewropea tar-Riċerka tkun suċċess, hemm bżonn li jintwera impenn lejn il-kwalifiki u l-kwalità tal-edukazzjoni, sa mill-iskejjel primarji u sekondarji, permezz ta’ xogħol esperimentali u kuntatti mad-dinja xjentifika u l-industrija, minbarra l-isforzi biex jiġi żgurat li l-għalliema nnifishom ikollhom il-kwalifiki meħtieġa (5).
3.11 L-istrateġiji maħsuba biex jagħmlu x-xjenza aktar popolari u biex jippromovuha diġà ġew rikonoxxuti bħala fatturi essenzjali biex il-pubbliku jifhem ix-xjenza u biex iressqu x-xjenza aktar qrib is-soċjetà inġenerali u speċjalment iż-żgħażagħ. Madankollu, jeħtieġ li jkun hemm inċentivi akbar, ukoll fil-livell Ewropew, permezz tal-appoġġ għal inizjattivi konġunti, minħabba l-importanza tagħhom speċjalment f’dinja globalizzata fejn hemm bżonn kruċjali li kwistjonijiet kontroversjali jinfiehmu u wkoll li s-suċċessi xjentifiċi jiġu kkomunikati.
3.12 Il-kwistjoni tan-nisa involuti fil-qasam tax-xjenza huwa fattur ieħor tassew importanti. Filwaqt li l-figuri attwali huma differenti ħafna minn dawk ta’ għoxrin sena ilu, in-nisa xorta għadhom mhumiex irrappreżentati biżżejjed f’ħafna oqsma ta’ riċerka xjentifika f’ħafna pajjiżi u fuq kollox għandhom tendenza li ma jokkupawx il-livelli amministrattivi għolja. Il-Kummissjoni Ewropea u wħud mill-Istati Membri għamlu sforzi konsiderevoli f’dan il-qasam iżda għad fadal ħafna xi jsir. In-nisa għadhom jirrappreżentaw is-sors l-aktar ovvju għal żieda fir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija fl-Ewropa, minkejja l-fatt li l-miżuri attwali ta’ inċentiva mhux jirnexxilhom jorbtu b’suċċess il-politiki tax-xjenza u l-politiki ta’ appoġġ soċjali u ekonomiku għan-nisa.
3.13 Jeħtieġ li kwalunkwe dibattitu dwar ir-riżorsi umani fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija jieħu inkunsiderazzjoni d-dimensjoni internazzjonali taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (6). L-UE għandha tikkompeti fil-livell internazzjonali sabiex tattira r-riżorsi umani l-aktar ikkwalifikati u tiżgura li dawn ikunu jistgħu jibqgħu fl-Ewropa, permezz ta’ koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki nazzjonali u Komunitarji. Madankollu, kwalunkwe inizjattiva għandha tkun imsejsa fuq il-kooperazzjoni sabiex tħeġġeġ il-moviment u t-trasferiment tal-għarfien, kif ukoll il-mobbiltà, sabiex tiżgura li jkun hemm reċiproċità u, b’mod speċjali għar-riċerkaturi minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, għandha wkoll tgħin biex ittejjeb il-kwalifiki fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom.
4. Bżonn ta’ miżuri prattiċi ta’ politika mmirati lejn il-ksib ta’ progress immedjat fl-aġenda Ewropea għar-riżorsi umani fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija
4.1 Il-Kumitat jixtieq jenfasizza l-importanza ta’ approċċ Ewropew komuni, mogħni b’miżuri prattiċi ta’ politika mmirati lejn il-ksib ta’ progress immedjat fl-aġenda Ewropea għar-riżorsi umani fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija.
Huwa u jtenni l-kontenut tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-Sħubija għar-Riċerka Ewropea, speċjalment fir-rigward tar-reklutaġġ tar-riċerkaturi u l-kundizzjonijiet tal-impjieg rilevanti, il-KESE jikkunsidra bħala opportun u realistiku żvilupp sostenibbli u kontinwu fl-UE, ekwivalenti għal tkabbir ta’ madwar 5 % fis-sena għall-għaxar snin li ġejjin. Dan għandu jgħin sabiex il-livelli attwali ta’ riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija jiżdiedu b’aktar minn 50 % fuq perijodu ta’ għaxar snin. Il-Kumitat jipproponi li dawn il-miżuri jiġu applikati speċifikament fl-oqsma li ġejjin:
4.2.1 żieda fin-numru u l-proporzjon ta’ żgħażagħ li jagħżlu li jistudjaw suġġetti relatati max-xjenza u t-teknoloġija;
4.2.2 żieda fin-numru u l-proporzjon ta’ studenti ggradwati li jinkitbu f’korsijiet tad-dottorat, diversifikazzjoni tal-profili tad-dottorati u tisħiħ tal-mekkaniżmi tal-kontroll tal-kwalità;
4.2.3 l-attrattività tal-istituzzjonijiet Ewropej, iż-żamma ta’ perċentwali għoli ta’ studenti fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija mill-Ewropa u mill-bqija tad-dinja u l-irduppjar tan-numru ta’ dottorati li jsiru barra mill-pajjiż tal-oriġini tal-istudenti;
4.2.4 it-tennija tal-importanza li jiġi pprovdut qafas legali, amministrattiv u finanzjarju biex titħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-miżuri hawn fuq imsemmija fil-qasam tal-koordinazzjoni tal-politiki tar-riċerka u l-politiki tal-impjiegi u dawk soċjali.
4.3 In-numru ta’ żgħażagħ li jagħzlu li jistudjaw suġġetti relatati max-xjenza u t-teknoloġija fil-fatt żdied fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, għalkemm il-proporzjon b’relazzjoni man-numru totali ta’ studenti ma żdiedx. Jistgħu jittieħdu għadd ta’ miżuri biex iż-żgħażagħ jiġu attirati lejn ix-xjenza u t-teknoloġija, fosthom: – it-titjib tat-tagħlim tax-xjenza u t-teknoloġija u l-iżvilupp ta’ netwerks xjentifiċi li jinvolvu l-iskejjel, l-għalliema tax-xjenza u r-riċerkaturi, fil-livell nazzjonali u internazzjonali; – l-appoġġ ta’ miżuri li jippromovu x-xjenza u t-twessigħ tal-bażi soċjali tal-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku, speċifikament fil-forma ta’ ċentri għax-xjenza u mużewijiet tax-xjenza; – l-għoti ta’ servizzi ta’ tagħrif u servizzi ta’ orjentament għat-tagħlim u għall-karriera li jkunu kapaċi jissodisfaw il-bżonnijiet soċjali relatati mal-korsijiet tax-xjenza u t-teknoloġija.
4.4 Mingħajr ma tiġi ttraskurata l-garanzija tal-kwalità, mira oħra fl-immedjat għandha tkun li jitnedew inċentivi sabiex jiżdied in-numru ta’ dottorati u tikber il-firxa tad-dottorati disponibbli, permezz tal-involviment tal-industrija fejn xieraq. Għal dan il-għan, jistgħu jiġu promossi miżuri sabiex: – jiżdied il-proporzjon ta’ għotjiet ta’ studju għad-dottorati fuq il-bażi ta’ kompetizzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali; – persuni ggradwati minn pajjiżi terzi jiġu jagħmlu dottorati fl-Ewropa; – tkompli tiżdied l-importanza li kisbu d-dottorati dan l-aħħar sabiex jintlaħqu livelli għolja ta’ kompetenza professjonali f’oqsma differenti, u mhux biss fil-karrieri ta’ riċerka.
4.5 Mira oħra għandha tkun li jiġu attirati studenti internazzjonali u dan jinvolvi: – it-titjib u t-tħeġġiġ tal-mobbiltà tal-istudenti, ir-riċerkaturi u l-għalliema bejn l-istituzzjonijiet u s-setturi u minn fruntiera għall-oħra, speċjalment bejn id-dinja akkademika u l-industrija; – il-promozzjoni ta’ reklutaġġ miftuħ, kompetittiv u trasparenti tar-riċerkaturi; – it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja għall-familji tar-riċerkaturi u t-titjib tal-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-partners tar-riċerkaturi; – tnaqqis sinifikanti tal-burokrazija involuta fil-finanzjament pubbliku tar-riċerka.
4.6 It-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tar-riċerkaturi huwa fattur kritiku fiż-żieda tal-mobbiltà u tal-interess fil-karrieri xjentifiċi u fiż-żieda tal-proporzjon tan-nisa fil-qasam tar-riċerka permezz tal-iżgurar ta’ protezzjoni soċjali adegwata. L-iffaċilitar tal-ksib ta’ kuntratti tax-xogħol, bil-għan li l-karrieri jsiru kompetittivi u attraenti, kif ukoll l-offerta ta’ kundizzjonijiet tal-impjieg adatti għan-nisa u l-irġiel, inklużi l-leave ta’ maternità u paternità u miżuri oħra ta’ sigurtà soċjali biex titħeġġeġ il-mobbiltà tar-riċerkaturi, huma fatturi ewlenin fis-suċċess ta’ kwalunkwe politika tar-riċerka u l-innovazzjoni.
4.7 Il-KESE jappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex iqisu l-possibbiltà li jadottaw miżuri maħsuba biex iħaffu t-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni supplementari għar-riċerkaturi, permezz tal-użu tal-qafas legali eżistenti u permezz ta’ ftehimiet bilaterali u multilaterali. Il-Kumitat jinsab ħerqan biex jara r-riżultati tal-istudju ta’ fattibbiltà dwar il-possibbiltà ta’ fond ta’ pensjonijiet pan-Ewropew għar-riċerkaturi tal-UE, studju li qiegħed isir permezz ta’ finanzjament Komunitarju, u jappoġġja wkoll il-miżuri kollha li jqis bħala urġenti sabiex jitħaffef it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni supplementari għar-riċerkaturi.
4.8 Il-KESE jappoġġja u jiddefendi wkoll miżuri urġenti maħsuba biex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn il-politiki tal-edukazzjoni, tar-riċerka, tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ikkoordinat ta’ strumenti għall-politika edukattiva, xjentifika u soċjali, sabiex l-Ewropa tkun tista’ tilħaq l-għanijiet tagħha fir-rigward tar-riżorsi umani fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija.
Bħala miżuri prattiċi fil-livell tal-UE biex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet hawn fuq imsemmija, il-KESE jixtieq:
4.9.1 jiżgura li, fil-kuntest tad-diskussjonijiet li dalwaqt ser jibdew dwar il-futur Tmien Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, l-attivitajiet ta’ riċerka appoġġjati minn dan il-Programm Qafas jiffurmaw b’mod awtomatiku pjattaforma għall-edukazzjoni avvanzata, speċjalment għad-dottorati, fuq il-bażi ta’ kompetizzjonijiet miftuħa għall-istudenti mill-pajjiżi kollha;
4.9.2 jipproponi l-ħolqien ta’ ċentru għall-monitoraġġ tar-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija fl-Ewropa sabiex jipprovdi tagħrif konsistenti u komparabbli dwar l-iżviluppi li jsiru f’dan il-qasam u dwar il-politiki nazzjonali dwar ir-riżorsi umani kemm fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja (7);
4.9.3 ukoll fil-kuntest tat-Tmien Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, jestendi l-miżuri Marie Curie maħsuba biex jappoġġjaw il-mobbiltà tar-riċerkaturi u miżuri relatati kif ukoll jagħti spinta lill-kooperazzjoni internazzjonali dwar ir-riżorsi umani; ikompli jiżviluppa l-programm Erasmus Mundus, bħala mezz biex titħeġġeġ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-qasam tal-istudji avvanzati;
4.10 fl-aħħar, il-KESE jitlob li r-reviżjoni futura tal-Istrateġija ta’ Lisbona tikkunsidra b’mod adatt l-importanza tar-riżorsi umani fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija, tiżgura li r-riċerkaturi huma kkwalifikati kif suppost u tiggarantixxi l-iżvilupp fuq perijodu fit-tul ta’ politika komuni f’dan il-qasam f’livell Ewropew.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) . ĠU C 175, 28.7.2009, p. 81.
(2) . Green Paper dwar Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda, COM(2007) 161 finali, 4 ta’ April 2007.
(3) . Dokument tal-Kunsill 10003/09, 18 ta’ Mejju 2009.
(4) . Ara r-“Report by the High Level Group on Increasing Human Resources for Science and Technology in Europe 2004” (Rapport mill-grupp ta’ livell għoli dwar iż-żieda fir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija fl-Ewropa 2004), Komunitajiet Ewropej, 2004.
(5) . Ara l-pubblikazzjonijiet li ġejjin: “Encouraging Student Interest in Science and Technology Studies”, Global Science Forum, OECD 2008; “Mathematics, Science and Technology Education Report, The Case for a European Coordinating Body”, European Roundtable of Industrialists (ERT), Awwissu 2009.
(6) . Opinjoni tal-KESE dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Qafas strateġiku Ewropew għall-kooperazzjoni internazzjonali fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija, Relatur: is-Sur Gerd Wolf (ĠU C 306, 16.12.2009, p. 13).
(7) . Din il-proposta diġà tressqet fl-2004 mill-“High Level Group on Human Resources for Science and Technology in Europe” (grupp ta’ livell għoli dwar ir-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija fl-Ewropa) (ara nota 4 f’qiegħ il-paġna).
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/24 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Kif għandhom jiġu appoġġjati l-SMEs biex jadattaw għall-bidliet fis-swieq globali”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2010/C 255/04)
Relatur: is-Sur CAPPELLINI
Korelatur: is-Sur PAETZOLD
Nhar is-26 ta’ Frar 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
Kif għandhom jiġu appoġġjati l-SMEs (1) biex jadattaw għall-bidliet fis-swieq globali
Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, li hija inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-26 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Cappellini u l-korelatur kien is-Sur Paetzold.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’180 vot favur u 3 astensjonijiet.
L-ewwel parti
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat jirrikonoxxi li l-SMEs jieħdu ħafna toroq lejn l-internazzjonalizzazzjoni, jimpjegaw strateġiji differenti u jużaw livelli differenti ta’ appoġġ. Għaldaqstant din l-opinjoni għandha l-għan li tistabbilixxi tmien rakkomandazzjonijiet li jiggwidaw u jispiraw azzjonijiet ta’ appoġġ tal-SMEs fl-addattament għal bidliet fis-swieq globali. L-opinjoni tagħna hija indirizzati lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lill-assoċjazzjonijiet tal-SMEs u lis-soċjetà ċivili organizzata usa’ tal-UE.
1.2 Rakkomandazzjoni 1: Rispett għall-Intraprendituri, id-dritt tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet u l-bżonn tagħhom li jieħdu responsabbiltà għall-konsegwenzi ta’ dawn id-deċiżjonijiet. L-appoġġ tan-negozju għandu jassisti intraprendituri fl-indirizzar tal-bidliet fis-swieq globali, iżda m’għandux jissostitwixxi la d-deċiżjoni intraprenditorjali nnifisha lanqas iħares l-intraprenditur mir-riskji li joħorġu mid-deċiżjoni. L-appoġġ ta’ politika għall-SMEs għandu jippremja l-innovazzjoni b’mod effettiv (billi jieħu sehem attiv fi Pjattaformi Teknoloġiċi transsettorjali fi ħdan il-Programm Qafas 7 (FP7)) u ma jġibx miegħu riskji, sakemm ma jkunx bħala reazzjoni għal fallimenti speċifiċi tas-suq. F’dawn iċ-ċirkostanzi bidliet fis-swieq globali jista’ jkollhom impatt sproporzjonatament kbir fuq kumpaniji iżgħar (bħal dawk li joperaw f’katini ta’ valur globali jew ekonomiji ddominati minn kumpaniji iżgħar).
1.3 Rakkomandazzjoni 2: Tnaqqis tal-ostakoli għall-kummerċ. L-objettiv ta’ swieq miftuħa, permezz ta’ negozjati tal-kummerċ li jkollhom suċċess u l-użu legalment korrett ta’ Strumenti għad-Difiża tal-Kummerċ minn pajjiżi terzi, għall-infurzar ta’ standards globali tal-kummerċ u ż-żamma tas-Suq Intern, mingħajr ma jitqiegħed fil-ġenb l-aċċess simetriku għas-suq, jibqgħu l-iktar modi effettivi kif jiġu appoġġjati l-SMEs li jesportaw. L-aħjar strateġija ta’ politika tkun li jiġi żgurat li dawk il-kumpaniji li kapaċi jesportaw ma jitwaqqfux milli jagħmlu hekk minħabba ostakoli ta’ tariffi jew mhux.
1.4 Rakkomandazzjoni 3: Inkoraġġiment tal-kompetittività kummerċjali billi togħla l-kwalità. Il-benefiċċji u l-kwalità tar-rispett tal-istandards u r-rekwiżiti Ewropej, kif ukoll tal-parteċipazzjoni sħiħa fil-programmi tat-tisħiħ tal-kwalità, bħall-FP7 u s-CIP, jeħtieġ li jiġu rreklamati fil-kampanji pubbliċitarji f’pajjiżi terzi, organizzati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea, u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju. Fl-istess waqt, għandu jiġi enfasizzat li r-rispett tal-istandards tal-UE huwa kondizzjoni li tiggverna l-importazzjoni ta’ prodotti u servizzi fl-UE.
1.5 Rakkomandazzjoni 4: Il-politika tal-kummerċ trid“Taħseb l-ewwel fiż-żgħir”. Jekk se jiġu żviluppati sħubijiet li jwasslu għal aċċess għas-suq, l-SMEs iridu jiġu kkoordinati iktar mill-qrib biex il-proċeduri tagħhom jiġu jaqblu dawk tal-proċess kumpless tan-negozjati tal-kummerċ. It-trasparenza tan-negozjati tista’ tittejjeb billi tiġi enfasizzata d-dimensjoni tal-SMEs fl-Istimi tal-Impatt tas-Sostenibbilità (SIAs) kollha. Għandu jkun hemm ukoll għarfien ikbar tal-livell u l-kwalità ta’ rappreżentanza tar-rappreżentanti intraprenditorjali. Għandhom jgħinu wkoll il-helpdesks tal-Bażi tad-Data tal-Aċċess għas-Suq u tal-IPR (Intellectual Property Rights – Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali) fis-swieq il-ġodda. Jista’ jsir ukoll iktar xogħol fil-qasam tal-akkwist pubbliku u ħlas fil-pront fl-UE sabiex jittejjeb il-kummerċ tal-SMEs.
1.6 Rakkomandazzjoni 5: Tfassil tal-politiki skont il-ħtiġijiet tal-SMEs. Hemm diverġenza bejn l-esperjenzi ta’ SMEs tal-ostakoli għall-internazzjonalizzazzjoni u l-mod kif dawn l-ostakoli jiġu pperċeputi minn dawk li jfasslu l-politika. L-appoġġ irid jitwassal permezz ta’ intermedjarji lokali u nazzjonali li huma familjari mal-SMEs u b’modi prattiċi u aċċessibbli. Il-promozzjoni ta’ rabtiet personali bejn il-kumpaniji billi jiġu ssusidjati l-ewwel żjarat hija eżempju tajjeb ta’ dan. Jeħtieġ li jsir ħafna iżjed biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-SMEs f’dak li għandu x’jaqsam mal-politika, kif juri l-eżempju tal-aċċess għall-finanzi. Metodi prattiċi għall-għajnuna tal-SMEs, bħall-medjazzjoni, l-eżenzjonijiet mit-taxxa, ħlas fil-pront u miżuri li jiffaċilitaw it-tixrid malajr ta’ fondi permezz ta’ eżenzjonijiet għall-għajnuna tal-istat għandhom jitħeġġu, b’mod partikulari għal dawk is-setturi li huma esposti l-iktar għall-globalizzazzjoni u l-kriżi ekonomika u finanzjarja (eż. dak tal-karozzi fost oħrajn).
1.7 Rakkomandazzjoni 6: Appoġġ lill-SMEs permezz tal-ħaddiema tagħhom. L-għan huwa li jiġi żgurat li l-SMEs ikunu jistgħu jsibu nies kapaċi u li jieħdu impenn fis-suq tax-xogħol. Sabiex tinżamm il-kompetittività tal-SMEs tal-UE għandha tinżamm il-provvista tal-ogħla livelli ta’ ħiliet, pereżempju f’setturi bħalma huma tal-inġinerija, il-manutenzjoni teknika jew il-kostruzzjoni. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Impenn Komuni għall-Impjieg” iżżid il-valur ta’ dan il-proċess. Id-Djalogu Soċjali, b’mod partikulari d-Djalogu Soċjali Settorjali, irid isir iktar attiv biex jgħin lill-SMEs jaħdmu mal-impjegati tagħhom biex iżommu u jiżviluppaw ħiliet ġodda sabiex ikunu minn tal-ewwel li jibbenefikaw minn opportunitajiet ġodda u minn dawk li diġà jeżistu fis-suq intern. Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali, għandhom jiġu ffaċilitati sħubijiet tal-UE u proġetti li jreġġu fost l-organizzazzjonijiet tal-SMEs, l-universitajiet tal-intrapriża u korpi tar-riċerka f’kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet minn ekonomiji emerġenti.
1.8 Rakkomandazzjoni 7: Netwerks huma importanti għall-SMEs, speċjalment hekk kif isiru globali. Netwerks jipprovdu opportunitajiet għall-SMEs iżda jippreżentaw ukoll problemi speċifiċi relatati mal-proprjetà intellettwali u klijenti dominanti li jistgħu jiġu indirizzati aħjar permezz ta’ approċċ settorjali. Bħala attur globali, l-UE għadha ma laħqitx il-potenzjal tagħha biex ittejjeb ir-rwol tal-SMEs bħala esportaturi lejn u importaturi minn swieq terzi. Ta’ interess partikulari huwa r-rwol li l-UE u l-Istati Membri jistgħu jaqdu fl-appoġġ ta’ dawk l-SMEs li huma kompetittivi biżżejjed biex jieħdu rwol bħala Kumpaniji Inizjali u Intermedjarji (IIC) fil-katini ta’ valur. Għandha ssir enfasi iktar qawwija fuq din il-kwistjoni f’konformità ma’ indikazzjonijiet preċedenti tas-CCMI filwaqt li jitqiesu l-eżiġenzi tal-ippożizzjonar mill-ġdid tal-politiki industrijali tal-UE fis-swieq globali.
1.9 Rakkomandazzjoni 8: L-innovazzjoni u l-evalwazzjoni. Dawk li jfasslu l-politika jridu jkunu innovattivi fl-ekonomija reali b’mod speċjali f’kundizzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali diffiċli. Il-politika trid tirreaġixxi malajr għal sfidi ġodda, tiġi evalwata skont evidenza soda ta’ kwalità u taħdem ma’ partijiet interessati rappreżentattivi biex jinkisbu lezzjonijiet mill-istejjer ta’ suċċess u l-bidliet fil-prestazzjoni. SMEs jistgħu jagħtu kontribut importanti għal iktar prodotti/servizzi tal-enerġija effiċjenti u għal dik li tissejjaħ “l-ekonomija ekoloġika”.
2. L-SMEs jaqdu rwol vitali fit-tweġiba tal-UE għal bidliet fis-swieq globali
2.1 It-23 miljun SME tal-Ewropa jaqdu rwol vitali fl-adattament tal-ekonomija tal-UE għal-bidliet fis-swieq globali. Jimpjegaw żewġ terzi tal-impjegati tas-settur privat, iżommu s-suq tax-xogħol dinamiku u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ ekonomija tal-UE li hi kompetittiva, innovattiva u inklużiva. Il-proċessi ta’ frammentazzjoni u speċjalizzazzjoni ekonomika li jikkaratterizzaw il-globalizzazzjoni joffru swieq speċjalizzati li l-SMEs jistgħu jisfruttaw. Irid ikun hemm aktar għarfien tal-kontribut li l-SMEs jagħmlu għall-prosperità tal-UE u l-mudelli soċjali, intraprenditorjali u kulturali varji tagħhom. L-SMEs huma s-sinsla tas-sistema produttiva tal-UE u jistgħu jżidu l-kontribut tagħhom għall-impjieg u għall-valur miżjud tal-UE (2).
2.2 Bħala l-ikbar esportatur dinji u donatur ta’ għajnuna tal-iżvilupp l-UE diġà hija orjentata lejn ix-xena globali. L-SMEs huma grupp eteroġenju u ħafna minnhom mhux ħa jkollhom is-saħħa, ir-riżorsi jew ir-rieda neċessarji biex jiffaċċjaw is-swieq globali. Il-Kumitat jixtieq jenfasizza li l-“globalizzazzjoni” u l-“internazzjonalizzazzjoni” huma kwistjonijiet importanti anke għall-SMEs li jfornixxu, jew huma bbażati fis-swieq lokali u reġjonali biss (3). Il-globalizzazzjoni bidlet id-definizzjoni tal-kompromessi soċjali li permezz tagħhom l-SMEs għamlu parti integrali mis-sistemi ekonomiċi nazzjonali, u l-Kumitat jirrikonoxxi li l-kriżi attwali ser terġa’ tbiddel il-mod kif l-SMEs ikunu marbutin mas-swieq nazzjonali u internazzjonali tagħhom (4). Ir-rwol imsaħħaħ tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri f’dan il-qasam irid jiġi diskuss u jagħmel parti mill-aġenda politika tal-UE. Jekk l-UE titkellem b’leħen wieħed fi ħdan l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (kif diġà talab ir-rappreżentant tal-Eurogroup lill-Kunsill) u jkollha viżjoni komuni għall-Eurogroup li tappoġġja ż-żona tal-Euro, dan ukoll jista’ jsaħħaħ ir-rwol tal-SMEs fl-ippożizzjonar globali tagħhom.
2.3 Ħafna fatturi jinfluwenzaw ir-reazzjoni tal-SMEs għall-bidliet fis-swieq globali. Minkejja l-impenn biex is-Suq Uniku jsir realtà, huma biss ftit l-SMEs fl-UE27 li jesportaw jew jixtru minn barra (5). Pajjiżi iżgħar u kumpaniji akbar għandhom it-tendenza li jkunu iktar internazzjonalizzati (6). Is-settur tas-servizzi, li huwa ddominati mill-SMEs, jikkontribwixxi madwar 70 % tal-valur miżjud totali lill-UE27, iżda l-kontribut totali tiegħu għall-kummerċ transkonfinali kien ta’ 20 % biss matul l-2006, li kien perijodu relattivament prosperuż (7). Destinazzjonijiet u setturi ta’ internazzjonalizzazzjoni jvarjaw, kif ukoll il-metodi kummerjċali li jintgħażlu (pereżempju esportazzjoni jew joint venture) u d-direzzjoni tal-kummerċ. L-ostakoli għall-internazzjonalizzajoni jvarjaw ukoll, bl-ikbar ostakolu għall-esportazzjoni li jiffaċċjaw l-SMEs ikun in-nuqqas ta’ għarfien dwar is-swieq barranin (13 % tal-SMEs li jesportaw semmew dan bħala l-ostakolu prinċipali), u warajh it-tariffi fuq l-importazzjoni fil-pajjiżi destinatarji u n-nuqqas ta’ kapital (it-tnejn 9 %) (8).
2.4 L-SMEs huma involuti f’inqas attivitajiet transkonfinali minn kumpaniji ikbar fis-Suq Intern u lil hinn minnu. Dan jista’ jagħti impressjoni mhux preċiża li l-UE hija għall-kumpaniji kbar u l-Istati Membri għall-SMEs. Il-Kumitat jenfasizza li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tal-UE u jaqdu rwol importanti fl-ekonomija soċjali tal-UE, b’mod speċjali meta kumpaniji ikbar jesternalizzaw għal pajjiżi terzi.
Għaldaqstant il-Kumitat jirrikonoxxi l-iżvilupp tal-politiki tal-SMEs tal-UE matul is-snin, mill-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-SMEs tal-1986, sal-Programm Integrat tal-1994, il-Programmi Multiannwali varji, l-Aġenda ta’ Lisbona tal-2000, il-Karta Ewropea dwar in-Negozji ż-Żgħar tal-2000, il-CIP (Programm ta’ Kompetittività u Innovazzjoni) u l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa (SBA).
2.5 Ħafna kumpaniji joperaw mingħajr ma jħarsu lejn il-politika pubblika għal appoġġ barra mit-tneħħija ta’ ostakoli amministrattivi u regolatorji. Għalihom il-ġustifikazzjoni ewlenija għall-interventi tal-UE fil-politika dwar l-SMEs tibqa’ biex jissewwew in-nuqqasijiet tas-suq. Iżda fl-opinjonijiet preċedenti (9) tiegħu l-Kumitat għamel ċar il-fehmiet tiegħu li l-appoġġ tal-SMEs għandu jitmexxa għal livell iktar għoli jekk ser jiġu indirizzati l-ambizzjonijiet tal-SBA u l-ħtiġijiet tat-23 miljun SME. Il-ġimgħa tal-SMEs wessgħat aktar l-ambitu tal-politika dwar l-SMEs hi u “Tgħarraf”, “Tappoġġja”, “Tispira”, “Taqsam” u “Tħeġġeġ” lill-SMEs (10), kif diġà ġie indikat fl-implimentazzjoni tal-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa” mill-Opinjoni INT/445 tal-KESE u reċentement mill-Kumitat tar-Reġjuni.
2.6 L-opinjoni tiffoka b’mod speċifiku fuq rakkomandazzjonijiet sabiex l-SMEs jiġu megħjuna fl-esportazzjoni u dwar politika mfassla biex tgħin lill-SMEs jiġġestixxu bidliet fis-swieq globali. Hija indirizzata lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri, kif ukoll lill-SMEs u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, dawk transettorjali u dawk settorjali. L-opinjoni tibda billi tispjega għalfejn il-ġustifikazzjoni tradizzjonali għal intervenzjoni sabiex jiġu indirizzati fallimenti fis-suq tista’ tkun komponent vitali ta’ din il-politika. Iżda tissuġġerixxi wkoll li l-mekkaniżmi li permezz tagħhom jiġu indentifikati l-fallimenti fis-suq, definiti s-soluzzjonijiet ta’ politika u allokati r-responsabbilitajiet eżekuttivi mhux dejjem huma ċari jew mqabbla tajjeb. Għal dawn ir-raġunijiet għandhom jiġu żviluppati prinċipji oħrajn imfassla biex iressqu l-politika iktar lejn l-SMEs u ’l bogħod mill-idea astratta tas-“suq”. Għal dan il-għan il-KESE jista’ jippromovi ma istituzzjonijiet tal-UE u nazzjonali oħrajn interessati, l-elaborazzjoni ta’ Rapport Bijannwali fil-Livell Globali li jkejjel “Il-pożizzjoni tal-SMEs fis-swieq globali permezz ta’ indikaturi xierqa tas-suq”.
3. Rakkomandazzjoni 1: L-intraprendituri jieħdu d-deċiżjonijiet
3.1 Il-miżuri jridu jirrispettaw lill-intraprendituri, id-dritt tagħhom li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-bżonn tagħhom li jieħdu r-responsabbiltà għall-konsegwenzi ta’ dawn id-deċiżjonijiet. Inċentivi favur l-esportazzjoni jistgħu jkunu ta’ dannu kbir billi jgħawġu s-swieq u jħeġġu lill-kumpaniji jieħdu riskji li mhumiex lesti għalihom. Il-politika, bħala regola, għandha tippremja l-innovazzjoni u tappoġġja kull min jieħu riskji kummerċjali, iżda m’għandhiex tieħu r-responsabbiltà għar-riskji kummerċjali, sakemm mhux bħala reazzjoni għal fallimenti speċifiċi tas-suq.
3.2 Il-globalizzazzjoni toffri sfidi kumplessi, kemm riskji kif ukoll opportunitajiet, għall-SMEs u għal dawk li jfasslu l-politika. L-aċċess għas-swieq globali jirrikjedi informazzjoni li tqum il-flus, il-fornituri jridu jkun kredibbli u l-katini ta’ valur jippreżentaw sfidi fil-qasam tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IPR) għall-SMEs. L-SMEs jieħdu ħafna toroq lejn l-internazzjonalizzazzjoni. Uħud “jitwieldu” fil-livell globali waqt li oħrajn bil-mod jitgħallmu kif jadattaw ruħhom. L-isfida għal dawk li jfasslu l-politika hija li jfittxu biex jiżguraw li l-fehim tagħhom tal-ħtiġijiet tal-SMEs jaqbel ma’ dak tan-negozju li jridu jappoġġjaw. Huwa għalhekk li l-enfasi trid tibqa’ fuq il-provvediment ta’ appoġġ waqt li jitħaddan il-prinċipju tad-diskrezjoni intraprenditorjali.
4. Rakkomandazzjoni 2: Is-swieq iridu jkunu ħielsa
4.1 L-enfasi fuq id-diskrezjoni intraprenditorjali hija ġustifikazzjoni ewlenija għall-isforzi favur swieq ħielsa u hija suppożizzjoni komuni tal-politika tal-UE dwar l-SMEs. L-SBA jirriferi għall-ħtieġa li jinkiseb iktar mis-“Suq Intern”, il-Kumitat ressaq l-argument li titjib fis-Suq Intern huwa l-iktar mod effiċjenti kif jitjiebu l-kapaċitajiet ta’ esportazzjoni tal-SMEs (11) u aċċess aħjar tal-SMEs għas-swieq tal-esportazzjoni huwa tema ċentrali għad-dimensjoni esterna tal-Istrateġija ta’ Lisbona (12). Għalhekk, it-tnaqqis tal-ostakoli għall-kummerċ u l-objettiv tas-swieq miftuħa u kompetittivi, permezz tal-konklużjoni ta’ negozjati tal-kummerċ, l-infurzar ta’ standards globali tal-kummerċ u ż-żamma tas-Suq Intern jibqgħu l-iktar modi effettivi kif jiġu appoġġjati l-SMEs li jesportaw, sakemm il-ftuħ tas-swieq jirrispetta “l-aċċess simetriku” u ma jipperikolax l-“acquis communautaire”. L-aħjar strateġija ta’ politika tkun li jiġi żgurat li dawk in-negozji ż-żgħar li kapaċi jesportaw ma jitwaqqfux milli jagħmlu hekk minħabba ostakoli ta’ tariffi jew mhux. Eżempji ta’ azzjonijiet xierqa jinkludu:
|
a. |
il-kompletar tal-ftehimiet taċ-Ċiklu ta’ Doha, tad-WTO/GPA u dawk bilaterali, u negozjati ta’ kummerċ internazzjonali oħrajn li jindirizzaw l-ostakoli għall-kummerċ kemm mal-fruntiera (pereżempju ostakoli fiskali, proċeduri doganali) kif ukoll “wara l-fruntiera” (ostakoli mhux fiskali, standards, livelli tekniċi u regolamenti) (13); |
|
b. |
azzjonijiet li jindirizzaw protezzjoni dgħajfa jew ta’ piż tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u kwistjonijiet relatati bħat-trasferiment teknoloġiku, n-Netwerk Ewropew tal-Intrapriża, il-helpdesk tal-IPR tal-Proġett IPeuropAware, il-Helpdesk tal-IPR dwar l-SMEs taċ-Ċina, u ċ-Ċentru Ewropew tal-Intraprenditorija u tat-Teknoloġija fl-Indja, 2008, li fih huwa involut l-Uffiċċju Ewropew tal-Brevetti; |
|
c. |
azzjonijiet kontinwi sabiex tiġi indirizzata prattika governattiva diskriminatorja fil-għoti tal-akkwist pubbliku; |
|
d. |
l-azzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea bħala reazzjoni għall-proposti tal-Membru tal-Parlament Ewropew Guardans Cambo li l-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tirrapporta dwarhom (14). |
5. Rakkomandazzjoni 3: Inkoraġġiment tal-Kompetittività Kummerċjali permezz tal-Kwalità
5.1 Il-kumplessità tal-kwistjonijiet marbutin mad-deċiżjoni ta’ intraprenditur biex isir internazzjonali jfisser li l-appoġġ għall-SMEs irid ikun sensittiv għat-triq li tittieħed, l-alleanzi li jinbnew u s-setturi involuti. Il-Kumitat għalhekk jappoġġja r-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (GBER) biex il-qafas tal-għajnuna statali jkun iktar sensittiv għall-ħtiġijiet tal-SMEs. Għandu jippermetti li assistenza sinfikanti tingħata lill-SMEs fejn hemm evidenza li s-suq ma għenx biex jinkisbu riżultati effiċjenti għall-SMEs (15). Il-Kumitat esprima l-opinjoni tiegħu dwar il-ħtieġa li l-SMEs jieħdu sehem bis-sħiħ fi programmi ta’ tisħiħ tal-kwalità, bħal dawk taħt l-FP7 (16) u li jagħmlu użu tal-Gwida l-ġdida tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna Statali għall-SMEs. L-organizzazzjonijiet tal-SMEs għandhom jagħtu titwila lill-azzjonijiet ta’ taħriġ tal-Kummissjoni (17). Bidliet usa’ fil-kultura tan-negozju, il-katini ta’ valur, il-pożizzjoni fis-suq, b’mod partikulari tal-SMEs, għandhom ikunu s-suġġett ta’ monitoraġġ tal-politika, settur wara settur, fil-livell tal-UE. Huwa meħtieġ progress sinifikanti f’dan il-qasam.
5.2 Il-kumpaniji kollha li jibdew jagħmlu l-kummerċ minn ġo l-UE huma meħtieġa jilħqu livell ta’ prestazzjoni, ta’ sikurezza tal-konsumatur, responsabbiltà soċjali korporattiva u sostenibbiltà ambjentali li huma mill-iktar għoljin. Dawn huma investimenti sinifikanti li l-UE tobbliga lill-kumpaniji jagħmlu u jista’ jsir iktar sabiex jiżdied id-dħul minn dawn l-investimenti. Għaldaqstant, il-Kumitat iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs biex jikkunsidraw modi kif jirrappreżentaw il-kwalità tal-prodotti/servizzi tal-UE lis-swieq esterni. Il-marketing orizzontali sabiex titqajjem koxjenza dwar il-kwalità tal-prodotti tal-UE m’għandux jirriferi esklussivament għall-kampanji dwar il-“Marka CE” jew “Made in Europe”. Iżda t-tixrid tal-għarfien fi swieq terzi dwar il-kwalità tal-prodotti, fuq il-bażi ta’ approċċ settur b’settur jista’ jkun għodda importanti tal-marketing li jgħin lill-ħafna SMEs, b’mod speċjali dawk li joperaw f’setturi ġodda (bħall-enerġija ekoloġika). Inizjattivi tal-“kummerċ ġust” fil-livell reġjonali/globali li jinvolvu b’suċċess l-organizzazzjonijiet tal-SMEs tal-UE għandhom ikun suġġetti għal riċerka u evalwazzjoni iktar sistematika.
5.3 L-SMEs jixtru “oġġetti” minn barra s-Suq Uniku daqs kemm jesportaw (5). SMEs minn Stati Membri iżgħar, u b’mod speċjali dawk li joperaw fil-bejgħ bl-ingrossa, bl-imnut u fil-manifattura, għandhom it-tendenza li jsibu s-sorsi tagħhom lil hinn mill-konfini nazzjonali tagħhom (8), iżda mhux minn swieq terzi. Promozzjoni kontinwa ta’ standards Ewropej u tal-Marka CE, kif ukoll kapaċitajiet aħjar ta’ evalwazzjoni tal-konformità u tas-sorveljanza tas-suq f’pajjiż terzi jistgħu jżidu l-firxa ta’ fornituri għall-importazzjoni fl-UE. Il-bini tal-kapaċità li permezz tagħha l-kumpaniji f’pajjiżi terzi jistgħu jikkonformaw ser jipprovdi wkoll appoġġ tan-negozju f’konformità mal-aġenda tal-UE Għajnuna għall-Kummerċ, u kif ġie nnotat mill-President tal-Kumitat WTO-TBT, isaħħaħ il-kunfidenza u l-kummerċ ħieles u ġust (18).
6. Rakkomandazzjoni 4: Il-politika tal-kummerċ trid “Taħseb l-ewwel fiż-żgħir”
6.1 Il-Kumitat jinnota li suġġetti partikulari tal-SBA huma rilevanti fit-tfassil tal-politika tal-kummerċ. L-SMEs huma inqas kapaċi jindirizzaw piżijiet regolatorji u inqas kapaċi jsemmgħu l-fehmiet tagħhom fi gruppi li jfasslu l-politika (19). Dan japplika ugwalment għall-ostakoli ta’ tariffi u mhux. F’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni għal “Partenarjat aktar b’saħħtu biex itejjeb l-aċċess għas-swieq” (20), l-organizzazzjonijiet tan-negozju għandhom ikunu attivi fis-Sħubija dwar l-Aċċess għas-Suq u l-Kumitat Konsultattiv tiegħu, l-“MAAC”. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat li l-interessi tal-SMEs jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fin-negozjati tal-kummerċ kollha. Strumenti għad-difiża tal-kummerċ li diġà jeżistu, bħal miżuri kontra s-sussidji u d-dumping, mhumiex adatti għall-SMEs li għandhom nuqqas ta’ riżorsi u kompetenzi biex iressqu ilmenti effettivi. Ir-Round Table UE-Ċina u UE-Indja tal-KESE jista’ jiffaċilita wkoll id-djagolu u l-ħidmiet preparatorji fost is-soċjetajiet ċivili rispettivi tal-UE (b’mod partikulari l-SMES u l-kategoriji tal-ekonomija soċjali).
6.2 Il-Kumitat jirrikonoxxi li l-kanal ewlieni għar-rappreżentazzjoni tal-fehmiet tal-SMEs huwa permezz tal-Istati Membri u l-Kumitat tal-Artikolu 133, u permezz tal-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u l-federazzjonijiet tal-industrija li jagħmlu “lobbying” mal-Kummissjoni fid-WTO. Madankollu, in-negozjati tal-kummerċ huma kumplessi, u jeħtieġ li tul in-netwerk tal-politika tal-kummerċ jiġu żviluppati u kkoordinati aħjar sħubijiet iktar b’saħħithom għall-iżvilupp ta’ aċċess ikbar għas-swieq għall-SMEs. Il-KE u l-Istati Membri għandhom ukoll iżidu l-koordinazzjoni tal-interessi tal-SMEs sabiex jirrappreżentaw aħjar l-interessi tagħhom f’korpi oħrajn li jistabbilixxu l-istandards, bħall-ISO. Eżempji ta’ azzjonijiet xierqa jinkludu:
|
a. |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet post hoc fl-Evalwazzjonijiet tal-Impatt tas-Sostenibbilità (SIAs) dwar il-proċessi li permezz tagħhom ikkonsultaw l-SMEs u dwar il-kwalità tar-rappreżentanza tal-assoċjazzjonijiet li huma kkonsultaw (21). |
|
b. |
Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-Bażi ta’ Data dwar l-Aċċess għas-Suq (MADB) u r-riżorsi għall-ħarsien tal-proprjetà intellettwali, inklużi l-Helpdesks tal-IPR. Esperjenza ta’ ħidma regolari għall-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea fi ħdan l-SMEs u fl-uffiċċji ta’ kuntatt Nazzjonali tal-IPR rispettivi tagħhom għandhom jgħinu ħafna biex jinftiehmu l-kwistjonijiet involuti f’dawn l-oqsma tal-kummerċ. |
|
c. |
Politiki tal-akkwist pubbliku diskriminatorji u ħlas tard huma oqsma ta’ azzjoni statali li joħolqu ħsara mhux proporzjonata lill-SMEs (22). Il-Kumitat jilqa’ r-reviżjoni tal-2006 tal-implimentazzjoni tad-direttiva iżda jħoss li l-effett tal-kriżi finanzjarja għandu jiġi evalwat. Din l-evalwazzjoni għandha toħloq pressjoni morali u tinnota prattika tajba bħall-arranġamenti formali ta’ Ġunju 2009 tal-Gvern Irlandiż sabiex jitnaqqas minn 30 għal 15-il jum il-perijodu ta’ ħlas minn Dipartiment tal-Gvern ċentali lill-fornituri kummerċjali tagħhom. |
7. Rakkomandazzjoni 5: Tfassil tal-politiki skont il-ħtiġijiet tal-SMEs
7.1 Il-politiki għandhom jitfasslu biex l-ewwel jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-intrapriżi, b’mod partikulari l-SMEs, u mhux dawk ta’ min ifassal il-politika, tal-mekkaniżmu ta’ twettiq tagħha jew tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Kemm is-summit OECD APEC tal-2006 dwar l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs kif ukoll il-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni fissru l-ostakoli li jiffaċċjaw l-SMEs meta jiġu biex jesportaw (23). Madankollu studji reċenti jindikaw li l-fehmiet ta’ dawk li jfasslu l-politika u tal-SMEs ma jaqblux dwar x’inhuma dawn l-ostakoli u liema għandhom ikunu s-soluzzjonijiet (24). L-SMEs għandhom ambjenti legali u kummerċjali differenti, u jħarsu lejn l-internazzjonalizzazzjoni f’ħafna modi: pass pass, permezz ta’ intraprenditorija strateġika, permezz tat-tagħlim, permezz tal-prossimità u l-marketing speċjalizzat, u wħud saħansitra “jitwieldu globali”, u jiffokaw fuq is-suq globali mill-bidu nett (25).
7.2 Il-Kumitat jissuġġerixxi firxa ta’ miżuri mhux finanzjarji li permezz tagħhom jiġu promossi l-SMEs (26), inklużi avvenimenti ta’ kooperazzjoni (bħall-programm INTERPRISE li ma baqax isir, fieri għas-sottokuntratturi) li jiffaċilitaw laqgħat wiċċ imb’wiċċ bejn l-intraprendituri (27) u t-l-programm ta’ taħriġ għal min iħarreġ sabiex l-organizzazzjonijiet jiġu megħjuna jħarsu l-interessi tal-SMEs, sabiex jitjieb l-għoti ta’ pariri konsultattivi xierqa lill-SMEs.
7.3 Eżempju attwali tal-mod kif falla t-tfassil ta’ politiki skont il-ħtiġijiet tal-SMEs huwa l-aċċess għal finanzi u għall-assigurazzjoni tal-kreditu. Dawn huma punti ewlwnin ta’ tħassib għall-SMEs, b’mod speċjali għal dawk li jesportaw. Minkejja l-appoġġ enormi tal-finanzi pubbliċi għas-sistema bankarja, l-intrapriżi qed jaraw nuqqas konsiderevoli fid-disponibbilità ta’ kreditu u ta’ assigurazzjoni fuq il-kreditu. Dan jindika fallimenti istituzzjonali fis-swieq finanzjarji u jsejjaħ għal azzjoni speċifika sabiex titjieb il-provvista ta’ kreditu u ta’ assigurazzjoni fuq il-kreditu lin-negozji (28). Għaldaqstant il-Kumitat jappoġġja l-konklużjonijiet tar-Roundtable ta’ Torino tal-OECD li stqarru mill-ġdid l-importanza li jiġi indirizzat il-kuntest li fih joperaw l-istituzzjonijiet finanzjarji, billi sejħu għal “oqfsa affidabbli ta’ governanza, fiskali, regolatorji u legali li jipprovdu kundizzjonijiet indaqs għall-entitajiet ekonomiċi kollha irrispettivament mid-daqs” (29).
7.4 Il-Kumitat jappoġġja wkoll ir-rakkomandazzjonijiet prattiċi l-oħra biex l-SMEs jingħataw għajnuna fil-ġestjoni tal-finanzi tagħhom fosthom: L-iktar notevoli fosthom huma:
|
a. |
li l-garanziji jsiru effettivi permezz ta’ medjazzjoni aħjar bejn dawk li jfornixxu l-kreditu u l-SMEs; |
|
b. |
l-indirizzar ta’ problemi ta’ flussi tal-flus permezz ta’ eżenzjonijiet favorevoli fuq it-taxxa u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew perjodi stipulati ta’ ħelisen, u skemi għat-tnaqqis tat-taxxa għal investituri privati fl-SMEs; |
|
c. |
għalkemm dan mhuwiex punt speċifikament dwar l-SMEs, huwa imperattiv li l-kumpaniji kollha jirċievu pagamenti fil-pront kemm mill-katini ta’ valur kif ukoll mid-dipartimenti tal-gvern (30). |
7.5 Il-Kumitat japplawdi wkoll il-miżuri għal Qafas Temporanju għal Għajnuna mill-Istat li ġew miftiehma f’Diċembru u mħabbra fil-Pjan ta’ Rkupru Ekonomiku Ewropew. L-iktar notevoli fosthom huma:
|
a. |
l-ammont ta’ għajnuna ġdid kompatibbli u limitat sa EUR 500 000 fuq perijodu ta’ sentejn; |
|
b. |
il-permess lill-Istati Membri biex ikunu jistgħu jagħtu, mingħajr notifika ta’ każijiet individwali, garanziji tal-istat għal self bi primjum iktar baxx, għajnuna fil-għamla ta’ rata tal-interessi ssussidjata applikabbli għal kull tip ta’ self;u self issussidjat għall-produzzjoni ta’ prodotti ekoloġiċi li tinvolvi adattament bikri għal, jew lil hinn min, l-istandards Komunitarji futuri ta’ prodotti; |
|
c. |
il-modifiki li jikkonċernaw il-Linji Gwida dwar il-Kapital Riskjuż sabiex jiżdied il-kontribut permezz ta’ kapital riskjuż fl-SMEs kull sena minn EUR 1,5 miljun għal EUR 2,5 miljun, u tnaqqis fil-livell ta’ parteċipazzjoni privata minn 50 % għal 30 %. |
7.6 L-SMEs għandhom jingħataw prijorità għall-aċċess ta’ USD 5 triljuni ta’ fondi mwiegħda għal perijodu ta’ sentejn fil-komunikazzjoni tal-G20 (31). L-allokazzjonijiet iridu jiġu analizzati fid-dettall sabiex ikun żgurat li jilħqu lil dawk li għalihom huma maħsubin. SMEs fl-Istati Membri l-ġodda jistgħu jirċievu appoġġ straordinarju taħt it-Trattati attwali.
7.7 Li l-UE titkellem b'“Leħen wieħed” mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI), fil-kuntest tal-munita tal-euro, u UE b’politiki ekonomiċi, industrijali u kummerċjali iktar koerenti u kkoordinati għandhom ikunu punti ta’ benefiċċju kemm għall-SMEs (kif diġà ġie mistqarr mill-KESE f’xi seduti tar-rebbiegħa dwar il-kriżi ekonomika u finanzjarja globali attwali) u għall-Istati Membri.
8. Rakkomandazzjoni 6: Appoġġ għall-SMEs permezz tal-ħaddiema tagħhom
8.1 Il-ħaddiema u l-ħiliet tagħhom huma ċentrali għall-kompetittività tal-SMEs. Fl-UE l-SMEs jimpjegaw proporzjon ikbar tal-forza tax-xogħol milli l-SMEs fl-Istati Uniti jew fil-Ġappun, u għaldaqstant huwa vitali li jsiru sforzi ikbar biex jiġu involuti l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs fid-djalogu soċjali u f’oqsma oħrajn ta’ politika. Pereżempju, provvista ikbar tal-ħiliet kemm ta’ inġiniera kkwalifikati kif ukoll ta’ ħaddiema teknikament kompetenti tkun possibbli li kieku l-SMEs jinvolvu ruħhom b’mod iktar effettiv fir-riċerka (kollettiva) u l-iżvilupp u l-isfruttar kummerċjali ta’ din ir-riċerka (pereżempju permezz ta’ ftehimiet ta’ liċenzjar).
8.2 L-SMEs għandhom jagħmlu l-aħjar użu possibbli tal-pjan ta’ azzjoni għall-impjiegi tal-Kummissjoni, ta’ Ġunju 2009 u tal-politika tagħha għall-antiċipar aħjar tal-bidliet strutturali u industrijali. Il-Komunikazzjoni “Impenn Komuni għall-Impjiegi” (32) tressaq tliet prijoritajiet ewlenin: iż-żamma tal-impjiegi, il-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-mobbilità, l-aġġornar tal-ħiliet u l-qbil tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol maż-żjieda fl-aċċess għall-impjiegi. Kwistjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu nnotati jinkludu:
|
a. |
faċilità ta’ mikrofinanzjar ta’ EUR 100 miljun fil-forma ta’ self sa massimu ta’ EUR 25 000 maħsub għal negozji li jimpjegaw inqas minn 10 persuni; |
|
b. |
5 miljun apprendistat u għajnuna oħra għal żgħażagħ li qed jiffaċċjaw il-qgħad; |
|
c. |
analiżi setter b’settur tas-suq tax-xogħol tal-UE sabiex jiġu aġġornati u mqabbla l-ħiliet mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol kemm għal-lum kif ukoll għall-ġejjieni (33); |
|
d. |
sett ta’ għodod prattiku għall-kumpaniji u l-ħaddiema tagħhom sabiex jiġġestixxu aħjar ir-ristrutturar tan-negozju tagħhom; |
|
e. |
gwida għat-taħriġ fin-negozji ż-żgħar sabiex l-SMEs jirċievu l-għajnuna biex iżommu u jiksbu l-ħiliet li għandhom bżonn. |
9. Rakkomandazzjoni 7: L-importanza ta’ netwerks fl-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs
9.1 Ħafna SMEs ma jistabbilixxux il-prezzijiet u ħafna iktar minnhom jinvolvu ruħhom fis-swieq internazzjonali permezz tal-katini tal-provvista u l-valur u l-importazzjoni milli permezz tal-esportazzjoni. Dawn in-netwerks jipprovdu opportunitajiet għall-SMEs iżda jippreżentaw ukoll problemi speċifiċi relatati mal-proprjetà intellettwali u klijenti dominanti li jistgħu jiġu indirizzati aħjar permezz ta’ approċċ settorjali. Bħala attur globali, l-UE għadha ma laħqitx il-potenzjal tagħha biex ittejjeb ir-rwol tal-SMEs fis-swieq terzi, kemm bħala esportaturi kif ukoll bħala importaturi. Ta’ interess partikulari huwa r-rwol li l-UE u l-Istati Membri jistgħu jaqdu fl-appoġġ ta’ dawk l-SMEs li huma kompetittivi biżżejjed biex jieħdu rwol bħala Kumpaniji Inizjali u Intermedjarji (IIC) fil-katini ta’ valur. Għandha ssir enfasi ikbar fuq:
|
a. |
l-għajnuna lill-SMEs tal-UE sabiex jibdew ikunu attivi fil-partijiet tal-proċess tal-produzzjoni globali li huma ta’ valur miżjud għoli (permezz ta’ rabtiet mal-aġendi tal-innovazzjoni, tar-riċerka u tal-ħiliet, inklużi dawk tal-universitajiet); |
|
b. |
l-introduzzjoni ta’ Investituri Diretti Internazzjonali Barranin interessati f’opportunitajiet tas-suq intern tal-UE għall-SMEs biex jippromowovu kollaborazzjonijiet industrijali li jreġġu; |
|
c. |
l-għajnuna lill-SMEs dwar problemi li katini u netwerks ta’ valur jippreżentaw għalihom (drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ħlas fil-pront fir-rigward ta’ obbligi statutorji u kuntrattwali, eċċ.); |
|
d. |
il-koordinazzjoni u l-appoġġ ta’ netwerks eżistenti, inklużi konsorzji nazzjonali u tal-UE li jesportaw ta’ SMEs, clusters lokali u organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs, sabiex tingħata għajnuna xierqa lill-SMEs biex jisfruttaw aħjar il-kompetenzi tagħhom kemm fis-Suq Intern kif ukoll fis-swieq tal-viċinat (pereżempju reġjuni transkonfinali). L-appoġġ min-Netwerk Ewropew tal-Intrapriża tal-Kummissjoni, mill-Kmamar tal-Kummerċ u l-Kmamar bilaterali tal-Kummerċ ta’ Esportazzjoni jgħin iżda jista’ jitwessa’ iktar, u jikkoordina aħjar bejn il-partijiet kollha u ma’ netwerks oħrajn u organizzazzjonijiet tal-SMEs attivi f’dan il-qasam. Forom u soluzzjonijiet differenti ta’ appoġġ tekniku għan-negozji għall-SMEs konformi mal-politiki dwar l-Għajnuna mill-Istat u mad-WTO, jistgħu jkunu s-suġġett ta’ aktar studji u miżuri. |
9.2 Il-Kumitat ippreżenta numru ta’ opinjonijiet dwar l-esternalizzazzjoni u l-katini ta’ valur (34). Dawn għandhom impatt dirett fuq l-ekonomija Ewropea u speċjalment fuq l-SMEs li jinternazzjonalizzaw f’ammonti kbar permezz ta’ dawn ir-relazzjonijiet uniċi. L-SMEs jibbenefikaw minn dawn in-netwerks globali billi jaqsmu r-riskji tal-internazzjonalizzazzjoni, jiksbu aċċess għal teknoloġiji ġodda u jtejbu l-effiċjenza tagħhom permezz ta’ iktar esternalizzazzjoni u jispeċjalizzaw fil-kompetenzi ewlenin tagħhom. Iżda jiffaċċjaw ukoll sfidi speċifiċi biex jifhmu kif jirrelataw mal-bqija tal-katina ta’ valur, kif jipproteġu l-proprjetà intellettwali tagħhom f’din il-katina u kif jagħmlu progress għal stadji aktar vantaġġjużi tal-katina ta’ valur (35). Il-Kumitat jistqarr li għad hemm nuqqas ta’ politika għal Kumpaniji Inizjali u Intermedjarji u speċifika f’Opinjonijiet preċedenti tiegħu l-kwistjonijiet li jeħtieġ jiġu indirizzati.
10. Rakkomandazzjoni 8: Innovazzjoni u evalwazzjoni tal-politika
10.1 Il-Kumitat jirrakkomanda li jiġi żviluppat fehim aħjar tal-impatt tal-politiki msemmija hawn fuq permezz ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni effettivi tar-riżultati u tal-evalwazzjoni mill-ġdid regolari tal-objettivi b’referenza speċifika għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs li jiffaċċjaw bidliet fis-swieq globali minħabba l-innovazzjoni fuq medda qasira u twila ta’ żmien:
|
a. |
Approċċ sperimentali għandu jitqies bħala sors importanti ta’ innovazzjoni tal-politika li jippermetti lis-sistemi ta’ politika jitgħallmu u jirranġaw. |
|
b. |
Bħala approċċ standard għandha tiġi implimentata politika msejsa fuq l-evidenza sabiex isservi ta’ bażi għal deċiżjonijiet ta’ politika, u data dejjem iktar frekwenti għandha tiġi kkoordinata minn firxa ta’ sorsi (pereżempju permezz tal-Analiżi tal-Prestazzjoni tal-SMEs tal-UE) (36). |
|
c. |
Taskforce dwar l-internazzjonalizzazzjoni ffurmat minn ħafna partijiet interessati għandu jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-politiki tagħha ma’ rappreżentanti mill-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs, il-KESE u l-Kumitat tar-Reġjuni. |
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Għal definizzjoni ta’ SME irriferi għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE tas-6.5.2003, ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36 ff.
(2) Bażi tad-data SBS tal-EUROSTAT, 2004-2005.
(3) Kummissjoni tal-UE 2003 “L-Internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs”Osservatorju tal-SMEs Ewropej, nru 4.
(4) KESE “Programm għall-Ewropa: Proposti tas-soċjetà ċivili” ippreżentat l-24 ta’ Marzu 2009.
(5) Rapport Finali tal-Kummissjoni tal-Grupp tal-Esperti dwar l-Appoġġ tal-Internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs: Rapport Finali tal-Grupp tal-Esperti, Diċembru 2007.
(6) Osservatorju tal-SMEs Ewropej “L-Internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs” Nru 4, 2003.
(7) L-Ewropa fiċ-ċifri – Ktieb annwali tal-istatistika tal-Eurostat 2008.
(8) Flash Eurobarometer. #196.
(9) “Id-diversi miżuri ta’ politika, minbarra finanzjament xieraq, li jgħinu t-tkabbir u l-iżvilupp tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju”, ĠU C 27, 3.2.2009, p. 7, “L-akkwist pubbliku internazzjonali”, ĠU C 224, 30.8.2008, p. 32, u l-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar”, ĠU C 182, 4.8.2009, p. 30.
(10) “What is SME Week?” http://ec.europa.eu/enterprise/policies/entrepreneurship/sme-week/about/index_en.htm..
(11) “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21”, ĠU C 77, 31.3.2009, p. 15.
(12) Komunikazzjoin tal-Kummissjoni COM(2008) 874 finali.
(13) Ara “Ewropa Globali” http://ec.europa.eu/trade/issues/sectoral/competitiveness/global_europe_en.htm u “Strateġija dwar l-aċċess għas-suq” http://ec.europa.eu/trade/issues/sectoral/mk_access/index_en.htm) Regolament dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ http://ec.europa.eu/trade/issues/respectrules/tbr/index_en.htm etc.).
(14) Relatur Ignasi Guardans Cambó, Rapport, A6-0002/2008, adottat id-19 ta’ Frar 2008.
(15) Għal eżempji ta’ prattika tajba mill-Istati Membri ara DĠ ENTR 2008 “L-appoġġ tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs – gwida tal-prattika tajba”.
(16) Programmi ta’ Riċerka u Żvilupp għall-SMEs, ĠU C 224, 30.8.2008, p. 18.
(17) Ara b’mod speċjali paġna. 24 tal-2009 HANDBOOK ON COMMUNITY STATE AID RULES FOR SMES Brussels 25/02/09 tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/competition/state_aid/studies_reports/sme_handbook.pdf.
(18) Fact Sheet: Aid for Trade Brussell, 3.4.2009; Anness A para (2) ta’ Programming Guide for Strategy Papers Aid for trade (AfT) Brussell, Novembru 2008; Rapport tal-President lill-Kumitat TBT: TBT Committee Workshop on the Role of International Standards in Economic Development Finali 19.3.2009.
(19) “Implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-UE” (mhux disponibbli bil-Malti), ĠU C 24, 31.1.2006, p. 52.
(20) L-Ewropa Globali: Partenarjat aktar b’saħħtu biex itejjeb l-aċċess għas-swieq għall-esportaturi Ewropej, COM(2007) 183 finali.
(21) Ara EIM 2009 “Study on the Representativeness of business organisations for SMEs in the EU” Zoetermeer, Mejju.
(22) Il-Kummissjoni ppubblikat “Review of the effectiveness of European Community legislation on combating late payments” http://ec.europa.eu/enterprise/policies/single-market-goods/files/late_payments/doc/finalreport_fr.pdf.
(23) OECD APEC “Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Ateni għat-Tneħħija tal-Ostakli għal Aċċess mill-SMEs għas-Swieq Internazzjonali” Adottat waqt il-Konferenza Globali OECD-APEC f’Ateni, fit-8.11.2006.
(24) OECD 2008 Removing Barriers to SME Access to International Markets; C. Dannreuther 2008 “A Zeal for a Zeal? SME Policy and the Political Economy of the EU” Comparative European Politics 23, pp. 377-399; C. Dannreuther 2007 “EU SME policy: On the edge of governance” CESifo Forum 2/2007.
(25) Hemm erba’ karatteristiċi tal-kumpanija li “titwieled globali”, viżjoni globali mit-twelid, prodotti b’potenzjal għal suq globali, indipendenza u kapaċita għal internazzjonalizzazzjoni aċċellerata. Paġna 389 ta’ Mika Gabrielsson, V.H. Manek Kirpalani, Pavlos Dimitratos, Carl Arthur Solberg, Antonella Zucchella (2008) “Born globals: Propositions to help advance the theory” International Business Review 17, pp. 385–401.
(26) ib. n. 9.
(27) Ara http://ec.europa.eu/enterprise/entrepreneurship/partnership/interprise.htm.
(28) IMF 2009 “Il-Finanzjar tal-Kummerċ jiffaċċja problemi” Finanzi u Żvilupp.
(29) OECD: “Round Table ta’ Torino dwar l-Impatt tal-Kriżi Globali fuq l-SMEs u l-iffinanzjar tal-Intrapriżi u reazzjonijiet ta’ politika” li sar fis-26-27.3.2009, Intesa Sanpaolo, Palazzo Turinetti, Torino, l-Italja.
(30) “L-Att dwar in-negozji ż-żgħar”, ib. n. 9 u l-opinjoni tal-KESE dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali”ĠU C 407, 28.12.1998, p. 50.
(31) Stqarrija tal-Mexxeja tal-G20: “Il-Pjan Globali għall-Irkupru u r-Riforma”, 2.4.2009.
(32) COM(2009) 257 finali.
(33) Komunikazzjoni “Ħiliet Ġodda” għal Impjiegi Ġodda, COM(2008) 868 finali.
(34) “L-iżvilupp tal-katina tal-valur u tal-provvista”, ĠU C 168, 20.7.2007, p. 1 u “L-integrazzjoni tal-kummerċ globali u l-esternalizzazzjoni”, ĠU C 10, 15.1.2008, p. 59.
(35) OECD: “It-tisħiħ tar-rwol tal-SMEs fil-Katini ta’ Valur Globali”.
(36) OECD 2008 Kif għandhom jaħdmu strateġiji lokali: Bini tal-bażi ta’ evidenza.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/31 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Programm ta’ għajnuna għall-avjazzjoni Ewropea”
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2010/C 255/05)
Relatur: Is-Sur KRAWCZYK
Korelatur: Is-Sur PHILIPPE
Nhar is-16 ta’ Lulju 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
il-Programm ta’ għajnuna għall-avjazzjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, li hija inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-26 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Krawczyk u l-korelatur kien is-Sur Philippe.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-17 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’167 vot favur u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Din il-kriżi hija bla preċedent; għandha impatt fuq l-elementi kollha tal-katina tal-valur tat-trasport bl-ajru (il-Katina tal-Valur), għad li b’modi differenti. F’kuntest parzjalment deregolat, fejn hija biss l-aħħar ħolqa tal-katina (il-kumpaniji tal-ajru) li għaddiet minn liberalizzazzjoni adatta, il-komponenti l-oħra jistgħu b’mod parzjali jew sħiħ jikkumpensaw għat-telf fid-dħul ikkawżat mit-tnaqqis fit-traffiku jew permezz ta’ użu mhux adatt tal-hekk imsejjaħ prinċipju tal-“irkupru tal-ispiża” jew inkella permezz ta’ abbuż tal-pożizzjoni kompetittiva tagħhom.
1.2 Ir-reżistenza tal-avjazzjoni Ewropea, u għaldaqstant il-kompetittività internazzjonali tagħha, tinsab fil-periklu. Filwaqt li reġjuni oħra fid-dinja ħadu miżuri b’ħeffa u b’effiċjenza sabiex jirrimedjaw għat-tnaqqis temporanju fit-trasport tal-passiġġieri u l-merkanzija, il-kontropartijiet Ewropej tagħhom qed jiffaċcjaw problemi ta’ natura differenti, b’effetti negattivi importanti fuq il-fornituri tagħhom. Taxxi mill-gvern ta’ kull xorta, spejjeż dejjem jiżdiedu għall-użu tal-infrastruttura (ajruporti, taxxi ATC), in-nuqqas ta’ fondi disponibbli u ristrezzjonijiet ambjentali unilaterali mhumiex għajr ftit eżempji tar-realtà li qed jiffaċċja s-settur Ewropew tal-avjazzjoni.
1.3 Din l-Opinjoni tagħti ħarsa lejn għadd ta’ miżuri fuq perijodu qasir u ta’ daqs medju li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet huma mħeġġa jikkunsidraw u jimplimentaw sabiex l-avjazzjoni Ewropea jkollha suċċess fil-ġlieda tagħha kontra l-kriżi u toħroġ minnha b’saħħitha bħal qabel.
1.4 L-istrutturar mill-ġdid tal-Katina tal-Valur għandu jinfiehem u jingħata segwitu mill-partijiet kollha involuti fit-traffiku tal-ajru: l-ajruporti, il-provvedituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru (ANSPs), il-ground handlers, il-kumpaniji tal-ajru u l-produtturi tal-inġenji tal-ajru.
1.5 Il-KESE jfakkar li s-settur Ewropew tal-avjazzjoni meħud globalment huwa meqjus bħala wieħed ta’ importanza strateġika għall-Ewropa; huwa mezz tat-tkabbir permezz ta’ persunal bi kwalifiki u ħiliet ta’ livell għoli. Għalhekk, sabiex tingħeleb il-kriżi li qed tolqot lis-settur, hemm bżonn li jittieħdu miżuri li jkunu kapaċi jissalvagwardjaw il-kompetenzi li se jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat l-iżvilupp tal-bażi industrijali u teknoloġika Ewropea.
1.6 Sabiex il-bidliet futuri fl-industrija u fis-settur ikunu jistgħu jiġu antiċipati aħjar, jeħtieġ li jitħeġġu d-djalogu soċjali bejn il-partijiet interessati kif ukoll l-azzjonijiet ta’ taħriġ u l-miżuri adatti għall-ġestjoni antiċipattiva tal-ħiliet u l-impjiegi. Il-partijiet interessati fis-settur pubbliku u f’dak privat għandhom jinvolvu ruħhom f’attivitajiet li jappoġġjaw kemm l-iskambji bejn l-iskejjel u l-industrija kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp meħtieġa għall-iżvilupp tas-settur tal-avjazzjoni.
1.7 Il-proposti għall-Programm ta’ għajnuna għall-avjazzjoni Ewropea huma koperti fil-Punt 9 ta’ din l-opinjoni. Dawn jinkludu inizjattivi relatati ma’:
|
— |
Aġġustament u spejjeż tal-infrastruttura; |
|
— |
Sfidi finanzjarji kkawżati min-nuqqas ta’ fondi disponibbli u mit-tnaqqis tal-qligħ; |
|
— |
Kwistjonijiet ambjentali; |
|
— |
Qafas regolatorju; |
|
— |
Kompetizzjoni internazzjonali; |
|
— |
Riċerka u żvilupp. |
2. L-impatt tal-kriżi fuq is-settur tal-avjazzjoni
2.1 F’Marzu 2009, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) ipprevediet li t-telf għall-industrija dinjija tal-ajru kien se jilħaq l-USD 4,7 biljun fl-2009, iżda f’Mejju t-telf għall-2009 ġie stmat mill-ġdid għal ammont ta’ USD 9 biljun, u f’Settembru reġa’ ġie stmat għal ammont ta’ USD 11 biljun. Fl-2010 huwa stmat li t-telf se jkompli fuq livell ta’ USD 3,8 biljun.
2.2 Fir-rigward tad-domanda, il-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA) iffaċċjaw nuqqas ta’ 8,2 % fin-numru ta’ passiġġieri matul l-ewwel sitt xhur tal-2009. L-ammont ta’ nies li jsiefru f’first class u f’business class naqas b’aktar minn –19,9 %. L-operaturi tal-ġarr tal-merkanzija ntalqtu minn tnaqqis ta’ –22,1 % fid-domanda fl-ewwel sitt xhur tal-2009. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata mill-Airports Council International (ACI) bi stima ta’ tnaqqis fid-domanda ta’ 8,1 % tal-passiġġieri u 21,1 % tal-merkanzija. Skont l-ACI, fl-ewwel disa’ xhur tal-2009, l-ajruporti ewlenin tilfu 41 miljun passiġġier. L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA), li tirrappreżenta l-kumpaniji tal-ajru li joperaw titjiriet ġewwa l-Ewropa, irreġistrat tnaqqis kollettiv fit-traffiku tal-passiġġieri ta’ 7,2 % fl-ewwel sitt xhur tal-2009.
2.3 Fl-2008, is-settur tat-trasport bl-ajru pprovda mal-1,5 miljun impjieg fl-Ewropa; il-kumpaniji tal-ajru kienu l-ikbar kontributur billi pprovdew 49 % ta’ dawn l-impjiegi. Matul l-ewwel sitt xhur tal-2009 biss, il-membri tal-AEA naqqsu l-impjegati b’34 000 ruħ (madwar 8 % tal-ammont sħiħ tal-ħaddiema), u huwa stmat li dan kellu sensiela ta’ effetti fuq 90 000 impjieg “indirett” madwar l-Ewropa kollha, li l-biċċa l-kbira tagħhom jirrikjedu ħiliet kbar. L-ajruport ta’ Amsterdam kien ukoll eżempju ta’ tnaqqis tal-impjegati fuq skala kbira.
2.4 Il-kumpaniji tal-ajru low cost qed jagħtu prestazzjoni aħjar minn mudelli kummerċjali oħra fl-Ewropa. Madankollu, xorta waħda ma ħelsuhiex mill-fallimenti; ħamsa minnhom fallew minn Awwissu 2008 ’l hawn. Is-sehem tagħhom fis-suq fl-Ewropa ttrippla u laħaq is-37 % fl-2009 mit-12 % lura fl-2003. F’Lulju 2009, fl-agħar stadju tal-kriżi, l-aġġustament mill-ġdid tal-kapaċità tagħhom kien prattikament noneżistenti, peress li d-domanda għall-kumpaniji tal-ajru low cost ma kinitx battiet, jew battiet marġinalment. Dan jista’ jiġi spjegat parzjalment permezz tal-abbiltà tagħhom biex jevitaw ċentri fejn hemm konġestjoni u b’hekk jorganizzaw mill-ġdid ix-xogħlijiet tagħhom skont il-ħtieġa finanzjarja tal-mument. Madankollu, id-dipendenza tagħhom minn għajnuna pubblika diretta jew indiretta, fi żmien fejn il-finanzi pubbliċi huma staġnati, titfa’ dubju fuq is-sostenibbiltà tagħhom ta’ nofs it-terminu. Il-KESE jinnota li l-iżvilupp tal-kumpaniji tal-ajru low cost sar realtà soċjali. Għandna nistaqsu lilna nfusna dwar il-futur ta’ din il-forma ta’ trasport u l-effett li din jista’ jkollha fuq il-Katina kollha tal-Valur.
2.5 Minkejja t-tnaqqis serju fil-kapaċità min-naħa tal-fornituri, ir-riżultati fl-operat tal-kumpaniji tal-ajru tradizzjonali naqsu minn EUR –0,2 biljun fl-ewwel erba’ xhur tal-2008 għal EUR –1,9 biljun fl-ewwel erba’ xhur tal-2009. Skont il-IATA, il-kumpaniji tal-ajru Ewropej se jintlaqtu bl-ikbar telf ta’ USD 3,8 biljun fl-2009. L-ACI tipprevedi li l-ajruporti Ewropej se jitilfu 98 miljun passiġġier fl-2009 u li l-aktar li se jintlaqtu huma l-ajruporti ż-żgħar.
2.6 Fl-Ewropa, mill-bidu tal-kriżi ’l hawn (bejn Settembru 2008 u Settembru 2009), aktar minn 33 kumpanija tal-ajru fallew, jew waslu biex ifallu.
2.7 Skont l-aħħar analiżijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-suq Ewropew tat-trasport tal-ajru fl-2008, il-kumpanija Airbus kellha 41,3 % inqas ordnijiet fl-2008 milli fl-2007, li kienet sena eċċezzjonali f’termini ta’ ordnijiet.
2.8 Mill-perspettiva tal-produttur, l-2009 s’issa ma marritx aħjar. F’Ottubru 2009, il-kumpanija Boeing kellha 195 ordni u 111-il ordni ġew ikkanċellati; dan irriżulta fi dħul nett ta’ 84 ordni biss. Fl-istess perijodu, il-kumpanija Airbus kellha 149 ordni u 26 ordni ġew ikkanċellati; dan irriżulta fi dħul nett ta’ 123 ordni. Għall-fini ta’ paragun, is-sena li għaddiet iż-żewġ kumpaniji kellhom 662 u 777 ordni rispettivament.
2.9 Minħabba t-tnaqqis fl-ordnijiet u dewmien u/jew tnaqqis fil-kunsinna, il-produtturi tal-inġenji tal-ajru jidhrilhom li ma tantx fadlilhom wisgħa biex jimmanuvraw u qed jippruvaw iħarsu r-riżultati tagħhom billi jnaqqsu l-ispejjeż. Fl-istess ħin, dan il-fatt qed jinfluwenza l-kapaċità tagħhom li jinvestu fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji u ajruplani ġodda.
3. Implikazzjonijiet għall-futur aktar imbiegħed tas-settur
3.1 L-istrateġija adottata mill-kuntratturi prinċipali (Airbus, Boeing, Dassault, ATR, Alenia, Safran, Goodrich, Thales, Liebherr, eċċ.) għandha l-għan li tnaqqas il-perijodi ta’ żmien speċifikati u l-ispejjeż għall-iżvilupp, filwaqt li tara wkoll li jkun hemm rilokazzjoni tal-produzzjoni u r-riċerka barra mill-Ewropa. Il-fornituri u s-sottokuntratturi jinsabu fl-obbligu li jadottaw din l-istrateġija vis-à-vis l-imsieħba tagħhom stess (1).
3.2 F’każ li tnaqqis sinifikanti fl-ordnijiet jikkoinċidi mal-istrateġija tal-kuntratturi, ħafna sottokuntratturi jkollhom diffikultajiet fir-rigward tal-ammont ta’ xogħol, u b’hekk is-sopravvivenza tagħhom tista’ tkun fil-periklu. Bl-istess raġunament, l-istrateġiji tal-kumpaniji li jinkludu miżuri ta’ rilokazzjoni u trasferimenti tat-teknoloġija barra mill-Ewropa għandhom jitwieżnu mill-ġdid, minħabba l-impatt soċjali tagħhom (fuq it-tnaqqis tar-riżorsi finanzjarji, fuq it-telf ta’ kompettitività u valur miżjud, fuq l-ambjent u l-qagħda soċjoekonomika).
3.3 Fuq perijodu fit-tul, din il-politika tista’ twassal għal telf konsiderevoli ta’ impjiegi bi kwalifiki għolja fl-Ewropa. B’riżultat ta’ dan it-telf ta’ impjiegi, il-kompetittività tal-industrija fl-Ewropa tista’ tmur serjament għall-agħar.
3.4 Żieda fil-qgħad, tnaqqis sostanzjali fid-dħul privat u l-kriżi ta’ fiduċja kollha wasslu sabiex il-passiġġieri jivvjaġġaw inqas, ma jagħmlux użu mill-business class u, minflok kumpaniji tal-ajru, jagħżlu forom alternattivi ta’ trasport.
3.5 Jekk fl-2001 il-membri tal-AEA ġarrbu tnaqqis ta’ 7 % fid-dħul u ħadu tliet snin biex ħarġu mill-kriżi, is-sitwazzjoni bħalissa hija agħar id-doppju. Telf globali ta’ 15 % donnu jindika li l-kumpaniji tal-ajru se jieħdu aktar minn tliet snin biex jerġgħu lura għan-normal.
It-tnaqqis fl-ispejjeż tal-kumpaniji tal-ajru mhuwiex appoġġjat minn azzjoni simultanja min-naħa tal-ajruporti u mill-Provvedituri ta’ Servizz tan-Navigazzjoni bl-Ajru (ANSPs). Ir-reazzjonijiet għar-riċessjoni ekonomika mhumiex l-istess kullimkien fil-Katina tal-Valur.
4.1 Barra minn hekk, netwerk kumpless ta’ liġijiet ħafna drabi kuntradittorji jillimita l-kapaċità tal-industrija tal-avjazzjoni li tirreaġixxi għall-isfidi tal-kriżi.
Il-kumpaniji tal-ajru jikkontrollaw b’mod dirett 37 % biss ta’ dak li jikkostitwixxi l-ispejjeż għall-operat tagħhom. Kważi terz ieħor huwa ġġenerat minn affarijiet li ma jaqgħux taħt il-kontroll dirett tagħhom. Fosthom:
5.1 L-ispejjeż “esterni” tal-operat irrappreżentaw ammont totali ta’ EUR 50,5 biljun fl-2008 u, għalkemm il-prezz taż-żejt, li b’mod ġenerali ma kienx ikkontrollat, kien responsabbli għall-biċċa l-kbira tagħhom (’il fuq minn 45 %), it-taxxi tal-ajruport u t-taxxi ATC, fost affarijiet oħra, jirrappreżentaw il-55 % li jifdal (EUR 27,5 biljun) minn dawn l-ispejjeż.
5.2 It-taxxi tal-ajruport, li rrappreżentaw spiża totali ta’ EUR 2,8 biljun is-sena li għaddiet, żdiedu f’daqqa b’aktar minn 5 % f’ħafna ajruporti. Ftit ajruporti biss madwar l-Ewropa kienu kapaċi jikkumplementaw l-isforzi tal-utenti tagħhom bi tnaqqis komparabbli fit-taxxi tagħhom. It-taxxi tal-ajruport għal kull passiġġier żdiedu b’medja ta’ 15 % fl-ewwel erba’ xhur tal-2009.
5.3 Iż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt hija ta’ theddida għas-sostenibbiltà tal-kumpaniji tal-ajru. Il-prezz tal-karburant tal-ajruplani għola bi kważi 50 % sa mill-bidu tas-sena. Skont il-IATA, il-prezz medju tal-karburant se jiżdied minn USD 61 għal kull barmil fl-2009 għal USD 72 fl-2010.
5.4 B’mod simili, ir-rati ta’ kull unità ta’ Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC) fl-ewwel erba’ xhur tal-2009 żdiedu b’medja ta’ 3,4 % madwar l-Ewropa kollha. Din iż-żieda kienet ġustifikata permezz tal-prinċipju tal-“irkupru tal-ispiża” li jippermetti li kull ANSP jikkumpensa għat-tnaqqis fit-traffiku tal-ajru billi jgħolli r-rati.
5.5 L-idea ta’ Ajru Uniku Ewropew – din l-opportunità, li s’issa ntilfet, kellha twassal għal tnaqqis fl-ispejjeż li seta’ jammonta sa EUR 5 biljun fis-sena u għal tnaqqis ta’ 16-il miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2 permezz ta’ rotot aktar diretti – mhijiex se tinfluwenza lir-realtà ekonomika fil-futur qarib. Il-Blokok ta’ Spazju tal-Ajru Funzjonali (FABs) mhumiex se jidħlu fis-seħħ qabel l-2012.
5.6 L-istruttura tal-ispejjeż tal-kumpaniji tal-ajru tesponihom għall-inqas ċaqliqa fil-prezzijiet taż-żejt. Fl-interess tal-ekonomija kif ukoll tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji, jeħtieġ azzjoni immedjata u urġenti biex jiġi promoss l-użu ta’ magni u karburant “rivoluzzjonarji”. B’dan il-mod, huwa essenzjali li jkun hemm appoġġ b’saħħtu għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp.
5.7 L-ispejjeż tal-iżvilupp tal-programmi tal-avjazzjoni qed jiżdiedu b’mod kostanti u għalhekk il-finanzjament tal-bini ta’ ajruplani ġodda qed isir aktar diffiċli. Meta l-kumpaniji tal-ajru ma jkollhomx aċċess għall-finanzjament mill-banek, dan idgħajjef lis-settur kollu tal-avjazzjoni.
5.8 Jeħtieġ li jiġu studjati arranġamenti ġodda ta’ finanzjament għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru billi l-industrijalisti u l-operaturi jitneħħewlhom ir-restrizzjonijiet fuq l-infiq tagħhom permezz ta’ mekkaniżmi li jiffaċilitaw il-ħlas għall-inġenji tal-ajru.
5.9 Storikament, il-kuntratti pubbliċi assoċjati ma’ programmi militari tal-aeronawtika minn dejjem appoġġjaw lis-settur (l-aktar b’żewġ għanijiet, ċivili u militari) matul il-perijodi l-ħżiena taċ-ċiklu. Bla dubju ta’ xejn, bla dewmien għandha tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jiġi żgurat tali appoġġ, ikkoordinat fil-livell tal-UE, li għandu jiffaċilita wkoll ir-riorganizzazzjoni ta’ industrija li għadha frammentata wisq.
5.10 L-użu ta’ appoġġ lin-negozji permezz ta’ finanzjament pubbliku (diġà eliġibbli skont il-leġiżlazzjoni attwali) għandu jiġi stmat fuq il-bażi tal-impenji biex jitħarsu l-impjiegi u l-ħiliet fil-kumpaniji kkonċernati.
Sitwazzjoni ekwa fuq livell internazzjonali hija meħtieġa aktar minn qatt qabel. Il-kriżi ġiegħlet lil ħafna gvernijiet madwar id-dinja jsalvaw lill-kumpaniji tal-ajru tagħhom li ma tantx kienu sejrin tajjeb. Iċ-Ċina ssussidjat direttament lill-kumpaniji China Eastern Airlines (EUR 750 miljun) u China Southern Airlines (EUR 320 miljun) fil-bidu tal-2009, it-taxxi fl-ajruporti Ċiniżi twaqqfu u l-prezzijiet tal-karburant tal-ajruplani tnaqqsu. Fl-Indja, il-kumpanija Air India rċeviet EUR 600 miljun permezz ta’ ishma u self b’rati baxxi mingħand il-gvern.
6.1 Xi wħud minn dawn il-kumpaniji huma magħrufa bħala operaturi tal-ħames u s-sitt libertà, billi jagħmlu użu mill-Ewropa bħala għajn importanti u mimlija riżorsi, bħal pereżempju l-kumpaniji tal-ajru tal-Golf.
6.2 Dawn il-kumpaniji li jirċievu għajnuna mill-istat qed ikomplu joperaw it-titjiriet interkontinentali tagħhom, għalkemm l-ammont ta’ passiġġieri li qed jagħmlu użu minnhom qiegħed jonqos b’mod drammatiku. F’ċerti każijiet, jista’ jkun li dawn iżiduhom fi żmien meta l-kumpaniji Ewropej, li huma soġġetti għar-realtajiet tas-suq, huma mġiegħla jnaqqsuhom (il-kumpaniji tal-ajru tal-Golf żiedu l-kapaċità tagħhom – prinċipalment permezz ta’ ajruporti Ewropej ewlenin – b’14 % din is-sena).
7. Ir-reazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea s’issa għal din il-kriżi bla preċedent kienet kif ġej: id-deroga dwar il-ħinijiet tas-sajf kienet inadegwata u saret tard wisq. L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni formali ta’ dan ir-Regolament fl-aħħar ta’ Ġunju, kważi tliet xhur wara li beda l-istaġun tas-sajf, ma ppermettewx li dan ir-Regolament jgħin lill-industrija biex tirreaġixxi b’mod aktar flessibbli għall-bidliet mgħaġġla tal-kundizzjoni tas-suq.
Għalkemm l-assoċjazzjonijiet tal-kumpaniji tal-ajru rrifjutaw b’mod dirett l-idea ta’ għajnuniet individwali mingħand l-istat, ġew identifikati bosta oqsma li jeħtieġu azzjoni ta’ malajr mir-regolatur fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriżi.
8.1 L-objettiv tad-deroga mistennija għall-istaġun tax-xitwa huwa li tappoġġja lill-industrija tal-avjazzjoni, u lill-kumpaniji tal-ajru b’mod partikolari, biex tindirizza l-kriżi ekonomika billi tallinja l-kapaċità ta’ dawn il-kumpaniji mad-domanda li dejjem qiegħda tonqos. Il-miżura mhijiex diskriminatorja, hija ta’ benefiċċju għall-kumpaniji kollha tal-ajru u għall-mudelli kollha ta’ negozju u hija miżura iżolata u fuq perijodu qasir. Għandha tiġi implimentata fiż-żmien stipulat biex ikunu jistgħu jinħassu l-effetti tagħha. Xi kumpaniji low cost qegħdin ukoll jappoġġjaw din il-miżura.
8.2 Madankollu, peress li l-kriżi messet l-ewwel is-settur finanzjarju, il-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet finanzjarji speċjalizzati fil-finanzjament tas-settur tal-avjazzjoni jew sparixxew jew inkella orjentaw mill-ġdid l-istrateġija tagħhom lejn tipi oħra ta’ negozju.
8.3 F’Lulju 2009, sabiex iġeddu l-flotta tal-ajruplani tagħhom, il-kumpaniji tal-arju Ewropej li huma membri tal-AEA għamlu ordnijiet li jlaħħqu l-ammont ta’ USD 29 biljun għal 535 inġenju tal-ajru għas-snin li ġejjin, jiġifieri inqas mill-561 inġenju tal-ajru ordnat fl-istess perijodu fl-2008.
8.4 Huwa stmat li bejn 75 u 80 % biss minn dawn l-ordnijiet huma, jew se jkunu, ggarantiti jew iffinanzjati mis-suq finanzjarju. L-20–25 % li jifdal se jkollhom jiġu kkanċellati, jew inkella se jkollhom isibu mezzi alternattivi ta’ finanzjament li sa llum għadhom ma jeżistux.
8.5 Fl-2008, il-Bank Ewropew tal-Investiment ipprovda self li ammonta għal kważi EUR 52 biljun għal proġetti fl-Istati Membri; minn dan is-self, EUR 2,7 biljun biss ġew allokati għall-industrija Ewropea tat-trasport (kumpaniji tal-ajru, ajruporti, ATC u l-industrija tal-manifattura).
8.6 Fir-Rapport Finali tiegħu ta’ Mejju 2009, l-ICAO GIACC irrakkomanda li l-ICAO għandu jadotta tliet aspirazzjonijiet globali:
|
a. |
fuq perijodu qasir sal-2012: titjib fl-effiċjenza medja tal-karburant tal-flotta tal-ajruplani li jagħmlu titjiriet interni b’rata ta’ 2 % fis-sena; |
|
b. |
fuq perijodu medju sal-2020: titjib annwali ta’ 2 % fl-effiċjenza tal-karburant; |
|
c. |
mill-2021 sal-2050: titjib globali fl-effiċjenza tal-karburant b’rata ta’ 2 % fis-sena. |
8.7 Huwa essenzjali li l-avjazzjoni internazzjonali tkun irrappreżentata u ttrattata bħala settur matul is-Summit ta’ Kopenħagen (COP – 15) f’Diċembru li ġej. Huwa essenzjali wkoll li, bħala parti min-negozjati ta’ Kopenħagen, ikun hemm ftehim li jistabbilixxi limitu għall-emissjonijiet globali tal-avjazzjoni. Id-diskussjoni għandha tapplika kemm għal-kumpaniji tal-ajru kif ukoll għall-produtturi tal-inġenji tal-ajru.
8.8 Fil-kuntest tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS) li se tidħol fis-seħħ fl-2012, huwa kruċjali li l-kumpaniji tal-ajru Ewropej jibdew jissostitwixxu bil-mod il-mod l-ajruplani tagħhom bl-aktar ajruplani effiċjenti. L-aħħar ġenerazzjoni ta’ B737s jew A320s tippermetti tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ madwar 7 jew 8 % meta mqabbla mal-ġenerazzjoni preċedenti. Għandhom jiġu allokati fondi għal innovazzjoni radikali fit-teknoloġija tal-magni, tal-qafas tal-ajruplani u tal-karburant.
8.9 Il-flotot li qegħdin jintużaw għad għandhom età medja relattivament għolja (li tħalli impatt fuq ir-rendiment tal-kumpaniji tal-ajru); għalhekk, għandu jitwaqqaf settur strutturat għall-iżmantellar. L-eżempji kurrenti huma rari ħafna u mhumiex ikkoordinati biżżejjed; għandu jiġi stabbilit settur Ewropew ġenwin, taħt il-patroċinju tal-awtoritajiet pubbliċi.
8.10 Naturalment, il-produtturi u s-sottokuntratturi tagħhom għandhom ikunu involuti f’dawn l-inizjattivi, li jistgħu jiġġeneraw aktar impjiegi u dħul finanzjarju billi l-attività industrijali tiġi estiża għaċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodott, sal-punt meta l-inġenju tal-ajru ma jibqax jintuża.
8.11 L-ANSPs joperaw fuq bażi ta’ rkupru tal-ispiża – meta l-ammont ta’ titjiriet jonqos, l-ispiża għal kull titjira togħla, u b’hekk il-kriżi “tolqot darbtejn” lill-kumpaniji tal-ajru. Jeħtieġ li l-ANSPs jaġġustaw il-bażi tal-spejjeż tagħhom għall-ambjent ekonomiku l-ġdid u jnaqqsu b’mod sostanzjali t-traffiku fl-ajru.
8.12 Il-pakkett tal-Ajru Uniku Ewropew se jindirizza indirettament il-prinċipju tal-irkupru tal-ispiża billi jimponi miri ta’ prestazzjoni fuq l-FABs u l-Istati Membri. Madankollu, dan il-pakkett mhuwiex se jiġi introdott qabel l-2012. Is-SESAR, programm li għandu l-għan li jistabbilixxi arkitettura unika, għandu jissostitwixxi t-22 sistema operattiva attwali, it-30 lingwa ta’ programmar u l-31 sistema nazzjonali li qegħdin jintużaw bħalissa.
8.13 Peress li l-Istati Membri diġà adottaw id-Direttiva dwar l-Imposti tal-Ajruport, fi żminijiet ta’ kriżi għandhom jaġixxu daqslikieku d-dispożizzjonijiet prinċipali tad-Direttiva diġà daħlu fis-seħħ. Illum il-ġurnata, il-Kummissjoni effettivament għandha ġurisdizzjoni fuq it-taxxi tal-ajruport fl-UE.
8.14 Is-sena li għaddiet, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) kisbet kompetenza legali għar-regoli ta’ sikurezza relatati mat-titjiriet, mal-liċenzji tal-ekwipaġġ tal-ajru u mas-sorveljanza ta’ operaturi minn pajjiżi terzi.
8.15 It-titjib tas-sikurezza għandu jkompli jiġi appoġġjat minn analiżijiet ta’ riskju bbażati fuq id-data. Titjib tas-sikurezza mmexxi mill-industrija flimkien mal-gvernijiet wassal għal riżultati rreġistrati li juru żieda fis-sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni; din it-tmexxija għandha tkompli billi s-sikurezza tinsab fil-qalba tal-industrija tal-avjazzjoni. Għandu jiġi żgurat li l-EASA tittratta biss kwistjonijiet relatati mas-sikurezza.
8.16 Is-settur tal-avjazzjoni ilu jistenna ħafna li jintlaħaq ftehim finali dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta’ sigurtà fl-UE u fl-Istati Uniti. Issa hemm bżonn ta’ deċiżjoni politika sabiex il-miżuri ta’ sigurtà tal-Istati Uniti jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Dan ir-rikonoxximent se jkun ta’ benefiċċju għas-6 miljun passiġġier fis-sena li jkunu ġejjin mill-Istati Uniti u li jgħaddu minn ajruport fl-UE.
Is-settur Ewropew tal-avjazzjoni jirrappreżenta parti essenzjali tal-ekonomija, peress li jikkontribwixxi bil-kbir lejn wieħed mill-fatturi fundamentali tagħha, jiġifieri l-mobbiltà (tal-merkanzija u tal-persuni). Jirrappreżenta wkoll sehem importanti mill-bażi b’saħħitha tal-industrija, mill-iżvilupp teknoloġiku u mit-tkabbir ekonomiku. Huwa ta’ importanza liema bħalha li din il-bażi tinżamm fuq perijodu fit-tul u dan għandu jiġi mħeġġeġ. Għandu wkoll sehem żgħir imma importanti fir-rilanċ ekonomiku, f’dawn iż-żminijiet ta’ globalizzazzjoni. Għalhekk, l-objettivi ewlenin tal-gvernijiet għandhom ikunu li jiżguraw li l-pilastri li jappoġġjaw lill-ekonomiji dgħajfa tagħhom, inkluża l-avjazzjoni, ma jegħrqux, kif ukoll li jinħolqu l-kundizzjonijiet sabiex jerġa’ jfeġġ malajr ambjent b’saħħtu. Għaldaqstant, il-KESE jirrakkomanda bis-sħiħ li jittieħdu l-azzjonijiet u l-miżuri ta’ għajnuna li ġejjin:
9.1 Il-Katina tal-Valur kollha (ajruporti, produtturi tal-inġenji tal-ajru, fornituri ta’ kerosin, ground handlers, provvedituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni fl-ajru, kumpaniji tal-ajru) għandha tkun soġġetta għall-effetti taċ-ċikli ekonomiċi u l-pressjoni tal-kompetittività. Qed isir strutturar mill-ġdid biex jiġi mminimizzat l-effett negattiv tal-kriżi ekonomika.
9.2 Il-Kummissjoni għandha tagħti bidu għall-proċeduri kollha sabiex tiffaċilita u timplimenta d-deroga għar-regola 80:20 dwar l-użu tal-ħin għall-istaġun tax-xitwa 2009–2010.
9.3 Meta wieħed iqis li t-traffiku tal-ajru huwa previst li jikber fuq perijodu medju ta’ żmien b’4–5 % fis-sena, potenzjalment bil-bini ta’ 25 000 ajruplan li jesgħu aktar minn 100 passiġġier fuq medda ta’ għoxrin sena, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni fl-Ewropa għandhom jiġu amministrati b’mod adegwat. Jekk l-istrutturar mill-ġdid huwa inevitabbli, għandu jiġi kkunsidrat dan l-aspett taż-żamma tal-kapaċitajiet u l-ħiliet.
9.4 Il-Kumitat jirrakkomanda li, fejn iseħħ l-istrutturar mill-ġdid, għandhom jiġu rrispettati l-proċeduri maħsuba għat-twassil tal-informazzjoni lill-imsieħba soċjali u għall-konsultazzjoni ta’ dawn l-istess imsieħba. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-imsieħba soċjali kollha sabiex jiżvilouppaw djalogu soċjali strutturat u proattiv fil-livell tal-kumpaniji, fil-livell nazzjonali u f’dak Ewropew.
9.5 L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jgħinu lill-kumpaniji vulnerabbli jżommu l-ħiliet u l-impjiegi tagħhom billi, pereżempju, itejbu l-aċċess għat-taħriġ vokazzjonali matul il-perijodi ta’ kriżi. L-entitajiet pubbliċi jistgħu jkunu minn ta’ quddiem biex jieħdu ħsieb l-iżvilupp u l-kisba tal-ħiliet meħtieġa fuq perijodu medju u fit-tul. F’dan il-qafas, il-KESE jqis li għandha tiġi implimentata sistema għall-ġestjoni antiċipattiva tal-impjiegi u l-ħiliet li tinvolvi lill-imsieħba soċjali.
9.6 Fl-opinjonijiet li ħejja (ara l-opinjoni reċenti SOC/347), il-Kumitat enfasizza l-importanza ta’ edukazzjoni ta’ livell għoli fl-iskejjel u fl-universitajiet kif ukoll rabtiet tajba bejn l-industrija u l-iskejjel u l-universitajiet sabiex tiġi żgurata provvista ta’ persuni li jfittxu impjieg mogħnija bl-għarfien u bil-ħiliet rilevanti.
9.7 Dan it-tip ta’ appoġġ ikkoordinat min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi (l-UE, l-Istati, ir-reġjuni, eċċ.) huwa kruċjali sabiex jiġu ffaċċjati l-effetti tal-kriżi li qiegħda taffettwa lis-settur industrijali fi żmien meta ammont kbir ta’ nies qegħdin jirtiraw. Jekk il-ħiliet ma jinżammux fi ħdan l-industrija tal-manifattura, din ma tkunx tista’ tiffaċċja l-isfidi fuq perijodu fit-tul.
9.8 Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jerġa’ jmur lura għall-politika li kien juża qabel l-2007 meta l-kumpaniji tal-ajru Ewropej setgħu jibbenefikaw minn kreditu; dan il-pass għandu jseħħ malajr u għandu jkun immirat b’mod speċifiku lejn il-finanzjament ta’ inġenji tal-ajru ġodda. Dan m’għandux iseħħ biex tiġi ffinanzjata l-espansjoni ta’ flotta tal-ajru.
9.9 Ikun tajjeb ukoll li jiġu kkunsidrati mekkaniżmi li jkopru r-riskji finanzjarji, bħalma huma dawk li jirriżultaw mill-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju (ara Punt 4.6 tal-opinjoni CCMI/047). Dawn jistgħu jkunu wkoll garanziji ta’ self ibbażati fuq self antiċipat jew self mill-BEI (Bank Ewropew tal-Investiment).
9.10 Finanzjament ieħor għar-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija tal-avjazzjoni għandu jiġi pprovdut sabiex is-settur ikun jista’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur, fosthom ir-rekwiżiti tal-EU ETS. Madankollu, l-aħjar soluzzjoni għall-mitigazzjoni internazzjonali tat-tibdil fil-klima għandha tkun approċċ settorjali globali għall-avjazzjoni fil-qafas tal-ICAO, billi dan jiffaċilita s-soluzzjoni ta’ problema globali.
9.11 Meta tiġi kkunsidrata l-importanza innovattiva u strateġika tal-industrija tal-aeronawtika għall-bażi industrijali u teknoloġika tal-Ewropa, appoġġ b’saħħtu għar-riċerka u l-iżvilupp (li jinsabu mheddin mill-kriżi) għandu jinkiseb permezz ta’ sforzi intensivi mill-UE, mill-fażi ta’ implimentazzjoni tas-seba’ Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp (FPRD) u matul it-tmien FPRD fil-futur. M’għandux ikun hemm tnaqqis fl-appoġġ pubbliku għar-riċerka u l-iżvilupp, biex b’hekk tkun żgurata l-ogħla kapaċità tal-Ewropa f’dan il-qasam. Barra minn hekk, sabiex il-mira ewlenija tibqa’ li tkompli tiżviluppa industrija tal-avjazzjoni sostenibbli fuq perijodu fit-tul b’karburanti alternattivi u miżuri operattivi, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-kooperazzjoni huma inevitabbli sabiex jintlaħaq dan il-għan.
9.12 Il-kuntratturi ewlenin ma jħossux l-effetti tal-kriżi daqskemm iħossuhom il-fornituri u s-sottokuntratturi tagħhom, li jikkostitwixxu l-biċċa l-kbira tal-ħiliet u l-impjiegi tal-industrija. Proċess ta’ appoġġ jista’ jsir permezz ta’ qsim tas-self u l-garanziji bejn is-sottokuntratturi. Il-produtturi għandhom jappoġġjaw l-isforzi tal-fornituri, billi jiggarantulhom dħul u ammont ta’ xogħol fuq perijodu fit-tul.
9.13 Il-pakkett tal-Ajru Uniku Ewropew II għandu jiġi implimentat mill-aktar fis. Il-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru fl-Ewropa qiegħda tkun ta’ piż kbir ieħor mhux biss għall-passiġġieri iżda wkoll għall-kumpaniji tal-ajru. Il-KESE ta appoġġ kbir lill-pakkett tal-Ajru Uniku Ewropew II fl-aktar opinjoni reċenti tiegħu. L-avjazzjoni hija industrija dinjija u l-interoperabbiltà se tkun neċessarja sabiex jiġu evitati aktar piżijiet u ineffiċjenzi. Għalhekk, huwa meħtieġ li ssir enfasi kontinwa sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-SESAR u n-NextGen. Jeħtieġ li fl-2010 l-Kummissjoni ssib mekkaniżmu ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tas-SESAR sabiex tagħmilha possibbli li jkun hemm parteċipazzjoni wiesgħa f’din l-impriża rivoluzzjonarja.
9.14 L-Istati Membri kollha għandhom jitħeġġu jħaffu l-pass tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Imposti tal-Ajruport. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-użu tal-ġurisdizzjoni mogħtija lilha mid-Direttiva.
9.15 Il-Kummissjoni għandha tibgħat komunikazzjoni lill-Istati Membri u lill-EUROCONTROL sabiex jintroduċu moratorju għat-taxxi ATC. Il-KESE jirrikonoxxi l-isforz li ġa sar min-naħa tad-DĠ TREN rigward din il-kwistjoni u jħeġġiġha bil-kbir tagħmel pressjoni fuq l-Istati Membri.
9.16 Il-konsultazzjoni bejn l-ANSPs u l-kumpaniji tal-ajru, mitluba mir-Regolament Nru 1794/2006, għandha tiġi inforzata mill-istituzzjonijiet Ewropej. Jeħtieġ li dan ir-Regolament ikompli jiġi aġġornat sabiex jirrifletti l-iskema ta’ prestazzjoni implimentata fil-pakkett tal-Ajru Uniku Ewropew II.
9.17 Għandu jiġi żgurat li l-EASA tittratta biss kwistjonijiet relatati mas-sikurezza. Għandu jiġi żgurat li s-sikurezza tat-titjiriet tinżamm u titjieb.
Sistema unika ta’ kontroll tas-sigurtà (one-stop security) għandha tiġi applikata fl-UE kollha sa April 2010 (data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli ta’ sigurtà ġodda tar-Regolament 300/2008). Barra minn hekk, proposta finali dwar din is-sistema fl-UE u fl-Istati Uniti għandha tiġi ppreżentata lill-Istati Membri, fuq il-bażi tal-valutazzjoni reċiproka tal-miżuri ta’ sigurtà tal-UE u tal-Istati Uniti u tiġi implimentata mill-aktar fis.
9.18 Hemm bżonn ta’ iżjed ftehimiet internazzjonali tal-avjazzjoni bejn l-UE u pajjiżi terzi sabiex ikun hemm ugwaljanza u ġustizzja fuq livell internazzjonali. Il-ftehim li ntlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-Kanada ntlaqa’ tajjeb ħafna min-naħa tal-KESE fl-opinjoni tiegħu.
9.19 B’mod ġenerali, iż-żieda fl-inċidenza tal-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali bejn l-atturi fl-industrija (operaturi, produtturi, awtoritajiet pubbliċi) tista’ tkun ta’ għajnuna sabiex il-provvista u l-attività ġenerali fis-settur jieħdu spinta ’l quddiem, sakemm it-termini ta’ tali “negozju” ikunu soċjalment responsabbli u jinvolvu lill-imsieħba soċjali kollha.
Brussell, 17 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali
Mario SEPI
(1) Ara wkoll l-opinjoni tal-KESE dwar “L-industrija aeronawtika Ewropea: sitwazzjoni attwali u prospetti” (ĠU C 175, 28.7.2009, p. 50-56)
III Atti preparatorji
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-458 sessjoni plenarja fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/37 |
L-458 SESSJONI PLENARJA FIS-16 U S-17 TA’ DIĊEMBRU 2009
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ismijiet ta’ tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti”
COM(2009) 31 finali/2 – 2009/0006 (COD)
(2010/C 255/06)
Relatur: is-Sur CAPPELLINI
Nhar is-27 ta’ Frar 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ismijiet ta’ tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti
COM(2009) 31 finali/2 – 2009/0006 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-17 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Cappellini.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’160 vot favur u astensjoni 1.
1. Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-prodotti tat-tessuti – ismijiet u tikkettjar, li tista’ tirrappreżenta pass importanti għaż-żieda fil-proċessi tal-innovazzjoni u s-soluzzjonijiet soċjali fl-industrija tat-tessuti tal-UE kif ukoll tista’ żżid l-għarfien u l-informazzjoni tal-konsumatur Ewropew, b’mod partikolari f’perijodu ta’ kriżi. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jissottolinja, kif diġà stqarr f’opinjonijiet u rapporti ta’ informazzjoni preċedenti tiegħu dwar il-futur tal-industrija tat-tessuti (1), il-bżonn urġenti li s-settur jiżviluppa politiki koerenti u integrati, li jinkludu l-ittikkettjar, għall-vantaġġ kompetittiv tiegħu.
1.2 Il-KESE jilqa’ r-Regolament u jappoġġja l-Artikolu 4 dwar il-qafas legali nazzjonali li jikkonċerna l-prodotti tal-oriġini u l-liġijiet tal-kompetizzjoni.
1.3 Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-partijiet ikkonċernati interessati jissorveljaw kif ir-Regolament propost ser jinfluwenza:
|
— |
l-aġenda tar-Riċerka Strateġika Ewropea fl-iżvilupp u l-użu ta’ fibri ġodda u prodotti tat-tessuti innovattivi u t-trasparenza; |
|
— |
is-semplifikazzjoni tal-qafas legali eżistenti bl-impatti pożittivi li jista’ jkollu għall-partijiet ikkonċernati privati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali/reġjonali; |
|
— |
it-titjib ta’ qafas regolatorju eżistenti aktar koerenti (2). |
1.4 Il-KESE jikkonferma l-importanza li jiġi rispettat il-bżonn li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni ċara, komprensiva u sħiħa dwar il-prodott, b’mod partikolari fir-rigward ta’ prodotti tat-tessuti, u jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipprova tissemplifika l-proċeduri u tnaqqas l-ispejjeż li llum huma meħtieġa fit-traspożizzjoni ta’ direttiva.
1.5 Il-KESE jixtieq li s-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali tas-settur tat-tessuti b’mod usa’ u l-partijiet ikkonċernati istituzzjonali jipparteċipaw b’mod sistematiku fil-Kumitat tal-Ismijiet u l-Ittikkettjar tat-Tessuti (Artikolu 20 tar-Regolament propost). Għandhom jitqiesu wkoll sistemi ta’ reviżjoni regolari tar-Regolament sabiex jinkiseb vantaġġ kompetittiv fir-rigward tal-ittikkettjar u l-istandards ta’ industriji tat-tessuti internazzjonali oħra (ara s-swieq tat-tessuti tal-industrija tal-UE (3)). Meta jidħol fis-seħħ, ir-reviżjoni aktar parteċipattiva tar-Regolament propost tista’ tiffaċilita wkoll dibattitu miftuħ dwar il-biċċa l-kbira tal-problemi tas-saħħa (pereżempju l-allerġiji, l-indiċi tal-jonizzazzjoni) marbuta mal-prodotti tat-tessuti li mhumiex relatati mal-fibri fihom innifishom iżda mal-kimiki introdotti fil-katina tal-produzzjoni, jiġifieri għaż-żbigħ u t-trattib, jew mal-proċessi mekkaniċi bħall-imxit u t-tqardix (carding).
1.6 Flimkien mal-infurzar dirett tar-Regolament attwali, il-KESE jipproponi kampanja ta’ informazzjoni mmirata dwar il-prodotti tat-tessuti – ismijiet u tikkettjar u studji speċifiċi għas-settur flimkien mal-organizzazzjonijiet tal-SMEs, iċ-ċentri tar-riċerka, il-konsumaturi u l-produtturi tat-tessuti. Dawn l-atturi jista’ jkollhom rwol maġġuri x’jaqdu fit-tisħiħ tal-importanza ta’ fibri u prodotti sostenibbli mil-lat ambjentali kif ukoll fiż-żieda tas-sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal tas-suq.
1.7 Din l-inizjattiva tista’ tiffaċilita wkoll dibattitu miftuħ dwar l-ittikkettjar “mhux obbligatorju” tal-prodotti lesti tat-tessuti, bħall-ħwejjeġ, fir-rigward tal-konservazzjoni u t-tindif (simboli dwar il-mogħdija, il-ħasil, l-ibbliċjar, eċċ.), però din l-informazzjoni hija fakultattiva għaliex m’hemm l-ebda obbligu tal-UE fuq din il-kwistjoni. L-introduzzjoni ta’ sistema li tixbah lil dik użata mill-Ginetex (4), b’konformità mal-ISO 3758 jew anke l-adozzjoni tal-istandard tal-Istati Uniti ASTM D-5489 jistgħu jkollhom valur miżjud, speċjalment għall-utent aħħari. Fost affarijiet oħra, dan jiżgura li:
|
— |
il-ħajja tal-prodotti tat-tessuti tkun tista’ titwal; |
|
— |
ma ssirx ħsara lill-prodotti, u lanqas issir ħsara lil prodotti oħra matul it-trattamenti tagħhom; |
|
— |
id-dry cleaners jistgħu jkunu ċari dwar it-trattamenti adattati; |
|
— |
il-prodotti jżommu d-dehra tagħhom; |
|
— |
fil-punt tal-bejgħ issir għażla infurmata b’rabta ma’ jekk prodott hux adattat. |
Barra minn hekk, konsegwentement l-applikazzjoni wiesgħa tat-tikketti dwar il-konservazzjoni u t-tindif ser tnaqqas il-konsum tal-enerġija u tal-ilma b’rabta mat-trattament tat-tessuti.
1.8 L-implimentazzjoni ta’ regolament bħal dan tqarreb ukoll l-UE lejn regolamenti simili oħra li jintużaw fi swieq terzi bħall-Istati Uniti (5), il-Ġappun (6), l-Awstralja (7), eċċ.
1.9 Jeżistu eluf ta’ sustanzi kimiċi li jintużaw fis-settur tat-tessuti, b’taħlita mhux speċifikata ta’ sustanzi oħra miżjuda, b’xi wħud minnhom tossiċi. Dawn jintużaw fiż-żbigħ u fi trasformazzjonijiet oħra tat-tessuti. Fl-UE s-sustanzi tossiċi jiġu magħżula, eliminati jew trattati b’mod preventiv b’konformità mal-liġijiet ambjentali u tas-sanità. Il-KESE jipproponi rabta mill-qrib bejn ir-Regolament dwar l-ittikkettjar tat-tessuti u r-Regolament REACH u l-pjattaforma tiegħu bil-għan li tiġi ssemplifikata u mħaffa l-proċedura filwaqt li tiġi evitata l-akkumulazzjoni żejda.
2. Sfond
2.1 Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ismijiet u l-ittikkettjar tat-tessuti hija bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat KE. L-għan tagħha huwa li tistabbilixxi suq intern għall-prodotti tat-tessuti filwaqt li tiżgura li l-konsumatur jirċievi tagħrif adatt. Fis-snin sebgħin, l-Istati Membri rrikonoxxew il-ħtieġa li tiġi armonizzata l-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ismijiet tat-tessuti. L-ismijiet differenti (mhux armonizzati) tal-fibri tat-tessuti fl-Istati Membri tal-UE joħolqu ostaklu tekniku għall-kummerċ fis-suq intern. Barra minn dan, l-interessi tal-konsumatur jitħarsu aħjar jekk it-tagħrif provdut f’dan il-qasam ikun l-istess fis-suq intern kollu.
2.2 L-industrija tat-tessuti tal-UE bdiet proċess twil ta’ ristrutturar, modernizzazzjoni u progress teknoloġiku b’risposta għall-isfidi ekonomiċi sinifikattivi li ffaċċja s-settur fis-snin reċenti. In-negozji Ewropej, notevolment l-SMEs, tejbu l-pożizzjoni globali tagħhom billi kkonċentraw fuq il-vantaġġi kompetittivi bħall-kwalità, id-disinn, l-innovazzjoni u l-prodotti b’valur miżjud ogħla. L-industrija tal-UE taqdi rwol prinċipali f’livell dinji fl-iżvilupp ta’ prodotti ġodda, tessuti tekniċi u tessuti mhux minsuġa għal applikazzjonijiet ġodda bħall-ġeotessuti, il-prodotti tal-iġjene, l-industrija tal-karozzi jew is-settur mediku.
2.3 Fost l-oqsma ewlenin għar-riċerka hemm l-iżvilupp ta’ fibri speċjali u komposti tal-fibri ġodda għal prodotti tat-tessuti innovattivi, li ġie identifikat bħala waħda mill-prijoritajiet tematiċi fl-Aġenda Strateġika għar-Riċerka stabbilita mill-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea għall-Futur tat-Tessuti u l-Ilbies. L-innovazzjoni tal-fibri fil-bidu tal-katina tal-valur miżjud tat-tessuti hija sors b’saħħtu ta’ prodotti ġodda, għażliet tal-ipproċessar u oqsma ta’ applikazzjoni f’ħafna setturi tal-utenti downstream (8). Fil-fatt, in-numru ta’ talbiet għal ismijiet ġodda tal-fibri li jistgħu jiżdiedu fil-leġiżlazzjoni tal-UE żdied fis-snin reċenti u din it-tendenza mistennija tikkonsolida hekk kif is-settur Ewropew tat-tessuti jevolvi f’industrija aktar innovattiva.
2.4 L-applikazzjonijiet għal ismijiet ġodda tal-fibri tressqu minn numru ta’ negozji differenti, fosthom kumpaniji kemm kbar kif ukoll żgħar. L-industrija tindika li, b’mod ġenerali, 90–95 % tal-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp huma ffokati fuq it-titjib u l-iżviluppi tal-fibri eżistenti. Għalkemm 5–10 % biss tal-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp x’aktarx li jirriżultaw f’fibra li teħtieġ isem ġeneriku ġdid, ħafna drabi dawn il-fibri ġodda jiġġeneraw użijiet u proċessi teknoloġiċi ġodda f’għadd wiesa’ ta’ oqsma bħal dak tal-ilbies, l-applikazzjonijiet mediċi, ambjentali u industrijali.
2.5 Fl-aħħar snin żdiedu tmien fibri ġodda fl-annessi tekniċi tad-Direttivi permezz ta’ emendi:
|
— |
id-Direttiva 97/37/KE (9) żiedet erba’ fibri ġodda fil-lista tal-ismijiet tal-fibri (cashgora, lyocell, polyamide, aramid), |
|
— |
id-Direttiva 2004/34/KE (10) żiedet il-fibra ġdida polylactide mal-lista tal-ismijiet tal-fibri, |
|
— |
id-Direttiva 2006/3/KE (11) żiedet il-fibra ġdida elastomultiester mal-lista tal-ismijiet tal-fibri, |
|
— |
id-Direttiva 2007/3/KE (12) żiedet il-fibra ġdida elastolefin mal-lista tal-ismijiet tal-fibri, |
|
— |
id-Direttiva 2009/121/KE (13) żiedet il-fibra melamina mal-lista tal-ismijiet tal-fibri. |
2.6 Mistenni li n-numru ta’ fibri ġodda miżjuda fl-annessi tekniċi probabbilment jiżdied fis-snin li ġejjin. L-industrija (rappreżentata mill-BISFA (14)) innotat li huwa diffiċli li tiġi prevista t-tendenza futura. Madankollu, ġie suġġerit ukoll li żewġ applikazzjonijiet fis-sena huma stima realistika (15).
2.7 Il-proposta attwali ma timmodifikax il-bilanċ politiku bejn l-Istati Membri u l-UE. Huwa previst kumitat biex jgħin lill-Kummissjoni u biex jagħti opinjoni dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni proposti biex jemendaw ir-regolament, waqt li jkunu segwiti bi skrutinju r-regoli ta’ kumitat regolatorju. Dan huwa l-każ illum il-ġurnata fir-rigward tad-Direttivi eżistenti.
2.8 L-idea ta’ reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-ismijiet ta’ tessuti ħarġet fid-dieher f’dawn l-aħħar snin b’riżultat tal-esperjenza żviluppata permezz tal-emendi tekniċi regolari għall-introduzzjoni ta’ ismijiet ġodda ta’ fibri tat-tessuti fid-Direttivi eżistenti. Ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ismijiet u l-ittikkettjar tat-tessuti (16) tħabbret fl-2006 f'“L-ewwel rapport ta’ progress dwar l-istrateġija għas-semplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju” (17) u kienet inkluża fil-Programm Leġiżlattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2008.
2.9 Ir-raġuni ta’ din ir-reviżjoni hija mqassra kif ġej:
|
— |
biex tissemplifika l-qafas legali eżistenti b’impatti pożittivi potenzjali għall-partijiet ikkonċernati privati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Għalhekk, ir-reviżjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li tħaffef l-introduzzjoni u d-disponibilità tal-fibri ġodda; |
|
— |
biex tissemplifika u ttejjeb il-qafas regolatorju eżistenti għall-iżvilupp u l-użu ta’ fibri ġodda; |
|
— |
biex tinkoraġġixxi l-innovazzjoni fis-settur tat-tessuti u tal-ilbies u biex tippermetti lill-utenti u l-konsumaturi tal-fibri jibbenefikaw aktar malajr mill-prodotti innovattivi; |
|
— |
biex ittejjeb ukoll it-trasparenza tal-proċess; |
|
— |
biex jiżdiedu fibri ġodda mal-lista tal-ismijiet tal-fibri armonizzati; |
|
— |
biex tintroduċi aktar flessibilità fl-adattament tal-leġiżlazzjoni bil-għan li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-iżviluppi teknoloġiċi mistennija fl-industrija tat-tessuti. |
2.10 L-għan tar-reviżjoni mhuwiex li l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi estiża għal rekwiżiti oħra tal-ittikkettjar lil hinn mill-kompożizzjoni tal-fibri u l-armonizzazzjoni tal-ismijiet tal-fibri tat-tessuti koperti mid-Direttivi eżistenti.
3. Il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva
3.1 Billi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din ir-reviżjoni huwa limitat, saret konsultazzjoni mmirata mal-partijiet ikkonċernati. Il-partijiet ikkonċernati ħadu sehem fil-proċess ta’ konsultazzjoni: l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u tal-bejgħ bl-imnut, it-trejdjunjins, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, il-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif ukoll l-amministrazzjonijiet nazzjonali.
3.2 Il-partijiet ikkonċernati u r-rappreżentanti tal-Istati Membri ġew mistiedna jippreżentaw il-fehmiet, is-suġġerimenti u l-proposti tagħhom matul il-perijodu minn Jannar sa Awwissu 2008, fil-qafas tal-laqgħat organizzati mis-servizzi tal-Kummissjoni u bil-miktub.
3.3 Ir-rispons ewlieni minn din il-konsultazzjoni mmirata mal-partijiet ikkonċernati huwa mqassar kif ġej:
|
— |
l-introduzzjoni ta’ ismijiet ġodda tal-fibri fil-leġiżlazzjoni Ewropea hija importanti għall-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-industrija Ewropea u mill-perspettiva tal-informazzjoni tal-konsumatur; |
|
— |
il-kontenut politiku tal-emendi tekniċi għal-leġiżlazzjoni tal-ismijiet tat-tessuti ma jiġġustifikax il-proċeduri u l-ispejjeż kbar involuti fit-traspożizzjoni ta’ Direttiva; għaldaqstant, |
|
— |
għandha tintuża soluzzjoni leġiżlattiva eħfef. |
3.4 Ir-riżultati tal-proċess ta’ konsultazzjoni huma disponibbli fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt u fl-annessi tiegħu.
4. Il-valutazzjoni tal-impatt
4.1 Abbażi tar-riżultati tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u tal-istudju “Is-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-ismijiet tat-tessuti u tal-ittikkettjar – Valutazzjoni tal-impatt tal-għażliet ta’ politika” (18), il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt tal-għażliet ta’ politika varji biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti hawn fuq.
4.2 Il-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea evalwa l-abbozz tal-verżjoni tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt imħejji mis-servizz rilevanti u approvah b’xi modifiki (19).
4.3 L-analiżi u l-paragun tal-għażliet varji u tal-impatt tagħhom wasslu għall-konklużjonijiet li ġejjin:
|
— |
L-inklużjoni ta’ gwida fuq il-kontenut tal-fajl ta’ applikazzjoni u r-rikonoxximent tal-laboratorji biex jgħinu lill-kumpaniji fil-kompilazzjoni tal-fajl juru benefiċċji potenzjali jekk jirriżultaw fit-tressiq ta’ fajls ta’ applikazzjoni aktar konformi mar-rekwiżiti tas-servizzi tal-Kummissjoni. B’hekk jista’ jiġi ffrankat ammont sinifikattiv ta’ ħin kemm għall-industrija kif ukoll għall-awtoritajiet pubbliċi. |
|
— |
L-akbar benefiċċji għall-industrija jiġu mit-tnaqqis ta’ ħin bejn it-tressiq tal-applikazzjoni għal isem ġdid ta’ fibra u l-possibbiltà li l-fibra titqiegħed fis-suq bl-isem il-ġdid. Dan ifisser li jiġu ffrankati l-ispejjeż amministrattivi u li d-dħul mill-bejgħ tal-fibra jsir qabel. |
|
— |
L-akbar benefiċċji għall-awtoritajiet tal-Istati Membri jirriżultaw mis-sostituzzjoni tad-Direttivi b’Regolament, billi ma jkunx hemm bżonn aktar li huma jagħmlu traspożizzjoni tal-emendi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Dan jista’ jiġġenera ffrankar sinifikattiv fl-ispejjeż għall-Istati Membri. |
|
— |
Ir-reviżjoni ser iżżomm il-benefiċċju għall-konsumaturi taċ-ċertezza li l-fibri msemmija jissodisfaw karatteristiċi speċifiċi. Il-konsumaturi jistgħu wkoll jiksbu benefiċċji addizzjonali mill-fatt li fibri ġodda jidħlu fis-suq iżjed malajr. |
5. Objettivi ġenerali
5.1 Il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament dejjem għandu jispira l-prattika tal-inkoraġġiment tar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, jiffaċilita s-sħubijiet fi ħdan l-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali/reġjonali/tal-UE u ċ-ċentri ta’ riċerka, itejjeb it-taħriġ u l-ħiliet tekniċi eżistenti, iqiegħed prodotti b’valur miżjud għoli fis-suq intern u fis-swieq terzi (20), jiżgura mudelli sostenibbli tal-iżvilupp u l-konsum.
5.2 Ir-Regolament preżenti għandu jkun ukoll kontribut siewi:
|
— |
għall-valur miżjud tat-tessuti u l-industrija relatata, għall-kompetenzi tal-UE u għat-tkabbir ekonomiku; |
|
— |
għal aktar trasparenza għall-konsumaturi u l-mudelli l-ġodda ta’ konsum; |
|
— |
għaż-żieda fil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-MONITORAĠĠ tar-Regolament preżenti. |
6. Objettivi speċifiċi
6.1 Isem il-fibra għandu jagħti informazzjoni sħiħa dwar x’inhi l-fibra, għall-kuntrarju tar-regolament tal-Istati Uniti li għandu approċċ differenti (21). Din l-ispeċifikazzjoni hija konformi mal-metodoloġija tal-BISFA li tgħid li l-isem ġeneriku għandu jagħti l-informazzjoni kimika dwar il-parti tal-monomeru dominanti tal-polimer tal-fibra, u/jew flimkien mal-informazzjoni dwar il-proprjetajiet uniċi ewlenin tal-fibra jew it-teknoloġiji tal-proċess tal-fibra.
6.2 L-informazzjoni fuq it-tikketta għandha tkun reali. Filwaqt li l-omissjoni ta’ dan il-punt mhux ċara fir-Regolament, xi artikoli tar-Regolament ma jobbligawx li tingħata informazzjoni sħiħa fuq it-tikketta, jiġifieri fl-Artikolu 19 (Prodotti tat-tessuti multi-fibri) l-ittikkettjar huwa fakultattiv bejn l-identifikazzjoni sħiħa u l-identifikazzjoni tal-fibra li tifforma aktar minn 85 % tal-piż totali tat-tessut. Għalkemm din l-informazzjoni hija reali, mhix kompluta jekk tingħażel l-għażla (a) jew (b) tal-Artikolu msemmi. Għaldaqstant, l-aħħar 15 % għandu jiġi indikat fit-tikketta jekk irridu li jkollna informazzjoni vera u kompluta.
6.3 Il-karatteristiċi kollha ppreżentati mill-manifattur jridu jiġu indikati, b’konformità ma’ dak li hu mistenni fl-ewwel, it-tieni, it-tielet u s-sitt indiċi tal-Anness II tar-Regolament propost.
6.4 Fir-rigward tal-ispejjeż u l-limitazzjonijiet temporanji, il-limitazzjonijiet temporanji stmati huma dawn li ġejjin, però ż-żmien meħtieġ għall-preparazzjoni tal-applikazzjoni mhux inkluż (dan jiddependi minn kemm huwa rapidu l-applikant fil-preparazzjoni) (22):
|
— |
Valutazzjoni tal-Applikazzjoni, minn xahar sa tliet xhur; |
|
— |
Tlaqqigħ tal-Grupp ta’ Ħidma, tliet xhur; |
|
— |
ĊKR (Ċentru Konġunt tar-Riċerka) u provi interlaboratorji (ring trials), minn sitta sa disa’ xhur; |
|
— |
Rapport dwar l-Eżami Tekniku, minn xahar sa tliet xhur; |
|
— |
Abbozz ta’ Proposti, minn xahar sa tliet xhur; |
|
— |
Regolament Emendat, minn sitta sa tnax-il xahar. |
6.5 L-iffrankar mill-ispejjeż għall-industrija ġie kkunsidrat f’żewġ xenarji, xenarju bi spejjeż għoljin u xenarju bi spejjeż baxxi, it-tnejn li huma b’limiti superjuri u inferjuri, però fl-aħħar mill-aħħar it-tfaddil ivarja minn EUR 47 500 sa EUR 600 000 għal kull applikazzjoni. Il-benefiċċji potenzjali tqiesu wkoll billi jiġi evitat dewmien ta’ bejn sitta u tnax-il xahar fit-tqegħid ta’ fibra fis-suq, jew b’dewmien fid-dħul u/jew b’telf fid-dħul. Dawn iċ-ċifri jvarjaw minn EUR 2 000 sa EUR 3 500 000. 25 % tal-iffrankar mill-ispejjeż taċ-ĊKR tqiesu fit-tfaddil għall-awtoritajiet pubbliċi. Dan jista’ jirriżulta fi tnaqqis tal-ispejjeż ta’ madwar EUR 75 000 sa EUR 100 000 għal kull fibra (15).
6.6 Meta fibra ġdida tidħol malajr fis-suq, iż-żmien li jittieħed fil-fażijiet differenti għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-aktar applikazzjonijiet reċenti (l-aħħar ħames snin) fl-aqwa każ kien ta’ 36 xahar u tela’ sa 66 xahar fl-agħar każ. Bl-applikazzjoni tar-Regolament il-ġdid, huwa stmat li ż-żmien meħtieġ għall-proċedura huwa ta’ bejn 18 u 33 xahar. Dan ifisser li ż-żmien stmat meħtieġ ser jonqos b’50 % kemm fl-aħjar każijiet kif ukoll fl-agħar każijiet (15).
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Is-settur tat-tessuti, l-ilbies u ż-żraben huwa parti prinċipali mill-industrija tal-manifattura tal-UE-27. B’madwar 250 000 intrapriża u b’bejgħ ta’ madwar EUR 240 biljun, dan is-settur joħloq madwar 4 % tal-valur miżjud globali tal-industrija tal-manifattura kollha tal-UE-27 (li madwar nofsha ġejja mis-settur tat-tessuti biss). Bi 3,2 miljun impjegat, dan is-settur, l-uniku wieħed li jimpjega iktar nisa milli rġiel fl-UE (64,5 %), joħloq ukoll 9,3 % tal-impjiegi fl-industrija tal-manifattura tal-UE-27, li l-ikbar sehem tagħha hija fis-settur tal-ilbies (madwar 1,5 miljun). L-UE hija s-suq immirat prinċipali u l-esportatur prinċipali fis-settur, b’sehem dinji li joqrob lejn l-20 % (data tal-2005). CCMI/041.
Għal aktar tagħrif dwar it-tendenzi u l-karatteristiċi ewlenin tas-settur tat-tessuti, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Rapport ta’ Informazzjoni tas-CCMI li jinsab hawn:
http://eescregistry.eesc.europa.eu/viewdoc.aspx?doc=%5C%5Cesppub1%5Cesp_public%5Cces%5Cccmi%5Cccmi041%5Cmt%5Cces1572-2007_fin_ri_mt.doc.
(2) Waħda mid-direttivi (Direttiva 96/74/KE) li għandha tiġi sostitwita bir-regolament diġà ġiet sostitwita bid-Direttiva 2008/121/KE. Jekk ir-Regolament jidħol fis-seħħ, kemm ir-Regolament kif ukoll id-Direttiva għandhom ikunu koerenti.
(3) 17-IL SUQ PRINĊIPALI – Sors: Euratex.
|
— |
L-ASJA: iċ-Ċina, il-Ġappun, l-Indja, il-Korea t’Isfel, it-Tajwan, il-Pakistan, it-Tajlandja, il-Malasja. |
|
— |
L-AMERIKA TA’ FUQ: l-Istati Uniti, il-Kanada. |
|
— |
L-AMERIKA ĊENTRALI: il-Messiku. |
|
— |
L-AMERIKA T’ISFEL: il-Brażil, l-Arġentina, iċ-Ċilì. |
|
— |
L-OĊEANJA: l-Awstralja. |
|
— |
l-AFRIKA: l-Afrika t’Isfel. |
(4) GINETEX: Groupement international d’étiquetage pour l’entretien des textiles (Ragruppament Internazzjonali tal-Ittikkettjar dwar it-Trattamenti tat-Tessuti).
(5) Care labelling of textile wearing apparel and certain piece goods (l-Ittikkettjar dwar it-trattament tal-ħwejjeġ u ċerti oġġetti) – 16 CFR Parti 423.
(6) Japanese Industrial Standard for Care Labelling (l-Istandard Industrijali Ġappuniż għall-Ittikkettjar dwar it-Trattament).
(7) L-Istandard Awstraljan/ta' New Zealand (AS/NZS) 1957:1998 – “Textiles – Care labelling” (It-tessuti – l-Ittikkettjar dwar it-Trattament).
(8) Ara l-Aġenda Strateġika għar-Riċerka stabbilita mill-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea għall-Futur tat-Tessuti u l-Ilbies.
(9) Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volum 018 p. 352.
(10) Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 34 p. 35.
(11) ĠU L 5, 10.1.2006, p. 14 (mhux disponibbli bil-Malti).
(12) ĠU L 56 M, 29.2.2008, p. 15.
(13) ĠU L 242, 15.9.2009, p. 13.
(14) BISFA: International Bureau for the Standardisation of Man-Made Fibres (l-Uffiċċju Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni tal-Fibri Magħmulin mill-Bniedem).
(15) Sors: Impact Assessment Report on Simplification of EU legislation in the field of textile names and labelling (Rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt dwar is-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-ismijiet u l-ittikkettjar tat-tessuti).
(16) Id-Direttivi 96/74/KE (kif emendata), 96/73/KE (kif emendata) u 73/44/KEE.
(17) COM(2006) 690 finali.
(18) L-istudju jinsab hawnhekk: http://ec.europa.eu/enterprise/textile/documents/dir2008_0121_study.pdf.
(19) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=SEC:2009:0091:FIN:EN:PDF.
(20) Wieħed għandu jżomm f’moħħu li ħafna drabi t-tessuti tal-UE jiffaċċjaw “BARRIERI MHUX TARIFFARJI” biex jaċċessaw is-swieq terzi. Il-kundizzjonijiet jew il-prattiki li jikkonċernaw l-immarkar, l-ittikkettjar, id-deskrizzjoni jew il-kompożizzjoni tal-prodott li huma diskriminatorji meta mqabbla mal-prodotti domestiċi.
(21) Sors: Rules and regulations under the textile fiber products identification act – 16 CFR Parti 303.
(22) BISFA: International Bureau for the Standardisation of Man-Made Fibres (l-Uffiċċju Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni tal-Fibri Magħmulin mill-Bniedem).
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/42 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fit-transazzjonijiet kummerċjali (tfassil mill-ġdid) li timplimenta l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (Small Business Act)”
COM(2009) 126 finali – 2009/0054 (COD)
(2010/C 255/07)
Relatur: is-Sinjura Ana BONTEA
Nhar l-1 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fit-transazzjonijiet kummerċjali (tfassil mill-ġdid)
li timplimenta l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (Small Business Act)
COM(2009) 126 finali - 2009/0054 (COD)
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-17 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kienet is-Sinjura Ana Bontea.
Matul l- 458 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-17 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’145 vot favur, 3 voti kontra u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jilqa’ u jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (Small Business Act, SBA) kif ukoll il-proposta għal Direttiva, peress li t-titjib tal-qafas leġiżlattiv li jippermetti li jitnaqqsu l-iskadenzi għall-ħlas u l-ġlieda kontra l-ħlas tard huma miżuri partikolarment importanti u utli.
1.2 Minkejja li d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi huma meħtieġa u utli, xorta waħda mhumiex biżżejjed biex jingħeleb il-ħlas tard; għalhekk hemm bżonn li jittieħdu għadd ta’ miżuri kumplessi, u li l-kooperazzjoni tikber fil-livelli kollha. L-SMEs infushom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom għandhom rwol importanti x’jaqdu f’dan il-proċess.
1.3 Il-Kumitat iqis li hemm bżonn li jiġu stabbiliti skadenzi qosra u obbligatorji għall-ħlas, li jkunu jgħoddu għall-awtoritajiet u għall-istituzzjonijiet pubbliċi kollha, fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-KESE jifraħ lill-Kummissjoni Ewropea għall-miżuri adottati fir-rigward tal-ħlasijiet li jsiru direttament mill-Kummissjoni nnifisha, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għat-tkomplija u l-iżvilupp ta’ dawn il-miżuri fil-livelli kollha. Fir-rigward tal-iskadenzi meħtieġa għat-traspożizzjoni tad-Direttiva, il-KESE jappella lill-awtoritajiet japplikaw il-prinċipji immedjatament, sabiex fil-kuntest attwali tal-kriżi, dan ikun ta’ appoġġ effikaċi għan-negozji.
Il-Kumitat iqis li l-proposta għal Direttiva teħtieġ titjibiet, u dawn huma l-proposti ewlenin:
|
— |
Għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku:
|
|
— |
Għat-transazzjonijiet kummerċjali kollha:
|
1.4 Billi jtenni proposti li kien għamel qabel (1), il-Kumitat jenfasizza li, biex l-għan tad-Direttiva jintlaħaq b’mod sħiħ, jeħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri li jippermettu aċċess usa’ lill-SMEs għall-akkwist pubbliku, b’mod li dawn jibbenefikaw aktar mir-regoli stabbiliti.
1.5 Fit-traspożizzjoni tad-Direttiva u għas-segwitu tal-miżuri adottati, huwa importanti li jiġu favorizzati l-kooperazzjoni u d-djalogu soċjali ta’ kwalità bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-SMEs.
1.6 Tajjeb li jiġi evitat li jittawlu l-perijodi li fihom jista’ jsir il-ħlas u li jsiru ħlasijiet tard f’każijiet fejn l-akkwisti pubbliċi jiġu sottokuntrattati, kif ukoll fir-relazzjonijiet tal-SMEs mal-intrapriżi l-kbar, inkluż il-bejjiegħa bl-imnut. Fis-setturi fejn hemm riskju qawwi li l-perijodi li fihom irid isir il-ħlas jitwalu b’mod mhux ġustifikat, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu, skont il-każ, jikkontrollaw l-iskadenzi għall-ħlas, jew jistabbilixxuhom, mingħajr ma jiġu imposti obbligi jew spejjeż żejda fuq l-intrapriżi.
1.7 Il-KESE jirrakkomanda lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni u li jipprevedu miżuri komuni ta’ informazzjoni u ta’ appoġġ immirati għall-SMEs, fir-rigward ta’ ħlasijiet tard fit-transazzjonijiet transkonfinali.
1.8 Fil-livell Ewropew, jista’ jkun utli li jinħoloq sit tal-internet speċjalizzat, li jkun jipprovdi tagħrif pertinenti pprovdut minn kull Stat Membru, fil-lingwi ta’ ħidma kollha, dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva, il-qafas legali, il-proċeduri applikabbli għall-irkupru ta’ djun, inkluż l-arbitraġġ u l-medjazzjoni, jew tagħrif prattiku ieħor. Fil-livell nazzjonali għandu jkun mgħejjun it-tixrid wiesa’ ta’ dan it-tagħrif, permezz tal-one-stop-shops u tal-organizzazzjonijiet tal-SMEs.
1.9 Il-miżuri biex il-ħlasijiet mill-awtoritajiet pubbliċi jsiru aktar malajr huma utli wkoll fil-kuntest tal-liġi dwar it-taxxi (ir-rimborż tal-VAT, ir-regolarizzazzjoni tat-taxxi, eċċ.), peress li f’ċerti pajjiżi jseħħu prattiki li jqanqlu dispjaċir, li wasslu għal imblukkar finanzjarju.
1.10 Il-KESE jtenni l-proposta li kien għamel qabel għall-ħolqien ta’ kumitat konsultattiv miftuħ għall-partijiet interessati, li jkun jista’ jaħdem bl-appoġġ tal-KES (2).
2. Daħla
2.1 Sfond u konsegwenzi tal-ħlasijiet tard
2.1.1 Fit-transazzjonijiet kummerċjali tal-UE:
|
— |
b’regola ġenerali, il-ħlasijiet jiġu differiti; |
|
— |
ta’ sikwit il-ħlasijiet isiru tard, speċjalment dawk tal-kuntratti tal-akkwisti pubbliċi, fejn il-medja hija ta’ 67 jum (3) meta mqabbla mas-57 jum tas-settur privat; |
|
— |
f’ċerti Stati Membri żviluppat “kultura ta’ ħlas tard”, biex din issa saret imġiba mifruxa li tħalli effetti ekonomiċi u soċjali partikolarment serji (li jikkawżaw wieħed minn kull erba’ fallimenti u jwasslu għat-telf ta’ 450 000 impjieg kull sena) li jinħassu aktar f’perijodi ta’ kriżi: minħabba dawn il-prattiki mhux adegwati, fl-2009 n-negozji mhux ser ikunu jistgħu jużaw EUR 270 biljun, i.e. 2,4 % tal-PGD tal-UE, meta mqabbel mal-1,5 % tal-pjan ta’ rilanċ ekonomiku (4); |
|
— |
il-ħlasijiet tard jintużaw bħala sostitut għall-krediti bankarji; |
|
— |
f’ħafna każijiet, l-iskadenzi għall-ħlasijiet huma twal b’mod mhux ġustifikat, u ta’ spiss huma r-riżultat ta’ pożizzjoni privileġġjata – din is-sitwazzjoni tista’ tħalli effetti serji b’mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar, artiġjanali jew anke dawk ta’ daqs medju. |
2.1.2 L-SMEs għandhom pożizzjoni dgħajfa fin-negozjati minħabba:
|
— |
il-livell ta’ kompetittività tagħhom u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq, |
|
— |
il-biża’ li se jikkompromettu r-relazzjoni mal-klijentela tagħhom, |
|
— |
il-possibbiltà limitata li għandhom biex ikunu kompetittivi permezz tal-iskadenzi għall-ħlas offruti lill-klijenti tagħhom, |
|
— |
esperjenza u riżorsi umani u materjali limitati meta jiġu biex jibdew proċeduri legali għall-irkupru ta’ djun: dawn id-diffikultajiet jiżdiedu aktar f’każ ta’ transazzjonijiet transkonfinali. |
2.1.3 Il-ħlasijiet tard:
|
— |
jiġġeneraw spejjeż addizzjonali sostanzjali għall-kredituri u jikkomplikaw il-ġestjoni finanzjarja tagħhom; il-ħlasijiet tard huma ta’ detriment għall-fluss ta’ flus kontanti, joħolqu spejjeż bankarji supplementari kbar, inaqqsu l-opportunitajiet għall-investiment u jżidu l-inċertezzi għal ħafna kredituri, l-aktar għall-SMEs; dan jaffettwa ħażin il-kompetittività, il-qligħ u l-vijabbiltà tagħhom, speċjalment fil-perijodi fejn l-aċċess għall-finanzjament huwa limitat u għali, |
|
— |
ta’ sikwit iwassal għal aktar ittardjar fil-ħlas tal-fornituri u tal-impjegati (b’effetti soċjali importanti), taxxi, dazji, kontribuzzjonijiet għall-Istat u għas-sigurtà soċjali (b’effetti ħżiena fuq il-ġbir tad-dħul mill-pubbliku), iżda wkoll billi jixxekkel l-aċċess tal-intrapriżi għall-finanzjament (pereżempju l-ħlas tard tat-taxxi, id-dazji u l-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali minħabba l-ħlas tard tal-irċevuti jillimita l-aċċess għall-għajnuniet mill-Istat u l-programmi ffinanzjati mill-Fondi Strutturali); |
|
— |
jista’ jwassal għall-falliment ta’ kumpaniji li normalment ikunu vijabbli, u b’konsegwenza ta’ dan jista’ jkun hemm serje ta’ fallimenti oħra tul il-katina tal-forniment, b’effetti negattivi sinifikanti fil-livell soċjali u ekonomiku; |
|
— |
iwasslu biex l-operaturi ekonomiċi jaqtgħu qalbhom milli jieħdu sehem fl-akkwisti pubbliċi, u dan joħloq distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u jipperikola l-funzjonament tas-suq intern, iżda jnaqqas ukoll l-abbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi li jiżguraw l-użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi u li jiksbu ritorn tajjeb mill-flus ta’ dawk li jħallsu t-taxxi; |
|
— |
jistgħu jħeġġu l-korruzzjoni (biex l-irċevuti għall-ħlas tal-akkwisti pubbliċi jitħallsu aktar malajr) jew l-għoti ta’ kuntratti li jaqbżu l-limiti baġitarji approvati; |
|
— |
għandhom effetti ħżiena fuq il-kummerċ intrakomunitarju: il-biċċa l-kbira tal-intrapriżi jqisu li r-riskju ta’ ħlasijiet tard huwa għoli ħafna għat-transazzjonijiet kummerċjali intrakomunitarji, iżidu l-ispejjeż u joħolqu l-inċertezzi għal dawn it-transazzjonijiet. |
2.2 Bażi legali
2.2.1 L-unika leġiżlazzjoni Komunitarja li teżisti għal dan il-qasam hija d-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (5).
2.2.2 Fir-rigward tal-proċeduri legali għall-irkupru ta’ djun ikkawżati minn ħlasijiet tard, japplikaw ukoll ir-Regolamenti (CE) 44/2001 (6), 805/2004 (7), 1896/2006 (8), 861/2007 (9).
2.3 L-għanijiet fil-livell Ewropew
2.3.1 L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (10) tefa’ d-dawl fuq l-importanza vitali tal-SMEs għall-kompetittività tal-ekonomija, u enfasizza li huwa importanti li dawn ikollhom aċċess effettiv għall-finanzjament, u li jeħtieġ li l-opportunitajiet offruti mis-suq uniku jintużaw b’mod aħjar.
2.3.2 Il-Pjan Ewropew ta’ Rilanċ Ekonomiku (11) jenfasizza li l-aċċess tan-negozji għal sorsi ta’ finanzjament li jkunu suffiċjenti u jistgħu jintlaħqu, huwa prerekwiżit għall-iżvilupp tal-investimenti, għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi f’kuntest ta’ ekonomija li qed tbatti, u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet pubbliċi iwettqu l-ħlasijiet fi żmien xahar.
2.3.3 Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ġlieda kontra ħlasijiet tard fit-transazzjonijiet kummerċjali (tfassil mill-ġdid) timplimenta u timmira li ttejjeb il-kapaċità tal-intrapriżi Ewropej li jiffinanzjaw lilhom infushom, bil-għan li jiġi ffaċilitat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi jitneħħew l-ostakli għat-transazzjonijiet kummerċjali transkonfinali.
3 Kummenti ġenerali
3.1 Il-Kumitat jilqa’ b’mod pożittiv l-implimentazzjoni tal-SBA u l-proposta għad-Direttiva għax jemmen li t-titjib urġenti tal-qafas leġiżlattiv fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħlasijiet tard jikkostitwixxi miżura partikolarment importanti u utli.
3.2 Il-Kumitat iddikjara li huwa favorevoli wkoll għall-applikazzjoni malajr tal-SBA, permezz ta’ azzjonijiet proposti fil-livell Komunitarju, u jappoġġja partikolarment “l-abbozz għal direttiva riveduta dwar il-ħlasijiet tard, li għandu jżid l-obbligi u l-penali għall-awtoritajiet pubbliċi f’każ ta’ pagament li jaqbeż it-30 jum” (12).
3.3 Bl-appoġġ tiegħu għal dawn il-miżuri, il-Kumitat qiegħed jaħseb fil-konsegwenzi negattivi, kumplessi u kbar li jġibu magħhom il-ħlasijiet tard għan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs, kif ukoll għall-impjegati u t-transazzjonijiet kummerċjali fi ħdan il-Komunità.
3.4 Minbarra li jingħelbu l-ħlasijiet tard, huwa importanti ħafna wkoll li jitnaqqsu l-iskadenzi tal-ħlasijiet; għaldaqstant it-titolu tad-Direttiva jista’ jiġi emendat għal dan il-għan, u l-miżuri tagħha jistgħu jingħaqdu f’żewġ gruppi skont dawn iż-żewġ għanijiet.
3.5 Jekk il-miżuri leġiżlattivi huma meħtieġa u utli, xorta waħda mhumiex biżżejjed biex jingħelbu l-ħlasijiet tard, minħabba d-diversi kawżi kumplessi ta’ din il-problema, l-istat tas-sitwazzjoni tmien snin wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2000/35/CE, u ċ-ċirkostanzi lokali. Il-Kumitat jistieden lill-Istati Membri biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv biex jiddefinixxu u japplikaw il-miżuri l-aktar adegwati fil-ġlieda kontra l-ħlasijiet tard, u jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni u tad-djalogu ta’ kwalità bejn l-awtoritajiet, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-SMEs. Dawn l-intrapriżi nfushom għandhom rwol importanti f’dan il-proċess, u jridu jżidu l-isforzi tagħhom biex jinfurmaw, itejbu l-proċeduri interni tagħhom u jieħdu azzjoni fuq id-debituri.
3.6 Fil-fehma tal-Kumitat dawn huma l-miżuri f’waqthom li għandhom iħallu effett pożittiv:
|
— |
it-twaqqif ta’ obbligu ġenerali biex il-kuntratti tal-akkwist pubbliku jitħallsu fi żmien tletin jum, biex b’hekk jiġu stabbiliti proċeduri standard u trasparenti, li jgħaġġlu l-ħlasijiet, |
|
— |
li jiġi stabbilit id-dritt għall-kreditur li jikseb kumpens ta’ mill-inqas 5 % tal-ammont li jkun fadal jitħallas, bħala dissważjoni lill-amministrazzjonijiet pubbliċi milli jagħmlu ħlasijiet tard, |
|
— |
l-irkupru tal-ispejjeż amministrattivi interni li jkun ġarrab il-kreditur, li jekk jiżdiedu mal-ħlas tal-imgħaxijiet legali, se jaħdmu ta’ deterrent għad-debituri, |
|
— |
it-tneħħija tal-possibbiltà li jiġu esklużi t-talbiet għal imgħax ta’ inqas minn EUR 5, peress li huma ammonti żgħar, |
|
— |
it-titjib tar-regoli dwar il-klawżoli kuntrattwali li huma inġusti għall-aħħar: l-Artikolu 6 tal-proposta għal Direttiva jagħti kontribut importanti f’dan il-qasam, |
|
— |
trasparenza ikbar fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti mid-Direttiva, u |
|
— |
il-ħolqien ta’ sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ segwitu, li permezz tagħha tkun tista’ tinxtered l-informazzjoni u jikber is-sehem tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-partijiet ikkonċernati kollha. |
3.7 Madanakollu l-Kumitat iqis li l-proposta għal Direttiva teħtieġ titjib konsiderevoli f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontenut, sabiex b’mod konkret, għadd kbir ta’ intrapriżi jkunu jistgħu jgawdu mit-tnaqqis u mir-rispett tal-iskadenzi għall-ħlas, u sabiex ikun hemm titjib tal-effiċjenza tar-rimedji legali fir-rigward tad-debuturi.
4 Kummenti speċifiċi
4.1 Il-Kumitat jiddikjara li hemm bżonn li jkunu stabbiliti skadenzi qosra u obbligatorji għall-ħlasijiet li jkunu jgħoddu għall-awtoritajiet pubbliċi kollha, fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali.
4.1.1 F’termini prattiċi, se jinkiseb impatt pożittiv kbir jekk jiġi stabbilit obbligu ġenerali għall-ħlas fi żmien ta’ mhux aktar minn tletin jum għall-akkwisti pubbliċi, kif ukoll billi titwaqqaf skadenza ta’ tletin jum għall-finalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ aċċettazzjoni u ta’ verifika.
4.1.2 Għandhom jiġu stabbiliti u rrispettati skadenzi qosra u obbligatorji biex isir ħlas mill-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali.
4.1.3 Il-Kumitat jifraħ lill-Kummissjoni Ewropea talli stabbilixxiet għanijiet ġodda aktar stretti fil-qasam tal-ħlasijiet li tamministra hi stess direttament, naqqset l-iskadenzi għall-ħlas ta’ pre-finanzjamenti u ħlasijiet inizjali, issemplifikat il-proċeduri ġenerali ta’ qabel ma jitnedew il-proġetti, u ħeġġet għas-semplifikazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll; huwa jappoġġja t-tkomplija u l-iżvilupp ta’ dawn il-miżuri fil-livelli kollha. Il-Kumitat jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali jadottaw miżuri urġenti sabiex jitnaqqsu u biex jiġu rrispettati l-iskadenzi għall-ħlas, u f’dan ir-rigward jirrakkomanda li jibnu fuq il-prattiki tajbin eżistenti.
4.1.4 Madanakollu l-Kumitat iqis li l-Artikolu 5 tal-proposta għal Direttiva fir-rigward tal-ħlasijiet tal-kuntratti tal-akkwist pubbliku mhux ser jikseb fil-prattika r-rekwiżiti u l-għanijiet pożittivi tal-Kummissjoni, u jressaq il-proposti li ġejjin:
|
— |
Biex ikun hemm loġika u ċarezza għad-destinatarji ta’ din il-proposta għal Direttiva u biex jinkiseb l-għan propost li “il-perjodi ta’ ħlas għall-kuntratti ta’ xiri mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu limitati għal massimu ta’ 30 jum” (13), l-Artikolu 5 għandu jistabbilixxi espliċitament l-obbligu li għal akkwist pubbliku jsir ħlas sa mhux aktar tard minn tletin jum kalendarju, u jistabbilixxi tul massimu ta’ żmien għall-proċedura ta’ aċċettazzjoni u jipprevedi miżuri li għandhom jiġu implimentati f’każ li dawn ir-regoli ma jiġux applikati, filwaqt li jistabbilixxi li dawn il-miżuri jistgħu jkunu kumulattivi. |
|
— |
Il-Kumitat huwa mħasseb li l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5(4) li tippermetti l-estensjoni tal-perijodi li fihom jista’ jsir il-ħlas f’każijiet ġustifikati, mhux se tiġi applikata b’mod korrett mill-awtoritajiet pubbliċi, peress li ma ġewx stabbiliti kriterji oġġettivi u preċiżi għall-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjoni jew tar-raġunijiet li jiġu aċċettati; l-awtoritajiet pubbliċi jservu kemm ta’ mħallef kif ukoll ta’ parti kkonċernata, filwaqt li d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom ma jistgħux ikunu ikbar minn dawk tal-SMEs. Minħabba f’hekk, il-Kumitat jipproponi li titneħħa, jew almenu li tiġi limitata din l-eċċezzjoni, b’mod li l-iskadenzi għall-ħlasijiet fil-każijiet ikkonċernati ma jaqbżux is-60 jum kalendarju li jibdew jgħoddu mill-kunsinna. |
|
— |
B’mod simili, il-Kumitat jipproponi t-tneħħija, jew almenu ir-restrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni mdaħħla mill-Artikolu5(3) dwar it-tul massimu ta’ 30 jum prevista għall-proċedura ta’ aċċettazzjoni. |
4.1.5 L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-libertà ta’ kuntratt tinvolvi ċerti aspetti partikolari li jridu jitqiesu:
|
— |
Id-Direttiva ma tinkludix dispożizzjonijiet li jillimitaw l-abbuż tad-drittijiet fil-qasam tal-applikazzjoni tal-libertà ta’ kuntratt; il-Kumitat jipproponi li fl-eżerċizzju ta’ din il-libertà, jitqiesu l-prinċipji tal-kompetizzjoni leali u l-etika tan-negozju. Il-KESE diġà stqarr il-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward: fl-interess tal-kompetizzjoni tajba, u fil-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali inġusti, il-KESE jistieden lill-Istati Membri jipprevedu dispożizzjonijiet legali dwar il-kompetizzjoni li jipprojbixxu kull klawżola abbużiva li tippermetti skadenzi għall-ħlasijiet itwal min-normal u li jkunu jaqbżu t-tul taċ-ċiklu medju tal-bejgħ (aktar minn 60 jum) mingħajr raġunijiet leġittimi (14) |
|
— |
Fil-kuntratti tal-akkwist pubbliku, huma biss l-intraprendituri li huma mistennija jagħtu garanziji dwar il-prestazzjoni, filwaqt li garanziji simili ma jingħatawx mill-awtoritajiet biex il-ħlas isir fil-ħin; jeħtieġ li din is-sitwazzjoni tinbidel. |
|
— |
Il-prinċipju tal-libertà ta’ kuntratt ma jistax jiġi applikat b’mod sħiħ fir-rigward tal-ħlas tard u tal-aċċettezzjoni f’kuntratti tal-akkwist pubbliku, għax l-intrapriżi m’għandhomx setgħat adegwati biex jinnegozjaw mal-awtoritajiet pubbliċi. |
|
— |
Il-libertà ta’ kuntratt għandha tiġi eżerċitata bil-ħsieb li jiġu stabbiliti klawżoli aktar favorevoli għall-kreditur, minflok ma jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jmorru kontra r-regoli ġenerali. Għalhekk qed jiġi propost li fil-frażi “sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor” (Artikolu 5(3)), il-kliem “mod ieħor” jinbidel għal “mod aktar favorevoli għall-kreditur”; din il-proposta tapplika wkoll għall-Artikolu 4(1) dwar il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru. |
4.2 Twaqqif ta’ obbligu legali biex id-debituri jħallsu l-imgħax, il-kumpens u r-rimborżi tal-ispejjeż interni minimi
4.2.1 Fil-Finlandja u fl-Isvezja, l-imgħaxijiet għall-ħlasijiet tard jistgħu jiġu rkuprati b’mod awtomatiku, mingħajr il-bżonn ta’ deċiżjoni legali: din il-prattika għandha tiġi ġeneralizzata. Il-Kumitat jipproponi li jitwaqqaf obbligu legali għall-ħlas ta’ imgħaxijiet, kumpensi u rimborżi oħra għall-ispejjeż interni minimi, bl-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-libertà ta’ kuntratt li tistabbilixxi li l-klawżoli jew is-somom li huma aktar favorevoli għall-kreditur jistgħu jiġu negozjati; b’dan il-mod l-SMEs ikunu jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt mingħajr sforzi qawwijin u ma jżommux lura minħabba s-sitwazzjoni prekarja tagħhom.
4.3 Relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet professjonali
4.3.1 L-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u dawk tal-SMEs għandhom jiġu kkonsultati u involuti fil-proċess tat-traspożizzjoni tad-Direttiva u fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri adottati għat-tnaqqis u r-rispett tal-iskadenzi għall-ħlasijiet. Dawn għandhom jiġu mgħejjuna jiżviluppaw servizzi ta’ informazzjoni, diretti jew fuq l-internet, kif ukoll servizzi ta’ pariri jew ta’ assistenza għall-membri tagħhom għal dak li għandu x’jaqsam mal-ħlasijiet tard u l-klawżoli abbużivi.
4.3.2 Il-Kumitat jipproponi li jissemmew espressament l-“organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u dawk tal-SMEs” fl-Artikolu 6(3) dwar il-mezzi ta’ azzjoni applikabbli għall-prevenzjoni tal-klawżoli li huma inġusti għall-aħħar, iżda fl-istess ħin jinnota li t-terminu magħżul (“organizzazzjonijiet”) jista’ joħloq problemi fit-traspożizzjoni.
4.3.3 Peress li l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, u b’mod speċjali dawk tal-SMEs, jistgħu wkoll jagħtu kontribut importanti fit-tfassil tar-rapport previst fl-Artikolu 10 tal-proposta għal Direttiva, għax il-fehma tagħhom għandha tiġi inkluża.
4.4 Il-Kumitat iqis li hemm il-ħtieġa għal azzjonijiet legali effettivi u effikaċji kontra d-debituri
4.4.1 Il-Kumitat jenfasizza li huwa importanti ħafna li jiġu implimentati proċeduri sempliċi, rapidi u effettivi għall-irkupru ta’ djun, li jkunu aċċessibbli għal min imexxi n-negozji, speċjalment għall-SMEs, u jsostni li għandu jinkiseb titolu li jista’ jkun infurzat f’każ ta’ djun mhux ikkontestati f’mhux aktar minn 90 jum (Artikolu 9). Hemm bżonn ukoll li jitjiebu l-proċeduri li jiddeterminaw jekk jeżistux klawżoli kuntrattwali inġusti għall-aħħar.
5 Kummenti u proposti oħra
5.1 Il-Kumitat iħeġġeġ titjib fir-regolamentazzjoni dwar il-klawżoli kuntrattwali li huma fihom inġustizzji kbar (Artikolu 6) u jipproponi li dan isir billi jiġu definiti l-kriterji li jiddeskrivu dawn il-klawżoli, kif ukoll billi mal-lista tal-klawżoli li huma dejjem meqjusa bħala inġusti għall-aħħar jiżdiedu l-klawżoli li jeskludu l-ħlas ta’ kumpens għall-ispejjeż għall-irkupru, il-klawżola taż-żamma tat-titlu u l-klawżoli għall-garanzija tal-prestazzjoni tajba tal-obbligu tal-ħlas.
5.2 Il-Kumitat itenni l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ persuni fiżiċi li f’termini strettament ġuridiċi ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva fil-forma attwali tagħha, iżda huma soġġetti għal kundizzjonijiet simili fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ ċerti intrapriżi u mal-amministrazzjoni pubblika. Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni tfassal studji dwar dawn il-kwistjonijiet sabiex tevalwa jekk fid-Direttiva għandhomx jiġu inklużi ċerti aspetti tar-relazzjonijiet mal-konsumaturi, jew jekk għandhomx jitfasslu dispożizzjonijiet speċifiċi (14).
5.3 Il-Kumitat jipproponi li jiġi definit il-kunċett ta’ “talbiet mhux kontestati” (Artikolu 9). Il-kontestazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala inaċċettabbli meta jkunu jeżistu rċevuti ffirmati mill-benefiċjarju jew dokument li jagħti prova li l-merkanzija tkun ġiet riċevuta.
5.4 Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni wkoll fuq dawn il-punti:
|
— |
Id-dispożizzjoni fl-Artikolu 1(2)(b) li teskludi l-kuntratti li saru qabel it-8 ta’ Awwissu 2002 mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva l-ġdida, għandha titneħħa, biex issir konformi mal-Artikolu 11(4) li jistabbilixxi d-data tat-traspożizzjoni; |
|
— |
Id-definizzjoni li tingħata għal “imgħax” (Artikolu 2(5)), għandha tagħmel ċara l-possibbiltà li l-ammont jiġi negozjat, inkluż mal-awtoritajiet pubbliċi; |
|
— |
biex jiġu evitati l-problemi ta’ traspożizzjoni, hemm bżonn li dawn it-tliet kategoriji ta’ kuntratti tal-akkwist pubbliku jissemmew b’mod sħiħ (kuntratti għall-forniment, għas-servizzi u għax-xogħlijiet), jew li jiġu ddefiniti b’mod ġenerali taħt il-frażi “kuntratti tal-akkwist pubbliku”; (peress li l-Artikoli 5(1), 5(2) u 5(6) ma jsemmux il-kuntratti għax-xogħlijiet); |
|
— |
il-bdil tal-frażi “id-data li d-debitur jirċievi l-fattura” b'“id-data li fiha l-fattura tintbagħat lid-debitur” fl-Artikoli 3(2)(b) u 5(2)(b), iwassal biex jiġi ssemplifikat il-proċess biex jinġiebu provi u biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ meta l-irċevuti jintbagħtu bil-posta jew il-ħruġ ta’ rċevuti elettroniċi; |
|
— |
fl-Artikolu 4.1, għandu jiġi speċifikat jekk il-kunċett ta’ “dejn” ikoprix biss il-valur tal-prodott jew jinkludix ukoll il-VAT jew spejjeż oħra, bħal dawk tat-trasport; |
|
— |
l-Artikolu 5.5 dwar id-dritt għal kumpens ta’ 5 % tal-ammont dovut għandu jispeċifika jekk huwiex possibbli li jsir kumpens ogħla minn 5 %, f’każ fejn ikunu hemm provi rilevanti. |
5.5 Għandu jiġi evitat li jiġu imposti skadenzi għall-ħlas twal b’mod mhux ġustifikat u ħlasijiet tard f’dawn il-każijiet:
|
— |
sottokuntrattar tal-akkwisti pubbliċi (għas-sottokuntratturi għandhom jgħoddu l-istess regoli għall-ħlas bħal dawk tal-awtoritajiet pubbliċi), |
|
— |
provvisti mill-bejjiegħa bl-imnut: il-Kumitat jipproponi li jitwaqqaf kodiċi ta’ prattika volontarju appoġġat minn kuntratti bil-miktub biex jippermetti li “intrapriżi medji, żgħar u artiġjanali fil-produzzjoni jew fis-servizzi […] jkollhom aċċess għall-bejgħ bl-imnut f’volumi kbar b’minimu ta’ garanziji” (15), u biex il-bejjiegħa bl-imnut u/jew il-fornituri l-kbar ma jitħallewx jeżerċitaw pressjonijiet. |
5.6 Ir-rapport previst fl-Artikolu 10 għandu jitħejja u jiġi trasmess kull sena, almenu għall-ewwel tliet snin wara li d-Direttiva tidħol fis-seħħ, sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni kontinwa tar-riżultati u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiki.
5.7 Il-KESE jappoġġja l-valorizzazzjoni u l-iżvilupp tal-prattiki tajba li jseħħu fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħlasijiet tard u t-tnaqqis tal-iskadenzi għall-ħlas:
|
— |
Il-Kummissjoni Ewropea:
|
|
— |
Fir-Renju Unit: l-awtoritajiet pubbliċi impenjaw lilhom infushom li jħallsu l-irċevuti fi żmien għaxart ijiem. |
|
— |
Fl-Irlanda, il-Belġju, il-Portugall u r-Repubblika Ċeka: il-gvernijiet wegħdu li jnaqqsu l-ħlasijiet tard, b’mod partikolari mill-awtoritajiet pubbliċi. |
|
— |
Fil-Belġju: il-gvern federali ħoloq “self li jservi ta’ pont” ġdid speċifiku permezz ta’ fond ta’ investiment federali biex jiġu ffinanzjati l-ħlasijiet tard mill-awtoritajiet pubbliċi kollha u mhux biss dawk fil-livell tal-Istat federali. |
|
— |
Fi Spanja: għall-2009, l-Instituto de Crédito Oficial (ICO) waqqaf faċilità ta’ likwidità ta’ EUR 10 biljun għal self preferenzjali sabiex l-SMEs u dawk li jaħdmu għal rashom jilħqu r-rekwiżiti tagħhom ta’ likwidità. Dawn il-fondi huma soġġetti għar-regoli ta’ kofinanzjament li jitolbu, pereżempju, li 50 % jkunu koperti mill-ICO u 50 % minn istituti għall-kreditu. Barra minn hekk, “il-faċilità għall-ħlas minn qabel tal-awtoritajiet lokali” tiggarantixxi l-irkupru ta’ rċevuti li jinħarġu min-negozji u minn dawk li jaħdmu għal rashom għal xogħlijiet u servizzi li jkunu taw lill-awtoritajiet lokali. |
Brussell, 17 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 224, 30.8.2008; ĠU C 182, 4.8.2009.
(2) ĠU C 407 tat-28 ta’ Diċembru 1998, p. 50 (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) Hemm differenzi kbar bejn Stat Membru u ieħor u lakuna kbira bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar.
(4) Intrum Justitia, l-indiċi Ewropew dwar il-ħlasijiet (European Payment Index) 2009.
(5) ĠU L 200 tat-8 ta’ Awwissu 2000, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 17 Volume 01, p. 226-229.
(6) ĠU L 12 tas-16 ta’ Jannar 2001, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 19 Volume 04, p. 42-64.
(7) ĠU L 143 tat-30 ta’ April 2004, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 19 Volume 07, p. 38-62.
(8) ĠU L 399 tat-30 ta’ Diċembru 2006.
(9) ĠU L 199 tal-31 ta’ Lulju 2007.
(10) ĠU C 182 tal-4 ta’ Awwissu 2009, p. 30.
(11) COM(2008) 800 finali.
(12) COM(2008) 394 finali. ĠU C 27 tat-3 ta’ Frar 2009.
(13) Preambolu tal-proposta għal Direttiva, Premessa 16.
(14) ĠU C 407 tat-28 ta’ Diċembru 1998, p. 50 (mhux disponibbli bil-Malti).
(15) ĠU C 175/57 tal-28 ta’ Lulju 2009, p. 57.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/48 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Green Paper dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali”
COM(2009) 175 finali
(2010/C 255/08)
Relatur: Is-Sur HERNÁNDEZ BATALLER
Nhar il-21 ta’ April 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Green Paper dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
COM(2009) 175 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, responsabbli sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-17 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Hernández Bataller.
Matul il-458 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’174 vot favur u astensjoni waħda.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jikkondividi l-opinjoni tal-Kummissjoni li tikkonsisti f’li l-proċedura tal-exequatur tiġi abolita, biex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni libera tas-sentenzi fis-suq intern u l-eżekuzzjoni ta’ dawn is-sentenzi għaċ-ċittadini u l-intrapriżi.
1.2 Il-KESE jikkunsidra adatt li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 ikun estiż għas-sentenzi amministrattivi; għaldaqstant, jitlob lill-Kummissjoni twettaq l-istudji meħtieġa biex jitneħħew l-ostakli li jeżistu bħalissa.
1.3 Jikkunsidra importanti wkoll l-adozzjoni ta’ miżuri li jiffaċilitaw l-użu transnazzjonali tal- arbitraġġ, billi huwa favur l-introduzzjoni ta’ regolament sopranazzjonali u uniformi dwar il-konflitt fir-rigward tal-validità tal-ftehimiet ta’ arbitraġġ, li jkun jirreferi għal-liġi tal-Istat fejn isir l-arbitraġġ. Dan għandu jsir mingħajr ma jinbidel xejn fil-funzjonament tal-Konvenzjoni ta’ New York jew għall-inqas billi din tittieħed bħala punt tat-tluq għal aktar azzjoni.
1.4 Approċċ komuni ta’ natura sopranazzjonali li jistabbilixxi regoli ċari u preċiżi fil-qasam tal-ġurisdizzjoni internazzjonali ser isaħħaħ il-protezzjoni legali taċ-ċittadini u jiggarantixxi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja mandatorja. Għaldaqstant, għandhom jiġu inklużi regoli relatati mal-konvenuti domiċiljati f’pajjiżi terzi, jitwaqqfu regoli ta’ ġurisdizzjoni sussidjarja, jiġu adottati miżuri biex jipprojbixxu l-forum shopping u jitħeġġeġ l-użu ta’ klawsoli standard għall-għażla tal-qorti.
1.5 Għandhom ukoll jiġu adottati regoli li jżidu ċ-ċertezza legali u jnaqqsu l-ispejjeż għolja kkważati mill-possibbiltà ta’ proċeduri ripetuti ta’ tilwim dwar il-proprjetà intellettwali quddiem il-qrati nazzjonali.
1.6 Għall-proċedimenti ġuridiċi li jirriżultaw fi drittijiet ta’ natura mandatorja u protettiva, bħal dawk li ġejjin minn kuntratt tax-xogħol jew relazzjonijiet mal-konsumatur, ir-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi emendat biex jikkonsolida l-fakultà tal-eżerċitar ta’ azzjoni kollettiva.
2. Introduzzjoni
2.1 It-Trattat tal-Unjoni Ewropea għandu fost l-objettivi tiegħu ż-żamma u l-iżvilupp ta’ “spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja” u, fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fl-Artikolu 65, huwa stabbilit li l-miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja ċivili b’implikazzjonijiet transkonfinali, sa fejn ikun meħtieġ għall-funzjonament adatt tas-suq intern, għandhom jinkludu r-“rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ċivili u kummerċjali, inklużi deċiżjonijiet f’każijiet extraġudizzjarji”.
2.2 Il-Kunsill Ewropew ta’ Tampere, f’Ottubru 1999, biddel il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku (1) tas-sentenzi f’punt tassew prinċipali ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja fi ħdan l-Unjoni Ewropea, kemm f’materja ċivili kif ukoll f’dik kriminali.
2.3 Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Nizza fi Frar 2003, il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Artikolu 67 ġiet sostitwita bil-votazzjoni b’maġġoranza kkwalifikata u bil-proċedura ta’ kodeċiżjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili, bl-eċċezzjoni tal-liġi tal-familja.
Il-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali hija kontribut pożittiv ħafna għall-acquis communautaire.
2.4.1 Il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar il-Konvenzjoni u d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam ippermettew l-approvazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (2), li dwar il-proposta għalih il-KESE ħareġ l-opinjoni tiegħu kif kien adatt (3), filwaqt li appoġġja l-adegwatezza ta’ strument Komunitarju li jissostitwixxi l-Konvenzjoni.
2.4.2 Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 jistabbilixxi regoli uniformi biex jiġu rikonoxxuti l-konflitti dwar il-ġurisdizzjoni u biex jiffaċilitaw iċ-ċirkolazzjoni libera tas-sentenzi, is-soluzzjoni ġudizzjarja u l-istrumenti awtentiċi infurzabbli fl-Unjoni Ewropea. Huwa wera li r-regolament kien strument essenzjali fir-realtà proċedurali ċivili u kummerċjali transkonfinali.
2.4.3 Għall-bidu, id-Danimarka ma kenitx tipparteċipa fil-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili. Fil-fatt, ir-Regolament ilu japplika fid-Danimarka mill-1 ta’ Lulju 2007, skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (4).
2.4.4 It-Trattat ta’ Lisbona għandu jiffaċilita l-azzjoni f’livell Ewropew fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili billi jistabbilixxi l-applikazzjoni tal-metodu Komunitarju għal kulħadd (5), bl-approvazzjoni mill-maġġoranza kkwalifikata tal-proposti li tagħmel il-Kummissjoni u billi jissaħħu l-importanza tal-Parlament Ewropew, il-kontroll demokratiku mill-Parlamenti nazzjonali u r-rwol tal-kontroll tal-legalità tal-Qorti tal-Ġustizzja.
3. Il-Green Paper tal-Kummissjoni
3.1 L-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 44/2001 jipprevedi li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament, mhux aktar tard minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, akkumpanjat minn proposti għal xi tibdiliet fih.
3.2 Il-Green Paper tagħmel sensiela ta’ proposti dwar l-aspetti li l-Kummissjoni tikkunsidra l-aktar essenzjali, mill-esperjenza tagħha fl-applikazzjoni u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea marbuta mar-Regolament Nru 44/2001.
3.3 Fost is-suġġetti li dwarhom il-Green Paper titlob dibattitu politiku hemm l-abolizzjoni tal-exequatur (6), it-tħaddim tar-Regolament fl-ordni legali internazzjonali, l-għażla tal-qorti, il-proprjetà industrijali, il-lis pendens u l-azzjonijiet relatati, il-miżuri proviżorji, ir-rabta bejn ir-Regolament u l-arbitraġġ, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-ġurisdizzjoni.
3.4 Il-Green Paper tittratta wkoll ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, b’mod partikolari ċ-ċirkolazzjoni libera tal-istrumenti awtentiċi, mitluba mir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008; jew il-possibbiltà li tintuża formola standard komuni fil-fażi tal-eżekuzzjoni.
4. Osservazzjonijiet ġenerali
4.1 Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 wera li huwa strument legali essenzjali fir-realtà proċesswali u kummerċjali. Il-KESE għandu l-istess opinjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li l-miżuri fl-ambitu tal-kooperazzjoni legali ċivili huma meħtieġa għall-funzjonament adatt tas-suq intern.
4.2 Id-dibattitu propost mill-Kummissjoni jirriżulta rilevanti fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament matul l-aħħar snin. L-għan huwa li jissaħħaħ id-dritt fundamentali tal-persuni biex jiksbu rimedju effettiv, dritt fundamentali li huwa stabbilit fil-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 65 tat-Trattat KE u li fl-istess ħin huwa prinċipju ġenerali tal-liġi rikonoxxut mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea.
L-abolizzjoni tal-exequatur fid-deċiżjonijiet kollha adottati mill-qrati tal-Istati Membri f’materji ċivili u kummerċjali tirriżulta koerenti għalkollox mal-għan li tiġi garantita l-effikaċja tagħhom u biex jiġu ppreservati ċ-ċertezza legali fl-ambitu tas-suq intern u d-Dritt Fundamentali tal-aċċess għall-proċess (7) u r-rimedju effettiv, rikonoxxuti fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u fl-Artikolu 47(1) tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali (8).
4.3.1 Konsegwentement, dan jikkonforma mal-klawsola tas-sussidjarjetà prevista b’mod impliċitu fl-Artikolu 65(1) tat-Trattat KE, li tistabbilixxi li miżuri adottati fil-qasam tal-kooperazzjoni legali ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali biss jistgħu jiġu adottati jekk ikunu meħtieġa għall-funzjonament adatt tas-suq intern.
4.3.2 Minn naħa waħda, u rigward il-ħtiġiet li jridu jintlaħqu f’sentenza infurzabbli fil-livell sopranazzjonali, jistgħu jirriżultaw adegwati l-garanziji previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 (Brussell II-a) (l-Artikoli 41 u 42 ta’ dan ir-regolament jagħtu l-infurzabbiltà diretta lis-sentenzi fil-qasam tad-drittijiet ta’ aċċess u r-ritorn tal-minuri), previst li fiż-żewġ każijiet ikun hemm żewġ garanziji: li s-sentenzi jkunu jistgħu jiġu rinfurzati fil-bidu u li jkunu kisbu ċ-ċertifikazzjoni rilevanti fl-Istat Membru tal-oriġini (9).
4.3.3 Għaldaqstant, l-uniku ostaklu li jista’ jfixkel huwa l-fatt li wara tkun ingħatat sentenza infurzabbli oħra minn korp differenti, iżda din iċ-ċirkostanza tkun ta’ eċċezzjoni kbira fil-qasam kopert fl-emenda proposta għar-Regolament (KE) Nru 44/2001 mill-Kummissjoni.
4.3.4 Min-naħa l-oħra, u fir-rigward tas-salvagwardja tad-drittijiet tal-konvenut, l-interpretazzjoni konformi mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tippermetti lill-qorti li quddiemha tkun tressqet it-talba biex jiġu applikati l-istess regoli li jitlob l-ordni nazzjonali tiegħu għall-każijiet ta’ notifika lill-barranin, jew liċ-ċittadini tal-pajjiż li mhumiex residenti fih, mill-bidu tal-proċedura.
4.3.5 Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet bħal dawn, jew f’każ ta’ insuffiċjenza ċara tal-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward tad-dritt għall-proċess ġust (pereżempju l-fehim tal-lingwa, l-affidabbiltà tal-mezzi li jittrasmettu u jirċievu t-talba, eċċ.), ikun adatt li jiġu stabbiliti regoli sussidjarji ta’ garanziji fir-regoli sopranazzjonali.
4.3.6 Madankollu, il-KESE huwa favur proċedura ta’ reviżjoni sopranazzjonali aktar armonizzata b’mod ġenerali fil-proċess ċivili u kummerċjali, sakemm il-konvenut ikollu rimedju effettiv a posteriori (reviżjoni speċjali) bħala salvagwardja.
B’konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (10), il-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001 fis-seħħ jgħaqqad ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni mhux biss għat-tilwim fil-Komunità, iżda wkoll għal dawk li għandhom element barrani, u dan jinkludi dawk is-sitwazzjonijiet fejn id-domiċilju tal-konvenut ma jkunx fi Stat Membru.
4.4.1 Konsegwentement, għandu jkun possibbli li jiġu stabbiliti xi regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali li joffru qafas sopranazzjonali għal sitwazzjoni ta’ rikors quddiem qorti nazzjonali bħal din skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, anki jekk soġġetti għall-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikoli 22 u 23 tal-istess Regolament.
Fir-rigward tal-introduzzjoni tar-“regoli tal-ġurisdizzjoni sussidjarja”, dawn it-tliet regoli li attwalment qed jiġu kkunsidrati jidhru adegwati:
|
— |
ġurisdizzjoni li għandha bħala bażi t-twettiq tal-attivitajiet, previst li tilwima tkun dwar attivitajiet bħal dawn (diġà teżisti dispożizzjoni simili fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment li tagħti l-ġurisdizzjoni lill-Istat fejn jinsab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur); |
|
— |
ġurisdizzjoni bbażata fil-lok tal-assi mitlubin biex ipaċu dejn; u |
|
— |
fl-aħħar nett, dik tal-forum necessitatis (11), anki jekk dan għandu jirrispetta b’reqqa kbira t-termini fejn il-liġi internazzjonali tirrikonoxxi l-prinċipju tat-territorjalità oġġettiva (12) li jenfasizzaw id-dmir li jiġi ppruvat kemm ikun adatt u ta’ benefiċċju li jsir rikors għall-qorti stabbilita. |
4.5.1 In-natura eċċezzjonali tal-użu tar-regoli tal-forum necessitatis tidher, fost dispożizzjonijiet oħra, fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 4/2009 (13), li jippermetti lill-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ssolvi tilwima sakemm ma teżistix ġurisdizzjoni rikonoxxuta lil Stat Membru ieħor fid-dawl tar-Regolament, u ma jkunx possibbli li tinbeda fi Stat terz li t-tilwima tkun marbuta miegħu mill-qrib ħafna.
4.5.2 Madankollu, fir-rigward tal-estensjoni tal-użu ta’ proċeduri bħal dawn, meta jkun ikkunsidrat ir-riskju ta’ proċeduri paralleli bħala riżultat tat-twaqqif ta’ regoli uniformi għat-talbiet imressqa kontra konvenuti ta’ pajjiżi terzi, xorta waħda għandhom jinżammu r-regoli uniformi sopranazzjonali għas-sitwazzjonijiet proċedurali li ġejjin:
|
— |
meta l-partijiet ikunu kkonkludew għażla esklużiva dwar l-għażla tal-qorti favur il-qrati ta’ pajjiżi terzi; |
|
— |
meta t-tilwima, għal raġunijiet oħra, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati ta’ pajjiżi terzi; jew |
|
— |
meta diġà jkunu nbdew proċeduri paralleli f’pajjiż terz. |
Fir-rigward tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi adottati mill-qrati ta’ pajjiżi terzi bil-ġurisdizzjoni esklużiva fuq tilwima, jeħtieġ li tiġi stabbilita proċedura sopranazzjonali uniformi li tevita d-danni u d-dewmien li tinvolvi d-diversifikazzjoni tas-sistemi li jeżistu attwalment. Dan ifisser li għandu jiġi introdott qafas komuni ta’ kundizzjonijiet biex jiġu aċċettati d-deċiżjonijiet tal-qrati ta’ pajjiżi terzi, li l-KESE jikkunsidra importanti.
4.6.1 Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea għandha, abbażi tal-Opinjoni 1/2003 tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea li tirrikonoxxihielha, il-ġurisdizzjoni esklużiva li tiffirma l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti kemm f’livell bilaterali kif ukoll unilaterali; għalhekk, l-istabbiliment tal-proċedura sopranazzjonali uniformi huwa kkunsidrat rilevanti.
4.7 Lis pendens
4.7.1 Bħalma huwa magħruf, ir-regola tal-lis pendens tipprevedi li, f’sitwazzjoni fejn jeżistu żewġ talbiet bl-istess għan, li jkunu dwar fatti identiċi u li jiġu eżaminati minn żewġ qrati differenti, il-qorti li jkun sarilha rikors l-aħħar għandha twaqqaf il-proċedimenti favur il-qorti l-oħra.
4.7.2 Fir-rigward tal-istabbiliment tar-regoli sopranazzjonali li jiżguraw l-effikaċja tal-ftehimiet tal-għażla tal-qorti ffirmata mill-partijiet f’każ li jeżistu proċeduri paralleli, għall-finijiet ta’ effikaċja u ħeffa u ta’ ċertezza legali jidher li l-aħjar hu li fir-Regolament tiġi emendata r-regola tal-lis pendens bis-salvagwardji tal-obbligu tal-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni diretta bejn iż-żewġ qrati rilevanti.
4.7.3 Għandu jirriżulta pożittiv l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-qrati affettwati, billi l-qorti li tkun waqqfet il-proċedimenti tiġi obbligata terġa’ tiftaħ il-kawża jekk il-qorti fejn tressqet il-kawża fil-bidu wkoll twaqqaf il-proċedimenti, biex b’hekk jiġu evitati l-konflitti ta’ ġurisdizzjoni negattivi bħal dak li jeżisti fir-Regolament Nru 2201/2003 (14).
4.7.4 Għaldaqstant, il-“lis pendens b'salvagwardji” għandha tippermetti li tiġi stabbilita skadenza li fiha l-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni minħabba li tkun semgħet il-kawża l-ewwel – skont ir-regola tal-prijorità fiż-żmien – għandha tieħu deċiżjoni ferma dwar il-kompetenza tagħha u, f’każ li żżomm din il-kompetenza, għandha tkun obbligata bi skadenzi vinkolanti oħra li tinforma b’mod regolari lill-qorti l-oħra dwar l-iżvilupp tal-proċedura.
L-istabbiliment ta’ “regola tad-diliġenza”, li tobbliga li jiġu kkomunikati fil-ħin il-kwistjonijiet rilevanti għaż-żewġ qrati jew aktar li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ lis pendens dwar l-istess kawża li t-tnejn li huma jkunu ġew iddikjarati esklużivament kompetenti għaliha, għandu jsaħħaħ b’mod ċar iċ-ċertezza legali.
4.8.1 Fl-aħħar nett, il-KESE jikkunsidra li l-inklużjoni ta’ klawsola standard ta’ natura sopranazzjonali għall-għażla tal-qorti fir-Regolament Nru 44/2001 għandha tiffaċilita l-aċċess għar-rimedju effettiv għaċ-ċittadini u l-intrapriżi, għax għandha tevita l-inċertezza dwar il-kwistjoni tal-validità tal-ftehima tal-għażla tal-qorti, bil-għan li, permezz tal-miżuri li jirriżultaw neċessarji, jiġi evitat il-forum shopping.
4.9 Miżuri ta’ salvagwardja
4.9.1 Fir-rigward tal-miżuri ta’ salvagwardja, huwa adegwat ukoll li ssir reviżjoni ta’ ċerti aspetti tal-Artikoli 31 u 47 fis-seħħ tal-imsemmi Regolament Nru 44/2001. B’mod speċjali, dan jgħodd f’każ li miżuri bħal dawn jintalbu quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru meta l-qorti ta’ Stat Membru ieħor ikollha l-ġurisdizzjoni fuq is-sostanza tal-każ.
4.9.2 Bil-kunsiderazzjoni li l-azzjonijiet ta’ salvagwardja quddiem qorti għandhom jiġu adottati biex jipproteġu s-sitwazzjoni proċedurali ta’ min jitlobhom jekk ikun hemm żewġ rekwiżiti – il-fumus boni iuris u l-periculum in mora (15) – fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u biex jiġi evitat l-abbuż tal-liġi, ikun adatt li jiġu introdotti xi restrizzjonijiet għal din l-eventwalità.
4.9.3 L-ewwel, l-obbligu tal-korp li quddiemu jintalab li ssir komunikazzjoni mal-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni fuq il-fatti tat-tilwima u, ladarba din l-informazzjoni tiġi evalwata, li jiġi deċiż dwar jekk l-adozzjoni tagħha tkunx adatta jew le billi l-benefiċċju tal-proċedura jittieħed bħala referenza ewlenija.
4.9.4 It-tieni, l-obbligu ta’ min jitlob il-miżuri ta’ salvagwardja jew proviżorji li jkun depożitat pleġġ, li tiegħu l-ammont jiġi stabbilit b’mod raġonevoli mill-qorti tal-ġurisdizzjoni skont l-entità tal-fatti tal-proċedura u skont l-effett dissważiv tiegħu kif meħtieġ biex jiġu evitati abbużi tal-liġi.
4.9.5 Fis-sitwazzjonijiet li jittrattaw il-kisba ta’ obbligu ta’ twettiq u sitwazzjonijiet simili oħra li ma jinvolvux il-ħlas ta’ ammont li hu likwidu, dovut u pagabbli fuq talba, l-eżenzjoni mill-pleġġ għandha tiġi regolata skont l-istima tal-fatti taċ-ċirkostanzi partikolari kollha mill-imħallef, biex jiġu evitati l-ostakli għall-ksib ta’ protezzjoni legali.
4.10 Abolizzjoni tal-exequatur
4.10.1 Tibqa’ fis-seħħ ukoll il-possibbiltà tan-nuqqas ta’ rikonoxximent li huwa bbażat fuq raġunijiet stabbiliti kif previsti bħalissa fl-Artikolu 34 tar-Regolament u li jirreferi għall-politika pubblika, in-nuqqas ta’ difiża tal-partijiet involuti u n-nuqqas ta’ kompatibbiltà tas-sentenzi.
4.10.2 Dawn iċ-ċirkostanzi jagħtu marġni ta’ diskrezzjoni lill-ġurisdizzjonijiet kompetenti li huma diffiċli li jiġu kkontrollati u ovvjament jikkontribwixxu għal nuqqas ta’ ċertezza legali u x’aktarx dewmien bla bżonn tal-proċeduri.
4.10.3 Min-naħa l-oħra, jidher raġonevoli li minħabba l-abolizzjoni tal-proċedura tal-exequatur fl-eżekuzzjoni tal-miżuri proviżorji, l-emenda tal-Artikolu 47 tar-Regolament inkwistjoni hija bbażata fuq dak li jipprevedi l-Artikolu 20 attwali tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 (13), jiġifieri kopja tas-sentenza u estratt mis-sentenza tradotta mal-formola korrispondenti.
4.10.4 Billi l-emendi previsti fir-Regolament għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni ġenerali tal-prinċipju tar-“rikonoxximent reċiproku” fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, ma jidhirx li huwa koerenti li tibqa’ ssir distinzjoni bejn “rikonoxximent” u “eżekuzzjoni”.
4.10.5 Għaldaqstant, idealment għandu jkun hemm l-abolizzjoni ta’ din l-għażla jew reviżjoni b’attenzjoni għall-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tiegħu.
4.10.6 Min-naħa l-oħra, jekk wieħed jistenna li r-“rikonoxximent” tas-sentenzi jkopri l-qasam ċivili u kummerċjali kollu, il-kontenut tal-Artikolu 1 attwali għandu jiġi emendat biex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għas-sentenzi amministrattivi, billi dan ikun ifisser li ċ-ċittadini u l-intrapriżi jibbenefikaw aħjar mill-funzjonament tas-suq intern.
4.10.7 Din l-osservazzjoni tidher rilevanti wkoll għall-proposta li fir-Regolament jiġu inklużi mezzi ta’ sanzjoni ekonomika għad-debituri u mezzi oħra li jimponu l-qrati jew l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri.
4.10.8 Sabiex jiġu ssemplifikati l-proċeduri u titħaffef l-eżekuzzjoni, il-protezzjoni legali tista’ titjieb jekk tiġi stabbilita formola standard komuni disponibbli fil-lingwi Komunitarji uffiċjali kollha, b’estratt tas-sentenza.
4.10.9 B’hekk, jistgħu jitnaqqsu l-ispejjeż tal-eżekuzzjoni billi jitneħħa l-obbligu li jintgħażel domiċilju jew jinħatar rappreżentant ad litem: dawn ir-rekwiżiti issa m’għadhx hemm bżonnhom aktar minħabba r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 (16).
4.11 Att Awtentiku Ewropew
4.11.1 Għall-bidu, l-Artikolu 50 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell kien jirreferi għall-“istrument(i) awtentiċi” li setgħu jiġu “rinfurzati”, billi din ir-regola kienet soġġetta għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (17), jiġifieri kienet tittratta l-istrumenti li huma infurzabbli skont il-Liġi tal-Istat tal-oriġini, liema awtentiċità tkun ġiet stabbilita minn awtorità pubblika jew minn kwalunkwe awtorità oħra awtorizzata biex tagħmel dan mill-Istat imsemmi.
4.11.2 Fir-Regolament Nru 44/2001, dan il-kunċett ġie inkluż fl-Artikolu 57. Madankollu, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tibda l-ħidma dwar Att Awtentiku Ewropew.
4.11.3 Il-KESE huwa favur li l-Kummissjoni tagħmel il-ħidmiet meħtieġa biex tiġi trattata ċ-ċirkolazzjoni libera tal-istrumenti awtentiċi, li tista’ tiġi ffinalizzata bl-istabbiliment ta’ strument awtentiku Ewropew.
4.12 Protezzjoni tal-konsumaturi
4.12.1 Skont l-inċiż 13 tar-Regolament Nru 44/2001, fil-kuntratti tal-konsumatur, il-parti l-anqas b’saħħitha għandha tiġi mħarsa bir-regoli ta’ ġurisdizzjoni li huma aktar favorevoli għall-interessi tagħha milli hemm previst fir-regoli ġenerali. Dan il-kriterju ġie kkonfermat mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (18).
4.12.2 Il-Kumitat jikkondividi t-tħassib tal-Kummissjoni li ġie espress fl-inċiżi tar-Regolament u tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, billi dejjem kien favur li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li jeħtieġu regoli protettivi u ta’ natura mandatorja biex jipproteġuhom.
4.12.3 Għal raġunijiet ta’ koerenza tal-ordni legali Komunitarja, ikun adatt li t-tfassil tal-Artikolu 15(1)(a) u (b) tar-Regolament jiġi allinjat mad-definizzjoni tal-kreditu għall-konsumatur u l-ftehim ta’ kreditu marbut li jsemmi l-Artikolu 3(c) u (n) tad-Direttiva 2008/48/KE (19).
4.12.4 Fl-aħħar nett, u fir-rigward tal-azzjoni kollettiva, dan it-tip ta’ ħarsien jipprova jtaffi l-ispejjeż proċedurali li normalment jispiċċaw jiddiswadu lill-konsumatur milli jfittex bil-qorti lin-negozjant domiċiljat fi Stat Membru ieħor; dan jgħodd b’mod speċjali għall-ispejjeż involuti f’każijiet fejn ir-rikorrent iressaq każ barra mid-domiċilju tas-soltu tiegħu u, f’każ li r-rikorrent iressaq każ quddiem l-imħallef tiegħu stess, l-ispejjeż ikkawżati mill-ħtieġa li ssir eżekuzzjoni “a fortiori” tas-sentenza fi Stat Membru ieħor.
4.12.5 Billi bir-Regolament attwali (Artikolu 6(1)) mhuwiex possibbli li jinġemgħu l-azzjonijiet, b’mod speċjali l-azzjonijiet ta’ diversi rikorrenti kontra l-istess konvenut quddiem il-qrati ta’ Stat Membru, din ir-regola tar-Regolament għandha tiġi emendata biex tiffaċilita l-appelli kollettivi tal-konsumaturi u l-azzjonijiet għad-danni għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli Komunitarji tad-difiża tal-ġurisdizzjoni, li l-KESE stqarr li huwa favorevoli għalihom.
4.13 Proprjetà intellettwali
4.13.1 Minkejja li d-Direttiva 2004/48/KE (20) fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandha l-għan tal-approssimazzjoni ta’ ċerti kwistjonijiet proċedurali, tirriżulta l-ħtieġa ta’ regoli ta’ natura sopranazzjonali biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ ċertezza legali u jnaqqsu l-ispejjeż għoljin ikkawżati mill-possibbiltà ta’ proċeduri ripetuti quddiem il-qrati nazzjonali.
4.13.2 Għaldaqstant, il-KESE jikkunsidra li għandhom jiġu adottati miżuri biex jipprojbixxu l-falsifikazzjoni tad-ditti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkonkludu l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi, fir-rispett sħiħ tal-pluralità lingwistika.
4.14 Arbitraġġ
4.14.1 Il-KESE jikkunsidra li, fir-riforma tar-Regolament Nru 44/2001, għandhom jiġu adottati l-miżuri adegwati biex jiġi assigurat li s-sentenzi jkunu jistgħu jiċċirkolaw bla xkiel fl-Ewropa u biex il-proċeduri paralleli jkunu pprojbiti.
4.14.2 B’mod konkret, bit-tneħħija (parzjali) tal-esklużjoni tal-arbitraġġ mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament:
|
— |
għandhom jiġu permessi l-miżuri protettivi bħala appoġġ għall-arbitraġġ, |
|
— |
għandu jiġi permess ir-rikonoxximent tas-sentenzi dwar il-validità ta’ ftehim ta’ arbitraġġ, u |
|
— |
għandu jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tas-sentenzi li jinvolvu sentenza f’arbitraġġ. |
4.14.3 Il-KESE huwa favur l-adozzjoni ta’ miżuri li jiffaċilitaw l-użu transnazzjonali tal-arbitraġġ; għaldaqstant, huwa favur l-istabbiliment ta’ regolament sopranazzjonali u uniformi dwar il-konflitt fir-rigward tal-validità tal-ftehimiet ta’ arbitraġġ, li jkun jirreferi għal-liġi tal-Istat fejn isir l-arbitraġġ.
4.14.4 Fi kwalunkwe każ, il-KESE jikkunsidra li jkun tassew adatt li ma jinbidel xejn fil-funzjonament tal-Konvenzjoni ta’ New York tal-1958 dwar l-infurzar tas-sentenzi f’arbitraġġ jew li għall-inqas din tittieħed bħala punt tat-tluq għal aktar azzjoni.
4.15 Estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni għas-sentenzi amministrattivi
4.15.1 Il-KESE huwa konxju li r-Regolament Nru 44/2001 japplika biss għas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali imma jikkunsidra li, sabiex ikun hemm funzjonament adatt tas-suq intern, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-possibbiltà li l-kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolament jiġi estiż għas-sentenzi amministrattivi finali permezz ta’ kwalunkwe miżura li jqisu adatta, inkluża dik prevista fl-Artikolu 309 tat-Trattat KE.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Il-prinċipju tar-“rikonoxximent reċiproku” jiggarantixxi ċ-ċirkolazzjoni libera tas-sentenzi ġudizzjarji bla ma jkun jeħtieġ li jiġu armonizzati l-leġiżlazzjonijiet tal-qrati tal-Istati Membri.
(3) ĠU C 117, 16.4.2000, p. 51.
(4) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 61.
(5) Il-metodu Komunitarju huwa bbażat fuq l-idea li l-interess ġenerali taċ-ċittadini jiġi difiż aħjar meta l-istituzzjonijiet Komunitarji jaqdu għalkollox ir-rwol tagħhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà.
(6) L-exequatur huwa l-proċedura li għandha l-għan li tistabbilixxi jekk huwiex possibbli li sentenza mogħtija mill-Qorti, li tmur lil hinn mis-sovranità tal-Istat fejn wieħed jixtieq li tiġi eżegwita, tiġix rikonoxxuta u jiġix permess li titwettaq fi Stat differenti minn dak fejn ingħatat jew le.
(7) L-aċċess għall-proċess jagħmel parti mid-dritt tal-Artikolu 6(1) skont il-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ara s-Sentenzi Golder (21.2.1975, punt 28 sa punt 31) u s-Sentenza Dewer, fost l-oħrajn.
(9) Ara wkoll f’dan ir-rigward ir-Regolamenti 4/2009, 1896/2006 u 861/2007.
(10) Sentenza tal-1.3.2005, Kawża C-281/02 OWUSU, u l-Opinjoni 1/03 tas-7 ta’ Frar 2006, paragrafi 143-145.
(11) Dan ifisser li l-qorti għandha tirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni assunta minn qorti ta’ pajjiż terz jekk, fil-fehma tagħha, din il-qorti tkun assumiet ġurisdizzjoni sabiex tevita ċaħda ta’ ġustizzja f’każ li ma tkun teżisti l-ebda qorti kompetenti. Dan huwa aktar aspett tal-aċċess għall-qrati milli rikonoxximent ta’ sentenzi.
(12) Pereżempju fis-Sentenzi tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Settembru 1927, Kawża “Lotus”, u tal-5 ta’ Frar 1970, Kawża “Barcelona Traction”.
(14) ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.
(15) Il-miżuri ta’ salvagwardja jinvolvu, l-ewwel l-għoti minn qabel, u xi drabi parzjali, ta’ awtorizzazzjoni għal talba qabel ma tkun ingħatat is-sentenza. Skont il-prattika proċesswali tradizzjonali (għall-eżempji kollha, ara, Calamandrei, “Introducción al Estudio sistemático de las Providencias cautelares” (“Introduzzjoni għall-Istudju sistematiku ta’ dispożizzjonijiet ta’ salvagwardja”)), għall-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri għandhom jiġu sodisfatti ż-żewġ ħtiġiet: jista’ jsir każ prima facie (fumus boni iuris) u hemm riskju reali li l-infurzar ma jsirx (periculum in mora). Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea adottat dan l-approċċ fid-Digriet tal-President tal-Qorti tad-19.7.1995, il-Kummissjoni/Atlantic Container Line u oħrajn (Kawża C-149/95), fid-Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Prim’Istanza tat-30.6.1999, Pfizer Animal Health/il-Kunsill (Kawża T- 13/99) u l-kawżi Factortame tad-19 ta’ Ġunju 1990, u d-Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28.6.1990.
(16) Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, ĠU L 324, 10.12.2007.
(17) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tas-17.6.1999, Kawża C-260/97, Unibank.
(18) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tas-17.9.2009, Kawża C-347708, Vorarlberger Gebietskrankenkasse.
(19) ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.
(20) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/54 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Inħarrku l-fruntieri fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) – strateġija għar-riċerka fit-teknoloġiji ġodda u tal-ġejjieni fl-Ewropa”
COM(2009) 184 finali
(2010/C 255/09)
Relatur: is-Sinjura DARMANIN
Korelatur: is-Sur WOLF
Nhar l-20 ta’ April 2009, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Inħarrku l-fruntieri fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) –strateġija għar-riċerka fit-teknoloġiji ġodda u tal-ġejjieni fl-Ewropa
COM(2009) 184 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-17 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kienet is-Sinjura Darmanin u l-korelatur kien is-Sur Wolf.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’mod unanimu.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 It-tisħiħ tar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-innovazzjoni huwa element essenzjali għall-irkupru mill-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali.
1.2 Minn fost it-temi ewlenin tar-Riċerka u l-Iżvilupp, bħall-klima, l-enerġija u s-saħħa, l-ICT jaqdi rwol ewlieni bħala teknoloġija trasversali li tolqot kważi kull aspett tas-soċjetà, l-ekonomija, ix-xjenza u t-teknoloġija.
1.3 F’termini ta’ Riċerka u Żvilupp għall-ICT, is-sottoprogramm “Teknoloġiji Futuri u Emerġenti” (FET) jiftaħ triq ġdida li, fil-perijodu fit-tul, tista’ twassal għal teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni kompletament ġodda u possibbilment rivoluzzjonarji.
1.4 Għalhekk, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-proposti mressqa fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-teknoloġiji futuri u emerġenti. Il-KESE jappoġġja wkoll il-proposta ta’ żieda ta’ 20 % fis-sena fil-baġit tal-FET fi ħdan il-qasam tal-ICT.
1.5 Madankollu, filwaqt li din iż-żieda hija sempliċement konformi maż-żieda prevista fil-programm tal-ICT b’mod ġenerali u għaldaqstant ma tolqotx is-sehem relattiv tal-programm tal-FET, il-KESE jirrakkomanda li s-sehem relattiv attwali tal-FET jiżdied għal 15 % fis-Seba’ Programm Kwadru (FP7), u dan għandu jitkompla fit-Tmien Programm Qafas (FP8).
1.6 Fir-rigward tar-“Regoli ta’ Parteċipazzjoni fis-Seba' Programm Kwadru”, il-KESE jitlob lill-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet ta’ finanzjament tagħhom biex jagħtu l-kontribut meħtieġ ħalli l-programm jiġi implimentat b’suċċess.
1.7 Barra minn hekk, il-KESE jitlob lill-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi nazzjonali ta’ Riċerka u Żvilupp tagħhom stess fl-oqsma tal-ICT u tal-FET sabiex isiru msieħba b’saħħithom għall-kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali. Għandha tiġi allokata parti akbar tal-fondi strutturali għal dan il-għan. Il-KESE huwa tal-fehma li l-fatt li dan il-qasam jirnexxi huwa wieħed mill-elementi importanti tal-Istrateġija l-ġdida ta’ Lisbona (1), u dan il-progress għandu jinkiseb permezz tal-istrument ta’ koordinazzjoni miftuħa.
1.8 Il-KESE jappoġġja wkoll il-proposta li l-programm tal-FET jiġi strutturat f’żewġ oqsma differenti: “L-iżvilupp ta’ ideat ġodda f’oqsma li qed ifeġġu” (FET Proattivi) – li jinkludu l-proġetti ewlenin proposti reċentement, u “L-esplorazzjoni ta’ ideat ġodda” (FET Wesgħin). Il-fatt li l-iskema tal-FET hija miftuħa għal ideat ġodda huwa partikolarment importanti biex jiġi stimolat il-potenzjal xjentifiku u intellettwali fl-Istati Membri.
1.9 Fir-rigward tal-proposta għall-programm tal-FET, il-KESE jappoġġja wkoll karatteristiċi addizzjonali bħall-approċċ multidixxiplinari, il-programmazzjoni konġunta bejn l-Istati Membri u l-kooperazzjoni internazzjonali. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-kumplessità tal-proċeduri relatati ma xxekkilx l-inizjattivi promettenti, u li x-xjenzjati u l-istituzzjonijiet bi kwalitajiet eċċezzjonali jitħeġġu jipparteċipaw.
1.10 Il-Kumitat jitlob li tittieħed azzjoni tanġibbli minnufih fil-qasam tal-privattiva tal-Komunità Ewropea.
1.11 Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbdu l-aqwa talent lejn dan il-qasam ta’ riċerka u jevitaw li jitilfu l-aktar xjenzjati żgħażagħ ta’ talent. Il-Kumitat jinsab sodisfatt li ċerti organizzazzjonijiet tar-riċerka diġà implimentaw programmi biex jindirizzaw din l-isfida b’suċċess.
1.12 Il-Kumitat itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li l-kategorija l-ġdida msejħa “ICT għax-Xjenza u r-Riċerka” tiġi introdotta fil-programm ġenerali tal-ICT.
2. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
2.1 Fi ħdan il-programm speċifiku “Kooperazzjoni”, ir-Riċerka u l-Iżvilupp dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) jirrappreżentaw il-pilastru ewlieni tas-Seba’ Programm Kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku tal-Komunità (2007–2013) (2), is-Seba’ Programm Kwadru fil-qosor. Parti żgħira tal-programm tar-Riċerka u l-Iżvilupp b’rabta mal-ICT, li attwalment jirrappreżenta madwar 10 % tal-baġit speċifiku tiegħu, hija r-riċerka dwar it-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET). Filwaqt li l-parti l-kbira tal-Programm tal-ICT tinvolvi l-użu tal-għarfien xjentifiku eżistenti biex jiġu żviluppati tekonoloġiji innovattivi tal-ICT, ir-riċerka dwar il-FET tiftaħ triq ġdida għall-programm tal-ICT billi tindirizza kwistjonijiet xjentifiċi aktar fundamentali, li s-soluzzjoni tagħhom, fil-perijodu fit-tul, tista’ twassal għal teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni kompletament ġodda u possibbilment rivoluzzjonarji.
2.2 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tistabbilixxi l-għan li ssaħħaħ ir-riċerka fil-qasam tat-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) bħala parti mill-programm tal-ICT. Dan ser jikkompleta u jsaħħaħ l-azzjonijiet deskritti fil-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni (3) dwar strateġija għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni fil-qasam tal-ICT fl-Ewropa.
2.3 Permezz tal-fondi attwali ta’ madwar EUR 100 miljun fis-sena, il-programm tal-FET jappoġġja x-xjenzjati u l-inġiniera li qed jidħlu f’setturi li għadhom mhux esplorati lil hinn mil-limiti tal-ICT tradizzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja ż-żieda ta’ 20 % fil-baġit tas-Seba’ Programm Kwadru għar-riċerka fl-FET kull sena mill-2011 sal-2013 u tistieden lill-Istati Membri jagħmlu dan l-isforz bl-istess żidiet.
2.4 L-iskema Ewropea għar-riċerka fl-FET hija unika fil-mod li bih tlaqqa’ flimkien il-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
Fundamentali. Tibni bażi ġdida għall-ICT tal-ġejjieni billi tesplora ideat ġodda mhux konvenzjonali u mudelli xjentifiċi li huma riskjużi wisq jew jieħdu wisq fit-tul għar-riċerka industrijali; |
|
— |
Trasformattiva. Titmexxa minn ideat li jisfidaw u li jistgħu jbiddlu radikalment il-mod kif nifhmu l-kunċetti xjentifiċi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni eżistenti; |
|
— |
Ta’ riskju kbir. Iżda dawn ir-riskji huma kkontrobilanċjati mid-dħul potenzjali għoli u l-opportunità ta’ skoperti rivoluzzjonarji; |
|
— |
Għandha skop. Timmira li tagħmel impatt fuq l-aġendi tal-ġejjieni għar-riċerka industrijali fl-ICT; |
|
— |
Multidixxiplinari. Hija mibnija fuq sinerġiji u dakra reċiproka bejn dixxiplini differenti bħall-bijoloġija, il-kimika, in-nanoxjenza, in-newroxjenza u x-xjenza konoxxittiva, l-etoloġija, ix-xjenza soċjali jew l-ekonomija; |
|
— |
Kollaborattiva. Tiġbor flimkien l-aqwa timijiet fl-Ewropa – u kulma jmur dawn jinġabru mid-dinja kollha – biex jikkollaboraw fuq suġetti komuni ta’ riċerka. |
2.5 L-FET jiġu implimentati permezz ta’ riċerka tematika f’oqsma emerġenti (FET Proattivi) u ta’ esplorazzjoni wiesgħa, mingħajr limiti ta’ ideat ġodda (FET Wesgħin).
2.6 Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tipproponi strateġija dwar diversi elementi favur:
|
— |
it-tisħiħ tal-FET fl-ambitu tal-ICT; |
|
— |
it-tnedija ta’ inizjattivi ewlenin għall-FET; |
|
— |
il-parteċipazzjoni fi programmazzjoni konġunta u inizjattivi tal-FET fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA); |
|
— |
iż-żieda fil-parteċipazzjoni ta’ riċerkaturi żagħżagħ fir-riċerka marbuta mal-FET; |
|
— |
it-trawwim tal-kapitalizzazzjoni iżjed rapida ta’ għarfien xjentifiku u t-tkattir tal-innovazzjoni; |
|
— |
l-iffaċilitar tal-kollaborazzjoni ma’ mexxejja globali fil-qasam tar-riċerka u sabiex jiġu attirati kapaċitajiet globali lejn l-Ewropa. |
2.7 Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw l-għanijiet, il-miri u l-istrateġija proposti u jinkoraġġixxu l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet pubbliċi ta’ riċerka u dawk il-partijiet privati interessati biex jipparteċipaw fil-preparazzjonijiet ta’ azzjonijiet għall-ġejjieni.
3. Kummenti ġenerali
3.1 L-ICT bħala parti mis-Seba“Programm Kwadru. Fl-opinjoni dwar is-Seba” Programm Kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku tal-Komunità (2), il-KESE ddikjara li: “riċerka u żvilupp effettivi u ta’ kwalità għolja li jiġu appoġġjati f’livell adatt fil-fatt jikkostitwixxu l-pedament bażiku u indispensabbli għall-innovazzjoni, il-kompetittività u l-prosperità u għaldaqstant għall-iżvilupp kulturali u l-provvista tas-servizzi soċjali wkoll; l-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp huma fattur ta’ gwadann kbir u jagħtu spinta ’l quddiem lis-setgħa ekonomika.” Dan huwa minnu aktar minn qatt qabel fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja serja attwali li flimkien mal-problemi dominanti fil-qasam tal-enerġija u tal-klima, jagħtu xhieda tal-bżonn urġenti ta’ riċerka ulterjuri u innovazzjonijiet rivoluzzjonarji.
L-impatt tal-ICT. F’dan il-kuntest, l-ICT jaqdi rwol essenzjali bħala teknoloġija trasversali ewlenija li tappoġġja kważi l-aspetti u l-proċessi kollha tal-ħajja moderna. Tul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, l-ICT u t-teknoloġiji relatati wettqu bidliet u progress rivoluzzjonarju fit-tendenzi tax-xogħol tas-soċjetà, li jaffettwaw l-istili ta’ ħajja individwali, il-produzzjoni industrijali, il-kummerċ u x-xjenza nnifisha.
3.2.1 L-ICT bħala għodda ta’ riċerka. L-ICT hija għodda li tippermetti riċerka u żvilupp ulterjuri f’oqsma oħra ta’ innovazzjoni bħall-enerġija (4), il-klima, il-kura tas-saħħa, u t-tixjiħ tas-soċjetà, flimkien ma’ firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet soċjoekonomiċi. Għaldaqstant, l-ICT mhuwiex biss qasam ta’ innovazzjoni fih innifsu iżda huwa wkoll għodda għall-innovazzjoni f’oqsma oħra tax-xjenza, is-soċjetà u t-teknoloġija. L-iżvilupp ulterjuri tal-ICT huwa mistenni jħaffef u jippromovi dan il-progress.
3.3 Ir-Riċerka u l-Iżvilupp dwar l-ICT. Ir-Riċerka u l-Iżvilupp dwar l-ICT prinċipalment jużaw għarfien xjentifiku eżistenti għall-iżvilupp jew it-titjib ta’ tagħmir, metodi u strumenti ġodda ta’ komputazzjoni u komunikazzjoni. Dawn is-suġġetti huma mifruxa sew mill-grid computing sal-UMTS; il-firxa kollha tal-proġetti differenti hija disponibbli hawnhekk: http://cordis.europa.eu/fp7/ict/projects/home_en.html.
3.4 Il-Programm tal-FET. Iżda r-Riċerka u l-Iżvilupp fil-qasam tal-ICT jirrikjedi wkoll fehim aktar fil-fond tal-liġijiet tan-natura b’mod partikolari tal-mod kif in-natura tipproċessa l-informazzjoni sabiex testendi l-limitazzjonijiet attwali tagħna u tidħol f’oqsma kompletament ġodda ta’ għarfien b’potenzjal ġdid għall-innovazzjoni u t-teknoloġija tal-ICT. Dan huwa l-għan tal-programm tal-FET li diġà ġibed lejh l-aħjar nies fil-qasam xjentifiku internazzjonali.
3.5 Rwol ta’ pijunier. Il-KESE jemmen li l-programm tal-FET tal-Kummissjoni kien ta’ suċċess kbir u li verament fetaħ triq ġdida. Għaldaqstant, il-Kumitat jappoġġja l-kontinwazzjoni u l-estensjoni tal-programm kif propost mill-Kummissjoni. Il-KESE jappoġġja wkoll il-proposta għal żieda ta’ 20 % fis-sena fil-baġit tal-FET u l-kunċett li nidħlu f’setturi li għadhom mhux esplorati biex infittxu opportunitajiet fundamentali ġodda.
3.6 Żieda fis-sehem relattiv tal-FET. Il-KESE jirrikonoxxi li jekk ninvestu fl-FET inkunu qed niżirgħu ż-żerriegħa tal-ICT għall-ġejjieni. Għaldaqstant, filwaqt li din iż-żieda ta’ 20 % fil-baġit tal-FET kull sena hija sempliċement konformi maż-żieda prevista fil-programm tal-ICT inġenerali u għaldaqstant ma tolqotx is-sehem relattiv tal-programm tal-FET, il-KESE jirrakkomanda li s-sehem attwali tal-FET jiżdied għal 15 % fis-Seba’ Programm Kwadru u dan għandu jitkompla fit-Tmien Programm Qafas.
3.7 Żewġ oqsma. Il-KESE jappoġġja wkoll il-proposta li l-programm tal-FET jiġi strutturat f’żewġ oqsma differenti: il-parti tar-riċerka tematika proattiva “L-iżvilupp ta’ ideat ġodda f’oqsma li qed ifeġġu” (FET Proattivi) – li jinkludu l-proġetti ewlenin (5) (pereżempju sistemi deċentralizzati organizzati minnhom innifishom), u “L-esplorazzjoni ta’ ideat ġodda” (FET Wesgħin) li tadotta approċċ minn fuq għal isfel u hija miftuħa għal applikanti li jipproponu ideat kompletament ġodda. Il-fatt li l-iskema tal-FET hija miftuħa għal ideat ġodda huwa partikolarment importanti biex jiġi stimolat il-potenzjal xjentifiku u intellettwali fl-Istati Membri.
3.8 L-Istati Membri u r-Regoli ta’ Parteċipazzjoni. Filwaqt li l-parti ewlenija tal-iżvilupp tal-ICT titwettaq mill-industrija u l-SMEs (6), il-programm tal-FET li qiegħed jiġi diskuss hawnhekk qed jindirizza primarjament l-universitajiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi ta’ riċerka fl-UE. B’konformità mar-“Regoli ta’ Parteċipazzjoni (7)” għas-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, il-Programm tal-FET jistimola l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-finanzjament mill-Istati Membri. Għalhekk, il-KESE jitlob lill-organizzazzjonijiet ta’ finanzjament tal-Istati Membri sabiex jagħtu s-sehem tagħhom bil-għan li jiffaċilitaw jew itejbu l-parteċipazzjoni f’dan il-programm importanti.
3.9 Ir-Riċerka u l-Iżvilupp nazzjonali tal-Istati Membri dwar il-FET. Barra minn hekk, il-KESE jitlob ukoll lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi nazzjonali ta’ Riċerka u Żvilupp tagħhom stess fl-oqsma tal-ICT (8) u tal-FET sabiex isiru msieħba b’saħħithom għall-kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali. Għandha tiġi allokata parti akbar tal-fondi strutturali għal dan il-għan.
Il-karatteristiċi tal-programm u l-kriterji tal-għażla. Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-għan ewlieni li jiġu indirizzati u appoġġjati ideat tematiċi, metodoloġiċi u teknoloġiċi ġodda huwa eċċellenti u għandu jiġi appoġġjat u li l-għanijiet l-oħra msemmija f’punti 2.4 u 2.6 huma attraenti u importanti. Il-Kumitat għandu pjaċir jinnota li l-karatteristiċi u l-elementi msemmija f’punti 2.4 u 2.6 – speċjalment meta dawn jiġu kkombinati – jippromovu l-oriġinalità xjentifika u l-eċċellenza bħala kriterji primarji għall-għażla. Il-Kumitat huwa konvint li l-oriġinalità, l-eċċellenza, u r-rilevanza huma ta’ importanza kbira, u jemmen li dan kien il-każ fil-passat u għandu jkompli jkun hekk fil-futur.
3.10.1 M’hemmx approċċ“standard”. Għaldaqstant, il-programm tal-FET għandu jevita approċċ “standard” fl-applikazzjoni tal-istrumenti tiegħu. Filwaqt li l-programm jinkludi u jgħaqqad karatteristiċi differenti (9), li kull waħda minnhom hija valida u importanti, il-proġetti li għandhom jiġu appoġġjati m’għandhomx jintgħażlu fuq il-bażi li jissodisfaw il-karatteristiċi differenti kollha: fi kliem ieħor, m’għandux ikun obbligatorju li jiġu indirizzati kollha kemm huma.
3.11 Naċċettaw il-fallimenti. Peress li l-esplorazzjoni ta’ oqsma ġodda ġeneralment twassal għal driżultati tajbin, fil-proġetti ta’ “riskju kbir” li jikkaratterizzaw il-programm tal-FET, il-fallimenti għandhom jiġu aċċettati wkoll u m’għandhomx jagħtu isem ħażin lir-riċerkaturi involuti jew l-appoġġ provdut mis-Seba’ Programm Kwadru. Anki fil-proġetti ewlenin, ir-riskju ta’ falliment ma jistax jiġi eskluż. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li dan il-prinċipju ġie inkluż u enfasizzat fid-dokument tal-Kummissjoni.
3.12 Il-programm tal-FET u l-lista tal-ESFRI. Il-pjan direzzjonali tal-Forum tal-Istrateġija Ewropea għall-Infrastruttura tar-Riċerka (l-ESFRI (10)) għandu jitħeġġeġ u jiġi appoġġjat sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-infrastrutturi eżistenti u dawk ġodda tar-riċerka u sabiex jiġi żgurat li jiġu żviluppati rabtiet bejnhom u l-programm tal-FET.
4. Kummenti speċifiċi
Dan il-punt jindirizza wħud mill-kwistjonijiet msemmija f’punti 2.4 u 2.6 hawn fuq.
4.1 Approċċi multidixxiplinari. Il-KESE jirrikonoxxi u jenfasizza l-isfidi msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Waħda mill-isfidi tinvolvi l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn id-dixxiplini, li hija kruċjali għas-suċċess tal-FET. Għaldaqstant, il-KESE japprezza li l-approċċi multidixxiplinari huma rekwiżit intrinsiku tal-proġetti magħżula u “t-temi ewlenin” li ġew proposti reċentement (11).
4.2 Il-parteċipazzjoni tal-industrija, l-SMEs u s-soċjetà. Sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni tajba tal-applikazzjonijiet industrijali jew tas-soċjetà fil-futur għal programm tal-FET li jkun fundamentalment aktar immirat, ir-rappreżentanti tal-industrija, l-SMEs u s-soċjetà għandhom jipparteċipaw fil-bords konsultattivi rilevanti. Il-KESE jinnota li fil-fatt hekk ġara (12); u l-Kumitat jirrakkomanda li din il-prattika tinżamm fil-futur. Barra minn hekk, il-KESE jitlob lir-riċerkaturi biex jipparteċipaw b’mod aktar attiv fl-oqsma soċjali.
4.3 Niġbdu l-aqwa talent u nevitaw il-“brain drain”. Li niġbdu l-aqwa talent lejn il-qasam tar-riċerka u li nevitaw il-brain drain tax-xjenzjati żgħażagħ bl-aqwa talent huma sfidi partikolarment serji li l-KESE enfasizza f’bosta okkażjonijiet (13). Il-KESE jinnota b’sodisfazzjon li xi organizzazzjonijiet (14) ta’ riċerka diġà rnexxielhom jimplimentaw programmi biex jindirizzaw din l-isfida. Il-KESE jirrakkomanda li aktar organizzazzjonijiet fl-Istati Membri jaġixxu bl-istess mod u li l-Kummissjoni tappoġġja din il-politika. Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda li l-programmi għall-istudenti jissaħħu sabiex jiġbdu l-gradwati lejn oqsma speċifiċi tar-riċerka, iżda hemm bżonn ukoll li jitqajjem interess fost l-istudenti għall-innovazzjoni, ix-xjenza u r-riċerka hekk kif jidħlu fl-iskola sekondarja. Dawn il-programmi jkollhom bżonn jiġu implimentati b’tali mod li l-eċċellenza tkun tista’ tiġi identifikata fil-fażi ta’ qabel il-gradwazzjoni.
4.4 Il-Programmazzjoni Konġunta (8). Hi u tfakkar li b’mod ġenerali l-akbar parti tal-attivitajiet fil-qasam tar-Riċerka u l-Iżvilupp finanzjati pubblikament titwettaq fi ħdan l-Istati Membri jew hija ffinanzjata minnhom, il-KESE jtenni t-talba tiegħu għal proċedura kkoordinata bejn l-Istati Membri tal-UE sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tar-Riċerka u l-Iżvilupp tal-Istati Membri, flimkien ma’ appoġġ mill-Programm Kwadru ta’ Riċerka u Żvilupp tal-Komunità.
4.5 Kollaborazzjoni għar-riċerka fil-qasam tal-FET. Il-KESE jisħaq mill-ġdid fuq l-opinjoni reċenti tiegħu (8) dwar din il-kwistjoni u jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni biex tingħeleb il-frammentazzjoni tal-isforzi attwali tar-riċerka Ewropea u biex tissaħħaħ aktar il-kollaborazzjoni fil-qasam tar-riċerka f’oqsma partikolari tal-FET. Fid-dawl tal-fatt li r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regoli ta’ Parteċipazzjoni għad mhumiex biżżejjed, il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistieden mill-aktar fis possibbli lill-Istati Membri jniedu inizjattivi konġunti fil-qafas tal-Programmazzjoni Konġunta fl-Inizjattiva tar-Riċerka f’oqsma bħat-teknoloġiji tal-informazzjoni quantum u newro fejn diġà jeżistu pjani direzzjonali Ewropej għar-riċerka, u mbagħad jestendu dawn l-inizjattivi għal oqsma oħra tal-FET li huma ta’ interess komuni. Il-KESE huwa tal-fehma li l-fatt li dan il-qasam jirnexxi huwa wieħed mill-elementi importanti tal-Istrateġija l-ġdida ta’ Lisbona (1), u dan il-progress għandu jinkiseb permezz tal-istrument ta’ koordinazzjoni miftuħa.
4.6 Kollaborazzjoni internazzjonali. Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li r-riċerka tal-FET qiegħda f’pożizzjoni partikolarment tajba għall-kollaborazzjoni internazzjonali (dinjija) għax tibni l-bażi għall-futur tal-ICT u tindirizza sfidi xjentifiċi globali. Il-KESE jirreferi għall-opinjoni reċenti tiegħu dwar dan is-suġġett (15). Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-kompetituri ewlenin tal-Ewropa rrikonoxxew l-importanza tar-riċerka fundamentali biex tiżdied u tinżamm pożizzjoni minn ta’ quddiem fl-ICT.
4.7 Il-kumplessità tal-proċeduri. Fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija f’punti 4.4 u 4.5, il-KESE jirrikonoxxi wkoll li l-proċeduri relatati jistgħu jaggravaw b’mod sostanzjai l-kumplessità tal-isforzi tekniċi u xjentifiċi. Għandu jiġi żgurat li dawn il-kwistjonijiet ta’ proċessi ma jxekklux l-inizjattivi promettenti, u li x-xjenzjati u l-istituzzjonijiet bi kwalitajiet eċċezzjonali jitħeġġu jipparteċipaw.
4.8 Il-bżonn ta’ privattiva tal-Komunità Ewropea. Il-Kumitat itenni l-fatt li privattiva tal-Komunità Ewropea tgħin biex tħares b’mod aktar effettiv u aktar malajr id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-investiment Ewropew fir-Riċerka u l-Iżvilupp. Il-Kumitat jiddispjaċih ħafna li f’għaxar snin ma sar l-ebda progress tanġibbli f’dan ir-rigward.
4.9 L-ICT għax-xjenza u r-riċerka. Il-KESE jtenni r-rakkomandazzjoni preċedenti tiegħu (15) li l-kategorija l-ġdida msejħa “ICT għax-Xjenza u r-Riċerka” tiġi introdotta fil-programm ġenerali tal-ICT b’enfasi speċjali fuq is-software. Il-Kumitat jemmen li pass bħal dan ikun ta’ benefiċċju għall-programm estiż tal-FET.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 1.
(3) COM(2009) 116 finali.
(4) Ara wkoll C (2009) 7604 finali tad-9.10.2009 (mhux disponibbli bil-Malti).
(5) Ara r-rapport tal-Grupp Konsultattiv dwar it-Teknoloġiji tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (ISTAG), 31 ta’ Lulju 2009, Verżjoni finali (mhux disponibbli bil-Malti).
(6) F’dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għar-rwol utli tal-EUREKA peress li joffri lill-imsieħba tal-proġett aċċess rapidu għal firxa wiesgħa ta’ għarfien, ħiliet u għarfien espert fl-Ewropa u peress li jiffaċilita l-aċċess għall-iskemi pubbliċi u privati ta’ finanzjament (http://www.eureka.be/about.do).
(7) ĠU C 309, 16.12.2006, p. 35.
(8) ĠU C 228, 22.9.2009, p. 56.
(9) COM(2009) 184 finali, punt 2.
(10) ĠU C 182, 4.8.2009, p. 40.
(11) Ara pereżempju r-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet dwar il-FET 2007-2008, Teknoloġiji Futuri u Emerġenti, ISBN 978-92-79-09565-8, Settembru 2008.
(12) Il-membri tal-Grupp Konsultattiv tat-Teknoloġiji tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (ISTAG) ara: http//cordis.europa.eu/fp7/ict/istag/home_en.html
(13) ĠU C 110, 30.4.2004, p. 3.
(14) Pereżempju l-Assoċjazzjoni Helmholtz taċ-Ċentri Ġermaniżi tar-Riċerka u s-Soċjetà Max-Planck.
(15) ĠU C 306, 16.12.2009, p. 13.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/59 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Kunsill li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta’ ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi ta’ Madeira u l-Azores”
COM(2009) 370 finali – 2009/0125 (CNS)
(2010/C 255/10)
Relatur Ġenerali: Is-Sur SOARES
Nhar is-7 ta’ Settembru 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi ta’ Madeira u l-Azores
COM(2009) 370 finali – 2009/0125 (CNS).
Nhar is-17 ta’ Novembru 2009 il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
B’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-458 Sessjoni Plenarja tiegħu tas-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-17 ta’ Diċembru) li jaħtar lis-Sur Soares bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’133 vot favur, u 2 voti kontra.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament.
1.2 Il-Kumitat jemmen li l-istatus ta’ l-aktar reġjuni mbiegħda li għandhom l-Azores u Madeira jiġġustifika b’mod sħiħ l-adozzjoni ta’ miżuri għall-appoġġ tal-iżvilupp tal-ekonomija lokali, li tradizzjonalment kienet isserraħ kważi għal kollox fuq id-dħul mit-turiżmu. Reġjuni mbiegħda oħra, bħall-Gżejjer Kanarji, ukoll igawdu minn skema bħal din.
1.3 Il-miżuri proposti jappoġġjaw it-tkomplija u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra li mhumiex marbuta direttament mat-turiżmu, u dan jgħin biex jinżammu u jiġu stabbilizzati l-impjiegi lokali, li għalhekk ser ikunu inqas esposti għat-tibdil fis-settur tat-turiżmu.
1.4 Il-Kumitat jemmen li din il-miżura ser tgħin l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun u biex jinżammu l-impjiegi lokali.
2. Sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni
2.1 Ambitu
2.1.1 Il-Kummissjoni tipproponi s-sospensjoni temporanja tad-dazji awtonomi applikabbli għal importazzjonijiet fir-reġjuni awtonomi ta’ Madeira u l-Azores għal serje ta’ prodotti finali għall-użu fil-biedja, il-kummerċ u l-industrija (imniżżla fl-Appendiċi I), u għal serje ta’ materji primi, biċċiet u komponenti li jintużaw għal finijiet agrikoli, it-trasformazzjoni industrijali jew il-manutenzjoni f’dawn ir-reġjuni (imniżżla fl-Appendiċi II).
2.1.2 Il-prodotti finali jridu jintużaw minn kumpaniji lokali fuq il-gżejjer għal perijodu ta’ mill-inqas sentejn qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu liberament lil kumpaniji oħra li jinsabu f’partijiet oħra tat-territorju doganali tal-Komunità Ewropea.
2.1.3 Il-materji primi, il-biċċiet u l-komponenti ser ikollhom jintużaw għal finijiet agrikoli u għat-trasformazzjoni industrijali u l-manutenzjoni fuq il-gżejjer.
2.1.4 Sabiex jiġi evitat l-abbuż jew li jkun hemm bidliet fil-flussi kummerċjali tradizzjonali ta’ dawn il-prodotti, ser isiru kontrolli tal-użu finali li jsir minnhom.
2.2 Tul ta’ żmien
Is-sospensjoni proposta ser ddum mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2019.
2.3 Is-sura speċifika ta’ din il-miżura b’rabta mal-iskema li kienet fis-seħħ qabel
2.3.1 Din il-miżura tapplika għall-operaturi ekonomiċi kollha li jinsabu f’dawn ir-reġjuni.
2.3.2 Sa biss ftit taż-żmien ilu, kienu biss l-operaturi li jinsabu fiż-żoni ħielsa tal-Azores u Madeira li setgħu igawdu minn din il-miżura, taħt ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 1657/93. Dan ir-regolament skada fil-31 ta’ Diċembru 2008, mingħajr ma kiseb l-effett li għalih kien maħsub. B’riżultat ta’ dan, fuq proposta tal-awtoritajiet reġjonali tal-Azores u Madeira u bl-appoġġ tal-gvern Portugiż, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi li testendi l-kopertura billi tistabbilixxi regolament ġdid li b’ambitu mwessa’ għall-operaturi ekonomiċi kollha li jinsabu f’dawn ir-reġjuni.
2.4 Bażi legali
Il-bażi legali hija l-Artikolu 299(2) TKE.
2.5 Bażi għall-miżura
Ir-raġuni għal din il-miżura hija l-appoġġ ta’ dawk is-setturi ekonomiċi li mhumiex direttament dipendenti mid-dħul mit-turiżmu sabiex, sa ċertu punt, ma jinħassux il-flussi tas-settur turistiku u għaldaqstant jiġu stabbilizzati l-impjiegi lokali.
Brussell, 17 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mário SEPI
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/61 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali – Il-promozzjoni ta’ governanza tajba fil-kwestjonijiet tat-taxxa”
COM(2009) 201 finali
(2010/C 255/11)
Relatur: is-Sur BURANI
Nhar it-28 ta’ April 2009, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali – Il-promozzjoni ta’ governanza tajba fil-kwestjonijiet tat-taxxa
COM(2009) 201 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-13 ta’ Novembru. Ir-relatur kien is-Sur Burani.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-17 ta’ Dicembru 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’mod unanimu.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Komunikazzjoni tirrappreżenta l-kontribut tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u r-rifuġji fiskali, imħabbra mill-G-20 u kkonfermata mill-Kunsill ECOFIN u l-Kunsill Ewropew. Ilna nimmiraw għall-ksib ta’ governanza tajba fil-kwistjonijiet tat-taxxa għal ċertu żmien: b’rabta ma’ dan il-qasam ġew stabbiliti għadd ta’ regoli dwar il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u ma’ pajjiżi terzi dwar għajnuna reċiproka, it-tassazzjoni tad-dħul mit-tfaddil u l-irkupru għall-irkupru tat-talbiet tat-taxxa; ġiet ippubblikata kodiċi tal-kondotta bil-għan li tiġi evitata kompetizzjoni fiskali dannuża. Dan kollu juri li l-Ewropa tqis li l-governanza tajba fil-kwistjonijiet tat-taxxa hija ta’ importanza fundamentali, u dan turih fil-prattika.
1.2 Il-komunikazzjoni diskussa hawnhekk tistabbilixxi l-azzjonijiet prinċipali li l-Kummissjoni qed tipproponi li tieħu, b’mod partikolari fil-parti dwar is-segwitu tal-inizjattivi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD); Dan kollu jirrappreżenta pjan integrat ta’ regolazzjonijiet, negozjati u innovazzjonijiet fil-kriterji li fuqhom jissejsu ċerti politiki. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jaqbel bis-sħiħ mal-firxa tal-miżuri proposti u l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni. Dwar aspett partikolari, dak tal-konsistenza bejn l-appoġġ finanzjarju mogħti lil bosta pajjiżi f’forom differenti u l-livell ta’ kooperazzjoni ta’ dawn l-istess pajjiżi fi kwistjonijiet tat-taxxa, jittama li l-UE tadotta approċċ sod u responsabbli: b’mod aktar espliċitu, il-politika ta’ għajnuna inkondizzjonata, mingħajr ma din tiġi reċiprokata.
1.3 Ma tantx jagħmel sens li nelenkaw il-punti li hemm qbil dwarhom: dan itawwal id-dokument bla bżonn u ma jagħtih l-ebda valur addizzjonali; Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li għandhom jissemmew ċerti problemi fundamentali li jistħoqqilhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa.
Fl-introduzzjoni tal-Kummissjoni, il-governanza fi kwistjonijiet tat-taxxa titqies bħala mezz li tipprovdi “tweġiba kkoordinata” għall-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni u t-terroriżmu; għalhekk, naffermaw mill-ġdid il-prinċipju ta’ ġlieda globali biex tindirizza dawn il-problemi. Fil-fatt, però, din l-affermazzjoni tqajjem ċerti dubji: il-governanza fiskali waħedha ma tistax tilqa’ l-isfidi tal-ġlieda kontra elementi oħra li jistgħu jkunu marbuta mat-taxxa inkella le, iżda jkunu ġejjin minn sorsi differenti: il-ħasil tal-flus bħala prodott tal-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u l-korruzzjoni.
1.4.1 It-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus (1)tqis il-frodi fiskali bħala “reat serju”, li għaldaqstant, għandu jkun suggett għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva nnifisha. Fil-prattika, ma jiġrix hekk: l-evażjoni (jew il-frodi) fiskali hija indirizzata f’sensiela ta’ direttivi speċifiċi li jneħħu din il-kwistjoni mill-kompetenza u s-setgħat tal-awtoritajiet kontra l-ħasil tal-flus u jpoġġuha fil-kompetenza tal-awtoritajiet fiskali biss. Għalhekk, toħroġ fid-dieher il-problema ta’ regoli sovraposti, jew pjuttost il-bżonn ta’ delimitazzjoni ċara tas-setgħat u l-kompetenzi: it-tielet direttiva għandha terġa’ tiffoka fuq l-għan iddikjarat tagħha, u għalhekk jiġu esklużi r-reati fiskali u finanzjarji f’każijiet fejn dawn ma jkunux ta’ oriġini kriminali jew terroristika; Għall-kuntrarju, id-direttivi dwar it-taxxa għandhom jeskludu r-reati ta’ oriġini kriminali jew terroristika mill-kompetenza tal-awtoritajiet fiskali. Ovvjament, dejjem ser jinqalgħu każijiet fejn iż-żewġ problemi jikkoinċidu, iżda almenu jkunu laħqu ġew stabbiliti prinċipji bażiċi ċari.
1.4.2 Attwalment, id-direttivi dwar il-ħasil tal-flus u d-direttivi dwar it-taxxi donnhom ħadu żewġ rotot differenti; iżda, it-tort mhuwiex tal-Kummissjoni, iżda tas-suddiviżjoni tas-setgħat u l-kompetenzi: fil-livell dinji, il-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata huma r-responsabbiltà tal-Grupp ta’ Azzjoni Finanzjarja (2), u fil-livell Ewropew huma r-responsabbiltà tal-Kunsill tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni; l-evażjoni tat-taxxa hija indirizzata mill-G-20 u, fil-livell Ewropew, mill-Kunsill ECOFIN. Fl-ebda dokument ma jissemmew il-bżonn ta’ kooperazzjoni, ta’ skambju ta’ informazzjoni u ta’ tqassim tal-kompiti bejn l-awtoritajiet differenti. Il-KESE jitlob li din is-sitwazzjoni tissewwa, għaliex inkella l-għan aħħari ta’ “ġlieda globali” jibqa’ wieħed astratt u ma jkunx jista’ jintlaħaq.
1.5 Dan il-kunċett ta’ ġlieda globali jwitti t-triq għall-kwistjoni tar-rifuġji fiskali, li tingħatalhom attenzjoni biss meta jkun qed jiġi diskuss is-suġġett tal-evażjoni tat-taxxi. Il-problema tal-flus marbutin mal-kriminalità organizzata jew maħsuba għall-finanzjament tat-terroriżmu għadha mċajpra. Din il-problema tirrigwarda mhux biss l-aktar ċentri magħrufa, li magħhom l-awtoritajiet fiskali qegħdin jinnegozjaw bħalissa, iżda wkoll u fuq kollox ċerti ċentri finanzjarji emerġenti lokalizzati f’żoni li fihom, ċerti aspetti ġeopolitiċi jistgħu jaffettwaw ir-rieda li jsiru dawn in-negozjati.
1.6 Problema diffiċli li ma tissemmiex hija dik tal-bnadar ta’ konvenjenza (3), sors ta’ flussi konsiderevoli ta’ kapital perfettament legali anke jekk jinħelsu mit-taxxi. Dawn normalment jispiċċaw temporanjament f’rifuġji fiskali, u mbagħad jitilqu minnhom biex jiġu investiti mill-ġdid. Huma kemm huma dubbjużi għal diversi raġunijiet, il-bnadar ta’ konvenjenza jeżistu bil-kunsens taċitu tal-pajjiżi kollha: fil-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali, għandhom jiġu evitati l-konsegwenzi mhux mixtieqa fuq attivitajiet leġittimi u d-devjazzjoni tal-kapital lejn ċentri inqas kooperattivi.
1.7 Il-konklużjoni: Fil-fehma tal-KESE, l-Ewropa għamlet u għadha qed tagħmel ħafna xogħol fil-qasam tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u tal-aspetti finanzjarji tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. Madankollu, jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-leġiżlaturi għal xi nuqqasijiet serji: ma hemmx koordinazzjoni effettiva bejn il-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u dik kontra l-kriminalità, u lanqas ma hemm distinzjoni ċara bejn il-kompiti u l-kompetenzi tal-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni ta’ dawn il-fenomeni differenti. Dawn sikwit ikollhom aspetti marbuta kemm mal-evażjoni fiskali kif ukoll mal-kriminalità jew it-terroriżmu, u għalhekk diffiċilment jiġu attribwiti: din hija raġuni oħra għala hemm bżonn ta’ kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet differenti. Din ix-xorta ta’ kooperazzjoni ma tissemmix fil-programmi tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni.
2. Il-kontenut tal-Komunikazzjoni
2.1 Id-dokument tal-Kummissjoni jiġbor fih sensiela ta’ ideat fil-qasam tal-governanza fiskali. Dawn l-ideat jirriflettu r-riżultati ta’ sensiela ta’ laqgħat: tal-pajjiżi tal-G-20 f’Novembru 2008, tal-Kunsill ECOFIN f’Diċembru 2008, tal-ministri tal-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G-20 fl-14 ta’ Marzu 2009, tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta’ Marzu 2009, u fl-aħħar nett tas-Summit tal-G-20 fit-2 ta’ April 2009. Il-konklużjonijiet ta’ dawn il-laqgħat jixhdu li teżisti r-rieda li tittieħed azzjoni kontra l-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, inklużi r-rifuġji fiskali, u għandhom jiġu applikati sanzjonijiet bil-għan li jitħarsu l-finanzi pubbliċi u s-sistemi finanzjarji. B’mod partikolari, is-Summit tal-G-20 osserva li: “intemmet l-epoka tas-sigriet bankarju”.
2.2 L-għan tal-komunikazzjoni huwa li jiġi identifikat il-kontribut potenzjali tal-UE għall-governanza tajba fil-qasam tat-tassazzjoni diretta. Fi tliet kapitli distinti, tanalizza kif din tista’ titjieb; l-istrumenti għall-promozzjoni tagħha fil-prattika; u r-rwol li jaqdu l-Istati Membri biex jappoġġjaw l-inizjattivi meħuda mill-OECD u n-NU permezz ta’ azzjonijiet koordinati fi ħdan l-UE u fil-livell dinji.
2.3 Il-Kummissjoni ilha żmien timmira li tikseb governanza tajba fil-kwistjonijiet tat-taxxa permezz ta’ kooperazzjoni fi ħdan l-UE u, b’mod aktar wiesa’, permezz ta’ kooperazzjoni mal-OECD fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tar-rifuġji fiskali.
B’mod ġenerali, il-qafas leġiżlattiv u regolatorju tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni fiskali jista’ jitqies bħala wieħed sodisfaċenti: tfasslu għadd ta’ direttivi – jew inkella qed jiġu dikussi bħalissa – dwar l-għajnuna reċiproka, it-tassazzjoni tad-dħul mit-tfaddil u l-irkupru tat-talbiet tat-taxxa. Għadna ma nafux kif, u b’liema reqqa, l-Istati Membri ser iħaddmu r-regoli Komunitarji fil-prattika.
2.4.1 Fil-qasam tal-kompetizzjoni fiskali dannuża, ġiet ippubblikata Kodiċi ta’ Kondotta dwar it-tassazzjoni tan-negozji (4), li diġà tat riżultati inkoraġġanti, għalkemm jista’ jsir xi titjib. Il-Kodiċi ġiet adottata mill-Istati Membri u t-territorji dipendenti tagħhom; it-twessigħ ta’ din il-kodiċi bil-għan li tapplika wkoll għall-pajjiżi terzi jagħmel parti mill-programm ta’ ħidma tal-2009–2010. Is-suġġett rikorrenti fost dawn il-kwistjionijiet kollha huwa t-trasparenza; il-pożizzjoni tal-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna tal-istat b’rabta mal-miżuri dwar it-tassazzjoni tan-negozji hija ċara wkoll.
Il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi azzjoni kkoordinata mill-Istati Membri biex tiżgura segwitu adegwat għall-inizjattivi tal-OECD fil-livell internazzjonali. Għalissa, qed tistenna bil-ħerqa li “l-impenji importanti li saru dan l-aħħar” jiġu implimentati. Dawn l-impenji huma tnejn: l-ewwel nett, l-OECD beħsiebha tneħħi l-iskemi tat-taxxa preferenzjali tat-30 pajjiż membru tagħha, u t-tieni nett, għamlet pressjoni – u beħsiebha tkompli tagħmel dan – fuq il-pajjiżi mhux membri bil-għan li takkwista mingħandhom il-wegħda ta' impenn politiku li jikkooperaw mal-pajjiżi tal-OECD.
2.5.1 L-OECD ikkuntattjat bosta pajjiżi – prattikament id-dinja kollha – u dan diġà ta l-ewwel frott: 35 pajjiż mhux membru, fosthom bosta rifuġji fiskali, taw l-impenn politiku tagħhom li jikkooperaw fil-qasam tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni. Għadd ta’ pajjiżi oħra (5) dan l-aħħar impenjaw ruħhom li jirrispettaw l-istandards tal-OECD fil-qasam tal-iskambju ta' informazzjoni fuq talba, indipendentement mill-eżiġenzi nazzjonali u s-sigriet bankarju.
Rigward il-politika internazzjonali, il-Kummissjoni qed taħdem biex jintlaħaq qbil dwar prattiki ta’ governanza fiskali tajba ma’ għadd ta’ pajjiżi (6); b’mod aktar formali, f’Mejju 2008, il-Kunsill ECOFIN talab li jiġi inkluż standard dwar il-governanza tajba fil-qasam tat-tassazzjoni fil-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi terzi. F’Diċembru tal-istess sena, l-introduzzjoni tal-istandard saret aktar ħarxa, peress li saret talba biex il-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali u kontra l-ġurisdizzjonijiet li jirrifjutaw li jikkooperaw tkun aktar qalila.
2.6.1 Fil-qasam tat-tassazzjoni tat-tfaddil, il-Kummissjoni rnexxielha tikkonvinċi lil ċerti pajjiżi terzi (7), kif ukoll lit-territorji dipendenti jew associati tal-Istati Membri (li xi wħud minnhom qabel kienu klassifikati fost ir-rifuġji fiskali) biex japplikaw miżuri li huma uguali jew ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-direttivi Komunitarji. Bħalissa għaddejjin taħdidiet esploratorji ma’ pajjiżi oħra (8), iżda n-negozjati formali għadhom ba bdewx.
2.6.2 Bħalissa għaddejjin sensiela ta’ negozjati mal-pajjiżi fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (9) u l-Isvizzera. Il-pajjiżi fiż-ŻEE japplikaw b’mod dirett il-prinċipji tas-suq uniku, mentri rigward l-għajnuna mill-Istat japplikaw “regoli simili”. Ir-relazzjonijiet mal-Isvizzera huma regolati mill-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles tal-1972, iżda dan l-aħħar tqajmu dubji dwar ċerti aspetti. Għaddejjin negozjati mal-Liechtenstein dwar ftehim ġdid kontra l-frodi. Il-qasam kollu qiegħed f’fażi ta’ żvilupp.
2.6.3 Il-prinċipji tat-trasparenza, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni ġew inklużi fil-pjani ta’ azzjoni u l-ftehimiet konklużi ma’ bosta pajjiżi fil-qasam tal-politika Ewropea tal-viċinat u l-politika tat-tkabbir. Il-Kummissjoni qed taħdem biex twessa’ dawn il-prinċipji bil-għan li tħaddan ukoll għadd ta’ pajjiżi terzi: l-ewwel diskussjonijiet ma’ xi wħud mill-pajjiżi jidhru inkoraġġanti, iżda jaqbel li jiġi stabbilit x’tip ta’ pożizzjoni għandha tittieħed fil-konfront ta’ dawk il-pajjiżi li sa issa rrifjutaw l-idea.
2.6.4 Qed tingħata attenzjoni partikolari lin-negozjati mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw: mentri ċerti pajjiżi laqgħuhom mingħajr ħabi, oħrajn urew reżistenza, li jeħtieġ li tingħeleb, possibbilment billi l-finanzjament previst skont Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI) u l-10 Fond Ewropew ta’ Żvilupp (EDF) jiġi allokat bil-kundizzjoni li jiġu aċċettati r-regoli dwar il-governanza fiskali.
2.7 Wieħed mill-kapitli tal-komunikazzjoni jelenka l-inizjattivi li għaddejjin bħalissa: dawk interni, fil-forma tad-direttivi msemmija fil-punt 2.4, u dawk esterni, biex jingħata segwitu prattiku għall-inizjattivi msemmija fil-punt 2.5. Ta’ min jinnota li l-Kummissjoni ġustament titlob lill-Kunsill jagħtiha biżżejjed flessibbiltà fin-negozjati, li hija meħtieġa biex tkun tista’ tadatta l-politika ġenerali għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull pajjiż. Ingħatat attenzjoni partikolari lill-inċentivi b'rabta mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, li qed jiġi propost li jintużaw fil-konfront tal-pajjiżi li juru ċerta reżistenza biex iħeġġuhom ikunu iktar miftuħa (ara l-punt 2.6.4 hawn fuq).
2.8 Il-Kummissjoni tikkonkludi billi tiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill għall-importanza tal-miżuri proposti u għall-bżonn li tiġi żgurata traspożizzjoni rapida fil-livell nazzjonali tad-direttivi li nħarġu, li jitħaffef il-proċess għal dawk li jkunu qed jiġu analizzati, li jiġu adattati politiki aktar koerenti u kkoordinati b'mod aktar effettiv fil-livell tal-UE, u fl-aħħar nett li tiġi żgurata koerenza akbar bejn il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri individwali u l-prinċipji ta’ governanza li dwarhom intlaħaq qbil.
3. Osservazzjonijiet u kummenti
3.1 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni: kien wasal iż-żmien li jitfassal metodu ta’ azzjoni u ta’ mġiba fil-qasam kumpless tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxi, fil-qafas ta’ governanza fiskali tajba. Il-Kumitat ma jistax ħlief jagħti l-appoġġ u l-kunsens tiegħu rigward kull aspett imsemmi mill-Kummissjoni u l-miżuri proposti minnha. Madankollu, iħoss li huwa fid-dmir tiegħu jiġbed l-attenzjoni għal ċerti problemi fundamentali u għal oħrajn aktar dettaljati li fil-fehma tiegħu jistħoqqilhom analiżi bir-reqqa.
Il-Kummissjoni tqajjem il-problema tal-koerenza bejn l-appoġġ finanzjarju tal-UE għal ċerti pajjiżi u l-livell ta’ kooperazzjoni tagħhom mal-prinċipji tal-governanza fiskali (ara l-punt 2.7 hawn fuq). Tqajjem il-possibbiltà li jittieħdu “miżuri xierqa” fl-okkażjoni tar-reviżjoni intermedja li jmiss tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u li jiġu introdotti miżuri speċifiċi fil-ftehim ta’ Cotonou (10). Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, it-tnaqqis tal-allokazzjoni tal-fondi lill-pajjiżi li ma jikkooperawx u, bil-kontra, jiġu pprovduti inċentivi fil-forma ta’ għajnuna teknika u fondi addizzjonali lil dawk li jkollhom ir-rieda jwettqu l-impenji tagħhom.
3.2.1 Għalhekk, qed jiġi propost li jiġi introdott kunċett fil-politika tal-UE dwar l-appoġġ lill-pajjiżi l-oħra, li jagħmilha possibbli li l-għajnuna trid tkun meritata u trid tintwera evidenza konkreta tar-rieda ta' kooperazzjoni, anke – iżda mhux biss – fil-qasam tat-taxxa. Fil-fehma tal-KESE, l-atti li jistabbilixxu l-mezzi li bihom tingħata l-għajnuna għandu jkollhom klawżola espliċita dwar dan. Hemm bżonn ta’ bidla ċara u espliċita fil-politika dwar l-għoti tal-fondi, li għandha ssir mezz għat-tħeġġiġ ta' proċess konkret u verifikabbli ta' progress etiku, soċjali u ekonomiku. Il-gvernijiet korrotti mhux ser ibiddlu fehmthom għax issir talba għall-kooperazzjoni: l-uniku mod biex jiġu pperswaditi hija li jiġu mhedda l-interessi tagħhom. Għad mhux magħruf sa liema punt il-proposta tal-Kummissjoni tista’ tissarraf fil-prattika: l-eżitazzjonijiet ta' natura politika u soċjali jistgħu jaqdu rwol ewlieni rigward l-implimentazzjoni tagħha.
Għadd ta’ kummenti oħra huma marbuta mal-affermazzjoni li tagħmel il-Kummissjoni fl-introduzzjoni tagħha, li tqis il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa bħala mod biex tagħti “tweġiba kkoordinata” għall-problemi marbuta mal-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni u t-terroriżmu. Dan b’hekk jafferma mill-ġdid il-kunċett – li kemm-il darba ġie enfasizzat u li l-Kumitat iħaddan – li ġlieda globali biss tista’ ġġib fis-seħħ strateġija għall-ħarsien tas-soċjetà minn kull tip ta’ reat kriminali – kriminali, terroristiku jew fiskali.
3.3.1 Il-miżuri kollha msemmija mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha huma utli fil-qasam tal-governanza fiskali; iżda, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ma hemmx referenza ċara għal strateġija globali. L-azzjonijiet li għaddejjin bħalissa jew huma ppjanati fil-qasam tat-tassazzjoni għandhom kemm jimxu b’mod parallel ma’ dawk fl-oqsma tal-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, kif ukoll ikun konsistenti magħhom. Wieħed mill-ewwel passi li għandu jittieħed huwa li jitneħħew ċerti oqsma dubbjużi u l-inkonsistenzi bejn id-direttivi dwar it-taxxi u dawk dwar il-ħasil tal-flus.
Id-direttivi dwar il-ġlieda kontra l-frodi fiskali ma jirreferux għad-dispożizzjonijiet tat-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus (MLD) (11), minkejja l-fatt li d-direttiva tinkludi l-frodi fiskali (jew almenu ċerti aspetti tagħha) fost ir-“reati serji” (12). Għalhekk, dak li jkun jista’ jiġih dubju dwar jekk id-dispożizzjonijiet tal-MLD japplikawx għall-qasam tat-tassazzjoni, b’mod partikolari rigward l-obbligi marbuta mar-rappurtar, il-funzjonijiet tal-FIUs (13), u l-koinvolġiment ta’ partijiet terzi, fosthom il-professjonijiet liberi (14). Fil-fatt, it-tweġiba hija le: fid-direttivi “fiskali”, il-ġlieda kontra l-frodi hija fdata lill-awtoritajiet fiskali biss, u ma hemm xejn imsemmi la dwar il-kompetenzi tal-FIUs jew xi rabtiet magħhom u lanqas dwar id-dispożizzjonijiet tal-MLD.
3.4.1 Għalhekk, teżisti diskrepanza bejn l-oqsma leġiżlattivi u operattivi fid-direttivi Komunitarji. Fil-prattika, il-konfini bejn il-frodi fiskali u l-ħasil tal-flus minn attivitajiet kriminali, anke jekk teoretikament jistgħu jiġu ddeterminati, jistgħu jkunu inċerti jew ineżistenti: pereżempju, l-evażjoni tal-VAT tista’ titqies bħala kuntrabandu (ħasil) jew frodi fiskali, u tista’ tixħet dawl fuq rabtiet bejn negozji li milli jidher huma normali u t-traffikar tad-drogi, tal-armi, eċċ.; il-korruzzjoni dejjem timplika evażjoni tat-taxxa, iżda sikwit tostor tipi oħra ta’ reati ferm aktar serji; it-trasferimenti ta’ flus “dubbjuż” mil-lat fiskali jistgħu jostru attivitajiet terroristiċi. Jeżistu bosta dubji rigward interpretazzjoni u kunflitti potenzjali ta’ kompetenzi.
3.5 Għaldaqstant, hemm bżonn li s-suġġett kollu jiġi kkunsidrat mill-ġdid u jiġi eżaminat mill-qiegħ: l-MLD għandu jmur lura għall-għan iddikjarat oriġinali tiegħu, jiġifieri l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, u jiġu esklużi b’mod espliċitu r-reati fiskali u finanzjarji fil-każijiet fejn dawn mhumiex ta“oriġini kriminali jew terroristika. Min-naħa l-oħra, id-direttivi dwar il-qasam tat-taxxa għandhom jeskludu mill-kompetenza tal-awtoritajiet fiskali kull reat ta’ natura kriminali jew terroristika ċara. Mingħajr ma noħolqu ġerarkija ta”valuri, l-importanza politika u soċjali tal-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu hija akbar minn dik tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali. Iżda, iż-żewġ oqsma huma marbuta mill-qrib, mhux biss minħabba l-inċertezzi li semmejna qabel rigward il-konfini, iżda wkoll f’dak li huwa l-użu fil-prattika tal-kunċett tal-“ġlieda globali”, li jimplika li l-awtoritajiet differenti għandhom l-obbligu jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni ma’ xulxin. Fil-fatt, il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti tissemma f’komunikazzjoni maħruġa fl-2004 (15), iżda ma tissemma fl-ebda direttiva.
3.6 Is-suddiviżjoni jew l-irduppjar tal-kompetenzi jirrifletti t-tqassim tas-setgħat fil-livell tal-Kunsill: il-problemi tal-evażjoni fiskali u tar-rifuġji fiskali jiġu ttrattati mill-Kunsill ECOFIN, filwaqt li l-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu hija fdata f’idejn il-Kunsill tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni. L-istess suddiviżjoni tinstab fil-livell dinji: il-G-20 u l-FATF (16) qishom ġejjin minn żewġ dinjiet differenti. Teżisti rabta fi ħdan l-OECD, iżda fil-livell ċentrali biss: il-kuntatti fil-livell nazzjonali jvarjaw skont il-kompetenzi ministerjali.
Id-dikjarazzjonijiet uffiċjali jagħtu l-impressjoni li teżisti r-rieda politika biex titmexxa ’l quddiem ġlieda globali effettiva; iżda ma jidhirx li ser jinstabu soluzzjonijiet prattiċi fil-ġejjieni qarib, sakemm l-aktar livelli politiċi u finanzjarji għoljin ma jkunux konxji tal-problema b’mod ċar. Taħt kull ċirkustanza, għandu jsir eżami preliminari urġenti ta’ ċerti aspetti fundamentali mill-aktar fis. Dan l-eżami bla dubju għandu jevalwa l-fenomenu tar-rifuġji fiskali (17) inġenerali. Bis-saħħa tal-azzjoni tal-OECD u tal-Kummissjoni, bosta rifuġji fiskali dan l-aħħar qablu li jaħdmu flimkien fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali (18), billi jabolixxu jew jillimitaw is-sigriet bankarju, tant illi l-ebda pajjiż ma għadu jidher fl-hekk imsejħa “lista sewda” (19). Il-ġejjieni qarib jurina jekk u sa liema punt dawn il-wegħdiet inżammux.
3.7.1 Iżda, il-listi mhumiex eżawrjenti, jew almenu jagħtu lok għall-inċertezzi. Iċ-ċentri finanzjarji emerġenti huma kkaratterizzati minn ċertu nuqqas ta’ trasparenza; uħud minn dawn iċ-ċentri għandhom – jew jista’ jkollhom fil-futur – il-karatteristiċi ta’ “rifuġju”, jew saħansitra “ġenna”, għall-finijiet ta’ taxxa jew ta’ skopijiet oħra: ċerti pajjiżi tal-Asja tax-Xlokk, il-pajjiżi tal-Golf, iżda wkoll sa ċertu punt l-Indja, Singapor u ċ-Ċina (Ħong Kong huwa biss il-pajjiż li jinsab fuq quddiem nett tal-qasam finanzjarju Ċiniż). Għalkemm il-finanzjament tat-terroriżmu huwa inkluz fost il-klawżoli “standard”, it-trattativi sikwit jindirizzawh biss b’mod superfiċjali, minħabba li jgħaddi minn kanali li ċertament ma jridux joħorġu fid-dieher, u wisq anqas iridu jinnegozjaw. Dawn il-problemi u oħrajn huma tant delikati li wieħed jifhem id-diskrezzjoni li biha huma ttrattati, iżda b’daqshekk m’għandhomx jiġu injorati.
3.7.2 Hemm aspetti oħra wkoll li ma jissemmewx: it-traffikar tal-armi, li sikwit jinbiegħu legalment u bl-awtorazzizzjonijiet uffiċjali meħtieġa, li mbagħad, permezz ta’ mezzi sigrieti, jintużaw fil-gwerer u f’atti ta’ terroriżmu f’ħafna pajjiżi. Dan it-traffikar spiss jiġi ffinanzjat mill-qligħ tal-bejgħ tad-drogi: dan kollu jalimenta fluss kbir ta’ flus li donnu jisparixxi f’“abbiss iswed” bla qiegħ. Dan il-fenomenu huwa magħruf tajjeb, iżda żgur ma jistax jiġi indirizzat bis-sħiħ permezz tad-direttivi, il-ftehimiet jew l-inkjesti: huwa ta’ natura kompletament differenti u jinvolvi l-politika dinjija.
3.7.3 Il-fenomenu tar-rifuġji fiskali inġenerali huwa problema li trid tiġi indirizzata, filwaqt li nżommu quddiem għajnejna l-aspetti ġeopolitiċi li jaffettwaw kwalunkwe soluzzjoni. Fir-rigward ta’ x’inhuwa possibbli fil-prattika, il-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u t-terroriżmu (iżda qabel kollox kontra t-terroriżmu) għandha tkun globali, safejn hu possibbli; jeħtieġ inżommu quddiem għajnejna li r-rebħa totali hija mira li għadha ’l bogħod wisq biex tintlaħaq. L-ewwel u qabel kollox, huwa importanti li nkomplu noqogħdu attenti li ma nħallux li l-attivitajiet jiġu żvijati minn ċentri magħrufa għal oħrajn li huma inqas magħrufa, li forsi jistgħu jkunu wkoll ostili jew inqas disposti li jinnegozjaw. Il-kriżi attwali qed taċċelera l-bidla gradwali fl-ekwilibriju politiku fost iċ-ċentri finanzjarji dinjija: l-Asja u d-dinja Iżlamika huma l-poteri emerġenti l-ġodda, li t-twemmin u l-imġiba tagħhom mhux bilfors jixbhu lil dawk li tradizzjonalment jikkaratterizzaw id-dinja Oċċidentali.
Problema oħra, li b’xi mod hija marbuta mar-rifuġji fiskali, hija dik tal-bnadar ta’ konvenjenza (FOC – flags of convenience), li taħthom huma rreġistrati 63 % tal-flotta merkantili dinjija, kif ukoll numru ġmielu ta’ inġenji tal-baħar kbar użati għad-divertiment: il-biċċa l-kbira ta' dawn huma bbażati f'rifuġji fiskali u jipprovdulhom ammonti sostanzjali ta’ fondi minn sorsi perfettament legali, anke jekk igawdu minn eżenzjoni sħiħa jew kważi mit-taxxi. Fost il-pajjiżi li jospitaw reġistri ta’ din ix-xorta nsibu xi pajjiżi tal-UE.. Il-flotot li jbaħħru taħt bnadar ta’ konvenjenza għandhom vantaġġ kompetittiv fuq dawk li jtajru bnadar nazzjonali, u n-nollijiet iċċarġjati jirrappreżentaw ħrib, iżda zgur mhux evażjoni, mit-taxxi “uffiċjali”. Barra minn hekk, mhumiex soġġetti għall-obbligi stabbiliti fil-ftehim kollettiv dwar il-baħħara.
3.8.1 Ma hemm l-ebda intervent fiskali ppjanat fil-konfront tal-bnadar tal-konvenjenza, mhux biss għax ma hemm l-ebda bażi legali għal azzjoni ta’ din ix-xorta, iżda wkoll għaliex kwalunkwe intervent fuq il-bażi ta’ konsiderazzjonijiet fiskali biss iġib miegħu ir-riskju li, fost affarijiet oħra, jagħmel ħsara lill-attività ekonomika li hija fundamentali għad-dinja kollha u li jdgħajjef fluss importanti ta’ investimenti fl-ekonomija dinjija. Apparti konsiderazzjonijiet morali serji, il-bnadar tal-konvenjenza iservu ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni u jevitaw ir-regoli stabbiliti fil-ftehim kollettiv – u dan kollu bil-kunsens taċitu, jew rassenjazzjoni taċita, tal-gvernijiet dinjija. Fil-livell Komunitarju, l-uniċi regoli li jikkonċernawhom huma dawk dwar is-sigurtà fuq il-baħar u t-traffiku.
3.8.2 Dawn l-aspetti qed jissemmew sabiex jiġi enfasizzat il-fatt li mhux il-fondi kollha li jgħaddu għar-rifuġji fiskali, u mbagħad joħorġu minnhom u jiġu investiti f’ċentri finanzjarji dinjija (20), jikkostitwixxu evażjoni fiskali, ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. Fid-dawl ta’ dan kollu, l-azzjonijiet fil-qasam fiskali proposti mill-G-20 u ppreżentati mill-Kummissjoni jistħoqqilhom jiġu appoġġjati: dawn għandhom ikopru wkoll l-aspetti tal-ħasil tal-flus u t-terroriżmu, iżda għandhom joqogħdu attenti biex jevitaw riperkussjonijiet mhux mixtieqa fuq l-attivitajiet u l-flussi finanzjarji leġittimi jew tal-anqas mhux illegali.
3.8.3 Il-ġurnata li r-rifuġji jikkooperaw u jkunu trasparenti tkun avveniment storiku; l-oqsma dubbjużi – l-hekk imsejħa “grey areas” – li baqa’, u li probabbilment ser jibqgħu magħna, juru li, minbarra li nimmiraw lejn prinċipji ġenerali, jeħtieġ ukoll nimmiraw lejn għanijiet raġonevoli, anke jekk mhux perfetti. Meta wieħed jikkunsidra kollox, toħroġ fid-dieher il-ħtieġa li l-inizjattivi fil-qasam finanzjarju u fiskali jkunu ggwidati u kkontrollati mill-awtoritajiet politiċi bħala parti mill-istrateġija tagħhom fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali. F’dan l-aħħar qasam, l-Unjoni Ewropea teħtieġ politika komuni: għan li l-gvernijiet għandhom iqisu bħala prijorità, iżda li, fiċ-ċirkustanzi preżenti, għadu ’l bogħod milli jintlaħaq.
Brussell, 17 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Id-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ĠU L 309, 25.11.2005.
(2) Grupp ta’ Azzjoni Finanzjarja, korp fi ħdan l-OECD.
(3) Il-bastimenti jtajru “bandiera ta’ konvenjenza” (magħrufa bl-Ingliż bħala FOC – flag of convenience) meta jkunu reġistrati f’pajjiż li ma tantx għandu regoli bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi jew li jiġu evitati r-regolamenti meqjusa bħala piż żejjed. Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema fil-qasam tat-Trasport fasslet lista ta’ 32 “reġistru” li fil-fehma tagħha huma “FOC”.
(4) Ftehim milħuq fi ħdan il-Kunsill ECOFIN tal-1 ta’ Diċembru 1997.
(5) Fost l-oħrajn, l-Isvizzera, l-Awstrija, il-Belġju, Ħong Kong, il-Makaw, Singapor, iċ-Ċili, Andorra, il-Liechtenstein u Monako.
(6) Il-pajjiżi tal-Karibew u l-gżejjer tal-Paċifiku.
(7) L-Isvizzera, il-Liechtenstein, San Marino, Monako u Andorra.
(8) Ħong Kong, il-Makaw u Singapor.
(9) L-Islanda, il-Liechstenstein u n-Norveġja.
(10) Ftehim ta’ sħubija bejn, minn naħa, il-membri tal-grupp tal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, u min-naħa l-oħra, l-UE u l-Istati Membri, iffirmat f’Cotonou fit-23.6.2000.
(11) Id-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15, magħrufa bħala t-3rd Money Laundering Directive (MLD).
(12) Ara l-Artikolu 3(5)(d) tal-MLD: “‘reati serji’ tfisser, għall-inqas:..frodi, għall-inqas serja, kif definita f’Artikolu 1 (1) u Artikolu 2.tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej”; l-evażjoni fiskali, almenu fil-qasam tal-VAT, hija għalhekk espliċitament inkluża fost ir-reati koperti mill-MLD.
(13) Unitajiet tal-informazzjoni finanzjarja, ara l-Artikolu 21 tal-MLD.
(14) Ara l-Artikolu 2(3) tal-MLD.
(15) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar “Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra mġiba ħażina korporattiva u finanzjarja”, COM(2004) 611 finali (mhux disponibbli bil-Malti).
(16) FATF: Financial Affairs Task Force (Grupp ta’ Azzjoni Finanzjarja), korp fi ħdan l-OECD.
(17) Ta’ min jiġbed l-attenzjoni għall-fat li, fil-biċċa l-kbira tal-lingwi, il-frażi Ingliża “tax haven” ġiet tradotta fis-sens ta’ “ġenna fiskali”. Ma jidhirx li d-differenza bejn “haven” (rifuġju) u “heaven” (ġenna) hija sempliċement żball tat-traduzzjoni: din id-differenza tirrifletti mentalità diversa.
(18) Fil-verità, l-“istandard clause” dwar il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu tissemma fil-ftehimiet konklużi mar-rifuġji fiskali, iżda l-aspett “fiskali” huwa prevalenti xorta waħda.
(19) Jeżistu żewġ listi oħra, “griża ċara” u “griża skura” skont il-livell tal-kooperazzjoni mwiegħed.
(20) Ġie kkalkulat li 35 % tal-flussi finanzjarji dinjija jgħaddu mir-rifuġji fiskali; iżda, mhuwiex magħruf fuq liema bażi sar dan il-kalkolu.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/66 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Sħubija ġdida għall-modernizzazzjoni tal-universitajiet: il-Forum tal-UE għad-Djalogu bejn l-Universitajiet u n-Negozji”
COM(2009) 158 finali
(2010/C 255/12)
Relatur: is-Sur BURNS
Nhar it-2 ta’ April 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Sħubija ġdida għall-modernizzazzjoni tal-universitajiet: il-Forum tal-UE għad-Djalogu bejn l-Universitajiet u n-Negozji
COM(2009) 158 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-15 ta’ Ottubru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Burns.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-17 ta’ Diċembru 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’60 vot favur, 12-il vot kontra u 11-il astensjoni.
1. Rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jqis li l-użu tat-terminu “università” għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla kollha mingħajr ma jingħata kas ta’ x’jissejħu jew tal-istatus tagħhom fl-Istati Membri jqajjem konfużjoni. Sabiex nippromovu s-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u n-negozji jeħtieġ li nagħrfu d-dixxiplini li għalihom sħubija ta’ dan it-tip tkun rilevanti u ż-żewġ partijiet għandu jkollhom il-libertà li jiddeterminaw il-benefiċċju reċiproku tas-sħubija. Għalhekk il-KESE jissuġġerixxi li jintuża t-terminu “istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla” bħala terminu iktar ġenerali, u li jintuża fit-titolu tal-forum.
1.2 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-forums tal-UE għad-djalogu bejn l-universitajiet jew l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u n-negozji għandhom jiffokaw fuq il-kooperazzjoni u l-azzjoni meta din tkun meħtieġa. Dan għandu jiġi analizzat bir-reqqa, speċjalment fiż-żmien tal-kriżi attwali fejn ħadd mhuwa ċert jekk in-negozji hux ser ikunu jistgħu jinvestu direttament fil-gradwati futuri (fuq perijodu ta’ żmien twil). Il-forum għandu jintuża sabiex jitfassal l-interess ġenerali fuq perijodu ta’ żmien twil fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-evoluzzjoni tas-suq tax-xogħol.
1.3 Hawnhekk il-konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili hija mixtieqa. L-impenn man-negozji u l-ħolqien ta’ forum għandhom ikunu ġenwini u m’għandhomx isiru mekkaniżmu li m’għandux skop ieħor għajr il-ġbir ta’ fondi għall-attivitajiet attwali tal-universitajiet. Dan l-impenn u l-proċess ta’ ħolqien ta’ forum ma għandhomx isiru l-mezz li permezz tiegħu n-negozji jkunu jistgħu “jiddominaw” l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla.
1.4 Il-KESE jinkoraġġixxi sħubija iktar bilanċjata bejn l-universitajiet u n-negozji b’mod li ż-żewġ partijiet jitħeġġu jkunu xpruni tal-bidla, jagħtu kontribut prezzjuż, jagħrfu l-objettivi u l-kompiti soċjali differenti rispettivi tagħhom, u fl-istess ħin jidentifikaw u jużaw dawk it-temi u l-punti ta’ kuntatt li jistgħu jwasslu għal kooperazzjoni (1).
1.5 It-tagħlim tul il-ħajja: jeħtieġ li ssir riċerka empirika biex jiġu stabbiliti l-kompiti tan-negozji u r-riżultati li għandhom jinkisbu qabel ma l-forums jiżviluppaw xi objettivi dwar it-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali.
1.6 In-negozji għandhom jieħdu r-responsabbiltà li jiddefinixxu r-riżultati fir-rigward ta’ dak li jsir jew dak li għandu jsir fil-post tax-xogħol, fid-dawl tal-bżonnijiet tat-tagħlim tul il-ħajja tal-impjegati.
1.7 L-aċċess għall-programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja m’għandux ikun limitat għal kisbiet akkademiċi preċedenti jew għall-ksib ta’ kwalifiki speċifiċi. It-tagħlim tul il-ħajja għandu jkun ibbażat fuq il-ħtiġijiet prattiċi tal-impjegati u l-post tax-xogħol tagħhom u kwalunkwe taħriġ fil-post tax-xogħol għandu jkun ibbażat fuq ir-riżultati. Il-ksib ta’ kwalifiki m’għandux ikun l-għan ewlieni tat-tagħlim tul il-ħajja.
1.8 Fid-dinja intraprenditorjali xejn mhu aqwa mill-esperjenza prattika. Għaldaqstant, il-forum għandu jinkludi proposti dwar kif l-akkademiċi jistgħu jiksbu esperjenza valida u prattika fin-negozji ż-żgħar u l-kbar. Diġà inkisbu ħafna esperjenzi f’dan il-qasam u jeħtieġ li nanalizzaw l-eżempji tal-prattika tajba.
1.9 L-SMEs u l-mikrointrapriżi għandhom jitħeġġu jieħdu sehem iktar attiv fil-forum.
1.10 Jeħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni iktar prattika tal-SMEs fil-qafas tal-ħidma tal-forum. Nissuġġerixxu din id-definizzjoni:
|
Kategorija tal-intrapriżi |
L-għadd totali tal-persunal |
|
Daqs medju |
<100 |
|
Żgħar |
<20 |
|
Mikrointrapriżi |
<5 |
2. Sfond
2.1 L-edukazzjoni u t-taħriġ ġew identifikati bħala fatturi kruċjali biex jinkisbu l-objettivi ġenerali tal-Istrateġija ta’ Lisbona. Sabiex is-soċjetà Ewropea tibqa’ ħajja u tikkompeti fl-ekonomija dinjija l-ġdida, jeħtieġ li ċ-ċittadini jsiru iktar intraprenditorjali. Bil-għan li jinkiseb dan l-objettiv jeħtieġ li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-modernizzazzjoni tas-sistemi edukattivi Ewropej u li jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-universitajiet u tan-negozji bħala xpruni ewlenin f’dan il-proċess.
2.2 Diġà jeżistu sħubijiet bejn kumpaniji multinazzjonali kbar u universitajiet kif ukoll bejn organizzazzjonijiet ta’ riċerka u intrapriżi. L-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti, il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, ir-Raggruppamenti ta’ Eċċellenza u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija li għadu kif twaqqaf huma eżempji tajba ta’ forom ġodda ta’ kollaborazzjoni u sħubija. Sfortunatament, l-istess tipi ta’ relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, il-mikrointrapriżi u l-SMEs mhumiex żviluppati biżżejjed.
2.3 Hemm bżonn ta’ oqsma ġodda ta’ riċerka sabiex jitjieb l-għarfien dwar il-qasam li dejjem jinbidel tal-edukazzjoni ogħla, u dwar ir-rwol tal-akkademiċi. Għalkemm l-universitajiet jaqdu rwol ċentrali fil-bini ta’ soċjetà Ewropea bbażata fuq l-għarfien, ir-riċerka reċenti turi li hekk kif l-aspetattivi tagħna fir-rigward tal-universitajiet jiżdiedu, dawn jiffaċċjaw pressjonijiet li diffiċli jamministraw: l-universitajiet huma mistennija jagħmlu iktar riċerka, ikunu kompetittivi u kosteffettivi u fl-istess ħin jgħallmu numru akbar ta’ studenti b’mod iktar individwali u jżommu standards akkademiċi ta’ livell għoli. Għaldaqstant, il-missjoni tal-universitajiet tiċċajpar u jkunu fil-periklu li jitilfu r-rwol tagħhom fil-produzzjoni u t-tixrid tal-għarfien (2).
2.4 Il-Komunikazzjoni ta’ Mejju 2006 dwar il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla (3) sostniet li l-intrapriżi setgħu jikkontribwixxu fi tliet oqsma:
|
— |
il-governanza: il-qasam univesitarju jista’ jintegra l-mudelli intraprenditorjali; |
|
— |
il-finanzjament: l-intrapriżi għandhom rwol potenzjali x’jaqdu fl-appoġġ finanzjarju għall-edukazzjoni u r-riċerka; |
|
— |
il-kurrikuli: l-edukazzjoni għandha tipprepara lill-istudenti għad-dinja attwali u futura tax-xogħol. L-intrapriżi għandhom ikunu involuti f’dan il-proċess u għandhom joffru esperjenza prattika biex jgħinu lill-istudenti fit-tranżizzjoni tagħhom mill-istudju għax-xogħol. Barra minn hekk, l-intrapriżi għandhom jitħeġġu jibagħtu l-persunal tagħhom għal iktar tagħlim u jaġġornaw il-ħiliet tagħhom tul il-ħajja professjonali tagħhom. |
2.5 Fl-2008, il-Kummissjoni waqqfet forum bejn l-universitajiet u n-negozji li jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji bil-għan li jgħin lill-universitajiet jindirizzaw aħjar u iktar malajr it-talbiet tas-suq u jiżviluppaw sħubijiet li jagħmlu l-aħjar użu mill-għarfien xjentifiku u teknoloġiku.
2.6 F’dan il-forum ħadu sehem istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, kumpaniji, assoċjazzjonijiet intraprenditorjali, intermedjarji u awtoritajiet pubbliċi. Il-forum kien il-lok ideali għal diskussjonijiet dwar l-iskambju ta’ prattika tajba u dwar problemi komuni u wassal sabiex il-parteċipanti jaħdmu flimkien biex isibu soluzzjonijiet potenzjali.
3. Il-kontenut essenzjali tal-proposta tal-Kummissjoni
3.1 Il-Kummissjoni tagħraf il-bżonn ta’ kooperazzjoni iktar effettiva bejn l-universitajiet u n-negozji. Għaldaqstant, jinħtieġu miżuri ta’ appoġġ għall-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jimmodernizzaw is-sistemi tal-edukazzjoni ogħla tagħhom.
3.2 L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni hu li:
|
— |
tanalizza l-lezzjonijiet li ħarġu mill-ewwel sena tal-forum u minn attivitajiet rilevanti oħra fil-livell Ewropew dwar l-isfidi u l-ostakli għal kooperazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji. Hemm Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD) li jiżviluppa dan l-aspett tax-xogħol iktar fit-tul; |
|
— |
tagħmel proposti għall-passi li jmiss fil-ħidma tal-forum; |
|
— |
tidentifika azzjonijiet konkreti ta’ segwitu biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji. |
3.3 Il-konklużjonijiet ewlenin tar-rapport li ser jinfluwenzaw il-ħidma tal-forum jinkludu:
|
— |
l-iżvilupp ta’ kultura intraprenditorjali fl-universitajiet jeħtieġ tibdil kbir fil-governanza u t-tmexxija tal-università; |
|
— |
l-edukazzjoni fl-intraprenditorija għandha tkun komprensiva u miftuħa għall-istudenti interessati kollha, fid-dixxiplini akkademiċi kollha; |
|
— |
l-universitajiet għandhom jinvolvu l-intraprendituri u n-nies tan-negozju fit-tagħlim tal-intraprenditorija; |
|
— |
il-professuri u l-għalliema għandu jkollhom aċċess għal taħriġ fit-tagħlim tal-intraprenditorija u jkunu esposti għad-dinja tan-negozju; |
|
— |
l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet pubbliċi tar-riċerka għandu jkollhom strateġiji ċari fuq perijodu fit-tul għall-ġestjoni tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali; |
|
— |
l-isfidi partikolari li jiltaqgħu magħhom l-SMEs li jridu jistabbilixxu sħubijiet mal-universitajiet għandhom jiġu indirizzati; |
|
— |
it-tagħlim tul il-ħajja għandu jiġi integrat b’mod sħiħ fil-missjonijiet u l-istrateġiji tal-universitajiet; |
|
— |
l-aġġornament/it-titjib tal-ħiliet għandu jiġi stmat u rikonoxxut fis-suq tax-xogħol u minn min iħaddem; |
|
— |
it-tagħlim tul il-ħajja għandu jkun żviluppat fi sħubija mal-intrapriżi – l-universitajiet ma jistgħux ifassluh u jagħtuh waħedhom; |
|
— |
il-kundizzjonijiet qafas nazzjonali u reġjonali għandhom jipprovdu ambjent ta’ appoġġ għall-universitajiet biex jidħlu f’kooperazzjoni mad-dinja tan-negozju; |
|
— |
il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji għandha tkun inkorporata fi strateġiji istituzzjonali; it-tmexxija u l-ġestjoni effettiva tar-riżorsi umani huma kruċjali għall-implimentazzjoni. |
3.4 Bil-għan li jiġi ffaċilitat id-dibattitu dwar l-objettvi t’hawn fuq, il-Kummissjoni beħsiebha tagħti lill-forum tal-UE għad-Djalogu bejn l-Universitajiet u n-Negozji struttura msaħħa f’forma ta’ laqgħat plenarji u laqgħat tematiċi. Preżenza fuq l-internet hija rakkomandata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni beħsiebha tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u ta’ kontributuri minn barra l-UE.
3.5 Fuq il-bażi tar-riżultati miksuba mill-forum, il-Kummissjoni beħsiebha teżamina forom ġodda ta’ sħubijiet strutturati bejn l-universitajiet u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs, u tanalizza kif dawn is-sħubijiet jistgħu jiġu appoġġjati permezz ta’ programmi tal-UE. Il-Kummissjoni ser teżamina wkoll jekk l-ambitu tad-djalogu mal-intrapriżi jistax jiġi estiż għal setturi oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
4. Il-kummenti/osservazzjonijiet ġenerali tal-KESE
4.1 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex ittejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u n-negozji. Madankollu, jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-kontenut tal-Komunikazzjoni ma jagħmel xejn għajr li jikkonferma l-kritika li dehret f’dokumenti preċedenti. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tasal għall-istess konklużjoni: għandna problema u jeħtieġ li nsolvuha. Madankollu, il-Kumitat jinsab imħasseb dwar il-fatt li fejn, fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi ċerti miżuri għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonjiet ta’ edukazzjoni ogħla u n-negozji, hija tadotta approċċ unilaterali, pereżempju l-universitajiet għandhom jadottaw l-istrutturi ta’ ġestjoni tan-negozji, jiffaċilitaw is-sehem dirett tal-prattikanti fi ħdanhom u jintroduċu taħriġ fl-intraprenditorija, eċċ. (ara punt 3.3).
4.2 Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-approċċ ta’ din il-Komunikazzjoni huwa wisq akkademiku u r-rakkomandazzjonijiet huma vagi wisq u faċli jiġu interpretati b’modi differenti. Il-fatt li t-terminu “universitajiet” jirreferi għall-istituzzjonijiet kollha ta’ edukazzjoni ogħla, irrispettivament mill-isem u l-istatus fl-Istati Membri joħloq konfużjoni. Istituzzjonijiet differenti ta’ edukazzjoni ogħla joffru servizzi differenti lill-intrapriżi. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet li jispeċjalizzaw f’taħriġ ibbażat fuq il-kompetenzi qed joffru prodott differenti minn dak ta’ istituzzjonijiet li jiffokaw fuq taħriġ ibbażat fuq l-għarfien. Pereżempju, il-funzjoni ewlenija tal-universitajiet klassiċi, fejn jiddominaw ix-xjenzi umani u soċjali kif ukoll ir-riċerka fundamentali, hija li tipproduċi l-għarfien u żżomm il-kontinwità kulturali.
4.3 Il-maġġoranza ta’ min iħaddem tifhem id-diviżjoni tradizzjonali bejn l-universitajiet u l-istituzzjonijiet l-oħra ta’ edukazzjoni ogħla. Huma jistennew li l-universitajiet jedukaw l-istudenti sabiex meta jiggradwaw ikollhom ħakma soda tas-suġġetti li jkunu studjaw. Huma jqisu l-lawrji universitarji bħala indikazzjoni tal-potenzjal iktar milli ċertifikat tal-kompetenzi. Mentri, fil-każ tal-kwalifiki ta’ edukazzjoni ogħla u tal-kwalifiki vokazzjonali, jistennew li dawn jagħtu indikazzjoni tal-kompetenzi li għandu individwu biex iwettaq kompiti partikolari. Din il-Komunikazzjoni u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jappoġġjaha ma jiċċarawx dawn il-kwistjonijiet.
4.4 Il-KESE huwa konxju tal-problemi marbuta mal-introduzzjoni ta’ kunċetti korporattivi fl-universitajiet. Nemmnu li t-tendenza li nieħdu l-proċessi u l-proċeduri li jintużaw fl-Istati Uniti tal-Amerika u napplikawhom fl-Ewropa ma taħdimx. L-universitajiet Ewropej għandhom isibu mezz ġdid kif jaħdmu mal-intrapriżi u jtejbu s-servizzi, il-kwalifiki u r-riżultati li jistgħu joffru, mingħajr ma’ dan jagħmel ħsara lill-kapaċità tagħhom li jwettqu riċerka bażika li hija essenzjali għas-sopravivenza tal-UE fil-konfront tal-kompetizzjoni dinjija.
4.5 Fil-klima ekonomika tal-lum il-ġurnata, l-istituzzjonijiet Ewropej ta’ edukazzjoni ogħla għandhom jiffokaw iktar fuq il-klijent u għandhom ikunu iktar konxji tal-iżvantaġġi/vantaġġi tagħhom għas-soċjetà. Biex l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla jiġu megħjuna f’dan ir-rwol il-ġdid, il-forums bejn l-universitajiet u n-negozji għandhom isiru sħab ideali. Jeħtieġ madanakollu li niddefinixxu t-terminu “klijent” mill-perspettiva tal-interess pubbliku, ta’ min iħaddem u dik ta’ kull student.
4.6 Dawn il-bidliet fil-prijoritajiet ser ikollhom implikazzjonijiet finanzjarji fuq l-universitajiet. Il-punt sa fejn is-suq għandu jiddetermina l-prijoritajiet akkademiċi huwa fattur kruċjali li għandu jiġi kkunsidrat bl-ikbar attenzjoni. Attenzjoni esklużiva fuq il-kompetittività u l-orjentazzjoni lejn in-negozju bħala standards assoluti, fost l-oħrajn, jistgħu jimplikaw tnaqqis fil-kurrikuli u l-oqsma ta’ riċerka. Din it-tendenza tidher fit-tnaqqis fuq skala globali fid-dixxiplini klassiċi. Dan il-proċess (4) ma jolqotx biss l-istudji letterarji iżda wkoll lid-dixxiplini xjentifiċi klassiċi bħall-kimika, il-fiżika, il-matematika, kif ukoll l-ekonomija u xjenzi soċjali oħra.
4.7 Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tistqarr li l-għan ewlieni ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni huwa li l-universitajiet Ewropej “jkunu dawk l-iktar importanti li jmexxu ’l quddiem l-ambizzjoni tal-Ewropa li tkun l-akbar ekonomija u soċjetà bbażata fuq l-għarfien fid-dinja.” Minkejja li jidher li dan huwa għan ta’ min ifaħħru, hemm tħassib dwar il-fatt li huma l-universitajiet biss li ġew identifikati bħala dawk “li jmexxu ’l quddiem”. Il-KESE jippreferi li jkun hemm sħubija ugwali bejn in-negozji u l-universitajiet, fejn it-tnejn li huma jagħrfu l-punti tajbin u d-dgħufijiet tagħhom huma stess u t-tnejn li huma jkunu xpruni ugwali tal-bidla. In-negozji jipprovdu l-esperjenza prattika u l-għarfien tas-suq u l-universitajiet jipprovdu l-kontenut intellettwali u l-appoġġ. Madankollu, il-KESE jinnota li hemm sensiela ta’ fatturi oħra “li jmexxu ’l quddiem” din l-ambizzjoni Ewropea u mhux in-negozji u l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla biss. Jeħtieġ li din l-ambizzjoni tiġi kkunsidrata fid-dawl ta’ firxa kbira ta’ politiki Ewropej u nazzjonali b’mod partikolari fil-kuntest tal-appoġġ tas-soċjetà għall-edukazzjoni u l-ġlieda kontra l-qgħad.
4.8 Il-KESE jirrikonoxxi l-bżonn li dak li jiġi mgħallem jikkorrispondi mal-impjegabilità u jilqa’ wkoll ir-referenzi għar-“riżultati” li saru fid-dokument ta’ ħidma (5.2/5.2.3/5.5.5) iżda jsostni li dan m’għandux ikun l-uniku rwol tal-universitajiet. Madankollu, ninsabu mħassbin dwar il-mod kif dawn ir-riżultati ser jiġu definiti, min ser jiddefinixxihom u l-mod kif l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-kwalifiki vokazzjonali ser jidħlu fi skema aħħarija ta’ taħriġ u kwalifiki universitarji u ta’ taħriġ u kwalifiki vokazzjonali. Nemmnu li d-definizzjonijiet tar-riżultati huma kruċjali sabiex ikun hemm korrispondenza bejn il-kwalifiki u l-bżonnijiet ta’ min iħaddem speċjalment b’rabta mal-SMEs u l-mikrointrapriżi, iżda jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, meta jitqies iż-żmien meħtieġ għat-taħriġ u l-fatt li s-swieq tax-xogħol Ewropej li mhumiex armonizzati qegħdin jevolvu kontinwament, ser ikun diffiċli li jinkiseb bilanċ bejn it-taħriġ u l-impjiegi meħtieġa fl-intrapriżi. Fejn jidħlu suġġetti relatati man-negozju, l-universitatjiet għandhom jgħaddu lill-istudenti u lill-gradwati l-għarfien teoretiku meħtieġ biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw l-isfidi attwali li ġġib magħha dinja tan-negozju li dejjem qed tinbidel.
4.9 It-tagħlim tul il-ħajja huwa importanti għan-negozji u ċ-ċittadini iżda l-Komunikazzjoni ma tinidirizzax il-problema tal-aċċess ugwali. Din hija kwistjoni serja partikolarment għal dawk iċ-ċittadini li m’għandhomx edukazzjoni universitarja. Huwa evidenti li, fin-nuqqas ta’ rakkomandazzjoni speċifika, dawk li diġà ggradwaw ser jirċievu iktar għajnuna u taħriġ filwaqt li dawk li ma marrux l-università mhux ser ikunu jistgħu jidħlu l-università jew fi programmi universitarji għat-tagħlim tul il-ħajja.
4.10 Fil-proposti jidher li l-Kummissjoni ser tkun tista’ tispeċifika l-oqsma fejn hemm nuqqas ta’ ħiliet sempliċement billi tiltaqa’ ma’ min iħaddem u mal-akkademiċi. Paradossalment, filwaqt li qed tiġi promossa iktar riċerka xjentifika, mhu qed tiġi rakkomandata l-ebda applikazzjoni ta’ tekniki xjentifiċi biex jiġi stabbilit eżatt fejn jeżistu nuqqasijiet ta’ ħiliet u biex jiġi determinat liema edukazzjoni u taħriġ hemm bżonn biex jingħelbu dawn in-nuqqasijiet. Permezz tal-ħolqien ta’ istituzzjonijiet (pereżempju, għaqdiet) fl-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, flimkien mal-intrapriżi l-kbar, jista’ jiġi indikat liema kwalifiki l-gradwati għandhom bżonn fil-prattika biex dawn ikunu jistgħu jirrispondu aħjar għall-ħtiġijiet tal-ekonomija. Barra minn hekk, dawn l-istituzzjonijiet jistgħu jaqdu rwol ta’ appoġġ billi jsibu impjiegi għall-gradwati fl-intrapriżi.
4.11 Dan in-nuqqas ta’ evidenza huwa partikolarment importanti fir-rigward tat-tagħlim tul il-ħajja Għandu jkun hemm riċerka empirika biex jiġi identifikat b’mod ċar liema kompiti jitwettqu fin-negozji u liema kompiti jeħtieġ li jitwettqu. Ladarba dawn jiġu identifikati, għandhom jiġu stabbiliti t-taħriġ u kwalunkwe kwalifiki neċessarji biex jinkisbu dawn ir-riżultati. Fid-dawl tal-aspett prattiku tad-definizzjoni ta’ dawn ir-riżultati tan-negozji, jeħtieġ li n-negozji jieħdu sehem fil-proċess tal-iżvilupp u jiddefinixxu dawn l-objettivi. Il-fatt li dawk ikkonċernati jiġu informati ser ikun kruċjali. Pereżempju, meta jkun magħruf li hemm domanda qawwija għall-ħaddiema f’settur partikolari, bħall-professjonijiet marittimi, l-“istudenti” potenzjali għandhom jiġu informati dwar liema universitajiet (nazzjonali jew Ewropej) jipprovdu taħriġ f’dan il-qasam, fejn l-impjiegi huma varjati ħafna u f’ċerti każijiet bi kwalifiki tajba.
4.12 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (punt 2) tgħid: “Il-kooperazzjoni università-negozju tinvolvi żewġ komunitajiet b’differenzi notevoli fil-kultura, valuri u missjonijiet”. Tissokta billi tiddeskrivi kif twaqqfu s-sħubijiet bejn iż-żewġ oqsma u tammetti li “l-livell ta’ kooperazzjoni jibqa’ inugwali ħafna madwar il-pajjiżi, l-universitajiet u d-dixxiplini akkademiċi. Barra minn hekk, l-livell ta’ kemm din il-koperazzjoni influwenzat il-kulturi tat-tmexxija u l-organizzazzjoni fiż-żewġ setturi kkonċernati huwa limitat. Ftit universitajiet għandhom strateġija mal-istituzzjoni kollha għall-kooperazzjoni mal-intrapriża; dawk li għandhom huma kkonċentrati f’numru żgħir ta’ Stati Membri.”
4.13 Din id-dikjarazzjoni tinkorpora waħda mill-problemi ewlenin tar-relazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji: ħafna mill-universitajiet tradizzjonali ftit li xejn jippruvaw jifhmu l-kultura, il-valuri u l-motivazzjoni tan-negozji u jemmnu li kwalunkwe bidla fil-fehma għandha tiġi min-naħa tan-negozji u mhux min-naħa tagħhom. Għal kooperazzjoni ġenwina jeħtieġ li r-rappreżentanti tan-negozji jikkunsidraw il-funzjoni speċifika tal-universitajiet u tar-responsabbiltajiet differenti tagħhom fil-konfront tas-soċjetà, kif ukoll il-fatt li l-kontribut tagħhom huwa ta’ benefiċċju għan-negozji u li dan jinkiseb l-iktar permezz ta’ mezzi indiretti. Sakemm tissolva din il-problema, kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji ftit li xejn ser tkun ta’ valur.
4.14 Din id-dikjarazzjoni tenfasizza wkoll il-problema li l-kooperazzjoni attwali hija bbażata fuq universitajiet li qed jaħdmu ma’ negozji kbar u sikwit multinazzjonali b’riżultati soċjali u ekonomiċi rikonoxxuti. Il-mistoqsija ovvja hija: kif jistgħu l-SMEs u l-mikrointrapriżi jittamaw li jinfluwenzaw l-universitajiet jekk, fil-passat, l-intrapriżi l-kbar ħallew impatt daqstant żgħir? Punt 3.3 jagħmel referenza għal din il-problema: “L-isfidi partikolari li jiltaqgħu magħhom l-SMEs li jridu jistabbilixxu sħubijiet mal-universitajiet għandhom jiġu indirizzati.” Madankollu, m’hemm l-ebda suġġeriment prattiku dwar x’jistgħu jkunu dawn l-isfidi jew is-soluzzjonijiet.
4.15 Fid-dokument ma tingħatax definizzjoni ċara tal-SMEs. Dan it-terminu jissemma disa’ darbiet fil-Komunikazzjoni, għaxar darbiet fl-evalwazzjoni tal-impatt u 76 darba fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal iżda l-impressjoni ġenerali hi li fid-dokumenti tal-Kummissjoni d-definizzjoni ma tikkonċernax in-negozji ż-żgħar iżda dawk in-negozji li jimpjegaw iktar minn 200 ħaddiem u bi dħul tan-negozju ta’ iktar minn EUR 10 miljun. Id-definizzjoni attwali ta’ SME li tintuża mill-Kummissjoni Ewropea hija din li ġejja:
|
Kategorija tal-intrapriżi |
L-għadd totali tal-persunal |
Bejgħ annwali |
|
Total tal-karta tal-bilanċ annwali |
|
Daqs medju |
<250 |
€ 50 miljun |
jew |
€ 43 miljun |
|
Żgħar |
<50 |
€ 10 miljun |
jew |
€ 10 miljun |
|
Mikrointrapriżi |
<10 |
€ 2 miljun |
jew |
€ 2 miljun |
Din id-definizzjoni ma tgħinx lill-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla jew lill-forum huma u jidentifikaw l-SMEs speċjalment jekk jużaw iċ-ċifri tal-bejgħ annwali. Il-KESE jemmen li din id-definizzjoni tal-SMEs ixxekkel l-identifikazzjoni tas-sħubijiet intraprenditorjali. Definizzjoni iktar sempliċi li tirrifletti r-realtà hija għaldaqstant mixtieqa.
4.16 Ir-referenza għat-“trawwim tal-intraprenditorija” fis-sistema edukattiva kollha għandha tiġi analizzata bir-reqqa u għandhom jingħataw eżempji konkreti ta’ dan. Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-forum mhuwiex il-post adegwat biex tiġi diskussa din il-kwistjoni b’firxa tant wiesgħa. Il-ħtieġa li t-tfal jiżviluppaw il-kreattività u talenti oħra li ser jużaw fl-impjiegi futuri tagħhom u l-ħtieġa li l-adulti jkollhom spirtu intraprenditorjali fil-post tax-xogħol (pereżempju fir-rigward tat-tagħlim tul il-ħajja) huwa żewġ kwistjonijiet differenti.
4.17 In-negozji jinsabu mħassba dwar il-fatt li l-“Intraprenditorija” qed issir il-moda tal-aħħar fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla. L-universitajiet għandhom rwol x’jaqdu fil-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ attitudni iktar intraprenditorjali iżda dan l-aħħar dan ir-rwol ġie estiż biex ikopri t-taħriġ tal-individwi bil-għan li jsiru intraprendituri. Skont il-Forum Dinji dwar l-Ekonomija (Educating the next wave of Entrepreneurs – Nedukaw is-sensiela li jmiss tal-intraprendituri – April 2009) il-biċċa l-kbira ta’ dak li nisimgħu dwar l-intraprenditorija mhuwiex minnu. L-intraprenditorija mhijiex xi tip ta’ maġija, lanqas mhi misterjuża, u ma’għandha x’taqsam xejn mal-ġene. Hija dixxiplina u bħal kwalunkwe dixxiplina tista’ tiġi mgħallma. Il-KESE jemmen li din l-aħħar tranżizzjoni min-naħa ta’ ċerti universitajiet hija difettuża. L-universitajiet jistgħu jgħallmu lin-nies kif iwettqu l-kompiti tan-negozji bħall-kontabbiltà, il-marketing u kif iwettqu proċeduri relatati mal-ġestjoni iżda ħadd, lanqas il-professuri tal-universitajiet ma jista’ jgħallimhom jevalwaw u jieħdu riskji finanzjarji u personali li ta’ spiss imorru kontra kull raġuni loġika.
4.18 Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-opinjoni tiegħu dwar “Is-sħubija bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u min iħaddem” (5) li ssemmi wkoll numru ta’ inizjattivi dwar din il-kwistjoni.
5. Kummenti dwar id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal
5.1 Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-fatt li d-dokument ta’ ħidma li tirreferi għalih il-Komunikazzjoni (punt 2) ma jżid xejn ma’ dak li ntqal fil-Komunikazzjoni ewlenija. Anzi, iżid il-konfużjoni billi jagħmel ċerti suppożizzjonijiet mingħajr jew ftit li xejn provi li jiġġustifikaw il-konklużjonijiet.
5.2 Huwa evidenti li d-dokument ta’ ħidma nkiteb mill-perspettiva tal-universitajiet dwar x’jistgħu jagħmlu biex jibbenefikaw mis-sħubijiet man-negozji. Dan jikkonċernana peress li ma jagħtix stampa bilanċjata ta’ x’għandhom jagħmlu l-forums. Barra minn hekk, id-distinzjoni bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u korpi oħra ta’ taħriġ hija estremament vaga u mhuwiex ċar jekk id-dokument huwiex qed jissuġġerixxi li l-universitajiet kollha jsiru istituzzjonijiet ta’ taħriġ jew li l-istituzzjonijiet kollha ta’ taħriġ jsiru universitajiet.
5.3 Il-KESE jemmen li d-dokument ta’ ħidma jirrappreżenta opportunità mitlufa, ma jagħtix perspettivi iktar wesgħin fir-rigward tan-negozji u ma jiddiskutix il-problemi speċifiċi tal-SMEs.
Brussell, 17 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ara l-opinjonijiet tal-KESE dwar “Universitajiet għall-Ewropa”, relatur: Joost van Iersel (ĠU C 128, 18.5.2010, p. 48.) u dwar “Il-kooperazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien bejn l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka, l-industrija u l-SMEs – prerekwiżit importanti għall-innovazzjoni”, relatur: Gerd Wolf (ĠU C 218, 11.9.2009).
(2) Il-Fondazzjoni Ewropea tax-Xjenza, 2008. Higher Education Looking Forward: An Agenda for Future Research, John Brennan, Jürgen Enders, Christine Musselin, Ulrich Teichler u Jussi Välimaa.
(3) Komunikazzjoni tal-10.5.2006 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew- Inwasslu għar-riżultati tal-aġenda ta’ modernizzazzjoni għall-universitajiet: l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, COM(2006) 208 finali.
(4) Wilshire, Bruce. 1990. The Moral Collapse of the University: Professionalism, Purity and Alienation, Albany: State University of New York Press; Readings, Bill. 1996. The University in Ruins. Cambridge, Harvard University Press.
(5) Opinjoni tal-KESE, relatur: is-Sur Malosse (ĠU C 228, 22.9.2009, p. 9).
Appendiċi
għall-OPINJONI
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-emendi li ġejjin u liġabu mill-inqas kwart tal-voti mixħuta ġew rifjutati matul id-dibattitu (Artikolu 54(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):
Punt 1.2
Immodifika kif ġej:
“Il--forum tal-UE għad-djalogu bejn l-universitajiet jew l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u n-negozji għandhom jiffokaw fuq il-kooperazzjoni u l-azzjoni . . .”
|
Votazzjoni |
Favur: 27 |
Kontra: 49 |
Astensjonijiet: 7 |
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/72 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Azzjoni Kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea”
COM(2009) 291 finali
(2010/C 255/13)
Relatur: is-Sinjura KÖSSLER
Nhar l-24 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Azzjoni kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea
COM(2009) 291 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kienet is-Sinjura Kössler.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li saret nhar is-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’176 vot favur u astensjoni waħda.
1. Rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal Sħubija Ewropea għal Azzjoni kontra l-Kanċer. Il-kanċer għadu ta’ piż kbir fuq l-individwu u s-soċjetà Ewropea u huwa l-aktar marda li tikkawża mwiet. Wara l-mard kardjovaskulari, il-kanċer kien it-tieni marda l-aktar qerrieda fl-2006, li wassal għal żewġ imwiet minn 10 għan-nisa u tlitt imwiet minn 10 għall-irġiel. Madwar 3,2 miljun ċittadin fl-UE jiġu ddijanjostikati bil-kanċer kull sena (1).
Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ azzjoni konġunta min-naħa tal-UE, permezz ta’ skambju tal-informazzjoni, tal-kompetenza u tal-aħjar prattika, sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna fil-ġlieda tagħhom kontra l-kanċer.
1.2.1 Il-KESE jisħaq li hemm differenzi inaċċettabbli bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-inċidenza tal-kanċer u l-imwiet ikkaġunati minnu u jappoġġja l-għan li l-Istati Membri kollha jkollhom pjani integrati għall-kanċer sat-tmiem tas-Sħubija.
1.2.2 Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-istrateġiji integrati għall-kanċer għandhom ikunu bbażati fuq għanijiet ċari li jipprovdu impetu għall-implimentazzjoni u jippermettu li ssir valutazzjoni dwar jekk l-effetti mixtieqa ntlaħqux.
1.2.3 Il-KESE jaqbel li l-miżuri preventivi huma importanti ħafna u jistgħu jtejbu l-benesseri u jikkontribwixxu għal persuni aktar b’saħħithom u li jgawdu ħajja itwal fil-ġejjieni.
1.2.4 Il-KESE huwa tal-fehma li s-Sħubija minn issa sas-sena 2013 hija pass importanti li jibni fuq il-proċess li beda fl-2003 (2) u jirrikonoxxi l-ħtieġa li din is-Sħubija tieħu sura oħra wara din id-data, fid-dawl tal-fatt li diversi għanijiet ser jintlaħqu fil-futur iktar imbiegħed (2020).
1.2.5 Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa u jemmen li s-Sħubija għandha rwol importanti x’taqdi biex tikkonvinċi lill-mexxejja nazzjonali u l-korpi involuti fis-settur tas-saħħa pubblika biex iħabirku aktar f’dan il-qasam fl-Istati Membri tagħhom.
1.2.6 Il-KESE jenfasizza li s-Sħubija hija konformi mal-Artikolu 152 tat-Trattat dwar is-saħħa pubblika li jistipula li kull azzjoni Komunitarja għandha tkun orjentata lejn it-titjib tas-saħħa pubblika.
1.2.7 Il-KESE huwa impenjat li jappoġġja s-Sħubija u jixtieq jagħmel kontribut attiv billi jwettaq ħidma permezz tal-kuntatti tiegħu mas-soċjetà ċivili fil-livell lokali u nazzjonali.
1.2.8 Il-KESE jisħaq fuq l-importanza li jintużaw il-Fondi Strutturali li huma allokati għat-taħriġ u l-infrastruttura fis-settur tas-saħħa iżda jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dawn il-fondi mhumiex użati biżżejjed fl-Istati Membri.
2. Kuntest ġenerali
2.1 Għal darba oħra, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kanċer jolqot bosta individwi u lill-qraba u l-ħbieb tagħhom. Il-kanċer huwa problema maġġuri tas-saħħa u għas-soċjetà, u l-iktar marda li tikkawża mwiet fost il-popolazzjoni fl-età tax-xogħol.
2.2 Għalhekk, in-numru kbir ta’ każi tal-kanċer għandu wkoll implikazzjonijiet soċjoekonomiċi importanti għall-Istati Membri.
2.3 Ladarba huwa mistenni li n-numru ta’ każi tal-kanċer jiżdied, dan se jkollu iktar konsegwenzi koroh.
2.4 Prevenzjoni effettiva tista’ tevita kważi terz tal-każi kollha tal-kanċer u jekk il-marda tiġi osservata fi stadju bikri terz ieħor tal-popolazzjoni jista’ jirċievi l-kura adatta u spiss jiġi kkurat għalkollox.
2.5 L-iktar erba’ forom komuni ta’ kanċer fl-UE huma: il-kanċer tas-sider, il-kanċer kolorettali, il-kanċer tal-pulmun u dak tal-prostata.
2.6 It-tipi ta’ kanċer li jikkawżaw l-ikbar numru ta’ mwiet fl-UE-27 huma – skont l-ordni tar-rata tal-imwiet – il-kanċer tal-pulmun, il-kanċer kolorettali, il-kanċer tas-sider, il-kanċer tal-prostata u l-kanċer tal-istonku (1).
2.7 L-għadd ta’ inċidenzi ta’ dawn il-ħames tipi ta’ kanċer u l-għadd ta’ mwiet minħabba fihom jistgħu jitnaqqsu jekk jiġi adottat stil ta’ ħajja aktar tajjeb għas-saħħa.
2.8 Il-kanċer tal-pulmun huwa l-aktar forma ta’ kanċer li tikkawza mwiet fl-UE. Kważi waħda minn kull ħames imwiet kaġun tal-kanċer fl-2006 kienet ikkawżata mill-kanċer tal-pulmun u l-maġġoranza tagħhom kienu kawża tat-tipjip. Madwar 335 000 persuna jmutu kull sena kaġun tal-kanċer fil-pulmun fl-Ewropa (1).
3. Il-punti ewlenin tad-dokument tal-Kummissjoni
3.1 Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar Sħubija Ewropea għal Azzjoni kontra l-Kanċer għall-perijodu 2009-2013 għandha l-għan li tappoġġja lill-Istati Membri fil-ħolqien ta’ pjanijiet integrati għall-ġlieda kontra l-kanċer, li għandhom inaqqsu l-piż tal-kanċer fl-UE. Il-mira hija ta’ tnaqqis ta’ 15 % sal-2020 (510 000 każ ġdid).
3.2 Qed jiġu proposti dawn l-erba’ oqsma ta’ azzjoni (b’għanijiet speċifiċi):
Qasam 1: Il-promozzjoni tas-saħħa u s-sejbien bikri tal-mard
Għan: implimentazzjoni aktar effettiva tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskrining tal-kanċer u l-promozzjoni ta’ kampanji informattivi fuq skala wiesgħa dwar dan l-iskrining, maħsuba bil-għan li jilħqu l-pubbliku inġenerali u lil dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa.
Qasam 2: L-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prattika tajba
Għan: li jiġu ttrattati l-inugwaljanzi fir-rigward tal-imwiet mill-kanċer permezz tat-tnaqqis tad-differenza bejn l-Istati Membri li għandhom l-aħjar u l-agħar prestazzjoni.
Qasam 3: Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fir-riċerka dwar il-kanċer
Għan: li tinkiseb il-koordinazzjoni ta’ terz mir-riċerka mis-sorsi kollha tal-fondi sal-2013.
Qasam 4: Sistema ta’ pparagunar
Għan: li tiġi żgurata data korretta u komparabbli dwar il-kanċer.
4. Is-saħħa u s-sejbien bikri tal-mard
4.1 Il-KESE jemmen li strateġija orizzontali hija essenzjali biex tikkontrolla ż-żieda tal-piż tal-kanċer fl-Unjoni Ewropea.
4.2 Il-kanċer huwa kkawżat minn ħafna fatturi iżda f’ċerti każi nistgħu nilqgħulu minn qabel. Għalhekk, il-prevenzjoni għandha tindirizza l-kawżi marbuta mal-istil ta’ ħajja u x-xogħol u dawk ambjentali.
4.3 Il-prevenzjoni għandha tissejjes fuq il-prinċipju msejjaħ Health in All Policies (HIAP) – u s-Sħubija tista’ tissaħħaħ permezz tal-integrazzjoni sħiħa tal-politika tas-saħħa f’oqsma oħra, bħal pereżempju l-ambjent u l-agrikoltura, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll tal-UE b’konformità mal-istrateġija tal-UE marbuta mas-saħħa.
4.4 Il-KESE jemmen li huwa ta’ importanza kbira li wieħed jiffoka l-prevenzjoni fuq l-istili ta’ ħajja li jżidu r-riskju tal-kanċer. Huwa partikolarment importanti li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tagħraf li stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa jnaqqas ir-riskju tal-kanċer. Dan l-għarfien fost iż-żgħażagħ, li eventwalment huma stess ikunu ġenituri, jista’ jkollu impatt qawwi fuq it-tfal tagħhom u l-ġenerazzjonijiet futuri.
4.5 Illum il-ġurnata hawn ħafna informazzjoni disponibbli dwar il-fatturi li jżidu r-riskju tal-kanċer. Mingħajr dubju, l-ikbar fattur ta’ riskju huwa t-tipjip.
4.6 Fatturi oħra ta’ riskju huma l-ħxuna żejda, in-nuqqas ta’ attività fiżika, it-tixmix fit-tul u l-konsum għoli ta’ alkoħol.
4.7 Numri kbar ta’ nies imutu minħabba t-tipjip, ħxuna żejda, konsum baxx ta’ frott u ħxejjex u t-tixmix fit-tul.
4.8 Il-KESE jemmen li huwa importanti li s-Sħubija tiffoka fuq il-prevenzjoni u l-kontroll.
4.9 Il-KESE jilqa’ l-proposta li jkunu stabbiliti miri ġenerali għall-prevenzjoni u l-iskrining, u għalhekk jenfasizza l-importanza li jinstabu indikaturi sabiex jiġi kkontrollat kemm minn dawn il-miri jkunu ntlaħqu fl-Istati Membri.
4.10 Il-prevenzjoni u s-sejbien bikri tal-mard (skrining) huma kruċjali għal kura li tagħti riżultati tajbin u għall-fejqan.
4.11 Il-KESE jfakkar li fl-2001 l-UE rrakkomandat li l-pakketti tas-sigaretti jkollhom stampi li jservu ta’ twissija kontra t-tipjip. Fil-verità, tliet Stati Membri biss jagħmlu dan u hemm bżonn li aktar Stati Membri jintroduċu dan it-tip ta’ twissija. L-użu tal-istampi huwa mod effettiv biex it-tfal jiġu influwenzati u jagħmlu impressjoni anke fuq dawk li għadhom ma jafux jaqraw.
4.12 Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jittieħdu miżuri kontra t-tipjip passiv.
4.13 Il-KESE jemmen li huwa importanti li jitjieb l-istil tal-ħajja taż-żgħażagħ billi fl-iskejjel tal-Istati Membri jiġi introdott taħriġ dwar l-istil tal-ħajja sabiex ikun hemm il-possibbiltà ta’ provvista u tqassim ta’ informazzjoni minn kmieni dwar kif wieħed jista’ jkollu ħajja itwal. Informazzjoni dwar ir-riskji tat-tipjip, dieti mhux sustanzjużi, konsum baxx ta’ frott u dwar il-perikli tar-raġġi tax-xemx għandha tiġi provduta minn età żgħira. Għandhom jiġu introdotti minn tal-inqas sagħtejn jew tliet sigħat ta’ edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji u sekondarji fl-Istati Membri. L-attività fiżika u l-interess fil-ħajja ta’ barra u fl-isport jistgħu jgħinu sabiex tonqos il-probabbiltà li wieħed iżid fil-piż anke fil-ħajja adulta tiegħu.
4.14 Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għar-rwol importanti li għandhom ir-riċerkaturi, il-ħaddiema fid-dipartimenti tas-saħħa tal-gvern, l-ekonomisti, it-tobba, il-professjonisti tas-saħħa, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, il-politiċi, u nies oħra li jieħdu deċiżjonijiet u s-soċjetà ċivili sabiex jiżguraw li l-miri tas-Sħubija jitwettqu fil-prattika fl-Istati Membri.
4.15 Il-KESE jisħaq fuq l-importanza tal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti fil-livell Ewropew u l-fatt li jaqdu rwol essenzjali b’rabta mas-Sħubija. Organizzazzjonijiet u netwerks volontarji oħra wkoll jistgħu jaqdu rwol ewlieni fit-tixrid tal-messaġġ dwar il-prevenzjoni tal-kanċer u l-importanza li l-marda tinsab fi stadju bikri. Il-Kumitat jixtieq jiġbed l-attenzjoni wkoll għar-rwol tal-mezzi tax-xandir fis-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar stil ta’ ħajja li huwa tajjeb għas-saħħa u s-sejbien bikri tal-mard u dwar it-titjib tal-ħidma marbuta mal-prevenzjoni.
4.16 Il-KESE jenfasizza li miżuri preventivi effettivi jistgħu jsalvaw għadd ta’ ħajjiet fl-20-30 sena li ġejjin u li jistgħu jipprovdu benefiċċji ekonomiċi fis-sens li l-ispejjeż marbuta ma’ dawn il-miżuri huma konsiderevolment inqas mill-kura għall-mard.
4.17 Il-KESE jenfasizza l-importanza li jinstabu indikaturi sabiex matul is-snin tiġi ssorveljata l-prevenzjoni primarja. Hemm il-proposta li, sabiex jitkejlu l-isforzi primarji għall-prevenzjoni tal-Istati Membri matul is-snin, dawn tal-aħħar għandhom, b’mod regolari, jaraw kemm hemm żgħażagħ ta’ 15-il sena li qegħdin ipejpu, kif ukoll jaraw isibux xi indikazzjoni ta’ ħxuna żejda (eż. il-BMI). Jista’ jagħti l-każ li fl-Istati Membri, il-kura qabel il-ħlas tkun wieħed mill-oqsma li jwassal biex il-ħxuna żejda fost in-nisa tkun tista’ tiġi kkontrollata, filwaqt li t-tendenzi li joħorġu tul is-snin fost l-irġiel jistgħu jiġu kkontrollati b’rabta mar-reklutaġġ militari.
Skrining
4.18 Il-KESE jixtieq jenfasizza li l-iskrining jirrappreżenta investiment għal saħħa aħjar u mod kif l-individwi ma jintlaqtux mill-mard.
4.19 Il-KESE jemmen li huwa importanti li l-programmi ta’ skrining li jiġu introdotti jkunu jistgħu jiġu evalwati.
4.20 Il-KESE jaqbel li l-programmi proposti għall-iskrining għandhom ikopru kemm jista’ jkun mill-popolazzjoni fil-każi ta’ kanċer tas-sider, ċervikali u kolorettali, skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskrining tal-kanċer sal-2013. Kienu diġà ġew stabbiliti għanijiet ċari fl-2003 iżda għadhom ma ntlaħqux.
4.21 Il-KESE jaqbel li l-Istati Membri għandhom iħabirku iżjed biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskrining tal-kanċer sal-2013. Il-KESE jixtieq li l-Istati Membri kollha jkollhom għanijiet raġonevoli u gradwali biex jittieħdu passi f’din id-direzzjoni.
4.22 Fil-fehma tal-KESE, huwa importanti li l-gruppi vulnerabbli jirċievu informazzjoni u appoġġ adattati għall-ħtiġijiet tagħhom bil-għan li anke huma jsiru konxji tal-benefiċċji li jieħdu sehem f’dan l-iskrining. Huwa importanti wkoll li tiġi pprovduta informazzjoni dwar it-tensjoni u l-ansjetà li jista’ jikkaġuna l-kanċer.
4.23 Il-KESE jittama li kwalunkwe programm futur tal-iskrining li jista’ jiġi rakkomandat fil-livell tal-UE jkun ibbażat fuq l-evidenza. Il-KESE jittama wkoll li l-UE tirrakkomanda li l-gruppi ta’ etajiet differenti jkunu koperti meta dawn jiġu introdotti fl-Istati Membri. Il-fatt li jkun hemm gruppi ta’ etajiet u intervalli komuni għall-iskrining fl-Istati Membri jista’ jnaqqas id-differenzi fir-riżultati u jista’ wkoll ikun ta’ benefiċċju għar-riċerka.
4.24 Il-KESE japprova l-idea ta’ skema Ewropea bi prova ta’ akkreditazzjoni volontarja.
5. L-identifikazzjoni u t-tixrid tal-aħjar prattika
5.1 Il-KESE jappoġġja l-għan li jingħelbu l-inugwaljanzi fl-imwiet minħabba l-kanċer billi jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Istati Membri.
5.2 Il-KESE jenfasizza li huwa importanti li l-Istati Membri kollha jibdew jiġbru statistika u jistabbilixxu reġistri sabiex dan l-għan ikun jista’ jintlaħaq. Dan kollu jiddependi minn paraguni miftuħa u korretti. Ir-rekwiżit minimu sabiex jintlaħaq dan l-għan huwa li kull Stat Membru jkollu/joħloq reġistru tal-popolazzjoni, arranġamenti biex jiġu rreġistrati każi ġodda tal-kanċer u reġistru għall-kawżi tal-mewt. B’dan il-mod, tista’ tinkiseb data korretta dwar l-inċidenza, il-prevalenza, is-sopravivenza u l-imwiet. Il-KESE jirrakkomanda li fil-futur, ir-reġistri tal-isptar għandu jkollhom konnessjoni ma’ dawn l-arranġamenti, biex b’hekk l-istrateġiji jkunu iżjed komparabbli u biex il-kura tkun tista’ tiġi paragunata.
5.3 Il-KESE jaqbel mal-ħtieġa għal identifikazzjoni tal-ostakli fil-ġbir tad-data u jirrakkomanda li tittieħed azzjoni speċifika bl-għan li l-Istati Membri li m’għandhomx reġistri jkunu jistgħu jintroduċuhom mill-aktar fis.
5.4 Il-KESE jaqbel dwar l-importanza li tinġabar data dwar l-ispiża tal-kanċer lis-soċjetà. Dan ikun ta’ benefiċċju għal din il-kwistjoni u jiżvela kemm hu kbir l-impatt tal-problema fuq is-soċjetà.
5.5 Il-KESE jaqbel mal-proposta li jsir stħarriġ tal-opinjoni pubblika Ewropea dwar ir-reġistrazzjoni tad-data dwar il-kanċer. Hawnhekk, l-esperjenza tal-Istati Membri Nordiċi tista’ tiġi kkwotata bħala eżempju tajjeb.
5.6 Il-KESE jaqbel li hemm bosta fatturi li jikkaġunaw il-kanċer, fosthom l-istil tal-ħajja, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent, u għalhekk għandha ssir ħidma preventiva fuq skala wiesgħa.
5.7 Il-KESE jenfasizza b’mod partikolari l-importanza tal-ħidma preventiva fil-qasam tat-tabakk. F’bosta Stati Membri, speċjalment dawk ġodda, it-tipjip huwa mifrux ħafna. Sikwit, it-tipjip insibuh l-aktar fost l-aktar gruppi vulnerabbli mil-lat soċjoekonomiku. Anke l-hekk imsejjaħ tipjip passiv jipperikola s-saħħa u għandu jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Riċerka
5.8 L-istess bħall-Kummissjoni, il-KESE jemmen li l-iskambju ta’ għarfien bejn il-pajjiżi jista’ jitjieb sostanzjalment u li huwa importanti li jitjiebu l-infrastrutturi tar-riċerka.
5.9 Il-KESE jilqa’ l-proposta li jissaħħaħ l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar ir-riċerka marbuta mal-kanċer, b’mod partikolari dwar il-provi kliniċi.
5.10 L-istess bħall-Kummissjoni, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ inizjattiva komprensiva ta’ riċerka fl-Ewropa dwar kwistjonijiet ta’ prevenzjoni, pereżempju riċerka dwar l-istil tal-ħajja, li s’issa dejjem twarrbet u li hija qasam importanti u strateġiku għall-ħidma tar-riċerka, b’konformità mal-għanijiet tas-Sħubija. Jeħtieġ ukoll li r-riċerka tissottolinja r-riskji tal-effetti mhux mixtieqa u l-ħsara li tista’ tagħmel ’il quddiem il-kura mogħtija, u tanalizza wkoll kwistjonijiet psikosoċjali.
5.11 Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-kompetizzjoni fir-riċerka u jemmen li prinċipalment huwa proprju fil-livell infrastrutturali li r-riċerka b’mod ġenerali tista’ titjieb. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-biobanks komuni; l-iskambju iktar faċli ta’ materjal; l-iskambju tal-għarfien u l-istudji kliniċi fil-każi fejn il-materjal prodott minn Stati Membri individwali mhuwiex biżżejjed, jew fejn l-affarijiet hemm imnejn isiru iktar malajr jekk ħafna pajjiżi jaħdmu flimkien (studji li jsiru f’diversi ċentri madwar l-Ewropa).
5.12 Il-KESE jaqbel li għandha titwaqqaf awtorità biex tevalwa r-riċerka u l-prattika xjentifika mill-perspettiva Ewropea. Awtorità indipendenti ta’ din ix-xorta għandha tkun tista’ tevalwa u tanalizza l-evidenza kollha disponibbli għal qasam mediku partikolari fl-Ewropa. Fi kliem ieħor, dan ifissier li r-riċerka li ssir f’dak il-qasam tiġi kkomparata permezz ta’ kriterji predeterminati marbuta ma’ riċerka effettiva.
5.13 Il-KESE jkun sodisfatt jekk din l-awtorità jirnexxilha, b’mod partikolari, tidentifika l-oqsma li għandhom bżonn urġenti ta’ proġetti ta’ riċerka strateġika fil-livell tal-UE dwar il-kanċer, iżda li ma jkollhom ukoll l-ebda interess kummerċjali.
Paraguni/Benchmarking
5.14 Għan: li tiġi żgurata data korretta u komparabbli dwar il-kanċer, neċessarja għall-miżuri politiċi.
5.15 L-istess bħall-Kummissjoni, il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ data komparabbli u l-ħtieġa ta’ reġistri tal-kanċer fl-Istati Membri.
5.16 Il-KESE jixtieq ukoll jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu żviluppati indikaturi komparabbli u li jistgħu jiġu evalwati. L-ewwel pass għandu jkun li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu reġistri u jirrapportaw id-data mir-reġistri lil awtorità speċifika. L-IARC (l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer) u l-UICC (Unjoni Internazzjonali kontra l-Kanċer) jistgħu jkunu korpi adegwati – it-tnejn li huma joperaw fil-livell Ewropew.
5.17 Il-Kumitat jemmen li l-paraguni miftuħa huma importanti għall-identifikazzjoni u t-trasferiment tal-aħjar prattika.
5.18 Id-data komparabbli u l-iskambju estensiv ta’ data bħal din ukoll huma ta’ importanza kbira għar-riċerka.
5.19 Il-KESE jiġbed l-attezjoni għall-fatt li l-oqsma kollha tal-katina tas-servizzi tal-kura tas-saħħa (kura, riabilitazzjoni u kura li ttaffi l-uġigħ) huma importanti sabiex jonqos il-piż tal-kanċer u tat-tbatija li jgħaddu minnha l-vittmi tal-kanċer. Il-KESE jixtieq li, bħala pass inizjali, l-attenzjoni prinċipali tingħata lill-prevenzjoni primarja (miżuri preventivi) u l-prevenzjoni sekondarja (skrining) bil-għan li l-kanċer ikun jista’ jinqabad u l-kura tibda mill-aktar fis possibbli.
5.20 Fil-fehma tal-KESE, huwa importanti li l-isforzi kollha fil-katina tal-provvista tal-kura tas-saħħa (il-kura, ir-riabilitazzjoni u l-kura li ttaffi l-uġigħ) u l-prevenzjoni primarja u sekondarja jiġu inklużi fil-pjani integrati tal-kanċer fil-livell nazzjonali.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Sors: IARC 2007.
(2) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/878/KE tat-2 ta’ Diċembru 2003 dwar l-Iskrining tal-Kanċer (ĠU L 327, 16.12.2003, p. 34).
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/76 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar inizjattiva Ewropea dwar il-marda ta’ Alzheimer u dimenzji oħrajn”
COM(2009) 380 finali
(2010/C 255/14)
Relatur: is-Sinjura O'NEILL
Nhar it-22 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar inizjattiva Ewropea dwar il-marda ta’ Alzheimer u dimenzji oħrajn
COM(2009) 380 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-10 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kienet is-Sinjura O’Neill.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’vot unanimu.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Konklużjoni
1.1.1 Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Inizjattiva Ewropea dwar il-marda ta’ Alzheimer u dimenzji oħrajn għaliex din hija kwistjoni ta’ importanza kritika fl-Ewropa, b’implikazzjonijiet għal individwi, familji u s-soċjetà, meta wieħed iqis li l-popolazzjoni qed tixjieħ.
1.1.2 Il-KESE jirrikonoxxi li r-responsabbilità ewlenija għall-indirizzar tad-dimenzja u l-għoti tal-kura hija f’idejn l-Istati Membri, iżda jilqa’ l-attenzjoni li tiġbed il-komunikazzjoni għar-rwol tal-UE fit-tisħiħ tal-progress nazzjonali.
Nota dwar it-terminoloġija: billi l-frażi “marda ta’ Alzheimer” ma tinkludix id-dimenzji kollha, dan id-dokument ser jirriferi għal “marda ta’ Alzheimer u dimenzji oħrajn” jew sempliċiment għal “dimenzja”.
1.2 Rakkomandazzjonijiet (mhux prijoritizzati iżda mniżżla fl-ordni kif jidhru fit-test)
1.2.1 Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tappoġġja kampanji ta’ sensibilizzazzjoni sabiex jitjieb l-għarfien pubbliku dwar id-dimenzja biex b’hekk tiżdied id-dijanjosi f’waqtha u titnaqqas l-istigma.
1.2.2 Il-KESE jirrakkomanda firxa usa’ ta’ oqsma ta’ riċerka li jeħtieġu appoġġ.
1.2.3 Hu u jilqa’ l-approċċ ta’ Programmar Konġunt fir-riċerka, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timplimentah fi żmien f’waqtu.
1.2.4 Il-KESE jirrakkomanda li l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni jiġi estiż għas-saħħa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tinkoraġġixxi b’mod attiv l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali speċifiċi u oqfsa ta’ kwalità għad-dimenzja.
1.2.5 Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromovi b’mod wiesa’ l-użu tal-Programm tas-Saħħa sabiex tiżviluppa mudelli ta’ kura u taħdem b’mod attiv mal-gvernijiet nazzjonali fuq l-użu tal-Fondi Strutturali Ewropej sabiex jiġi żviluppat u implimentat fil-livell lokali taħriġ fil-kura tad-dimenzja fil-qasam tal-kura intensiva u dik fit-tul, u fi ħdan il-komunità.
1.2.6 Il-KESE jenfasizza bil-qawwa l-importanza tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal nies bid-dimenzja.
1.2.7 Il-KESE jappoġġja l-punt ta’ azzjoni fil-Komunikazzjoni dwar it-twaqqif ta’ Netwerk Ewropew li juża l-faċilitajiet pprovduti mill-Programm tas-Saħħa.
1.2.8 Il-KESE jħeġġeġ it-tixrid u l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni fil-livell lokali, nazzjonali, tal-UE u internazzjonali, f’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tal-Alzheimer, gvernijiet nazzjonali, il-Kummissjoni u korpi adatti oħrajn, inkluż il-KESE.
2. Sfond
2.1 Il-White Paper “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008–2013” (1) tidentifika b’mod espliċitu u tindirizza l-importanza tal-iżvilupp ta’ fehim aħjar tal-mard newrodeġenerattiv bħall-Alzheimer’s u dimenzji oħrajn.
2.2 Il-Kummissjoni tat prijorità biex tiżgura li jkun hemm għarfien xieraq tal-kwistjoni meta wieħed iqis kemm hi serja l-problema u l-impatt li għandha fuq individwi, dawk li jikkurawhom u l-ispiża għas-soċjetà.
2.3 L-azzjoni fit-tul li hija proposta ser tikkofa fuq strateġiji ta’ prevenzjoni, interventi mhux mediċi, ħiliet għal dawk li jikkurawhom kemm professjonisti kif ukoll volontarji, u enfasi fuq approċċ kollaborattiv bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-qasam tar-riċerka (2).
2.4 Il-Kummissjoni Ewropea ser tipprova wkoll torbot il-partijiet rilevanti tal-ħidma futura fuq il-marda ta’ Alzheimer mal-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benesseri Mentali, li ġie stabbilit fl-2008, u b’hekk tirrikonoxxi li s-saħħa mentali hija dimensjoni waħda partikulari tal-marda ta’ Alzheimer.
2.5 Il-Parlament Ewropew għadda wkoll Dikjarazzjoni (3) dwar il-prijoritajiet fil-ġlieda kontra l-marda ta’ Alzheimer u dimenzji oħrajn sabiex jagħti impenn politiku lir-riċerka, il-prevenzjoni u l-ħarsien soċjali, jelimina l-istigma u jenfasizza l-importanza li assoċjazzjonijiet tal-Alzheimer jiġu appoġġjati.
3. Kuntest
3.1 Id-dimenzja hija kkaratterizzata minn telfien progressiv tal-funzjonijiet mentali kkawżat minn bosta kundizzjonijiet, li minnhom l-iktar waħda komuni hija l-marda ta’ Alzheimer li taffettwa madwar 50–60 % tal-persuni b’dimenzja. Kundizzjonijiet oħrajn jinkludu dimenzja vaskulari u d-dimenzja Lewy-Body. Proġett li sar mill-pjattaforma tal-pazjenti tal-UE u Alzheimer Europe appoġġjat mill-Kummissjoni tal-UE identifika l-forom rari l-iktar sinifikanti ta’ dimenzja (4).
3.2 Fl-2008 ġie stmat li fis-27 Stat Membru tal-UE 7,3 miljun persuna bejn l-età ta’ 30 u 99 sena kienu qed ibatu minn tipi differenti ta’ dimenzja. Huma affettwati iktar nisa (4,9 miljuni) milli rġiel (2,4 miljuni) (4).
3.3 Minħabba ż-żjieda ġenerali fl-istennija tal-għomor, u t-tixjiħ tal-ġenerazzjoni tal-“baby boomers”, l-ammont ta’ anzjani huwa mbassar li jikber sostanzjalment, bl-ikbar tkabbir relattiv fost l-ixjeħ gruppi. Hija mistennija tkompli ż-żjieda fin-numru ta’ kundizzjonijiet marbutin mal-età, b’mod partikulari d-dimenzja, u attwalment qed jitbassar irduppjar tan-numru ta’ persuni affettwati fl-20 sena li ġejjin. L-Alzheimer’s Disease International jistma li sal-2050 104 miljun ruħ ser ibatu minn dimenzja madwar id-dinja.
3.4 L-impatt tad-dimenzji kemm fil-preżent kif ukoll fil-ġejjieni fuq il-familji u l-professjonisti tal-kura, fuq is-saħħa pubblika u fuq l-ispiża tal-kura ser ikun sinifikanti. Alzheimer Europe (2008) stima li l-ispejjeż diretti u informali totali tal-kura tal-marda ta’ Alzheimer u dimenzji oħrajn fl-2005 ammontaw għal EUR 130 biljun fis-27 Stat Membru tal-UE – EUR 21 000 għal kull persuna/sena li minn dan l-ammont 56 % inħoloq permezz ta’ kura informali (5).
3.5 Matul il-Konferenza dwar “Il-ġlieda kontra l-marda ta’ Alzheimer u mard ieħor relatat” li saret tul il-Presidenza Franċiża ġie enfasizzat li kien vitali li bħala Ewropej naqsmu l-għarfien tagħna u nimmobilizzaw il-ħiliet u l-esperjenzi fi Stati Membri differenti sabiex niġġieldu din il-marda, u l-konklużjonijiet ġew diskussi fil-Kunsill tas-Saħħa f’Diċembru 2008.
3.6 L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà ewlenija biex jindirizzaw id-dimenzja u jipprovdu l-kura. Madankollu taħt l-Artikolu 152 tat-Trattat b’rabta mas-saħħa l-UE hija mistennija tappoġġja azzjonijiet nazzjonali u taħt l-Artikolu 165 il-Komunità u l-Istati Membri huma mitluba jikkoordinaw ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku tagħhom sabiex jiżguraw li l-politiki nazzjonali u Komunitarji jkunu konsistenti b’mod reċiproku.
4. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
L-objettiv tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni huwa li tistipula l-oqsma u l-azzjonijiet fil-livell tal-UE li jġibu valur miżjud bħala appoġġ għall-Istati Membri.
4.1 Il-Komunikazzjoni fissret ħames kwistjonijiet ewlenin li l-Azzjoni Komunitarja għandha tindirizza:
|
— |
il-prevenzjoni; |
|
— |
l-għarfien aħjar tad-dimenzji – il-koordinazzjoni tar-riċerka; |
|
— |
il-qsim tal-aqwa prattika; |
|
— |
l-iżgurar li jitħarsu d-drittijiet tan-nies bid-dimenzja; |
|
— |
it-twaqqif ta’ Netwerk Ewropew. |
4.2 Azzjoni konġunta bejn il-Kummissjoni tal-UE u l-Istati Membri mfissra fil-Pjan ta’ Ħidma għall-implimentazzjoni tat-Tieni Programm tas-Saħħa għall-2008–2013 ser titnieda fl-2010 u ser tagħmel parti mill-objettiv globali fl-Istrateġija ta’ Lisbona b’rabta mat-titjib fir-riżultati fil-qasam tas-saħħa (6).
5. Prevenzjoni
Attwalment mhuwiex possibbli li l-marda ta’ Alzheimer u dimenzji oħrajn jiġu evitati u m’hemmx kura għalihom, u l-mard li jattakka l-ħiliet konoxxittivi tal-persuna jitqies bħala parti inevitabbli tat-tixjiħ. Madankollu, b’aktar għarfien dwar it-tixjiħ u l-moħħ, qed jiġu investigati modi possibbli kif jista’ jiġi evitat dan il-mard.
5.1 Billi d-dimenzji jistgħu, sa ċertu punt, ikunu relatati ma’ problemi kardjovaskulari, il-prevenzjoni tinkludi li wieħed ikollu dieta tajba (7), jikkontrolla l-pressjoni tad-demm u l-kolesterol, kif ukoll li wieħed ma jpejjipx, jixrob alkoħol b’moderazzjoni (8) u jagħmel l-eżerċizzju.
5.2 Strateġiji preventivi oħrajn jinkludu attività, parteċipazzjoni u appoġġ soċjali, u stimulazzjoni intellettwali.
5.3 Saħħa fiżika u mentali tajba tul il-ħajja tista’ tgħin biex wieħed iżomm il-ħiliet konoxxittivi tiegħu. Xi kultant din hija magħrufa bħala “stil ta’ ħajja għal moħħ fsaħħtu” (9).
5.4 L-evidenza li tappoġġja dawn l-istrateġiji għadha limitata u l-KESE jappoġġja l-Kummissjoni fis-sejħa tagħha għal iktar riċerka bil-għan li nifhmu aħjar l-istrateġiji preventivi potenzjali. Dan huwa appoġġjat minn Alzheimer Europe.
5.5 Il-KESE jilqa’ l-azzjoni proposta biex tiġi inkorporata d-dimensjoni tad-dimenzja fl-azzjonijiet attwali u futuri tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-mard, inkluża l-edukazzjoni, u biex issir ħidma mal-Istati Membri sabiex tiġi żviluppata u pprovduta gwida għat-tixrid l-iktar usa’ possibli mal-pubbliku u l-organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa u dawk soċjali.
5.6 Sfida ewlenija hija li ssir dijanjosi bikrija u iktar affidabbli. Dan għandu jnaqqas mill-inċertezza għall-individwi kkonċernati u dawk li jieħdu ħsiebhom sabiex ikunu jistgħu jagħmlu pjani legali, finanzjarji, mediċi u oħrajn kif xieraq.
5.7 Fost l-ostakoli għal dijanjosi bikrija hemm il-fatt li l-persuni ma jagħrfux is-sintomi jew iqisuhom parti normali mix-xjuħija. Hemm ukoll element ta’ ċaħda u biża’ minħabba l-istigma marbuta mad-dimenzja. Stħarriġ reċenti wera li d-dewmien medju minn sintomi għal dijanjosi jvarja b’mod konsiderevoli bejn il-pajjiżi Ewropej, minn 10 xhur fil-Ġermanja għal 32 xahar fir-Renju Unit.
5.8 Madankollu, il-KESE huwa mħasseb dwar in-numru ta’ nies madwar l-UE li jista’ jkun li ma jkollhomx aċċess għal dijanjosi minħabba n-nuqqas ta’ għarfien jew ta’ servizzi disponibbli, b’mod partikulari fiż-żoni rurali u fil-komunitajiet żvantaġġjati.
5.9 Il-KESE jappoġġja s-sejħa minn Alzheimer Europe lill-Kummissjoni tal-UE u l-gvernijiet nazzjonali biex jappoġġjaw kampanji ta’ sensibilizzazzjoni tal-pubbliku ġenerali, firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati fuq bażi lokali, reġjonali u nazzjonali, inklużi l-mezzi tax-xandir, sabiex jitjieb l-għarfien tas-sintomi tad-dimenzja u biex titnaqqas l-istigma (10).
6. Għarfien aħjar tal-kundizzjonijiet tad-dimenzji – il-koordinazzjoni tar-riċerka
6.1 Il-KESE jirrikonoxxi l-impenn li sar mill-Kummissjoni hi u tappoġġja r-riċerka permezz tal-Programmi Qafas b’rabta mar-riċerka tal-moħħ, il-kawżi u l-istrateġiji ta’ prevenzjoni għal tixjiħ f’saħħtu u s-saħħa pubblika.
6.2 Madankollu, il-KESE jenfasizza li hija meħtieġa wkoll riċerka dwar l-effikaċja ta’ mudelli varji ta’ kura, interventi psikosoċjali u mhux farmaċewtiċi, kif ukoll dwar l-impatt tat-tibdil demografiku, bħad-divorzju/iż-żwieġ mill-ġdid/il-koabitazzjoni, il-migrazzjoni u l-urbanizzazzjoni fuq l-esperjenza tad-dimenzja u l-kura tad-dimenzja.
6.3 Għalkemm saret riċerka sostanzjali ffinanzjata mill-UE dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) u l-kura tad-dimenzja, jeħtieġ li ssir iktar, u s-sejbiet ewlenin jissuġġerixxu li jekk it-teknoloġija tintuża b’mod etiku u tiġi integrata fi pjani ta’ kura tista’ tgħin lin-nies bid-dimenzja sabiex jagħmlu għażliet, u jibqgħu siguri d-dar, u tista’ ttejjeb il-kwalità tal-ħajja f’kull aspett tagħha.
6.4 Il-KESE jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni għal azzjonijiet speċifiċi dwar ir-riċerka fl-ICT fil-Programmi Qafas kif ukoll il-proġetti pilota fuq skala kbira li ġew imnedija bejn l-UE u 23 pajjiż Ewropew dwar prodotti u servizzi tal-ICT (11).
6.5 Minħabba li d-dimenzja qed tiżdied huwa essenzjali li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ riċerka u l-korpi ta’ finanzjament fl-Istati Membri. Il-KESE jilqa’ l-approċċ ta’ Programmar Konġunt, fuq bażi volontarja, sabiex ikun żgurat li l-fondi disponibbli fl-Istati Membri u mill-programmi tal-UE jintużaw bl-aħjar mod possibbli.
6.6 Il-KESE għalhekk jemmen li huwa essenzjali li l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom għal din ir-riċerka, l-iffinanzjar tagħha u ħidma kollaborattiva.
7. Qsim tal-aqwa prattika
7.1 Meta wieħed iqis il-ħtieġa rikonoxxuta għal iktar riċerka, l-importanza ta’ dijanjosi bikrija, il-firxa ta’ trattamenti u l-kura tas-saħħa u l-kura soċjali li hemm disponibbli madwar l-Istati Membri, il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni jaqdi rwol kruċjali meta wieħed jikkunsidra l-effikaċja tal-ħarsien soċjali, l-inklużjoni soċjali u s-servizzi tal-kura fit-tul disponibbli.
7.2 Il-forniment ta’ servizzi ta’ kwalità lil dawk li għandhom dimenzja u lil dawk li jieħdu ħsiebhom huwa essenzjali. Għal xi Stati Membri din hija parti minn strateġija globali iżda sal-lum żewġ Stati Membri biss ipproduċew strateġija b’mod formali fl-UE, u l-KESE jemmen li l-Kummissjoni, billi testendi l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni għall-qasam tas-saħħa, tista’ tħeġġeġ kemm l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali speċifiċi kif ukoll oqfsa ta’ kwalità li jistgħu jipprovdu punti ta’ referenza għal Stati Membri oħrajn u għal titjib fil-politika, is-servizzi, it-taħriġ u r-riċerka.
7.3 Il-KESE jilqa’ l-impenn favur taħriġ speċjali għall-persunal fil-qasam tas-saħħa u tal-kura u għall-qraba ta’ persuni b’dimenzja, bl-approċċ olistiku tiegħu għall-kura. Il-KESE jemmen fl-użu tal-Programm tas-Saħħa tal-UE biex jiġu żviluppati mudelli ta’ kura kkomplementati mill-Istati Membri li jużaw il-Fondi Strutturali Ewropej biex jimplimentawhom. Dan huwa importanti b’mod partikulari fid-dawl tan-nuqqas ta’ nies imħarrġa fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-kura soċjali (12). It-taħriġ għal titjib fl-għarfien dwar il-marda ta’ Alzheimer u d-dimenzja u l-prattika etika għal persunal li qed jagħti kura intensiva u fit-tul, u fil-komunità, huma essenzjali.
7.4 Il-KESE jaġġoġġja l-qsim tal-prattika tajba fl-oqsma identifikati ta’ prevenzjoni, u servizzi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja għal dawk bil-marda ta’ Alzheimer u dimenzji oħrajn.
7.5 Il-KESE jappoġġja bil-qawwa l-għoti tas-setgħa lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali, Ewropej u internazzjonali tal-Alzheimer u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn tal-pazjenti. Dawn l-organizzazzjonijiet jipprovdu firxa ta’ servizzi lil dawk bid-dimenzja u lil dawk li jieħdu ħsiebhom, u jaqdu rwol importanti fil-prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-individwi bid-dimenzja.
7.6 Dawn l-organizzazzjonijiet jipprovdu informazzjoni siewja (13) li tista’ tinfluwenza u tinforma r-riċerka, il-politika u l-prattika u tagħti leħen lil dawk bid-dimenzja u lil dawk li jieħdu ħsiebhom. Il-KESE jixtieq jagħti l-appoġġ u l-influwenza tiegħu permezz tal-parteċipazzjoni tiegħu f’ħidma kooperattiva ma’ firxa ta’ organizzazzjonijiet madwar l-Istati Membri u fil-kamp internazzjonali.
7.7 Il-KESE jappoġġja s-sejħa tal-Alzheimer Europe lill-gvernijiet nazzjonali biex jirrikonoxxu l-kontribut importanti li jsir mill-assoċjazzjonijiet tal-Alzheimer u biex dawn jiġu ffinanzjati sabiex jiġi appoġġjat l-għadd li huwa mistenni jikber ta’ nies li huma affettwati mill-marda ta’ Alzheimer u dimenzji oħrajn fil-kuntest tas-solidarjetà pan-Ewropea.
8. L-iżgurar li jitħarsu d-drittijiet tan-nies bid-dimenzja
8.1 “L-ewwel u qabel kollox, il-persuni bid-dimenzja huma ħbieb, qraba, ġirien u membri bħalna tas-soċjetà. Il-fatt li għandhom kundizzjoni medika speċifika huwa sekondarju. (14)” Il-KESE jħares id-dritt tal-individwi bil-marda ta’ Alzheimer u dimenzji oħrajn li jiġu ttrattati b’dinjità u li jgawdu mid-dritt tal-awtoditerminazzjoni.
8.2 L-impatt tad-dijanjosi u tat-telfien progressiv tal-kapaċità fuq l-individwi u dawk li jieħdu ħsieb il-morda jista’ joħloq iżolament soċjali u effetti negattivi, li jaffettwaw is-saħħa u l-benessri tal-persuni kkonċernati. Il-KESE jsejjaħ lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet nazzjonali biex jinformaw u jedukaw lis-soċjetà biex tiġi eliminata l-istigma marbuta mad-dimenzja.
8.3 Il-KESE jinsisti li d-drittijiet ta’ dawk il-persuni bid-dimenzja jitħarsu fil-kuntest tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li ssaħħet iktar bid-drittijiet tal-persuni b’diżabilitajiet u d-drittijiet tal-pazjenti (15). Għandha tingħata informazzjoni kemm dwar il-kundizzjoni kif ukoll dwar is-servizzi disponibbli, u dawk l-individwi u dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom jiġu involuti fid-deċiżjonijiet li jsiru dwarhom.
8.4 Il-KESE jappoġġja lill-Kummissjoni biex tinfluwenza t-tmexxija politika fl-UE fir-rigward tar-rikonoxximent tad-drittijiet tal-anzjani inkapaċitati sabiex id-drittijiet tagħhom ikunu jistgħu jitħarsu u ma jbatux minn abbandun u abbuż (16).
9. It-twaqqif ta’ Netwerk Ewropew
9.1 Il-KESE jqis li t-twaqqif ta’ Netwerk Ewropew, permezz tal-Programm tas-Saħħa huwa importanti ħafna. Dan għandu joħloq opportunitajiet biex isir skambju ta’ prattika tajba; jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards u approċċi konsistenti (17) b’rabta ma’ anzjani vulnerabbli madwar l-Istati Membri u joħloq l-opportunità biex jiġu żviluppati prinċipji u definizzjonijiet komuni dwar id-drittijiet tan-nies bil-marda ta’ Alzheimer u d-dimenzja.
9.2 Barra minn hekk, Netwerk Ewropew jista’ jikkontribwixxi għal:
|
— |
edukazzjoni mtejba għal grupp usa’ ta’ persunal tas-saħħa u tal-kura soċjali b’rabta mad-dimenzja u kif dawk affettwati u min jieħu ħsiebhom jistgħu jiġu appoġġjati; |
|
— |
edukazzjoni mtejba dwar id-dimenzja sabiex titnaqqas l-istigma u titħeġġeġ id-dijanjosi bikrija; |
|
— |
koordinazzjoni mtejba bejn il-professjonisti li jaħdmu man-nies bid-dimenzja u dawk li jieħdu ħsiebhom sabiex il-ħtiġijiet individwali tagħhom ikunu jistgħu jiġu ssodisfati (18); |
madwar l-Istati Membri.
9.3 In-Netwerk jista’ jinkludi ħidma mal-gvernijiet nazzjonali dwar l-iżvilupp ta’ dikjarazzjonijiet bil-quddiem għal individwu waqt li jkun għadu kapaċi jagħti l-kunsens tiegħu, fejn jitqiesu t-trattament mediku, il-kura, l-appoġġ, kwistjonijiet finanzjarji u legali u l-potenzjal biex tinħatar bil-quddiem persuna affidabbli li tista’ titkellem f’ismu.
9.4 Il-KESE jħeġġeġ kollaborazzjoni mill-qrib bejn in-Netwerk u Alzheimer’s Europe sabiex jiġi żgurat il-forniment ta’ informazzjoni tajba u konsistenti dwar id-dimenzja li hija ta’ importanza vitali sabiex titnaqqas l-istigma, sabiex in-nies jitħeġġu jfittxu parir mediku u jiżviluppaw għarfien dwar is-servizzi u l-appoġġ li huma disponibbli għalihom, kif ukoll sabiex jiġu promossi d-drittijiet ta’ individwi biex b’hekk jinżammu d-dinjità u l-awtoditerminazzjoni tagħhom.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 96.
(2) Dementia Year Book 2008 Alzheimer Europe.
(3) Dikjarazzjoni tal-PE, PE414.434.
(4) COM(2009) 380 finali.
(5) Alzheimer Europe (2008) Dementia in Europe Yearbook.
(6) Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13). Ara http://ec.europa.eu/health/ph_information/indicators/lifeyears_en.htm.
(7) ĠU C 24, 31.1.2006, p. 63. (mhux disponibbli bil-Malti).
(8) ĠU C 318, 23.12.2009, p. 10.
(9) Dementia Risk Reduction: The evidence. Alzheimer’s Australia Paper 13 ta’ Settembru 2007.
(10) Id-Dikjarazzjoni tal-Alzheimer Europe f’Pariġi dwar il-prijoritajiet politiċi tal-moviment Alzheimer. (2006).
(11) Deċiżjoni Nru 742/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008, COM(2007) 332 finali, ĠU L 201, 30.7.2008, p. 49.
(12) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 105.
(13) Il-Kollaborazzjoni Ewropea dwar id-Dimenzja (EuroCoDe) teżisti biex tipproduċi indikaturi kunsenswali u biex twettaq stħarriġ konġunt.
(14) Alzheimer Europe Year Book 2008.
(15) ĠU C 10, 15.1.2008, p. 67.
(16) ĠU C 44, 16.2.2008, p. 109.
(17) ĠU C 204, 9.8.2008, p. 103.
(18) Evalwazzjoni ta’ bazi tal-forniment attwali ta’ informazzjoni lin-nies bid-dimenzja u lil dawk li jieħdu ħsiebhom; Alison Bowes Titjib fil-Kwalità tal-NHS l-Iskozja u ċ-Ċentru tal-Iżvilupp tas-Servizzi tad-Dimenzja fi Stirling, l-Iskozja.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/81 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-promozzjoni tal-mobilità taż-żgħażagħ – Green Paper”
COM(2009) 329 finali
(2010/C 255/15)
Relatur: Is-Sinjura PÄÄRENDSON
Nhar it-8 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Il-promozzjoni tal-mobilità taż-żgħażagħ – Green Paper
COM(2009) 329 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-4 ta’ Diċembru 2009. Ir-relatur kienet is-Sinjura Päärendson.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’173 vot favur, 4 voti kontra u 2 astensjonijiet.
1. Rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jappoġġja kompletament l-isforzi tal-Kummissjoni biex tippromovi l-mobilità għat-tagħlim taż-żgħażagħ. Biex mobilità akbar issir realtà, il-pajjiżi ospitanti potenzjali jridu jitħeġġu li jaġixxu ta’ “kalamiti” biex jiġbdu dawn in-nies lejn pajjiżhom u l-bliet tagħhom.
Il-miri tal-mobilità għat-tagħlim jistgħu jintlaħqu biss jekk ikun hemm kooperazzjoni sħiħa u mifruxa u jsir sforz fil-livelli kollha (l-UE, l-Istati Membri, ir-reġjuni, l-istituzzjonijiet edukattivi, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll iż-żgħażagħ innifishom).
1.2.1 Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jeliminaw l-ostakli għall-mobilità u l-iskambju tal-aqwa prattiki. Il-Kumitat jappella lill-Istati Membri biex jimplimentaw b’mod korrett il-liġi tal-komunità u jneħħu l-ostakli amministrattivi u leġiżlattivi marbuta mal-permessi ta’ residenza, id-drittijiet tas-sigurtà soċjali u l-għarfien tal-karti tal-istudenti ta’ pajjiżi oħra. Il-mobilità għat-tagħlim kienet element kruċjali għas-suċċess tal-Proċess ta’ Bolonja u l-Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni Ogħla. Il-Kumitat jemmen li l-mobilità tista’ twassal ukoll għall-iżvilupp ta’ Qasam Komuni Ewropew għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Id-dħul ta’ “Statut Ewropew Għal Min Qed Jitħarrreġ” jew “Statut Ewropew tal-Istudenti” ser jiżgura trattament indaqs u jindirizza ħafna biżgħat u tħassib dwar kwistjonijiet bħar-rikonoxximent tal-lawreji, il-kura tas-saħħa u l-appoġġ għall-istudenti.
1.2.2 Bil-għan li jiġi validat u rikonoxxut it-tagħlim formali kif ukoll dak mhux formali, il-Konvenzjoni ta’ Lisbona trid tiġi rikonoxxuta formalment, iffirmata u ratifika.
1.3 Biex ikun hemm aktar appoġġ għall-mobilità għat-tagħlim, inkluż l-appoġġ finanzjarju, huwa importanti li l-partijiet kollha jkunu konxji mill-benefiċċji li tista’ toffrilhom u jagħrfuhom. Ir-rabta bejn il-mobilità għat-tagħlim u l-impjegabbiltà għandha tiġi spejgata u enfasizzata iktar.
Biex tinżamm il-kompetittività tal-Ewropa, u l-pożizzjoni tagħha bħala mexxej ewlieni fit-teknoloġija, huwa importanti li nippromovu l-mobilità taż-żgħażagħ Ewropej kif ukoll li nattiraw l-aktar żgħażagħ intelliġenti minn pajjiżi terzi lejn l-Ewropa. Il-Kumitat jemmen bi sħiħ li l-problemi tal-viża li jxekklu l-mobilità għandhom jissolvew immedjatament. Il-Kumitat huwa konvint, li l-espansjoni gradwali u fit-tul tal-programmi ta’ mobilità għat-tagħlim f’pajjiżi terzi bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun u l-Istati Uniti tkun investiment raġonevoli.
1.4.1 Il-Kumitat jirrakkomanda bi sħiħ li fl-istess waqt għandhom isiru sforzi kbar biex jiġi evitat it-telf ta’ nies kapaċi mill-Ewropa u biex l-Ewropa ssir post attraenti kemm għax-xjenzjati ta’ oriġini Ewropea kif ukoll għal dawk li ġejjin minn barra l-Ewropa.
1.5 L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri mhux ser jiksbu l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi ta’ numru akbar ta’ studenti li jiċċaqilqu jekk ma jkunx hemm żjieda sostanzjali fir-riżorsi li jappoġġjaw il-mobilità għat-tagħlim. Fi żminijiet ta’ kriżi, għandu jkun hemm investiment strutturali biex l-Ewropa tikseb livell ogħla ta’ edukazzjoni u ta’ kompetittività. Biex jitjieb l-iffinanzjar, l-UE għandha tuża l-mekkaniżmi u s-sieħba kollha eżistenti u ddaħħal il-mobilità fil-politiki kollha rilevanti, biex tippermetti li l-finanzjament jiġi mill-Fondi Strutturali u l-Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp. Il-Fondazzjoni Ewropea tax-Xjenza (FEX) għandha ssir sors addizzjonali ta’ fondi, l-ewwel u qabel kollox għall-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (EVT), b’mod li tikkumplementa l-fondi attwali mill-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja 2007–2013.
1.6 Mobilità ikbar għat-tagħlim tista’ twassal għal titjib biss jekk il-kwalità tal-esperjenza tat-tagħlim barra tkun għolja biżżejjed. Għalhekk il-Kumitat jirrakkomanda li l-programmi kollha ta’ mobilità jżommu mal-Karta Ewropea tal-Kwalità tal-Mobilità.
1.7 Il-Kumitat jirrakkomanda wkoll li l-programmi attwali ta’ mobilità – Erasmus, Leonardo, Comenius, Grundtvig u Marie Curie – issirilhom riforma biex il-proċeduri jiġu semplifikati u jiġi żgurat li l-ostakli burokratiċi jkunu ftit kemm jista’ jkun. Huwa importanti ħafna li l-istituzzjonijiet edukattivi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu involuti f’dan il-proċess.
1.8 L-impenn għall-mobilità għandu jiġi espress permezz ta’ Livelli ta’ Referenza ambizzjużi fil-qafas strateġiku ġdid għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020), dan il-Livell ta’ Referenza għandu jiddistingwi bejn gruppi fil-mira differenti (studenti VET, għalliema, l-edukazzjoni mhux formali, l-edukazzjoni ogħla, l-istudenti tal-iskola) u għandhom ikunu bbażati fuq dati statisitiċi li jkunu ħafna aktar kompleti.
1.9 Biex jinfirex l-għarfien dwar il-programmi li jippromovu l-mobilità għat-tagħlim u jiżdied in-numru ta’ żgħażagħ li jagħżlu li jmorru jistudjaw barra, hemm bżonn ta’ informazzjoni iktar effettiva dwar it-tema.
1.10 Il-Kumitat jappoġġja t-twaqqif ta’ web portal uniku Ewropew fejn l-infomazzjoni kollha dwar il-programmi ta’ mobilità għat-tagħlim pan-Ewropej tkun tista’ tinstab faċilment, u minn fejn in-negozji jkunu jistgħu jsibu l-informazzjoni dwar iż-żgħażagħ (CVs) li qed ifittxu esperjenzi tax-xogħol u opportunitajiet ta’ apprendistat u viċe-versa. In-netwerks tal-kumpaniji Ewropej (fosthom l-organizzazzjonijiet tal-SMEs) u l-professjonisti Ewropej għandhom jiġu mħeġġa jżidu l-informazzjoni dwar il-programmi ta’ mobilità għat-tagħlim fis-siti tagħhom u jirreklamawhom fost il-membri tagħhom.
1.11 Biex jitjieb il-proċess politiku li jsegwi l-Green Paper, il-Kumitat jirrakkomanda li l-idea ta’ mobilità għat-tagħlim tiġi definita u l-faxxa ta’ età tan-nies li tkopri tkun speċifikata.
1.12 Il-Kumitat huwa konvint li biex nippromovu l-mobilita għat-tagħlim, it-tagħlim tal-lingwi għandu jsir prijorità fil-kurrikuli tal-istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ fil-livelli kollha, u jirrakkomanda li jsir studju tal-għażliet possibbli biex jidħol l-obbligu li l-għalliema tal-lingwi fl-istituzzjonijiet kollha ta’ edukazzjoni ogħla jqattgħu sena barra mill-pajjiż u li l-Istati Membri jintalbu jagħmlu ħafna aktar sforzi permezz tal-politika tal-edukazzjoni biex tintlaħaq il-mira li kull ċittadin tal-UE jitkellem tal-anqas żewġ lingwi oħra tal-UE.
2. Sinteżi tal-Green Paper tal-Kummissjoni
2.1 Fit-8 ta’ Lulju 2009 il-Kummissjoni Ewropea ppublikat Green Paper dwar “Il-promozzjoni tal-mobilità taż-żgħażagħ”. L-għan hu li jinfetaħ dibattitu dwar l-aħjar mezzi biex jitjiebu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-Ewropa biex jiżviluppaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom billi jgħixu f’pajjiż ieħor għal raġunijiet ta’ studju jew xi esperjenza ta’ xogħol, xogħol fil-komunità jew taħriġ addizzjonali fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja.
2.2 L-ambitu tal-Green Paper huwa wiesa’; għandha l-iskop li tindirizza s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fil-kuntesti differenti kollha ta’ tagħlim, jiġifieri fl-iskola; fil-livelli ta’ Baċċellerat, Master u PhD fl-istudji universitarji, kif ukoll fl-esperjenzi tax-xogħol, l-apprendistati, l-iskambji għaż-żgħażagħ, il-ħidma volontarja jew it-taħriġ vokazzjonali, gewwa jew barra l-Unjoni Ewropea (1). Id-dokument ifittex li jippromovi l-mobilità organizzata għat-tagħlim, billi jiffoka fuq il-mobilità fiżika taż-żgħażagħ (16–35 sena), filwaqt li jagħraf ukoll il-valur tal-mobilità virtwali (f’termini ta’ żvilupp ta’ sħubijiet, u proġetti ta’ taħriġ u ġemellaġġi elettroniċi). L-iskop huwa li jistieden stħarriġ ta’ kif il-mekkaniżmi u l-istrumenti eżistenti jew oħrajn ġodda jistgħu jintużaw aħjar biex jippromovu l-mobilità fost iż-żgħażagħ u kif il-livelli differenti ta’ gvern – UE, nazzjonali, reġjonali u lokali – flimkien ma’ partijiet interessati oħra – in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-individwi privati – jkunu jistgħu jikkontribwixxu. Huwa jenfasizza għadd ta’ oqsma fejn hemm bżonn li jsir aktar sforz u jissuġġerixxi strateġiji possibbli. Fejn hu applikabbli jipprovdi eżempji tal-aqwa prattiki. Għall-istudenti li jiċċaqilqu jeżistu opportunitajiet ta’ fondi, programmi edukattivi jew ta’ taħriġ u gwidi prattiċi, iżda dawn iridu jiġu reklamati aħjar u jkunu aċċessibbli iktar faċilment.
2.3 Il-programm Erasmus, fl-20 sena esperjenza li għandu, huwa prova tal-benefiċċji tal-mobilità fl-edukazzjoni ogħla. Fir-rapport ta’ Diċembru 2007 dwar l-Istrateġija ta’ Lisbona, il-Kummissjoni Ewropea saħqet li l-mobilità tat-tip Erasmus għandha ssir parti naturali mill-edukazzjoni universitarja (2). Il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jiġifieri fil-promozzjoni tal-għarfien u l-ħiliet biex tiġġieled kontra l-kriżi ekonomika attwali. Il-mobilità għat-tagħlim għandha ssir opportunità miftuħa għaż-żgħażagħ kollha fl-Ewropa biex tiżgura l-kompetittività u l-koeżjoni tal-UE fil-ġejjieni; ir-regola u mhux l-eċċezzjoni (3). Il-mobilità tal-għarfien għandha ssir il-ħames libertà fl-UE.
2.4 Il-Communiqué ta’ Leuven, adottat fid-29 ta’ April 2009 mill-Ministri responsabbli għall-edukazzjoni ogħla fil-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-proċess ta’ Bolonja, jistipola li sal-2020 tal-anqas 20 % ta’ dawk li qed jiggradwaw fil-Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni Ogħla għandhom ikunu studjaw jew tħarġu għal xi perjodu barra mill-pajjiż (4).
2.5 Għalhekk il-Green Paper tniedi konsultazzjoni pubblika u tistieden risposti dwar il-kwistjonijiet u l-mistoqsijiet li ġejjin:
|
— |
Kif jistgħu jiġu mħajra aktar żgħażagħ biex iqattgħu xi żmien barra minn pajjiżhom jistudjaw, għal taħriġ addizzjonali, fil-volontarjat jew għal experjenza tax-xogħol? |
|
— |
Liema huma l-ostakli ewlenin għall-mobilità li jridu jingħelbu? |
|
— |
Liema hu l-aħjar mod biex dawk kollha involuti – l-iskejjel, l-universitajiet, in-negozji u l-organizzazzjonijiet tagħhom, id-dipartimenti tal-gvern u l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzata u oħrajn – jaħdmu flimkien aktar mill-qrib u b’mod aktar effettiv, b’mod partikolari biex iħajru liż-żgħażagħ ta’ nazzjonalitajiet oħra ħalli jiġu jiksbu esperjenza magħhom? B’rabta ma’ dan, kif jistgħu l-kumpaniji jiġu mħajra jospitaw xi parteċipanti tal-programmi tal-mobilità, fosthom intraprendituri żgħażagħ u apprentisti? |
3. Mobilità: benefiċċji, ostakli u theddid
3.1 Kif ġustament tindika l-Green Paper, il-mobilità għat-tagħlim “hija wieħed mill-modi fundamentali li bih l-individwi, partikolarment iż-żgħażagħ, jistgħu jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jimpjegaw ruħhom kif ukoll isaħħu l-iżvilupp personali tagħhom”.
Il-fatt li jmorru f’pajjiż ieħor biex jistudjaw, bħala parti mix-xogħol li għandhom, biex jiksbu esperjenza aktar wiesgħa tax-xogħol jew għal ħidma volontarja, joffri liż-żgħażagħ opportunità reali biex iwessgħu l-orizzonti tagħhom. Madankollu, skont l-istatistiċi li tagħti l-Green Paper, fl-2006, il-programmi ta’ mobilità attwali (5) offrew opportunitajiet ta’ mobilità lil madwar 310 000 persuna – li huwa biss 0,3 % ta’ dawk li għandhom bejn 16 u 29 sena fl-UE. Id-data tal-Eurostat turi li apparti dawn il-programmi, hemm 550 000 student universitarju li jistudja barra minn pajjiżu kull sena.
3.2.1 Madankollu, il-mobilità tibqa’ baxxa minkejja l-ħafna sforzi tal-istituzzjonijiet Ewropej u oħrajn permezz ta’ programmi ta’ appoġġ u opportunitajiet oħra. Il-mobilità hija ħafna iktar aċċessibbli għal xi studenti milli għal oħrajn – pereżempju għal dawk li qed jieħdu taħriġ vokazzjonali u l-apprendisti għad fadal ħafna ostakli prattiċi, peress li 80 % tal-fondi huma għall-edukazzjoni ogħla.
3.3 Aktar milli xi eċċezzjoni, il-Green Paper għandha l-għan li tħeġġeġ li l-istudju jew ix-xogħol barra mill-pajjiż isiru għażla naturali li ż-żgħażagħ Ewropej jikkunsidraw. Iż-żgħażagħ għandhom jifhmu aħjar il-ħafna benefiċċji li dan joffrilhom, fosthom kapaċità ikbar fil-lingwi u ħiliet oħra kif ukoll kompetenzi interkulturali aħjar li jkunu ta’ benefiċċju għalihom tul ħajjithom kollha f’dinja li hi dejjem iktar multikulturali. Il-mobilità għat-tagħlim professjonali tgħammar liż-żgħażagħ b’mentalità tajba, bħal sens ta’ inizjattiva personali, li jwassalhom biex iħarsu ’l barra u jkunu kunfidenti. L-esperjenza turi li dawk li studjaw barra għandhom it-tendenza li jiċċaqilqu iktar tul il-ħajja professjonali tagħhom.
3.4 Il-KESE jappoġġja kompletament li jkun hemm mobilità akbar fost iż-żgħażagħ għat-tagħlim u għat-twessigħ tal-esperjenza professjonali tagħhom– peress li dan iżid il-mobilità fl-etajiet kollha. Biex din il-mobilità akbar issir realtà, l-ospitanti potenzjali jridu jiġu mħajra jaġixxu ta’ “kalamiti” biex jiġbdu dawn in-nies lejn pajjiżhom u l-bliet tagħhom.
Il-benefiċċjarji ewlenin tal-mobilità marbuta mat-tagħlim huma ż-żgħażagħ, l-istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka u n-negozji. Fit-tul dan għandu jtejjeb il-kompetittività tal-UE, billi jkun qed jibni soċjetà sinjura fl-għarfien, u jippromovi ċ-ċittadinanza Ewropea, billi jsaħħaħ is-sens ta’ identità Ewropea u l-ħolqien ta’ attitudni aktar pożittiva lejn l-Ewropa fost iċ-ċittadini tagħha. Il-mobilità tippromovi t-tagħlim tal-lingwi u l-multilingwiżmu.
3.5.1 Il-mobilità ta’ dawk li jitgħallmu tikkontribwixxi lejn il-moviment ħieles tal-għarfien li jista’ jitqies bħala l-ħames libertà tal-UE. Biex jippromovu l-mobilità għat-tagħlim, is-sistemi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ iridu jinfetħu aktar, tal-anqas biex itejbu l-kooperazzjoni bejn l-istabbilimenti edukattivi u jagħmlu x-xogħol tagħhom aktar effettiv. Il-mobilità bejn l-intrapriżi u bejn l-intrapriżi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u r-riċerka ser ikollha wkoll impatt ħafna akbar fuq is-sħubijiet ta’ clustering u t-teknoloġija, u dan ser isaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u l-kapaċità tagħha għall-innovazzjoni.
3.5.2 Mobilità akbar tkun ta’ benefiċċju partikolari għall-istituzzjonijiet akkademiċi prominenti permezz ta’ titjib fid-diversità kulturali u l-abbiltà li jimpjegaw gruppi ta’ riċerka li jkunu verament eċċezzjonali. Mobilità akbar tkun ukoll ta’ vantaġġ għall-kumpaniji li għandhom ambjent multikulturali u multilingwistiku u għal kull kumpanija li tinnegozja fuq skala internazzjonali. F’dinja fejn il-kompetittività tal-UE tinsab mhedda dejjem iktar minn pajjiżi li qed jiżviluppaw malajr – iċ-Ċina, l-Indja, l-Brażil u l-Afrika ta’ Isfel u fil-ġejjieni ħafna oħrajn – il-futur għan-negozji tal-UE (fuq kollox il-futur tal-opportunitajiet għal impjiegi ta’ kwalità) ser jinstab jew fil-fatt li nkunu fuq quddiem fit-teknoloġiji l-ġodda u l-manifattura speċjalizzata, li tiddependi ħafna mill-fatt li l-UE tkun fuq quddiem nett fir-riċerka u l-iżvilupp, jew inkella fil-qasam iktar wiesa’ tas-servizzi.
Madankollu, ser ikun hemm ostakli u perikli li hemm bżonn li nitħarsu minnhom; fosthom:
|
— |
il-possibbiltà ta’ konċentrazzjoni tar-riċerka fl-ogħla livell u t-tagħlim marbut magħha fi ftit ċentri elitisti, ċentri ta’ eċċellenza fl-Ewropa hekk kif l-aqwa studenti jmorru fihom, bi ħsara għal ħafna stabbilimenti inqas magħrufa; |
|
— |
il-possibbiltà ta’ konċentrazzjoni ta’ studji bil-lingwi ewlenin tad-dinja (jiġifieri l-Ingliż, il-Franċiż, l-Ispanjol u l-Ġermaniż) bi ħsara għal dawk l-Istati Membri li l-lingwa tagħhom mhix magħrufa wisq lil hinn mill-fruntieri tagħhom; |
|
— |
minħabba l-konċentrazzjoni dejjem tikber fuq l-Ingliż, studenti u riċerkaturi li jiċċaqilqu jistgħu jitħeġġu jmorru band’oħra fid-dinja fejn jintuża l-Ingliż, fosthom l-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun, partijiet oħra tal-Asja orjentali, u lil hinn: wara jista’ jkun diffiċli biex dawn in-nies jiġu persważi li eventwalment jirritornaw lejn l-Ewropa. Kwalunkwe żvilupp tal-UE fil-qasam tal-mobilità jrid ikollu biżżejjed inkoraġġiment biex l-akkademiċi li jiċċaqilqu jistabbilixxu l-bażi tagħhom fl-UE għal tul ta’ żmien; |
|
— |
telf iktar mifrux ta’ nies ta’ ħila, hekk kif jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol bnadi oħra fl-hekk imsejħa pajjiżi “bi qligħ medju” (6) fost il-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
— |
ħafna mill-benefiċċjarji jkunu gradwati fl-arti, mhux fix-xjenzi, peress li fil-qasam tax-xjenza ħafna kumpaniji żgħar jkunu jifilħu jimpjegaw biss nies bl-aktar ħiliet importanti, u l-lingwi u ħiliet oħra simili jinxtraw aktar faċilment. |
3.6.1 Biex l-Ewropa żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala mexxej ewlieni fit-teknoloġija huwa essenzjali li nrawmu l-aħjar talenti. Illum l-Istati Uniti tidher li għadha qed tmexxi ’l hekk imsejħa “gwerra għat-talent”. Madwar 400 000 Ewropew b’edukazzjoni xjentifika u teknika jgħixu u jaħdmu fl-Istati Uniti. Fost l-aqwa 50 università fid-dinja, 36 jinsabu fl-Istati Uniti meta mqabbla ma’ għaxra biss fl-UE. Iżda l-pożizzjoni ta’ tmexxija tal-Istati Uniti mhix ser tibqa’ indisputabbli. It-talent m’għadux il-predominju esklużiv tad-dinja tal-Punent. Iċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil, ir-Russja, u pajjiżi oħra qed ikollhom sehem importanti fit-tiġrija globali għall-innovazzjoni u t-talent. In-negozju fl-Ewropa ser jiffaċċja kompetizzjoni qawwija biex irawwem, jattira u jżomm nies b’talent.
Minkejja diversi tentattivi preċedenti permezz ta’ programmi ta’ appoġġ (7) u għodod oħra (8) li jippromovu l-mobilità għat-tagħlim, hemm ukoll ostakli oħra fosthom:
|
— |
ostakli legali (piżijiet amministrattivi); |
|
— |
ostakli prattiċi (għarfien tal-lingwi, differenzi kulturali, fondi insuffiċjenti, inugwaljanzi ekonomiċi, diffikultajiet dwar il-mobilità tal-fondi, nuqqas ta’ informazzjoni li tkun faċilment aċċessibbli dwar il-programmi ta’ mobilità – l-aktar minħabba n nuqqas ta’ siti tal-internet effettivi); |
|
— |
ostakli marbuta mal-għarfien reċiproku tal-kwalifiki; |
|
— |
ir-rikonoxximent tal-mobilità għat-tagħlim fil-kurrikula nazzjonali, barra minn problemi dwar id-dritt ta’ residenza; |
|
— |
prattiki differenti ħafna marbuta mal-iffinanzjar u l-kontroll tal-universitajiet madwar l-Ewropa – xi wħud huma indipendenti (pereżempju fir-Renju Unit), u oħrajn iktar kontrollati mill-qrib mill-Istat; |
|
— |
nuqqas ta’ impenn min-naħa tal-Istati Membri (9) u s-settur privat (10). |
3.7.1 Il-lingwa hija ostaklu importanti fil-mobilità għat-tagħlim (11) peress li n-nuqqas ta’ għarfien tal-lingwa tal-pajjiż ospitanti jitellef b’mod serju l-esperjenza ta’ tagħlim u dik soċjali. Huwa magħruf li 18 % biss tal-Ewropej ħarġu mir-reġjun tagħhom, filwaqt li 4 %biss marru fi Stat Membru differenti minn dak li twieldu fih, u 3 % biss ħarġu mill-Unjoni. Fl-Istati Uniti, 32 % taċ-ċittadini jgħixu barra mill-Istat li fih huma twieldu. Dan jista’ jkun marbut fundamentalment mad-diversità tal-lingwi fl-UE (12)
Madankollu, ostaklu ewlieni li jrid jingħeleb huwa li jiġi żgurata li għall-istudenti kkonċernati, l-ivvjaġġar barra mill-pajjiż ma jsirx esperjenza negattiva għall-ebda raġuni. Stejjer negattivi għandhom effett kontroproduċenti, speċjalment jekk l-istudenti l-aktar vulnerabbli – fosthom dawk b’diżabbiltà, dawk li jagħmlu parti minn minoranza minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika dgħajfa tagħhom jew minħabba li jkunu ġejjin minn minoranza etnika, jew dawk bi żvantaġġi oħra – jgħaddu minn żmien ħażin, u dan jagħmel ħafna aktar ħsara milli ġid. Il-mawra barra mill-pajjiż għandha wkoll tkun twila biżżejjed biex jilħqu jiżviluppaw ideat ġodda u aktar elastiċità fl-attitudni u l-imġiba. Il-mobilità virtwali tista’ tkun għodda prezzjuża għaż-żgħażagħ b’diżabbiltà. Iż-żgħażagħ li għalihom il-mobbiltà fiżika mhix possibbli jistgħu jipparteċipaw fil-mobilità virtwali għat-tagħlim bl-użu tal-għodod tal-IT. Il-mobilità virtwali għat-tagħlim m’għandiex tieħu post l-mobilità fiżika għat-tagħlim.
3.8.1 Għal studenti iżgħar, speċjalment dawk tal-età tal-iskola, tkun partikolarment importanti li jkun hemm garanzija ta’ kura pastorali suffiċjenti biex tappoġġja l-bidla fil-lok, tiffaċilita l-problemi tal-lingwa, tiżgura akkomodazzjoni deċenti tul iż-żmien kollu barra mill-pajjiż, toffri appoġġ finanzjarju sħiħ – ’il fuq mil-livell tal-għotjiet attwali fejn ikun meħtieġ li jsiru xi żidiet – u tiżgura li b’mod ġenerali huma aċċettati fil-komunità ġdida tagħhom.
4. Soluzzjonijiet: Risposti għall-mistoqsijiet tal-Green Paper
4.1 Huwa importanti li l-partijiet kollha jifhmu u jagħrfu l-benefiċċji li għandha x’toffrilhom il-mobilità għat-tagħlim. Min iħaddem, u b’mod speċjali l-SMEs, jridu jiġu persważi li l-mobilità għat-tagħlim tista’ toffri valur miżjud għall-kumpanija tagħhom, pereżempju permezz tal-promozzjoni ta’ apprendistati u esperjenzi tax-xogħol transnazzjonali jew billi jingħataw l-għajnuna biex jidħlu f’suq ġdid. Madankollu, f’suq ħieles, huwa importanti li tiġi evitata kull regolamentazzjoni żejda fil-livell tal-UE.
4.2 Preparazzjoni għal-perjodu ta’ mobilità għat-tagħlim: Informazzjoni u Gwida
4.2.1 Il-Kumitat jemmen li ta’ sikwit iż-żgħażagħ stess qatt ma jikkunsidraw kif il-mobilità għat-tagħlim tista’ tkun ta’ benefiċċju għalihom, b’mod partikulari billi ttejjeb il-prospetti tagħhom fis-suq tax-xogħol. Filwaqt li twaqqfu portali tal-informazzjoni fl-internet dwar il-mobilità (13), fost l-oħrajn mill-Kummissjoni Ewropea, hemm dubju serju dwar kemm dawn huma faċli biex jintużaw u aċċessibbli. Il-Kumitat jappoġġja t-twaqqif ta’ portal Ewropew uniku fejn l-infomazzjoni kollha dwar il-programmi pan-Ewropej ta’ mobilità għat-tagħlim tkun tista’ tinstab faċilment, u minn fejn in-negozji jkunu jistgħu jsibu l-informazzjoni dwar iż-żgħażagħ (CVs ta’ studenti) li qed ifittxu esperjenzi tax-xogħol (internships) u opportunitajiet ta’ apprendistat u viċe-versa.
4.2.2 In-netwerks tal-kumpaniji Ewropej u dawk professjonali (fosthom l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs) Ewropej għandhom jitħeġġu jżidu informazzjoni dwar il-programmi ta’ mobilità għat-tagħlim fis-siti tagħhom u jirreklamawhom fost il-membri tagħhom.
Il-“Punti ta’ Servizz” jaqdu rwol importanti biex l-SMEs u kumpaniji oħra interessati jingħataw pariri sabiex jitħeġġu jagħmlu sforz ikbar ħalli joffru aktar opportunitajiet ta’ xogħol liż-żgħażagħ.
4.2.3.1 Il-lingwi u l-kultura
4.2.3.2 Jekk verament irridu nneħħu wieħed mill-ostakli ewlenin għall-mobilità, u nilħqu l-mira li kull ċittadin tal-UE jkun jitkellem tal-anqas żewġ lingwi oħra tal-UE (14), il-Kumitat jagħti l-parir li jsir studju tal-għażliet possibbli biex jidħol l-obbligu li l-għalliema tal-lingwi fl-istituzzjonijiet kollha ta’ edukazzjoni ogħla jqattgħu sena barra mill-pajjiż u li l-Istati Membri jintalbu jagħmlu ħafna aktar sforzi permezz tal-politika tal-edukazzjoni biex tintlaħaq il-mira li kull ċittadin tal-UE jitkellem tal-anqas żewġ lingwi oħra tal-UE.
4.3 Kwistjonijiet legali
4.3.1 Il-Kumitat jitlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw b’mod korrett il-liġi tal-Komunità u barra minn hekk ineħħu l-ostakli fl-oqsma tal-amministrazzjoni u l-leġiżlazzjoni: permessi ta’ residenza, id-drittijiet tas-sigurtà soċjali u l-għarfien tal-karti tal-istudenti ta’ pajjiż ieħor. Il-Kumitat jemmen bi sħiħ li l-problemi tal-viża li jxekklu l-mobilità għandhom jissolvew immedjatament. Fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiġu fl-UE għal skopijiet ta’ studju, taħriġ mhux imħallas, skambji bejn l-iskejjel jew attivitajiet volontarji għal perjodi itwal minn tliet xhur, id-Direttiva 2004/114 tistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi biex tħaffef il-proċedura tal-viża għalihom. Madankollu il-kriterju identifikat fid-Direttiva u relatat ma’ gruppi speċifiċi fil-fatt jista’ jfixkel il-mobilità (15). Il-Kumitat jappoġġja l-idea li l-Istati Membri tal-UE jikkunsidraw l-estensjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/114 biex tkopri liż-żgħażagħ li jipparteċipaw fis-Servizz tal-Volontarjat tal-UE, l-iskambji bejn l-iskejjel u t-taħriġ mhux imħallas.
4.4 X’għandu jsir biex tiġi promossa aktar mobilità għal ġewwa u ’l barra mill-UE?
4.4.1 Il-mobilità jrid ikollha sehem importanti fir-relazzjonijeit bejn l-UE u l-ġirien tagħha, li għandhom jipparteċipaw fid-diskussjoni dwar il-politika u l-organizzazzjoni tal-programmi.
4.4.2 Kif diġà ġie indikat, jeħtieġ li l-popolazzjoni Ewropea taġġorna l-ħiliet tagħha biex tlaħħaq mal-isfidi tal-globalizzazzjoni u kompetizzjoni akbar. Ir-riċerkaturi Ewropej għandu jkollhom aċċess għall-aqwa istituzzjonijiet tad-dinja biex iġibu l-esperjenzi u l-għarfien espert tagħhom fil-qasam Ewropew tar-riċerka, u l-istudenti Ewropej għandu jkollhom aċċess għall-aqwa stabbilimenti edukattivi fid-dinja. Il-promozzjoni tal-mobilità taż-żgħażagħ Ewropej, u l-attrazzjoni taż-żgħażagħ minn pajjiżi terzi lejn l-Ewropa huma żewġ elementi importanti għall-kompetittività futura tal-Ewropa. Biex tattirahom, l-UE jrid ikollha l-aqwa universitajiet. L-universitajiet u l-intraprendituri Ewropej qed ifittxu opportunitajiet biex itejbu l-kooperazzjoni ħalli jiżviluppaw il-kompetittività tagħhom fid-dinja tar-riċerka u l-iżvilupp (16).
4.4.3 Għal dan il-għan, il-Kumitat iqis li hemm bżonn li jiżdied in-numru ta’ pajjiżi barranin li jipparteċipaw fil-programmi ta’ mobilità tal-UE fit-tul. Il-Kumitat jemmen li kienet ħaġa tajba li l-firxa ġeografika tal-programm Erasmus Mundus twessgħet u għalhekk għandha titqies espansjoni simili għall-programm Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ.
4.4.4 Il-Kumitat jemmen li l-espansjoni gradwali u fit-tul tal-programmi ta’ mobilità għat-tagħlim f’pajjiżi terzi bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun u l-Istati Uniti jkun investiment raġonevoli.
4.4.5 Il-Kumitat jirrakkomanda b’qawwa li fl-istess waqt għandhom isiru sforzi kbar biex jiġi evitat it-telf ta’ nies kapaċi mill-Ewropa u biex l-Ewropa ssir post attraenti għax-xjenzjati ta’ oriġini Ewropea u għal dawk barra mill-Ewropa wkoll.
4.5 Rikonoxximent u Validazzjoni
4.5.1 Il-fatt li l-validazzjoni u r-rikonoxximent kemm tat-tagħlim formali kif ukoll dak mhux formali, jew għadu mhux suffiċjenti jew inkella nieqes għal kollox huwa ostaklu kbir għall-mobilità. L-istudju PRIME mmexxi mill-ESN juri li terz mill-istudenti għandhom problemi marbuta mar-rikonoxximent tal-istudji tagħhom barra minn pajjiżhom. Jidher ċar li l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u l-gvernijiet għad fadlilhom ħafna progress x’jagħmlu. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Istati Membri kollha għandhom jagħrfu, jirratifikaw u jimplimentaw minnufih u b’mod korrett il-konvenzjoni ta’ Lisbona dwar ir-rikonoxximent.
4.5.2 Il-Kumitat jappoġġja l-idea li l-mobilità għat-tagħlim għandha tkun disponibbli għaż-żgħażagħ fil-forom kollha tal-edukazzjoni u fil-forom kollha tat-tagħlim: formali, mhux formali u informali. Trid tiġi promossa l-mobilità edukattiva bejn il-livelli differenti tal-edukazzjoni. Hemm bżonn li tinħoloq rabta bejn l-edukazzjoni ġenerali, it-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni ogħla u għandha tiġi implimentata kompletament s-sistema ta’ krediti biex tħaffef il-mobilità fl-EVT fejn l-istrutturi nazzjonali jvarjaw ħafna. Barra minn hekk, hemm bżonn li jiġu żviluppati l-konnessjonijiet bejn it-taħriġ inizjali u dak kontinwu. Biex dan iseħħ hemm bżonn ta’ implimentazzjoni mgħaġġla u koerenti tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki.
4.5.3 Ir-rikonoxximent tad-differenzi bejn il-pajjiżi f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti għal gradi ogħla u l-aċċettazzjoni tal-għotjiet għal finijiet edukattivi (grants) ta’ xulxin, differenzi fl-indennizzi għal miżati u boroż ta’ studju oħra u kriterji oħra jridu jiġu assimilati bis-sħiħ kulfejn dan huwa meħtieġ. Pereżempju r-rekwiżiti għal Grad ta’ Masters fl-Ewropa mhumiex l-istess bħal dawk għal Grad ta’ Masters fil-Ġappun, fl-istess ħin l-istudenti Ġappuniżi jkollhom ikomplu jħallsu l-miżata lill-università tagħhom u dan ifisser li għalihom l-attendenza f’università fl-Ewropa hija diffiċli ħafna mil-lat finanzjarju.
4.6 Sħubija ġdida fil-qasam tal-mobilità għat-tagħlim
4.6.1 Il-miri tal-mobilità għat-tagħlim jistgħu jintlaħqu biss jekk ikun hemm kooperazzjoni sħiħa u mifruxa u jsir sforz fil-livelli kollha (l-UE, l-Istati Membri, ir-reġjuni, l-istituzzjonijiet edukattivi, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll iż-żgħażagħ innifishom). Hemm bżonn ta’ prontezza ġenwina għall-azzjoni mill-Istati Membri biex il-mobilità għat-tagħlim tavvanza.
4.7 Għandna nistabbilixxu miri għall-mobilità fi ħdan l-UE?
4.7.1 Il-Kumitat jemmen li jrid isir aktar xogħol fuq l-istatistika wżata fil-Green Paper peress li huma biss statistiċi ġenwini li jistgħu jgħidulna kemm huma effettivi l-programmi attwali ta’ mobilità għat-tagħlim (17) u jgħinuna biex jitfasslu strateġiji sodi għall-ġejjieni b’miri reali għall-mobilità (%) għal gruppi ta’ mira differenti.
4.7.2 Hija ta’ importanza kruċjali li l-proċess ta’ Bolonja jpoġġi mira ċara għall-mobilità u miri simili għandhom jiġu stabbiliti għal oqsma oħra tal-edukazzjoni. Il-Kumitat jappoġġja l-idea li jkun hemm miri għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, għall-għalliema, l-istudenti tal-iskola u l-edukazzjoni mhux formali. Dawn il-miri għandhom jiġu stabbiliti mhux biss għall-UE b’mod globali iżda wkoll għall-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, ir-reġjuni u l-istituzzjonijiet edukattivi għandu jkollhom il-miri tagħhom ukoll. Huma u jiġu stabbiliti l-għanijiet jeħtieġ li l-kwalità tal-edukazzjoni tingħata prijorità.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) It-tagħlim jista’ jkun formali – fi ħdan is-sistema edukattiva – jew informali – fil-kuntest taż-żgħażagħ u l-volontarjat.
(2) Rapport strateġiku dwar il-verżjoni mġedda tal-Istrateġija ta’ Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi: it-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010), COM(2007) 803.
(3) Rapport tal-Forum tal-Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Mobilità, Ġunju 2008, http://ec.europa.eu/education/doc/2008/mobilityreport_en.pdf.
(4) http://www.ond.vlaanderen.be/hogeronderwijs/bologna/conference/documents/Leuven_Louvain-la-Neuve_Communiqué_April_2009.pdf.
(5) Erasmus, Leonardo, Comenius, Grundtvig, Marie Curie, il-Programm Kultura, Żgħażagħ fl-Azzjoni, Is-Servizz Volontarju Ewropew fil-Programm taż-Żgħażagħ fl-Azzjoni, il-Programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini).
(6) It-Tuneżija, il-Brażil u l-Afrika ta’ Isfel.
(7) Erasmus, Leonardo, Comenius, Grundtvig, Marie Curie, il-Programm Kultura, Żgħażagħ fl-Azzjoni, Is-Servizz Volontarju Ewropew fil-Programm taż-Żgħażagħ fl-Azzjoni, il-Programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini.
(8) Europass, is-Sistema Ewropea ta' Trasferiment u Akkumulazzjoni tal-Credits (European Credit Transfer and Accumulation System – ECTS) (għall-edukazzjoni ogħla), is-Supplement tad-Diploma, il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-Tagħlim li jissokta matul il-ħajja, is-Sistema Ewropea ta’ Credits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET), Youthpass, EURAXESS, id-Direttiva dwar “il-viża tal-istudenti” u l-pakkett dwar “il-viża tal-istudenti”.
(9) Id-dottorati huma differenti f’kull Stat Membru u hemm varjazzjoni wiesgħa fis-sistemi tal-ETV minn pajjiż għall-ieħor.
(10) Is-settur privat mhuwiex informat biżżejjed dwar programmi ta’ appoġġ tal-mobilità għat-tagħlim u mhuwiex ċar x’benefiċċji jistgħu joffru lil min iħaddem.
(11) Il-figuri (2002–03) juru li medja ta’ 1,3 sa 1,6 lingwi barranin jiġu mgħallma għal kull student fl-Istati Membri ġeneralment fl-ewwel snin u dawk ogħla tal-edukazzjoni sekondarja rispettivament. Studenti fl-EVT jinsabu aktar imbegħda mill-mira ta’ kompetenza f’żewġ lingwi barranin.
(12) 3 % biss tal-SMEs fl-Ewropa għandhom is-sussidjarji, fergħat jew intrapriżi bi sħab (joint ventures) f’pajjiżi oħra.
(13) PLOTEUS (portal dwar l-opportunitajiet ta’ tagħlim madwar l-Ewropa kollha), il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, Study in Europe, Euraxess – Researchers in motion, is-sit elettroniku ta’ Marie Curie għall-azzjonijiet kollha ta’ Marie Curie, YourEurope, Euroguidance, EURES u Eurodesk, Erasmus għall-intraprendituri żgħażagħ u l-appoġġ tal-UE għat-taħriġ u l-mobilità għall-SMEs.
(14) Il-mira stabbilita mill-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona 2002.
(15) Pereżempju, id-Direttiva teħtieġ li studenti minn pajjiżi terzi jkollhom mezzi finanzjarji minimi biex ikopru l-ispejjeż tal-għejxien tagħhom.
(16) Ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: “Sħubija ġdida għall-modernizzazzjoni tal-universitajiet: il-Forum tal-UE għad-Djalogu bejn l-Universitajiet u n-Negozji”, COM(2009) 158 finali.
(17) Barra minn hekk l-analiżi komparattivi ma’ skemi bilaterali tal-mobilità għat-tagħlim, pereżempju “Vulcanus” fl-Ewropa u fil-Ġappun (għall-istudenti tal-inġinerija u x-xjenza) għandhom jiġu kkunsidrati, peress li huma effettivi u mmirati tajjeb.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/87 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Lejn mira aħjar tal-għajnuna lill-bdiewa f’żoni bi żvantaġġi naturali”
COM(2009) 161 finali
(2010/C 255/16)
Relatur: is-Sinjura TODOROVA
Nhar il-21 ta’ April 2009 il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Lejn mira aħjar tal-għajnuna lill-bdiewa f’żoni bi żvantaġġi naturali
COM(2009) 161 finali
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-11 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kienet is-Sinjura Todorova.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-17 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’81 vot favur, vot kontra u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 F’diversi opinjonijiet (1), il-Kumitat enfasizza l-importanza essenzjali tal-kumpens xieraq bħala għodda indispensabbli għall-preservazzjoni tal-art ikkultivata u tal-biedja. L-appoġġ għaż-żoni żvantaġġati huwa tal-akbar importanza biex ikun żgurat li tissokta l-produzzjoni agrikola u biex jikkontribwixxi għall-vitalità taż-żoni rurali u biex jiġi evitat li l-art tiġi abbandunata u li tonqos il-popolazzjoni f’żoni li għandhom żvantaġġi naturali.
1.2 L-iskema taż-żoni żvantaġġati għandha wkoll tagħti sehemha biex tinżamm il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel, li tista’ ssir dejjem aktar importanti jekk il-proċess kontinwu tat-tibdil fil-klima jnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni bnadi oħra. Għalhekk il-ħsieb wara l-iskema għandu jkun immexxi mill-prinċipju li hemm benefiċċji pubbliċi li jistgħu jinkisbu jekk tiġi promossa ż-żamma tal-attività tal-biedja f’żoni żvantaġġati fejn, jekk dan ma jsirx, l-art tista’ tiġi abbandunata.
1.3 L-iskema taż-żoni żvantaġġati m’għandhiex tkun imfixkla ma’ impenji agroambjentali li jittieħdu fuq bażi volontarja. L-iskema taż-żoni żvantaġġati, fil-prinċipju, għandha toffri kumpens lil bdiewa li jaħdmu f’ċirkostanzi aktar diffiċli u li għandhom l-inqas possibbiltajiet jaqilgħu l-għajxien tagħhom mis-suq, iżda li madanakollu huma l-aktar nies li jikkontribwixxu għaż-żamma tal-pajżaġġ.
1.4 It-tmien kriterji bijofiżiċi proposti jistgħu jiffurmaw bażi tajba għad-delimitazzjoni taż-żoni żvantaġġati iżda d-disponibbiltà tad-data u l-għażla tal-limiti korretti huma ta’ importanza vitali. Għaldaqstant il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri jagħmlu analiżi fil-fond tal-impatt tal-kriterji proposti, inklużi mapep dettaljati.
1.5 Il-komunikazzjoni tissuġġerixxi li żona għandha titqies bħala żona żvantaġġata jekk 66 % tal-art tkun ikklassifikata mill-anqas f’wieħed mit-tmien kriterji. Il-KESE, imbagħad, janalizza r-riżultati tad-delimitazzjoni taż-żoni żvantaġġati u jfassal opinjoni dwar dawn il-limiti.
1.6 L-użu ta’ kriterji kumulattivi bbażati fuq evidenza xjentifika f’żoni eteroġeni li fl-istess waqt ibatu minn ħafna żvantaġġi jkun siewi ħafna, minħabba li l-kriterji jindirizzaw b’mod prattiku l-interazzjonijiet bejn ħafna fatturi influwenti. Barra minn hekk, il-kriterji ta’ indikazzjoni proposti jistgħu jkunu estiżi biex jinkludu fatturi addizzjonali, bħall-iżolament, li jistgħu jitqiesu wkoll bħala żvantaġġ naturali.
1.7 Wara li ż-żoni żvantaġġati jiġu indikati bħala tali skont il-kriterji bijofiżiċi komuni, jista’ jkun li toħroġ il-ħtieġa għal ċertu ammont ta’ rfinar. F’dan il-każ, il-KESE huwa tal-fehma li l-aktar indikatur adatt li jintuża jkun indikatur marbut mal-produzzjoni li jirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika reali tal-imprenditur, inklużi l-ispejjeż għall-opportunitajiet għax-xogħol tal-familja u għall-ekwità. Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-kriterji użati mill-Istati Membri jkunu oġġettivi u mhux diskriminatorji u li jwieġbu għall-għanijiet tal-iskema.
1.8 Il-KESE jitlob li x-xogħol addizzjonali mitlub mill-bdiewa f’żoni żvantaġġati, kif ukoll l-ispejjeż ogħla għall-investiment li huma qed jiltaqgħu magħhom, jiġu vvalutati b’mod adegwat u meqjusin fil-formola l-ġdida ta’ pagamenti prevista fir-Regolament 1698/2005.
1.9 Għandu jkun hemm perijodu adegwat ta’ bidla gradwali biex il-bdiewa jkunu jistgħu jadattaw għar-reġim il-ġdid ta’ għajnuna għaż-żoni żvantaġġati.
2. Il-kuntest
2.1 Imnedijin sa mill-1975, il-pagamenti għaż-żoni żvantaġġati (Less Favoured Areas payments) – illum imsejħin ħlasijiet ta’ kumpens għall-iżvantaġġi naturali (Natural Handicap Payments) – jgħinu biex tissokta l-biedja f’żoni muntanjużi, f’żoni żvantaġġati li ma jkunux żoni muntanjużi (l-hekk imsejħin “żoni żvantaġġati intermedji”, li huma s-suġġett tal-komunikazzjoni attwali) u f’żoni milqutin minn żvantaġġi speċifiċi (eż. gżejjer u żoni kostali, li jammontaw għal 9 % taż-żona agrikola). Iż-żoni muntanjużi jkopru kważi 16 % taż-żona agrikola tal-UE u huma kklassifikati skont l-altitudni, l-inklinazzjoni jew taħlita ta’ dawn iż-żewġ fatturi flimkien. Żoni fit-Tramuntana tat-62 parallel jitqiesu wkoll bħala żoni muntanjużi. Madwar 31 % tal-art agrikola tal-UE hija kklassifikata bħala żona żvantaġġata intermedja, fuq il-bażi ta’ aktar minn 100 kriterju nazzjonali differenti ħafna li d-diversità tagħhom mal-UE kollha kienet enfasizzata mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri bħala sors possibbli ta’ trattament mhux ugwali (2). Mhux l-irziezet kollha f’dawn iż-żoni jirċievu pagament għaż-żoni żvantaġġati.
2.2 L-Artikolu 50.3(a) tar-Regolament tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (KE) Nru 1698/2005 (3) jipprovdi definizzjoni ġdida ta’ żoni bi żvantaġġi naturali għajr dawk li huma ta’ natura muntanjuża u dawk bi żvantaġġi speċifiċi, i.e. “areas affected by significant natural handicaps, notably a low soil productivity or poor climate conditions, and where maintaining extensive farming activity is important for the management of the land” (żoni affettwati minn żvantaġġi naturali sinifikanti, notevolment produttività baxxa tal-ħamrija jew kondizzjonijiet batuti ta’ klima u fejn iż-żamma ta’ attività estensiva ta’ biedja hija importanti għall-ġestjoni tal-art) (mhux disponibbli bil-Malti), waqt li l-Artikolu 37 introduċa bidla dwar il-kalkolu tal-pagament. Madanakollu fl-2005 il-Kunsill ma laħaqx ftehim dwar sistema possibbli għall-Komunità kollha għall-ikklassifikar ta’ dawn iż-żoni. Għalhekk kien ġie deċiż li tinżamm fis-seħħ is-sistema preċedenti għal perijodu limitat u l-Kummissjoni ntalbet twettaq analiżi tal-iskema taż-żoni żvantaġġati. Is-sistema l-ġdida ta’ delimitazzjoni ta’ żoni x’aktarx tkun stabbilita fl-2014.
2.3 Il-klassifikazzjoni attwali taż-żoni żvantaġġati intermedji hija bbażata fuq tliet tipoloġiji ta’ indikaturi elenkati fl-Artikolu 19 tar-Regolament tal-FAEGG (KE) Nru 1257/1999 (4): produttività baxxa tal-art; prestazzjoni ekonomika fl-agrikoltura li hi ħafna aktar baxxa mill-medja; popolazzjoni żgħira jew li qed tonqos li fil-biċċa l-kbira tagħha tiddependi fuq l-attività agrikola. Din hija parzjalment ibbażata fuq kriterji ekonomiċi li, skont il-Kummissjoni, m’għadhomx jirriflettu l-għanijiet ċentrali tal-ħlasijiet ta’ kumpens għall-iżvantaġġi naturali. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tad-data demografika u ekonomika użata ma tqisitx biex tiġi aġġornata d-delimitazzjoni. Aktar u aktar, din seħħet b’referenza għal firxa wiesgħa ta’ kriterji nazzjonali li ta’ sikwit mhijiex komparabbli fuq livell Ewropew.
2.4 L-informazzjoni meħtieġa biex ikun evalwat ir-riżultat ta’ approċċ ġdid ta’ delimitazzjoni fuq skala dettaljata biżżejjed, (eż. muniċipalità, LAU 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika) tista’ tinġabar biss fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-Istati Membri jitħeġġu jissimulaw l-applikazzjoni fit-territorju tagħhom tat-tmien kriterji bijofiżiċi elenkati f’din il-Komunikazzjoni (temperatura baxxa, problemi minħabba s-sħana, skalatura tal-ħamrija, il-konsistenza tal-ħamrija u kemm tkun ġeblija, il-fond għax-xenxil tal-għeruq, il-proprjetajiet kimiċi tal-ħamrija, il-bilanċ tal-umdità fil-ħamrija u ż-żerżieqa tal-art) u sabiex jipproduċu mapep taż-żoni li jirriżultaw eliġibbli skont tali simulazzjonijiet. Żona titqies affetwata minn żvantaġġi naturali konsiderevoli jekk 66 % tal-art agrikola utilizzata tissodisfa tal-anqas wieħed mill-kriterji skont il-valur minimu.
2.5 Illum 13-il Stat Membru jużaw bosta indikaturi kkombinati għall-ikkalkular ta’ indiċi użat għall-ikklassifikar taż-żoni skont limiti jew klassijiet speċifiċi. F’xi każijiet is-“sistemi tal-indiċi” jistgħu jitqiesu aktar sofistikati mill-kriterji bijofiżiċi u, għalhekk ikunu kapaċi jintebħu aħjar bil-preżenza tal-iżvantaġġi f'żona. Madankollu, skont il-fehma tal-Kummissjoni, it-twaqqif ta’ sistema komuni ta’ indiċi biex tkun applikata konsistentement mill-Istati Membri kollha jkun jeħtieġ sforz enormi f’termini ta’ disinn, ġbir ta’ data, analiżi u implimentazzjoni. Għalhekk, l-istabbiliment ta’ sistema tal-indiċi pan-Ewropea bħala mezz tajjeb li bih tinstab il-preżenza ta’ żvantaġġi naturali, ma jkunx la effiċjenti u lanqas realistiku.
2.6 Huwa wkoll neċessarju, skont il-Kummissjoni, fil-każijiet fejn l-iżvantaġġi naturali jistgħu jingħelbu, li d-delimitazzjoni taż-żoni tkun irfinuta bl-applikazzjoni ta’ kriterji bijofiżiċi flimkien ma’ indikaturi adatti b’rabta mal-produzzjoni.
2.7 Il-komunikazzjoni tgħid li regoli adatti ta’ eliġibbiltà fil-livell tal-irziezet huma mod utli kif l-għajnuna tiġi mmirata lil hinn mid-delimitazzjoni ta’ żona. Skont il-Kummissjoni, madwar 150 kriterju differenti ta’ eliġibbiltà fil-livell tal-irziezet qed jitħaddmu bħalissa fl-Istati Membri differenti u xi wħud minnhom jistgħu jikkawżaw xi tħassib dwar il-kompatibbiltà mad-WTO minħabba li jeskludu ċerti setturi tal-produzzjoni jew attivitajiet agrikoli mill-għajnuna. Xi Stati Membri bħalissa jeskludu bdiewa fuq bażi part-time milli jirċievu għajnuna, għalkemm bdiewa bħal dawn jikkontribwixxu biex il-miżura tilħaq l-għan tagħha.
2.8 Fit-22 ta’ Mejju 2008 tressqu erba’ alternattivi tar-reviżjoni għal konsultazzjoni pubblika:
|
— |
Għażla 1: Status Quo+ F’dan ix-xenarju l-Istati Membri jintalbu jneħħu l-indikaturi soċjoekonomiċi li qegħdin jintużaw bħalissa għad-delimitazzjoni taż-żoni żvantaġġati u jidentifikaw il-kriterji li jqisu li huma l-akar adatti għad-definizzjoni ta’ żvantaġġi naturali li jolqtu lill-biedja. |
|
— |
Għażla 2: Kriterji Komuni Iż-żoni żvantaġġati jitfasslu bl-użu tal-kriterji bijofiżiċi komuni. |
|
— |
Għażla 3: Regoli ta’ Eliġibbiltà Il-leġiżlazzjoni Komunitarja tipprovdi qafas bażiku għall-kriterji ta’ eliġibbiltà li jindikaw il-prinċipji u x-xorta ta’ kriterji li għandhom jintużaw għall-esklużjoni ta’ sistemi ta’ biedja intensiva (eż. densità massima ta’ bhejjem, ħsad medju, marġni gross standard). |
|
— |
Għażla 4: Valur naturali għoli (HNV) Din l-għażla timplika delimitazzjoni taż-żoni aktar immirata: huma biss dawk iż-żoni kklassifikati bħala rziezet b’valur naturali għoli f’żoni milquta minn żvantaġġi naturali li jikkwalifikaw bħala żoni żvantaġġati. |
3. Il-pożizzjoni tal-KESE
3.1 L-agrikoltura hija wieħed mis-setturi ekonomiċi l-aktar importanti tal-UE, li tipprovdi impjieg lil kważi 30 miljun persuna. Li jinżamm il-mudell Ewropew tal-agrikoltura, li jkun jista’ jinkiseb ikel ta’ kwalità u li jkunu pprovduti impjiegi, huma punti essenzjali biex tissokta l-binja soċjali f’żoni rurali, iżda wkoll għar-responsabbiltà usa’ li din għandha għal rendikont tal-amministrazzjoni tal-art. Dan għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ħarsien tad-diversità għanja li hemm bħalissa fl-ikel, tat-tradizzjonijiet lokali u tal-artiġjanat. Agrikoltura sostenibbli għandha bosta effetti sekondarji pożittivi li jipprovdu servizzi pubbliċi bħaż-żamma tal-bijodiversità, il-konservazzjoni tal-ħabitats tal-ħajja fis-selvaġġ u pajżaġġ attraenti u miżmum tajjeb.
3.2 Iż-żoni żvantaġġati mhux muntanjużi jammontaw għal 30 % tal-azjendi agrikoli, 39 % tal-erja agrikola użata (UAA), 31 % tal-forza tax-xogħol fl-agrikoltura u 26 % tal-potenzjal ekonomiku espress skont id-daqs ekonomiku. Żoni rurali qed tonqsilhom il-popolazzjoni tagħhom mal-Ewropa kollha u ż-żoni żvantaġġati huma l-aktar reġjuni vulnerabbli. Dan il-proċess jista’ jkollu effett distruttiv ħafna. L-appoġġ għaż-żoni żvantaġġati huwa, għalhekk, tal-akbar importanza biex ikun żgurat li tissokta l-produzzjoni agrikola u biex jikkontribwixxi għall-vitalità taż-żoni rurali u biex ma jkunx permess li l-art tkun abbandunata u tonqos il-popolazzjoni f’żoni li għandhom żvantaġġi naturali.
3.3 F’bosta opinjonijiet il-KESE ġibed l-attenzjoni dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-bdiewa f’żoni żvantaġġati u saħaq fuq l-importanza essenzjali ta’ kumpens adegwat biex ikun żgurat li l-art tissokta tintuża għall-produzzjoni agrikola. Il-KESE jqis il-kumpens bħala mezz indispensabbli għall-preservazzjoni tal-pajżaġġ ikkultivat u l-agrikoltura f’żoni li huma partikolarment sensittivi għall-aspett ekonomiku, ambjentali u soċjali. Il-KESE jagħti attenzjoni partikolari għall-problemi tar-reġjuni fit-Tramuntana tal-UE.
3.4 F’din il-komunikazzjoni kollha, il-Kummissjoni għandha l-għan li tidentifika żoni (permezz ta’ mapep) li jippreżentaw limitazzjonijiet severi għall-produzzjoni agrikola. Matul l-ewwel fażi, il-kriterji proposti jipprovdu bażi adegwata għall-istima tal-iżvantaġġi naturali mal-UE kollha. Madanakollu, minħabba li skema ta’ appoġġ għaż-żoni żvantaġġati li taħdem tajjeb hija tant importanti għall-futur tal-PAK, jeħtieġ li ssir stima bir-reqqa tal-kriterji ssuġġeriti. Għalhekk il-Kumitat jilqa’ l-kooperazzjoni għal dak l-għan bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill (5).
3.5 Huwa vitali li tkun tista’ tinkiseb data għat-tmien kriterji bijofiżiċi biex wieħed ikun jista’ jagħti definizzjoni u jagħmel klassifika ta’ żoni agrikoli intermedji b’mod ċar u oġġettiv. Huwa importanti ħafna għall-Istati Membri li jagħmlu analiżi dettaljata tal-impatt tal-kriterji proposti, inklużi mapep dettaljati. Flimkien ma’ dan, li l-Istati Membri jitħallew jagħtu lill-Kummissjoni simulazzjonijiet għal kriterji addizzjonali u limiti minimi differenti jgħinu wkoll biex il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull Stat Membru jkunu inkorporati aħjar fid-dibattitu. Id-delimitazzjoni taż-żoni żvantaġġati f’livell ta’ muniċipalità (LAU 2) tista’ titqies bħala grad suffiċjenti ta’ dettall.
3.6 Il-komunikazzjoni tissuġġerixxi li żona għandha titqies bħala żona żvantaġġata jekk 66 % tal-art tkun ikklassifikata mill-anqas f’wieħed mit-tmien kriterji. Dan jimplika addizzjonalità, li jfisser li jistgħu jingħaddu sa tmien totali parzjali differenti (u jitnaqqsu d-duplikazzjonijiet li jirriżultaw) biex jinkiseb it-total ta’ art ikklassifikata f’reġjun partikolari. Waqt li l-qofol kollu tal-eżerċizzju biex ikunu stabbiliti żoni huwa li jkun hemm mira għall-għajnuna lil żoni fejn din tkun kruċjali għaż-żamma tal-agrikoltura, il-limitu propost jinħass li huwa għoli wisq u hemm xi tħassib li dan jista’ jwassal biex żoni żvantaġġati attwali jistgħu jiġu esklużi. Il-KESE huwa tal-opinjoni li, fin-nuqqas ta’ riżultati ta’ simulazzjoni, il-limitu ta’ 66 % għandu jiġi kkunsidrat b’attenzjoni kbira u dan ikun jista’ jkompli jiġi diskuss malli jkunu disponibbli s-simulazzjonijiet u l-mapep.
3.7 Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-użu ta’ kriterji kumulattivi bbażati fuq evidenza xjentifika f’żoni eteroġeni li jbatu minn ħafna żvantaġġi. Il-vantaġġ tas-sistemi li kienu jintużaw qabel, li f’ħafna mill-każijiet kienu sistemi ta’ indiċi, kien li kienu jinkorporaw diversi kriterji u, għalhekk, bħala strumenti, kienu aktar speċifiċi u jfissru aktar. Kienu jirriflettu kondizzjonijiet prattiċi, u l-interazzjoni bejniethom kienet ferm aħjar. L-użu ta’ indikatur kompost li jħallat diversi kriterji fuq bażi oġġettiva u xjentifika, jista’ jippermetti biex żona tiġi kklassifikata bħala żona żvantaġġata anki meta kriterji individwali ma jissuġġerux dik il-klassifika. Sitwazzjoni bħal din teżisti f’xi Stati Membri għall-klassifikazzjoni ta’ żoni muntanjużi, pereżempju. Dawn l-istrumenti huma ta’ siwi kbir minħabba li jindirizzaw b’mod prattiku l-interazzjonijiet bejn ħafna fatturi influwenti.
3.8 F’ċirkostanzi fejn l-iżvantaġġ naturali jkun ingħeleb mill-progress tekniku jew b’għamliet oħra ta’ intervent (bħal irrigazzjoni jew skulatura), il-Kummissjoni tipproponi irfinar li għandu jintuża biss biex ikunu esklużi żoni li altrimenti jkunu indikati bħala żoni żvantaġġati u biex ma jkunux inklużi żoni addizzjonali. Problema kbira, iżda, qiegħda f’żoni li jkollhom ikunu esklużi mid-delimitazzjoni minħabba li jkunu għelbu l-iżvantaġġi naturali tagħhom permezz ta’ adattament adegwat tal-prattiki tagħhom fl-irziezet. Għandu jkun innutat li l-iżvantaġġi naturali ma jistgħux jitqiesu li jkunu tneħħew għalkollox minkejja ċertu livell ta’ intervent. Għandhom jitqiesu wkoll il-piżijiet minn investimenti, li kważi dejjem ikunu kbar ħafna, u l-ispejjeż tal-manutenzjoni. Barra minn dan, għandha tingħata attenzjoni adegwata lill-fatt li dawk l-adattamenti, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ikunu possibbli biss b’finanzjament addizzjonali (eż. l-iskulatura u l-metodi ta’ irrigazzjoni).
3.9 F’opinjoni preċedenti, il-KESE diġà kien sejjaħ għal bilanċ li jagħmel sens bejn ir-regoli tal-UE u l-flessibbiltà f’livelli nazzjonali u reġjonali fit-tfassil tad-dettalji ta’ dawn il-miżuri (6). Wara l-implimentazzjoni tal-kriterji bijofiżiċi komuni, jista’ jkun meħtieġ li jsir irfinar taż-żoni żvantaġġati indikati. Il-KESE huwa tal-fehma li jekk dan iseħħ, dan għandu jitħalla jseħħ, u għandu jseħħ fil-livell ta’ Stat Membru. Mil-lenti tal-KESE, l-aktar indikatur adatt li għandu jintuża f’dan il-proċess sekondarju huwa l-indikatur relatat mal-produzzjoni li jirrifletti l-qagħda ekonomika reali tal-imprenditur, inklużi l-ispejjeż ta’ opportunità għax-xogħol tal-familja u għall-ekwità. Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-kriterji użati mill-Istati Membri huma oġġettivi u mhux diskriminatorji u li dawn iwieġbu għall-għanijiet tal-iskemi. Dan l-approċċ alternattiv ser itejjeb l-aċċess tal-irziezet ta’ daqs żgħir u medju għall-appoġġ finanzjarju u, fl-istess ħin, ser jevita li jiġu ppenalizzati l-bdiewa li jagħmlu investimenti biex jegħlbu żvantaġġi naturali. Biex tkun evitata inċertezza fost il-bdiewa, l-inklużjoni tagħhom fl-iskema għandha tkun valida tal-anqas għall-perijodu kollu ta’ programmar.
3.10 Ta’ min isemmi li fil-proposta hemm nuqqas totali ta’ referenza għal żvantaġġi ġeografiċi (iżolament, distanzi minn bażijiet tal-konsumatur, ċentri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u servizzi, eċċ.) li madankollu jirrappreżentaw wieħed mil-limiti l-kbar li jiltaqgħu magħhom irziezet f’żoni żvantaġġati. Aġġustamenti bbażati fuq tixrid ta’ rziezet, aċċess għas-suq jew ħiliet għal trasport fir-reġjun jistgħu wkoll ikunu permessi.
3.11 Il-kriterji ta’ indikazzjoni proposti jistgħu jkunu estiżi. Kriterju ieħor jista’ jkun “jiem ta’ ħila fil-qasam”, li jirrikonoxxi l-limitazzjonijiet ta’ ħmieri mxarrbin u li ma jinħadmux u b’hekk titħalla l-interazzjoni bejn tipi differenti ta’ ħamrija u ta’ klima, pereżempju fi klima marittima. Barra minn dan, xi wħud mill-valuri minimi ssuġġeriti għandhom ikunu analizzati sewwa biex jinkixfu l-kondizzjonijiet reali. Eżempju wieħed huwa l-valur ta’ 15 % għall-kriterju taż-żerżieqa tal-art propost mill-Kummissjoni. Il-Kumitat diġà għamel sejħa biex jiġu kkunsidrati t-temperaturi negattivi akkumulati fix-xitwa (7).
3.12 Meta jitqies il-fatt li l-kriterji l-ġodda jistgħu jeskludu ċerti żoni li attwalment huma eliġibbli, ikun mistenni li jkun hemm konsegwenzi estremi fil-livell tar-razzett. Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li jkun hemm perijodu adegwat ta’ bidla bil-mod sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jadattaw għar-reġim il-ġdid ta’ għajnuna għaż-żoni żvantaġġati. L-orjentament tal-politika għall-futur tal-PAK għandu wkoll ikun integrat f’dan il-proċess.
3.13 L-iskema taż-żoni żvantaġġati hija maħsuba biex tgħaddi għajnuna lil irziezet f’żoni li jbatu minn żvantaġġi naturali u tagħmel parti integrali mill-politika ta’ żvilupp rurali, l-hekk imsejħa t-tieni pilastru tal-PAK. L-iskema taż-żoni żvantaġġati għandha wkoll tagħti sehemha għall-preservazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel, li tista’ ssir dejjem aktar importanti jekk il-proċess kontinwu tat-tibdil fil-klima jnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni band’oħra. Għalhekk il-ħsieb wara l-iskema għandu jkun immexxi mill-prinċipju li hemm benefiċċji pubbliċi li jistgħu jinkisbu jekk tiġi promossa ż-żamma tal-attività tal-biedja f’żoni żvantaġġati fejn, jekk dan ma jsirx, l-art tista’ tiġi abbandunata.
3.14 L-iskema taż-żoni żvantaġġati m’għandhiex tkun imfixkla ma’ impenji agroambjentali li jittieħdu fuq bażi volontarja. Iż-żewġ skemi għandhom jitqiesu bħala addizzjonali u mhux bħala skemi li waħda teskludi lill-oħra. L-għoti ta’ ħlas ta’ kumpens għaż-żoni żvantaġġati m’għandux ikun marbut ma’ obbligi ambjentali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità. Kuntrarju għall-ewwel pilastru tal-PAK (pagamenti diretti u appoġġ lis-suq), l-iskema taż-żoni żvantaġġati għandha, fil-prinċipju, toffri kumpens lil bdiewa li jaħdmu f’ċirkostanzi aktar diffiċli minn dawk f’żoni mhux żvantaġġati u li ma jistgħux jaqilgħu l-għajxien tagħhom mis-suq, u li madankollu huma l-aktar nies li jikkontribwixxu għaż-żamma tal-pajżaġġ.
3.15 L-Istati Membri se jkun jeħtiġilhom jikkalkulaw il-pagamenti taż-żoni żvantaġġati billi jużaw il-formola l-ġdida ta’ pagament stabbilita fir-Regolament 1698/2005, li tistipola li l-pagamenti għandhom ikunu ta’ kumpens għall-ispejjeż magħmulin u għal dħul finanzjarju mitluf. Il-KESE għalhekk jitlob li x-xogħol addizzjonali mitlub mill-bdiewa f’żoni żvantaġġati, kif ukoll l-ispejjeż ogħla għall-investiment li huma qed jiltaqgħu magħhom, jiġu stmati b’mod adegwat u meqjusin fil-formola l-ġdida ta’ pagamenti.
3.16 Is-sistema l-ġdida ta’ pagament għandha ttejjeb it-trasparenza. Minkejja dan, ser jibqa’ jkun hemm varjazzjoni konsiderevoli fil-livelli ta’ pagamenti taż-żoni żvantaġġati kemm fi ħdan kif ukoll lil hinn mill-Istati Membri. Dan huwa riżultat inevitabbli ta’ meta awtoritajiet individwali jitħallew jeżerċitaw diskrezzjoni fil-mod kif iqassmu l-fondi għal żvilupp rurali li jirċievu permezz tal-FAEŻR, inkluża l-libertà li lanqas biss iħaddmu skema taż-żoni żvantaġġati.
3.17 Bosta Stati Membri mhux qed jagħtu appoġġ biżżejjed liż-żoni żvantaġġati. Il-KESE jitlob lill-Istati Membri sabiex jirrikonoxxu l-importanza kbira tal-appoġġ għaż-żoni żvantaġġati u biex iżommu s-sehem allokat għall-iskema taż-żoni żvantaġġati fil-pakketti nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp rurali, ikun x’ikun ir-riżultat tal-eżerċizzju attwali tad-delimitazzjoni taż-żoni żvantaġġati.
Brussell, 17 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 93; ĠU C 44, 16.2.2008, p. 56; ĠU C 318, 23.12.2009, p. 35.
(3) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(4) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.
(5) Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 u t-23 ta’ Ġunju 2009.
(6) . ĠU C 44, 16.2.2008, p. 56.
(7) ĠU C 318, 23.12.2009, p. 35, paragrafu 1.7.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/92 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi”
COM(2008) 436 finali – 2008/0147 (COD)
(2010/C 255/17)
Relatur: is-Sur DANTIN
Nhar it-28 ta’ Awwissu 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 71(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
COM(2008) 436 finali – 2008/0147 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-12 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Dantin.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-17 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’218-il vot favur, 16-il vot kontra u 9 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Is-settur tat-trasport jaqdi rwol essenzjali biex jiggarantixxi l-mobbiltà u l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-UE. Sabiex nindirizzaw l-isfidi tat-tkabbir u s-sostenibbiltà jeħtieġ li ntejbu l-infrastrutturi tat-trasport.
Hemm tħassib kbir fil-livell Ewropew dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-problemi kollha marbuta mas-saħħa u l-benesseri soċjali, b’rabta mal-użu effiċjenti tat-trasport.
1.2.1 F’dan ir-rigward, il-Kumitat ifakkar li l-leġiżlazzjoni Komunitarja attwalment tipprojbixxi l-Istati Membri li jixtiequ jinternalizzaw l-ispejjeż esterni fil-ħlasijiet li jridu jsiru fir-rotot ta’ transitu milli jagħmlu dan. Huwa jfakkar li pajjiż ieħor, li huwa qrib tal-UE u li qed jiffaċċja l-istess diffikultajiet, diġà implimenta politika ta’ internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni u ta’ bidla modali b’effetti potenzjalment pożittivi taħt ċerti kondizzjonijiet mil-lat ekonomiku kif ukoll minn dak ambjentali.
1.3 Il-Kummissjoni ilha taħdem biex tiżviluppa mekkaniżmi li jkejlu u jinternalizzaw l-ispejjeż esterni tat-trasport. Hija involuta fi strateġija maħsuba bil-għan li “jiġu ffissati korrettament il-prezzijiet tat-trasport sabiex jirriflettu aħjar l-użu attwali tal-vetturi, il-ferroviji, l-ajruplani jew il-vapuri f’termini ta’ tniġġis, konġestjoni u tibdil fil-klima” (COM(2008) 436 finali/2, Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha, punt 1.1).
1.4 Għalkemm il-kompetittività tat-trasport tal-merkanzija bit-triq hija importanti f’kuntest ta’ swieq globalizzati, il-Kumitat jemmen li l-applikazzjoni tal-prinċipju “min iniġġes iħallas”, li huwa japprova, u l-ħarsien tal-interess ġenerali għandhom iwasslu sabiex din il-kompetittività timxi id f’id ma’ miżuri li jnaqqsu t-tniġġis ambjentali, l-istorbju, il-ħsara lill-ambjent fil-kampanja, l-ispejjeż soċjali, bħal dawk minħabba l-mard u l-ispiża indiretta tal-inċidenti, il-konġestjonijiet u t-traffiku, li jiġġeneraw spejjeż ekonomiċi sostanzjali li jħallsu għalihom l-awtoritajiet lokali u reġjonali u għaldaqstant iċ-ċittadini Ewropej. Għaldaqstant, il-KESE jista’ jilqa’ b’mod favorevoli l-abbozz ta’ direttiva iżda, minħabba raġunijiet ta’ koerenza, jista’ jilqgħu biss bil-kondizzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tqis il-kummenti li tressqu mill-KESE fl-opinjoni tiegħu ta’ Lulju 2009 dwar “Strateġija għat-twettiq tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni” (1).
Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tal-Kummissjoni biex tippromovi l-komodalità tat-trasport inkluż it-trasport multimodali.
Fid-dawl tal-fatt li l-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali hija waħda mill-objettivi tal-Kummissjoni, l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni permezz ta’ ħlasijiet li jridu jsiru minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu tal-infrastruttura ser tippermetti lill-Istati Membri li jinsabu fiċ-ċentru jew fil-periferija jnaqqsu sensiela ta’ spejjeż minħabba l-konsegwenzi tat-tniġġis u l-problemi msemmija f’punt 1.4. It-tnaqqis possibbli fil-kompetittività tat-trasport bit-triq li jista’ jirriżulta minn dan għandu jitqies b’mod komprensiv, fil-qafas tal-interess ġenerali li għandu jiġi identifikat u b’kunsiderazzjoni tal-benefiċċji ekonomiċi tat-tnaqqis tal-impatt tat-tniġġis u l-konġestjoni tan-netwerk tat-trasport.
Barra minn hekk, l-internalizzazzjoni għandha twassal sabiex jiġu rispettati t-tlett pilastri tal-Istrateġija ta’ Lisbona – il-pilastru ekonomiku, dak soċjali u dak ekoloġiku – fir-rigward tat-trasport; din l-għodda l-ġdida għandha tkun ta’ għajnuna f’dan ir-rigward.
1.5.1 Il-Kumitat jixtieq li fil-livell Komunitarju jinħoloq qafas għall-kalkolu tal-ispejjeż esterni. L-ebda Stat Membru ma jkun jista’ jagħżel li ma jipparteċipax. Dan il-qafas għandu jinkludi sensiela ta’ kundizzjonijiet ġenerali u l-ħlasijiet li jridu jsiru għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għandhom ikunu konformi, sa ċertu limitu, ma’ dan il-qafas. Il-ħlasijiet dovuti għandhom ikunu relatati mal-użu u mhux mas-sjieda tal-mezzi tat-trasport. (2)
1.6 L-emenda tad-Direttiva attwali tgħin fl-ippjanar ta’ miżuri biex tiżdied ir-riċerka sabiex it-toroq isiru aktar ekoloġiċi: sistemi tal-ITS (3), magni, karburanti, merkanzija, kisi mill-ġdid tal-uċuh tat-toroq, eċċ.
1.7 Jeħtieġ ukoll li jiġi enfasizzat il-fatt li jekk l-UE tiddeċiedi timplimenta politika ta’ tariffi għall-ispejjeż esterni din għandha tapplika għall-mezzi kollha ta’ trasport.
1.8 Minkejja l-implimentazzjoni reċenti tagħha, il-Kumitat, bħall-Kunsill u l-Parlament, jemmen li d-Direttiva 2006/38/KE għandha tiġi emendata b’tali mod li ssir aktar effettiva. Għaldaqstant, il-KESE jqis li l-abbozz ta’ direttiva li qed jiġi analizzat u li tħejja fuq talba tal-Parlament Ewropew huwa adatt.
1.9 Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri tal-pjan ta’ azzjoni loġistiku għas-settur tat-trasport tal-merkanzija fit-toroq, li jinkludu l-użu ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni intelliġenti li huma relatati b’mod dirett mal-applikazzjoni tal-miżuri tat-trasport fil-proġett Galileo, bla dubju ta’ xejn ser tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni tat-trasport.
1.10 Il-Kumitat jemmen li jekk it-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq illum huma affettwati ħażin mill-ispiża tal-konġestjoni tat-traffiku minħabba l-impatt tal-konġestjoni fuq il-produttività tat-trasport, kwalunkwe miżura bil-għan li tnaqqas din il-konġestjoni, li parzjalment hija s-suġġett tad-direttiva li qed tiġi analizzata, fil-perijodu fit-tul ser twassal għal titjib tal-produttività tat-trasport bit-triq u ta’ mezzi oħra tat-trasport.
1.11 Id-dħul mill-ħlasijiet għandu jintuża għat-titjib tal-kwalità tas-settur tat-trasport f’termini ta’ prestazzjoni ekoloġika, soċjali u ekonomika.
1.12 Il-Kumitat jemmen li għandhom jintużaw taxxi elettroniċi għall-użu tat-triq biex jiġu introdotti tariffi għall-użu tal-infrastrutturi. Għaldaqstant, is-sistemi differenti fi ħdan l-UE għandhom ikunu interoperabbli.
1.13 Il-Kumitat jemmen li d-Direttiva, b’konformità ma’ kriterji li għandhom jiġu stabbiliti b’mod konġunt, għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-livell tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tal-vetturi li għadhom iħallsu għall-użu tal-infrastruttura u l-isforz li qed isir għat-tnaqqis ta’ dawn l-emissjonijiet.
1.14 Skont studju ta’ valutazzjoni tal-impatt imwettaq mill-Kummissjoni, huwa importanti li jitqiesu l-effetti tal-internalizzazzjoni fuq l-ekonomija b’mod ġenerali, kemm jekk hija kwistjoni ta’ benefiċċji jew ta’ spejjeż diretti u indiretti, u jitqies ukoll l-impatt fuq l-ispejjeż tal-merkanzija trasportata fil-Komunità Ewropea kemm għall-importazzjoni kif ukoll għall-esportazzjoni.
2. Daħla
2.1 B’popolazzjoni attwali ta’ 497 miljun fuq medda ta’ 4 324 782 km2 u b’294 miljun vettura (4), l-Unjoni Ewropea għandha bżonn mezzi ta’ trasport sostenibbli biex tissodisfa l-bżonnijiet tagħha ta’ mobbiltà. L-UE hija s-setgħa ekonomika ewlenija tad-dinja u hija responsabbli għal aktar minn 18 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet globali. Ir-relazzjonijiet kummerċjali jinsabu fil-qalba tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ kull soċjetà moderna u għalhekk għandu jinstab bilanċ bejn l-iżvilupp u s-sostenibbiltà.
2.2 L-internalizzazzjoni hija mekkaniżmu li jattribwixxi l-ispejjeż esterni li jinħolqu mill-mezzi ta’ trasport f’forma ta’ konġestjoni, storbju, tniġġis tal-arja u tibdil fil-klima u li jiggarantixxi li t-tariffi mħallsa mill-utenti jirriflettu l-ispiża soċjali. Hija mezz kif jiġi applikat il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, kif talab il-Parlament Ewropew.
2.3 Il-Kummissjoni diġà analizzat u pprovdiet għal din l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni fil-Green Paper tal-1995 u fil-White Paper tal-1998. Il-White Paper tal-2001 u r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-2006 ikkonfermaw ir-rieda tal-Kummissjoni li tfassal sistema effikaċi ta’ tariffi għall-użu tal-infrastrutturi.
2.4 Fl-1993 ġiet approvata l-ewwel Direttiva dwar il-ħlasijiet li jridu jsiru għall-użu tal-infrastrutturi tat-trasport fit-toroq, magħrufa bħala l-Eurovignette.
Imbagħad, din id-Direttiva ġiet emendata permezz tad-Direttiva 1999/62 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi.
2.5.1 Skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/14, il-miżuri adottati għall-mezzi l-oħra tat-trasport għandhom jiġu applikati, permezz ta’ traspożizzjoni, għall-ferroviji.
2.6 Sal-10 ta’ Ġunju 2008, l-Istati Membri kellhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi regolatorji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/38/KE dwar il-ħlas li jrid isir għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi.
2.7 Fl-2006, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill talbu lill-Kummissjoni biex tressaq, mhux aktar tard minn Ġunju 2008 (5), “mudell applikabbli b’mod ġenerali, trasparenti u komprensibbli għall-valutazzjoni tal-ispejjeż esterni għall-mezzi kollha ta’ trasport sabiex iservi bħala l-bażi għall-kalkolu fil-ġejjieni ta’ ħlasijiet għall-infrastruttura”. Barra minn hekk dan il-mudell “għandu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-impatt tal-internalizzazzjoni ta’ spejjeż esterni għall-modi kollha tat-trasport u minn strateġija għal implimentazzjoni fi stadji tal-mudell għall-modi kollha ta’ trasport”.
2.8 F’Lulju 2008, il-Kummissjoni ressqet pakkett leġiżlattiv quddiem il-Kunsill u l-Parlament dwar trasport aktar ekoloġiku li barra l-proposta għal Direttiva analizzata f’din l-opinjoni, tinkludi komunikazzjoni li tistabbilixxi mudell u strateġija bil-għan li tiffissa prezzijiet tat-trasport b’mod ġust sabiex jirriflettu aħjar it-tariffi għall-użu attwali tal-vetturi, il-ferroviji, l-ajruplani jew il-vapuri f’termini ta’ tniġġis, konġestjoni u tibdil fil-klima kif ukoll komunikazzjoni bil-għan li jitnaqqas l-istorbju tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Għaldaqstant, il-komunikazzjoni strateġika msemmija mill-Parlament u l-Kunsill hija l-bażi għaż-żewġ proposti addizzjonali.
2.9 Id-Direttiva li qed tiġi analizzata tarmonizza l-ħlasijiet li jridu jsiru għall-użu tat-toroq u ma timponix iżda tippermetti lill-Istati Membru li jixtiequ jimplimentaw l-internalizzazzjoni ta’ numru limitat ta’ spejjeż esterni (konġestjoni, storbju u tniġġis) jagħmlu dan.
B’mod partikolari, din id-Direttiva tista’ tippermetti lill-Istati Membri jvarjaw il-ħlasijiet skont il-konġestjoni u b’hekk ikunu jistgħu jqassmu t-traffiku b’mod aktar effikaċi billi jipproponu ħlasijiet aktar baxxi li jħeġġu lit-trasportaturi joperaw f’ħinijiet fejn ma jkunx hemm daqshekk traffiku. L-effetti ekonomiċi ta’ differenza bħal din għandhom ikunu pożittivi kemm għat-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq kif ukoll bil-baħar.
2.10 Għandu jiġu nnotat li l-proposta għal Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jimponu taxxi fuq l-użu tat-triq fiż-żoni urbani.
3. Kummenti ġenerali
3.1 Il-Kumitat, kif diġà stqarr f’opinjonijiet preċedenti tiegħu, jappoġġja l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u l-implimentazzjoni tiegħu li hija s-suġġett tad-Direttiva li qed tiġi analizzata. L-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju kif ukoll l-identifikazzjoni tal-interess ġenerali taċ-ċittadini Ewropej jinsabu fil-qalba tat-tħassib tal-Kumitat dwar is-suġġett ikkonċernat. Huwa jemmen li l-applikazzjoni tal-loġika tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas tfisser il-ġlieda kontra l-impatti soċjali u ambjentali tal-ispejjeż esterni tat-trasport bit-triq li huma s-suġġett tad-Direttiva li qed tiġi analizzata u fl-istess waqt jiġu esplorati mezzi ġodda biex tiġi solvuta din il-problema.
F’dan ir-rigward, il-Kumitat jagħraf l-impenn tal-Kummissjoni biex tħejji l-proposti tagħha u jilqa’ l-opportunità li janalizza kull inizjattiva li għandha l-għan li ttejjeb is-sostenibbiltà tat-trasport, li jwassal għal titjib fis-sitwazzjoni soċjali, ambjentali u ekonomika tal-UE. B’dan il-mod, il-KESE jista’ jilqa’ b’mod favorevoli l-abbozz ta’ direttiva iżda, minħabba raġunijiet ta’ koerenza, jista’ jilqgħu biss bil-kondizzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tqis il-kummenti li tressqu mill-KESE fl-opinjoni tiegħu ta’ Lulju 2009 dwar “Strateġija għat-twettiq tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni” (6). Kif stqarr tajjeb hu, is-sistema ta’ tariffi proposta tħeġġeġ lill-intrapriżi tat-trasport bit-toroq jużaw vetturi li ma jniġġsux ħafna, li jagħżlu rotot b’tendenza ta’ inqas konġestjoni, itejbu l-mod kif jgħabbu l-vetturi tagħhom u fl-aħħar jużaw l-infrastrutturi – iffinanzjati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali peremezz tat-taxxi – b’mod aktar effiċjenti u b’hekk inaqqsu l-konġestjoni.
3.2 Fid-dawl tal-impatt li jista’ jkollha l-implimentazzjoni tad-Direttiva, il-Kumitat jistaqsi dwar l-implikazzjonijiet li l-proposta għall-emenda tad-Direttiva 1999/62/KE jista’ jkollha fuq il-pożizzjoni tal-prodotti Ewropej fis-swieq dinjija. Huwa jixtieq li l-Kummissjoni toqgħod attenta għal dan il-punt.
Fi kwalunkwe każ, il-Kumitat jemmen li l-interess ġenerali u kollettiv għandu jkun it-tħassib ewlieni u li f’dan ir-rigward l-iżavantaġġi li jistgħu jirriżultaw b’rabta mal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż jistgħu jiġu kkumpensati mill-qligħ, pereżempju fir-rigward tat-tnaqqis tat-tniġġis ambjentali, l-istorbju, il-ħsara lill-ambjent fil-kampanja, l-ispejjeż soċjali, bħal dawk minħabba l-mard u l-ispiża indiretta tal-inċidenti, li joħolqu spejjeż ekonomiċi sinifikanti li għandhom iħallsuhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali u għaldaqstant iċ-ċittadini Ewropej. Dan huwa s-suġġett tad-direttiva li qed tiġi analizzata.
3.3 Minkejja l-implimentazzjoni reċenti tagħha, il-Kumitat, bħall-Kunsill u l-Parlament, jemmen li d-Direttiva 2006/38/KE għandha tiġi emendata b’tali mod li ssir aktar effettiva.
Għaldaqstant, il-KESE jikkunsidra li l-abbozz ta’ direttiva li qed jiġi analizzat, li tħejja fuq talba tal-Parlament Ewropew, huwa adatt.
Barra minn hekk, jippermetti lill-Unjoni Ewropea tibgħat sinjal importanti lis-suq bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali indispensabbli għas-suċċess tal-objettivi li l-UE stabbiliet fil-qafas “tal-pakkett tal-enerġija”.
3.4 Il-Kumitat jemmen li l-Kummissjoni għandha tiżgura li s-suq intern jaħdem tajjeb u li ma jkunx hemm distorsjonijiet fil-kompetizzjoni bejn l-intrapriżi tat-trasport tal-Istati Membri tagħha u għandha tiżgura l-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali tal-UE.
L-implimentazzjoni tat-tariffi għall-użu tal-infrastrutturi ser timponi evalwazzjonijiet mill-ġdid tat-tariffi fuq il-pajjiżi periferiċi u fuq l-Istati ta’ transitu li ser jiffaċċjaw żieda fl-ispejjeż tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti tagħhom mingħajr miżura komuni ta’ x’qed jiswilhom illum il-ġurnata t-tniġġis, il-ħsara fl-infrastrutturi, it-traffiku, il-mard taċ-ċittadini u l-ambjent. Madankollu, il-KESE huwa konxju mill-fatt li f’suq integrat, iċ-ċaqliq tal-merkanzija jsir sempliċement fuq il-bażi tal-provvista u tad-domanda, skont iċ-ċirkostanzi, mill-periferija lejn iċ-ċentru jew viċi versa; il-ħlasijiet għall-użu li japplikaw għat-trasportaturi kollha bit-triq u dan joħloq ugwaljanza bejn il-professjonisti fi ħdan l-Unjoni, meta wieħed iqis li huwa dejjem il-konsumatur aħħari li jkollu jħallas il-prezz.
3.5 Il-Kumitat huwa konxju tal-effetti negattivi kollha tat-trasport bit-triq u tal-fatt li t-trasport tal-merkanzija mhuwiex responsabbli għal dawn l-effetti negattivi kollha.
Għaldaqstant, għandu jkun hemm approċċ komprensiv għat-tariffi.
3.6 Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-Kummissjoni, kif stipulat fid-Direttiva, għandha tippreżenta mingħajr dewmien mudell għall-evalwazzjoni tal-ispejjeż esterni kollha flimkien ma’ analiżi tal-impatt tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni ta’ kull mezz ta’ trasport. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta wkoll strateġija għall-implimentazzjoni konġunta u gradwali għall-mezzi kollha tat-trasport b’tali mod li jiġu evitati miżuri li joħolqu tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fost il-mezzi tat-trasport u li jxekklu l-applikazzjoni korretta tal-komodalità.
3.7 Kif ħareġ fid-dieher wara r-reviżjoni tal-politika Ewropea tat-trasport fl-2006, hemm bżonn ta’ għadd sostanzjali ta’ għodod ta’ politika Komunitarji kif ukoll nazzjonali sabiex il-ktajjen loġistiċi Ewropej jittejbu kemm jista’ jkun, sabiex il-mezzi kollha tat-trasport isiru aktar effiċjenti u ekoloġiċi u fl-aħħar sabiex jiġi żgurat trasport aktar sostenibbli bis-saħħa tal-komodalità (7).
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kumitat jemmen li dan huwa l-mument propizju sabiex, b’mod indipendenti mill-kontenut tad-Direttiva li qed tiġi analizzata, il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni jagħmel aktar enfasi fuq miżuri komplementari u paralleli bħal pereżempju x-xiri ta’ vetturi ekoloġiċi, l-użu ta’ karburanti alternattivi, l-investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, il-kooperazzjoni bejn il-mezzi varji ta’ trasport, l-użu tat-trasport pubbliku, it-twaqqif ta’ taħriġ dwar is-sigurtà fit-toroq u stil ta’ sewqan li jagħmel użu effiċjenti mill-karburant, l-armonizzazzjoni tar-restrizzjonijiet tat-traffiku billi jinħolqu kurituri għall-moviment ħieles fil-livell Ewropew li jevitaw il-konġestjoni tat-traffiku u l-ostakoli artifiċjali: tali azzjoni tikkontribwixxi għat-titjib tas-sitwazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport internazzjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jmorru lura lejn darhom.
3.8 Il-Kumitat jixtieq li l-applikazzjoni tal-kontenut operattiv ta’ din id-direttiva timxi id f’id mal-iżvilupp tat-trasport multimodali sabiex tinstab soluzzjoni alternattiva ġenwina għall-użu tal-infrastruttura tat-triq.
3.9 Il-Kumitat iqis il-fatt li t-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq illum huma affettwati ħażin mill-ispiża tal-konġestjoni tat-traffiku minħabba l-impatt ta’ din il-konġestjoni fuq il-produttività tat-trasport. Kwalunkwe miżura li jkollha l-għan li tnaqqas din il-konġestjoni, li parzjalment hija s-suġġett tad-direttiva li qed tiġi analizzata, fil-perijodu fit-tul ser twassal għal titjib tal-produttività tat-trasport bit-triq.
F’dan ir-rigward il-Kumitat jenfasizza l-importanza tal-ispiża tal-konġestjoni, li tista’ tiġi indirizzata mill-Istati Membri fil-kuntest tal-ħlasijiet tal-ispejjeż esterni kif propost mill-Kummissjoni. Fil-fatt l-ispejjeż tal-konġestjoni jirrappreżentaw 1,1 % tal-PDG tal-Unjoni Ewropea (8). Fin-nuqqas ta’ miżuri ġodda, huwa stmat li 29 % tan-netwerk tat-toroq Ewropew ser ikunu maħnuqa bit-traffiku fl-2020 b’effetti negattivi f’termini ta’ konsum tal-karburant (konsum addizzjonali ta’ bejn 10 sa 30 % f’każ ta’ konġestjoni qawwija) (9) u ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Il-konġestjoni tirrappreżenta 42 % tat-total tal-ispejjeż esterni tat-trasport bit-triq. Il-vetturi li jġorru l-merkanzija għandhom reputazzjoni ħażina li jikkawżaw sa 3 darbiet u nofs aktar traffiku fit-toroq interurbani mill-vetturi individwali. (10)
3.10 Il-Kumitat jemmen li d-dħul minn dawn il-ħlasijiet għandhom jintużaw għat-titjib tal-kwalità tas-settur tat-trasport f’dak li għandu x’jaqsam mal-prestazzjoni ekoloġika, soċjali u ekonomika.
Bid-dħul mill-ħlasijiet għall-ispejjeż esterni, jeħtieġ li fost affarijiet oħra tingħata attenzjoni partikolari sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-sewwieqa, b’mod partikolari billi jinbnew żoni siguri għall-ipparkjar fejn ikunu jistgħu jistrieħu f’kundizzjonijiet tajba, biex jittejbu l-flotot tal-vetturi permezz ta’ investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u biex tiġi ffaċilitata l-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali.
B’rabta ma’ dan, id-Direttiva tista’ tinkludi referenza ta’ natura soċjali dwar l-impatt tal-użu previst tad-dħul iġġenerat fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sewwieqa.
3.11 Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri adegwati sabiex it-trasportaturi tal-merkanzija jkunu jistgħu jgħaddu fuq il-klijenti tagħhom l-ispejjeż li jġarrbu minħabba l-ħlasijiet li jridu jsiru taħt din id-Direttiva. L-għan huwa li l-ispiża reali tiġġarrab mis-settur tat-trasport tal-merkanzija iżda mhux li jsiru iktar stretti l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport.
3.12 Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li l-użu ta’ sistemi elettroniċi għall-ġbir tat-taxxi għall-użu tat-triq, minflok il-kabini tradizzjonali, huwa essenzjali għal ċirkolazzjoni tat-traffiku bla xkiel li taffettwa lill-utenti kollha u sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-ambjent lokali minħabba l-kjuwijiet li jinġemgħu quddiem il-gradi tal-kabini għall-ġbir tat-taxxi. Minn dan il-lat għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħaddiema li jisfaw bla xogħol minħabba l-implimentazzjoni ta’ sistemi elettroniċi. Dan għandu jinkludi t-tfittxija ta’ impjiegi alternattivi fis-setturi kkonċernati u t-twaqqif ta’ taħriġ li jista’ jkun meħtieġ.
4. Kummenti speċifiċi
4.1 Il-Kumitat jilqa’ l-fatt li m’hemm l-ebda tip ta’ diskriminazzjoni fit-taxxi u l-ħlasijiet għall-użu tat-toroq, iżda dan ifisser li l-istess prinċipju għandu jiġi applikat dejjem sabiex isir użu raġonevoli u jiġu evitati spejjeż mhux neċessarji għas-soċjetà b’mod ġenerali.
4.2 Il-Kumitat jemmen li l-awtoritajiet għandhom jagħtu aktar attenzjoni lill-ippjanar tal-art mill-muniċipalitajiet sabiex jiġu rrikonċiljati l-kwalità tal-ambjent għall-popolazzjoni u l-bżonnijiet ta’ komunikazzjoni taċ-ċittadini u sabiex jiġi evitat it-tifrix tal-bliet tul it-toroq interurbani. Il-Kumitat jemmen ukoll li għandha tiġi promossa r-riċerka dwar it-titjib tekniku fil-kisi tal-uċuh tat-toroq bil-għan li jitnaqqas l-istorbju għall-benefiċċju tal-pubbliku.
4.3 Minħabba l-fatt li l-konġestjoni qawwija u t-tniġġis fit-toroq għandhom jiġu evitati u huma objettivi soċjali importanti, il-Kumitat jemmen li t-tipi ta’ vetturi li joħolqu l-konġestjoni għandhom jiġu analizzati sabiex ikun hemm stampa aktar ċara dwar fejn hemm bżonn ta’ azzjoni biex jitnaqqas l-impatt.
4.4 Sakemm jiġi żgurat livell għoli ta’ oġġettività, il-Kumitat jilqa’ l-fatt li t-tariffa għall-ispejjeż esterni ser tiġi stabbilita minn awtorità indipendenti mill-organizzazzjoni inkarigata mill-ġestjoni u mill-ġbir ta’ parti mit-tariffa jew tat-tariffa kollha.
4.5 Il-Kumitat jemmen li huwa xieraq li kwalunkwe żidiet li jista’ jkun hemm għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż b’rabta mal-infrastruttura fiż-żoni muntanjużi għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw it-twettiq ta’ proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew li jippromovu l-komodalità u jipprovdu alternattiva ta’ trasport ikkombinat għall-mezz ta’ trasport li jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-infrastruttura.
4.6 Il-Kumitat jemmen li jekk f’każ ta’ kontroll is-sewwieq ma jkunx jista’ jipprovdi d-dokumenti meħtieġa dwar il-klassifika Ewropea tal-emissjonijiet tal-vettura, l-Istati Membri jistgħu japplikaw taxxi għall-użu tat-triq tal-ogħla livell sakemm ikun hemm possibbiltà ulterjuri ta’ rimedju b’kumpens xieraq tal-ammonti żejda mħallsa.
4.7 Il-Kumitat jaqbel li jkun hemm sistema divrenzjali għall-vetturi skont it-tniġġis jew l-istorbju li jiġġeneraw.
4.8 Il-Kumitat jemmen li l-applikazzjoni tal-ġbir tat-taxxi u t-tariffi għall-użu tat-triq hija maħsuba b’mod li jkun hemm tfixkil mill-inqas għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tat-traffiku. Jemmen ukoll li huwa essenzjali li jiġu eliminati l-kjuwijiet li qed jinġemgħu attwalment ma’ ċerti fruntieri fejn jinġabru t-taxxi għall-użu tat-triq.
Brussell, 17 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 80.
(2) Ara l-opinjoni msemmija fin-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(3) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 85..
(4) Skont statistika provduta mid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, fl-Unjoni Ewropea ta’ 27 Stat Membru fl-2006 kien hemm 30 837 000 rota bil-mutur, 229 954 000 karozza privata, 797 900 karozza tal-linja u 32 249 000 vettura kummerċjali.
(5) L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/38/KE jistipula li “Mhux aktar tard mill-10 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta’ din id-Direttiva, fejn tittieħed kunsiderazzjoni ta’ żviluppi fit-teknonoloġija u t-tendenza fid-densità tat-traffiku, inkluż l-użu ta’ vetturi ta’ aktar minn 3,5 u inqas minn 12-il tunnellata metrika, u jivvaluta l-impatt tagħha fuq is-suq intern, inkluż fuq reġjuni gżejjer, reġjuni maqtugħa mill-baħar u reġjuni periferiċi tal-Komunità, il-livelli ta’ investiment fis-settur u l-kontribut tiegħu għall-objettivi tal-politika ta’ trasport sostenibbli.”
“L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa għar-rapport lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 ta’ Diċembru 2010.”
“Mhux iktar tard mill-10 ta’ Ġunju 2008 il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat l-għażliet kollha, inklużi spejjeż marbuta mal-ambjent, mal-ħsejjes, mal-konġestjoni u mas-saħħa, għandha tippreżenta mudell applikabbli b’mod ġenerali, trasparenti u komprensibbli għall-valutazzjoni tal-ispejjeż esterni kollha sabiex iservi bħala l-bażi għall-kalkolu fil-ġejjieni tal-ħlasijiet għall-infrastruttura. Dan il-mudell għandu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-impatt tal-internalizzazzjoni ta’ spejjeż esterni għall-modi kollha ta’ trasport u minn strateġija għal implimentazzjoni fi stadji tal-mudell għall-modi kollha ta’ trasport. Ir-rapport u l-mudell għandhom ikunu akkumpanjati, fejn ikun xieraq, minn proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal reviżjoni ulterjuri ta’ din id-Direttiva.”
(6) Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(7) Il-komodalità tfisser l-użu effikaċi tal-mezzi tat-trasport, kemm jekk jintużaw waħidhom kif ukoll fil-kuntest ta’ integrazzjoni multimodali fis-sistema tat-trasport Ewropew b’tali mod li jsir l-aħjar użu u użu sostenibbli tar-riżorsi.
(8) Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni dwar trasport aktar ekoloġiku.
(9) Kummissjoni Ewropea, studju dwar l-impatt fuq l-internalizzazzjoni tal-ipejjeż esterni, p. 55.
(10) CE Delft Manuel IMPACT.
APPENDIĊI GĦALL-OPINJONI
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Din l-emenda, li kisbet mill-inqas kwart tal-voti mixħuta, tressqet għall-votazzjoni u ġiet irrifjutata matul id-dibattitu:
Punt 3.9
Ibdel kif ġej:
“Il-Kumitat iqis il-fatt li t-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq illum huma affettwati ħażin mill-ispiża tal-konġestjoni tat-traffiku minħabba l-impatt ta’ din il-konġestjoni fuq il-produttività tat-trasport. Kwalunkwe miżura li jkollha l-għan li tnaqqas din il-konġestjoni, li parzjalment hija s-suġġett tad-direttiva li qed tiġi analizzata, fil-perijodu fit-tul ser twassal għal titjib tal-produttività tat-trasport bit-triq.
F’dan ir-rigward il-Kumitat jenfasizza l-importanza tal-ispiża tal-konġestjoni, li tista’ tiġi indirizzata mill-Istati Membri fil-kuntest tal-ħlasijiet tal-ispejjeż esterni kif propost mill-Kummissjoni. Fil-fatt l-ispejjeż tal-konġestjoni jirrappreżentaw 1,1 % tal-PDG tal-Unjoni Ewropea (1). Fin-nuqqas ta’ miżuri ġodda, huwa stmat li 29 % tan-netwerk tat-toroq Ewropew ser ikunu maħnuqa bit-traffiku fl-2020 b’effetti negattivi f’termini ta’ konsum tal-karburant (konsum addizzjonali ta’ bejn 10 sa 30 % f’każ ta’ konġestjoni qawwija) (2) u ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Il-konġestjoni tirrappreżenta 42 % tat-total tal-ispejjeż esterni tat-trasport bit-triq. .”
Raġuni
Is-sentenza “Il-vetturi li jġorru l-merkanzija għandhom reputazzjoni ħażina li jikkawżaw sa 3 darbiet u nofs aktar traffiku fit-toroq interurbani mill-vetturi individwali” hija meħuda mill-Manwal Delft tal-KE IMPACT, li huwa disponibbli biss bl-Ingliż, kif imsemmi fin-nota 8 f’qiegħ il-paġna, (għalkemm mingħajr indikazzjoni ta’ paġna). Iżda s-sentenza kkonċernata f’dan l-istudju (innotata mill-membri li qed iressqu din l-emenda li din tidher fin-naħa ta’ fuq tal-paġna 34) fil-fatt tissemma’ b’dan il-mod: “Dan l-approċċ jirrifletti r-responsabbiltà għall-konġestjoni skont l-ispazju fit-triq li jittieħed.”, li huwa pjuttost differenti. Ikun aħjar li din is-sentenza titneħħa għalkollox milli tittieħed mill-istudju billi s-sentenzi preċedenti ttieħdu minn studji oħrajn li jirreferu għat-trasport bit-triq kollu kemm hu, filwaqt li s-sentenza mill-istudju tirreferi għal trakk individwali. It-test ikkwotat jirreferi biss għal kalkolu standard u l-ispazju fit-triq li jittieħed minn trakk wieħed. Iżda l-konġestjoni tinħoloq minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità fl-infrastruttura għal ċertu fluss ta’ karozzi privati u trakkijiet flimkien f’ħin partikolari jew minħabba avvenimenti mhux tas-soltu bħall-inċidenti u maltemp. Fil-każ tal-kapaċità tal-infrastruttura, il-fattur kruċjali huwa l-intensità jew it-taħlita ta’ vetturi privati u trakkijiet (data tal-Eurostat għall-UE 27: inqas minn 20 % tat-traffiku jikkonsisti f’vetturi ta’ merkanzija tqila; hemm madwar 230 miljun vettura privata u biss 34 miljun trakk u karrozza tal-linja). Is-sehem tal-inċidenti kkawżati mit-trakkijiet bejn 1996–2006 fl-UE kien biss 13 %, li minnhom biċċa żgħira biss ikkawżaw il-konġestjoni.
|
Votazzjoni |
Favur: 91 |
Kontra: 138 |
Astensjonijiet: 10 |
(1) Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni dwar trasport aktar ekoloġiku.
(2) Kummissjoni Ewropea, studju dwar l-impatt fuq l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni, p. 55.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/98 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni ‘Il-protezzjoni tal-Ewropa mill-attakki ċibernetiċi u t-tfixkil fuq skala kbira: titjib fit-tħejjija, is-sigurtà u r-reżistenza’”
COM (2009) 149 finali
(2010/C 255/18)
Relatur: is-Sur McDONOGH
Nhar it-30 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni “Il-protezzjoni tal-Ewropa mill-attakki ċibernetiċi u t-tfixkil fuq skala kbira: titjib fit-tħejjija, is-sigurtà u r-reżistenza”
COM(2009) 149 finali
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-12 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur McDonogh.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’179 vot favur u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan ta’ azzjoni għall-ħarsien tal-infrastruttura kritika ta’ informazzjoni (CIIs) fl-Ewropa. Il-Kumitat jaqsam mal-Kummissjoni it-tħassib dwar il-vulnerabilità tal-Ewropa għal attakki ċibernetiċi fuq skala kbira, fallimenti tekniċi, attakki mill-bnedmin u diżastri naturali, u l-ħsara enormi li tista’ ssir lill-ekonomija u lill-benesseri taċ-ċittadini tagħha. Naqblu mal-Kummissjoni li hija meħtieġa azzjoni urġenti biex jiżdiedu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-UE biex tindirizza din il-problema kritika. Naqblu wkoll mal-ħtieġa li jinbena malajr qafas ta’ politika komprensiv għall-ħarsien tas-CIIs.
1.2 Il-Kumitat jinnota l-konklużjonijiet tal-Konferenza Ministerjali tal-UE dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni (CIIP) u jinsab imħasseb ħafna li l-Ewropa mhijiex ippreparata sew biex tiffaċċja attakki ċibernetiċi jew tfixkil fuq skala kbira ta’ CIIs, għaliex l-approċċi li jittieħdu fi Stati Membri individwali għal ħarsien tas-CIIs ta’ spiss ma jkunux konsistenti u jiġu kkoordinati b’mod mhux adatt. Jidher ċar li l-evoluzzjoni tal-Internet u n-nuqqas ta’ ħsieb li jqis sistemi kbar dwar is-sigurtà u r-reżistenza ta’ infrastrutturi ta’ informazzjoni wasslu għas-sitwazzjoni serja li ninsabu fiha llum. Madankollu, issa li ġiet identifikata l-ħtieġa għal azzjoni, il-Kumitat isejjaħ lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni b’mod deċiżiv u mingħajr dewmien biex tindirizza l-problema.
1.3 Il-Kumitat jappoġġja l-pjan ta’ azzjoni fuq livell għoli ta’ “ħames pilastri” imfisser fil-komunikazzjoni u jfaħħar lill-Kummissjoni għax-xogħol li għamlet; huwa diffiċli ħafna li jiġi żviluppat approċċ integrat, b’ħafna partijiet interessati u fuq bosta livelli sabiex jissaħħu s-sigurtà u r-reżistenza tas-CIIs, b’mod speċjali f’dan il-każ fejn huwa involut grupp ta’ partijiet interessati li xejn mhu magħqud, u meta tqis il-kumplessità tal-infrastrutturi ta’ informazzjoni Ewropej. Jirrikonoxxi wkoll ir-rwol ta’ appoġġ u l-kontribut tal-ENISA għall-kisba tal-objettivi ta’ din il-Komunikazzjoni.
1.4 Il-Kumitat jinnota li ma saritx azzjoni biżżejjed mill-partijiet interessati biex jimplimentaw ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2007/C 68/01 kif tirrelata għas-sigurtà u r-reżistenza tal-infrastruttura tal-ICT (1). Id-diffikultà fl-iżvilupp ta’ politiki effettivi għall-ħarsien tal-infrastrutturi ta’ informazzjoni l-iktar kritiċi tal-Ewropa tgħin lil dawk li jixtiequ jattakkaw CIIs għal raġunijiet politiċi jew finanzjarji. Għalhekk, il-Kumitat jixtieq li l-Kummissjoni tkun iktar assertiva dwar ir-rwol qawwi ta’ tmexxija meħtieġ biex jingħaqdu l-partijiet interessati kollha u biex jiġu implimentati miżuri effettivi biex l-Ewropa titħares minn theddid possibbli lill-infrastrutturi kritiċi ta’ informazzjoni tagħha. Il-Kumitat ma jemminx li l-pjan ta’ azzjoni mfisser fil-Komunikazzjoni ser iġib ir-riżultati mixtieqa sakemm ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tiegħu tingħata lil awtorità regolatorja xierqa.
1.5 Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal opinjonijiet preċedenti tal-KESE li kkummentaw dwar il-ħtieġa għal soċjetà tal-informazzjoni sikura, it-tħassib dwar is-sigurtà tal-Internet u l-ħarsien ta’ infrastrutturi kritiċi.
2. Rakkomandazzjonijiet
2.1 L-Unjoni Ewropea għandha tagħti r-responsabbiltà lil awtorità regolatorja adatta, li tkun tinkludi membri tal-Aġenzija Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali, biex timplimenta ħarsien effettiv għall-infrastrutturi kritiċi ta’ informazzjoni madwar l-UE.
2.2 L-Istati Membri kollha għandhom jiżviluppaw strateġija nazzjonali, politika soda u ambjent regolatorju, proċessi olistiċi nazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju u miżuri u mekkaniżmi adatti għal-stat ta’ preparazzjoni. F’dak ir-rigward, kull Stat Membru għandu jifforma Skwadra ta’ Rispons f’Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERT) u jara li din tissieħeb mal-Grupp Governattiv Ewropew ta’ CERTs (EGC) (2).
2.3 Il-Kummissjoni jmissha tħaffef ix-xogħol tagħha fuq it-twaqqif tas-Sħubija Ewropea bejn is-Settur Privat u Pubbliku għar-Reżistenza (EP3R) u tintegraha mal-ħidma tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u l-Grupp Governattiv Ewropew ta’ CERTs (EGC).
2.4 L-aqwa prattika fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju għandha tikkontribwixxi għall-politika dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni (CIIP) fil-livelli kollha. B’mod partikulari l-ispiża potenzjali minħabba fallimenti fis-sigurtà u ta’ reżistenza għandha tiġi kkwantifikata u kkomunikata lill-partijiet interessati responsabbli rilevanti.
2.5 Pieni finanzjarji u oħrajn għandhom jiġu imposti fuq partijiet interessati li jonqsu milli jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom taħt politika ta’ CIIP, b’mod proporzjonat mar-riskju u l-ispiża tal-fallimenti fis-sistema li jseħħu minħabba t-traskuraġni tagħhom.
2.6 Ir-responsabbiltà għas-sigurtà u r-reżistenza tas-CIIs għandha tkun l-iktar fuq il-partijiet interessati l-kbar – il-gvernijiet, il-fornituri tal-infrastruttura u tat-teknoloġija – u m’għandhomx jiġu permessi jevitaw responsabbiltà billi jittrasferixxu dik ir-responsabbiltà lill-konsumaturi korporattivi u privati.
Is-sigurtà u r-reżistenza jridu jkunu obbligi ta’ tfassil fis-sistemi kollha tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) implimentati fl-UE. Għandna ninkoraġġixxu partijiet interessati privati fil-qasam tas-CIIP biex jagħmlu sforz kontinwu favur titjib f’oqsma partikulari relatati mar-reżistenza – pereżempju ġestjoni tan-netwerk, ġestjoni tar-riskju u kontinwità tan-negozju.
2.7.1 It-twaqqif u l-infurzar tal-aqwa prattiki u standards għandhom ikunu parti fundamentali ta’ kull politika li tindirizza l-prevenzjoni ta’ fallimenti, miżuri ta’ rispons għal sitwazzjonijiet u l-irkupru ta’ CII.
2.7.2 Għandha tingħata prijorità lill-implimentazzjoni tat-teknoloġiji IPv6 (l-aħħar protokoll għal indirizzi fuq l-Internet) u DNSSEC (pakkett għat-tisħiħ fis-sigurtà fis-Sistema tal-Ismijiet tad-Domains fuq l-Internet) fl-Internet fl-UE, li għandhom isaħħu s-sigurtà fuq l-Internet.
2.8 Inħeġġu l-partijiet interessati pubbliċi u privati biex jaħdmu flimkien regolarment biex permezz ta’ eżerċizzji jeżaminaw il-miżuri ta’ tħejjija u ta’ risposta tagħhom. Nappoġġjaw bis-sħiħ is-suġġerimenti tal-Kummissjoni f’din il-Komunikazzjoni biex jiġi organizzat l-ewwel eżerċizzju pan-Ewropew fl-2010.
2.9 Trid titrawwem fl-Ewropa industrija tas-sigurtà tal-informazzjoni b’saħħitha li jkollha kompetenza ugwali għal dik fl-Istati Uniti li hija ffinanzjata tajjeb ħafna. Għandu jiżdied b’mod sinifikanti l-investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp relatat ma’ kwistjonijiet ta’ CIIP.
2.10 Il-fondi għandhom jiżdiedu għall-iżvilupp ta’ ħiliet u ta’ programmi ta’ għarfien u tqajjim tal-kuxjenza fil-qasam tas-sigurtà ċibernetika.
2.11 Aġenziji ta’ informazzjoni u ta’ appoġġ għandhom jiġu stabbiliti f’kull pajjiż membru biex jgħinu lill-SMEs u liċ-ċittadini jifhmu u jikkonformaw mar-responsabbiltajiet tagħhom taħt politika ta’ CIIP.
2.12 Fl-interess tas-sigurtà l-UE għandha tavvanza l-pożizzjoni tagħha dwar il-ġejjieni tal-governanza tal-Internet (3), li ssejjaħ għal approċċ iktar multilaterali li jirrispetta l-prijoritajiet nazzjonali tal-Istati Uniti iżda jirrifletti wkoll l-interessi tal-Unjoni Ewropea. L-azzjoni tal-UE f’dan il-qasam għandha tinkludi studju fil-fond dwar l-interazzjonijiet bejn is-sigurtà ċibernetika u r-rispett tal-libertajiet pubbliċi u privati.
3. Sfond
It-theddida ta’ attakki ċibernetiċi fuq skala kbira fuq Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni
3.1.1 Infrastrutturi Kritiċi ta’ Informazzjoni (CIIs) iħaddan fihom it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICTs) li jipprovdu l-pjattaformi bażiċi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-provvediment ta’ prodotti u servizzi essenzjali, inklużi funzjonijiet soċjetali vitali bħall-provvista tal-enerġija, l-ilma, it-trasport, il-qasam bankarju, servizzi tas-saħħa u ta’ emerġenza.
3.1.2 CIIs huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ integrazzjoni ta’ sistemi kumplessi, interdipendenzi fuq infrastrutturi oħrajn (pereżempju l-enerġija) kif ukoll interkonnessjonijiet transkonfinali. Għaldaqstant dawn l-infrastrutturi huma esposti għal bosta riskji, li jistgħu jwasslu għal falliment katastrofiku tas-sistemi li jaffettwa servizzi soċjetali kritiċi f’bosta Stati Membri. Ir-riskji joriġinaw minn żbalji umani, fallimenti tekniċi, attakki minn bnedmin (inklużi attakki kriminali u mmotivati politikament) u diżastri naturali. L-istudju tar-riskji juri n-nuqqasijiet ta’ dawn is-sistemi, u b’hekk toħroġ fid-dieher il-possibilità li jittieħed il-kontroll permezz ta’ prattiki, intenzjonati jew le, li jippreġudikaw il-libertajiet kemm pubbliċi kif ukoll privati. Il-Kummissjoni hija inkarigata mir-rispett tad-drittijiet fundamentali fit-tħejjija tal-leġiżlażżjoni Komunitarja.
3.1.3 Gvernijiet u fornituri ta’ servizzi vitali ma jippubbliċċizzawx fallimenti ta’ sigurtà u reżistenza sakemm ma jkollhomx bżonn. Madankollu, kien hemm ħafna eżempji fil-pubbliku tat-theddida għall-infrastruttura kritika minn fallimenti ta’ sigurtà u ta’ reżistenza fis-CIIs:
|
— |
Kien hemm attakki ċibernetiċi fuq skala kbira fl-Estonja, il-Litwanja u l-Ġeorġja fl-2007 u l-2008. |
|
— |
Ksur fil-kejbils transkontinentali ta’ taħt il-baħar fil-Mediterran u fil-Golf Persjan fl-2008 affettwa t-traffiku tal-Internet f’ħafna pajjiżi. |
|
— |
F’April 2009 uffiċjali tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Uniti ddikkjaraw li “spijuni ċibernetiċi” kienu ppenetraw il-grid tal-elettriku tal-Istati Uniti u ħallew warajhom programmi tas-softwer li jistgħu jintużaw biex jiddisturbaw is-sistema. |
|
— |
F’Lulju l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel kellhom jiffaċċjaw attakk pubbliku ħafna li waqqaf is-servizz (li kien jinvolvi bejn 100 000 u 200 000 PC “zombie”), li laqat bosta siti tal-internet tal-gvern. |
3.1.4 Il-problema hija ggravata ħafna iżjed minħabba l-intenzjoni malizzjuża ta’ gruppi kriminali u l-użu ta’ attakki ċibernetiċi għal motivi politiċi.
|
— |
Billi jiġu sfruttati dgħufijiet fis-sistemi operattivi ta’ kompjuters personali konnessi mal-Internet, gruppi kriminali ħolqu “botnets” – PCs li permezz tal-“malware” (softwer malizzjuż) flimkien jiffurmaw netwerk, u kompjuter virtwali wieħed li jista’ jiġi kkmandat mill-kriminali (bħal “zombies” jew “drones”). Dawn il-“botnets” jintużaw għal bosta attivitajiet kriminali, u biex japppoġġjaw attakki ċibernetiċi fuq skala kbira mmexxija minn terroristi u gvernijiet li jipprattikkaw il-gwerra ċibernetika, li “jikru” l-botnets mill-kriminali. Huwa maħsub li “botnet” partikulari li jġib l-isem “Conficker” għandu iktar minn 5 miljun PC taħt il-kontroll tiegħu. |
3.1.5 L-ispiża ekonomika tal-falliment tas-CIIs tista’ tkun għolja immens. Il-Forum Ekonomiku Dinji jaħseb li hemm probabbiltà ta’ bejn 10-20 % ta’ falliment ewlieni tas-CII fl-għaxar snin li ġejjin, bi spiża globali potenzjali ta’ USD 250 biljun u t-telf ta’ eluf ta’ ħajjiet.
Il-problema tal-istat ta’ preparazzjoni, is-sigurtà u r-reżistenza
3.2.1 L-Internet huwa l-pjattaforma primarja għall-appoġġ tal-biċċa l-kbira tas-CIIs tal-Ewropa. L-arkitettura tal-Internet hija bbażata fuq l-interkonnessjoni ta’ miljuni ta’ kompjuters bl-ipproċċessar, il-komunikazzjoni u l-kontroll distribwiti globalment. L-arkitettura ddistribwita hija punt kruċjali biex l-Internet ikun stabbli u reżistenti, b’irkupru malajr ta’ flussi ta’ traffiku kull meta titfaċċa problema. Madankollu, ifisser ukoll li attakki ċibernetiċi fuq skala kbira jistgħu jsiru minn xifer in-netwerk, bl-użu ta’ “botnets” pereżempju, minn kull delinkwent b’dik l-intenzjoni u b’għarfien bażiku.
3.2.2 Netwerks tal-komunikazzjoni globali u CIIs jinvolvu livell għoli ta’ interkonnettività transkonfinali. Għaldaqstant, jekk hemm livell baxx ta’ sigurtà u reżistenza tan-netwerk f’pajjiż wieħed, dan jista’ jaffettwa ħażin is-sigurtà u r-reżistenza ta’ CIIs fil-pajjiżi kollha l-oħra li magħhom dan ikun interkonness. Din l-interdipendenza internazzjonali titfa’ r-responsabbiltà fuq l-UE biex ikollha politika integrata għall-ġestjoni tas-sigurtà u r-reżistenza tas-CII madwar l-Unjoni.
3.2.3 Fost il-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati u f’ħafna mill-Istati Membri jeżisti livell baxx ta’ għarfien u konoxxenza dwar ir-riskji għal CIIs. Ftit pajjiżi biss għandhom politika komprensiva għall-ġestjoni ta’ dawk ir-riskji.
3.2.4 Ir-riformi proposti tal-Qafas Regolatorju għal netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi se jsaħħu l-obbligi tal-operaturi tan-netwerks sabiex jiżguraw li jittieħdu miżuri adatti biex jiġu identifikati r-riskji, tiġi ggarantita l-kontinwità tas-servizzi u jiġi notifikat kull ksur fis-sigurtà (4).
3.2.5 Il-maġġoranza kbira ta’ teknoloġiji li jappoġġjaw il-pjattaforma għal CIIs huma pprovduti mis-settur privat u l-iżgurar ta’ kooperazzjoni xierqa sabiex ikun hemm protezzjoni effettiva għal CIIs jiddipendi b’mod qawwi fuq livelli għolja ta’ kompetenza, fiduċja, trasparenza u komunikazzjoni bejn il-partijiet interessati kollha – gvernijiet, negozji u konsumaturi.
3.2.6 Huwa essenzjali approċċ li jinvolvi ħafna partijiet interessati, li huwa fuq bosta livelli u li huwa internazzjonali.
3.3 Pjan ta’ Azzjoni fuq Ħames Pilastri
Il-Kummissjoni qed tipproponi pjan ta’ azzjoni fuq ħames pilastri biex tindirizza dawn l-isfidi:
|
1. |
Stat ta’ preparazzjoni u prevenzjoni: biex jiġi żgurat stat ta’ preparazzjoni fil-livelli kollha |
|
2. |
Skoperta u tweġiba: biex jiġu pprovduti mekkaniżmi adegwati ta’ twissija bikrija |
|
3. |
Mitigazzjoni u rkuprar: biex jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ difiża tal-UE għas-CII |
|
4. |
Kooperazzjoni internazzjonali: biex jiġu promossi l-prijoritajiet tal-UE internazzjonalment |
|
5. |
Kriterji għas-settur tal-ICT: biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Identifikazzjoni u d-Deżinjazzjoni tal-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej (5) |
Ġew stabbiliti objettivi speċifiċi taħt kull wieħed minn dawn it-titoli b’dati ta’ mira għal uħud minnhom li jestendu sa tmiem l-2011.
4. Kummenti
4.1 Ser ikun diffiċli ħafna li tiġi żviluppata u implimentata strateġija effettiva għall-protezzjoni tas-CIIs mill-approċċ imfisser fil-komunikazzjoni li jibbaża ħafna fuq il-konsultazzjoni, u li huwa volontarju u msejjes fuq il-kooperazzjoni. Minħabba s-serjetà u l-urġenza tal-isfida, il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżamina l-politika li qed tiġi segwita fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti li r-responsabbiltà u l-poter jingħataw lil awtorità regolatorja adatta.
4.2 Il-Kumitat jaqbel mas-sejħa tar-Riżoluzzjoni 58/199 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-“ħolqien ta’ kultura globali ta’ sigurtà ċibernetika u l-ħarsien tal-infrastrutturi kritiċi ta’ informazzjoni”. Minħabba l-interdipendenza bejn il-pajjiżi għas-sigurtà u r-reżistenza ta’ CIIs – “Katina hija b’saħħitha daqs l-iktar ħolqa dgħajfa” – huwa allarmanti li disa’ Stati Membri biss s’issa stabbilixxew Skwadri ta’ Rispons f’Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERTs) u ssieħbu mal-Grupp Governattiv Ewropew ta’ CERTs (EGC). Il-formazzjoni ta’ dawn l-iskwadri trid tkun iktar fuq quddiem fl-aġenda intergovernattiva.
4.3 Partijiet interessati fis-sigurtà ċibernetika fil-livell tal-UE jinkludu kull ċittadin li ħajtu tista’ tiddipendi fuq servizzi vitali. L-istess ċittadini għandhom responsabbiltà biex iħarsu sakemm jistgħu l-konnessjoni tagħhom mal-Internet minn attakk. B’iktar responsabbiltà huma l-fornituri tat-teknoloġija u tas-servizzi tal-ICTs li jfornu s-CIIs. Huwa kritiku li l-partijiet interessati kollha jiġu informati b’mod adatt dwar is-sigurtà ċibernetika. Huwa importanti wkoll għall-Ewropa li numru ta’ esperti b’ħiliet fil-qasam tas-sigurtà u r-reżistenza tal-ICTs.
4.4 Il-Kumitat jirrakkomanda li kull Stat Membri għandu jkollu organizzazzjoni li xogħolha jkun li tgħarraf, teduka u tappoġġja s-settur tal-SMEs dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà ċibernetika. Il-kumpaniji l-kbar faċilment jistgħu jakkwistaw l-għarfien li għandhom bżonn iżda l-SMEs jeħtieġu l-appoġġ.
4.5 Minħabba l-fatt li l-provvista ta’ CIIs taqa’ prinċipalment f’idejn is-settur privat, huwa importanti li l-kumpaniji kollha responsabbli għas-CIIs irawmu livelli għoljin ta’ fiduċja u kooperazzjoni. L-inizjattiva EP3R imnedija mill-Kummissjoni f’Ġunju għandha tiġi appoġġjata u mħeġġa. Madankollu, il-Kumitat jemmen li hemm il-ħtieġa li l-inizjattiva tiġi appoġġjata b’leġiżlazzjoni sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn dawk il-partijiet interessati li jonqsu milli jimpenjaw ruħhom b’mod responsabbli.
4.6 Id-dixxiplina tal-Ġestjoni tar-Riskju teżisti sabiex tgħin bit-tip ta’ problemi koperti minn dan ir-rapport. Il-Kummissjoni għandha tinsisti li l-aħjar prattiki tal-Ġestjoni tar-Riskju jiġu implimentati fejn xieraq fi ħdan il-pjan ta’ azzjoni tagħha. B’mod partikolari, huwa ta’ benefiċċju kbir meta wieħed jikkwantifika r-riskji u l-ispejjeż ta’ falliment f’kull livell tas-CIIs. Meta jsiru magħrufa l-probabbiltà u l-ispiża possibbli ta’ falliment ikun iktar faċli li l-partijiet interessati jiġu mmotivati sabiex jieħdu azzjoni. Ikun iktar faċli wkoll li huma jinżammu finanzjarjament responsabbli f’każ li ma jissodisfawx ir-responsabbiltajiet tagħhom.
4.7 Partijiet interessati kbar jippruvaw jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom billi jużaw is-setgħa tagħhom fis-suq sabiex jisfurzaw lill-klijenti u lill-fornituri tagħhom jaċċettaw termini li jindennizzaw il-kumpanija l-kbira mir-responsabbiltajiet tagħhom stess, pereżempju ftehim ta’ liċenzja għas-softwer jew ftehim għall-interkonnessjoni ISP li jillimita r-responsabbiltà għal kwistjonijiet ta’ sigurtà. Dan it-tip ta’ ftehim għandu jkun illegali u r-responsabbiltà għandha dejjem taqa’ f’idejn l-ikbar attur.
4.8 Is-sigurtà u r-reżistenza jistgħu u għandhom jiġu mdaħħla bħala parti minn kull netwerk ICT. Bħala prijorità, it-topoloġija tal-arkitettura tan-netwerks fl-Istati Membri, u fl-UE bħala entità sħiħa, għandha tiġi studjata sabiex jiġu identifikati konċentrazzjonijiet inaċċettabbli ta’ użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni u ta’ postijiet fejn hemm riskju għoli li ma jkunx hemm konnessjoni tal-Internet. B’mod partikolari, konċentrazzjoni għolja ta’ użu tal-Internet f’numru limitat ta’ Internet Exchange Points (IXP) f’xi Stati Membri tippreżenta riskju inaċċettabbli.
4.9 Il-Kumitat jirreferi lill-Kummissjoni wkoll għall-kummenti tiegħu dwar id-dokument COM(2008) 313 finali “L-iżvilupp tal-internet – Pjan ta’ Azzjoni għall-użu tas-sitt verżjoni tal-Protokoll tal-Internet (IPv6) fl-Ewropa” (6) li tenfasizza l-benefiċċji tas-sigurtà li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-IPv6 għas-servizz tal-Internet madwar l-UE kollha. Nirrakkomandaw ukoll li teknoloġiji DNSSEC jiġu implimentati fejn huwa possibbli sabiex tiżdied is-Sigurtà tal-Internet.
4.10 Bit-tnedija tal-politika tagħha dwar is-sigurtà ċibernetika, l-Istati Uniti qiegħda talloka USD 40 biljun mill-baġit tagħha għall-2009 u l-2010 għas-sigurtà ċibernetika. Dan ifisser li ħafna fondi se jiġu ppumpjati fis-settur tas-sigurtà u dan se jwassal biex kumpaniji ta’ sigurtà fit-teknoloġija tal-informazzjoni, inklużi kumpaniji Ewropej, jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fl-Istati Uniti. Dan se jistimola wkoll lill-kumpaniji tas-sigurtà tal-Istati Uniti sabiex isiru pijunieri fuq livell dinji. Ikun ideali kieku l-Ewropa jkollha l-industrija tagħha stess li hija fl-avangwardja, li tkun tista’ tikkompeti fuq l-istess livell mal-kumpaniji Amerikani, u li kieku l-industrija tas-sigurtà tagħmel sforz adatt u tiffoka fuq il-ħtiġijiet infrastrutturali tal-Ewropa. Il-Kumitat jixtieq jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kif hija tista’ tikkontrobilanċja l-istimolu finanzjarju enormi li qiegħed jiġi pprovdut mill-Istati Uniti.
4.11 Il-Kumitat jappoġġja l-komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-governanza tal-Internet (3). Il-Kumitat jemmen li l-UE jrid ikollha influwenza iktar diretta fuq il-politiki u l-prattiki ta’ ICANN (Internet Corporation for Assigned Names and Numbers) u IANA (Internet Assigned Numbers Authority), u li s-sorveljanza unilaterali attwali tal-Istati Uniti għandha tiġi sostitwita minn responsabbiltà multilaterali u internazzjonali.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) COM(2006) 251.
(2) http://www.egc-group.org.
(3) COM(2009) 277 finali.
(4) Artikoli 13a u 13b fid-dokument COM(2007) 697 (finali) dwar l-emendi proposti għad-Direttiva 2002/21/KE.
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE.
(6) ĠU C 175, 28.7.2009, p. 92.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/103 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-iskopijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018”
COM(2009) 8 finali
(2010/C 255/19)
Relatur: Dr BREDIMA
Nhar il-21 ta’ Jannar 2009, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-iskopijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018
COM(2009) 8 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-12 ta’ Ottubru 2009. Ir-relatur kienet Dr Bredima.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-17 ta’ Diċembru 2009), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’187 vot favur, 7 voti kontra u 15-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet
1.1 Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni bħala bażi li b’mod ġenerali hija soda u realistika għal politika Ewropea futura tat-trasport marittimu sal-2018, li tagħraf in-natura effettivament globali tat-tbaħħir Ewropew, fir-rigward tal-pożizzjoni kompetittiva globali tiegħu, is-sigurtà u l-ambjent kif ukoll il-ħtieġa ta’ għarfien marittimu ta’ livell għoli.
1.2 Il-Komunikazzjoni tasal f’mument kritiku ta’ sfidi serji li qed jaffettwaw it-trasport marittimu: il-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija li qed tiggrava l-kriżi strutturali u ċiklika tat-tbaħħir, id-diskussjonijiet dwar l-emissjonijiet fl-ajru mill-vapuri fid-dawl tal-Konferenza ta’ Kopenħagen dwar il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (Diċembru 2009) u l-iskarsezza dejjem tikber madwar id-dinja ta’ baħħara. Il-piraterija marittima u l-immigrazzjoni illegali lejn l-UE mill-Mediterran ikomplu jiggravaw dawn l-isfidi.
1.3 Jeħtieġ assolutament li ż-żgħażagħ jiġu “attirati” lejn karrieri marittimi u jittieħdu miżuri għaż-“żamma” tagħhom f’dawn il-karrieri. Hemm bżonn ta’ approċċ iktar ikkoordinat li jinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti kollha (l-amministrazzjonijiet marittimi, l-iskejjel, l-assoċjazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti, l-unijins tal-baħħara). L-istandards tat-taħriġ tal-professjonijiet marittimi għandhom jogħlew. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw programmi ta’ taħriġ u arranġamenti fir-rigward tal-bandiera tal-bastiment (flag-linkage) għall-ħarsien tal-għarfien marittimu fl-Ewropa. L-Istati Membri kollha għandhom jieħdu azzjoni sabiex ikomplu jgħollu l-istandards tal-kulleġġi nawtiċi. Jeħtieġ li jinħolqu skemi fuq perijodu twil li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja fuq il-bastiment u għandhom jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżdied id-daqs tal-persunal tal-bastimenti (sistema ta’ rotazzjoni bbażata fuq tlieta) sabiex jitnaqqsu l-problemi u r-riskji relatati mal-għeja. F’dan ir-rigward l-UE għandha tadotta direttiva dwar id-daqs minimu tal-persunal ta’ bastiment. L-użu tal-internet, il-mezzi tax-xandir u programmi tat-televiżjoni li juru l-ħajja fuq il-baħar huwa neċessarju wkoll. Il-Kummissjoni hija mħeġġa tindirizza l-kwistjoni fil-livell tal-UE.
1.4 Il-KESE, b’kooperazzjoni mal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali nazzjonali u partijiet interessati oħra tas-soċjetà ċivili organizzata, jista’ jippromovi l-identità u l-wirt marittimu tal-UE u jikkomunika l-aħjar prattiki biex iż-żgħażagħ jiġu attirati lejn il-karrieri marittimi. Konferenza dwar il-Professjonijiet Marittimi organizzata mill-KESE għandha sservi ta’ mezz importanti biex jitwassal dan il-messaġġ fil-livell Ewropew.
1.5 In-navigazzjoni Ewropea hija tal-ewwel fid-dinja. Din il-pożizzjoni għandha tissaħħaħ permezz ta’ Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat, sabiex titħares il-kompetizzjoni ġusta u l-kompetittività dinjija tal-flotta tal-UE. Fl-istess waqt il-KESE jitlob li jinħolqu sistemi ta’ għajnuna tal-UE. Fil-futur, fil-prinċipju, l-għajnuna għandha tingħata biss lill-bandieri tal-UE u m’għandux ikun possibbli li jiġu evitati l-istandards Ewropej.
1.6 Fid-dawl tal-kriżi dinjija, il-Komunikazzjoni tagħmel sew li tirreferi għall-fatt li l-UE ilha żmien twil impenjata favur il-kompetizzjoni miftuħa u ġusta. L-isforzi biex jiġu evitati l-miżuri ta’ protezzjoniżmu għandhom jitjiebu peress li dawn ikomplu jittardjaw ir-ritorn lejn ekonomiji b’saħħithom. Huwa essenzjali li jerġgħu jitrawmu mill-ġdid il-prinċipji bażiċi tat-tbaħħir, il-kunfidenza, il-fiduċja u l-imġiba etika tal-partijiet involuti. L-istess ħaġa tapplika għas-settur tal-finanzjament tal-bastimenti.
1.7 Il-ftehim marittimu bejn l-UE u ċ-Ċina għandu jiġi promoss bħala “prattika tajba” (ftehim mudell) man-nazzjonijiet l-oħra li ninnegozjaw magħhom pereżempju l-Indja, il-Brażil, ir-Russja, l-ASEAN, u l-Mercosur. Il-Kummissjoni għandha tfassal Strateġija tal-Baħar l-Iswed li tiżgura t-trasport tar-riżorsi tal-enerġija mill-Baħar Kaspjan sal-Ewropa.
1.8 Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-eżistenza ta’ ftehimiet marittimi bilaterali dwar it-tqassim tal-merkanzija bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi u, jekk ikun hemm bżonn, tinfurza l-acquis communautaire (Regolamenti 4055/86 u 4058/86).
1.9 Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu għall-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp għal vapuri, karburanti u portijiet “ekoloġiċi” li jsaħħu aktar l-impjiegi ekoloġiċi.
1.10 Fid-dawl tal-Konferenza ta’ Kopenħagen dwar it-Tibdil fil-Klima (Diċembru 2009) il-KESE jtenni li l-implimentazzjoni ta’ skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet fis-settur tat-trasport marittimu hija ħafna aktar ikkumplikata milli fis-settur tal-avjazzjoni. Rigward il-protezzjoni tal-ambjent, il-KESE jixtieq iżid li jilqa’ b’mod favorevoli l-impetus il-ġdid li għandu jingħata lill-iżvilupp tat-trasport marittimu ta’ kwalità għolja, u huwa tal-fehma li, fil-kuntest tat-traffiku intensiv tal-ibħra u x-xtut tagħha, l-Unjoni m’għandhiex tinsa l-ġlieda kontra l-prattiki tat-tindif tal-bastimenti fil-baħar u l-bastimenti substandard.
1.11 L-infurzar ta’ limiti fuq il-kubrit fiż-Żoni għall-Kontroll tal-Emissjonijiet, li prima facie tista’ tidher bħala miżura favur l-ambjent, jista’ jkollha l-effett oppost minħabba l-bidla mill-mezzi tal-baħar għal dawk tal-art. Il-politika Ewropea tal-komodalità u l-promozzjoni tas-servizzi tat-tbaħħir fuq distanzi qosra m’għandhomx jiġu perikolati.
1.12 Il-KESE jtenni l-ħtieġa għal azzjoni urġenti mill-UE fir-rigward tal-proliferazzjoni tal-inċidenti ta’ piraterija kontra bastimenti merkantili fl-Afrika u fix-Xlokk tal-Asja. Il-Kummissjoni għandha tippromovi t-twaqqif ta’ ġurisdizzjonijiet u leġiżlazzjonijiet xierqa li jindirizzaw l-istat attwali ta’ impunità ta’ atti ta’ piraterija. Hemm bżonn ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tan-NU sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi tal-oriġini u b’mod partikolari fis-Somalja. Il-KESE assolutament ma jaqbilx li l-baħħara jkunu armati. Biex tikkontrolla l-immigrazzjoni illegali mill-baħar, l-UE għandha tiżviluppa politika ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ta’ oriġini u ta’ tranżitu tal-immigranti.
2. Introduzzjoni
2.1 Fil-21 ta’ Jannar 2009, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Komunikazzjoni dwar l-iskopijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018 (1). Il-Komunikazzjoni tirrifletti l-konsultazzjonijiet wiesgħa mal-partijiet interessati, l-Istati Membri, grupp ta’ professjonisti veterani fit-tbaħħir u studju dwar ix-xejriet fit-trasport bil-baħar.
2.2 Il-KESE adotta żewġ opinjonijiet dwar Komunikazzjonijiet preċedenti: jiġifieri dwar il-Komunikazzjoni lejn Politika Marittima futura għall-Unjoni (2) fis-26 ta’ April 2007 u l-Komunikazzjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea (3) fit-22 ta’ April 2008. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-parti l-kbira tas-suġġerimenti tal-KESE ġew adottati mill-Kummissjoni. Il-KESE jtenni l-appoġġ qawwi tiegħu għal aproċċ olistiku li fih jidħlu l-attivitajiet kollha tal-baħar biex jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati bejn il-politiki settorjali.
2.3 Il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni bħala bażi li b’mod ġenerali hija soda u realistika għal politika Ewropea futura tat-trasport marittimu sal-2018, li tisħaq fuq ir-rwol ewlieni tas-servizzi tat-tbaħħir Ewropej għall-kummerċ dinji u dak Ewropew u l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini Ewropej. Il-Komunikazzjoni tagħraf in-natura effettivament globali tat-tbaħħir Ewropew, fir-rigward tal-pożizzjoni kompetittiva globali tiegħu, is-sigurtà u l-ambjent kif ukoll il-ħtieġa ta’ għarfien marittimu ta’ livell għoli.
Il-Komunikazzjoni tasal f’mument kritiku ta’ sfidi serji li qed jaffettwaw it-trasport marittimu: a) il-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija li qed tiggrava l-kriżi strutturali u ċiklika tat-tbaħħir. Għalkemm il-Komunikazzjoni bdiet titfassal qabel il-kriżi dinjija, il-prinċipji stabbiliti fiha huma validi wkoll f’perijodi ta’ kriżi; b) id-diskussjonijiet dwar l-emissjonijiet fl-ajru mill-vapuri li għandhom jilħqu l-ogħla punt fid-dawl tal-Konferenza ta’ Kopenħagen tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f’Diċembru 2009; c) l-iskarsezza dejjem tikber madwar id-dinja ta’ baħħara.
2.4 Dawn l-isfidi qed jiġu ggravati bil-qawmien mill-ġdid tat-theddida medjevali tal-piraterija fuq il-baħar, u l-immigrazzjoni illegali fil-Baħar Mediterran.
2.5 Il-Komunikazzjoni attwali għandha tinqara b’mod konġunt mal-Komunikazzjoni dwar “Futur sostenibbli għat-trasport” (COM(2009) 279 finali) – li tidentifika l-kwistjonijiet tal-urbanizzazzjoni, il-konġestjoni tat-traffiku, it-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea u l-immigrazzjoni illegali – bħala xejriet li jirrappreżentaw sfidi għall-politika tat-trasport fis-seklu 21. Il-politika marittima tal-futur tista’ tagħti soluzzjonijiet għal dawn l-isfidi u tkun mezz għat-tħaffif ta’ dawn is-soluzzjonijiet.
3. Ir-riżorsi umani, l-għarfien tat-tbaħħir u dak marittimu
Jeħtieġ assolutament li ż-żgħażagħ jiġu attirati lejn il-karrieri marittimi biex jitħares l-ogħla livell ta’ kompetenzi fil-cluster marittimu Ewropew – il-mexxej globali. Il-KESE huwa allarmat bir-rati għolja ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-kulleġġi nawtiċi f’xi Stati Membri u t-tluq bikri mill-karriera tat-tbaħħir. Il-vokazzjoni marittima fl-UE tista’ tiġi perikolata b’mod serju jekk ma’ tiġix stabbilita strateġija olistika minnufih bil-għan li tagħmel il-professjoni tat-tbaħħir aktar attraenti. L-eżerċizzju tal-opportunitajiet għall-ippjanar tal-karriera li twettaq mill-imsieħba soċjali (l-ECSA u l-ETF) għandu jiġi żviluppat aktar. Il-“ġibda” għall-professjoni tat-tbaħħir għandha tkun abbinata mal-miżuri għaż-“żamma” ta’ din il-professjoni.
3.1.1 Fi żmien ta’ kriżi dinjija u ta’ rati għolja ta’ qgħad, m’għandhiex tintilef l-opportunità li jiġu promossi l-karrieri tal-baħar. Minkejja l-kriżi, l-impjiegi fuq il-baħar abbord il-flotta tal-UE iżżammew. Is-solitudni u d-distanza mill-familja huma l-aktar żewġ raġunijiet importanti li jimbuttaw lin-nies mill-professjonijiet marittimi.
3.1.2 Approċċ iktar ikkoordinat li jinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti kollha (l-amministrazzjonijiet marittimi, l-iskejjel, l-assoċjazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti, l-unijins tal-baħħara), l-użu tal-internet, il-mezzi tax-xandir u programmi tat-televiżjoni li juru l-ħajja fuq il-baħar huma neċessarji. Il-Kummissjoni hija mħeġġa tindirizza din il-kwistjoni fil-livell tal-UE.
3.2 Fl-2003, l-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Vapuri tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) wettqu proġett biex jeliminaw il-fastidju u l-bullying fuq il-vapuri u biex jimplimentaw politiki effettvi ta’ opportunitajiet indaqs fil-kumpaniji. Il-proġett jilħaq miri ewlenin tal-Kumitat Settorjali Ewropew għad-Djalogu Soċjali dwar it-Trasport tal-Baħar, li jippromovu lin-nisa fil-forza tax-xogħol tal-baħar.
3.3 L-istandards tat-taħriġ tal-professjonijiet marittimi fl-Ewropa għandhom jogħlew. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw programmi ta’ taħriġ u arranġamenti fir-rigward tal-bandiera tal-bastiment (flag-linkage) għall-ħarsien tal-għarfien marittimu fl-Ewropa. L-Istati Membri kollha għandhom jieħdu azzjoni sabiex ikomplu jgħollu l-istandards tal-kulleġġi nawtiċi. Jeħtieġ li jinħolqu skemi fuq perijodu twil li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja fuq il-bastiment. Il-Kummissjoni hija mħeġġa tinvestiga u tistudja ż-żjieda fid-daqs tal-persunal ta’ bastiment u l-problemi u r-riskji marbuta mal-għeja bil-għan li jittaffew u jittieħdu l-miżuri meħtieġa. Għandhom jiġu stabbiliti skemi ta’ promozzjoni, edukazzjoni u taħriġ. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja fuq il-bastiment għandhom jitjiebu billi jinħolqu kundizzjonijiet ugwali globali permezz tar-ratifika tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (2006) tal-ILO kif ukoll permezz tat-traspożizzjoni mill-Istati Membri tad-direttiva bbażata fuq il-ftehim li ntlaħaq bejn l-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) fir-dwar din il-Konvenzjoni. Il-leġiżlazzjoni internazzjonali, b’mod partikolari l-Konvenzjoni dwar l-Istandards tat-Taħriġ, iċ-Ċertifikazzjoni u s-Sorveljanza għall-Baħħara (STCW) tal-IMO (1995) li bħalissa qiegħda tiġi riveduta, għandha tiġi rispettata.
3.4 L-attivitajiet ta’ promozzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ogħla kwalità għandhom ikomplu jitjiebu. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-aħjar prattiki fl-Istati Membri fil-livell tal-edukazzjoni sekondarja li jippromovu l-karrieri marittimi. Il-KESE jaqbel mal-proposti tal-iskambji tal-kadetti (il-programm Erasmus), l-impjieg tal-kadetti fuq il-baħar bħala parti mill-edukazzjoni marittima tagħhom u t-titjib tal-kura medika abbord. Huwa jtenni (4) li l-esperjenza ta’ università fuq il-baħar għandha tiġi studjata bħala mezz biex tiġbed lill-istudenti lejn karrieri marittimi.
3.5 Il-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ trattament ġust tal-baħħara b’konformità mal-Linji Gwida tal-ILO/IMO dwar it-Trattament Ġust tal-Baħħara fil-każ ta’ inċident marittimu. Il-kriminalizzazzjoni tal-baħħara għandha tiġi indirizzata b’mod internazzjonali. L-IMO għandha twettaq analiżi ddettaljata tal-każijiet fejn Stati tal-bandiera tal-IMO wettqu atti kriminali b’mod inaċċettabbli kontra l-baħħara b’mod partikolari permezz ta’ detenzjoni. Il-KESE jinnota wkoll li l-kriminalizzazzjoni tal-baħħara tħammeġ ir-reputazzjoni tal-professjoni f’mument meta hemm nuqqas kbir ta’ baħħara bi kwalifiki għoljin madwar id-dinja (5). It-tfassil futur tal-politika tal-UE għandu jsir b’konformità mal-prinċipji u l-istandards miftiehma fil-kamp internazzjonali fil-Konvenzjonijiet MARPOL / UNCLOS.
3.6 Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-ILO dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006 li toħloq kundizzjonijiet ugwali fil-livell globali fir-rigward tal-bastimentiu tikkontribwixxi biex tiġbed liż-żgħażagħ lejn karrieri tal-baħar.
3.7 Il-KESE b’kooperazzjoni mal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali nazzjonali u partijiet interessati oħra tas-soċjetà ċivili organizzata jistgħu jippromovu l-identità u l-wirt marittimu tal-UE u jikkomunikaw l-aħjar prattiki jiġbdu liż-żgħażagħ lejn il-karrieri tat-tbaħħir. Konferenza dwar il-Professjonijiet Marittimi organizzata mill-KESE għandha tkun mezz importanti biex jitwassal dan il-messaġġ fil-livell Ewropew.
4. It-trasport bil-baħar Ewropew fis-swieq globalizzati
4.1 Il-KESE jilqa’ r-rikonoxximent tal-Kummissjoni tal-ħtieġa ta’ regoli ġenerali għal industrija globali, l-importanza ta’ regolamentazzjoni marittima internazzjonali u s-sejba ta’ soluzzjonijiet għall-isfidi regolatorji f’korpi internazzjonali (bħall-IMO). In-navigazzjoni Ewropea hija tal-ewwel fid-dinja. Din il-pożizzjoni għandha tissaħħaħ permezz ta’ Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat (li għandhom jiġu riveduti fl-2011), strument ewlieni biex titħares il-kompetizzjoni ġusta u l-kompetittività dinija tal-flotta tal-UE. Jeħtieġ li l-Linji Gwida jiġu estiżi sabiex jinżamm l-istatus quo. Fl-istess waqt il-KESE jitlob li jinħolqu sistemi ta’ għajnuna tal-UE. Fil-futur, fil-prinċipju, l-għajnuna għandha tingħata biss lill-bandieri fi ħdan l-UE u m’għandux ikun possibbli li jiġu evitati l-istandards Ewropej.
4.2 Fid-dawl tal-kriżi dinjija, il-Komunikazzjoni tagħmel sew li tirreferi għall-fatt li l-UE ilha żmien twil impenjata favur il-kompetizzjoni miftuħa u ġusta. Il-miżuri ta’ protezzjoniżmu għandhom jiġu evitati peress li dawn ikomplu jittardjaw ir-ritorn lejn ekonomiji b’saħħithom. L-ambjent m’għandux jintuża bħala skuża biex jiġu adottati miżuri protezzjonisti.
4.3 In-navigazzjoni għandha terġa’ tkun ibbażata fuq il-prinċipji bażiċi u l-imġiba etika. Il-kunfidenza u l-fiduċja għandhom jerġgħu jiġu stabbiliti kemm fis-settur tat-tbaħħir u dak bankarju. Għandha tiġi evitata l-ispekulazzjoni fil-bini ta’ bastimenti li m’hemm l-ebda ħtieġa ekonomika għalihom. Hemm bżonn ta’ approċċ ġdid li jgħaqqad il-finanzjament u l-bini f’termini ta’ proġetti tat-tbaħħir ta’ valur. Għandu jkun hemm solidarjetà bejn l-Istati Membri tal-UE biex jittaffa l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fis-settur marittimu (6).
4.4 Is-settur tat-tbaħħir tal-UE huwa kkaratterizzat bi spirtu intraprenditorjali. In-numru kbir ta’ kumpaniji privati tat-tbaħħir (spiss proprjetà tal-familja) hija karatteristika ewlenija tal-flotot tal-UE. Il-leġiżlaturi Ewropej għandhom isiru konxji ta’ dan il-mudell, il-karatteristiċi u l-istituzzjonijiet partikolari tiegħu. Il-kriżi fit-tbaħħir kellha riperkussjonijiet kbar fuq il-kumpaniji ż-żgħar u ta’ daqs medju, li huma l-qofol tat-tbaħħir Ewropew. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jiġu eliminati bastimenti li ma jilħqux l-istandards u li jbaħħru taħt kwalunkwe bandiera. Dawn m’għandhom ikunu eliġibbli għall-ebda tip ta’ għajnuna.
4.5 Wara l-abolizzjoni unilaterali tal-eżenzjoni tal-antitrust għal konferenzi marittimi fl-UE (2006), il-Kummissjoni hija mistiedna tissorvelja l-konsegwenzi ta’ reġimi tal-kompetizzjoni mhux uniformi madwar id-dinja. Bħalissa hemm 110 ġurisdizzjonijiet tal-kompetizzjoni li japplikaw reġimi differenti f’industrija globali bħall-kummerċ tat-trasport bil-baħar (7).
5. It-trasport bil-baħar ta’ kwalità
5.1 Il-KESE jisħaq li l-adozzjoni reċenti tal-Pakkett tas-Sikurezza Marittima III jistabbilixxi qafas regolatorju ta’ sikurezza marittima adegwat li jirriżulta f’pakkett komprensiv ta’ leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-sikurezza marittima bbażata fuq l-approċċ globali tal-IMO. Il-Pakkett ser jikkontribwixxi biex tingħata attenzjoni lill-vapuri li ma jilħqux l-istandards u tingħata spinta ġdida lill-filosofija ta’ trasport bil-baħar ta’ kwalità. Il-bazi tad-data EQUASIS li nħolqot mill-EMSA tipprovdi informazzjoni utli dwar il-kwalità tal-bastimenti.
It-trasport marittimu ser ikompli jikber fil-futur qarib sabiex joffri servizz għall-kummerċ dinji li kulma jmur dejjem qed jiżdied. B’konsegwenza ta’ dan, l-emissjonijiet totali tiegħu żgur ser jiżdiedu. Tnaqqis sinifikanti jista’ jsir permezz ta’ firxa ta’ miżuri tekniċi u operattivi. Hemm bżonn ta’ iktar riċerka u żvilupp sabiex jinstabu alternattivi għas-sistemi ta’ propulsjoni, karburanti u d-daqs tal-bastimenti. Il-bastimenti għandhom waħda mill-aqwa prestazzjonijiet fil-qasam tal-emissjonijiet fl-ajru, b’mod partikolari ta’ CO2, minkejja d-distanzi involuti, minħabba li jiġu mmodernizzati kontinwament u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tagħhom.
5.2.1 Fid-dawl tal-Konferenza ta’ Kopenħagen dwar it-Tibdil fil-Klima (Diċembru 2009), il-KESE jtenni (8) li l-applikazzjoni ta’ skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet fis-settur tat-trasport marittimu hija ħafna aktar ikkumplikata milli fis-settur tal-avjazzjoni, u b’mod partikolari fit-tbaħħir mingħajr korsa regolari. Meta jiġi kkunsidrat kwalunkwe strument possibbli bbażat fuq is-suq għat-trasport marittimu, il-kompetittività tal-industrija Ewropea tat-tbaħħir m’għandhiex tintlaqat b’mod ħażin.
5.2.2 L-infurzar ta’ limiti fuq il-kubrit fiż-Żoni għall-Kontroll tal-Emissjonijiet mill-vapuri huwa miżura favur l-ambjent. Dan l-istrument għandu jiġi estiż għal baċiri oħrajn.
5.3 Il-KESE jtenni (2) t-talba għal leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE li tapplika għad-dgħajjes tal-btajjel u jekk possibbli għall-bastimenti militari (3). Fil-politika ambjentali għandu jiġi studjat ukoll it-tniġġis marittimu li ma jidhirx.
5.4 Il-KESE jipproponi (9) strateġija bbilanċjata għat-titjib tal-kundizzjonijiet ambjentali u soċjali fl-impjanti tar-riċiklaġġ filwaqt li tinżamm il-kapaċità tagħhom, sabiex jiġi ffaċċjat in-nuqqas globali ta’ impjanti għaż-żarmar. Din l-istrateġija għandha tiġi applikata fil-perijodu interm sakemm tidħol fis-seħħ fil-livell internazzjonali l-Konvenzjoni tal-IMO għar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti sikur u mingħajr ħsara għall-Ambjent (2009).
6. Naħdmu flimkien fix-xena internazzjonali
6.1 Il-KESE ġibed l-attenzjoni tal-UE għall-problemi fit-trasport marittimu rigward żoni ġeografiċi speċifiċi (3) (bħall-Oċean Arktiku, il-Baħar Baltiku u l-Baħar Mediterran). Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Kummissjoni rrispondiet b’Komunikazzjonijiet dwar ir-Rotta tal-Arktiku, l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku u l-Istrateġija tal-Mediterran. Il-KESE jinnota li l-Komunikazzjoni tenfasizza l-importanza strateġika tal-flotta tal-UE biex tiżgura provvista bla xkiel ta’ żejt u gass għall-UE. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal Strateġija tal-Baħar l-Iswed li tinvolvi lill-pajjiżi kolha fil-baċir sabiex jiżguraw it-trasport tar-riżorsi tal-enerġija mill-Baħar Kaspjan sal-Ewropa.
6.2 Għandhom jissaħħu l-isforzi biex jintlaħaq ftehim dwar is-servizzi marittimi fid-WTO. Il-ftehim marittimu bejn l-UE u ċ-Ċina jista’ jiġi promoss bħala “prattika tajba” (ftehim mudell) man-nazzjonijiet l-oħra li ninnegozjaw magħhom (bħall-Injda, il-Brażil, ir-Russja, l-ASEAN, u l-Mercosur).
6.3 Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-eżistenza ta’ ftehimiet marittimi bilaterali dwar il-qsim tat-tagħbija bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi u, jekk ikun hemm bżonn, tinfurza l-acquis communautaire (Regolamenti 4055/86 u 4058/86). Bl-istess mod għandha tiskoraġġixxi wkoll ftehimiet bilaterali bejn pajjiżi terzi.
6.4 Dwar il-proposta ta’ viżibbiltà akbar tal-UE fl-IMO, f’każijiet ta’ kompetenza maqsuma bejn l-UE u l-Istati Membri, hemm l-ambitu għal kooperazzjoni/koordinazzjoni msaħħa tal-Istati Membri mingħajr mal-parteċipazzjoni individwali tagħhom tkun fil-periklu. Il-KESE jtenni li “l-kontribut ta’ xi Stati Membri f’organizzazzjoni internazzjonali (bħall-IMO (…)) f’termini ta’ kompetenza għandu reputazzjoni tajba ħafna u għalhekk huwa opportun li dan jiġi promoss minflok jiddgħajjef” (2).
Il-KESE jtenni (10) l-ħtieġa għal azzjoni urġenti tal-UE fir-rigward tal-proliferazzjoni ta’ inċidenti ta’ piraterija kontra bastimenti tal-merkanzija fl-Afrika u fix-Xlokk tal-Asja. In-nuqqas ta’ tribunali u leġiżlazzjonijiet xierqa jinkoraġġixxi l-impunità tal-atti ta’ piraterija. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tippromovi t-twaqqif ta’ ġurisdizzjonijiet u leġiżlazzjoni rilevanti fiż-żoni kkonċernati. Hemm bżonn ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tan-NU sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi tal-oriġini. Huwa urġenti li jiġu indirizzati l-kawżi prinċipali tal-piraterija u terġa’ tiġi stabbilita l-forza tal-liġi u tal-ordni fuq l-art, u jinħolqu kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi tajba, b’mod partikolari fis-Somalja. L-għajnuna għall-iżvilupp u l-azzjonijiet diplomatiċi tal-UE għandhom jintużaw għal dan il-għan. Il-KESE assolutament ma jaqbilx li l-baħħara jkunu armati.
6.5.1 Skont data reċenti (11) attakki tal-piraterija huma mistennija jiswew lill-ekonomija dinjija 16-il biljun dollaru. Fl-2008, saru 111-il attakk tal-piraterija fil-Qarn tal-Afrika u 240 fl-ewwel sitt xhur tal-2009, li pperikolaw il-ħajja ta’ 1 000 baħri. Tħallsu 150 miljun USD bħala fidwa lill-pirati mis-Somalja f’dawn l-aħħar 18-il xahar.
6.6 L-immigrazzjoni illegali, barra mill-implikazzjonijiet umanitarji tagħha li huma evidenti, tinvolvi problemi kbar għas-sigurtà tat-trasport marittimu u tal-konfini fuq il-baħar. It-tisħiħ tas-sorveljanza integrata marittima għall-Mediterran (Safe Sea Net, FRONTEX) huwa imperattiv. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa politika ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi tal-oriġini u ta’ tranżitu tal-immigranti sabiex tikkontrolla l-immigrazzjoni illegali mill-baħar.
7. Trasport bil-baħar fuq distanzi qosra
7.1 Fil-kuntest tat-trasport sostenibbli u l-promozzjoni tat-tbaħħir fuq distanzi qosra, għandu jsir iktar investiment għat-titjib fl-infrastruttura tal-portijiet u l-konnessjonijiet maż-żoni interni. Dan il-parametru għandhu jitqies b’mod sħiħ fir-reviżjoni TEN-T. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-inkompatibbilitajiet fiż-żona komuni bejn in-netwerks tal-art u tal-baħar sabiex tiġi faċilitata l-konnessjoni tal-UE mal-pajjiżi fil-viċinat li għandhom konfini komuni.
8. Ir-riċerka u l-innovazzjoni marittima
8.1 Il-KESE (8) stieden lill-Kummissjoni biex issir mexxejja dinjija fir-riċerka u l-innovazzjoni marittima. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Komunikazzjoni wieġbet din is-sejħa b’mod pożittiv.
8.2 Il-KESE jappoġġja investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp għal bastimenti, karburanti u portijiet “ekoloġiċi” li għandu jżid ukoll l-impjieg “ekoloġiku”. Għandu jissaħħaħ ir-Riċerka u l-Iżvilupp immirat fuq aktar tnaqqis tal-emissjonijiet tal-bastimenti.
8.3 F’dan il-proċess, il-Kummissjoni għandha tippromovi soluzzjonijiet għal sfidi ambjentali, tal-enerġija, tas-sikurezza u dawk soċjali, li jikkombinaw politika marittima futura koerenti mal-politika tal-bini ta’ bastimenti. It-tarżni Ewropej għandhom jiffokaw il-kapaċitajiet ipprovati tagħhom fuq il-bini ta’ bastimenti “ekoloġiċi” permezz tal-programm Leadership 2015 u programmi rilevanti oħrajn.
Brussell, 17 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) COM(2009) 8 finali.
(2) ĠU C 168, 20.7.2007, p. 50-56. (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 31-36.
(4) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 31-36, ara “New York Harbour School”, www.newyorkharbourschool.org.
(5) Skont l-istudju tad-Drewry Shipping Consultants (2009), il-flotta dinija ser teħtieġ 42 700 uffiċjal ġdid sal-2013.
(6) Rapport ta’ Informazzjoni CESE 397/2009 dwar “Il-kriżi finanzjarja: l-oriġini mbiegħda tagħha”, relatur: Is-Sur Burani, 11.3.2009.
(7) ĠU C 157, 28.6.2005, p. 130-136.
ĠU C 309, 16.12.2006, p. 46-50.
(8) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 20.
(9) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 67.
(10) COM(2009) 301 finali.
(11) ICC Ċentru ta’ Rappurtaġġ tal-Bureau Marittimu Internazzjonali tal-Piraterija (IMB), Rapport, Awwissu 2009; Il-komunikazzjoni reċenti dwar is-Sħubija bejn l-UE / l-Afrika tidentifika l-piraterija u l-immigrazzjoni illegali mill-baħar bħala kwistjonijiet ewlenin għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-trasport.
APPENDIĊI
għall-
OPINJONI
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dan il-punt, għalkemm ġab mill-inqas kwart tal-voti mixħuta, ġie rrifjutat waqt id-dibattitu:
Punt 1.5
“In-navigazzjoni Ewropea hija tal-ewwel fid-dinja. Din il-pożizzjoni għandha tissaħħaħ permezz ta’ Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat, sabiex titħares il-kompetizzjoni ġusta u l-kompetittività dinjija tal-flotta tal-UE. Fl-istess waqt il-KESE jitlob li jinħolqu sistemi ta’ għajnuna tal-UE. Fil-futur l-għajnuna għandha tingħata biss lill-bandieri tal-UE u m’għandux ikun possibbli li jiġu evitati l-istandards Ewropej permezz ta’ bastimenti li jinkrew mingħajr persunal jew dispożizzjonijiet oħra fil-ftehim (bareboat charters).”
|
Votazzjoni |
Favur: 92 |
Kontra: 91 |
Astensjonijiet: 7 |
Dan il-punt, għalkemm ġab mill-inqas kwart tal-voti mixħuta, ġie rrifjutat waqt id-dibattitu:
Punt 1.11
“L-infurzar ta’ limiti fuq il-kubrit fiż-Żoni għall-Kontroll tal-Emissjonijiet, miżura favur l-ambjent, . .”
Raġuni
M’hemmx evidenza li t-twaqqif ta’ żoni għall-kontroll tal-emissjonijiet tal-SO2 ser jikkawża bidla lejn trasport fuq l-art minflok trasport fuq il-baħar.
|
Votazzjoni |
Favur: 92 |
Kontra: 96 |
Astensjonijiet: 18 |
Dan il-punt, għalkemm ġab mill-inqas kwart tal-voti mixħuta, ġie rrifjutat waqt id-dibattitu:
Punt 5.2.1
“Fid-dawl tal-Konferenza ta’ Kopenħagen dwar it-Tibdil fil-Klima (Diċembru 2009), il-KESE jtenni (1) li l-applikazzjoni ta’ skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet fis-settur tat-trasport marittimu hija ħafna aktar ikkumplikata milli fis-settur tal-avjazzjoni, u b’mod partikolari fit-tbaħħir mingħajr korsa regolari. Meta jiġu kkunsidrati skemi għall-iskambju ta’ emissjonijiet (ETS) għat-trasport marittimu, il-kompetittività tal-industrija Ewropea tat-tbaħħir m’għandhiex tiġi milquta b’mod ħażin.”
|
Votazzjoni |
Favur: 112 |
Kontra: 83 |
Astensjonijiet: 16 |
Dan il-punt, għalkemm ġab mill-inqas kwart tal-voti mixħuta, ġie rrifjutat waqt id-dibattitu:
Punt 5.2.2
“L-infurzar ta’ limiti fuq il-kubrit fiż-Żoni għall-Kontroll tal-Emissjonijiet mill-vapuri, li prima facie tista’ tidher bħala miżura favur l-ambjent, jista’ jkollha l-effett oppost minħabba l-bidla mill-mezzi tal-baħar għal dawk tal-art. Il-politika Ewropea tal-komodalità u l-promozzjoni tas-servizzi tat-tbaħħir fuq distanzi qosra m’għandhomx jiġu perikolati. Huwa essenzjali li jsiru l-valutazzjonijiet tal-impatt adatti qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet.”
|
Votazzjoni |
Favur: 94 |
Kontra: 93 |
Astensjonijiet: 17 |
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/110 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Futur sostenibbli għat-trasport: Lejn sistema integrata, immexxija mit-teknoloġija u li tista’ tintuża faċilment”
COM(2009) 279 finali
u dwar
Punti ta’ tluq għall-Politika Ewropea tat-Trasport wara l-2010
(opinjoni esploratorja)
(2010/C 255/20)
Relatur: is-Sur RIBBE
Nhar is-17 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:
“Futur sostenibbli għat-trasport: Lejn sistema integrata, immexxija mit-teknoloġija u li tista’ tintuża faċilment” (komunikazzjoni)
COM(2009) 279 finali.
Nhar it-2 ta’ Lulju 2009, il-Presidenza Svediża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ifassal opinjoni esploratorja dwar:
Punti ta’ tluq għall-Politika Ewropea tat-Trasport wara l-2010 (opinjoni esploratorja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-12 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Ribbe.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u 17 ta’ Diċembru (seduta tas-16 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’171 voti favur, 5 voti kontra u 11-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-politika tat-trasport attwali, li tgħid li għadna ’l bogħod milli nilħqu l-għanijiet stabbiliti tas-sostenibbiltà u li hemm bżonn ta’ bidliet kbar fid-direzzjoni.
1.2 Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li mhux talli hemm bżonn ta’ ħafna iktar sforzi fil-qasam tal-għanijiet ambjentali (bħat-tibdil fil-klima, il-ħarsien tar-riżorsi, il-bijodiversità, l-istorbju u t-tniġġis tal-arja) iżda talli hemm ħafna kwistjonijiet soċjali fil-qasam tat-trasport li jeħtieġ li jiġu indirizzati. Dawn ma jinkludux biss id-drittijiet, il-paga u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport iżda anki d-disponibbiltà u l-aċċess għall-mezzi tat-trasport għall-persuni b’diżabilità, iż-żgħażagħ u l-anzjani. Kwistjoni oħra hija l-libertà tal-għażla tal-utenti tat-trasport li ma jistgħux jew ma jixtiequx ikollhom il-karozza tagħhom.
1.3 Il-Kumitat jappoġġja l-għanijiet li semmiet il-Kummissjoni fid-dokument tagħha. Madanakollu jagħraf li bl-istrumenti msemmija biss il-bidla meħtieġa ma tistax isseħħ.
1.4 Il-biċċa l-kbira tal-għanijiet imsemmija mhumiex għanijiet ġodda u l-Kummissjoni ilha bosta snin tappoġġjahom. Madanakollu dawn ma ġewx implimentati. Bħala eżempji nistgħu nsemmu l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni jew it-talbiet għal bidla fil-politika tat-trasport urban.
1.5 Fil-White Paper finali tagħha l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-diversi azzjonijiet li jistgħu jittieħdu u l-għanijiet speċifiċi u kwantifikabbli.
1.6 Il-Kumitat jemmen fil-bżonn ta’ dibattitu dwar liema deċiżjonijiet politiċi jew fil-qasam tal-ippjanar joħolqu jew jistgħu jevitaw it-traffiku. Huwa jitlob lill-Kummissjoni sabiex tagħti iktar attenzjoni lil kwistjonijiet bħal dawn hija u tfassal White Paper jew linji gwida għall-politika ġodda.
2. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea
2.1 Fl-2001, il-Kummissjoni ħarġet White Paper (1) li tistabbilixxi aġenda għall-politika Ewropea tat-trasport għall-2010. Il-programm tagħha ġie aġġornat fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-2006 (2). Il-Kummissjoni temmen li hekk kif qegħdin noqorbu lejn tmiem il-perijodu ta’ għaxar snin, wasal iż-żmien li nħarsu ’l quddiem u nħejju l-bażi għall-iżviluppi politiċi futuri fil-qasam tal-politika tat-trasport.
2.2 F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tressaq l-ewwel riżultati u riflessjonijiet tal-proċess ta’ ħsieb tagħha. Bosta studji, diskussjonijiet u riżultati li ħarġu mill-konsultazzjonijiet jagħmlu parti mill-kontenut.
2.3 Fil-komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tistqarr li “t-trasport huwa komponent essenzjali tal-ekonomija Ewropea” u li 7 % tal-PGD u ’l fuq minn 5 % tal-impjiegi totali tal-UE ġejjin mis-settur tat-trasport. Il-Kummissjoni tiddeskrivi u tenfasizza l-importanza tat-trasport għall-koeżjoni soċjali u ekonomika fir-reġjuni, fl-Ewropa u fid-dinja kif ukoll għall-kompetittività tal-industrija Ewropea u sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ Lisbona.
2.4 Fl-istess waqt il-Kummissjoni tistqarr li fil-politika tat-trasport “ir-riżultati mqabbla mal-għanijiet tal-SDS tal-UE kienu aktar limitati: kif indikat fir-rapport tal-progress tal-2007, (3) is-sistema Ewropea tat-Trasport f’dak li għandu x’jaqsam ma’ bosta aspetti għadha ma qabditx triq sostenibbli.”
2.5 Hija tistqarr ukoll li “l-ambjent jibqa’ l-qasam politiku ewlieni fejn huwa meħtieġ aktar titjib. Fl-UE, meta mqabbla mal-livelli tal-1990, fl-ebda settur ieħor ir-rata tat-tkabbir tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ma kienet għolja daqs dik fit-trasport (4) (…) Meta din l-analiżi tiġi applikata għall-iżviluppi fit-trasport tal-passat, nistgħu naraw li s-settur żied ħafna l-attività tiegħu filwaqt li għamel progress insuffiċjenti fit-tnaqqis tal-enerġija u l-intensità tal-GHG.”
2.6 Id-diżakkoppjament tat-tkabbir tat-trasport mit-tkabbir tal-PGD, li kien wieħed mill-għanijiet tal-White Paper 2001 u tal-Istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli (SDS), seħħ fil-qasam tat-trasport tal-passiġġieri iżda mhux fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija. Fost ir-raġunijiet li jingħataw għal dan, il-Komunikazzjoni tgħid li “t-tkabbir fit-trasport tal-merkanzija huwa wkoll marbut mal-prattiki ekonomiċi – il-konċentrazzjoni tal-produzzjoni f’inqas siti biex jiġu sfruttati l-ekonomiji fil-kobor, id-delokalizzazzjoni, il-kunsinni fil-ħin, ir-riċiklaġġ tal-ħġieġ, il-karti, il-metalli li huwa mifrux sew – li ppermettew it-tnaqqis tal-kostijiet u, possibbilment, tal-emissjonijiet f’setturi oħra bil-konsegwenza ta’ emissjonijiet ogħla mit-trasport.”
2.7 Anki jekk tiżdied l-effiċjenza enerġetika tat-trasport (u tal-mezzi individwali tat-trasport), dan mhux ser ikun biżżejjed sabiex ipatti għall-volum ogħla ta’ trasport (5). Dan ifisser li l-volum tat-traffiku huwa problema daqs il-fatt li “l-progress kien ukoll limitat f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċaqliq tat-trasport lejn modi aktar effiċjenti, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ tbaħħir fuq distanzi qosra (short sea shipping).”
2.8 Fit-taqsima tagħha “Xejriet u sfidi” il-Komunikazzjoni ssemmi fost oħrajn dawn il-punti:
|
— |
in-numru ta’ anzjani (iktar minn 65 sena) fl-UE ser jiżdied sew u dan ser ifisser tendenzi differenti fl-imġiba fejn jidħol trasport, iżda ser ifisser ukoll li s-soċjetà ser ikollha tiddedika iktar riżorsi pubbliċi għall-pensjonijiet, il-kura tas-saħħa u l-kura. Il-Kummissjoni tgħid li fil-futur dan ser jillimita r-riżorsi finanzjarji disponibbli għat-trasport; |
|
— |
it-trasport ser jaqdi rwol ewlieni sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ħarsien tal-klima fl-UE u li sabiex jintlaħqu ser tkun meħtieġa “inverżjoni tax-xejriet attwali”; |
|
— |
l-iskarsezza tal-karburanti fossili ser ikollha impatt kbir fuq is-settur tat-trasport mhux biss fil-qasam teknoloġiku (97 % tal-enerġija li juża t-trasport tiddependi mill-karburanti fossili) iżda anki mil-lat strutturali (it-trasport tal-karburanti fossili jikkawża madwar nofs tal-volum tat-traffiku marittimu internazzjonali); |
|
— |
l-ammont ta’ ċittadini tal-UE li jgħixu fil-bliet ser jiżdied (6), filwaqt li t-trasport lokali diġà jikkawża madwar 40 % tal-emissjonijiet tas-CO2 u 70 % tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra mit-traffiku tat-triq; |
|
— |
aktar nies u ġid ekonomiku ikbar ifissru aktar mobilità u aktar trasport. Il-Kummissjoni ssemmi studji li jindikaw li l-għadd ta’ karozzi fid-dinja se jiżdied minn madwar 700 miljun għal aktar minn 3 biljuni fl-2050, u “dan se joħloq problemi serji ta’ sostenibbiltà sakemm ma jkunx hemm tranżizzjoni lejn vetturi b’emissjonijiet aktar baxxi ta’ CO2 jew mingħajr emissjonijiet ta’ CO2 u ma jiġix introdott kunċett ta’ mobilità differenti”. |
2.9 Fil-qosor: il-Kummissjoni għandha raġun tistqarr li hemm bżonn li tiġi żviluppata “viżjoni fuq medda twila għall-mobilità sostenibbli tal-bnedmin u l-oġġetti”.
2.10 Għalhekk hija tifformula 7 għanijiet ġenerali ta’ politika:
|
— |
li jinħoloq trasport ta’ kwalità msejjes fuq is-sikurezza u s-sigurtà |
|
— |
li n-netwerk jinżamm tajjeb u jkun kompletament integrat |
|
— |
li t-trasport isir sostenibbli mil-lat ambjentali |
|
— |
li l-UE tkun minn ta’ quddiem fis-servizzi u t-teknoloġiji tat-trasport |
|
— |
li jitħares u jiġi żviluppat il-kapital uman |
|
— |
li jinħolqu prezzijiet bis-sens bħala sinjali tat-traffiku |
|
— |
li l-ippjanar isir b’attenzjoni għat-trasport: it-titjib tal-aċċessibbiltà. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 Il-Kumitat jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qed tindirizza t-tema mill-ġdid u tressaq l-ideat inizjali tagħha, minkejja li mhumiex konkreti, dwar il-futur tat-trasport fi proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’. L-analiżi tagħha hija ċara: ninsabu ’l bogħod mill-għanijiet tas-sostenibbiltà tagħna u għalhekk hemm bżonn ta’ bidliet kbar. Madanakollu għad m’hemmx viżjoni ċara b’għanijiet konkreti u strumenti li jillimitaw u jnaqqsu t-trasport b’mod partikolari tal-karozzi. Dawn għandhom jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni fi pjan ta’ azzjoni dettaljat u jingħataw għanijiet kwantifikabbli.
3.2 Il-KESE jaqbel ma’ ħafna mill-ideat tal-Kummissjoni bħal pereżempju li għandu jsir l-aħjar użu possibbli mill-infrastruttura attwali u t-teknoloġiji tal-informazzjoni ġodda jew imtejba, li “sistema loġistika intelliġenti u integrata jeħtieġ li ssir realtà”, li b’mod partikolari fir-rigward tat-trasport urban hemm bżonn ta’ ideat ġodda, li għandha tittejjeb il-komodalità u li għandu jkun hemm bidla iktar mgħaġġla għal mezzi ta’ trasport li jirrispettaw iktar l-ambjent, li għandhom jintużaw teknoloġiji innovattivi li jnaqqsu l-emissjonijiet eċċ. Madanakollu dawn l-istqarrijiet mhumiex ġodda, u wisq inqas ma jsawwru viżjoni ġdida.
3.3 Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għad-diversi opinjonijiet siewja dwar il-politika tat-trasport kif ukoll dwar titjib tekniku u fl-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-flussi tat-trasport li huwa fassal matul dawn l-aħħar snin, pereżempju dwar it-temi li ġejjin: ir-Reviżjoni ta’ nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport (7); Strateġija għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni (8); Pjan ta’ azzjoni għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija (9); il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq (10); TEN-T: Eżami tal-politika (11); Lejn trasport marittimu u dak fuq l-ilmijiet interni aktar ekoloġiku (12); Lejn Politika Marittima tal-Unjoni għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra (13); It-trasport bit-triq fl-2020: l-istennijiet tas-soċjetà ċivili organizzata (14); Lejn netwerk ferrovjarju bi prijorità għall-merkanzija (15) kif ukoll In-netwerk ferrovjarju Ewropew għal trasport tal-merkanzija kompetittiv (16); Promozzjoni tat-trasport marittimu intern – NAIADES (17); Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea (18).
3.4 Il-KESE jemmen li għandu jiġi enfasizzat il-fatt li l-politika tat-trasport tal-ġejjieni għandha tkun iktar minn “sempliċiment” imtejba, b’kunsiderazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, is-sitwazzjoni tal-flussi eżistenti jew mistennija tat-trasport. Il-Kummissjoni tressaq xi stqarrijiet dwar dan fil-komunikazzjoni tagħha li madanakollu huma vagi u xejn konkreti. Fil-fatt dan huwa n-nuqqas prinċipali tal-istqarrijiet.
3.5 Il-Kummissjoni tagħmilha ċara li hemm bżonn ta’ bidliet kbar ħafna fis-sistema attwali: f’punt 53 tgħid pereżempju li “s-sistema tat-trasport se tesperjenza bidliet sostanzjali” u f’punt 70 titkellem dwar il-bżonn ta’ “bidla ġenerali u sostanzjali tas-sistema tat-trasport” u dwar “kunċett ta’ mobilità differenti” (punt 37). Madanakollu l-KESE jixtieq li tiġi spjegata b’mod ċar it-tifsira ta’ dawn l-istqarrijiet.
3.6 Id-dokument huwa sinteżi dettaljata ta’ bosta pożizzjonijiet u ideat magħrufa, madanakollu ma fih l-ebda “viżjoni” reali. Diversi punti, bħal pereżempju l-kwistjoni li ilha miftuħa snin tal-“internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni”, mhumiex iċċarati.
3.7 Għalhekk il-KESE jixtieq li din l-opinjoni esploratorja tqajjem kwistjonijiet fundamentali li ma jiġux indirizzati tajjeb fid-dokument tal-Kummissjoni. Huwa jixtieq li l-Kummissjoni tqajjem dawn il-punti mill-ġdid u fid-dettall.
4. Kummenti speċifiċi
4.1 Nillimitaw ruħna wisq jekk inkejlu l-importanza tat-trasport skont il-kontribut tiegħu fil-PDG jew l-ammont ta’ postijiet tax-xogħol li joħloq. Fejn teżisti komunità ta’ nies, fejn hemm skambju tal-oġġetti, attivitajiet soċjali u ekonomiċi, hemm it-“trasport”. Nistgħu nistqarru wkoll li mingħajr skambju tal-oġġetti, mingħajr trasport, ma tistax taħdem is-soċjetà u ma jkun hemm kważi l-ebda PDG.
4.2 Il-poplu jixtieq u jkollu jkun mobbli u l-oġġetti jirrikjedu skambju. Il-Kummissjoni taqbel ma’ dan. F’punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni tagħha hija tgħid: “It-trasport jipprovdi aċċess għal ħafna mill-libertajiet tagħna. Il-libertà li naħdmu u ngħixu f’partijiet differenti tad-dinja. Il-libertà li ngawdu prodotti u servizzi differenti. Il-libertà għall-kummerċ u li nistabbilixxu kuntatti personali … Id-domanda għal dawn il-libertajiet x’aktarx li tiżdied fis-soċjetà aktar multikulturali u eteroġena tal-futur, b’rabtiet ikbar mar-reġjuni l-oħra tad-dinja.”
4.3 It-trasport għalhekk huwa importanti ħafna iżda mhux l-għan aħħari. Mhux kull tip ta’ trasport huwa awtomatikament “tajjeb” għas-soċjetà għax jippermetti l-iskambju bejn il-persuni u tal-oġġetti. It-trasport m’għandux konsegwenzi pożittivi biss, hekk kif tistqarr ċar il-Kummissjoni. Għalhekk rwol prinċipali tal-politika għandu jkun li toħloq qafas ċar u limiti għal-libertajiet imsemmija fejn dawn imissu jew saħansitra jheddu libertajiet u bżonnijiet oħra. Bħal pereżempju is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u/jew il-klima jew il-bżonnijiet tal-ġenerazzjonijiet li jmiss.
4.4 Fl-istess waqt il-politika (tat-trasport) għandha toffri servizz tajjeb u aċċess sikur għall-mezzi tat-trasport liċ-ċittadini kollha. Fid-dawl tas-sostenibbiltà dan jinkludi wkoll u b’mod partikolari lill-gruppi vulnerabbli, il-persuni b’diżabilità, it-tfal, iż-żgħażagħ eċċ. Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport jittejbu wkoll.
4.5 Fil-passat il-politika tat-trasport ħafna drabi għażlet l-eħfef triq. S’issa l-għan prinċipali tagħha kien li tissodisfa d-domanda għat-trasport, ħafna drabi saħansitra kien li toħloq domanda u bżonnijiet tat-trasport ġodda permezz tas-sussidji ekonomikament żgwidati fuq it-trasport tal-karozzi, il-promozzjoni ta’ diviżjoni ekonomika tax-xogħol u l-allokazzjoni sussegwenti tas-siti tal-produzzjoni u ż-żoni residenzjali abbażi ta’ żejt irħis biss. L-attitudni kienet li tista’ tinstab soluzzjoni infrastrutturali jew teknika għall-problemi li joħolqu dawn id-deċiżjonijiet. Madanakollu d-dibattitu nesa jindirizza l-kwistjoni ta’ kif jinħoloq it-trasport u jekk ċerti mezzi ta’ trasport jagħmlux sens. Hemm bżonn ta’ bidla f’dan ir-rigward. Il-Kumitat huwa konxju tal-fatt li l-Kummissjoni tal-UE mhijiex l-unika entità responsabbli f’dan il-qasam u li ħafna deċiżjonijiet jittieħdu fil-livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
4.6 Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tindirizza ċertu kwistjonijiet b’mod miftuħ. F’punt 59 hija tgħid li “Ħafna servizzi pubbliċi ġew iċċentralizzati b’mod progressiv bil-għan li tiżdied l-effiċjenza. Id-distanzi bejn iċ-ċittadini u l-fornituri tas-servizzi (l-iskejjel, l-isptarijiet, iċ-ċentri tax-xiri) żdiedu. Il-kumpaniji segwew l-istess xejra billi żammew għadd iżgħar ta’ ċentri ta’ produzzjoni, ħżin u distribuzzjoni. Ix-xejra lejn il-konċentrazzjoni tal-attivitajiet ipproduċiet ammont kbir ta’ mobilità furzata, minħabba li l-kundizzjonijiet tal-aċċessibbiltà ħżienu.” Il-KESE jemmen madanakollu li l-Komunikazzjoni jonqosha tindirizza l-passi li għandha tieħu l-politika fid-dawl ta’ dan.
4.7 M’għandux jiġi kkuntestat il-fatt li t-tendenzi msemmija, pereżempju l-konċentrazzjoni tal-istituzzjonijiet pubbliċi u tal-intrapriżi huma influwenzati direttament jew indirettament mid-deċiżjonijiet ekonomiċi u politiċi. Fil-futur, ikun importanti li qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet politiċi jew fil-qasam tal-ippjanar, jiġi analizzat ħafna aħjar l-impatt li ser ikollhom fuq it-trasport u fuq is-sistema tat-trasport. Ġieli tħassar pjan sforz deċiżjoni politika li ser tikkawża sistema ta’ trasport ġdida mhux mixtieqa?
4.8 Fid-dawl tar-riżultati, in-nuqqasijiet u l-bżonnijiet li ssemmi l-komunikazzjoni jkun utli li fil-qafas tat-tfittxija li bdiet għal futur sostenibbli għat-trasport, il-Kummissjoni tiċċara liema żviluppi u oqsfa tal-passat fil-livell Ewropew u nazzjonali tikkunsidra li mhumiex adegwati. Iċ-ċentralizzazzjoni tal-iskejjel jew tal-amministrazzjonijiet f’uħud mill-Istati Membri kien pass tajjeb? Il-pass li tinħoloq konċentrazzjoni ta’ biċċeriji u l-fabbriki tal-prodotti tal-ħalib (sikwit b’appoġġ mill-fondi strutturali tal-UE) kien effettiv mil-lat tas-sostenibbiltà (u pereżempju l-iżvilupp reġjonali)? L-espansjoni tal-infrastruttura kienet mezz li ġab żvilupp reġjonali sostenibbli, jew kienet iktar riżultat ta’ politika tal-infrastruttura żbaljata li kkawżat iktar migrazzjoni miż-żoni rurali u mobilità sfurzata?
4.9 Eżempju ieħor: bħala parti mid-diviżjoni globali tax-xogħol qed jiġi importat għalf irħis fl-Ewropa. Dan wassal għal konċentrazzjoni kbira ta’ trobbija tal-bhejjem u ġġenera flussi tat-trasport ġodda. Ir-raġuni prinċipali għal dan setgħet kienet li la l-prezzijiet tal-għalf u lanqas l-ispejjeż tat-trasport ma jirriflettu l-verità ambjentali u ekonomika. Ħafna drabi lanqas ma jirriflettu l-ispejjeż soċjali negattivi. L-ispejjeż tat-tibdil fil-klima, li huma kkawżati anki mit-trasport jew l-ispejjeż tas-saħħa kkawżati mill-istorbju u l-emissjonijiet tat-trasport iqajmu kwistjonijiet importanti dwar politika tal-mobilità sostenibbli fl-UE. Hekk ser tibqa’ s-sitwazzjoni fil-futur? Dan kif jolqot lill-politika tat-trasport? Dawn huma kollha mistoqsijiet li sfortunatament il-komunikazzjoni ma tweġibx.
4.10 Il-KESE jsejjaħ għal valutazzjoni tal-impatt fl-oqsma tal-politika kollha – mill-politika ekonomika u tal-kompetizzjoni sal-politika tal-iżvilupp – sabiex jitkejjel kemm jiġġeneraw trasport. Pereżempju l-bidla fil-Politika Agrikola Komuni tal-Ewropa sabiex jissaħħu l-ekonomiji reġjonali hija opportunità tajba li jiġi evitat it-trasport u jitqassru r-rotot tat-trasport fl-Ewropa.
4.11 Il-kwistjoni prinċipali hawnhekk mhix il-mobilità nnifisha – jiġifieri n-numru ta’ vjaġġi li jsiru. Il-kwistjoni tikkonċerna iktar it-tul u l-mod kif dawn isiru, jiġifieri għal-liema prezz u b’liema mezz tat-trasport?
4.12 F’dan il-qasam inbidlu ħafna affarijiet matul dawn l-aħħar snin. Il-vjaġġi saru itwal u mhux qed jintużaw l-iktar mezzi tat-trasport ambjentali. Dan jgħodd kemm għat-trasport tan-nies kif ukoll għat-trasport tal-oġġetti, jiġifieri tal-merkanzija. It-trasport tal-qamħ mill-għalqa dejjem kien jgħaddi mill-imtieħen għall-furnara għall-utent aħħari – madanakollu issa nbidlu l-mezzi tat-trasport. Illum il-ġurnata, abbażi tal-kundizzjonijiet ta’ qafas ta’ politiki oħra u n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fi ħdan l-UE, ekonomikament jagħmel sens għall-kumpaniji li l-għaġina mhux maħduma tiġi ttrasportata mijiet ta’ kilometri fi trakkijiet bi friża għall-post fejn imbagħad tinħadem u ssir pretzel. Dan huwa eżempju wieħed tal-bżonn ta’ azzjoni fil-qasam.
4.13 Il-bniedem ilu ġenerazzjonijiet sħaħ ma jwettaqx iktar minn bejn 3 u 4 vjaġġi fil-ġurnata. Il-Ġermanja, pereżempju, in-nies iwettqu madwar 281 miljun vjaġġ kuljum jiġifieri madwar 3.4 vjaġġi r-ras. Dan ifisser madwar 3.2 km fil-ġurnata (19). Fl-2002 in-nies wettqu “biss” madwar 3,04 biljun km.
4.14 It-trasport u t-tul tal-vjaġġi jiddependu mid-deċiżjonijiet privati, politiċi u fil-qasam tan-negozju li jittieħdu. Il-prezzijiet li jridu jitħallsu għall-ġestjoni tat-trasport jaqdu rwol deċiżiv. F’dan il-qasam hemm bżonn u għandha sseħħ bidla kbira fil-futur permezz ta’ pereżempju żieda fil-prezzijiet tal-materja prima (b'mod partikolari l-karburanti fossili), l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni li tant ilu jappoġġja u jitlob li sseħħ il-KESE, it-tnaqqis li qed tbassar il-Kummissjoni fil-fondi pubbliċi għall-infrastruttura eċċ. Madanakollu m’hemmx messaġġi politiċi ċari ta’ x’għandu jsegwi b’mod konkret. Kull miżura li tikkonċerna l-infrastruttura tat-trasport hija għalja u meta titwettaq, l-impatt tagħha ser jibqa’ jinħass għexieren ta’ snin. Għalhekk hemm bżonn ta’ direzzjonijiet ċari. Fil-fehma tal-KESE għandha titqies iktar l-istampa sħiħa tal-iżvilupp sostenibbli meta jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-infrastruttura. L-ispejjeż ambjentali u soċjali reali għandhom jitqiesu iktar u m’għandhomx jitqiesu biss it-titjib tal-konnessjonijiet, iż-żieda fil-produttività u l-iffrankar tal-ħin.
4.15 Kull miżura ġdida fl-insfrastruttura tat-trasport hija għalja ħafna u l-konsegwenzi tagħha jibqgħu jinħassu għal ħafna snin. Jekk il-Kummissjoni tistqarr li n-numru ta’ anzjani fis-soċjetà tagħna ser jiżdied, li iktar nies ser jibdew jgħixu fil-bliet (u li għalhekk il-bżonnijiet fil-qasam tal-mobilità ser jinbidlu wkoll) u li apparentement ser ikun hemm inqas flus disponibbli għall-infrastruttura tat-trasport, mela hemm bżonn ta’ bidliet kbar fl-investiment fl-infrastruttura.
4.16 Il-KESE jissuġġerixxi għalhekk li bħala parti mill-“bidla ġenerali u sostanzjali tas-sistema tat-trasport” u l-“kunċett ta’ mobilità differenti”, il-Kummissjoni u l-Presidenza tal-Kunsill għandhom iniedu dibattitu dettaljat dwar kwistjonijiet prinċipali bħall-oriġini tal-ħtieġa tat-trasport u l-mobilità sfurzata. Huwa jerġa’ jinsisti li dan ma jkunx dibattitu dwar restrizzjoni tal-libertajiet jew tal-bżonnijiet relatati mal-mobilità iżda dibattitu bżonnjuż dwar it-tfassil ta’ strateġija tal-iżvilupp sostenibbli – li s’issa l-politika tat-trasport ftit li xejn ġiet integrata fiha – u l-ħarsien tal-libertà tal-mobilità għall-ġenerazzjonijiet tal-futur.
4.17 Il-Kummissjoni tindirizza kwistjoni importanti f’punt 53: “Madankollu, il-ħaddiema tat-trasport f’uħud mis-setturi jistgħu jiġu mċaqalqa mill-impjieg tagħhom b’riżultat tal-aġġustament għall-kuntest ekonomiku u tal-enerġija radikalment differenti. Huwa importanti li jkun żgurat li t-tali bidla tkun antiċipata u mmaniġġata sew, sabiex kundizzjonijiet ta’ bidla jkunu wkoll sors ta’ impjiegi ġodda u li l-ħaddiema tat-trasport ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċess u jirreaġixxu għalih.”
4.18 Kif intqal, hemm bżonn “li t-tali bidla tkun antiċipata”. Jeħtieġ li jiġi stabbilit b’mod ċar liema setturi ser jintlaqtu b’mod pożittiv jew negattiv. Diġà nafu ħafna dwar dan; jeħtieġ biss li l-informazzjoni tiġi indirizzata b’mod miftuħ. Il-KESE, f’waħda mill-ewwel opinjonijiet tiegħu dwar l-iżvilupp sostenibbli (NAT/229), ġibed l-attenzjoni għall-fatt li huma sewwa sew dawn il-proċessi ta’ bidla meħtieġa li jirriżultaw f’ansjetà u reżistenza b’mod partikolari fl-oqsma tas-soċjetà li jagħmlu profitt mis-sistema xejn sostenibbli ta’ bħalissa u li huma l-iktar milquta mill-bidliet strutturali.
4.19 Barra mill-kwistjonijiet strutturali dwar l-oriġini tat-trasport u t-tul tal-vjaġġi, jeħtieġ li tiġi indirizzata wkoll in-natura tal-mezzi tat-trasport. Il-KESE jilqa’ b’mod partikolari dawn il-punti li ġejjin li tqajjem il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha:
|
— |
Il-qligħ li jsir mill-utenti tat-trasport (tat-triq) (20)“spiss ma jkollu l-ebda rabta mal-kostijiet reali tal-għażliet tagħhom għas-soċjetà”; |
|
— |
Permezz ta’ allokazzjoni korretta tal-ispejjeż esterni tal-utenti tat-trasport u tal-mezzi tat-trasport, in-nies ser jevitaw it-trasport jew jużawh aħjar, jiġifieri jagħmlu għażla li tirrispetta l-ambjent. Madanakollu l-KESE jixtieq indikazzjoni ta’ kif ser titwettaq l-allokazzjoni korretta; |
|
— |
“hemm ħtieġa importanti għal bidla teknoloġika lejn vetturi b’inqas emissjonijiet jew mingħajr emissjonijiet”; fil-fehma tal-KESE, id-downsizing tal-vetturi u l-użu tal-karozzi tal-elettriku ser jaqdu rwol importanti. Il-kalkoli tal-Aġenzija tal-Enerġija Rinnovabbli juru biċ-ċar li huwa biss permezz tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli li nistgħu nagħtu kontribut sostanzjali għall-ħarsien tal-klima (21). Madanakollu hawn mhux qed nirreferu biss għat-teknoloġiji ta’ propulsjoni għaliex dawn mhux ser isolvu problemi ta’ konġestjoni jew ta’ bliet mibnija fuq it-trasport bil-karozza. |
|
— |
Huwa proprju fil-konurbazzjonijiet li qed ikomplu jiżviluppaw li għandhom jiġu promossi fuq skala kbira t-trasport pubbliku, iċ-ċikliżmu u l-mixi. Dan jikkonforma mal-istqarrijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tan-“Netwerk taċ-Ċittadin” (22). Riċentement il-KESE reġa’ kkritika l-fatt li l-implimentazzjoni tal-ideat tan-Netwerk taċ-Ċittadin ftit li xejn qed tagħmel progress. Huwa proprju fil-politika tat-trasport fil-bliet li hemm bżonn ta’ kunċetti ġodda li jiddibattu r-rwol dominanti li s’issa dejjem ingħata lill-karozza. |
|
— |
Fil-fehma tal-KESE, il-politiki tat-trasport urban, pereżempju dawk ta’ dawn l-aħħar snin ta’ Londra u Bielefeld (il-Ġermanja), huma prova li t-tendenzi ħżiena jistgħu jiġu evitati u li tista’ tiġi implimentata politika tat-trasport sostenibbli jekk dawk li huma responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet ikunu impenjati u jwittu t-triq għal dan. |
|
— |
Il-KESE għandu d-dubji tiegħu dwar l-istqarrija tal-Kummissjoni f’punt 32 li “t-tixrid […] iwassal għal ħtieġa ikbar ta’ modi ta’ trasport individwali”. Id-densità baxxa fl-ammont ta’ karozzi f’żoni urbani bħal Berlin u Kopenħagen pereżempju juru li permezz tal-politika tat-trasport it-tajba, il-modal split tista’ tiżviluppa fid-direzzjoni l-opposta. |
|
— |
Il-KESE qed jistenna li jitnieda dibattitu infurmat dwar strumenti effettivi li jagħtu prijorità lill-forom u l-mezzi tat-trasport li jirrispettaw l-ambjent fl-investimenti li jsiru u l-oqsfa kollha li jiġu stabbiliti, kif ukoll li jiġu żviluppati standards soċjali u ambjentali armonizzati għall-mezzi tat-trasport kollha sabiex jiġu żgurati l-kompetizzjoni ġusta u l-iżvilupp sostenibbli. |
|
— |
F’dan il-proċess jeħtieġ li nqisu l-impatt ta’ bosta politiki tal-ekonomija u tad-djar permezz ta’ eżempji mill-Istati Membri u l-esperjenzi ta’ diversi proġetti tal-UE fil-lokalitajiet li għandhom politika eżemplari, li tevita t-trasport motorizzat, u li fl-istess waqt tissodisfa tajjeb ħafna l-bżonnijiet ta’ kuljum u tal-mobilità. Il-KESE jemmen li għandu jinħoloq punt ta’ koordinazzjoni tal-UE fejn jinġabru l-eżempji t-tajba u jiġu mxerrda. |
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) COM(2001) 370 finali.
(2) COM(2006) 314 finali.
(3) COM(2007) 642 finali.
(4) Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, iċ-ċifri huma meħuda minn: GD TREN (2009), it-trasport u l-enerġija tal-UE f’ċifri. Ktejjeb tal-istatistika 2009.
(5) Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-analiżi ta’ nofs it-terminu tal-White Paper (COM(2006) 314, tabella 3-2) tinkludi l-kalkoli tal-Kummissjoni dwar żieda fl-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport sas-sena 2020 li tmur kontra l-għanijiet tal-ħarsien tal-klima.
(6) Minn madwar 72 % għal 84 % fl-2050.
(7) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 89.
(8) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 80.
(9) ĠU C 224, 30.8.2008, p. 46.
(10) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 70.
(11) ĠU C 318, 23.12.2009, p. 101.
(12) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 20.
(13) ĠU C 168, 20.7.2007, p. 50.
(14) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 25.
(15) ĠU C 27, 3.2.2009, p. 41.
(16) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 94.
(17) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 218.
(18) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 31.
(19) Studju “Il-mobilità fil-Ġermanja”, li sar mill-Ministeru Federali tat-Trasport, il-Bini u l-Iżvilupp Urban.
(20) Bħat-taxxi fuq l-użu tat-toroq u l-enerġija, u n-nollijiet u taxxi fuq l-użu tal-infrastruttura.
(21) Ara: http://www.unendlich-viel-energie.de/de/verkehr/detailansicht/article/5/erneuerbaren-energien-koennen-strombedarf-fuer-elektroautos-spielend-decken.html
(22) Ara: “L-iżvilupp tan-netwerk taċ-ċittadin - l-importanza tat-trasport lokali u reġjonali tal-passiġġieri u l-kontribut tal-Kummissjoni Ewropea f’dan il-qasam” COM(1998) 431 finali, 10.7.1998 (mhux disponibbli bil-Malti).
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/116 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Internet tal-Oġġetti – Pjan ta’ Azzjoni għall-Ewropa”
COM(2009) 278 finali
(2010/C 255/21)
Relatur: is-Sur Zenonas Rokus RUDZIKAS
Nhar it-18 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Internet tal-Oġġetti – Pjan ta’ Azzjoni għall-Ewropa
COM(2009) 278 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-12 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Zenonas Rokus Rudzikas.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u 17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-17 Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’60 vot favur u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Fid-dawl tan-natura speċifika tal-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) kif ukoll tal-importanza speċjali tagħhom għall-oqsma differenti tal-iżvilupp ta’ Stat u ta’ ħajjet iċ-ċittadini tiegħu, il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “Internet tal-Oġġetti – Pjan ta’ Azzjoni għall-Ewropa” (1). L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li toħloq mudell ġenerali ġdid: it-tranżizzjoni minn internet li jgħaqqad lin-nies għal internet li jgħaqqad lin-nies mal-oġġetti jew l-oġġetti bejniethom, jiġifieri għal “Internet tal-Oġġetti” (Internet of Things, IoT).
1.2 Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-IoT ser joħloq impjiegi ġodda u impjiegi aħjar, ser jiftaħ prospetti ġodda għan-negozju u t-tkabbir, ser isaħħaħ il-kompetittività globali tal-Ewropa u ser itejjeb il-kwalità ta’ ħajjet iċ-ċittadini.
L-IoT ser jagħti kontribut kbir sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali, pereżempju fl-oqsma tal-monitoraġġ tas-saħħa, l-ekoloġija u l-ħarsien tal-ambjent, it-trasport u f’oqsma oħra tal-attivitajiet umani. Il-komunikazzjoni fin-netwerk permezz tal-applikazzjonijiet tal-IoT ser ikollha konsegwenzi kbar fuq is-soċjetà tagħna u bil-mod il-mod ser twassal għal bidla ġenwina fil-mudell ta’ dan il-qasam.
1.3 Għalkemm il-KESE jappoġġja d-dokument tal-Kummissjoni u jaqbel b’mod ġenerali mal-istqarrijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jitressqu fih, hu jiddispjaċih li d-dokument ma jinkludix stqarrijiet konkreti, speċjalment fir-rigward taż-żmien u l-iskadenzi għall-implimentazzjoni.
1.4 Minħabba n-natura globali tal-internet, l-inizjattivi, il-miżuri u l-atti leġiżlattivi tal-Kummissjoni Ewropea waħedhom mhumiex biżżejjed sabiex tiġi indirizzata din l-istruttura dinjija. Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-importanza tan-negozjati u l-ftehimiet ratifikati mill-maġġoranza tal-Istati għandhom jitpoġġew dejjem aktar fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Jinħtieġ b’mod urġenti “Protokoll ta’ Kjoto ċibernetiku” jew l-ekwivalenti ċibernetiku għall-ftehim dwar il-klima mixtieq f’Kopenħagen.
1.5 Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni tesprimi ruħha b’mod aktar konkret dwar il-prinċipji bażiċi għall-ġestjoni tal-Internet tal-Oġġetti bil-għan li tinkiseb relazzjoni bilanċjata bejn il-ġestjoni ċentralizzata tal-internet u dik deċentralizzata, kif ukoll dwar il-monitoraġġ kontinwu tal-kwistjonijiet relatati mal-privatezza u mal-protezzjoni tad-data personali. Mhux biżżejjed li tinfetaħ id-diskussjoni; hemm bżonn ukoll li jittieħdu passi konkreti oħra.
1.6 Il-KESE jirrikonoxxi li l-istandardizzazzjoni tas-sistemi u l-proċeduri għandha importanza partikolari fit-twaqqif ta’ dan it-“Torri ta’ Babel” ċibernetiku. Madankollu, kwalunkwe standardizzazzjoni għandha tikkunsidra d-diversità u l-ispeċifiċitajiet tal-ilsna, il-kulturi u t-tradizzjonijiet tal-pajjiżi individwali.
1.7 Il-KESE jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tiffinanzja l-proġetti ta’ riċerka tas-Seba’ Programm Kwadru fil-qasam tal-Internet tal-Oġġetti. Però dan mhux suffiċjenti. Barra minn dan, għandhom jiġu ffinanzjati l-oqsma ta’ riċerka marbuta mal-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti, sabiex permezz tal-appoġġ prijoritarju li jingħataw tiwitta t-triq għal qabża ’l quddiem fil-kwalità ta’ dan il-qasam (nanoteknoloġiji, optoelettronika, kwantum kompjuters, grid and cloud computing, teknoloġiji għall-komunikazzjoni orali permezz ta’ kompjuter, u oħrajn). Dawn l-attivitajiet għandhom jiġu koordinati aħjar.
1.8 L-iżvilupp rapidu tal-ICT jirrikjedi aġġornament kontinwu tal-għarfien. Il-prinċipju tat-tagħlim tul il-ħajja japplika b’mod partikolari għal dan il-qasam. Il-lekċerers u l-istudenti tal-università, l-għalliema u l-istudenti tal-iskola kif ukoll l-adulti kollha għandhom jespandu l-għarfien tagħhom b’mod kontinwu. Hawnhekk it-teknoloġiji tat-tagħlim mill-bogħod (distance learning) huma partikolarment effiċjenti. Huwa indispensabbli li jittieħdu miżuri sabiex tingħalaq il-qasma diġitali ġeografika. Is-soċjetà ċivili organizzata għandha importanza speċjali fl-applikazzjoni ta’ dawn l-ambizzjonijiet.
1.9 Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza tal-innovazzjonijiet u jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-proprjetà intellettwali għandha tiġi protetta aħjar u li għandu jiġi promoss il-ħruġ ta’ privattivi għall-installazzjonijiet u l-mekkaniżmi, il-proċeduri u l-metodi. Għandha tingħata prijorità lill-appoġġ għall-proġetti maħsuba biex iħarsu l-wirt kulturali, id-diversità kulturali u lingwistika, u l-wirt intellettwali l-ieħor tal-poplu.
1.10 Il-KESE jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-bżonn li jiġu eżaminati aktar fil-fond il-konsegwenzi tal-mewġ elettromanjetiku fuq in-nies. Għalkemm ir-radjazzjoni li jitfgħu s-sistemi tal-IoT hija dgħajfa, in-numru tas-sorsi ta’ radjazzjoni jista’ jikber b’mod esponenzjali. Ħafna minn dawn is-sorsi jitfgħu r-radjazzjoni b’mod kostanti u għalhekk fil-ġejjieni l-fenomenu tat-“tniġġis elettroniku”, li qed jikber b’mod rapidu, jista’ jwassal għal problemi kbar. Ix-xjenza moderna għadha ma spjegatx b’mod definit jekk jeżistix limitu għall-intensità tar-radjazzjoni bejn il-livelli li ma jagħmlux ħsara u dawk li jagħmlu l-ħsara, u x’inhu l-impatt tal-effetti kumulattivi. Ser nispiċċaw ma nkunux nistgħu neħilsu mill-ispirti li qed insejħu?
2. In-natura speċifika tal-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni
L-IoT huwa bbażat fuq l-idea ta’ netwerk dinji, integrat u mingħajr wajers ta’ faċilitajiet u mekkaniżmi intelliġenti (imsejħa “oġġetti”) u tal-aktar sensors u actuators differenti li fihom l-oġġetti jikkomunikaw ma’ xulxin u man-nies filwaqt li jużaw protokolli standard. Dan in-netwerk ser jgħaqqad biljuni ta’ nies flimkien. F’din is-sezzjoni ser jiġu ppreżentati xi karatteristiċi speċifiċi tal-ICT.
2.1 Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-ICT hija l-iżvilupp partikolarment rapidu u esplożiv tagħhom, li f’wieħed mill-istadji ta’ żvilupp tiegħu nħoloq l-internet. Fi prattikament ġenerazzjoni waħda dawn it-teknoloġiji għaddew mil-laboratorji xjentifiċi individwali għal għand il-pubbliku. It-teknoloġiji għall-kalkolu parallel u maqsum (it-teknoloġiji grid) kibru b’mod daqstant ieħor rapidu. Fil-Litwanja, pereżempju, il-proġetti bħall-BalticGrid I u II kif ukoll il-proġetti nazzjonali LitGrid u GridTechno qed jiġu implimentati bl-appoġġ tal-UE.
2.2 Karatteristika oħra tal-ICT hija li fil-parti l-kbira tagħhom dawn it-teknoloġiji jkomplu jiżviluppaw minħabba l-interazzjoni ta’ diversi oqsma xjentifiċi oħra kif ukoll minħabba l-użu u s-sinteżi tal-metodi u r-riżultati, u minn dan toħroġ kwalità ġdida.
2.3 L-ICT jirreċiprokaw u “jroddu d-dejn tagħhom” lill-oqsma xjentifiċi l-oħra billi jipprovdulhom metodi tar-riċerka, tagħmir u għodda oħra. Barra minn hekk, huma ta’ benefiċċju wkoll għaċ-ċittadini fil-ħajja ta’ kuljum. Filwaqt li qabel il-matematika kienet ikkunsidrata bħala r-reġina (jew kif jarawha xi wħud, il-“qaddejja”) tax-xjenza, issa dan ir-rwol ittieħed mill-informatika. Nistgħu anke nikkwota l-frażi maħluqa mill-filosfu Franċiż fl-1532 eżattament qabel ir-rivoluzzjoni l-oħra, dik tal-istampar, li “x-xjenza mingħajr kuxjenza mhix ħlief telfien tar-ruħ” (“science without conscience is but the ruin of the soul”, f’Kapitolu VII ta’ “Pantagruel”).
2.4 Karatteristika oħra tal-ICT hija li fil-biċċa l-kbira huma bbażati fuq l-applikazzjoni, u dan jidher fl-iżvilupp rapidu tal-faċilitajiet u l-mekkaniżmi appoġġjati mill-ICT. Biżżejjed issir referenza għad-dinamika tal-iżvilupp fis-settur tal-komunikazzjoni mobbli, it-tendenzi tal-bidla fil-proprjetajiet tal-kompjuter, l-iżvilupp ta’ lingwi algoritmiċi jew l-espansjoni tal-internet.
2.5 Min-natura tiegħu, l-IoT jwassal b’mod inevitabbli biex l-isfera teknoloġika ssir dejjem aktar “intelliġenti”. L-oġġetti jsiru “intelliġenti” u f’ċertu punt ikunu kapaċi jagħrfu l-proprjetajiet u l-possibbiltajiet tagħhom stess u dawk tal-ambjent ta’ madwarhom, jieħdu deċiżjonijiet b’mod indipendenti u jieħdu azzjoni sabiex jilħqu l-objettivi stabbiliti jew iwettqu l-kompiti li jingħataw. Huwa immaġinabbli li l-oġġetti intelliġenti jsiru kapaċi jagħmlu attivitajiet mill-aktar differenti u jwettqu bosta kompiti, u f’ċertu punt jibdew jirreaġixxu għall-ambjent ta’ madwarhom, jiġifieri jibdew jadattaw għall-ambjent ta’ madwarhom, ibiddlu l-konfigurazzjoni tagħhom, jirranġaw id-difetti tagħhom waħedhom u saħansitra jiddeċiedu minn ikollu aċċess għalihom u jbiddlu s-sidien tagħhom.
2.6 Fid-dawl tas-suq globali enormi tal-ICT u l-iżvilupp partikolarment rapidu tiegħu li diġà ssemma u li jirrikjedi r-raffinar u l-aġġornament kontinwu tal-għarfien xjentifiku, dan huwa settur ekonomiku partikolarment attraenti għall-pajjiżi Ewropej b’livell għoli ta’ edukazzjoni u b’kultura żviluppata tax-xogħol.
2.7 Il-munita tal-ICT ukoll fiha żewġ naħat. Minn naħa, l-użu tagħhom jikkontribwixxi għal ħajja ta’ kwalità aħjar taċ-ċittadini, u min-naħa l-oħra l-ICT jistgħu jkollhom ukoll effetti negattivi. Dawn jinkludu, fost affarijiet oħra, ir-riskji għall-privatezza, il-periklu tat-terroriżmu ċibernetiku u s-siti tal-internet li jxerrdu l-pornografija, l-omofobija u r-razziżmu. Barra minn hekk, jeżisti l-periklu li ż-żgħażagħ, b’mod partikolari, jaqbdu l-vizzju tal-internet, u dan iwassal biex parti kbira mid-dinja reali tiġi sostitwita minn ħajja fid-“dinja virtwali”.
2.8 Minħabba n-natura speċifika tal-ICT u l-“wild” tagħhom, l-internet, kif ukoll l-importanza tagħhom għall-ekonomija ta’ pajjiż u l-kwalità ta’ ħajjet iċ-ċittadini tiegħu, il-KESE ilu ħafna jagħti attenzjoni kbira lil dan il-qasam. Qed issir referenza b’mod partikolari għall-opinjoni tal-KESE 1514/2008 (TEN/342) dwar l-“Internet tal-Oġġetti” (relatur: is-Sur Retureau), kif ukoll għall-opinjonijiet (2) rilevanti tal-aħħar snin kif ukoll għad-dokumenti kkwotati fihom.
3. Kummenti ġenerali
3.1 Fid-dawl tal-importanza speċjali tal-ICT għall-oqsma differenti tal-iżvilupp ta’ Stat u ta’ ħajjet iċ-ċittadini tiegħu, il-KESE jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “Internet tal-Oġġetti – Pjan ta’ Azzjoni għall-Ewropa”. L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li toħloq mudell ġenerali ġdid: it-tranżizzjoni minn internet li jgħaqqad lin-nies għal internet li jgħaqqad lin-nies mal-oġġetti jew l-oġġetti bejniethom.
3.2 Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-IoT ser joħloq impjiegi ġodda u impjiegi aħjar, ser jiftaħ prospetti ġodda għan-negozju u t-tkabbir, ser isaħħaħ il-kompetittività globali tal-Ewropa u ser itejjeb il-kwalità ta’ ħajjet iċ-ċittadini.
3.3 Il-KESE jilqa’ l-investimenti li diġà għamlet il-Kummissjoni Ewropea fl-iżvilupp tal-ICT permezz tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (FP5-6-7) u l-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP). Diġà sar xi progress importanti: il-mekkaniżmi qed isiru notevolment iżgħar u daqt ma jibqgħux jidhru f’għajn in-nies, l-oġġetti qed isiru dejjem aktar mobbli u mingħajr wajers, u s-sistemi qed isiru dejjem aktar eteroġeni u kumplessi. L-aktar teknoloġiji ġodda, bħall-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID), in-Near Field Communication (NFC), il-verżjoni 6 tal-protokoll tal-internet (IPv6) u l-konnessjonijiet ultra-broadband, qed jinfirxu dejjem aktar.
Xhieda tal-progress rivoluzzjonarju f’dan il-qasam huwa l-għoti tal-Premju Nobel għall-fiżika lil tliet xjentisti għall-iskoperta tat-teknoloġija tal-fibri ottiċi u l-kontribut tagħhom għall-ewwel esperiment li rnexxielu jaqbad u jittrasferixxi l-immaġni permezz ta’ sensors diġitali ottiċi. Din l-iskoperta wittiet it-triq għall-ħolqien tal-internet modern u għall-iżvilupp kontinwu tiegħu lejn l-IoT tal-ġejjieni.
3.4 Minħabba l-bidliet soċjali profondi marbuta mal-iżvilupp tal-IoT hemm bżonn li dan il-proċess jiġi kkontrollat sabiex ikun jista’ jgħin b’mod effettiv fit-tkabbir ekonomiku u l-benesseri individwali mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-privatezza u s-sigurtà tal-informazzjoni.
Il-KESE jilqa’ kull miżura li ħadet il-Kummissjoni bil-għan li jitneħħew l-ostakli għall-introduzzjoni tal-IoT.
3.5.1 Huwa importanti immens li jitħarsu dawn iż-żewġ drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE: il-protezzjoni tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali. Għaldaqstant, il-protezzjoni tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, bħala proċessi, għandhom jiġu sorveljati l-ħin kollu u għandha tittieħed azzjoni kontra l-ksur li jiġi identifikat.
3.5.2 Huwa partikolarment importanti li fir-rigward tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, il-komponenti tal-IoT jiġu ddisinjati sa mill-bidu nett b’funzjonijiet inkorporati għall-protezzjoni u s-sigurtà, u li jiġu kkunsidrati t-talbiet kollha tal-utent biex tinħoloq atmosfera ta’ fiduċja, aċċettazzjoni u sigurtà. Fid-dinja tal-ekonomija s-sigurtà tal-informazzjoni hija marbuta mad-disponibbiltà, l-affidabbiltà u l-kunfidenzjalità tad-data tan-negozju kif ukoll mal-valutazzjoni tar-riskji l-ġodda li jistgħu jinħolqu.
3.5.3 Billi kwalunkwe funzjonament ħażin tal-IoT jista’ jkollu impatt sinifikattiv fuq l-ekonomija u s-soċjetà ta’ ċerti reġjuni jew saħansitra tad-dinja kollha, għandha tiġi garantita bl-aħjar mod possibbli l-protezzjoni tal-infrastruttura tal-informazzjoni tal-IoT.
3.5.4 L-istandardizzazzjoni hija importanti immens biex l-IoT jiżviluppa f’fenomenu tal-massa. L-istandardizzazzjoni tiffaċilita l-użu tal-IoT u bil-għajnuna tagħha l-intrapriżi jkunu jistgħu jistabbilixxu ruħhom aħjar fil-kompetizzjoni internazzjonali. L-istandardizzazzjoni b’rabta mal-introduzzjoni rapida tal-IPv6 tkun partikolarment effettiva għaliex din tippermetti li jiġu indirizzati numru kważi illimitat ta’ oġġetti – inklużi l-abitanti kollha tad-dinja – direttament minn fuq l-internet.
3.6 Il-Kumitat jilqa’ b’mod speċjali l-miżuri tal-Kummissjoni biex tappoġġja r-riċerka xjentifika u l-iżvilupp teknoloġiku f’dan il-qasam interdixxiplinari, li jlaqqa’ flimkien ir-riżultati ta’ bosta oqsma ta’ riċerka u teknoloġiji u li jikkombinahom sabiex jinħoloq prodott ta’ kwalità ġdida, jiġifieri l-internet tal-ġejjieni, l-IoT. Il-Kumitat ifaħħar li l-Kummissjoni beħsiebha tinkoraġġixxi s-sħubijiet pubbliċi-privati (SPP) sabiex tiġi solvuta din il-problema bażika.
L-IoT ma jiftaħx biss possibbiltajiet ġodda għall-ekonomija u l-produzzjoni, iżda jirrikjedi wkoll mudelli tan-negozju totalment ġodda, speċjalment fl-oqsma tan-negozju elettroniku u l-kummerċ elettroniku.
3.7 Is-sistemi tal-IoT qed jiġu żviluppati, ġestiti u użati minn ħafna partijiet interessati li jħaddnu mudelli tan-negozju differenti u interessi varji. Għalhekk għandhom jinħolqu l-kondizzjonijiet meħtieġa biex jiġu promossi t-tkabbir u l-innovazzjoni, biex is-sistemi attwali jiġu kkumplementati b’elementi ġodda u biex is-sistemi l-ġodda jiġu adattati b’mod flessibbli għal dawk li diġà jeżistu.
3.8 Minħabba l-impatt transkonfinali tiegħu, l-IoT ser ikun prodott verament globali. Għal din ir-raġuni, id-djalogu internazzjonali, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-koodinazzjoni tal-miżuri konġunti attwali huma partikolarment importanti fl-iżvilupp u l-applikazzjoni tiegħu.
3.9 Il-KESE jilqa’ l-miżuri u l-mezzi previsti mill-Kummissjoni sabiex tiġi garantita d-disponibbiltà fil-ħin tar-riżorsi adatti tal-ispettru radjuelettriku u sabiex tiġi sorveljata u evalwata l-ħtieġa ta’ spettru armonizzat addizzjonali għal finijiet speċifiċi tal-IoT. Minħabba ż-żieda fil-mekkaniżmi u l-oġġetti li jitfgħu mewġ elettromanjetiku għandu jiġi żgurat li anke fil-futur il-mekkaniżmi u s-sistemi kollha jissodisfaw il-kondizzjonijiet tas-sigurtà u s-saħħa biex jipproteġu lill-pubbliku.
3.10 Il-KESE jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex toħloq mekkaniżmu bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha fil-livell Ewropew (u forsi anke f’dak globali?) bil-għan li jissorvelja l-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti, u biex issir evalwazzjoni tal-miżuri addizzjonali li għandhom jieħdu l-awtoritajiet sabiex jiggarantixxu l-implimentazzjoni kemm jista’ jkun rapida ta’ dan il-proġett ambizzjuż. Għal dan il-għan, id-djalogu kostanti u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma’ reġjuni oħra tad-dinja huma kondizzjonijiet neċessarji.
3.11 Il-KESE jappoġġja b’mod partikolari l-għan tal-Kummissjoni li tadotta approċċ proattiv biex l-Ewropa jkollha rwol ewlieni fit-tfassil tal-Internet tal-Oġġetti bil-għan li l-Internet tal-Oġġetti jsir Internet tal-Oġġetti għan-nies. Il-KESE huwa lest li jikkollabora sabiex jintlaħaq dan l-għan ambizzjuż iżda realistiku. F’dan ir-rigward is-soċjetà ċivili organizzata għandha kontribut importanti x’tagħti, u r-rappreżentanti tagħha għandhom jiġu kkonsultati dwar l-aspetti kollha li jaffettwaw is-soċjetà u l-ħajja privata tal-individwi, inkluża s-salvagwardja tal-libertajiet pubbliċi u privati.
4. Kummenti speċifiċi
Il-KESE jilqa’ d-dokument tal-Kummissjoni u jappoġġja b’mod ġenerali l-istqarrijiet u l-proposti mressqa fih. Madankollu jixtieq jgħaddi dawn il-kummenti, proposti u rakkomandazzjonijiet.
4.1 Il-pjan ta’ azzjoni u l-14-il linja ta’ azzjoni ppreżentati ma jinkludux stqarrijiet konkreti fir-rigward taż-żmien u l-iskadenzi għall-implimentazzjoni. Huwa biss fl-aħħar tad-dokument (Kapitolu 5: Konklużjonijiet) li jingħad li l-IoT “għad mhuwiex realtà tanġibbli, imma aktar viżjoni prospettiva ta’ għadd ta’ teknoloġiji li, imħallta flimkien, jistgħu fil-ħames sa ħmistax-il sena li ġejjin jimmodifikaw drastikament kif jiffunzjonaw is-soċjetajiet tagħna.” Minn dan joħroġ li l-pjan ta’ azzjoni huwa mifrux fuq bejn wieħed u ieħor ħmistax-il sena. Dan ifisser naturalment li l-biċċa l-kbira tal-linji ta’ azzjoni proposti ser jiġu implimentati, koordinati jew għall-inqas sorveljati matul dan il-perijodu ta’ żmien. Madankollu, fil-każ ta’ ċerti linji tista’ tingħata, jew tingħad b’mod aktar konkret, id-data ta’ skadenza għall-implimentazzjoni (pereżempju għal-linji ta’ azzjoni 1, 4, 8, 9 u 14).
4.2 Minħabba n-natura globali tal-IoT, xi darba jew oħra l-Istati kollha tad-dinja ser jieħdu sehem fih. Għalhekk l-inizjattivi, il-miżuri u l-atti leġiżlattivi tal-Kummissjoni Ewropea waħedhom mhumiex biżżejjed sabiex tiġi kkontrollata din l-istruttura dinjija. Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-importanza tan-negozjati u l-ftehimiet ratifikati mill-maġġoranza tal-Istati għandhom jitpoġġew dejjem aktar fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Jinħtieġ b’mod urġenti “Protokoll ta’ Kjoto ċibernetiku” jew l-ekwivalenti ċibernetiku għall-ftehim dwar il-klima mixtieq f’Kopenħagen.
4.3 Il-KESE jirrakkomanda li jsiru stqarrijiet aktar konkreti dwar il-prinċipji bażiċi għall-ġestjoni tal-Internet tal-Oġġetti bil-għan li tinkiseb relazzjoni bilanċjata bejn il-ġestjoni ċentralizzata tal-internet u dik deċentralizzata, kif ukoll dwar il-monitoraġġ kontinwu tal-kwistjonijiet relatati mal-privatezza u mal-protezzjoni tad-data personali, u b’hekk jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali kif ukoll il-periklu ta’ attakki terroristiċi.
4.4 Il-KESE jissottolinja li d-“dritt għas-skiet elettroniku” (il-possibbiltà li l-individwi jaqtgħu mill-ambjent tan-netwerk tagħhom) ma jirrappreżenta l-ebda garanzija suffiċjenti għall-protezzjoni tal-privatezza jew is-sigurtà tal-oġġetti. Pereżempju, il-fatt li jintefa t-telefon ċellulari ma jwaqqafx lil ċerti gruppi milli jiġbru informazzjoni dwar is-sid li huma ta’ interess għalihom. Għalhekk mhux biżżejjed li tinfetaħ id-diskussjoni; hemm bżonn ukoll li jittieħdu passi konkreti oħra.
4.5 Il-KESE jirrikonoxxi li, fit-twaqqif ta’ dan it-“Torri ta’ Babel” ċibernetiku, l-istandardizzazzjoni tas-sistemi u l-proċeduri għandha importanza partikolari għaliex tiggarantixxi li, pereżempju, friġġ fiċ-Ċina “tikkomunika” b’suċċess ma’ xkaffa mimlija tazzi tal-jogurt tad-Danone f’supermarket fi Franza. Madankollu, l-istandardizzazzjoni għandha tikkunsidra d-diversità u l-ispeċifiċitajiet tal-ilsna, il-kulturi u t-tradizzjonijiet tal-pajjiżi individwali.
4.6 Il-KESE jilqa’ bis-sħiħ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tiffinanzja l-proġetti ta’ riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku fil-qasam tal-Internet tal-Oġġetti permezz tas-Seba’ Programm Kwadru. Madankollu, għandha tingħata prijorità lill-finanzjament ta’ dan il-qasam billi s-suċċessi mixtieqa fih huma fattur li jiddetermina b’mod deċiżiv il-kompetittività tal-Ewropa u l-benesseri taċ-ċittadini tagħha. Minbarra l-oqsma ta’ riċerka msemmija fil-linja ta’ azzjoni 7 għandhom jissemmew ukoll in-nanoteknoloġiji, il-grid and cloud computing, l-optoelettronika, il-kwantum kompjuters u oqsma oħra tal-fiżika u l-informatika li, permezz tal-appoġġ prijoritarju li jingħataw, iwittu t-triq għal qabża ’l quddiem fil-kwalità ta’ dan il-qasam. Dawn l-attivitajiet għandhom jiġu koordinati aħjar.
4.7 L-iżvilupp u t-tixrid rapidi tal-ICT jeħtieġu esperti mħarrġa sew. Il-lekċerers għandhom jaġġornaw b’mod sistematiku l-kontenut tal-lekċers tagħhom sabiex l-istudenti jkollhom aċċess għall-aħħar informazzjoni u jkunu kapaċi jipparteċipaw fit-tfassil tal-IoT u jużawh. L-istudenti tal-iskola wkoll iridu jitħejjew tajjeb. Tinħtieġ sistema ta’ taħriġ kontinwu għall-adulti. Għal dan il-qasam japplikaw b’mod partikolari l-prinċipju tat-“tagħlim tul il-ħajja” u t-teknoloġiji tat-tagħlim mill-bogħod. Huwa indispensabbli li jittieħdu miżuri sabiex tingħalaq il-qasma diġitali ġeografika. Is-soċjetà ċivili organizzata u l-istrutturi tagħha għandhom importanza speċjali fl-applikazzjoni ta’ dawn l-miżuri.
4.8 Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza tal-innovazzjonijiet u l-proġetti pilota, u jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-proprjetà intellettwali għandha tiġi protetta aħjar u li għandu jiġi promoss il-ħruġ ta’ privattivi għall-installazzjonijiet u l-mekkaniżmi, il-proċeduri u l-metodi. Huwa mixtieq li l-Kummissjoni tirreaġixxi b’mod aktar deċiżiv, u mhux sempliċement b’sentenzi bħal “Il-Kummissjoni qed tikkunsidra l-possibbiltà …”. Għandha tingħata prijorità lill-appoġġ għall-ħidmiet maħsuba biex iħarsu l-wirt kulturali, id-diversità kulturali u lingwistika (uħud jemmnu li l-lingwi li mhumiex appoġġjati mill-kompjuter huma kkundannati li jgħibu), u l-wirt intellettwali l-ieħor tal-poplu.
4.9 Il-KESE jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-bżonn li jiġu eżaminati aktar fil-fond il-konsegwenzi tal-mewġ elettromanjetiku fuq in-nies. Għalkemm ir-radjazzjoni li jitfgħu s-sistemi tal-IoT hija dgħajfa, in-numru tas-sorsi ta’ radjazzjoni jista’ jikber b’mod esponenzjali. Ħafna minn dawn is-sorsi jitfgħu r-radjazzjoni b’mod kostanti u għalhekk fil-ġejjieni l-fenomenu tat-“tniġġis elettroniku”, li qed jikber b’mod rapidu, jista’ jwassal għal problemi kbar. Ix-xjenza moderna għadha ma spjegatx b’mod definit jekk jeżistix limitu ta’ intensità li jekk jinqabeż ir-radjazzjoni li ma tagħmilx ħsara tibda tagħmel il-ħsara, u x’inhu l-impatt tal-effetti kumulattivi. Fl-aħħar mill-aħħar, kultant polz elettromanjetiku fil-livell tal-kwantum ikun biżżejjed biex jibda l-iżvilupp karċinoġenu ta’ ċellola li ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat. Ser nispiċċaw ma nkunux nistgħu neħilsu mill-ispirti li qed insejħu?
4.10 IoT li jaħdem tajjeb jiddependi minn informazzjoni komplikata u strutturata u minn algoritmi kumplessi, u naturalment ikun imsawwar minn taqsimiet ta’ oġġetti ċentralizzati u oġġetti individwali “intelliġenti”. Struttura organizzata b’dan il-mod tista’ tkun tixbah lill-ħidma tal-Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari (CERN), fejn il-ġbir, l-analiżi, il-ħżin u l-użu tad-data jiġu appoġġjati minn infrastruttura teknoloġika grid fuq il-bażi tal-EGEE (3) u proġetti oħrajn. Madankollu, fl-IoT il-proċessi tal-ipproċessar tad-data huma aktar komplikati. Għaldaqstant, l-EGEE għandha titqies biss bħala punt tat-tluq għall-iżvilupp, l-ippjanar u l-introduzzjoni tal-komponenti rilevanti tal-IoT.
Brussell, 17 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) COM(2009) 278 finali.
(2) ĠU C 256, 27.10.2007, p. 66-72; ĠU C 224, 30.8.2008, p. 50-56; ĠU C 175, 28.7.2009, p. 92-96; ĠU C 128, 18.5.2010, p. 69, u l-opinjoni tal-KESE: Il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni – Ara paġna 98 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Enabling Grids for E-sciencE, www.eu-egee.org.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/121 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fil-Komunità Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96”
COM(2009) 361 finali – 2009/0106 (CNS)
(2010/C 255/22)
Relatur uniku: is-Sur SALVATORE
Nhar l-4 ta’ Settembru 2009 l-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fil-Komunità Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96
COM(2009) 361 finali – 2009/0106 (CNS).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-12 ta’ Novembru. Ir-relatur kien is-Sur Salvatore.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’177 vot favur u astensjoni waħda.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni Ewropea li tintroduċi regoli ġodda dwar proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija u japprova r-regolament propost billi dan iqis l-iżviluppi reċenti fil-politika tal-enerġija tal-UE. Il-proposta tindirizza l-ħtiġijiet reali tas-settur, tiffaċilita l-ġbir ta’ informazzjoni adattata, sodisfaċenti u trasparenti, u tinvolvi piż amministrattiv proporzjonat mal-utilità tagħha.
1.2 Il-Kumitat japprova l-prinċipju li fuqu jissejjes ir-regolament propost tal-Kummissjoni, jiġifieri li l-ħtieġa li tiġi żgurata informazzjoni regolari u konsistenti għat-twettiq ta’ analiżi regolari u transettorjali tas-sistema tal-enerġija ma tmurx kontra l-objettivi li jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi, u li t-trasparenza tiġi promossa. Il-proposta tal-Kummissjoni, msejsa fuq dan l-objettiv, tikkostitwixxi titjib ċar tas-sistema attwali. Għaldaqstant jidher li din il-proposta, li għandha bażi legali fl-Artikolu 284 tat-Trattat KE u l-Artikolu 187 tat-Trattat EURATOM, hija konformi bis-sħiħ mal-prinċipji fundamentali tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.
1.3 Il-Kumitat jinnota li d-dettalji tal-limiti minimi stipulati fl-appendiċi għar-regolament propost, li ’l fuq minnhom l-obbligu ta’ notifika jiġi implimentat, mhumiex iġġustifikati b’mod ċar mill-Kummissjoni. Huma meħtieġa diskussjonijiet aktar profondi bejn il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet Ewropej u nazzjonali, l-operaturi tas-suq u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex jistabbilixxu l-iktar limiti minimi xierqa li jiggarantixxu s-sikurezza, il-ħarsien ambjentali, it-trasparenza u l-effettività f’termini ta’ spejjeż.
1.4 Il-Kumitat jissuġġerixxi li lil hinn milli tantiċipa l-provvista tal-enerġija u żbilanċji fid-domanda u tidentifika lakuni fl-infrastruttura, l-analiżi regolari tal-Kummissjoni għandha tkun ukoll strument ta’ kontroll fuq l-istat attwali tal-proġetti notifikati, billi timmonitorja l-progress fis-siti ta’ kostruzzjoni, sabiex tiżgura li jitlestew fi skadenzi raġonevoli.
1.5 Il-Kumitat jaħseb li huwa importanti ferm li tiġi żgurata s-sigurtà kemm tal-infrastruttura li diġà teżisti kif ukoll ta’ proġetti ġodda. L-investimenti tal-operaturi ekonomiċi għandhom jiffokaw primarjament fuq il-modernizzazzjoni u ż-żamma tan-netwerks tal-enerġija, kif ukoll l-aġġornament teknoloġiku tagħhom għal finijiet ta’ sigurtà, bil-għan li jiġu evitati l-problemi u li tiġi żgurata l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbiltà ambjentali, li m’għandha ssir l-ebda deroga għaliha għall-ebda raġuni.
1.6 Il-Kumitat jirrimarka li l-ġbir tal-informazzjoni u tad-data dwar l-infrastruttura ta’ interess għall-Komunità jippermetti li jissaħħaħ il-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-istrument ta’ analiżi regolari ser jiffavorixxi d-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ enerġija, u b’hekk titnaqqas id-dipendenza enerġetika minn pajjiżi individwali li jesportaw is-sorsi konvenzjonali, u tiġi favorita s-sigurtà tal-provvista.
1.7 Fir-rigward tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, il-Kumitat jemmen li huwa importanti li jiġi evitat li spejjeż amministrattivi jiġu imposti fuq l-SMEs, b’mod partikulari dawk li jispeċjalizzaw fit-teknoloġiji ekoloġiċi emerġenti, li diġà għandhom żvantaġġ minħabba spejjeż ta’ produzzjoni ogħla minn dawk ta’ sistemi minn sorsi ta’ enerġija konvenzjonali.
1.8 Il-Kumitat jissuġġerixxi li, sabiex tissaħħaħ it-trasparenza, il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara objettiv li l-Istati Membri jqisu kif jixraq l-opinjonijiet li r-residenti tal-postijiet fejn ikunu ser isiru l-installazzjonijiet il-ġodda jesprimu, permezz tal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili.
1.9 Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżgura li l-ispejjeż ta’ investiment ma jgħaddux għall-konsumaturi.
2. Daħla
2.1 Il-liberalizzazzjoni tas-suq intern tal-enerġija qed toħloq opportunitajiet ġodda għal investiment f’dan is-settur; il-kuntest leġiżlattiv ġdid jesiġi li għandhom jintlaħqu objettivi speċifiċi fil-qasam tal-enerġija rinovabbli u bijokarburanti.
Fid-dawl taż-żjieda antiċipata u mixtieqa fl-investiment infrastrutturali fl-Ewropa, qafas armonizzat huwa meħtieġ għall-ġbir ta’ data dwar proġetti ta’ impjanti tal-enerġija (muntaġġ u żmuntaġġ).
2.2 Il-Kummissjoni qed tipproponi li tirrevoka r-Regolament (KE) Nru 736/96 u tissostitwixxieh b’regolament ġdid immirat biex jimmonitorja proġetti ta’ investiment tal-infrastruttura fir-rigward tal-produzzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-enerġija u tad-dijossidu tal-karbonju.
2.3 Il-ġbir ta’ data rilevanti u adattata dwar progress fl-infrastruttura enerġetika fl-Istati Membri huwa kruċjali għat-twettiq ta’ analiżi transettorjali regolari mmirati biex jantiċipaw lakuni strutturali possibbli u żbilanċji fil-provvista u d-domanda tal-enerġija. Hemm ukoll il-bżonn li tiġi assigurata t-trasparenza għall-parteċipanti tas-suq u li jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi.
2.4 Ir-Regolament Nru 736/96 mhux biss skada – billi l-ambitu tiegħu jeskludi firxa kbira ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli – iżda ma jipprovdix sistema adattata għall-ġbir tad-data u għall-monitoraġġ tal-proġetti tal-enerġija tal-Istati Membri. Is-sistema attwali tista’ għalhekk tkun qed ixxekkel iċ-ċertezza tal-investiment billi ma tiżgurax it-trasparenza; fuq medda twila ta’ żmien tista’ tnaqqas il-pass tat-tranżizzjoni għal ekonomija b’użu baxx tal-karbonju. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni attwali ma tidhirx li tipprovdi garanziji ta’ sigurtà fir-rigward tan-netwerks tal-enerġija u tal-karbonju, is-siti ta’ produzzjoni u l-faċilitajiet ta’ ħżin.
3. Il-proposta tal-Kummissjoni
3.1 Fil-qofol tal-kontenut tar-regolament propost hemm l-esiġenza fuq l-Istati Membri li jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar proġetti ta’ investiment tal-infrastruttura – fir-rigward taż-żejt, il-gass naturali, l-elettriku u l-bijokarburanti, u l-qbid, il-ħżin u t-trasport tad-dijossidu tal-karbonju – li fuqu beda x-xogħol jew huwa skedat li jibda fil-ħames snin li ġejjin, jew li għandhom l-għan li jiżmuntaw infrastruttura fi żmien tliet snin.
3.2 L-informazzjoni meħtieġa tikkonċerna: il-kapaċità tal-impjant; il-post, l-isem, it-tip u l-karatteristiċi ewlenin tal-infrastruttura; id-data probabbli għall-muntaġġ; it-tip ta’ sorsi ta’ enerġija li qed jintużaw; it-teknoloġiji għas-sigurtà tal-infrastruttura; u l-installazzjoni ta’ sistemi għall-qbid tal-karbonju. Fil-każ tal-iżmuntaġġ ta’ impjant, hija meħtieġa informazzjoni dwar in-natura u l-kapaċità tal-infrastruttura kkonċernata; u d-data probabbli għall-iżmuntaġġ.
3.3 Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Istati Membri jagħtu l-informazzjoni mitluba kull sentejn, mill-31 ta’ Lulju 2010 ’l quddiem. L-operaturi tas-suq għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Istati Membri fejn qed jippjanaw li jwettqu l-proġetti ta’ investiment tagħhom qabel il-31 ta’ Mejju ta’ kull sena ta’ rappurtaġġ. L-informazzjoni notifikata għandha tirrifletti s-sitwazzjoni ta’ proġetti ta’ investiment mill-31 ta’ Marzu ’l quddiem tas-sena inkwistjoni.
3.4 Il-Kummissjoni tiffavorixxi mudell ibbażat fuq il-kumplementarità, sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni tal-informazzjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma eżentati milli jinnotifikaw informazzjoni fejn diġà taw l-informazzjoni ekwivalenti taħt leġiżlazzjoni speċifika oħra jew bħala parti minn pjan ta’ investiment multiannwali.
3.5 Il-Kummissjoni tipproponi li l-informazzjoni mogħtija tintuża biex titwettaq, għallinqas kull sentejn, analiżi transettorjali tal-iżvilupp strutturali tas-sistema tal-enerġija tal-UE, u r-riżultati tagħha għandhom jiġu diskussi mal-Istati Membri u l-partijiet interessati. Ir-riżultati jistgħu jsiru pubbliċi, bl-eċċezzjoni ta’ fejn idgħajfu l-ħarsien tad-data personali jew ikunu sensittivi mil-lat kummerċjali.
3.6 Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament, b’mod partikulari fir-rigward tal-metodoloġiji tal-kalkolu li ser jintużaw, id-definizzjonijiet tekniċi u l-kontenut tad-data rekwiżita. Huwa ppjanat li ssir reviżjoni tar-regolament propost fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu.
4. Kummenti ġenerali
4.1 Il-Kumitat jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, fid-dawl tal-importanza tar-regolament il-ġdid sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-enerġija tal-UE. Is-soluzzjoni magħżula tipprova tirrikonċilja l-bżonn biex tiġi monitorjata u miġbura l-informazzjoni rilevanti dwar proġetti ta’ investiment mal-ħtieġa li jiġu limitati l-ispejjeż amministrattivi u li titrawwem it-trasparenza.
L-għan tar-regolament huwa li tiġi monitorjata s-sistema enerġetika tal-UE billi tiġi eżaminata l-informazzjoni dwar proġetti ta’ investiment tal-infrastruttura tal-enerġija, miġbura mill-Kummissjoni, u speċifikament l-Osservatorju tas-Suq dwar l-Enerġija.
4.2.1 Il-fatt biss li jeżisti suq intern u l-bżonn għal sistema ta’ monitoraġġ fil-livell sopranazzjonali huma prova ta’ kemm tkun iktar adattata leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE milli leġiżlazzjoni fil-livell nazzjonali. Ir-regolament propost mill-Kummissjoni għaldaqstant huwa konformi bis-sħiħ mal-prinċipju ġenerali tas-sussidjarjetà.
4.2.2 Huwa ċar, kemm mill-għażla ta’ regolament bħala l-istrument leġiżlattiv biex jieħu post regolament preċedenti li kien jirregola dan il-qasam, kif ukoll mill-kontenut tiegħu – ibbażat fuq l-esiġenza li ssir notifika mill-Istati Membri, u mmitigat permezz tal-kunsiderazzjoni tal-bżonn li jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv – li din il-proposta hija wkoll konformi bis-sħiħ mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
4.3 Il-proposta tal-Kummissjoni tiffavorixxi mudell ta’ notifika komplementari, u mhux sistema integrata eżawrenti. Il-Kumitat jixtieq jirrimarka li din hija għażla kosteffettiva, li tgħin biex ikun hemm spejjeż amministrattivi iktar baxxi għall-kumpaniji u għall-Istati Membri. Għandu jkollha impatt pożittiv fuq il-prezz aħħari tal-enerġija, waqt li twaqqaf id-dupplikazzjoni u ssaħħaħ il-kwalità tad-data kkonċernata.
4.4 Il-Kumitat jemmen li informazzjoni regolari, kompleta u ta’ kwalità mhux biss tgħin lill-Kummissjoni timmonitorja u tidentifika lakuni fl-infrastruttura enerġetika tal-Ewropa, iżda tgħin ukoll biex iżżid il-fehim tal-problemi f’dan il-qasam fost dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u Ewropea, kif ukoll l-operaturi tas-suq u l-investituri.
5. Kummenti speċifiċi
5.1 Il-Kumitat japprezza ċ-ċarezza tad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-regolament propost. Dawn id-definizzjonijiet, li ma ġewx ipprovduti fir-regolament attwali (Regolament (KE) Nru 736/96), jgħinu l-fehim dwar il-leġiżlazzjoni u jikkjarifikaw l-ambitu tiegħu.
5.2 Il-Kumitat jaħseb li l-organizzazzjoni, kull sentejn, tal-eżerċizzju tal-analiżi transsettorjali jippermetti li jsir monitoraġġ adegwat tal-istat tal-progress tal-infrastruttura enerġetika fl-Ewropa.
5.3 Il-Kumitat dejjem kien tal-opinjoni li l-kwistjoni tas-sigurtà tal-infrastruttura ma tistax tiġi iżolata minn dik tas-sigurtà tal-provvista. F’opinjoni reċenti dwar suġġett simili (1), il-Kumitat saħaq dwar il-bżonn li tiġi żgurata s-sigurtà tal-impjanti u tan-netwerks għat-trasportazzjoni tal-enerġija u tad-dijossidu tal-karbonju. Għaldaqstant huwa importanti li fl-analiżi regolari tagħha, il-Kummissjoni tqis l-aspetti relatati mal-modernizzazzjoni u l-manutenzjoni tal-impjanti u n-netwerks li diġà jeżistu.
5.4 Fil-fehma tal-Kumitat, informazzjoni dwar proġetti ta’ interess Komunitarju hija ta’ importanza ewlenija. Jiġu affettwati mill-kwalità ta’ din l-informazzjoni l-kapaċità tal-Kummissjoni biex tiggwida lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika u l-ħtieġa li jiġu diversifikati s-sorsi tal-provvista, sabiex titnaqqas id-dipendenza enerġetika minn għadd żgħir ta’ esportaturi ta’ enerġija konvenzjonali. Skont il-KESE, l-infrastrutturi tal-enerġija transnazzjonali jirrappreżentaw kwistjoni li hija b’mod eminenti ta’ interess Komunitarju. F’opinjonijiet preċedenti l-Kumitat diġà stqarr li “s-SIĠ Komunitarji huma indispensabbli biex jitkompla l-proċess tal-integrazzjoni Ewropea” u li l-unifikazzjoni progressiva tan-netwerks “tal-enerġija (gass, elettriku, żejt) (…) [tista” tnaqqas] sostanzjalment l-ispejjeż tal-operat u tal-investiment u [tħeġġeġ] investimenti fi proġetti ġodda ta’ netwerks [fil-kuntest tas-sħubijiet pubbliċi (Unjoni u Stati Membri) u privati, u b’hekk iżżid is-sigurtà tal-provvista] (2).
5.5 Il-Kumitat jinnota li s-sistema proposta mill-Kummissjoni hija msejsa fuq approċċ ċentralizzat għall-produzzjoni tal-enerġija; dan minkejja l-fatt li hemm ħafna sinjali li juru li jista’ jkun li fil-futur is-sistema enerġetika Ewropea tkun ibbażata fuq impjanti deċentralizzati għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-użu domestiku (panewijiet solari, il-mikrokoġenerazzjoni, eċċ.). L-aċċess għal netwerks ta’ trasmissjoni tal-elettriku għandhom jiġu żgurati għal dawn l-impjanti, mingħajr ma jkunu involuti spejjeż amministrattivi eċċessivi għall-SMEs.
5.6 Il-Kumitat jirrimarka li d-dettalji tal-limiti minimi stipulati fl-appendiċi tar-regolament propost, li jekk jinqabżu jidħol fis-seħħ l-obbligu ta’ notifika, mhumiex iġġustifikati b’mod xieraq mill-Kummissjoni.
5.7 Il-Kumitat isejjaħ għal dibattitu iktar fil-fond dwar il-valur u l-fattibilità tas-CCS (il-Ġbid u l-Ħżin tal-Karbonju), wara li diġà esprima d-dubji tiegħu fir-rigward ta’ kemm huma tabilħaqq utli u siguri proġetti għall-ġbid u t-trasport tal-karbonju. Il-Kumitat jinnota, madankollu, li r-regolament propost tal-Kummissjoni jagħti dispożizzjoni għall-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar proġetti għat-trasport u l-ħżin tal-karbonju. Dan għandu jiġi interpretat biss bħala stipular li l-infrastruttura tiġi suġġetta għal analiżi regolari tas-sistema enerġetika Ewropea.
5.8 Il-Kumitat jaħseb li huwa vitali li l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija ma tmurx kontra x-xewqat tar-residenti lokali u r-rappreżentanti tagħhom. Jappoġġja l-ispirtu ta’ trasparenza li jippermetti li n-nies lokali jiġu mgħarrfa tajjeb dwar l-iskala tal-proġetti ppjanati permezz ta’ analiżi tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 306, 16.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 128, 18.5.2010, p. 65.
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/124 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-kriżi”
COM(2009) 160 finali
(2010/C 255/23)
Relatur: is-Sur JAHIER
Nhar it-28 ta’ April 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-kriżi
COM(2009) 160 finali
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar id-19 ta’ Novembru 2009. Ir-relatur kien is-Sur Jahier.
Matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’151 vot favur, 5 voti kontra u 8 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa tal-fehma, li ladarba għaddiet il-fażi ta’ riskju sistemiku kbir tal-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, jeħtieġ li ma jitwarrbux il-konsegwenzi gravi għall-maġġoranza tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dawn qed iwasslu sabiex ir-riżultati li nkisbu fl-għexieren ta’ snin li għaddew qed jiġu mhedda u li jżidu mal-konsegwenzi tal-kriżi doppja tal-enerġija u l-ikel, bil-possibbiltà li jiħraxu s-sitwazzjonijiet eżistenti ta’ kunflitt u instabbiltà politika.
Hija r-responsabbiltà tal-komunità internazzjonali li jittieħdu l-inizjattivi u d-deċiżjonijiet li huma r-responsabbiltà tagħhom biex jappoġġjaw lill-iktar pajjiżi fqar biex ilaħħqu ma’ din il-kriżi, li ma kinux responsabbli għaliha.
1.2 Il-KESE jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, li hija l-ewwel proposta mil-komunità internazzjonali u hija l-iktar deċiżjoni qafas pożittiva u kompluta li tfaċċaw fost dawk li ġew adottati s’issa, b’għadd kbir ta’ proposti u prospettivi anki fil-perijodu medju, li issa għandhom jiġu żviluppati b’mod adegwat.
Il-KESE jinnota li ż-żewġ limitazzjonijiet kbar tal-Komunikazzjoni huma li m’hemmx riżorsi addizzjonali u li d-deċiżjonijiet relatati mal-kriżi għandhom effett limitat fiż-żmien bħall-istennija tat-trasferimenti tal-impenji tal-allokazzjonijiet ta’ din is-sena.
1.3 Il-KESE jilqa’ bi pjaċir ir-riżultati tal-aħħar summits internazzjonali (1), b’mod partikolari l-proposti li tressqu dwar il-pajjiżi l-fqar, il-konferma mill-ġdid tal-objettivi tat-titjib fil-kwalità u l-kwantità u r-rilanċ ta’ approċċ ta’ riforma ta’ dawn l-objettivi. Madankollu, dawn huma ftit jew wisq insuffiċjenti fil-konfront tal-kwistjonijiet kruċjali, li jinkludu:
|
— |
l-urġenza ta’ aktar fondi u ta’ strumenti ġodda ta’ finanzjament tal-iżvilupp; |
|
— |
il-proċess ta’ riforma tas-sistema tal-għajnuna; |
|
— |
ir-rabta bejn il-governanza fiskali u l-iżvilupp. |
1.4 Il-KESE jaħseb li l-ewwel nett għandhom jinżammu l-impenji li ttieħdu tul dawn l-aħħar snin u jitlob lill-Kummissjoni tfakkar lill-Istati Membri dwar l-iskedi taż-żieda fit-trasferimenti definiti minnha stess u li s’issa qatt ma ġew riveduti b’mod sostanzjali, anke jekk, fil-fatt, xi Stati Membri warrbuhom meta ddeċidew li jnaqqsu l-kontribuzzjonijiet.
Barra minn hekk, il-KESE jinsab konvint mill-urġenza tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali, kif tħabbar mill-forums il-kbar internazzjonali, li qablu li jagħtu għajnuniet u investimenti ġodda lill-pajjiżi l-fqar. Il-Kumitat jappoġġja l-proposta biex jiġu allokati mill-inqas 0,7 % tal-ammonti mobilizzati mill-komunità internazzjonali biex tiġi indirizzata l-kriżi. Dan l-ammont huwa stmat għal madwar USD 7 000 biljun.
1.5 Il-KESE jisħaq li wara l-impatt doppju tal-kriżi tal-enerġija u tal-ikel, jeħtieġ li tingħata iktar prijorità lill-investimenti ġodda, bħala parti mill-impenn għall-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDG).
Huwa fl-interess kemm tal-pajjiżi l-fqar kif ukoll tal-Ewropa li s-settur tal-agrikoltura u tas-sigurtà tal-ikel isir prijorità strateġika, flimkien mal-investimenti relatati mal-urġenza determinata mit-tibdil fil-klima, biex titnieda fażi ġdida ta’ investimenti deċiżi għall-iktar pajjiżi fqar, bil-għan li jiġi żgurat żvilupp sostenibbli fuq perijodu fit-tul.
1.6 Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni l-ġdida biex tassumi rwol mexxej fil-livell internazzjonali fl-impenn ta’ riforma profonda tas-sistema tal-għajnuniet u l-investimenti għall-iżvilupp, li qed jiffaċċja sfidi ġodda f’dan il-millennju, fosthom it-“tkabbir ekoloġiku” u l-flussi migratorji, u jerġa’ jsejjaħ għal impenn għal effikaċja, trasparenza u effiċjenza kbira fis-sistema sħiħa tal-għajnuna.
1.7 Il-KESE huwa tal-fehma li l-Unjoni Ewropea m’għandhiex tieħu pass lura fir-rikonoxximent u l-appoġġ tal-protagonisti mhux statali, b’mod partikolari tas-settur privat, tat-trejdjunjins, tal-bdiewa, tal-organizzazzjonijiet tan-nisa u tal-konsumaturi. Din hija parti ewlenija mill-approċċ Ewropew.
Il-KESE jiddispjaċih għall-fatt li din il-Komunikazzjoni bl-ebda mod ma ssemmi r-rwol tagħhom fil-konfront tal-kriżi, l-iktar għax is-soċjetà ċivili kienet waħda mill-ftit atturi internazzjonali li wriet is-saħħa li għandha biex timmobilizza riżorsi addizzjonali. Barra minn hekk, f’ħafna pajjiżi fqar il-konsegwenzi tal-kriżi jippenalizzaw sew lis-settur privat u jdgħajfu l-ħila għall-azzjoni tal-imsieħba soċjali u tad-diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li huma kruċjali biex jiżguraw reazzjonijiet sostenibbli għall-iżvilupp fit-tul.
1.8 Minbarra l-impenji li ttieħdu f’termini ta’ għajnuna pubblika għall-iżvilupp (ODA), il-KESE jappoġġja l-ħolqien u l-adozzjoni ta’ mekkaniżmi innovattivi ġodda għall-finanzjament tal-iżvilupp, bħat-“Tobin Tax”. Fosthom, jidher li huwa importanti b’mod partikolari li jiġi rikonoxxut ir-rwol ċentrali tat-trasferimenti mill-immigranti, bl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-G8 dwar it-tnaqqis ta’ 50 % tal-ħlas fuq it-trasferimenti kif ukoll id-definizzjoni ta’ strateġiji ta’ protezzjoni qawwija għall-ħaddiema immigranti fil-konfront tal-kriżi.
1.9 Il-KESE jaħseb li għandhom jinżammu l-miżuri kollha għall-ftuħ tas-swieq, bir-rilanċ tan-negozjati ta’ Doha, b’sostenn għall-proċessi ta’ integrazzjoni reġjonali (2) u t-tisħiħ tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-kummerċ, b’attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-kummerċ ġust u bbilanċjat għall-ifqar pajjiżi. Mhux l-inqas bl-effett ta’ lieva tal-linji ta’ finanzjament innovattivi hemm ir-rilanċ tal-Investiment Barrani Dirett (IBD), fost l-oħrajn bil-fondi innovattivi ta’ lieva finanzjarja min-naħa tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Bank Dinji, permezz tal-ħruġ ġdid ta’ Special Drawing Rights (SDR) min-naħa tal-FMI u bit-twaqqif ta’ fondi għall-iktar vulnerabbli (“Vulnerability Fund”) adegwat min-naħa tal-Bank Dinji.
1.10 Fl-aħħar nett, il-KESE huwa tal-fehma li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-attività kriminali u l-frodi fiskali (evitar u evażjoni) fil-livell dinji għandha tkun prijorità assoluta, bil-għan li jiġu sfruttati riżorsi ġodda importanti għall-iskemi tal-iżvilupp. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindirizza din il-kwistjoni minnufih u tfassal proposti adatti.
2. Introduzzjoni
2.1 Fil-bidu tal-kriżi finanzjarja internazzjonali l-analisti kienu ċerti li ma kinux ser jintlaqtu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari l-ifqar fosthom. Maż-żmien bdew joħorġu fid-dieher il-konsegwenzi potenzjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari minħabba l-aspettattivi dwar il-kontrazzjoni tal-ekonomija internazzjonali. Kien biss f’April 2009, bis-summit tal-G20 f’Londra u l-laqgħat tal-FMI u l-Bank Dinji li ħareġ ċar li l-kriżi kienet qed tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bir-riskju ta’ 100 miljun persuna fqira ġodda, li kienu ser jiżdiedu mal-160 miljun persuna li diġà qed jgħixu taħt il-livell tal-faqar assolut minħabba l-kriżi doppja tal-enerġija u l-ikel tal-2007/2008.
2.2 L-istimi jqajmu t-tħassib. Fid-19 ta’ Ġunju li għadda, l-FAO ħarġet l-iktar elementi importanti tar-Rapport dwar l-insigurtà alimentari fid-dinja, fejn skont dan ir-rapport fl-2009, għall-ewwel darba, l-għadd ta’ persuni li jsofru l-ġuħ ser jaqbeż il-biljun, b’żieda globali ta’ 11 %, fatt li ser iwassal għal kriżijiet umanitarji enormi u li hemm riskju li s-suċċessi kollha li nkisbu fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet jisfgħu fix-xejn. Fit-22 ta’ Ġunju, il-Bank Dinji rreveda l-istimi tiegħu u naqqashom b’mod drastiku, u kkonkluda li x’aktarx il-kontrazzjoni tal-ekonomija dinjija ser tilħaq it-3 % fl-2009, bi tnaqqis fil-kummerċ dinji ta’ 10 % u kollass gravi fil-flussi internazzjonali tal-kapital privat li minn triljun dollaru fl-2007 u USD 707 biljun tal-2008 ser jaqgħu għal USD 363 biljun fl-2009. It-tkabbir globali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw issa huwa stmat għal ftit iktar minn 1 %. Madankollu, jekk neskludu ċ-Ċina u l-Indja, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jaqa’ b’1,6 %. L-Afrika kienet l-iktar kontinent li ntlaqat, bi previżjoni ta’ tkabbir fl-2009 mnaqqsa għal 66 % meta mqabbel mal-2007. Fl-aħħar nett, skont l-ILO 50 miljun persuna tista’ titlef l-impjieg matul l-2009 u l-għadd ta’ ħaddiema fqar jista’ jitla’ għal 200 miljun.
2.3 Il-kriżi finanzjarja u ekonomika ġġenerat 4 effetti maġġuri: a) it-tnaqqis fil-volum globali tat-transazzjonijiet kummerċjali, bi tnaqqis drastiku fid-dħul mill-esportazzjoni u l-previżjoni ta’ defiċit finanzjarju għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw stmat bejn USD 270 u 700 biljun (3); b) it-tnaqqis fil-flussi ta’ investiment privat, li huma l-iktar importanti għall-pajjiżi bi dħul medju u għal dawk fosthom li qed jagħmlu investiment strutturali importanti; c) il-kontrazzjoni qawwija tal-flus mibgħuta mill-emigranti, li f’ċerti pajjiżi Afrikani li qed jiżviluppaw jirrappreżenta sa 30 % tal-PGD, u li fl-2006 biss ġabbru s-somma ta’ USD 270 biljun, jiġifier darbtejn l-ammont ta’ għjnuna għall-iżvilupp; d) it-tnaqqis fl-ODA min-naħa ta’ bosta donaturi bilaterali fl-2009 u fl-2010. Dawn l-aħħar żewġ effetti, li jamplifikaw l-effetti tal-kriżi preċedenti tal-ikel u tal-prezzijiet tal-enerġija, huma importanti b’mod partikolar fl-Afrika, fejn flussi bħal dawn huma ħafna drabi essenzjali għal ħafna baġits statali u għas-sopravivenza tal-familji u l-komunitajiet lokali.
2.4 Fost il-konsegwenzi ta’ dawn il-problemi suċċessivi u interrelatati, li b’mod ċar jolqtu lid-diversi pajjiżi u żoni b’mod differenti, insibu:
|
— |
tnaqqis fit-tkabbir jew kontrazzjoni qawwija fl-ekonomiji lokali, |
|
— |
tkabbir mgħaġġel fir-rata tal-qgħad, il-faqar u l-ġuħ, l-iktar fiż-żoni urbani, b’konsegwenzi gravi għall-iktar partijiet dgħajfa, b’mod partikolari n-nisa u t-tfal, |
|
— |
il-kontrazzjoni tad-dħul fiskali, b’konsegwenzi serji għall-kondizzjoni tal-baġits statali, li, l-iktar fl-Afrika, fl-aħħar għaxar snin raw aġġustamenti fiskali kbar, |
|
— |
ir-riskji konsegwenti tal-pjani ta’ investiment pubbliċi, b’mod partikolari għall-manutenzjoni u l-infrastruttura, |
|
— |
problemi kbar fl-aċċess għall-prodotti u s-servizzi għal biċċiet kbar tal-popolazzjoni, relatati wkoll mat-tnaqqis ta’ sistemi ta’ protezzjoni u għajnuna soċjali li diġà kienu fraġli, |
|
— |
tnaqqis fid-dħul mit-turiżmu, |
|
— |
problemi jiżdiedu fl-aċċess għall-kreditu u l-flussi ta’ investiment, b’mod partikolari għas-settur privat, |
|
— |
impatt negattiv qawwi fuq il-kapaċità li jintlaħqu l-għanijiet ta’ żvilupp tal-millennju (MDG), li diġà kienu fir-riskju mill-inqas dawn l-aħħar sentejn, wara l-progress li sar fil-ħames snin bejn l-2000 u l-2005, |
|
— |
ir-riskju li mhux ser ikun hemm biżżejjed mezzi biex jiġu ffaċċjati l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima. |
2.5 Ix-xenarju jsir iktar inkwetanti meta jitqiesu l-konsegwenzi potenzjali fil-livell tal-istabbiltà politika u tas-sigurtà interna u esterna fid-diversi żoni madwar id-dinja. Fl-2008, studju tal-gvern Ingliż kien diġà għamel stima li fl-2010 l-ifqar nofs tal-popolazzjoni dinjija jista’ jkun qed jgħix f’pajjiżi fejn hemm kunflitt permanenti jew kważi permanenti.
2.6 Fl-aħħar nett, il-kriżi tista’ twassal għal flussi migratorji addizzjonali, kemm fl-intern ta’ pajjiżi individwali u fil-livell reġjonali kif ukoll fl-iktar pajjiżi sinjuri. Minbarra li tiggrava t-tensjoni eżistenti, b’mod partikolari fil-fruntieri tal-UE, dan kollu jista’ jwassal għal telf addizzjonali u inkwetanti ta’ riżorsi umani kruċjali f’ħafna pajjiżi fqar.
3. It-tweġiba tal-Kummissjoni
3.1 Il-Kummissjoni Ewropea kienet l-ewwel korp li ħadet deċiżjoni konkreta fil-qafas tal-impenn lejn il-G20 ta’ Londra, kif qal il-President Barroso, li “r-riċessjoni li għaddejja bħalissa ma tistax u m’għandhiex tintuża bħala premessa biex nerġgħu lura mill-wegħdiet tagħna għal żidiet fl-għajnuna.”
3.2 Din il-komunikazzjoni hija waħda mill-iktar deċiżjonijiet qafas pożittivi li ġew proposti s’issa fi ħdan il-komunità internazzjonali għall-għajnuna lill-pajjiżi l-fqar biex jiffaċċjaw il-kriżi. Minbarra li tikkonferma l-bżonn li jibqgħu jinżammu l-impenji li ttieħdu rigward il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jiġu mmobilizzati riżorsi ġodda destinati għall-iżvilupp (pereżempju għall-proposta ambizzjuża iżda ma tantx realistika li kull EUR 1 li jintefaq f’għajnuna għandu jwassal għal EUR 5 ta’ trasferimenti li ma jkunux ODA), il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll li għandu jitħaffef jew jiġi antiċipat it-tqassim tal-għajnuna - każ uniku fost id-donaturi - u li jiġi adottat mekkaniżmu mill-iktar flessibbli, u titlob lill-BEI biex iwaqqaf l-istrumenti b’funzjoni kontroċiklika, l-iktar fis-setturi tal-infrastruttura u tal-finanzi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni timpenja lilha nnfisha li tħaffef l-operazzjoni ta’ appoġġ għall-bilanċ u, f’każijiet ta’ eċċezzjoni, il-miżuri ta’ għajnuna makroekonomika għall-pajjiżi li jerġgħu jidħlu fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV).
3.3 Il-Komunikazzjoni tistqarr li l-ineffiċjenza tal-għajnuna hija kbira wisq, u tissuġġerixxi li tinħtieġ ordni ġdida profonda fis-sistema internazzjonali tal-ODA. Min-naħa tagħha l-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri biex jippromovu approċċi komuni u koordinati biex ilaħħqu mal-kriżi. Fl-istess ħin, l-UE, bħala l-ikbar donatur fid-dinja, għandha tippromovi r-riforma tas-sistema tal-għajnuna fl-ambitu internazzjonali.
3.4 Il-Komunikazzjoni tiddedika attenzjoni diskreta għall-miżuri ta’ appoġġ għas-settur soċjali u għall-impjiegi, kemm b’mekkaniżmi ta’ appoġġ għan-nefqa soċjali kif ukoll bl-appoġġ għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura, nazzjonali jew reġjonali, b’attenzjoni partikolari, anke f’termini tal-għoti tal-fondi, għall-Mediterran u għall-Afrika. Il-Kummissjoni twiegħed mill-ġdid ukoll li timpenja fir-rilanċ tal-agrikoltura u fit-tkabbir ekoloġiku, kemm fir-rigward ta’ forom innovattivi ta’ finanzjament fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, kif ukoll fir-rigward tat-trasferiment tat-teknoloġiji ekosostenibbli.
3.5 Il-Komunikazzjoni tikkonkludi bil-proposta għal miżuri għall-appoġġ tas-sistema tal-iskambji internazzjonali, billi l-programmi tal-għajnuna għall-kummerċ isiru iktar effiċjenti u l-krediti għall-esportazzjoni jiżdiedu. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tirrakkomanda li tiġi promossa diskussjoni dwar ir-ristrutturar tad-dejn pubbliku tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u tissuġġerixxi wkoll miżuri ta’ appoġġ għall-governanza fiskali fil-livell internazzjonali, reġjonali u nazzjonali.
3.6 Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rċieva u approva r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tal-Komunikazzjoni, b’enfasi fuq l-importanza li l-Istati Membri għandhom iżommu l-wegħdiet tagħhom u talab “lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) biex jieħdu azzjoni kkoordinata fl-2009 … abbażi tal-analizi konġunta tal-impatt tal-kriżi fuq il-pajjiżi, f’kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet internazzjonali u pajjiżi msieħba, bil-ħsieb li jiġu identifikati l-pajjizi u l-gruppi tal-popolazzjoni li huma l-aktar vulnerabbli u l-inqas reżiljenti.” (4).
3.7 L-iktar restrizzjoni evidenti tad-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-UE hija li m’hemm l-ebda previżjoni għal żieda fit-trasferimenti, minbarra l-EUR 100 miljun fis-sena allokati għall-Fond Fiduċjarju UE-Afrika għall-infrastruttura.
4. L-ODA f’riskju
4.1 Skont id-data mill-Development Assistance Committee (DAC) tal-OECD, l-2008 kienet sena ta’ għoti kbir f’termini assoluti tal-ODA. Il-figura ta’ USD 120 biljun kibret b’żieda ta’ 10 % f’termini reali u l-addizzjoni ta’ 0,30 % tad-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) globali tal-pajjiżi tal-OECD. Anke l-programmi bilaterali żdiedu fl-aħħar sena, wara t-tnaqqis qawwi fis-sentejn bejn l-2006 u l-2008.
4.2 Fl-2008, il-kontribut globali tal-membri tal-UE kien ta’ EUR 49 biljun, żieda ta’ EUR 4 biljuni meta mqabbla mal-2007, ċifra li tirrappreżenta 0,40 % tad-PGD. Għandu jitfakkar li fi żmien il-kunsens ta’ Monterrey, fl-2002, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-objettiv intermedju ta’ 0,39 % sal-2006. Fl-istess ħin enfasizzat li għadha ’l bogħod mill-objettiv tal-għoti ta’ 0,20 % tal-PDG lill-pajjiżi l-inqas żviluppati u hemm biss USD 20 biljun allokati għall-Afrika, meta mqabbel mal-objettiv tal-2010 ta’ USD 50 biljun.
4.3 Hemm riservi qawwija dwar il-possibbiltà konkreta li l-UE tiggarantixxi żidiet oħra, stmati għal madwar EUR 20 biljun, li huma meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv ta’ 0,56 % tal-PDG fl-2010. Fir-rapport Aid Watch 2008, il-pjattaforma Ewropea tal-Organizzazzjoni Nongovernattiva Concord ħarġet previżjoni ta’ tnaqqis ta’ USD 27 biljun fl-għajnuna bejn l-2009 u l-2010. Barra minn hekk, l-istess rapport jistima li ċ-ċifri tal-UE għandhom jiġu riveduti, billi jinkludu n-nefqa kapitali li m’għandhiex tidher fl-ODA: USD 5 biljuni ta’ dejn barrani kkanċellat, USD 2 biljuni għar-rimborż tal-istudji tal-istudenti u USD 1 biljun għall-ispejjeż relatati mar-rifuġjati. Mingħajr dawn iċ-ċifri, għas-sena 2008 il-Concord jasal għal biss 0,34 % tal-PGD, persentaġġ pjuttost ’il bogħod mill-objettiv ta’ 0,56 % sal-2010.
4.4 Anke t-tieni Global Monitoring Report tal-Bank Dinji tal-2009, minkejja t-tkabbir reġistrat fl-2008 u rrispettivament mill-impenji li kienu ġa ttieħdu minn ċerti donaturi importanti, il-prospettiva li jintlaħqu l-miri għaż-żieda tal-għajnuniet miftiehma fi Gleneagles (USD 130 biljun fis-sena sal-2010) fis-sitwazzjoni attwali jidhru li huma totalment irrealistiċi.
4.5 Qed jinħtieġu dejjem iktar riżorsi ġodda li jmorru lil hinn mill-impenji li ttieħdu fi Gleneagles. L-UNDP jenfasizza li din il-kwistjoni ma tittrattax biss l-impenji li ttieħdu, iżda wkoll li l-kontribuzzjonijiet jiżdiedu sostanzjalment, pereżempju l-allokazzjoni ta’ mill-inqas 0,7 % tal-fondi kollha identifikati biex jissalvaw il-banek u għar-rilanċ tal-ekonomija (stmati għal madwar USD 7 000 biljuni) biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jilħqu l-MDG u biex jiġu xprunati mill-ġdid l-ispejjeż u l-investimenti diretti fil-perijodu fit-tul fil-pajjiżi l-fqar. Kif qal il-President tal-Bank Dinji stess, Robert Zoellick, fil-bidu tal-kriżi: għad hemm ħafna iżjed xi jsir biex jiġu mobilizzati riżorsi addizzjonali biex jiġu sostnuti l-pajjiżi l-fqar fil-konfront tal-konsegwenzi devastanti tal-kriżi, u li għaliha dawn m’għandhom l-ebda ħtija. Skont stimi riċenti tal-Bank Dinji, id-defiċit ta’ finanzjament meħtieġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa bejn USD 350 – 635 biljun. Dawn iċ-ċifri huma snin ’il bogħod minn dak li s’issa l-komunità internazzjonali wriet li tista’ timmobilizza, mhux biss mil-lat tal-ODA iżda wkoll mil-lat ta’ tipi oħra ta’ għajnuna u self.
4.6 Barra minn hekk, jekk neskludu l-ħsieb imħabbar tal-UE, ir-rapport tal-OECD juri li fil-biċċa l-kbira tad-donaturi bilaterali l-kriżi ġabet magħha defiċit ieħor bejn l-impenji u l-ħlasijiet u ħafna drabi wkoll dewmien addizzjonali jew posponiment ta’ ħlasijiet. L-għajnuna minn pajjiżi li mhumiex parti mid-DAC qed issir iktar importanti, iżda l-volum kumpless tagħhom għadu ferm lura milli jkollu impatt sinifikattiv fuq it-tendenzi tal-lum. L-ammont globali tal-pajjiżi li mhumiex mid-DAC li taw id-data lill-OECD, kien ta’ USD 5,6 biljuni fl-2007.
4.7 Għalkemm id-data mhijiex kompluta, hemm tendenzi pożittivi fost id-donaturi privati, li fl-2007 laħqu ċ-ċifra ta’ USD 18,6 biljuni, b’żieda ta’ 25 % meta mqabbla mal-2006. L-unika data interna disponibbli fl-Istati Uniti, iżda li ma ngħatatx lill-OECD, tistma li hemm volum ta’ flussi ta’ donaturi privati li fl-2007 laħqu madwar USD 37 biljun, filwaqt li ħafna mill-fundazzjonijiet ewlenin, pereżempju l-Gates Foundation, ħabbru li għall-2009 kien hemm żieda ta’ saħansitra 20 %.
5. L-effikaċja tal-għajnuna u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni
5.1 Fi żmien ta’ kriżi, l-effikaċja tal-għajnuna ssir importanti immens. Il-ħsara ekonomika min-nuqqas ta’ prevedibbiltà tal-ħlasijiet, mill-frammentazzjoni tal-intenventi u n-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn id-donaturi issa ħarġet fid-dieher. Il-Kummissjoni stmat li l-volatilità tal-ODA tista’ twassal għal żieda ta’ 15-20 % fl-ispejjez, filwaqt li applikazzjoni sħiħa tal-programm għall-effikaċja tal-għajnuna twassal għal iffrankar ta’ EUR 5-7 biljuni fis-sena. Għaldaqstant, tinħtieġ implimentazzjoni rapida bħal m’hemm previst fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi tal-2005 u fl-Aġenda ta’ Accra tal-2008, qabel kollox billi jitqiesu d-deċiżjonijiet li diġà ttieħdu fl-UE fejn ġenwinament tista’ ssir differenza: id-diviżjoni tax-xogħol fost il-pajjiżi membri u l-Kummissjoni, użu aħjar tal-ippjanar għal kull pajjiż, il-prevedibbiltà tal-għajnuna u r-responsabbiltà (accountability) aħjar għar-riżultati, li jinkludu inqas kondizzjonijiet (5).
5.2 L-OECD tinnota li l-progress fit-titjib tal-kwalità tal-għajnuna bħalissa mhuwiex suffiċjenti. Fid-dinja kollha 225 aġenzija bilaterali u 242 aġenzija multilaterali kull sena jiffinanzjaw mijiet ta’ eluf ta’ attivitajiet. Biżżejjed jissemma’ li fid-dinja hemm iktar minn 90 fond tas-saħħa, id-WHO għandha twieġeb għal 4 600 donatur u tipprovdi 1 400 rapport fis-sena għal kull donatur. Il-gvern ta’ pajjiż li qed jiżviluppa normalment bħala medja jirċievi u jwieġeb għal madwar 200 missjoni ta’ donaturi fis-sena, minbarra mijiet ta’ missjonijiet ta’ donaturi privati. Barra minn hekk, l-aħħar stħariġġ ta’ monitoraġġ tal-OECD juri li, bħala medja, hemm 45 % tal-għajnuna tasal fil-ħin previst.
5.3 Għaldaqstant, sabiex jintlaħqu l-objettivi definiti fis-sede internazzjonali jeħtieġ li l-affarijiet isiru aktar malajr. Qabel kollox hemm bżonn ta’ rieda politika adegwata mis-27 gvern tal-Istati Membri tal-UE:
|
— |
fit-trasparenza tal-użu tat-12-il indikatur previst fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi, |
|
— |
fl-applikazzjoni tal-Kodiċi ta’ kondotta tal-UE, |
|
— |
fir-riċerka ġenerali tal-koerenza bejn il-politiki, b’mod partikolari għal dawk l-affarijiet relatati mal-politika tal-kummerċ u l-politika tal-iżvilupp, |
|
— |
għal deċiżjoni ta’ investiment fir-riforma sħiħa tas-sistema tal-għajnuna internazzjonali, li tagħti valur lill-atturi li mhumiex statali u r-rilanċ ta’ staġun multilaterali ġdid. |
5.4 Fil-qafas ta’ dan l-approċċ jeħtieġ ukoll li titqies il-kwantità enormi ta’ riżorsi li jiġu assorbiti f’ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba l-korruzzjoni u l-esportazzjoni illegali tal-kapital, b’referenza partikolari għall-investiment marbut mal-isfruttar tal-materja prima u x-xogħlijiet infrastrutturali kbar. Issa hemm provi li parti konsistenti tal-flussi ta’ għajnuna tkun assorbita mill-korruzzjoni, b’effett devastanti kemm għall-popolazzjoni lokali, kif ukoll għall-fiduċja tal-kontribwenti mill-pajjiżi donaturi. Skont ir-Rapport dwar il-korruzzjoni fid-dinja tal-2008 ta’ Transparency International, dawn jgħoddu għal madwar USD 50 biljun, kważi daqs nofs il-volum totali tal-ODA dinjija u għall-investimenti meħtieġa biex jiġu żgurati l-objettivi fil-qasam tal-ilma tajjeb għax-xorb u l-iġjene pubblika. Deċiżjoni dwar it-titjib tal-governanza, b’mod partikolari għat-traċċabbiltà tal-għajnuna, u sistemi b’kondizzjonijiet iktar ċari dwar il-ħlasijiet għandhom jingħataw l-ikbar importanza f’kull impenn li jittieħed mill-UE u fil-livell multilaterali. Il-Kumitat jiddeplora l-fatt li fil-komunikazzjoni m’hemm l-ebda referenza għal dan.
6. Ir-rwol tal-atturi privati u s-soċjetà ċivili
6.1 L-importanza tar-rwol tal-atturi mhux statali - li l-Ftehim ta’ Cotonou jiddefinixxi bħala s-settur privat, l-imsieħba soċjali u ekonomiċi u b’mod partikolari t-trejdjunjins, is-soċjetà ċivili f’kull forma (Art. 6) – illum il-ġurnata hija ferm rikonoxxuta. Huwa stramb li din il-komunikazzjoni bl-ebda mod ma ssemmi r-rwol tagħhom fil-konfront tal-kriżi, iktar u iktar għax huma biss juru l-kapaċità li jistgħu jimmobilizzaw riżorsi addizzjonali. Barra minn hekk, f’ħafna pajjiżi fqar il-konsegwenzi tal-kriżi jippenalizzaw sew lis-settur privat u jdgħajfu l-ħila għall-azzjoni tal-imsieħba soċjali u tad-diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li huma kruċjali biex jiżguraw reazzjonijiet sostenibbli għall-iżvilupp fit-tul.
6.2 Fit-18 ta’ Mejju li għadda, il-Qorti tal-Awdituri Ewropea ħadet nota tar-Rapport speċjali dwar il-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-parteċipazzjoni tal-atturi mhux statali (6) fil-kooperazzjoni Komunitarja għall-iżvilupp. Dan ir-rapport, għalkemm jesprimi l-apprezzament kbir għall-investiment jiżdied tal-fondi Komunitarji mill-atturi mhux statali (7), jinkludi tliet elementi ta’ kritika importanti:
|
— |
parteċipazzjoni limitata fil-proċess tal-kooperazzjoni għall-atturi mhux statali, li ħafna drabi jispiċċaw purament bħala eżekuturi tal-proġetti jew il-fornituri tas-servizzi li jiġu kkonsultanti darba biss u tard wisq, |
|
— |
azzjoni insuffiċjenti fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapital, li barra minn hekk tiffoka fuq is-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ parteċipazzjoni li jeskludu l-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet rurali żgħar jew ta’ daqs medju, |
|
— |
bosta nuqqasijiet fis-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ implimentazzjoni tal-proċeduri, li ħafna drabi jkunu kumplessi wisq u ma tantx jinftiehmu minn bosta organizzazzjonijiet u ma jagħtux biżżejjed informazzjoni dwar l-istat ta’ avvanz tal-inizjattivi u l-impatt aħħari tagħhom. |
6.3 Il-problemi enfasizzati mill-Qorti jwassluna biex intennu bil-qawwa dak li l-KESE kkonferma għal bosta snin li l-prijorità għandha tingħata mill-ġdid lill-atturi mhux statali, kemm billi jissaħħu l-proċeduri kollha li jwasslu għal żieda ġenwina fil-parteċipazzjoni, kif ukoll l-irduppjar, biex jintlaħaq l-20 %, il-volum tal-fondi allokati direttament lill-atturi mhux statali, kif issemma f’opinjoni preċedenti tal-KESE (8).
7. Lejn reviżjoni tal-għajnuna u strumenti ġodda ta’ finanzjament
7.1 Illum huwa ċar li tinħtieġ riforma wiesgħa tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, l-ewwel nett fil-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali. Il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ġunju kienet ċara fuq dan il-punt: “l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali għandhom ikunu orjentati b’mod ċar lejn l-iżvilupp” u għandhom jiġu riformati b’tali mod li “jiffavorixxu l-perspettiva, il-leħen u l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jirriflettu aħjar ir-realtà attwali” (9).
Fil-fatt huwa paradoss li jingħad li, fil-konfront tal-kriżi t-82 % tas-self mogħti mill-FMI mar lill-pajjiżi taż-żona Ewropea u biss 1,6 % lill-pajjiżi Afrikani u ħarira iktar minn USD 20 biljun ingħata lill-iktar pajjiżi fqar mit-total ta’ USD 1 100 biljun deċiżi fis-summit tal-G20 ta’ Londra tat-2 ta’ April 2009.
7.2 L-UE għandha tipprovoka reviżjoni drastika ta’ dawn ir-rapporti, l-ewwel nett b’kunsiderazzjoni u implimentazzjoni iktar serja tal-proposta tal-Bank Dinji dwar il-fondi għall-iktar vulnerabbli (Vulnerability Fund) ġdid u speċifiku, li qabel kollox ikun destinat biex jiffinanzja s-sigurtà tal-ikel, il-protezzjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, kif ukoll lejn l-iżvilupp ta’ qafas speċifiku u komuni bejn il-Bank Dinji u l-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti. L-UE għandha taħdem ukoll għall-għoti ta’ Special Drawing Rights (SDR) ġodda mill-FMI, għal mill-inqas USD 250 biljun destinati speċifikament għal-likwidità tal-finanzjament tal-iżvilupp.
7.3 Barra minn hekk, l-UE għandha tassumi rwol prinċipali sabiex il-finanzjament tal-kummerċ u r-rilanċ f’waqtu tan-negozjati ta’ Doha jiffokaw fuq il-bżonnijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jipprovdu miżuri partikolari għall-appoġġ u l-protezzjoni tal-iktar pajjiżi fqar u għas-sigurtà tal-ikel.
7.4 Il-KESE ilu konvint li hemm bżonn ta’ ħidma qawwija biex jiġu inkoraġġuti u multiplikati strumenti ġodda ta’ finanzjament tal-iżvilupp. Filwaqt li l-KESE jiddispjaċih li s’issa nkiseb ftit li xejn progress, għandha tingħata attenzjoni lir-riżultati tal-aħħar inizjattivi u deċiżjonijiet, fosthom: l-IFF (International Finance Facility Fund for Immunisation) ta’ Novembru 2006 għall-finanzjament tat-tilqim fil-pajjiżi l-fqar; l-Advanced Market Commitment tal-istess perijodu; l-Inizjattiva tas-Summit tal-G8 ta’ Aquila biex fi żmien ħames snin l-ispejjeż tat-transazzjonijiet uffiċjali tat-trasferimenti tal-immigranti lejn pajjiżhom jitnaqqsu b’50 %. Dan jista’ jfisser żieda ta’ USD 13-15-il biljun fis-sena. Il-KESE jappoġġja l-proposta biex sa fl-aħħar jibdew d-diskussjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ taxxa volontarja ta’ 0,005 % fuq it-transazzjonijiet finanzjarji internazzjonali (“Tobin Tax”) li tnediet fis-summit tal-G20 f’Pittsburgh mill-gvernijiet ta’ Franza u tal-Ġermanja. Dawn il-forom ġodda ta’ finanzjament, li għandhom jibqgħu sekondarji għall-impenn tal-ODA, għandhom jintrabtu b’mod iktar ċar mal-ksib tal-MDG individwali kif ukoll għall-ħtiġijiet urġenti minħabba t-tibdil fil-klima u għall-ispejjeż li l-pajjiżi l-fqar ikollhom iġorru fis-snin li ġejjin.
7.5 Ir-riflessjoni dwar ir-riforma tas-sistema internazzjonali tal-għajnuna, li qed terġa’ tipproponi l-Kummissjoni fil-punt 11 tal-proposta tagħha, hija urġenti ferm, u hawnhekk l-UE tista’ taqdi rwol ċar, tal-inqas f’dawn it-tliet oqsma:
|
— |
it-twaqqif ta’ sistema internazzjonali ta’ twissija li fis-snin li ġejjin tkun tista’ timmonitorja l-impatt tal-kriżi fuq il-kondizzjonijiet tal-għajxien tal-popolazzjoni u fuq il-prospettiva tal-iżvilupp, għall-allokazzjoni tal-għajnuna u l-investiment; |
|
— |
l-iżvilupp ta’ sistema serja ta’ responsabbiltà (accountability) għall-monitoraġġ tal-progress u l-miżura tal-effikaċja tal-azzjon tagħha stess kif ġie deċiż fis-summit tal-G8; |
|
— |
investimenti iktar konsistenti fl-istabilizzazzjoni taż-żoni ta’ kunflitt, fit-tisħiħ istituzzjonali, fil-ġestjoni tal-kriżi, billi tissaħħaħ il-kapaċità lokali u reġjonali tal-programmazzjoni u intervent; iż-żieda fil-kostruzzjoni ta’ sistemi universali ta’ protezzjoni soċjali u previżjoni tal-opportunitajiet tal-investiment biex jiġu ffaċċjati l-isfidi l-ġodda tas-sigurtà tal-ikel u tat-tibdil fil-klima; |
|
— |
it-tisħiħ u l-estensjoni tal-possibbiltà tal-aċċess għall-mikrokreditu, biex jiġu appoġġjati l-inizjattivi intraprenditorjali li nkella ma jkollhomx aċċess għall-finanzjament mill-banek. |
7.6 L-għan partikolari li s-sigurtà tal-ikel u t-“tkabbir ekoloġiku” jsiru żewġ objettivi ta’ investiment strateġiku fil-perijodu fit-tul jistgħu jirrappreżentaw mezz importanti għar-rilanċ ġdid tas-sistema tal-għajnuna u l-investimenti, li minħabba l-kriżi saru iktar importanti. Barra minn hekk jista’ jwassal kemm għall-parteċipazzjoni kkoordinata tal-biċċa l-kbira tar-riżorsi u l-ħiliet mill-pajjiżi emerġenti, kif ukoll opportunità konkreta ta’ sħubija ekonomika għall-Ewropa u ż-żona tal-OECD.
7.7 Rigward dak li jikkonċerna l-UE, ta’ min jinnota dawn iż-żewġ punti:
|
— |
l-ewwel wieħed dwar valutazzjoni bir-reqqa dwar l-iżvilupp tul dawn l-aħħar snin tal-istrument għall-għajnuna baġitari, fejn titqies l-opportunità li dawn jiġu indirizzati b’mod iktar preċiż lejn l-impenji settorjali, li jinkludu s-saħħa, ix-xogħol dinjituż, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-infrastruttura, is-servizzi soċjali u t-tkabbir ekoloġiku, skont ir-rakkomandazzjoni tal-PE (10); |
|
— |
it-tieni wieħed dwar ir-reviżjoni tad-delegi fi ħdan il-kulleġġ il-ġdid tal-Kummissarji, b’mod partikolari billi l-Kummissarju għall-Iżvilupp jingħata kontroll dirett fuq il-EuropeAid, li llum jaqa’ taħt il-Kummissarju għar-Relazzjonijiet Esterni. |
7.8 M’hemm l-ebda kamp bħal dak tal-iżvilupp li juri l-urġenza li l-UE tibqa’ titkellem b’leħen wieħed u b’saħħtu dwar il-kapaċità tagħha ta’ azzjoni unitarja u kkoordinata mal-Istati Membri, kemm biex tkun effettiva fix-xeni internazzjonali l-ġodda li joħorġu minn din il-kriżi kif ukoll biex taqdi rwol iktar effikaċi u sabiex ir-riżorsi u l-kompetenzi eżistenti jintużaw b’mod iktar effettiv. Issa bħal qatt qabel, fil-konfront tal-bidliet fil-qafas tal-atturi fix-xena internazzjonali, huwa minnu li l-iżvilupp tal-iktar pajjiżi fqar, u b’mod partikolari dawk tal-Afrika, huwa ta’ interess strateġiku għall-iżvilupp futur tal-Ewropa (11).
7.9 It-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-evażjoni fiskali llum ġie aċċettat bħala reazzjoni għall-kriżi, b’mod partikolari rigward il-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali. Skont l-ONUDC, it-traffiku kriminali u l-evażjoni fiskali llum jgħoddu għal bejn USD 1 000 u USD 1 600 biljun, li nofsu jiġi mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew mill-ekonomiji fi transizzjoni. Minn dawn il-USD 500–800 biljun, hemm biss 3 % attribwiti għall-korruzzjoni, 30 % għall-attività kriminali u 67 % għall-evażjoni fiskali. Fi kliem ieħor, l-evażjoni fiskali tiswa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw madwar USD 300 u 500 biljun, li minnhom USD 285 biljun ikunu marbuta mas-settur informali u USD 160 biljun għall-evitar fiskali ta’ bosta kumpaniji transnazzjonali li joperaw f’dawn il-pajjiżi (12). Il-KESE jaqbel li huwa urġenti li tinqaleb din ir-rotta deċiżiva ta’ dan is-settur, u llum huwa iktar realistiku li jsir. Dan mhux biss iwassal biex isiru disponibbli r-riżorsi li ma kinux maħsuba għall-investimenti u l-għajnuna għall-iżvilupp, iżda jwassal ukoll għall-iżvilupp ta’ sistemi fiskali iktar sodi u iktar ekwi f’ħafna pajjiżi fqar, li hija bażi indispensabbli għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u għal prospettivi f’saħħithom għall-iżvilupp fil-perijodu fit-tul.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) B’mod partikolari, is-Summit tan-NU ta’ Ġunju 2009 u tal-G9 ta’ Aquila ta’ Lulju 2009.
(2) Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Integrazzjoni reġjonali għall-iżvilupp fil-pajjiżi tal-AKP, ĠU C 317, 23.12.2009, p. 126; relatur: is-Sur Dantin, korelatur: is-Sur Jahier.
(3) Il-Bank Dinji 2009 u l-African Development Bank 2009, Marzu 2009. Iċ-ċifri kkwotati jirrappreżentaw l-inqas u l-ogħla evalwazzjonijiet attwali.
(4) Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE għar-Relazzjonijiet Esterni, 18 ta’ Mejju 2009.
(5) COM(2009) 160 finali u l-Kunsill tal-UE tat-22 ta’ Lulju 2008.
(6) Id-definizzjoni tal-atturi mhux statali skont il-Qorti f’dan ir-rapport tinkludi biss l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u teskludi s-settur privat.
(7) Skont EuropeAid, il-valur tal-kuntratti miftiehem mal-atturi mhux statali fl-2006 u l-2007 jistgħu jiġu stmati għal madwar EUR 836,43 u 915,26 miljun (minbarra l-għajnuna umanitarja amministrata mill-ECHO), daqs 10 % tal-għajnuna mill-UE lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Madwar 50 % tal-finanzjament tal-ECHO jingħata lill-NGO (madwar EUR 353 miljun fl-2007).
(8) Opinjoni Florio ĠU C 234, 2003, Is-soċjetà ċivili u l-politika tal-iżvilupp (mhux disponibbli bil-Malti).
(9) Konferenza tan-NU dwar il-kriżi ekonomika u finanzjarja, Ġunju 2009.
(10) Abbozz ta’ riżoluzzjoni tal-Kummissjoni DEVE, Settembru 2009.
(11) Ara Jahier, (ĠU C 318, 2009) dwar “L-UE, l-Afrika u ċ-Ċina” u l-opinjoni dwar “Id-dimensjoni esterna tal-istrateġija ta’ Lisbona”, (ĠU C 128, 2010).
(12) Ara l-istudju tas-CIDSE ta’ Novembru 2008.
ANNESS
L-emenda li ġejja, li ġabret mill-inqas kwart tal-voti mixħuta, ġiet rifjutata matul id-dibattitu fil-plenarja:
AM: Is-Sur Peel
Punt 7.9
Biddel kif ġej:
|
7.9 |
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-evażjoni fiskali llum ġie aċċettat bħala reazzjoni għall-kriżi, b’mod partikolari rigward il-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali. Skont l-ONUDC, it-traffiku kriminali u l-evażjoni fiskali llum jgħoddu għal bejn USD 1 000 u USD 1 600 biljun, li nofsu jiġi mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew mill-ekonomiji fi transizzjoni. Il-KESE jaqbel li huwa urġenti li tinqaleb din ir-rotta deċiżiva ta’ dan is-settur, li llum huwa iktar realistiku li jsir. Dan mhux biss iwassal biex isiru disponibbli r-riżorsi li ma kinux maħsuba għall-investimenti u l-għajnuna għall-iżvilupp, iżda jwassal ukoll għall-iżvilupp ta’ sistemi fiskali iktar sodi u iktar ekwi b’ħafna pajjiżi fqar, li hija bażi indispensabbli għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u għal prospettivi f’saħħithom għall-iżvilupp fil-perijodu fit-tul. |
Raġuni:
Dawn il-figuri għandhom jitneħħew għax ma jidhrux fir-rapport tal-ONUDC, kif inhu implikat f’dan il-punt.
|
Votazzjoni |
Favur: 59 |
Kontra: 93 |
Astensjonijiet: 9 |
Voti mixħuta: 161 |
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/132 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi bil-mutur” (verżjoni kkodifikata)
(COM(2009) 546 finali – 2009/0154 (COD)
(2010/C 255/24)
Nhar id-9 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi bil-mutur
COM(2009) 546 finali – 2009/0154 (COD).
Il-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, għalhekk matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu tas-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru) iddeċieda, b’179 voti favur, u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
|
22.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/133 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom”
COM(2009) 516 finali – 2009/0146 (COD)
(2010/C 255/25)
Nhar is-27 ta’ Ottubru 2009 il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 37 u l-Artikolu 152, 4b tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropa, li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom
COM(2009) 516 finali – 2009/0146 (COD).
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-458 sessjoni plenarja tiegħu tas-16 u s-17 ta’ Diċembru 2009 (seduta tas-16 ta’ Diċembru), b’178 vot favur u 4 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, 16 ta’ Diċembru 2009
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI