ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.252.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 252

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
18 ta' Settembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2010/C 252/01

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Awwissu 2010 dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar standards minimi għall-kwalità tal-ippeżar HICP u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 (CON/2010/67)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 252/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 252/03

Rata tal-kambju tal-euro

6

2010/C 252/04

Tneħħija ta' proposti tal-Kummissjoni li għadda żmienhom

7

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 252/05

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

12

2010/C 252/06

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

18.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta’ Awwissu 2010

dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar standards minimi għall-kwalità tal-ippeżar HICP u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97

(CON/2010/67)

2010/C 252/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar standards minimi għall-kwalità tal-ippeżar HICP u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 (minn hawn ‘il quddiem l-‘abbozz tar-regolament’).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 127(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 t’Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (1) (minn hawn ‘il quddiem ir-‘Regolament HICP’). Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.1.

Skont l-abbozz tar-regolament, l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur (HICP) ser ikunu bbażati fuq ippeżar ta’ prodotti bil-għan li jirrifletti x-xejra tal-ispiża tas-sena ta' qabel, jiġifieri t-1, fi Stat Membru rispettiv. Il-BĊE jilqa’ l-għan tal-abbozz tar-regolament li jissikka l-istandards minimi ta’ kwalità li magħhom l-ippeżar ta’ prodotti sottostanti għall-HICP irid ikun konformi. L-implimentazzjoni tal-abbozz tar-regolament ser tagħmel lill-HICP fl-Istat Membru indiċi tal-prezzijiet tat-tip Laspeyres verament imqabbad ta’ kull sena u li jirrikonoxxi illi l-konsumaturi jistgħu jbiddlu l-imġiba tagħhom f’dak li jirrigwarda l-ispiża fuq perjodu ta’ żmien iqsar.

1.2.

Il-BĊE jinnota illi l-istandards minimi aġġornati għall-kwalità ta’ HICP speċifikati fl-abbozz tar-regolament se jwasslu għal kejl tal-inflazzjoni li huwa aktar relevanti u preċiż u mistennija li jsaħħu kemm il-komparabbiltà fost l-Istati Membri kif ukoll l-affidabbiltà tad-dejta HICP.

2.   Proposti għall-abbozzar

Fejn il-BĊE jirrikkmanda illi l-abbozz tar-regolament jiġi emendat, proposti speċifiċi għall-abbozzar huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-għan flimkien ma’ test ta’ spjega.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fid-9 ta’ Awwissu 2010.

Il-Viċi President tal-BĊE

Vítor CONSTÂNCIO


(1)  ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

(ċitazzjoni ġdida proposta)

“Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 t’Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,”

“Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 t’Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,’

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,”

Spjegazzjoni:

It-tieni ċitazzjoni tal-abbozz tar-regolament tirreferi għall-bażi legali għall-abbozz ta’ leġiżlazzjoni. Meta jagħmel dan, jirreferi għall-Artikolu 5(3) tar-Regolament HICP, skont liema l-Kummissjoni għandha (i) tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà ta’ HICPs sabiex tinżamm u titjieb l-affidabbiltà u r-relevanza tagħhom, u (ii) titlob lill-BĊE sabiex jagħti opinjoni dwar dawn il-miżuri li qed tipproponi li tissottometti lill-Kumitat. Huwa, għalhekk, għall-Artikolu 5(3) tar-Regolament HICP, u mhux l-Artikolu 3 tar-Regolament HICP li jikkonċerna l-firxa tal-applikazzjoni tiegħu li għandha ssir referenza fit-tieni ċitazzjoni tal-abbozz tar-regolament.

Peress illi huwa meħtieġ illi l-BĊE jiġi kkonsultat dwar l-abbozz tar-regolament skont l-Artikolu 127(4) tat-Trattat, għal dan il-għan għandha tiddaħħal ċitazzjoni fl-abbozz tar-regolament skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 tat-Trattat, skont liema atti legali għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati u għandhom jirreferu għal, fost oħrajn, opinjonijiet meħtieġa mit-Trattati.

Emenda 2

(emenda proposta tal-premessa 1)

“(1)

Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) huma miżuri ta’ inflazzjoni armonizzati meħtiega mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. HICPs huma intiżi biex jiffaċilitaw il-paraguni internazzjonali tal-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumatur. Huma jservu bħala indikaturi importanti għall-ġestjoni tal-politika monetarja.”

“(1)

Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) huma miżuri ta’ inflazzjoni armonizzati meħtiega mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. HICPs huma intiżi biex jiffaċilitaw il-paraguni internazzjonali tal-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumatur. Huma jservu bħala indikaturi importanti użati mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-twettiq tal-politika monetarja skont l-Artikolu 127(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”

Spjegazzjoni:

Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali tuża l-HICP mhux biss għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 140 tat-Trattat, iżda wkoll għall-ġestjoni tal-politika monetarja tagħha skont l-Artikolu 127(2) tat-Trattat.

Emenda 3

(emenda proposta tal-premessa 4)

“(4)

L-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 jeżiġi biex l-HICPs jkunu indiċijiet tal-prezzijiet tat-tip Laspeyres. Meta l-prezzijiet relattivi ta’ oġġetti u servizzi differenti jinbidlu, il-modi tan-nefqa tal-konsumaturi jistgħu jinbidlu tali li jagħmluha neċessarju biex il-piżijiet tal-gruppi korrispondenti tan-nefqa, u b’mod partikolari l-kwantitajiet bażi tagħhom, jiġu aġġornati sabiex tiġi żgurata r-relevanza tagħhom.”

“(4)

L-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 jeżiġi biex l-HICPs jkunu indiċijiet tal-prezzijiet tat-tip Laspeyres. Meta l-kundizzjonijiet ekonomiċi jinbidlu, il-modi tan-nefqa tal-konsumaturi jistgħu jinbidlu tali li jagħmluha neċessarju biex il-piżijiet tal-gruppi korrispondenti tan-nefqa, , jiġu aġġornati sabiex tiġi żgurata r-relevanza tagħhom.”

Spjegazzjoni:

Tibdil fil-piżijiet tal-gruppi tan-nefqa jistgħu jseħħu mhux biss minħabba tibdil fil-prezzijiet relattivi ta’ oġġetti u servizzi differenti imma wkoll minħabba tibdil fil-kundizzjonijiet ekonomiċi.

Emenda 4

(emenda proposta tal-premessa 8)

“(8)

Dan ir-Regolament m’għandux jobbliga lill-Istati Membri biex iwettqu stħarriġat ġodda statistiċi jew biex iwettqu stħarriġat dwar l-estimi tal-familja aktar frekwenti minn darba f’ħames snin, meta wieħed iqis li l-Istati Membri huma mitluba jikkumpilaw kontijiet nazzjonali skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 1995)7 u li l-piżijiet tal-pajjiżi, li jinħtieġu biex jiġu prodotti l-aggregati taż-żona tal-euro, tal-UE u tal-HICP, huma bbażati skont dejta tal-kontijiet nazzjonali.”

“(8)

Dan ir-Regolament m’għandux jobbliga lill-Istati Membri biex iwettqu stħarriġat ġodda statistiċi jew biex iwettqu stħarriġat dwar l-estimi tal-familja aktar frekwenti minn darba f’ħames snin, meta wieħed iqis li l-Istati Membri jistgħu jkunu f’qagħda li jaġġornaw ir-riżultati minn stħarriġat dwar l-estimi tal-familja abbażi ta’ informazzjoni oħra eżistenti jew li jkollhom rikors għal dejta tal-kontijiet nazzjonali kkumpilata skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 1995)7 u li l-piżijiet tal-pajjiżi, li jinħtieġu biex jiġu prodotti l-aggregati taż-żona tal-euro, tal-UE u tal-HICP, huma bbażati skont dejta tal-kontijiet nazzjonali.”

Spjegazzjoni:

Bil-għan li jiġi evitat it-twettiq ta’ stħarriġat statistiċi addizzjonali, għandu jiġi ċċarat li l-Istati Membri jistgħu jaġġornaw ukoll ir-riżultati minn stħarriġat dwar l-estimi tal-familja abbażi ta’ informazzjoni oħra eżistenti.

Emenda 5

(revoka tal-premessa 10)

“(10)

Il-Bank Ċentrali Ewropew ġie kkonsultat skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95.”

Spjegazzjoni:

Peress illi huwa meħtieġ li l-BĊE jiġi kkonsultat dwar l-abbozz tar-regolament skont it-Trattat, ċitazzjoni għal dan il-għan għandha tiddaħħal fl-abbozz tar-regolament skont l-Artikolu 296 tat-Trattat u l-premessa 10 għandha titħassar.

Emenda 6

(emenda proposta tal-Artikolu 3(2))

“2.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom għalhekk jirrevedu u jaġġornaw il-piżijiet tas-sub-indiċi tal-HICP b’kunsiderazzjoni tad-dejta preliminari tal-kontijiet nazzjonali rigward il-modi tal-konsum tas-sena t-2 , ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali u motivati kif jixraq, kif ukoll ta’ kull informazzjoni disponibbli u rilevanti minn stħarriġat dwar l-estimi tal-familja u sorsi oħra ta’ dejta li ta’ min wieħed joqgħod fuqhom b’mod suffiċjenti għall-iskopijiet tal-HICP.”

“2.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom għalhekk jirrevedu u jaġġornaw il-piżijiet tas-sub-indiċi tal-HICP b’kunsiderazzjoni tad-dejta preliminari tal-kontijiet nazzjonali rigward il-modi tal-konsum tas-sena t-2 , ħlief f’każijiet fejn informazzjoni rilevanti minn stħarriġat dwar l-estimi tal-familja u sorsi oħra ta’ dejta tkun disponibbli għas-sena t-2 u titqies aktar xierqa għall-iskopijiet tal-HICP.”

Spjegazzjoni:

L-għażla ta’ kliem tal-Artikolu 3(2) għandha tiġi emendata. Billi s-sorsi ta’ dejta, minbarra dejta preliminari dwar il-kontijiet nazzjonali rigward il-modi tal-konsum tas-sena t-2, jistgħu juru li huma aktar ta’ min jogħqod fuqhom, għandu jiġi ċċarat li din l-informazzjoni oħra tista’ tintuża fejn titqies aktar xierqa għall-iskopijiet tal-HICP.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/5


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 252/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.5.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 256/09

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ethias SA

Il-bażi legali

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: EUR 1 500 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

20.4.2009-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Belgian Federal State, Flemish region and Walloon region

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Settembru 2010

2010/C 252/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3060

JPY

Yen Ġappuniż

111,98

DKK

Krona Daniża

7,4468

GBP

Lira Sterlina

0,83575

SEK

Krona Żvediża

9,2295

CHF

Frank Żvizzeru

1,3210

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9650

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,680

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

282,82

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7087

PLN

Zloty Pollakk

3,9622

RON

Leu Rumen

4,2580

TRY

Lira Turka

1,9606

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3886

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3410

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1425

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7940

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7442

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 515,90

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,3307

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7809

HRK

Kuna Kroata

7,2845

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 713,52

MYR

Ringgit Malażjan

4,0512

PHP

Peso Filippin

57,700

RUB

Rouble Russu

40,4850

THB

Baht Tajlandiż

40,153

BRL

Real Brażiljan

2,2419

MXN

Peso Messikan

16,7075

INR

Rupi Indjan

59,8530


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


18.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/7


TNEĦĦIJA TA' PROPOSTI TAL-KUMMISSJONI LI GĦADDA ŻMIENHOM

2010/C 252/04

Lista ta' proposti mneħħija

Dokument

Proċedura interistituzzjonali

Titlu

Pubblikazzjoni fil-ĠU (1)

Agrikoltura

COM(1980) 298

Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KEE) li jiffissa l-prezz bażiku, il-prezz ta' intervent u l-prezz ta' referenza għal-laħam tan-nagħaġ għall-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 1980/1981

ĠU C/1980/148/3

Koperazzjoni internazzjonali dwar l-iżvilupp

COM(2007) 239

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tiffissa l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-Fond Ewropew tal-Iżvilupp (pagament rateali supplimentari għall-2007)

Baġit

COM(1979) 345

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li talloka lill-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar (ECSC) kontribut finanzjarju speċjali mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

ĠU C/1979/170/3

Azzjoni għall-Klima

COM(1998) 96

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tirrigwarda l-firma mill-Komunità Ewropea ta' Protokoll għal Konvenzjoni qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil tal-klima.

COM(2006) 602

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata għan-nom tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta’ proposta ta’ emenda tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

COM(1980) 863/2

Proposta għal Regolament (KEE) tal-Kunsill fir-rigward tas-sussidju tar-rata tal-imgħax ta' ċertu self konċess fil-qafas tal-għajnuna eċċezzjonali tal-Komunità favur ir-rikostruzzjoni taż-żoni li ntlaqtu minn terremot li ġara fl-Italja f'Novembru 1980

ĠU C/1979/353/34

SEC(2002) 1110

Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill lill-Portugall bil-għan li ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tal-gvern – l-applikazzjoni tal-Artikolu 104(7) tat-Trattat

SEC(2002) 1118

Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit fil-Portugall – l-applikazzjoni tal-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea

SEC(2002) 1246/1

Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill bil-għan li tingħata twissija bikrija lil Franza sabiex jiġi evitat li jseħħ defiċit eċċessiv

SEC(2002) 1246/2

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar li r-rakkomandazzjoni ssir pubblika bil-għan li tingħata twissija bikrija lil Franza sabiex jiġi evitat li jseħħ defiċit eċċessiv

SEC(2005) 994

Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill lill-Portugall bil-għan li ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tal-gvern

Tkabbir

COM(2002) 615

2002/0262/ACC

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Komunità fir-rigward tal-istabbiliment ta' Kumitat Konsultattiv Konġunt li għandha tiġi deċiża mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim tal-Ewropa bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Litwanja

ĠU C E/2003/45/270

Impjiegi u Affarijiet Soċjali

COM(1986) 14

Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KEE) li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1365/75 dwar il-ħolqien ta' fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol

COM(2001) 344

2001/0137/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jemenda, għall-benefiċċju tal-assistenti parlamentari Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għal persuni li huma impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall–membri tal-familji tagħhom fi ħdan il-Komunità, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71

ĠU C E/2001/270/141

Enerġija

SEC(1993) 1465

Abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta d-direttivi għall-innegozjar mill-Kummissjoni għal konvenzjoni internazzjonali dwar is-sigurtà nukleari

COM(2003) 32/1

2003/0021/CNS

Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill (Euratom) li tiddefinixxi l-obbligi fundamentali u l-prinċipji ġenerali fis-settur tas-sigurtà tal-impjanti nukleari

ĠU C/2003/311/37

COM(2004) 716

2004/0249/CNS

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar is-superviżjoni u l-kontroll tal-ispedizzjonijiet marittimi ta' skart radjuattiv u kombustibbli nukleari użat

ĠU C/2005/52/48

COM(2006) 179

Abbozz tal-ftehim interistituzzjonali dwar il-koperazzjoni interistituzzjonali fil-qafas tal-Konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħha huma partijiet

COM(2007) 748

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill Dwar l-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija (Belgrad, it-18 ta' Diċembru 2007)

ĠU C/2008/55/7

Ambjent

COM(1979) 179

Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tieħu sehem fin-negozjati għal konvenzjoni dwar il-konservazzjoni ta' speċijiet migratorji ta' bhejjem slavaġ

COM(1985) 281

Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja f'isem il-Komunità l-adozzjoni tal-programmi u l-miżuri taħt il-konvenzjoni għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar minn sorsi bbażati fuq l-art

COM(1986) 362/3

1986/1019/CNS

Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja l-proċeduri ta' notifika u konsultazzjoni dwar il-kummerċ tal-kimiċi perikolużi, f'isem il-Komunità fi ħdan il-qafas tal-OECD u l-UNEP

ĠU C/1986/177/9

COM(1995) 325/2

1995/0184/CNS

Abbozz ta' Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

COM(1998) 344

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar min-naħa tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni UN/ECE dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja f'materji ambjentali

Aġenda Diġitali

COM(2007) 367

2007/0126/COD

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-direttiva tal-Kunsill Nru 87/372/KEE dwar il-faxex ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità

ĠU C/2007/191/14

Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà

COM(2006) 255

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-parteċipazzjoni tal-Bulgarija fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga

COM(2006) 256

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija dwar il-parteċipazzjoni tar-Rumanija fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga

COM(2006) 752/3

Proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen

ĠU C/2007/181/3

COM(2005) 276/1

2005/0127/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' liġi kriminali mmirati biex jiġi żgurat l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali

ĠU C/2006/49/37

COM(2007) 306

2007/0104/CNS

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambitu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS)

ĠU C/2007/246/5

COM(2007) 311

2007/0108/CNS

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istallazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni għall-ambitu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS)

ĠU C/2007/191/7

Sajd u l-Politika Marittima

COM(1980) 722

1980/1031/CNS

Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KEE) li tirrigwarda, ċerti ħażniet ta' ħut li jeżistu fiż-żona tas-sajd tal-komunità, l-iffissar tat-total permessibbli tal-qabdiet għall-1981 u l-kundizzjonijiet biex dawn il-qabdiet jittieħdu flimkien mal-ishma disponibbli għall-Komunità

COM(2007) 595

2007/0222/APP

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jawtorizza lill-Kummissjoni biex tapprova emendi għall-protokolli tal-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd konklużi bejn il-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi

ĠU C/2008/4/10

COM(2007) 782

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-terminazzjoni tal-Protokoll li jistabilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja fis-settur tas-sajd

ĠU C/2008/106/7

COM(2008) 324

2008/0112/CNS

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi

ĠU C/2009/10/12

Trasport

COM(1975) 490

1975/1012/CNS

Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KEE) li tirrigwarda sistema ta' monitoraġġ tas-swieq tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, bl-art jew minn passaġġi tal-ilma interni bejn l-Istati Membri

ĠU C/1976/1/37

COM(2005) 158/2

2005/0060/CNS

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

ĠU C/2005/146/12

COM(2005) 369/2

2005/0148/APP

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

ĠU C/2005/236/16

COM(2006) 79/2

2006/0025/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-katina tal-provvista

Affarijiet barranin

COM(2005) 468

2005/0198/APP

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill Federali Svizzeru dwar kontribuzzjoni mill-Konfederazzjoni Svizzera lejn it-tnaqqis tad-diżugwaljanza ekonomika u soċjali f'Unjoni Ewropea li kibret, u li tawtorizza ċerti Stati Membri biex jikkonkludu ftehimiet individwalment mal-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-implimentazzjoni tal-Memorandum

ĠU C/2006/49/37

Politika tas-Saħħa u l-Konsumatur

COM(1998) 339

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tirrigwarda l-projbizzjoni provviżorja tal-bejgħ fl-Awstrija ta' qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) bil-modifika kombinata għal kwalitajiet insettiċidi mogħtija mill-ġene BT endotoxin u ż-żieda fit-tolleranza għall-erbiċida glufosinat tal-ammonja

COM(1998) 340

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tirrigwarda l-projbizzjoni provviżorja tal-użu u tal-bejgħ fil-Lussemburgu ta' qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) bil-modifika kombinata għal kwalitajiet insettiċidi mogħtija mill-ġene BT endotoxin u ż-żieda fit-tolleranza għall-erbiċida glufosinat tal-ammonja

Kodifikazzjoni

COM(2003) 537

2003/0208/COD

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (verżjoni kodifikata)

ĠU C/2004/96/16

COM(2004) 232

2004/0074/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzjar ta' impriżi tal-ferrovija (verżjoni kodifikata)

ĠU C/2004/122/54

COM(2006) 286

2006/0100/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu limitat ta' organiżmi ġenetikament modifikati

COM(2006) 497

2006/0164/COD

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni tal-istatistiki tal-qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (verżjoni kodifikata)

ĠU C/2006/303/97

COM(2007) 344

2007/0119/COD

Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu (verżjoni kodifikata)

ĠU C/2007/191/8

COM(2007) 451

2007/0126/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta' wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (verżjoni kodifikata)

ĠU C/2007/246/6

COM(2007) 867

2007/0126/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp ta' netwerk ta' trasport trans-Ewropew (verżjoni kodifikata)

COM(2007) 873

2007/0126/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru (verżjoni kodifikata)

ĠU C/2008/106/10

Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

COM(2003) 841

2003/0331/CNS

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda Direttiva 2003/49/KE dwar sistema ta' tassazzjoni komuni applikabbli għall-imgħax u l-ħlas ta' royalties magħmula bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti

ĠU C/2004/96/37

COM(2004) 227/2

2004/0072/CNS

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda Direttiva 92/12/KEE dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa fuq iż-żamma, iċ-ċaqliq u l-monitoraġġ ta' tali prodotti

ĠU C/2004/122/54

SEC(2004) 1015

Abbozz tad-Deċiżjoni Nru 1/2004 tal-Kumitat kunġunt KE-EFTA dwar “it-tranżitu komuni” li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni – Abbozz tal-pożizzjoni komuni tal-Komunità

COM(2006) 263

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Greċja u lill-Portugall jintroduċu miżuri speċjali li jidderogaw mill-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw it-taxxi fuq il-fatturat

ĠU C/2006/176/30

Kummerċ

COM(2007) 712

2007/0246/ACC

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ tal-inbid

ĠU C/2008/55/5

COM(1995) 245/1

1996/0053/APP

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Konklużjoni min-naħa tal-Komunità Ewropea ta' ftehim tranżitorju (ad interim) bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Belarus, min-naħa l-oħra, dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ

COM(2005) 326

2005/0132/COD

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-innegozjar tal-ftehimiet dwar il-kummerċ fis-servizzi oħra barra t-trasport

ĠU C/2005/211/8

COM(2006) 559/2

2006/0176/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll addizzjonali għall-Ftehim tal-Ewropa li jistabilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, dwar il-Valutazzjoni ta' Konformità u l-Aċċettazzjoni ta' Prodotti Industrijali – (ACAA)

ĠU C/2007/181/2

COM(2006) 147

2006/0052/COD

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-implimentazzjoni ta' Ftehim konkluż mill-KE wara n-negozjati fil-qafas tal-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u tal-istatistika u t-Tariffa Doganali Komuni

ĠU C/2006/104/23


(1)  Dwar ċerti proposti m'hemm l-ebda data għall-pubblikazzjoni fil-ĠU.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/12


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 252/05

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“FAGIOLO CUNEO”

Nru tal-KE: IT-PGI-0005-0775-18.05.2009

IĠP ( X ) DOP ( )

1.   Isem:

“Fagiolo Cuneo”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali friski u pproċessati.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

L-indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Fagiolo Cuneo” jindika l-imżiewed fi stat simili għax-xema’ u lesti għat-tqaxxir u ż-żrieragħ niexfa li jinkisbu mill-ekotipi Bianco di Bagnasco u Vedetta u mill-varjetajiet Billò, Corona, Stregonta, Bingo, Rossano, Barbarossa, Solista u Millenium, li jiffurmaw parti mill-ispeċijiet tal-fażola li tixxebblek Phaseolus vulgaris L. u Phaseolus coccineus.

(a)

Il-miżwed fi stat simili għax-xema’ u lest għat-tqaxxir għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

ikun jifforma parti mill-ekotip Vedetta jew mill-varjetajiet Stregonta, Bingo, Rossano, Solista, Millenium u Barbarossa,

it-tul tal-miżwed fi stat simili għax-xema’ għall-ekotip Vedetta u l-varjetajiet Stregonta, Bingo, Rossano, Solista jew Millenium għandu jkun bejn il-15 u t-28 mm; għall-varjetà Barbarossa it-tul għandu jkun bejn it-12 u t-22 mm,

irrigat b'ħafna strixxi ħomor,

iż-żerriegħa fuq ġewwa tal-imżiewed fi stat simili għax-xema’ għandu jkollha:

strixxi roża fl-aħmar fuq sfond kulur il-krema,

dijametru vertikali u orizzontali ta’ mhux inqas minn 9 u 15-il mm rispettivament,

tolleranza ta’ mhux aktar minn 1 % tal-prodott bi ħsara viżibbli u ma jridx ikun ġie attakkat minn parassiti jew mard.

(b)

Iż-żerriegħa niexfa għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

tkun parti mill-ekotip Bianco di Bagnasco jew mill-varjetajiet Billò jew Corona,

l-umdità massima taż-żerriegħa tkun ta’ 15 %,

id-dijametru vertikali u orizzontali taż-żerriegħa ma jistax ikun inqas, rispettivament, minn 9 u 14-il mm għall-varjetà Billò, minn 13 u 20 mm għall-varjetà Corona, minn 8 u 14-il mm għall-ekotip Bianco di Bagnasco,

il-kulur taż-żerriegħa għandu jkun b’vini fil-kannella u l-vjola fuq sfond kulur il-krema għall-varjetà Billò u abjad għall-Corona u l-Bianco di Bagnasco,

iż-żerriegħa niexfa ma jridx ikollha varjazzjonijiet fil-kulur jew fid-dehra minn barra li jikkompromettu l-karatteristiċi tagħha, b’tolleranza massima kumplessiva ta’ 1,5 % ta’ impuritajiet li jistgħu jkunu żrieragħ maqsumin, imtabbgħa, attakkati mill-bumunqar jew varjazzjoni fil-kulur. Barra minn hekk, hija permessa perċentwali massima ta’ 1,5 % ta’ fażola niexfa li tkun akbar mid-daqs standard,

kontenut ta’ ħadid ta’ valur bejn it-80 u l-105 ppm għall-Billò u bejn il-65 u l-75 ppm għall-Corona u l-Bianco di Bagnasco,

kontenut ta’ proteina bejn it-23 % u t-30 % (persentaġġ tal-proteina f'materjal niexef).

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni miż-żrigħ sal-ħsad tal-“Fagiolo Cuneo” għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika speċifikata fil-punt 4.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

L-IĠP “Fagiolo Cuneo” fit-tipoloġija fi stat simili għax-xema’ u lest għat-tqaxxir, jitqiegħed fis-suq għall-konsum f’pakketti apposta tal-plastik, tal-kartun jew kontenituri ssiġillati (tilari, kaxxi tal-kartun, boroż jew kontenituri simili), f’materjal tajjeb għall-użu mal-ikel b'siġill li jagħti garanzija li ma jistax jerġa’ jintuża, f’kapaċità ta' 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14 u 15-il kg.

L-IĠP “Fagiolo Cuneo” fit-tipoloġija ta’ żerriegħa niexfa jitqiegħed fis-suq għall-konsum f’pakketti u kontenituri ta’ materjal tajjeb għall-użu mal-ikel, b’siġill li jagħti garanzija li ma jistax jerġa’ jintuża, u f’kapaċità ta’ 0,100, 0,200, 0,300, 0,400, 0,500, 0,800, 1, 2, 3, 4, 5, 10, 15 u 25 kg.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Minbarra s-simbolu grafiku Komunitarju u l-informazzjoni obbligatorja skont ir-regolamenti fis-seħħ, il-pakketti u l-kontenituri għandu jkollhom b’mod obbligatorju fuq it-tikketta, b’karattri stampati b’mod ċar u li jinqraw, l-indikazzjoni “IGP Fagiolo Cuneo” bil-logo kif deskritt iktar ’il quddiem.

Il-logo, f’għamla ta’ ċirku, juri skeċċ ta' fażolu ta' kulur il-krema bi strixxi ħomor fuq sfond tal-katina tal-Alpi Marittimi. Il-kuluri kollha tal-logo jinkisbu bit-teknika tal-erba’ kuluri b’diversi sfumaturi fit-tonalità tagħhom.

Fil-logo hemm imdaħħla b'mod ċar ħafna l-kitba “Fagiolo Cuneo I.G.P.”, filwaqt li madwar iċ-ċirkonferenza tal-logo stess hemm il-kitba “Indicazione Geografica Protetta”.

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni tal-fażola b’Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Fagiolo Cuneo” tiġbor fiha l-muniċipalitajiet kollha (183) tal-Provinċja ta’ Cuneo. It-territorju jinsab kollu f'qiegħ il-katina tal-Alpi Marittimi, li jdawruh, u f'għoli ta' bejn 200 u 800 metru i’l fuq mil-livell tal-baħar.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni hija l-unika żona fl-Italja u fl-Ewropa ta' wisa’ konsiderevoli (madwar 4 000 ettaru) li fiha tiġi kkultivata l-fażola li tixxebblek.

Dan huwa dovut għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima li jiffavorixxu l-kultivazzjoni kif ukoll il-fatturi storiċi u soċjoekonomiċi li għal iktar minn seklu ddeterminaw il-kultivazzjoni mxerrda tal-“Fagiolo Cuneo”.

F’dan l-ambjent, ikkaratterizzat minn klima friska b’għadd kbir ta' ġranet bix-xemx, bi ftit riħ u mingħajr sħana soffokanti u ċpar fis-sajf, u b'varjazzjonijiet fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl, l-uċuħ tar-raba’ ddedikati lill-“Fagiolo Cuneo” jirriżultaw bħala kbar fil-wisa’ u jipproduċu fażola tal-aqwa kwalità. Il-varjazzjonijiet ta' kuljum fit-temperatura, li huma assoċjati mal-intensità għolja tad-dawl ta' din iż-żona, jagħtu aktar kulur u konsistenza lill-imżiewed. Barra minn hekk, it-temperaturi kesħin tal-aħħar fażi tax-xitwa jittardjaw il-fażi li fiha ż-żerriegħa tiftaħ u ssir fjura, tant li, meta mqabbel ma' żoni oħra ta' produzzjoni fl-Italja, itawlu ż-żminijiet tal-maturazzjoni u b'hekk itawlu ż-żminijiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-“Fagiolo Cuneo” jippreżenta karatteristiċi li jiddistingwuh minn tipi ta’ fażola oħra. Fil-fatt għandu konsistenza mill-aħjar taż-żerriegħa niexfa u tal-miżwed fi stat simili għax-xema'. Fiż-żerriegħa niexfa wieħed isib kontenut għoli ta’ ħadid u proteina li jlaħħqu, rispettivament, valuri bejn it-80 u l-105 ppm għall-Billò u bejn il-65 u l-75 ppm għall-Corona u l-Bianco di Bagnasco u ta' bejn 23 %u 30 % ta' proteina f'materjal niexef għat-tipoloġiji kollha.

Min-naħa l-oħra, il-miżwed fi stat simili għax-xema' huwa kkaratterizzat minn kulur speċifiku kemm tal-miżwed kif ukoll taż-żerriegħa li tinstab fih.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DOP) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

L-applikazzjoni ta’ rikonoxximent tal-“Fagiolo Cuneo” bħala IĠP hija motivata mir-reputazzjoni u l-popolarità tal-prodott. Ir-reputazzjoni tal-“Fagiolo Cuneo” hija murija mill-biblijografija voluminuża li hija xhieda tal-popolarità tal-produzzjoni ta' din il-fażola.

Diversi rapporti tas-suq li nstabu fil-muniċipalità ta’ Centallo huma xhieda tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ din il-fażola sa mill-1823. Minn regolament dwar l-okkupazzjoni tal-art pubblika li ġie diskuss mill-Kunsill muniċipali ta’ Cuneo fl-1894, wieħed jista' jara l-istabbiliment ta' suq li huwa speċifikatament iddedikat lill-fażola, li kif iddikjarat fil-bullettini kummerċjali tal-1901, diġà kienet qed tattira prezzijiet ogħla mill-fażola komuni minħabba l-karatteristiċi ta’ distinzjoni tagħha.

Fl-aħħar ħamsin (50) sena, il-produzzjoni tal-fażola, kemm għall-konsum frisk kif ukoll għal dak niexef, għaddiet minn żvilupp konsistenti grazzi għal produzzjoni tajba, kemm fis-sens kwalitattiv kif ukoll fis-sens kwantitattiv, bis-saħħa ta' ġenotipi użati fiż-żona. Dan kollu juri l-importanza tal-adattament tal-ħamrija u tal-klima fiż-żona ta’ Cuneo li jirrappreżentaw il-karatteristiċi kollha maħsuba biex minnhom joħorġu prodott differenti mill-oħrajn. Fil-fatt, il-“Fagiolo di Cuneo” jiddistingwixxi ruħu permezz tal-kulur tal-miżwed fi stat simili għax-xema' flimkien maż-żerriegħa li tinstab fuq ġewwa, grazzi għall-varjazzjonijiet fit-temperatura li jseħħu matul il-jum li huma assoċjati ma' livell għoli ta' intensità tad-dawl ta' din iż-żona li jiffavorixxu l-ġabra ta’ anthocyanins u għall-karatteristiċi organolettiċi taż-żerriegħa niexfa. B’riżultat ta’ dan u billi żiedu l-ammonti u l-produzzjonijiet, l-ortikolturi dejjem qiesu aktar opportun li jikkummerċjalizzaw il-fażola tagħhom f'żoni tas-suq li jkunu stabbiliti apposta għal dan il-għan.

L-imgħoddi u r-realtà attwali tal-“Fagiolo Cuneo” kienu u baqgħu appoġġati b’mod qawwi minn dawn is-swieq importanti għall-produzzjoni li huma stabbiliti f'Caraglio (CN), Boves (CN), Centallo (CN) u Castelletto Stura (CN), Valgrana (CN) u Roccavione (CN), li wħud minnhom ilhom li bdew l-attività tagħhom sa mis-snin 1960-70 kif muri fl-arkivji muniċipali. Ir-relazzjoni tal-popolazzjoni lokali mal-“Fagiolo Cuneo” ntweriet ukoll f'avveniment kurjuż: fil-Karnival ta' Cuneo tal-1982, il-karru allegoriku tal-muniċipalità ta' Castelletto Stura kien iddedikat kompletament lill-“Fagiolo Cuneo”.

Huma importanti wkoll il-fatturi umani marbuta b’mod qawwi mat-territorju. Eżempju ta’ dan hija t-tradizzjoni li l-kultivazzjoni tal-“Fagiolo Cuneo” tgħaddi mill-missier għall-iben. Kultivazzjoni li, peress li huwa tip ta’ fażola li tixxebblek, għandha bżonn ħafna xogħol bl-idejn u li fiż-żona tal-produzzjoni hija essenzjalment magħmula minn membri tal-familja. Dan kollu dejjem iddetermina rabta umana partikolari mal-kultivazzjoni stess: eżempju ta’ dan għadhom “il-laqgħat tal-familja” fejn il-membri tal-familja stess, il-qraba u l-ħbieb jinġabru biex jgħinu lill-operatur tal-impriża biex “jissepara” l-pjanti tal-“Fagiolo Cuneo” niexef qabel id-dris, biex jiżra’ u biex iwaħħal il-kanen li magħhom tixxebblek il-pjanta tal-fażola. Din il-ħidma ssir b’teknika partikolari li teżisti biss u b’mod esklussiv fiż-żona ta’ Cuneo u li magħha l-produtturi għandhom rabta partikolari, jiġifieri t-tradizzjoni li jorbtu erba’ kanen flimkien min-naħa ta’ fuq biex jiffurmaw speċi ta’ “tinda bħal tal-Indjani” bl-għan li dawn il-forom ikunu aktar iebsin u reżistenti għat-temp ħażin u għall-piż tal-pjanti.

Anki r-RAI, Radio Televisione Italiana, iddedikat spazju kbir fit-trasmissjoni “Occhio alla spesa” tal-15 ta’ Ottubru 2003 għall-ispeċifikazzjoni organolettika u nutrittiva ta’ dan il-prodott.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

Il-Gvern nieda l-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tal-IĠP “Fagiolo Cuneo” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 52 tal-4 ta’ Marzu 2009.

It-test tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab disponibbli:

fuq il-link http://www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg

jew

billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru (http://www.politicheagricole.it) u jiklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE [regolamento (CE) n. 510/2006]”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


18.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/16


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 252/06

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Image(SHAANXI PING GUO)

Nru tal-KE: CN-PDO-0005-0629-16.07.2007

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

Image” (Shaanxi ping guo)

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Kategorija 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

Shaanxi ping guo tikber fil-Loess Plateau fir-reġjun ta' Weibei, li qiegħed f'altitudni għolja u hemm ħafna xemx u ħamrija fertili. Dawn il-kondizzjonijiet naturali kollha jikkontribwixxu għall-karatteristiċi tagħha bħal “kulur jgħajjat għall-varjetajiet il-ħomor, sabiħ ħafna għall-varjetà l-ħadra safranija, ġilda ħoxna, laħma tqarmeċ, togħma ħelwa u morra kif suppost, tista' tinħażen għal żmien twil u konvenjenti biex tiġi ttrasportata”.

L-indiċijiet sensorji tal-ħames varjetajiet differenti adattati għall-produzzjoni tat-tuffieħ Shaanxi huma kif ġej: it-tuffieħa (f'ħames varjetajiet) għandha tikber b'mod adegwat sal-maturità tagħha, b'qoxra nadifa, mingħajr xi riħa partikolari jew kontenut ta' indewwa mhux tas-soltu minn sorsi esterni. Għandha tilħaq il-maturità proprja tagħha li tagħmilha tajba biex tittiekel friska jew biex tinħażen. Il-frotta matura għandha jkollha l-kulur tagħha li jleqq b'mod distintiv. L-indiċi tal-“konfigurazzjoni moderata” għandu jkun inqas minn ≥ 0,7.

L-indiċijiet fiżjokemikali tal-ħames varjetajiet adattati għall-produzzjoni tat-tuffieħ Shaanxi ping guo huma kif ġej:

Varjetà

Dijametru minimu tal-frotta

(mm) (≥)

Parti minima ikkulurita

(%) (≥)

Ebusija tal-frotta

(kgf/cm2)

Solidi li jinħallu

(%)

Aċidità

(%)

Extra Grade

Grade I

Grade II

extra Grade

Grade I

Grade II

Fuji

80

75

70

ħamra tgħajjat 85

ħamra tgħajjat 80

ħamra tgħajjat 70

7,5

14

0,4

Qinguan

80

75

70

ħamra tgħajjat 90

ħamra tgħajjat 85

ħamra tgħajjat 80

7

14

0,3

Yuanshuai

80

75

70

ħamra tgħajjat 95

ħamra tgħajjat 90

ħamra tgħajjat 80

7

13

0,3

Gala

75

70

65

ħamra tgħajjat 80

ħamra tgħajjat 70

ħamra tgħajjat 65

7

13

0,4

Jinguan

80

75

70

aħdar safrani

aħdar safrani

aħdar safrani

7

13

0,4

3.3.   Materja prima:

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

L-ippakkjar, il-ħżin u t-trasport

Il-prodott huwa ppakkjat minn intrapriżi li ngħataw il-marka GI ta' Shaanxi ping guo, taħt is-superviżoni tal-Uffiċċju tal-Post tal-Oriġini għall-Protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi; f'kull kaxxa titqiegħed kartuna tal-intraċċar tal-kwalità sabiex il-prodott ikun jista' jiġi ntraċċat għall-skopijiet ta' kontroll tal-kwalità.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

3.7.1.   Il-marka tal-pakkett fuq kull kunsinna individwali għandha tkun ta' forma u kontenut uniformi.

3.7.2.   Barra mill-marka kummerċjali tal-kumpanija rreġistrata, kull kaxxa għandha jkollha tikketta ċara fuq barra bil-marka speċjali tal-post tal-oriġini (tikketta) biex tipproteġi l-prodott Shaanxi ping guo. It-tikketta għandha tindika wkoll il-varjetà, il-grad (speċifikazzjoni), il-piż nett, iż-żona tat-tkabbir u l-bejjiegħ jew il-konsenjatur. Il-kliem għandu jkun ċar u korrett u l-kulur għandu jkun jidher. Id-dettalji fuq barra tal-kaxxa għandhom jaqblu mal-prodotti ġewwa u kull prodott fil-kaxxa għandu jkollu t-tikketta/marka speċjali.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona delimitata protetta ta' Shaanxi ping guo tinsab f'latitudni ta' 34° 38′-37° 02′ north (tramuntana) u lonġitudni ta' 105° 35′-110° 37′ east (lvant), fiċ-ċentru taż-żona ta' Loess fil-Grigal taċ-Ċina. L-art tikkonsisti primarjament minn widien u kanali dojoq b'ħamrija mifruxa bħala t-tip ta' ħamrija primarja. Il-klima tvarja minn daqsxejn umda għal daqsxejn niexfa.

Iż-żona ta' produzzjoni delimitata protetta għal Shaanxi ping guo tkopri l-bliet u l-irħula kollha fil-15-il kontea u reġjun tal-provinċja ta' Shaanxi, inkluż ir-Reġjun ta' Baota, il-Kontea ta' Fu, Yichuan, Luochuan, Huangling, id-Distrett ta' Yintai, id-Distrett ta' Yaozhou, Yijun, Fengxiang, Baishui, Heyang, Xunyi, Yongshou, Changwu u Chunhua flimkien ma' partijiet mill-bliet u l-irħula f'14-il 'kontea' oħrajn (bliet kbar jew reġjuni) jiġifieri d-Distrett ta' Chencang, id-Distrett ta' Jintai, id-Distrett ta' Weibin, Qishan, Fufeng, il-Kontea ta' Longxian, Qianyang, Pucheng, Chengcheng, Hancheng, Fuping, Liquan, il-Kontea ta' Qianxian u l-Kontea ta' Binxian.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-parti ta' Loess Plateau tar-reġjun ta' Weibei f'Shaanxi tkopri (abbażi tal-latitudni) iż-żona s-sħuna, iż-żona sħuna moderata u ż-żona subtropikali tat-Tramuntana. Din tinsab fin-Nofsinhar tax-Xmara s-Safra u fit-Tramuntana tax-Xmara Yangtze. Iż-żona tinsab f'altitudni għolja u għandha medda wiesgħa ta' temperaturi matul il-jum; hija koperta b'saff ta' ħamrija tat-trab li hija rikka f'mikroelementi bħall-K, Ca, Mn, Zn, Se, eċċ. L-art tikkonsisti primarjament minn widien u kanali dojoq fejn it-trab fin minfuħ mir-riħ fil-widien (loess) huwa t-tip primarju tal-ħamrija. Il-klima tvarja minn daqsxejn umda għal daqsxejn niexfa.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

5.2.1.   Kulur jgħajjat

Il-kulur huwa wieħed mill-indiċijiet l-iżjed importanti għall-apparenza tat-tuffieħa u l-valur kummerċjali. Il-kulur eċċellenti ta' Shannaxi ping guo huwa l-iżjed minħabba l-kulur bikri li tikseb faċilment. B'riżultat ta' dan, hija ta' kulur jgħajjat fil-parti l-kbira tagħha.

5.2.2.   Saff oħxon tal-ġilda

Is-saff tal-ġilda jipprovdi ħafna min-nutrijenti u sustanzi oħrajn li jikkontribwixxu għall-valur tas-saħħa tat-tuffieħa. Il-ħxuna tas-saff tal-ġilda huwa rifless fl-istrat oħxon, il-wiċċ nadif mingħajr tbajja’ u l-kontenut għoli ta' pektin fit-tuffieħ Shannxi.

5.2.3.   Togħma qawwija

It-togħma hija waħda mill-indiċijiet l-iżjed importanti għall-kwalità intrinsika tat-tuffieħa. It-togħma qawwija ta' Shaanxi ping guo ġejja mill-kontenut għoli ta' zokkor, il-laħma tqarmeċ tal-frotta, ir-riħa qawwija tagħha u n-nutrijenti abbundanti tagħha.

5.2.4.   Tolleranza għall-ħżin u t-trasport

L-adattament għall-ħżin u t-trasport huwa fattur importanti ħafna biex jiġi żgurat il-bejgħ matul is-sena kollha, li jista' jtawwal il-ħajja fuq l-ixkaffa tat-tuffieħa, jagħmilha konvenjenti għall-kummerċ internazzjonali u jżidilha fil-valur tagħha. It-tuffieħa Shaanxi għandha qoxra ħoxna, għadd kbir ta' sustanzi tax-xema' (waxy) fil-laħma tagħha, hija frotta kompatta, għandha livell għoli ta' solidità u kontentut għoli ta' solidi li jinħallu. Dawn il-fatturi kollha jagħmlu t-tuffieħa Shaanxi b'tolleranza għolja għall-ħżin u t-trasport.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u kwalità speċifika, il-fama jew karatteristika oħra tal-prodott:

Il-parti ta' Loess Plateau, fit-Tramuntana tax-Xmara Weihe f'Shaanxi hija żona fejn il-widien u kanali dojoq jaqsmu lil xulxin, b'saff oħxon ta' ħamrija fertili madwar il-qċaċet tal-għoljiet vasti u pjanuri nexfin. Il-klima hemmhekk hija ideali biex jikbru s-siġar tat-tuffieħ. Il-kondizzjonijiet ta' natura unika u l-wirt kulturali taw bidu għall-kwalità speċifika ta' Shaanxi ping guo.

5.3.1.   Kondizzjonijiet naturali

5.3.1.1.   Ħamrija

Is-saff oħxon ta' ħarmija li jkopri ż-żona tat-tkabbir tat-tuffieħ fil-provinċja ta' Shaanxi huwa fond bejn 80 u 200 metru. It-trab fin minfuħ mir-riħ fil-widien, l-artab, apparti milli fih ħafna mikroelelementi (eż. ħadid, kalċju, eċċ.) li huma tajbin għas-saħħa tal-bniedem, jikkontribwixxi wkoll għall-fluss tajjeb tal-arja, l-indewwa u l-fertilità, fejn joħloq kondizzjonijiet li huma tajbin ħafna għall-iżvilupp tas-sistema tal-għeruq tas-siġar tat-tuffieħ. Jiggarantixxi wkoll l-ilma u n-nutrijenti li huma essenzjali għall-ħtiġijiet tat-tkabbir tas-siġra u l-frott. Fil-fatt, il-ħamrija f'dan ir-reġjun tissodisfa l-kondizzjonijiet bażiċi għall-kwalità tal-frotta u, b'hekk l-ispeċifiċità ta' Shaanxi ping guo.

5.3.1.2.   Klima

Iż-żona ta' tkabbir tat-tuffieħ Shaanxi hija bejn 800 u 1 200 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, b'intensità ta' dawl ta' bejn 3 500 u 50 000 cd u bejn 2 200 u 2 400 ta' sigħat ta' dawl tax-xemx fis-sena. Minn Awwissu sa Settembru, jiġu rreġistrati iktar minn 300 siegħa ta' dawl tax-xemx. L-altitudni għolja tiżgura dawl tax-xemx suffiċjenti għall-frott, li jagħmlu ta' kulur jgħajjat b'saff oħxon ta' ġilda tax-xema' u b'żieda fiz-zokkor, fl-aċidu u fil-kontenut ta' vitamina Ċ. Jikkontribwixxu wkoll għall-ebusija ikbar tat-tuffieħa.

Il-medda wiesgħa ta' temperaturi matul il-jum tikkontribwixxi għal-livell relattivament għoli ta' akkumulazzjoni ta' kontenut ta' nutrijenti fis-siġar tat-tuffieħ, li jagħtu lill-frotta kontenut għoli ta' zokkor u togħma speċjali, li għamluha popolari.

L-ilma meħtieġ għat-tkabbir tat-tuffieħ jiġi mix-xita naturali. Fiż-żona tat-tkabbir tat-tuffieħ tal-Provinċja ta' Shaanxi jinżel ammont moderat ta' xita matul is-sena kollha, bl-ammont annwali ta' xita jlaħħaq bejn 560 u 750 mm. L-umdità tal-arja hija relattivament baxxa, li mhix favorevoli għall-propagazzjoni u t-tkabbir tal-pesti u l-insetti, fejn jonqos in-numru ta' varjetajiet u r-riskju ta' mard u pesti fiż-żona.

5.3.2.   Dimensjoni umana

Il-popolarizzazzjoni u l-applikazzjoni tal-erba' tekniki ewlenin, primarjament “forma mill-ġdid kbira, friegħi b'saħħithom, fertilizzazzjoni bis-sengħa u produzzjoni mingħajr xkiel”, ilkoll żiedu ħafna l-kwalità u l-istandards tas-sikurezza ta' Shaanxi ping guo.

Referenza għall-Pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni:

UE – LINK mal-applikazzjoni DOOR


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.