ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2010.230.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 230E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
26 ta' Awwissu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2009-2010
Dati tas-seduti: 7 u 8 ta' Ottubru 2009
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 41 E, 18.2.2010.
TESTI ADOTTATI

 

Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2009

2010/C 230E/01

Is-Samit tal-G20 f'Pittsburgh (24-25 ta' Settembru)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar il-Laqgħa Għolja tal-G20 f'Pittsburgh tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009

1

2010/C 230E/02

L-effetti tal-kriżi ekonomika globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-koperazzjoni għall-iżvilupp

7

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa, 7 ta' Ottubru 2009

2010/C 230E/03

It-twaqqif, is-setgħat, l-għamla numerika u l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2009 dwar it-twaqqif, is-setgħat, l-għamla numerika u l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali

11

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2009

2010/C 230E/04

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Italja, it-terremot tal-Abruzzo
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0445 – C7-0122/2009 – 2009/2083(BUD))

13

ANNESS

14

2010/C 230E/05

Il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali *
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/…/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali (08535/2009 – C7-0205/2009 – 2009/0802(CNS))

15

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2009-2010 Dati tas-seduti: 7 u 8 ta' Ottubru 2009 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 41 E, 18.2.2010. TESTI ADOTTATI

Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2009

26.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 230/1


Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2009
Is-Samit tal-G20 f'Pittsburgh (24-25 ta' Settembru)

P7_TA(2009)0028

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar il-Laqgħa Għolja tal-G20 f'Pittsburgh tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009

2010/C 230 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Istqarrija tal-Mexxejja maħruġa wara l-Laqgħa Għolja ta' Pittsburgh tal-Grupp tal-Għoxrin (G20) tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009,

wara li kkunsidra l-Istqarrija tal-Mexxejja (Pjan Dinji għall-Irkupru u r-Riforma) maħruġ wara l-Laqgħa Għolja ta' Londra tal-Grupp tal-Għoxrin (G20) u d-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar “It-Tisħiħ tas-Sistema Finanzjarja” u dwar “It-twassil ta' riżorsi permezz tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali” tat-2 ta' April 2009,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2009 dwar il-Laqgħa Għolja tal-G20 ta' Londra tat-2 ta' April 2009 (1),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni wara l-Laqgħa Għolja tal-G20 ta' Washington dwar is-swieq finanzjarji u l-ekonomija dinjija, maħruġa fil-15 ta' Novembru 2008,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2009 bl-isem “L-appoġġ għall-pajjiżi qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-kriżi” (COM(2009)0160),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Awissu 2009 bl-isem “Il-PDG u lil hinn : inkejlu l-progress f'dinja li dejjem tinbidel” (COM(2009)0433),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-bidla klimatika, u in partikolari dawk tal-4 ta' Frar 2009 dwar “l-2050: Il-futur jibda l-lum Rakkomandazzjonijiet għal politika futura integrata tal-UE dwar il-bidla klimatika” (2) u tal-11 ta' Marzu 2009 dwar “Stateġija tal-UE għal ftehima komprensiva dwar il-bidla klimatika f'Kopenħagen u l-għoti adegwat ta' finanzjament għall-politika tal-bidla klimatika” (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tad-19 ta' Ġunju 2009 bl-isem “l-Irkupru mill-kriżi: Patt Globali għall-Impjiegi”,

wara li kkunsidra l-Objettivi għall-Iżvilupp tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti u l-impennji għall-għajnuna tal-Istati Membri tal-UE biex jittrattaw il-ġuħ u l-faqar,

wara li kkunsidra l-istqarrija maħruġa wara l-laqgħa informali tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri fi Brussell fis-17 ta' Settembru 2009 bl-isem “il-lingwaġġ miftiehem għal-Laqgħa Għolja tal-G20 ta' Pittsburgh”,

wara li kkunsidra r-rapport aħħari tal-Kummissjoni dwar il-Kejl tal-Prestazzjoni Ekonomika u l-Progress Soċjali dwar indikaturi alternattivi,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-proċess tal-irpiljar ekonomiku għadu mhux mitmum; billi t-trattament tal-qgħad dejjem jiżdied għadu materja ta' l-akbar importanza u urġenza; billi l-qgħad ta' 9,5 % fl-Unjoni Ewropea f' Lulju 2009 kien l-ogħla f'għaxar snin u billi hu mistenni li jissokta jogħla,

B.

billi l-akbar sfida li għandha tintlaħaq hi dik li jiġi żgurat ritorn għat-tkabbir ekonomiku biex b'hekk tiġi ripristinata d-domanda privata; billi huwa essenzjali li jkun hemm progress deċiżiv fuq ir-riformi biex jinkiseb tkabbir ekonomiku b'saħħtu li jkun ekwilibrat u sostenibbli,

C.

billi d-diffikultajiet ekonomiċi preżenti għandhom jintużaw bħala opportunità biex jiġu promossi l-objettivi ta' Liżbona-Göteborg, sabiex jittenna l-impenn għat-taqbida kontra l-qgħad u l-bidla klimatika, sabiex jitnaqqas il-konsum enerġetiku u sabiex tinħoloq strateġija tal-UE li tippermetti t-tranżizzjoni mill-ġestjoni ta' kriżi urġenti għall-irpiljar ekonomiku sostenibbli fit-tul,

D.

billi l-fallimenti maġġuri tar-regolamentazzjoni u s-supervizjoni, t-teħid ta' riskji bla ħsieb u irresponsabbli minn xi istituzzjonijiet finanzjarji, u l-fornitura eċċessiva ta' likwidità minħabba politika monertarja laxka f'ċerti partijiet tad-dinja kkontribwew b'mod sinifikanti għall-kriżi ta' bħalissa,

E.

billi l-koordinazzjoni internazjzonali mtejba hija essenzjali għall-ekonomija, hija meħtieġa kooperazzjoni multilaterali f'saħħitha biex jiġu evitati t-tendenzi protezzjonisti, u l-inazzjoni politika tista' tittanta lill-istituzzjonijiet finanzjarji jmorru lura għall-mod ta' qabel kif imexxu ħwejjiġhom,

F.

billi l-mexxejja tal-G20 għandu responsabilità kollettiva li jimmitiga l-impatt soċjali tal-kriżi, l-aktar fil-pajjiżi qed jiżviluppaw, li ntlaqtu bil-goff mill-effetti kollaterali tal-kriżi,

G.

billi l-ġurisdizzjonijiet offshore imminaw r-regolamentazzjoni finanzjarja u jikkostitwixxu ostaklu għall-ksib tal-Objettivi tal-Millennju,

Rimarki ġenerali: jinġieb lura t-tkabbir

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehimiet milħuqa fil-Laqgħa Għolja tal-G20, inkluż l-impenn biex jiġi evitat kwalunkwe rtirar prematur tal-istimolu; jinnota bi tħassib, madankollu, iż-żidiet mgħaġġla li kien hemm fid-dejn pubbliku u fid-defiċits baġitarji; jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti finanzi pubbliċi sodi u li tiġi żgurata s-sostenibilità fiskali fit-tul biex jiġi evitat li jiġi impost piż tqil iżżejjed fuq ġenerazzjonijiet futuri; iħeġġeġ sabiex tibda ssir ħidma issa fir-rigward ta' strateġiji ta' ħruġ effettivi, biex jiġu implimentati hekk kif l-irkupru jippermetti li jsir hekk;

2.

Jikkunsidra li hemm bżonn ta' indikaturi u oqfsa ta' kontabilità ġodda għal żvilupp sostenibbli li jmorru lil hinn mill-Prodott Gross Domestiku (PGD) sabiex jitkejlu l-benessri u l-impatt ambjentali tal-attivitajiet tal-bniedem u, għaldaqstant, biex iservu ta' linji gwida għall-orjentament u l-evalwazzjoni tal-irkupru globali;

3.

Jenfasizza li l-prijoritajiet immedjati jridu jkunu li jintlaħaq tkabbir qawwi fl-ekonomija reali, li jiġi żgurat li s-swieq kapitali u s-self jaħdmu tajjeb, li jiġu sostnuti u promossi l-impjiegi u li l-persuni jiġu mħarsa mill-impatt negattiv tal-kriżi, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil min hu l-aktar fqir u vulnerabbli;

4.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Laqgħa Għolja tal-G20 iffukat fuq l-iżbilanċi globali, li huma l-kawża tal-kriżi finanzjarja; jirrimarka li, jekk għandhom jiġu evitati kriżijiet finanzjarji oħra fil-ġejjieni, għandhom jiġu indirizzati l-kawżi li huma fil-bażi (inkluż id-defiċit jew surplus eċċessiv) li għandhom implikazzjonijiet li jmorru lil hinn ħafna mill-qasam tar-regolamentazzjoni bankarja u finanzjarja u mit-tmexxija istituzzjonali; iqis li reazzjoni multilaterali effettiva għall-kriżi għandha tinvolvi li jiġu indirizzati l-kawżi tal-iżbilanċi fir-rati tal-iskambju u l-volatilità tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi f'oqsfa multilaterali;

5.

jsgħobbih li l-mexxejja tal-G-20 ma vvalutawx in-nuqqasijiet prinċipali tar-regolamentazzjoni u superviżjoni li wasslu għall-kriżi finanzjarja, sabiex tiġi evitata repetizzjoni tal-istess żbalji regolatorji u superviżorji u għaldaqstant kriżi tal-istess xorta; jisgħobbih li ma sar l-mexxejja tal-G20 ma għamlu l-ebda progress fir-rigward tal-finanzjament tal-ġlieda dinjija kontra l-bidla fil-klima;

6.

Jilqa' l-impenn riaffermat li jintlaħqu l-Objettivi tal-Izvilupp tal-Millennju u li jinkisbu impennji tal-assistenza għall-iżvilupp uffiċjali (ODA), inkluża l-għajnuna għall-kummerċ, it-tnaqqis tad-djun u l-impennji Gleneagles,

7.

Jilqa' l-ftehima tal-mexxejja tal-G20 li jaħdmu lejn qafas internazzjonali għal tassa ta' transazzjoni finanzjarja u jitlob għal progress mgħaġġel, biex jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi b'mod ġust għall-irpiljar u l-iżvilupp ekonomiċi, billi l-ispiża tal-kriżi s'issa iġġarbet minn min iħallas it-taxxa, minn ċittadini oħra u mis-servizzi pubbliċi;

Impjiegi, impjiegi, u aktar impjiegi

8.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-mexxejja tal-G20 sabiex fil-qalba tal-irkupru u tar-riforma jpoġġu l-ħolqien ta' impjiegi diċenti, u speċjalment jilqa' b'sodisfazzjon l-irwol li ġie maqbul li jingħata lill-ILO;

9.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-mexxejja tal-G20 li tiġi indirizzata l-kriżi ambjentali fuq livell internazzjonali u li jsaħħaħ l-appoġġ għal dawk l-aktar vulnerabbli, peress li huma dawk l-aktar milquta mill-kriżi u l-aktar li jeħtieġu azzjoni komuni; jilqa' f'dan ir-rigward it-twaqqif ta' Sistema ta' Twissija Globali dwar il-Vulnerabilità għall-Impatt;

10.

Jitlob li l-impenn tal-komunità internazzjonali tissawwar f'azzjoni konkreta u li tiġi implimentata, partikolarment billi tappoġġja aġenda b'saħħitha dwar’impjiegi ekoloġiċi’;

11.

Jaqbel dwar l-importanza li jinbena qafas maħsub għall-impjiegi għat-tkabbir ekonomiku fil-ġejjieni u li l-promozzjoni ta' xogħol diċenti tkun fil-qofol tal-pjanijiet ta' rkupru;

12.

Jilqa' l-Patt Dinji għall-Impjiegi tal-ILO u jappella sabiex jiġi implimentat b'urġenza; b'mod partikolari, isejjaħ għall-ħolqien ta' fond antiċikliku għall-impjieg fuq livell internazzjonali u pakketti ta' stimolu fiskali ambizzjużi li jkunu favur il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi, bis-saħħa ta' servizzi effiċjenti ta' impjieg u politiki soċjali b'saħħithom biex ikunu ta' appoġġ għal gruppi vulnerabbli u jiżguraw il-kapaċità ta' xiri bil-pagi minimi;

13.

Jinsisti li r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet tal-ILO huma kruċjali f'dan ir-rigward u jitlob li dawn ikunu inkorporati fil-ftehimiet kummerċjali tad-WTO; jappella wkoll sabiex tissaħħaħ aktar il-koperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin;

14.

Jappoġġja l-inizjattivi marbutin ma' forom ġodda ta' servizzi finanzjarji bħall-mikrofinanzjar, li jkollhom l-għan li jittejjeb l-aċċess għas-servizzi finanzjarji għal dawk li huma l-ifqar;

15.

Jinsisti dwar l-importanza li jiġi appoġġjat id-djalogu soċjali fil-livelli kollha sabiex tiġi evitata d-diflazzjoni tal-pagi u sabiex jiġi żgurat li ż-żieda fil-pagi tkun konformi maż-żieda fil-produzzjoni;

It-tisħiħ tas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarji

16.

Jilqa' b'sodisfazzjon s-sejħa sabiex il-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G20 jaslu għal ftehim dwar qafas internazzjonali ta' riforma fl-oqsma kritiċi li ġejjin tas-settur finanzjarju:

l-iżvilupp ta' kapital ta' kwalità għolja u l-mitigazzjoni tal-proċikliċità,

ir-riforma tal-prattiċi ta' kumpens biex tiġi appoġġjata l-istabilità finanzjarja,

it-titjib tas-swieq tad-derivattivi li huma “over-the-counter”,

l-indirizzar tal-problemi ta' regolamentazzjoni transkonfinali u l-istituzzjonijiet finanzjarji li huma sistemikament importanti;

ir-riforma fis-superviżjoni tas-settur finanzjarju, konsistenti mal-qafas globali;

17.

Japprova r-rieda li tiġi trasformata s-sistema ta' regolamentazzjoni finanzjarja dinjija u jaqbel li sar progress sostanzjali, iżda jemmen li ħafna mill-bidliet miftehma għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ u li baqa' ħafna aktar x'isir;

18.

Jinnota li l-wegħda tal-mexxejja tal-G20 ta' superviżjoni kompleta tal-istituzzjonijiet u l-istrumenti kollha li huma sistematikament importanti; jemmen li hemm bżonn ta' approċċ aktar ċentralizzat għas-superviżjoni tas-suq finanzjarju sabiex jiġu evitati kriżijiet ulterjuri, u huwa tal-fehma li l-Unjoni Ewropea teħtieġ taħdem għal arkitettura ta' superviżjoni finanzjarja isħaħ bl-objettiv li tinħoloq awtorità ta' superviżjoni finanzjarja waħda;

19.

Huwa tal-fehma li l-koordinament internazzjonali għandu jwassal għal titjib progressiv tar-rwoli prudenzjali biex fuq bażi globali jiġi evitat l-arbitrat regolatorju; jissottolinea li l-progress magħmul fil-kuntest usa' tal-G20 jikkonsisti f'approċċ ta' “armonizzazzjoni minima” li ma għandux jipprevjeni lill-Unjoni Ewropea milli tapplika standards ogħla; jilqa' f'dan l-ambitu l-fatt li l-Unjoni Ewropea hija aktar ambizzjużi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambitu u r-rekwiżiti tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni, kif turi l-leġiżlazzjoni li ġiet adottati reċentement jew għadha qed diskussa;

20.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn imġedded għal istituzzjonijiet finanzjarji b'regoli aktar stretti fuq it-teħid tar-riskji, governanza li tadatta l-kumpens skont il-prestazzjoni tajba fuq medda ta' żmien u aktar trasparenza ġenerali; jilqa' b'ħafna sodisfazzjon l-impenn għall-adozzjoni tal-qafas Basel II sal-2011 u għall-introduzzjoni ta' proporzjon b'effett ta' lieva li jkun armonizzat fil-livell internazzjonali; iqis li dawn il-prinċipji u objettivi ġenerali għandhom jiġu rispettati mill-parteċipanti kollha tas-swieq kull fejn ikun hemm fin-nofs il-ħarsien tal-investituri, ta' min iħallas it-taxxa jew tal-konsumaturi;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tittrasponi malajr l-impenji li ttieħdu fil-Laqgħa Għolja tal-G20 fir-rigward tal-bonuses f'leġiżlazzjoni tal-KE li torbot; għaldaqstant jistieden lill-mexxejja tal-G20 biex jagħmlu l-proposti tagħhom aktar inċiżivi mil-lat tal-bini tal-kapital u tar-riforma tal-prattiki ta' kumpens u biex jiżguraw strateġija konsistenti min-naħa tas-superviżuri madwar id-dinja meta jiġu għas-sanzjonijiet;

22.

Huwa tal-fehma li l-prinċipji għall-koperazzjoni transkonfinali fir-rigward tal-ġestjoni tal-kriżi jeħtieġ li jiġu implimentati b'urġenza; jitlob lill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja biex jikkonsulta mal-Parlament qabel ma japprova l-proposti li għandhom jiġu adottati sal-aħħar ta' Ottubru 2010 għal istituzzjonijiet finanzjarji li huma sistemikament importanti;

23.

jirrikonoxxi li l-kisbiet fil-ġlieda kontra ġurisdizzjonijiet li ma jikkoperawx (“tax havens”) kienu sostanzjali, iżda għadhom mhux biżżejjed; jinkoraġġixxi lill-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju tal-Informazzjoni biex itejjeb it-trasparenza fiskali u l-iskambju tal-informazzjoni biex il-pajjiżi jkunu jistgħu jinfurzaw b'mod sħiħ il-liġi tat-taxxa tagħhom biex jipproteġu l-bażi tat-taxxa tagħhom; jappoġġja lill-G20 fl-użu tagħha ta' miżuri kontra l-pajjiżi li joffru kenn mit-taxxa minn Marzu 2010 f'każijiet ta' nuqqas ta' koperazzjoni;

24.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-passi 'l quddiem li saru fir-rigward tas-segretezza tal-baneku, b'mod partikoari: l-espansjoni tal-Forum Globali tal-OECD dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta' Informazzjoni; jinnota, madankollu, li diversi ġurisdizzjonijiet li kienu wegħdu li jimplimentaw l-istandards għadhom m'għamlux dan; jappella sabiex ikun hemm sistema effettiva li tipprevjeni, tikxef u tressaq il-qorti 'l min jevadi t-taxxa; jenfasizza dwar l-importanza li tinħoloq sistema standardizzata ta' rappurtaġġ;

25.

Jisgħobbih li l-mexxejja tal-G20 ma indirizzawx il-kwistjoni tal-azzard morali mhix indirizzat u li r-rabta bejn l-istandards prudenzjali għall-istituzzjonijiet sistemiċi u l-kwestjoni tal-kostijiet tal-falliment ta' tali istituzzjonijiet ġiet posposta għal Ottubru 2010; jitlob li jkun hemm proposti kif tiġi ttrattata r-ristrutturazzjoni u r-reviżjoni tal-mudell ta' negozju tas-settur finanzjarju, biex tiġi indirizzata l-kwestjoni tal-“kbir wisq biex ifalli”;

It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet finanzjarji globali tagħna

26.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-pjan tal-mexxejja tal-G20 li jiġu rriformati l-IMF u l-Bank Dinji u jitlob li dawn ir-riformi jibdew malajr kemm jista' jkun; isejjaħ biex issir riforma estensiva tat-tmexxija ekonomika u finanzjarja globali; jappoġġja t-titjib tal-IMF u tal-Bank Dinji bħala element ċentrali tal-isforz biex jittejbu l-kredibilità, il-leġittimità u l-effikaċja ta' dawk l-istituzzjonijiet; isejjaħ għat-titjib tar-rappreżentazzjoni tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw fl-istituzzjonijiet finanzjarji; jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn fir-rigward taċ-ċaqliq fis-sehem tal-kwoti lejn il-pajjiżi bi swieq emerġenti dinamiċi u li għadhom qed jiżviluppaw; ifakkar li hu importanti li jiġu evitati politiki proċikliki sabiex tinstab it-triq lejn l-irkupru;

27.

Isejjaħ għall-ħolqien ta' mekkaniżmu għat-trasferiment ta' wħud mill-allokazzjonijiet ġodda tal-Istati Membri tal-IMF għad-Drittijiet ta' Ġbid Speċjali ta' Flus tal-IMF (SDRs) għal Pajjiżi bi Dħul Baxx, li jista' jirdoppja l-kapaċità ta' self konċessjonarju tal-IMF fuq medda nofsana ta' żmien;

28.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenji tal-mexxejja tal-G20 fir-rigward ta' ekonomija globali miftuħa; iqis li l-qawmien mill-ġdid tal-kummerċ dinji huwa essenzjali biex jerġa' jkun hemm tkabbir globali; f'dan ir-rigward itenni l-pożizzjoni tiegħu kontra kull forma ta' protezzjoniżmu u jibqa' jagħfas għall-progress fl-iżgurar tal-aċċess għas-suq li ma jqigħedx lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fi żvantaġġ, u dan billi jiġi eliminat ix-xkiel tariffarju u non-tariffarju indiskriminat, kif ukoll ir-rispett għar-regoli tal-kummerċ ħieles u ġust; jibqa' ddeterminat li jfittex konklużjoni globali, ambizzjuża u ekwilibrata għar-Rawnd ta' Żvilupp ta' Doħa, li tkun konsistenti mal-mandat mogħti, u jistieden lill-mexxejja ma jinsewx l-objettiv aħħari favur l-iżvilupp f'dan ir-Rawnd;

29.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent mill-mexxejja tal-G20 tal-importanza ta' ekonomija dinjija aktar sostenibbli; jenfasizza li ftehima li torbot dwar il-bidla fil-klima fil-konferenza li ġejja dwar il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima ta' Kopenħagen (il-Konferenza UNFCCC) hija ta' importanza kruċjali; jenfasizza, madankollu, li l-mexxejja tal-G20 għandhom jirrikonoxxu n-natura wiesgħa tal-isfidi għas-sostenibilità globali; jistieden lill-Ministri tal-Finanzi tal-G20 jimmobilizzaw ir-riżorsi li jsostnu l-azzjoni klimatika near-term fil-pajjiżi qed jiżviluppaw bħala komponent fundamentali tar-respons kollettiv għall-kriżi ekonomika globali;

30.

Jenfasizza l-fatt li l-impenji kollha li ttieħdu mill-mexxejja tal-G20 jridu jiġu rrispettati b'mod sħiħ, implimentati malajr u żviluppati, fil-livell nazzjonali u internazzjonali, biex jerġa' jkun hemm il-fiduċja u jiġi mmassimizzat l-irkupru ekonomiku;

31.

Iqis li r-rappreżentanza tal-UE fil-laqgħat tal-G20 għandha tkun is-suġġett ta' diskussjoni dettaljata bejn it-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-UE u l-Istati Membri; jinsab konvint li l-Unjoni Ewropea għandha taqbel dwar pożizzjoni komuni fil-fora internazzjonali, b'mod partikulari fir-rigward tal-laqgħat tal-G20, u jinsisti li għandu jkun hemm rappreżentanza aktar koerenti tal-Unjoni Ewropea fin-negozjati internazzjonali;

32.

Jaċċentwa l-importanza ta' ftehima dwar il-fondi biex ikunu assistiti l-pajjiżi foqra ħalli jadattaw għall-bidla klimatika fil-Konferenza UNFCCC ta' Kopenħagen u għall-għoti ta' mekkaniżmu ta' finanzjament f'saħħtu u prevedibbli oltre l-ODA; jisgħobbih li din il-kwistjoni ġiet posposta għall-Konferenza UNFCCC, u jtenni li l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi s-sehem ġust tagħha fil-finanzjament għall-mitigazzjoni u l-adattament, korrispondenti għas-sejbiet ta' riċerka xjentifika dwar is-severità tal-bidla klimatika u l-iskala tal-kostijiet tagħha;

33.

Jiġbed l-attenzjoni għall-kriżi persistenti tal-ikel u jilqa' d-deċiżjoni li tkun approvata uffiċjalment inizjattiva tal-ikel tal-Bank Dinji; jitlob lill-pajjiżi donaturi jiżguraw it-trasparenza u l-accountability f'dak li għandu x'jaqsam mad-distribuzzjoni tal-assistenza għall-ikel;

*

* *

34.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewrope, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati tal-G20 u lill-Fond Monetarju Internazzjonali.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2009)0330.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0042.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2009)0121.


26.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 230/7


Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2009
L-effetti tal-kriżi ekonomika globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw

P7_TA(2009)0029

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-koperazzjoni għall-iżvilupp

2010/C 230 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-laqgħa għolja tal-G20 li saret f'Londra fit-2 ta' April 2009 u d-dikjarazzjoni tagħha dwar il-Pjan Globali għall-Irkupru u r-Riforma,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000, li tistipula l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDGs) bħala kriterji stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali, fost affarijiet oħra, għall-eliminazzjoni tal-faqar u l-ġuħ,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) bl-isem “Global Monitoring Report 2009: A Development Emergency” ippublikat f'April 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji bl-isem “Global Development Finance: Charting a Global Recovery 2009” ippublikat f'Ġunju 2009,

wara li kkunsidra l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriżi Finanzjarja u Ekonomika Dinjija u l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp u l-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tar-riżultati tal-konferenza permezz tar-Riżoluzzjoni 63/303 tad-9 ta' Lulju 2009,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2009 bl-isem “Appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-kriżi” (COM(2009)0160),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tat-18 u d-19 ta' Mejju 2009 dwar l-appoġġ li għandu jingħata lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-kriżi,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2006 dwar ir-reviżjoni strateġika tal-Fond Monetarju Internazzjonali (1),

wara li kkunsidra l-istudju mill-Professur Ngaire Woods dwar ir-reazzjoni internazzjonali għall-kriżi globali u r-riforma tal-istruttura finanzjarja u ta' għajnuna internazzjonali (2),

wara li kkunsidra l-Konferenza dwar l-Iffinanzjar Innovattiv li saret f'Pariġi fit-28 u d-29 ta' Mejju 2009 u l-Konferenza Internazzjonali dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp li saret f'Doha bejn it-28 ta' Novembru u t-2 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra r-rapport tas-17 ta' Marzu 2009 tal-Kumitat tal-Minsitri tal-Finanzi Afrikani u tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali li ġie stabbilit biex jimmoniterja l-kriżi, bl-isem “Impact of the Crisis on African Economies - Sustaining Growth and Poverty Reduction”,

wara li kkunsidra l-mistoqsija tat-3 ta' Settembru 2009 lill-Kummissjoni dwar l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp (O-0088/2009 – B7-0209/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jenfasizza li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ma kkawżawx il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, iżda huma affettwati b'mod sproporzjonat minnha, u qed jiffaċċjaw tnaqqis drammatiku fit-tkabbir u l-impjiegi, impatti negattivi fuq il-bilanċ tal-kummerċ u l-bilanċ tal-pagamenti, tnaqqis drastiku ta' influssi netti ta' kapital privat u investiment barrani dirett, inqas aċċess għall-kreditu u l-finanzjament tal-kummerċ, tnaqqis fil-bgħit ta' flus, movimenti kbar u volatili fir-rati tal-kambju, il-kollass tar-riservi, żieda fil-volatilità u tnaqqis fil-prezzijiet tal-prodotti primarji, kif ukoll inqas dħul mit-turiżmu;

2.

Jaqbel mal-opinjoni ta' Ban Ki–moon, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li l-kriżi finanzjarja globali kkawżat emerġenza għall-iżvilupp peress li qed tagħmel ħsara, u f'xi każi anke xxejjen, il-progress li nkiseb b'diffikultà fit-tnaqqis tal-faqar, tal-ġuħ u tal-mortalità tal-ommijiet u tat-tfal, kif ukoll fl-edukazzjoni primarja, l-ugwaljanza fis-sessi u l-aċċess għall-ilma nadif u għal iġjene xierqa, u b'hekk qed ixxekkel il-ksib tal-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp, b'mod partikolari dawk marbuta mas-saħħa;

3.

Jinnota bi tħassib kbir li din il-kriżi, li qed issegwi tant mill-qrib fuq il-kriżi tal-ikel u tal-prezz tal-kombustibbli, diġà qed iġġib magħha spejjeż kbar għall-bniedem u għandha effetti devastanti għall-vulnerabbli fl-ifqar pajjiżi b'żieda mistennija ta' 23 miljun persuna bla xogħol, sa 90 miljun f'faqar iktar estrem fl-2009 biss, b'theddid għat-trattment mediċinali li jsalva l-ħajja għal sa 1,7 miljun persuna li qed tbati mill-HIV, u bejn 200 000 u 400 000 aktar imwiet tat-trabi kull sena bħala medja bejn l-2009 u l-2015, li hija s-sena sa meta għandhom jinkisbu l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

4.

Jenfasizza li ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw qed isibu li s-sorsi kollha tagħhom ta' finanzjament għall-iżvilupp kienu affettwati mill-kriżi u mhux se jkunu jistgħu jissalvagwardjaw il-progress ekonomiku tagħhom, miksub bi tbatija, mingħajr appoġġ estern estensiv;

5.

Jistieden lill-UE biex tieħu azzjoni biex teqred l-abbużi tar-rifuġji fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħruġ illegali tal-kapital minn pajjiżi li qed jiżviluppaw; jitlob, għalhekk, li jkun hemm ftehima finanzjarja globali vinkolanti ġdida li tobbliga lill-korporattivi transnazzjonali biex jiżvelaw awtomatikament il-profotti li jkunu għamlu u t-taxxi li jkunu ħallsu għal kull pajjiż, sabiex tkun żgurata t-trasparenza f'dak li jħallsu f'kull pajjiż li qed jiżviluppa fejn joperaw;

6.

Jinnota r-rikonoxximent tal-G20 tar-responsabbiltà kollettiva tiegħu biex jittaffa l-impatt soċjali tal-kriżi sabiex tkun imminimizzata ħsara dejjiema għall-potenzjal globali, u l-affermazzjoni mill-ġdid tiegħu ta' wegħdiet ta' għajnuna eżistenti u wegħdiet ta' riżorsi ġodda, inklużi USD 50 biljun għall-appoġġ tal-protezzjoni soċjali, biex jagħtu spinta lill-kummerċ u jħarsu l-iżvilupp fil-pajjiżi bi dħul baxx, bħala parti minn żieda sinifikanti tal-appoġġ fil-kriżi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u aktar riżorsi għall-protezzjoni soċjali għall-ifqar pajjiżi;

7.

Jilqa' d-deċiżjoni meħuda mill-mexxejja tal-G8 fis-samit ta' L'Aquila, l-Italja, f'Lulju 2009 li jagħtu USD 20 000 miljun għall-iżvilupp rurali u s-sikurezza tal-ikel;

8.

Jibża' li r-riżorsi finanzjarji mwiegħda mhux se jkunu biżżejjed, mhux se jkunu jistgħu jiġu konċentrati fuq l-ifqar pajjiżi u gruppi tal-popolazzjoni u mhux se jkunu jistgħu jingħataw b'mod faċli biżżejjed u b'mod li jkun flessibbli biżżejjed biex jiġi ġenerat it-titjib li jeħtieġu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

9.

Jappoġġja t-talba tal-mexxejja tal-G8 li, fl-2010, issir reviżjoni internazzjonali tal-politiki lejn l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp;

10.

Jinnota ż-żieda fir-riżorsi għad-dispożizzjoni tal-FMI u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra; jilqa' r-riformi riċenti tal-FMI, li jinkludu rwol iktar prominenti għall-pajjiżi emerġenti;

11.

Huwa mħasseb bis-serjetà dwar il-fatt li, f'Lulju 2009, 82 % tar-riżorsi ġodda mislufa tal-FMI marru lejn pajjiżi Ewropej, u 1.6 % biss marru lejn pajjiżi fl-Afrika, li hija indikazzjoni li l-biċċa l-kbira tar-riżorsi disponibbli jista' jkun li qed jiġu ddedikati għal swieq emerġenti bi dħul għoli u pajjiżi bi dħul medju li x'aktarx huma kapaċi jħallsu lura s-self li jirċievu; jenfasizza li t-tfixkil tal-proċessi ta' żvilupp għandu iktar effetti distruttivi u dewwiema għaż-żmien medju għall-pajjiżi l-inqas żviluppati minn dawk li jġarrbu l-iktar avvanzati matul perjodu limitat tal-kriżi;

12.

Jitlob li jkun hemm implimentazzjoni rapida ta' USD 6 000 miljun addizzjonali f'finanzjament konċessjonali u flessibbli għall-ifqar pajjiżi li jirriżulta mill-bejgħ ta' riservi ta' deheb tal-FMI; jinnota bi tħassib kbir l-istimi tal-FMI li hu jista' jipprovdi biss madwar 2 % tal-bżonnijiet finanzjarji esterni ta' pajjiżi bi dħul baxx (gross), li jenfasizza l-ħtieġa li istituzzjonijiet u donaturi oħra jipprovdu aktar riżorsi konċessjonali u għotjiet;

13.

Jiddispjaċih li filwaqt li reazzjoni effettiva għall-kriżi se tkun teħtieġ injezzjoni ġdida u kbira ta' riżorsi, u minkejja l-wegħdiet tal-G20 biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni riżorsi għall-protezzjoni soċjali għall-ifqar pajjiżi, inkluż permezz ta' investiment fis-sigurtà tal-ikel għal perjodu twil ta' żmien u permezz ta' kontribuzzjonijiet bilaterali volontarji lill-qafas tal-vulnerabilità tal-Bank Dinji, inkluż il-mekkaniżmu ta' appoġġ għall-infrastuttura f'sitwazzjoni ta' kriżi u l-fond għal reazzjoni soċjali rapida, il-Bank Dinji tħalla biex jirreaġixxu fil-biċċa l-kbira permezz tar-riżorsi u l-faċilitajiet eżistenti tiegħu stess;

14.

Jemmen li l-ewwel prijorità għandha sempliċiment tkun li jiġu appoġġjati politiki li jnaqqsu l-faqar filwaqt li jiksbu l-aħjar valur għall-flus ta' min iħallas it-taxxa, immexxija minn rikonoxximent tad-dinjita umana assoluta ta' kull persuna fid-dinja li qed tiżviluppa;

15.

Iqis li l-kummerċ ġust u ta' benefiċċju mutwu huwa l-pedament tal-istabilità tas-suq finanzjarju internazzjonali; jinnota li l-UE għandha tagħmel dak li hu fir-responsabilità tagħha billi tnaqqas is-sussidji li jgħawġu l-kummerċ u l-impendamenti għall-kummerċ li jikkawżaw tant dannu għall-ekonomiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

16.

Jinnota d-dannu għall-istruttura kapitali ta' kwalunkwe ekonomija li ssir mit-telf tal-imħuħ; jinnota, barra minn dan, li dan hu tħassib serju u kontinwu f'ħafna zoni tad-dinja peress li l-aħjar nies u dawk l-iktar intelliġenti jitilqu barra mill-pajjiż tagħhom li qed jiżviluppa u li ma tantx jiflaħ jitlifhom; jitlob, għalhekk, li tittieħed azzjoni biex titħeġġeġ il-migrazzjoni ċirkulari;

17.

Jinnota bi tħassib kbir li dan irriżulta fl-inabbiltà tal-Bank Dinji li jirrispondi għal numru ta' pajjiżi li saru partikolarment vulnerabbli minħabba l-kriżi, iżda li ma jissodisfawx il-kriterji ta' eliġibilità tal-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (IBRD) jew l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp (IDA) jew jikkonformaw mal-mudelli ta' allokazzjoni li jeħtieġu l-affidabbiltà finanzjarja ta' min jissellef u rekord ta' “prestazzjoni tajba”; iqis li din id-disparità fil-finanzjament tenfasizza problemi fundamentali fit-tmexxija tal-Bank Dinji li timminimizza r-riskji lill-istituzzjoni u l-membri li ma jieħdux self, a skapitu tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma membri fil-bżonn;

18.

Jenfasizza li l-inabbiltà tal-istituzzjonijiet Bretton Woods li jirrispondu għall-bżonnijiet tal-pajjiżi bi dħul baxx biex dawn ilaħħqu mal-kriżi hija kkawżata prinċipalment bil-fatt li ma sarux riformi li suppost ilhom li saru fit-tmexxija ta' dawk l-istituzzjonijiet biex tittejjeb ir-rilevanza, il-leġittimità u l-effettività tagħhom u s-sensittività u l-kapaċità tagħhom li jirrispondu għal pajjiżi li qed jiżviluppaw; jitlob li dawn ir-riformi jsiru b'urġenza;

19.

Jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jerfgħu r-responsabilità tagħhom bħala atturi internazzjonali ewlenin fil-ħidma lejn l-implimentazzjoni rapida tar-riforma meħtieġa tal-istituzzjonijiet Bretton Woods, u sadanittant biex jagħmlu tajjeb għal-lakuni serji fir-reazzjoni għall-kriżi min-naħa tal-G20, tal-FMI u tal-Bank Dinji billi jagħtu malajr għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u billi jiżguraw ħlas malajr lill-pajjiżi li l-investimenti tagħhom biex jirrealizzaw l-Objettivi tal-Millenju tal-Iżvilupp issa qiegħdin f'riskju minħabba xokk estern, b'mod partikolari kriżi finanzjarja mhux prevista minnhom u li fuqha m'għandhomx kontroll; filwaqt li jagħmlu dan, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom dejjem josservaw l-ogħla standards ta' responsabilizzazzjoni u effettività tal-għajnuna f'dak li jikkonċerna l-użu tal-fondi pubbliċi minn min jirċievi mingħand id-donaturi;

20.

Jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li l-għajnuna minn xi Stati Membri tal-UE naqset f'termini reali fl-2008; jitlob lill-Istati Membri tal-UE biex b'mod urġenti jissodisfaw l-impenji tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (Official Development Assistance - ODA) tagħhom sal-2010, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li maġġoranza tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw intlaqtu b'mod serju mill-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja dinjija;

21.

Jilqa' l-pjanijiet tal-UE li għall-bidu tal-perjodu talloka EUR 88 000 miljun f'għajnuna għall-iżvilupp, appoġġ għall-baġit u finanzjament agrikolu għal miżuri immedjati u l-proposta ta' EUR 500 miljun ta' appoġġ għall-infiq soċjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz tal-mekkaniżmu ad hoc għall-vulnerabilità FLEX għall-pajjiżi tal-Afrika, Karibew u Paċifiku (AKP); jirrakkomanda li l-appoġġ għall-baġit ikun ikkonċentrat fuq l-oqsma tas-saħħa, tax-xogħol deċenti, tal-edukazzjoni, tas-servizzi soċjali u tat-tkabbir ekoloġiku fil-forma ta' appoġġ għall-baġit settorjali; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom imsemmija fl-Aġenda għall-Azzjoni tal-UE dwar l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp; jirrikonoxxi l-prinċipju ta' pussess, filwaqt li jenfasizza l-irwol tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-istipular tal-politiki, l-istrateġiji u l-programmi ta' żvilupp tagħhom stess, u r-responsabilizzazzjoni tal-UE u tal-imsieħba tagħha li jiżguraw riżultati tal-iżvilupp;

22.

Jiġbed l-attenzjoni lejn it-talbiet imtennija tal-Parlament biex il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jiddaħħal fil-Baġit Komunitarju sabiex ikun żgurat skrutinju demokratiku tal-użi li dan jingħata;

23.

Jiddispjaċih, madankollu, li barra EUR 100 miljun għall-Fond Fiduċjarju għall-Infrastruttura tal-UE-Afrika , l-infiq l-ieħor kollu huwa riżultat ta' impenji li kienu ttieħdu qabel u jitlob finanzjament addizzjonali ikbar; jesprimi tħassib dwar kif il-Kummissjoni se tagħmel tajjeb għal-lakuna fil-finanzjament ikkawżata fis-snin futuri mill-allokazzjoni bil-quddiem ta' appoġġ għall-baġit mill-bidu tal-perjodu;

24.

Jenfasizza li l-volumi ta' Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-urġenza li l-grad tal-kriżi jitlob u mal-bżonnijiet akbar ferm fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex josservaw l-impenji internazzjonali tagħhom u jkomplu jikkontribwixxu biex jilħqu l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp; jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta b'mod urġenti proposti ġodda għal mekkaniżmi innovattivi ta' finanzjament;

25.

Jenfasizza l-bżonn għal konsistenza ikbar bejn il-politiki tal-UE dwar il-kummerċ, il-baġit, il-bidla fil-klima u l-iżvilupp;

26.

Jirrakkomanda, għalhekk, li l-ftehimiet ta' sħubija ekonomika jintużaw bħala mezz biex jintlaħqu l-bżonnijiet ta' żvilupp billi l-pajjiżi tal-AKP jingħataw vantaġġ kummerċjali u billi jiġi promoss il-ksib tal-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp, filwaqt li l-pajjiżi tal-AKP jitħallew li jeskludu prodotti u setturi sensittivi, bħall-investiment u s-servizzi, min-negozjati;

27.

Jirrimarka, b'dan f'moħħu, li l-ftehimiet ta' sħubija ekonomika għandhom ikunu mezz biex tiġi promossa l-integrazzjoni reġjonali u biex jitqawwu l-ekonomiji tal-pajjiżi tal-AKP, u li l-wegħdiet ta' finanzjament għandhom jiġu onorati;

28.

Jenfasizza li l-Bank Ewropew għall-Investiment għandu jkun involut b'mod ħafna iktar attiv u trasparenti bħala mexxej fl-iżvilupp ta' mekkaniżmi ġodda ta' finanzjament;

29.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ikollha rwol mexxej fit-titjib bla xkiel ta' dawn il-mekkaniżmi, inklużi l-krediti mikro u meso, b'mod partikolari sabiex toffri aċċess għall-finanzjament għall-gruppi vulnerabbli bħal ma huma n-nisa u l-bdiewa;

30.

Jistieden lill-UE biex tiżgura li arranġamenti regolatorji globali xierqa jkunu stabbiliti sabiex tkun evitata kriżi finanzjarja ulterjuri;

31.

Jitlob lill-Istati Membri biex josservaw u jissodisfaw l-impenji tagħhom għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp;

32.

Jenfasizza l-importanza f'termini ta' politika għall-Iżvilupp f'zoni bħall-ekonomija, il-kummerċ, l-ambjent u l-agrikoltura, sabiex il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali ma titħalliex li jkollha effetti iktar serji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Isati Membri, lill-organizzazzjonijiet tan-NU, lill-FMI u l-Bank Dinji, lill-Gvernaturi tal-FMI u tal-Bank Dinji mill-Istati Membri tal-UE, u lill-pajjiżi tal-G20.


(1)  ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 118.

(2)  Studju kummissjonat mid-Dipartiment tal-Linji Politiċi tad-DĠ EXPO tal-Parlament; se jkun ippublikat dalwaqt.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa, 7 ta' Ottubru 2009

26.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 230/11


L-Erbgħa, 7 ta' Ottubru 2009
It-twaqqif, is-setgħat, l-għamla numerika u l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali

P7_TA(2009)0025

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2009 dwar it-twaqqif, is-setgħat, l-għamla numerika u l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali

2010/C 230 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-17 ta' Settembru 2009 li tipproponi t-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali li tiddefinixxi s-setgħat, l-għamla numerika u l-mandat tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 184 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali għall-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali, li jkollu s-setgħat li ġejjin:

a)

janalizza u jevalwa l-livell tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali, l-impatt tagħha fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, kif ukoll l-istat tal-governanza dinjija, jipproponi miżuri adattati għall-bini mill-ġdid ta' swieq finanzjarji stabbli u sodi għal perjodu twil ta' żmien sabiex ikunu jistgħu jsostnu t-tkabbir sostenibbli, il-koeżjoni soċjali u l-impjiegi fil-livelli kollha, u sabiex jipprovdi evalwazzjoni tal-effett ta' dawn il-miżuri u l-ispejjeż tan-nuqqas ta' azzjoni;

b)

janalizza u jevalwa l-implimentazzjoni attwali ta' leġiżlazzjoni tal-Komunità fl-oqsma kollha kkonċernati u l-koordinazzjoni tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw it-tkabbir kwalitattiv sostenibbli u l-investiment għal perjodu twil ta' żmien, bil-għan li jiġi miġġieled il-qagħad u jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi u klimatiċi, filwaqt li jkun irrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

c)

għal dan il-għan, jistabbilixxi l-kuntatti meħtieġa u jorganizza seduti ta' smigħ mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, mal-istituzzjonijiet u l-fora nazzjonali, Ewropej u internazzjonali, mal-parlamenti u mal-gvernijiet nazzjonali tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi, u mar-rappreżentanti tal-komunità xjentifika, tan-negozji u tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-kumitati permanenti;

2.

Jiddeċiedi li, mingħajr ħsara għas-setgħat tal-kumitati permanenti tal-Parlament Ewropew responsabbli mill-adozzjoni, mill-monitoraġġ u mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità relevanti għal dan il-qasam, il-kumitat speċjali jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-kumitati permanenti;

3.

Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jkun magħmul minn 45 membru;

4.

Iddeċieda li t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali għandu jkun ta' 12-il xahar li jibda mit-8 ta' Ottubru 2009, liema perjodu jista' jiġi estiż; jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jippreżenta lill-Parlament rapport ta' nofs il-mandat u rapport aħħari, li għandhom ikun fihom rakkomandazzjonijet dwar il-miżuri jew l-inizjattivi li għandhom jittieħdu.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2009

26.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 230/13


Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2009
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Italja, it-terremot tal-Abruzzo

P7_TA(2009)0026

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0445 – C7-0122/2009 – 2009/2083(BUD))

2010/C 230 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0445 – C7-0122/2009),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0021/2009),

1.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2009
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b' mod partikolari l-punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il “Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milqutin minn diżastri.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat.

(4)

L-Italja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, fir-rigward ta' diżastru li sar kawża ta' terremot,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 493 771 159 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


26.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 230/15


Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2009
Il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali *

P7_TA(2009)0027

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/…/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali (08535/2009 – C7-0205/2009 – 2009/0802(CNS))

2010/C 230 E/05

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja (08535/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) u l-Atikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0205/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 100 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0011/2009),

1.

Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju tal-Iżvezja b'mod sostanzjali;

5.

Jitlob lill-Kunsill sabiex ma jadottax l-inizjattiva formalment qabel ma jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona sabiex jilħaq ikun iffinalizzat l-att finali u jkunu żgurati l-irwol sħiħ u l-kontroll sħiħ tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-Kummissjoni u tal-Parlament (Protokoll tat-Trattat ta' Liżbona dwar dispożizzjonijiet tranżizzjonali). F'dan il-każ, jimpenja ruħu li jqis kull proposta ulterjuri fil-qafas tal-proċedura ta' urġenza.

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka, u tar-Renju tal-Iżvezja.

ABBOZZ TAL-KUNSILL

EMENDA

Emenda 1

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 4

(4)

Għandu jkun hemm konsultazzjonijiet diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-għan li jintlaħaq kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli u li jiġu evitati ħela ta' ħin u ta' riżorsi tal-awtorità kompetenti kkonċernata. Soluzzjoni effettiva bħal dik tista' notevolment tikkonsisti fil-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed, pereżempju permezz tat-trasferiment tal-proċedimenti kriminali. Din tista' tikkonsisti wkoll fi kwalunkwe pass ieħor li jippermetti li jiġu trattati b'mod effiċjenti u raġonevoli dawk il-proċedimenti, inkluż fir-rigward tal-allokazzjoni tal-ħin , pereżempju permezz ta' riferiment tal-każ lill-Eurojust meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux kapaċi jilħqu kunsens . F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-kwistjoni ta' ġbir tal-evidenza li tista' tiġi influwenzata mill-proċedimenti paralleli li jkunu għaddejjin.

(4)

Għandu jkun hemm konsultazzjonijiet diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-għan li jintlaħaq kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli u li jiġu evitati ħela ta' ħin u ta' riżorsi tal-awtorità kompetenti kkonċernata. Soluzzjoni effettiva bħal dik tista' notevolment tikkonsisti fil-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed, pereżempju permezz tat-trasferiment tal-proċedimenti kriminali. Din tista' tikkonsisti wkoll fi kwalunkwe pass ieħor li jippermetti li jiġu trattati b'mod effiċjenti u raġonevoli dawk il-proċedimenti, anke fir-rigward tal-allokazzjoni tal-ħin. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-kwistjoni ta' ġbir tal-evidenza li tista' tiġi influwenzata mill-proċedimenti paralleli li jkunu għaddejjin.

Emenda 2

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 7

(7)

Awtorità kompetenti li ġiet ikkuntattjata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor għandu jkollha obbligu ġenerali li twieġeb għat-talba ppreżentata . L-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt hija mħeġġa li tistabbilixxi skadenza li fiha l-awtorità kkuntattjata għandha twieġeb, jekk ikun possibbli. Is-sitwazzjoni speċifika ta' persuna mċaħħda mil-libertà għandha tiġi kkunsidrata bis-sħiħ mill-awtoritajiet kompetenti matul il-proċedura tal-kuntatt.

(7)

Awtorità kompetenti li ġiet ikkuntattjata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor għandha twieġeb għat-talba ppreżentata sad-data tal-iskadenza stabbilita . Is-sitwazzjoni speċifika ta' persuna mċaħħda mil-libertà għandha tiġi kkunsidrata bis-sħiħ mill-awtoritajiet kompetenti matul il-proċedura tal-kuntatt.

Emenda 3

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 8

(8)

Il-kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun il-prinċipju prinċipali ta' kooperazzjoni stabbilit taħt id-Deċiżjoni Qafas. L-Istati Membri għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jiddeċiedu liema awtoritajiet huma kompetenti biex jaġixxu skont din id-Deċiżjoni Qafas, f'konformità mal-prinċipju tal-awtonomija proċedurali nazzjonali, bil-kondizzjoni li tali awtoritajiet ikollhom il-kompetenza li jintervjenu u jiddeċiedu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tagħha.

(8)

Il-kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-involviment tal-Eurojust għandhom ikunu l-prinċipji prinċipali ta' kooperazzjoni stabbiliti skont id-Deċiżjoni Qafas.

Emenda 4

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 9

(9)

Meta jkunu qed ifittxu li jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli li jkunu qed jitmexxew f'żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li kull każ huwa speċifiku u jagħtu konsiderazzjoni għall-fatti u l-merti kollha tiegħu. Sabiex jintlaħaq kunsens, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsidraw kriterji rilevanti, li jistgħu jinkludu dawk stabbiliti fil-Linji Gwida li kienu ppublikati fir-Rapport Annwali tal-Eurojust tal-2003 u li tfasslu għall-ħtiġijiet tal-prattikanti, u jqisu pereżempju l-post fejn seħħet il-parti ewlenija tal-kriminalità, il-post fejn iġġarrbet il-maġġoranza tat-telf, il-post fejn tinsab il-persuna suspettata jew akkużata u l-possibbiltajiet biex jiġi żgurat iċ-ċediment jew l-estradizzjoni tagħha lejn ġurisdizzjonijiet oħra, in-nazzjonalità jew residenza tal-persuna suspettata jew akkużata, l-interessi sinifikanti tal-persuna suspettata jew akkużata, l-interessi sinifikanti tal-vittmi u x-xhieda, l-ammissibbiltà tal-evidenza jew kwalunkwe dewmien li jista' jseħħ.

(9)

Meta jkunu qed ifittxu li jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli li jkunu qed jitmexxew f'żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li kull każ huwa speċifiku u jagħtu konsiderazzjoni għall-fatti u l-merti kollha tiegħu.

Emenda 5

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 16

(16)

Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandiex twassal għal burokrazija indebita f'każijiet fejn għall-problemi indirizzati huma disponibbli għażliet aktar xierqa. B'hekk f'sitwazzjonijiet fejn jeżistu strumenti jew arranġamenti aktar flessibbli bejn l-Istati Membri, dawk għandhom jipprevalu fuq din id-Deċiżjoni Qafas.

(16)

Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandiex twassal għal burokrazija indebita f'każijiet fejn għall-problemi indirizzati huma disponibbli għażliet aktar xierqa. B'hekk f'sitwazzjonijiet fejn jeżistu strumenti jew arranġamenti aktar flessibbli bejn l-Istati Membri, dawk għandhom jipprevalu fuq din id-Deċiżjoni Qafas, sakemm ma jnaqqsux il-ħarsien mogħti lill-persuna suspettata jew akkużata .

Emenda 6

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 18

(18)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali għandha tapplika għall-ipproċessar ta' data personali skambjata taħt din id-Deċiżjoni Qafas.

(18)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali għandha tapplika għall-ipproċessar ta' data personali skambjata taħt din id-Deċiżjoni Qafas. It-trażmissjoni ta' tagħrif marbut mal-hekk imsejħa oriġini etnika jew razzjali, mar-reliġjon jew it-twemmin u mal-orjentament sesswali hija b’mod espliċitu projbita ħlief jekk strettament meħtieġa għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti dwar il-ġurisdizzjoni fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas;

Emenda 7

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 20

(20)

Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

(20)

Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea b'mod partikulari l-Artikolu 50 tagħha ,

Emenda 8

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt b

(b)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità ġudizzjarja jew awtorità oħra, li tkun kompetenti, skont il-liġi tal-Istat Membru tagħha, biex twettaq l-atti previsti fl-Artikoli 2(1) ta' din id-Deċiżjoni Qafas;

(b)

“awtorità kompetenti” tfisser imħallef, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku jew awtorità ġudizzjarja oħra, li tkun kompetenti, skont il-liġi tal-Istat Membru tagħha, biex twettaq l-atti previsti fl-Artikoli 2(1) ta' din id-Deċiżjoni Qafas;

Emenda 9

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 5 - paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.    Skont id-Deċiżjoni Eurojust l-awtorità li qed tagħmel il-kuntratt għandha fl-istess ħin tinforma lill-Eurojust.

Emenda 10

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Article 6 - paragrafu 1

1.   L-awtorità kkuntattjata għandha twieġeb għal talba ppreżentata skont l-Artikolu 5(1) fi kwalunkwe skadenza raġonevoli indikata mill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt, jew, jekk ma ġiet indikata l-ebda skadenza, mingħajr dewmien żejjed , u tinforma lill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt dwar jekk humiex qed jitmexxew proċedimenti paralleli fl-Istat Membru tagħha. F'każijiet fejn l-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt infurmat lill-awtorità kkuntattjata li l-persuna suspettata jew akkużata tkun qed tinżamm f'detenzjoni jew kustodja proviżorja, din l-awtorità tal-aħħar għandha tittratta t-talba b'urġenza.

1.   L-awtorità kkuntattjata għandha twieġeb għal talba ppreżentata skont l-Artikolu 5(1) fi kwalunkwe skadenza raġonevoli indikata mill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt, jew, jekk ma ġiet indikata l-ebda skadenza, fi żmien 30 ġurnata , u tinforma lill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt dwar jekk humiex qed jitmexxew proċedimenti paralleli fl-Istat Membru tagħha. F'każijiet fejn l-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt infurmat lill-awtorità kkuntattjata li l-persuna suspettata jew akkużata tkun qed tinżamm f'detenzjoni jew kustodja proviżorja, din l-awtorità tal-aħħar għandha tittratta t-talba b'urġenza.

Emenda 11

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt c

(c)

id-dettalji rilevanti kollha dwar l-identità tal-persuna suspettata jew akkużata u dwar il-vittmi, jekk ikun applikabbli;

(c)

l-isem, in-nazzjonalità, id-data tat-twelid u l-indirizz tal-persuna suspettata jew akkużata u dwar il-vittmi, jekk ikun applikabbli , kif ukoll dettalji oħra li jkunu relevanti fejn ikun hemm suspett li l-identità tal-persuna suspettata jew akkużata huma foloz ;

Emenda 12

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Article 10 - paragrafu 1

1.   Meta jiġi stabbilit li jeżistu proċedimenti paralleli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti sabiex jintlaħaq kunsens dwar xi soluzzjoni effettiva immirata li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli bħal dawn, li jistgħu, fejn xieraq, iwasslu għall-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed.

1.   Meta jiġi stabbilit li jeżistu proċedimenti paralleli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr ebda dewmien, jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti sabiex jintlaħaq kunsens dwar xi soluzzjoni effettiva mmirata li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli bħal dawn, li jistgħu, fejn xieraq, iwasslu għall-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed. Fil-każijiet fejn il-persuna suspettata jew akkużata tiġi miżmuma f'detenzjoni jew f'kustodja provviżorja, il-konsultazzjonijiet diretti għandu jkollhom l-għan li jilħqu kunsens bħala kwistjoni ta' urġenza.

Emenda 13

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 11

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti dwar każ sabiex jintlaħaq kunsens skont l-Artikolu 10, huma għandhom jikkunsidraw il-fatti u l-merti tal-każ u l-fatturi kollha li jikkunsidraw li huma rilevanti .

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti dwar każ sabiex jintlaħaq kunsens skont l-Artikolu 10, huma għandhom jikkunsidraw il-fatti u l-merti tal-każ u fatturi bħal :

 

il-post fejn il-biċċa'l kbira tar-reat ġie mwettaq,

il-post li sofra l-biċċa l-kbira tat-telf,

il-post li fih hemm il-persuna suspettata jew akkużata u l-possibilitajiet li tiġi żgurata l-konsenja jew l-estradizzjoni tagħha għal ġurisdizzjoni oħra,

in-nazzjonalità jew ir-residenza tal-persuna suspettata jew akkużata,

kwalunkwe interess sinifikanti tal-peruna suspettata jew akkużata,

kwalunkwe interess sinifikanti tal-vittmi u x-xhieda,

l-ammissibilità tal-evidenza jew

kwalunkwe dewmien li jista' jsir.

Emenda 14

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 11 a (ġdid)

 

Artikolu 11a

Garanziji proċedurali

Il-persuna imputata formalment fl-istadju tal-proċess b’mod partikolari għandha:

tkun innotifikata bl-iskambju ta' informazzjoni u bil-konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet ta' Stat Membru u l-Eurojust, kif ukoll bid-deċiżjonijiet meħuda jew bin-nuqqas ta' ftehim milħuq, skont din id-Deċiżjoni Qafas, inkluż kull min ikun involut, il-kontenuti u r-raġunijiet;

ikollha jedd tagħmel rappreżentazzjonijiet dwar l-aħjar ġurisdizzjoni qabel ma tittieħed deċiżjoni;

ikollha jedd tappella kontra kwalunkwe deċiżjoni meħudha skont l-Artikolu 10(1) jew, f'każ li ma jintlaħaqx ftehim, tkun tista' titlob li tiġi eżaminata mill-ġdid.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu ggarantiti t-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u l-għajnuna legali xierqa.

Emenda 15

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 11 b (ġdid)

 

Artikolu 11b

Drittijiet Fundamentali

Kwalunkwe konsensus li jintlaħaq fuq il-bażi tal-Artikolu 10(1) għandu jkun ġust, indipendenti u oġġettiv u għandu jintlaħaq bl-applikazzjoni tal-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u rifless fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, biex jiġi żgurat li jitħarsu d-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata.

Emenda 16

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 12 - paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Kwalunkwe awtorità nazzjonali hija libera, fi kwalunkwe stadju ta' proċedura nazzjonali, li titlob il-parir tal-Eurojust u li tirreferi każijiet speċifiċi lill-Eurojust, liema każijiet jistgħu jqajmu l-kwistjoni dwar liema ġurisdizzjoni tinsab fl-aħjar qagħda.

Emenda 17

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 12 - paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     Jekk xi Stat Membru jiddeċiedi li ma jkunx konformi mal-opinjoni tal-Eurojust, dan għandu jinforma lill-Eurojust bil-miktub dwar id-deċiżjoni tiegħu skont it-termini tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Eurojust.

Emenda 18

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, u r-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 15 – paragrafu 1– parti introduttorja

1.   Sakemm strumenti legali jew arranġamenti oħra jippermettu li l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċedura li taħtha l-awtoritajiet nazzjonali jiskambjaw informazzjoni dwar il-proċedimenti kriminali tagħhom, jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti u jipprovaw jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati konsegwenzi negattivi li jinħolqu millproċedimenti paralleli, l-Istati Membri jistgħu:

1.   Sakemm strumenti legali jew arranġamenti oħra jippermettu li l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċedura li taħtha l-awtoritajiet nazzjonali jagħmlu skambju ta' informazzjoni dwar il-proċedimenti kriminali tagħhom, jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti u jipprovaw jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati konsegwenzi negattivi li jinħolqu mill-proċedimenti paralleli u sakemm ma titnaqqasx il-protezzjoni mogħtija lill-persuna suspettata jew akkużata , l-Istati Membri jistgħu:

Emenda 19

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 15 a (ġdid)

 

Artikolu 15a

Inklużjoni fir-rapport annwali

Il-każijiet riferuti lill-Eurojust, li dwarhom ma jkunx intlaħaq kunsens bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu inklużi fir-rapport annwali tal-Eurojust.