ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.221.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 221

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
14 ta' Awwissu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2010/C 221/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 209, 31.7.2010

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 221/02

Kawża C-105/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi u moviment liberu tal-kapital — Artikoli 49 KE u 56 KE kif ukoll Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE — Tassazzjoni diretta — Intaxxar tal-interessi miġbura — Diskriminazzjoni kontra persuni mhux residenti — Oneru tal-prova)

2

2010/C 221/03

Kawża C-211/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta' Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 KE — Sigurtà soċjali — Kura fi sptar neċessarja matul soġġorn temporanju fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ dritt għal intervent tal-instituzzjoni kompetenti supplimentari għal dik tal-istituzzjoni tal-Istat Membru ta’ soġġorn)

2

2010/C 221/04

Kawża C-262/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — Copy Gene A/S vs Skatteministeriet (Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13A(1)(b) — Kura fl-isptar u kura medika — Attivitajiet relatati mill-viċin — Stabbilimenti debitament rikonoxxuti ta’ natura simili għal sptarijiet u ċentri tas-saħħa medika u ta’ dijanjosi — Bank privat ta’ ċelloli staminali — Servizzi ta’ ġbir, trasport, analiżi u ħażna tad-demm tal-kurdun taż-żokra tat-trabi tat-twelid — Użu possibbli awtoloġiku jew alloġeniku ta’ ċelloli staminali)

3

2010/C 221/05

Kawżi magħquda C-338/08 u C-339/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Torino — l-Italja) — P. Ferrero E C. SPA vs Agenzia delle Enrate — Ufficio Alba (C-338/08), General Beverage Europe BV vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Torino 1(C-339/08) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 90/435/KEE — Kunċett ta’ taxxa mnaqqsa (taxxa f’ras il-għajn) — Applikazzjoni ta’ taxxa ta’ 5 % matul it-tqassim ta’ dividendi u ta’ rimbors taż-żieda ta’ taxxa abbażi tal-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà ta’ sussidjarja Taljana lill-kumpannija parent tagħha stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi skont ftehim bilaterali)

4

2010/C 221/06

Kawża C-375/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Treviso — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Luigi Pontini, Emanuele Rech, Dino Bonora, Giovanni Forato, Laura Forato, Adele Adami, Sinergie sas di Rech & C., Impresa individuale Forato Giovanni, Forato srl, Giglio srl, Impresa individuale Rech Emanuele, Ivo Colomberotto, Agenzia Veneta per i pagamenti in agricoltura — AVEPA, Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Agrirocca di Rech Emanuele, Asolat di Rech Emanuele & C. (Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Laħam taċ-ċanga u tal-vitella — Regolament (KE) Nru 1254/1999 — Għajnuna finanzjarja Komunitarja relatata mal-primjums speċjali għall-annimali tal-ifrat ta’ sess maskili u dwar il-ħlas dwar l-estensifikazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Kalkolu tad-densità tal-annimali miżmuma fuq l-impriża — Kunċett ta’ żona tal-mergħa disponibbli — Regolamenti (KEE) Nru 3887/92 u (KE) Nru 2419/2001 — Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna Komunitarja — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-produzzjoni ta’ titolu legali validu li jiġġustifika l-użu taż-żoni tal-mergħa użati)

5

2010/C 221/07

Kawża C-413/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Lafarge SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Akkordju — Folji tal-ġibs — Żnaturament tal-provi — Oneru tal-prova — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Regolament Nru 17 — Artikolu 15(2) — Sanzjoni — Reċidiva — L-istadju meta l-effett dissważiv tal-multa jiġi kkunsidrat)

5

2010/C 221/08

Kawża C-423/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Riżorsi proprji — Proċeduri intiżi għall-ġbir tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tat-termini għall-inklużjoni tar-riżorsi proprji — Dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji marbuta ma’ dawn id-dazji)

6

2010/C 221/09

Kawża C-492/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/112/KE — Taxxa fuq il-valur miżjud — Rata mnaqqsa — Artikoli 96 u 98(2) — Punt 15 tal-Anness III — Għajnuna legali — Servizzi ta’ avukati — Kumpens sħiħ jew parzjali mill-Istat)

6

2010/C 221/10

Kawża C-550/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München — il-Ġermanja) — British American Tobacco (Germany) GmbH vs Hauptzollamt Schweinfurt (Direttiv 92/12/KEE — Prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa — Importazzjoni ta’ tabakk mhux ipproċessat, li ma huwiex suġġett għad-dazju tas-sisa, taħt il proċedura tal-ipproċessar attiv — Ipproċessar f’tabakk maqtugħ — Ċirkulazzjoni bejn l-Istati Membri — Dokument mehmuż)

7

2010/C 221/11

Kawża C-571/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 95/59/KE — Taxxi li mhumiex taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat — Artikolu 9(1) — Libertà li l-manifatturi u l-importaturi jstabbilixxu l-prezzijiet massimi ta’ bejgħ bl-imnut tas-sigaretti — Ġustifikazzjoni — Ħarsien tas-saħħa pubblika)

7

2010/C 221/12

Kawża C-2/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Regionalna Mitnicheska Direktsia — Plovdiv vs Petar Dimitrov Kalinchev (Dazji tas-sisa — Tassazzjoni tal-vetturi bil-mutur użati — Taxxa fuq il-vetturi bil-mutur użati li jiġu importati ogħla minn dik imposta fuq il-vetturi bil-mutur diġà f’ċirkulazzjoni fit-territorju nazzjonali — Taxxa skont is-sena ta’ manufatturazzjoni u n-numru ta’ kilometri fuq l-arloġġ tal-vetturi bil-mutur — Kunċett ta’ prodotti simili nazzjonali)

8

2010/C 221/13

Kawża C-31/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Bíróság — Repubblika taUngerija) — Nawras Bolbol vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal (Direttiva 2004/83/KE — Regoli minimi dwar il-kundizzjonijiet li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitolbu l-istatus ta’ refuġjat — Persuna mingħajr Stat ta’ oriġini Palestinjana li ma talbitx il-protezzjoni jew l-għajnuna tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) — Applikazzjoni għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat — Ċaħda minħabba li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(A) tal-konvenzjoni dwar l-istatus ta’ refuġjati, iffirmata f’Genève fit-28 ta’ Lulju 1951, mhumiex sodisfatti — Dritt ta’ din il-persuna mingħajr Stat għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE)

9

2010/C 221/14

Kawża C-37/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Ġestjoni tal-iskart mormi illegalment — Direttiva 2006/12/KE — Direttiva 80/68/KEE)

9

2010/C 221/15

Kawża C-51/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Barbara Becker vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark verbali Barbara Becker — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali BECKER u BECKER ONLINE PRO — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Evalwazzjoni tax-xebh ta’ sinjali fuq il-livelli kunċettwali)

10

2010/C 221/16

Kawża C-58/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Leo-Libera GmbH vs Finanzamt Buchholz in der Nordheide (Talba għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 135(1)(i) — Eżenzjoni tal-imħatri, tal-lotteriji u logħob ieħor tal-azzard jew tal-flus — Kundizzjonijiet u limiti — Setgħa ta’ determinazzjoni tal-Istati Membri)

10

2010/C 221/17

Kawża C-75/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — l-Italja) — Agra Srl vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria (Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 221(3) u (4) — Irkupru a posteriori ta’ dejn doganali — Preskrizzjoni — Att li jista’ jagħti lok għal proċeduri ġudizzjarji kriminali)

11

2010/C 221/18

Kawża C-86/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-VAT and Duties Tribunal, Manchester — Renju Unit) — Future Health Technologies Ltd vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs (Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet — Artikolu 132(1)(b) u (ċ) — Sptar u kura medika u l-attivitajiet relatati mill-viċin magħhom — Il-provvista tal-kura medika lill-persuna kkonċernata fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijet mediċi u paramediċi — Ġbir, analiżi u pproċessar ta’ demm mill-kurdun umbilikali — Ħażna taċ-ċelloli staminali — Possibbiltà ta’ użu terapewtiku fil-futur — Tranżazzjonijiet magħmulin minn sensiela ta’ elementi u azzjonijiet)

11

2010/C 221/19

Kawża C-98/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Trani — l-Italja) — Francesca Sorge vs Poste Italiane SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss — Klawżola 8 — Indikazzjonijiet li għandhom jissemmew f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss konkluż bil-għan li jiġi ssostitwit ħaddiem assenti — Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema — Interpretazzjoni konformi)

12

2010/C 221/20

Kawżi maqgħuda C-105/09 u C-110/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d'État — Belgique) — Terre wallonne ASBL (C-105/09), Inter-Environnement Wallonie ASBL (C-110/09) vs Région wallonne (Direttiva 2001/42/KE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Direttiva 91/676/KEE — Protezzjoni tal-ilmijiet kontra t-tniġġis ikkważat min nitrati minn sorsi agrikoli — Programmi ta’ azzjoni li jirrigwardaw iż-żoni)

13

2010/C 221/21

Kawża C-169/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Rekwiżiti fil-qasam tal-eko-disinn applikabbli għal prodotti li jużaw l-enerġija — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

13

2010/C 221/22

Kawża C-478/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Għaqda jew diviżjoni ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata — Rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

14

2010/C 221/23

Kawża C-188/10 u C-189/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — proċeduri kontra Aziz Melki (C-188/10), Sélim Abdeli (C-189/10), (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Eżami tal-konformità ta’ liġi nazzjonali kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Kostituzzjoni nazzjonali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għan-natura prijoritajra ta’ proċedura inċidentali ta’ kontroll ta’ kostituzzjonalità — Artikolu 67 TFUE — Moviment liberu tal-persuni — Twaqqif tal-kontroll fil-fruntieri interni — Regolament (KE) Nru 562/2006 — Artikoli 20 u 21 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza kontrolli tal-identità fiż-żona inkluża bejn il-funtiera terrestri ta’ Franza mal-Istati partijiet fil-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen u linja mmarkata sa 20 kilometru lil hinn minn din il-fruntiera)

14

2010/C 221/24

Kawża C-507/09 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 minn Goldman Management AD mid-digriet mogħti fis-16 ta’ Novembru 2009 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-354/09.

15

2010/C 221/25

Kawża C-218/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg fis-6 ta’ Mejju 2010 — ADV Allround Vermittlungs AG in Liquidation vs Finanzamt Hamburg-Bergedorf

16

2010/C 221/26

Kawża C-224/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Baden-Baden (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2010 — Staatsanwaltschaft Baden-Baden vs Leo Apelt

16

2010/C 221/27

Kawża C-225/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2010 — Juan Perez Garcia, Jose Arias Neira, Fernando Barrera Castro, Dolores Verdun Espinosa bħala s-suċċessura ta’ Jose Bernal Fernandez vs Familienkasse Nürnberg

17

2010/C 221/28

Kawża C-234/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Nanterre fit-12 ta’ Mejju 2010 — Société Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable vs Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers

17

2010/C 221/29

Kawża C-240/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Mejju 2010 — Cathy Schulz-Delzers, Pascal Schulz vs Finanzamt Stuttgart III

18

2010/C 221/30

Kawża C-241/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenats Salzburg (l-Awstrija) fis-17 ta’ Mejju 2010 — Harald Jung u Gerald Hellweger vs Magistrat der Stadt Salzburg, parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt

18

2010/C 221/31

Kawża C-252/10 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fit-2 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-70/05: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

19

2010/C 221/32

Kawża C-256/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2010 — David Barcenilla Fernández vs Gerardo García S.L.

20

2010/C 221/33

Kawża C-258/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Dâmbovița (Ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2010 — Nicușor Grigore vs Regia Națională a Pădurilor Romsilva — Direcția Silvică București

20

2010/C 221/34

Kawża C-261/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2010 — Pedro Antonio Macedo Lozano vs Gerardo García S.L.

21

2010/C 221/35

Kawża C-265/10: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

21

2010/C 221/36

Kawża C-267/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-28 ta’ Mejju 2010 — André Rossius vs État belge — SPF Finances

22

2010/C 221/37

Kawża C-268/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-28 ta’ Mejju 2010 — Marc Collard vs État belge — SPF Finances

23

2010/C 221/38

Kawża C-269/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil fit-28 ta’ Mejju 2010 — Société Accor Services France vs Le Chèque Déjeuner CCR, Etablissement Public de Santé de Ville-Evrard

24

2010/C 221/39

Kawża C-270/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-31 ta’ Mejju 2010 — Lotta Gistö vs Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

25

2010/C 221/40

Kawża C-272/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Efeteio Thessalonikis (Il-Ġreċja) fil-31 ta’ Mejju 2010 — Souzana Berkizi-Nikolakaki vs Anotato Symvoulio Epilogis Prosopikou (A.S.E.P.) u Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis

25

2010/C 221/41

Kawża C-273/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fl-1 ta’ Ġunju 2010 — David Montoya Medina vs Fondo de Garantia Salarial u Universidad de Alicante

26

2010/C 221/42

Kawża C-274/10: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

26

2010/C 221/43

Kawża C-286/10: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

27

2010/C 221/44

Kawża C-287/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fl-10 ta’ Ġunju 2010 — Tankreederei I SA vs Directeur de l'administration des Contributions directes

28

2010/C 221/45

Kawża C-291/10: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

28

2010/C 221/46

Kawża C-294/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākas tiesa Senāts (il-Litwanja) fil-15 ta’ Ġunju 2010 — Andrejs Eglītis u Edvards Ratnieks vs Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

29

2010/C 221/47

Kawża C-295/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos Vyriausiasis Administracinis Teismas (Il-Litwanja) fil-15 ta’ Ġunju 2010 — Genovaitė Valčiukienė, Julija Pekelienė, visuomeninė organizacija Lietuvos žialiųjų judėjimas, Petras Girinskis u Lauryinas Arimantas Lašas vs Pakruojo rajono savivaldybės taryba, Šiaulių visuomenės sveikatos centras u Šiaulių regiono aplinkos apsaugos departamentas

29

2010/C 221/48

Kawża C-296/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez

30

2010/C 221/49

Kawża C-302/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-18 ta’ Ġunju 2010 — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening

31

2010/C 221/50

Kawża C-306/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

32

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 221/51

Kawża T-66/01: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2010 — Imperial Chemical Industries vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq tas-soda fir-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE — Preskrizzjoni tas-setgħa tal Kummissjoni li timponi multi jew sanzjonijiet — Terminu raġonevoli — Forom proċedurali sostanzjali — Res judicata — Eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti — Abbuż minn pożizzjoni dominati — Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri — Multa — Gravità u tul tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti)

33

2010/C 221/52

Kawża T-321/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — AstraZeneca vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq ta’ mediċini antiulċerali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE — Definizzjoni tas-suq — Restrizzjonijiet kompetittivi sinjifikattivi — Użu abbużiv ta’ proċeduri dwar ċertifikati ta’ protezzjoni supplementari għall-mediċini u ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ mediċini — Dikjarazzjonijiet li jiżgwidaw — Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq — Ostakoli għat-tqegħid fis-suq ta’ mediċini ġeneriċi u għall-importazzjonijiet paralleli — Multi)

33

2010/C 221/53

Kawża T-44/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni vs Hellenic Ventures et (Klawżola ta’ arbitraġġ — Azzjoni għall-ħolqien u għall-iżvilupp ta’ fondi ta’ kapital tal-bidu — Xoljiment tal-kuntratt — Rikors ippreżentat kontra l-azzjonisti ta’ kumpannija — Inammissibbiltà — Rimbors tal-ammonti mħallsa bil-quddiem — Interessi)

34

2010/C 221/54

Kawża T-111/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Agrofert Holding vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti rigward proċedura ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi — Rifjut ta’ aċċess)

35

2010/C 221/55

Kawża T-342/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2010 — Ryanair vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Trasport bl-ajru — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni — Valutazzjoni tal-effetti ta’ konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni — Ostakoli għad-dħul — Effiċjenzi — Impenji)

35

2010/C 221/56

Kawża T-411/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2010 — Aer Lingus Group vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni — Kunċett ta’ konċentrazzjoni — Trasferiment tal-azzjonijiet kollha miksuba sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li tippreċedi t-twettieq tal-konċentrazzjoni — Rifjut milli jiġu ordnati miżuri approprjati — Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni)

36

2010/C 221/57

Kawża T-53/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika — Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Kunċett ta’ vantaġġ — Prinċipju ta’ kontradittorju)

36

2010/C 221/58

Kawża T-62/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — ThyssenKrupp Acciali Speciali Terni vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika — Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ vantaġġ — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Implementazzjoni tal-għajnuna)

37

2010/C 221/59

Kawża T-63/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — Cementir Italia vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika — Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ vantaġġ — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Implementazzjoni tal-għajnuna)

37

2010/C 221/60

Kawża T-64/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — Nuova Terni Industrie Chimiche vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika — Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ vantaġġ — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Implementazzjoni tal-għajnuna)

38

2010/C 221/61

Kawża T-266/08 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2010 — Kerstens vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Bidla fl-assenjazzjoni — Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal — Interessi tas-servizz — Żnaturament tal-fatti u tal-provi — Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Drittijiet tad-difiża)

38

2010/C 221/62

Kawża T-335/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — BNP Paribas u BNL vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Taljani fir-rigward ta’ ċerti banek ristrutturati — Skema ta’ riallinjament tal-valuri fiskali tal-assi — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tal għajnuna — Rikors għal annullament — Interess individwali — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Natura selettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni)

39

2010/C 221/63

Kawża T-351/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 — Matratzen Concord vs UASI — Barranco Schnitzler u Barranco Rodriguez (MATRATZEN CONCORD) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MATRATZEN CONCORD — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MATRATZEN — Raġuni relattiva għal rifjut — Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

39

2010/C 221/64

Kawża T-407/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2010 — MIP Metro vs UASI — CBT Comunicación Multimedia (Metromeet) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Metromeet — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti meeting metro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b, tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

40

2010/C 221/65

Kawża T-485/08 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2010 — Lafili vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ parti li tilfet fl-ewwel istanza — Promozzjoni — Klassifikazzjoni fil-grad u skala — Fattur tal-moltiplikazzjoni ogħla minn wieħed — Konverżjoni tal-anzjanità fl-iskala — Artikolu 7 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

40

2010/C 221/66

Kawża T-557/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — mPAY24 vs UASI — Ultra (M PAY) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M PAY — Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti MPAY24 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

41

2010/C 221/67

Kawża T-568/08 u T-573/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — M6 u TF1 vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku tax-xandir — Għajnuna maħsuba mir-Repubblika Franċiża favur France Télévisions — Għoti ta’ kapital ta’ EUR 150 miljun — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kriterju ta’ proporzjonalità — Nuqqas ta’ diffikultajiet gravi)

41

2010/C 221/68

Kawża T-51/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni vs Antiche Terre (Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm għall-promozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija għall-Ewropa (Thermie) — Kuntratt għall-proġett ta’ kostruzzjoni f’Umbertide (l-Italja) ta’ impjant tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ teknoloġija ġdida ta’ ħruq tal-biomassa agroforestali — Tibdil sostanzjanali tal-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt — Xoljiment — Rimbors tas-somom imħallsa — Interessi)

42

2010/C 221/69

Kawża T-60/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Herhof vs UASI — Stabilator (stabilator) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva stabilator — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti STABILAT — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probbabiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti u s-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

42

2010/C 221/70

Kawża T-124/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Valigeria Roncato vs UASI Roncato (CARLO RONCATO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CARLO RONCATO — Trade marks nazzjonali figurattivi RV RONCATO u verbali RONCATO mhux reġistrati — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti RV RONCATO u verbali preċedenti RONCATO — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ profitt indebitu minħabba l-karattru distintiv u r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Eżistenza ta’ ġustifikazzjoni għall-użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8 (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

43

2010/C 221/71

Kawża T-293/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010 — BASF Plant Science et vs Il-Kummissjoni (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament fl-ambjent — Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq — Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Nuqqas ta’ suġġett tal-kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

43

2010/C 221/72

Kawża T-515/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Mauerhofer vs Il-Kummissjoni (Kuntratt qafas multiplu Commission 2007 — Reklutaġġ ta’ esperti fil-kuntest tal-azzjonijiet marbuta mal-għajnuna mogħtija lil pajjiżi terzi — Kompiti ta’ kompetenza — Miżura tal-Kummissjoni dwar in-numru ta’ ġranet fatturabbli pprovduti — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat — Inammissibbiltà — Rikors għad-danni — Rabta kawżali — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

44

2010/C 221/73

Kawża T-24/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2010 — Biocaps vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Eżistenza tad-destinatarju tad-deċiżjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

44

2010/C 221/74

Kawża T-284/09 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2010 — Meister vs UASI (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Redazzjoni tardiva tar-rapporti ta’ evalwazzjoni — Suġġett tar-rikors fl-ewwel istanza — Risposta tardiva għall-ilmenti — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

45

2010/C 221/75

Kawża T-359/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Jurašinović vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rapporti tal-osservaturi mibgħuta mill-Unjoni Ewropea fir-reġjun ta’ Knin (Kroazja) — Miżura intermedjarja — Inammissibbiltà — Rifjut impliċitu għal aċċess — Interess ġuridiku — Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar- rikors — Ma hemmx lok li tingħta deċiżjoni)

45

2010/C 221/76

Kawża T-61/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 — Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għal miżuri provviżorji — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

46

2010/C 221/77

Kawża T-493/09 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2010 minn Y mis-sentenza mogħtija fis-7 ta’ Ottubru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-29/08, Y vs Il-Kummissjoni

46

2010/C 221/78

Kawża T-242/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2010 — Danzeisen vs Il-Kummissjoni

47

2010/C 221/79

Kawża T-244/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — Tsakíris-Mállas vs UASI — Seven (7 Seven Fashion Shoes)

49

2010/C 221/80

Kawża T-256/10 P: Appell ippreżentat minn Luigi Marcuccio fid-9 ta’ Ġunju 2010 mid-digriet mogħti fil-25 ta’ Marzu 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-102/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

49

2010/C 221/81

Kawża T-257/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

50

2010/C 221/82

Kawża T-262/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Microban International u Microban (Europe) vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 221/83

Kawża T-263/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

52

2010/C 221/84

Kawża T-264/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni

53

2010/C 221/85

Kawża T-265/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

53

2010/C 221/86

Kawża T-266/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

54

2010/C 221/87

Kawża T-270/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2010 — Conceria Kara vs UASI — Dima (Karra)

54

2010/C 221/88

Kawża T-271/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — H vs Il-Kunsill u Oħrajn

55

2010/C 221/89

Kawża T-273/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2010 — Olive Line International vs UASI — O. International (O•LIVE)

56

2010/C 221/90

Kawża T-278/10: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2010 — Wesergold Getränkeindustrie vs UASI — Lidl Stiftung (WESTERN GOLD)

56

2010/C 221/91

Kawża T-286/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2010 — Fondation de l'Institut de Recherche Idiap vs Il-Kummissjoni

57

2010/C 221/92

Kawża T-452/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2010 — Ecolean Research & Development vs UASI (CAPS)

58

2010/C 221/93

Kawża T-96/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2010 — Global Digital Disc vs Il-Kummissjoni

59

2010/C 221/94

Kawża T-295/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2010 — CPS Color Group vs UASI — Fema Farben und Putze (TEMACOLOR)

59

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 221/95

Kawża F-56/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta’ Ġunju 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors għad-danni — Aċċess tal-amministrazzjoni għar-residenza ta’ uffiċjal ipprovduta lilu minn min kien jimpjegah — Rispett tad-domiċilju u tal-ħajja privata)

60

2010/C 221/96

Kawża F-45/10: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2010 — Kaser vs Il-Kummissjoni

60

2010/C 221/97

Kawża F-47/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2010 — Hecq vs Il-Kummissjoni

61

2010/C 221/98

Kawża F-49/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2010 — De Nicola vs BEI

61

2010/C 221/99

Kawża F-52/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2010 — Merhzaoui vs Il-Kunsill

61

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/1


2010/C 221/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 209, 31.7.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 195, 17.7.2010

ĠU C 179, 3.7.2010

ĠU C 161, 19.6.2010

ĠU C 148, 5.6.2010

ĠU C 134, 22.5.2010

ĠU C 113, 1.5.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-105/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi u moviment liberu tal-kapital - Artikoli 49 KE u 56 KE kif ukoll Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE - Tassazzjoni diretta - Intaxxar tal-interessi miġbura - Diskriminazzjoni kontra persuni mhux residenti - Oneru tal-prova)

2010/C 221/02

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. Menezes Leitão u C. Guerra Santos, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u V. Kazlauskaitė-Švenčionienė, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 49 KE u 56 KE — Differenza fit-trattament, f’dak li jikkonċerna t-tassazzjoni tal-interessi mħallsa lil istituzzjonijiet finanzjarji skont jekk huma għandhomx ir-residenza tagħhom fit-territorju Portugiż jew le.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 116, 09.05.2008


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta' Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-211/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 KE - Sigurtà soċjali - Kura fi sptar neċessarja matul soġġorn temporanju fi Stat Membru ieħor - Nuqqas ta’ dritt għal intervent tal-instituzzjoni kompetenti supplimentari għal dik tal-istituzzjoni tal-Istat Membru ta’ soġġorn)

2010/C 221/03

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Vidal Puig u E. Traversa, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J.M. Rodríguez Cárcamo, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u L. Van den Broeck, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Bering Liisberg u R. Holdgaard, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: A. Guimaraes Purokoski, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, M. Hoskins, barrister)

Suġġett

Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE u tal-Artikolu 22(1)(a)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu minn post għal ieħor ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3) — Nuqqas ta’ ħlas lura tal-ispejjeż tal-isptar sostnuti barra mill-pajjiż — Ċirkustanzi eċċezzjonali

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — Copy Gene A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-262/08) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13A(1)(b) - Kura fl-isptar u kura medika - Attivitajiet relatati mill-viċin - Stabbilimenti debitament rikonoxxuti ta’ natura simili għal sptarijiet u ċentri tas-saħħa medika u ta’ dijanjosi - Bank privat ta’ ċelloli staminali - Servizzi ta’ ġbir, trasport, analiżi u ħażna tad-demm tal-kurdun taż-żokra tat-trabi tat-twelid - Użu possibbli awtoloġiku jew alloġeniku ta’ ċelloli staminali)

2010/C 221/04

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Copy Gene A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Østre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) li sar l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Eżenzjoni għall-kura fl-isptar u kura medika kif ukoll għall-attivitajiet relatati mill-viċin — Servizzi ta’ ġbir, trasport, analiżi u ħażna tad-demm tal-kurdun taż-żokra tat-trabi tat-twelid initżi għall-applikazzjoni awtoġena taċ-ċelloli staminali, potenzjalment relatati mill-viċin ma’ trattament fl-isptar possibbli fil-futur, ipprovdut minn bank privat ta’ ċelloli staminali

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ attivitajiet “relatati mill-viċin”“[ma’ kura fl-i]sptar u ma’ kura medika” fis-sens tal-Artikolu 13A(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix attivitajiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali li jikkonsistu fil-ġbir, fit-trasport, fl-analiżi ta’ demm mill-kurdun tat-trabi tat-twelid kif ukoll fil-ħażna ta’ ċelloli staminali f’dan id-demm, inkwantu l-kura medika pprovduta f’ambjent ta’ sptar, li fir-rigward tagħha dawn l-attivitajiet huma biss possibbilment relatati, la hija eżistenti, la fil-progress u lanqas ippjanata.

(2)

Meta s-servizzi ta’ banek ta’ ċelloli staminali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jiġu pprovduti minn persunal mediku awtorizzat, għalkemm dawn il-banek ta’ ċelloli staminali, minkejja li awtorizzati mill-awtoritajiet sanitarji kompetenti ta’ Stat Membru, fil-kuntest tad-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem, li jużaw tessuti u ċelloli umani, ma jirċevux appoġġ mill-iskema pubblika tal-assigurazzjoni tas-saħħa u meta l-ispiża fuq is-servizzi pprovduti minn dawn il-banek ta’ ċelloli staminali ma tkunx koperta minn din l-iskema, l-Artikolu 13A(1)(b) tas-Sitt Direttiva 77/388 ma jipprekludix li l-awtoritajiet nazzjonali jikkunsidraw li persuna taxxabbli bħal CopyGene A/S mhijiex “stabbilimenti oħrajn ta’ natura simili [għall-sptarijiet, ċentri għat-trattament mediku jew dijanjosi] […] [debitament] rikonoxxuti […]” fis-sens tal-Artikolu 13A(1)(b) tas-Sitt Direttiva 77/388. Madankollu, din id-dispożizzjoni lanqas ma tista’ tiġi interpretata fis-sens li teżiġi, bħala tali, li l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jqabblu bank privat ta’ ċelloli staminali ma’ stabbiliment “[debitament] rikonoxxuti […]” għall-finijiet tal-eżenzjoni inkwistjoni. Hija l-qorti tar-rinviju, sa fejn huwa neċessarju, li għandha tivverifika li r-rifjut tar-rikonoxximent għall-finijiet tal-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 13A(1)(b) tas-Sitt Direttiva 77/388 huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali.


(1)  ĠU C 209 15.08.2008


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Torino — l-Italja) — P. Ferrero E C. SPA vs Agenzia delle Enrate — Ufficio Alba (C-338/08), General Beverage Europe BV vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Torino 1(C-339/08)

(Kawżi magħquda C-338/08 u C-339/08) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 90/435/KEE - Kunċett ta’ ‘taxxa mnaqqsa (taxxa f’ras il-għajn)’ - Applikazzjoni ta’ taxxa ta’ 5 % matul it-tqassim ta’ dividendi u ta’ ‘rimbors taż-żieda ta’ taxxa abbażi tal-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà’ ta’ sussidjarja Taljana lill-kumpannija parent tagħha stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi skont ftehim bilaterali)

2010/C 221/05

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: P. Ferrero E C. SPA (C-338/08), General Beverage Europe BV (C-339/08)

Konvenut: Agenzia delle Entrate — Ufficio Alba (C-338/08), Agenzia delle Enrate — Ufficio di Torino 1 (C-339/08),

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione Tributaria Regionale Torino — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1) u 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147) — Kunċett ta’ taxxa f’ras il-għajn — Kumpannija parent fil-Pajjiżi l-Baxxi li tirċievi dividendi mis-sussidjarja tagħha fl-Italja suġġetti għal taxxa ta’ 5 % skont l-Artikolu 10(2) tal-Ftehim bejn l-Italja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi dwar ħelsien minn taxxa doppja fuq id-dividendi — Tnaqqis applikat fuq is-somom imħallsa bħala “żieda ta’ taxxa abbażi tal eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà” [li fl-Italja hija magħrufa bħala “maggiorazione di conguaglio”], prevista mill-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni

Dispożittiv

(1)

Bla ħsara, b’mod partikolari, għal-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha tagħmel, skont it-termini esposti fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, tan-natura tar-“rimbors” taż-“żieda ta’ taxxa abbażi tal-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà”, inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li kumpannija Taljana għamlet favur kumpannija Olandiża, skont l-Artikolu 10(3) tal-ftehim bejn ir-Repubblika Taljana u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, dwar ħelsien minn taxxa doppja fil-qasam ta’ taxxi fuq id-dħul u fuq il-patrimonju u l-prevenzjoni tal-evażjoni fiskali, flimkien ma’ Protokoll Addizjonali, konkluż f’Den Haag fit-8 ta’ Mejju 1990, għandu jiġi kkunsidrat li, sa fejn tapplika għall-imsemmi rimbors, taxxa bħal dak inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, ma tikkostitwixxix taxxa f’ras il-għajn fuq il-profitti mqassma li, bħala prinċipju, hija pprojbita mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, fil-verżjoni tagħha li kienet fis-seħħ meta ġraw il-fatti tal-kawżi prinċipali. Madankollu, fil-każ fejn il-qorti tar-rinviju tqis li l-imsemmi “rimbors” ta’ din iż-“żieda ta’ taxxa abbażi tal-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà” ma għandux natura fiskali, taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, tikkostitwixxi taxxa f’ras il-għajn fuq il-profitti mqassma li, bħala prinċipju, hija pprojbita mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435.

(2)

Jekk il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li t-taxxa inkwistjoni fil-kawżi prinċipali hija taxxa f’ras il-għajn fuq il-profitti mqassma, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/435, fil-verżjoni tagħha li kienet fis-seħħ meta ġraw il-fatti tal-kawżi prinċipali, din it-taxxa tista’ tiġi kkunsidrata li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tal-imsemmija Direttiva 90/435 biss jekk, minn naħa, l-imsemmi ftehim jipprovdi dispożizzjonijiet intiżi li jeliminaw jew inaqqsu t-taxxa doppja ekonomika fuq it-tqassim ta’ dividendi u jekk, min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni tal-imsemmija taxxa ma teliminax l-effetti tagħha, ċirkustanza li għandha tiġi evalwata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Treviso — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Luigi Pontini, Emanuele Rech, Dino Bonora, Giovanni Forato, Laura Forato, Adele Adami, Sinergie sas di Rech & C., Impresa individuale Forato Giovanni, Forato srl, Giglio srl, Impresa individuale Rech Emanuele, Ivo Colomberotto, Agenzia Veneta per i pagamenti in agricoltura — AVEPA, Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Agrirocca di Rech Emanuele, Asolat di Rech Emanuele & C.

(Kawża C-375/08) (1)

(Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Regolament (KE) Nru 1254/1999 - Għajnuna finanzjarja Komunitarja relatata mal-primjums speċjali għall-annimali tal-ifrat ta’ sess maskili u dwar il-ħlas dwar l-estensifikazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Kalkolu tad-densità tal-annimali miżmuma fuq l-impriża - Kunċett ta’ ‘żona tal-mergħa disponibbli’ - Regolamenti (KEE) Nru 3887/92 u (KE) Nru 2419/2001 - Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna Komunitarja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-produzzjoni ta’ titolu legali validu li jiġġustifika l-użu taż-żoni tal-mergħa użati)

2010/C 221/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Treviso

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

Luigi Pontini, Emanuele Rech, Dino Bonora, Giovanni Forato, Laura Forato, Adele Adami, Sinergie sas di Rech C., Impresa individuale Forato Giovanni, Forato srl, Giglio srl, Impresa individuale Rech Emanuele, Ivo Colomberotto, Agenzia Veneta per i pagamenti in agricoltura — AVEPA, Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Agrirocca di Rech Emanuele, Asolat di Rech Emanuele C.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Treviso — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 339) — Kunċett ta’ “żona tal-mergħa” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta, fin-nuqqas ta’ titolu ta’ prorprjetà, l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-produzzjoni ta’ titolu legali fis-seħħ li jiġġustifika l-użu taż-żoni tal-mergħa użati.

Dispożittiv

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja, u b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella, ma tikkondizzjonax l-eliġibbiltà ta’ applikazzjoni għal primjums speċjali għall-annimali tal-ifrat ta’ sess maskili u għal ħlas għall-estensifikazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ titolu legali validu li jiġġustifika d dritt tal-applikant għall-għajnuna li juża ż-żoni tal-mergħa li huma s suġġett ta’ din l-applikazzjoni. Madankollu, il-leġiżlazzjoni Komunitarja ma tipprekludix l-Istati Membri milli jimponu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom obbligu li jiġi ppreżentat tali titolu bil-kundizzjoni li jiġu rrispettati l-għanijiet intiżi mil-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Lafarge SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-413/08 P) (1)

(Appell - Akkordju - Folji tal-ġibs - Żnaturament tal-provi - Oneru tal-prova - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Regolament Nru 17 - Artikolu 15(2) - Sanzjoni - Reċidiva - L-istadju meta l-effett dissważiv tal-multa jiġi kkunsidrat)

2010/C 221/07

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Lafarge SA (rappreżentanti: A. Winckler, F. Brunet, E. Paroche, H. Kanellopoulos u C. Medina, avukati)

Il-partijiet l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2008, Lafarge SA vs Il-Kummissjoni (T-54/03) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Novembru 2002, li timponi fuq l-imsemmija rikorrenti multa skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE — Akkordju fuq l-iffissar tal-prezzijiet fis-settur tal-folji tal-ġibs — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tar-regoli fil-qasam tal-oneru tal-prova — Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont tal-multa — Kunċett ta’ reċidiva

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Lafarge SA hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-423/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji - Proċeduri intiżi għall-ġbir tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tat-termini għall-inklużjoni tar-riżorsi proprji - Dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji marbuta ma’ dawn id-dazji)

2010/C 221/08

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u A. Caeiros, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, G. Albenzio u F. Arena, avvocati dello Stato)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom), tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom, dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU L 155, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169), kif ukoll tal-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/93, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji tal-Kominitajiet fil-każ ta’ rkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni

Dispożittiv

(1)

Billi ma osservatx it-termini għall-inklużjoni tar-riżorsi proprji Komunitarji fil-każ ta’ rkupru a posteriori u minħabba dewmien fil-ħlas tal-imsemmija riżorsi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 6 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1552/89 (KEE, Euratom), tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE Euratom, dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, u l-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, kif ukoll taħt l-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-492/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud - Rata mnaqqsa - Artikoli 96 u 98(2) - Punt 15 tal-Anness III - Għajnuna legali - Servizzi ta’ avukati - Kumpens sħiħ jew parzjali mill-Istat)

2010/C 221/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Afonso, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. — S. Pilczer, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 96 u 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill, 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Rata mnaqqsa tal-VAT — Kategoriji ta’ servizzi msemmija fl-Anness III tad-Direttiva tal-VAT li jistgħu jibbenefikaw minn rata mnaqqsa — Tnaqqis tar-rata tal-VAT għas-servizzi mogħtija minn avukati mħallsa mill-Istat fil-kuntest tal-għajnuna legali

Dispożittiv

(1)

Billi applikat rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud għas-servizzi pprovduti mill-avukati, mill-avukati tal-Conseil d’État u tal-Cour de cassation u mill-prokuraturi legali, li għalihom jitħallsu totalment jew parzjalment mill-Istat fil-kuntest tal-għajnuna legali, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 u 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München — il-Ġermanja) — British American Tobacco (Germany) GmbH vs Hauptzollamt Schweinfurt

(Kawża C-550/08) (1)

(Direttiv 92/12/KEE - Prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa - Importazzjoni ta’ tabakk mhux ipproċessat, li ma huwiex suġġett għad-dazju tas-sisa, taħt il proċedura tal-ipproċessar attiv - Ipproċessar f’tabakk maqtugħ - Ċirkulazzjoni bejn l-Istati Membri - Dokument mehmuż)

2010/C 221/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: British American Tobacco (Germany) GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Schweinfurt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht München — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 15(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179) — Tabakk imqatta’ suġġett għad-dazju tas-sisa, immanifatturat fi Stat Membru fil-kuntest tal-proċedura tal-ipproċessar attiv taħt arranġament ta’ sospensjoni, minn tabakk mhux ipproċessat li ma huwiex suġġett għad-dazju tas-sisa waqt l-importazzjoni tiegħu fit-territorju tal-Komunità — Neċessità, għall-applikazzjoni tal-arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju għall-moviment intra-Komunitarju ta’ dan it-tabakk, ta’ dokument mehmuż stabbilit mill-kunsinnatarju skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 92/12/KEE?

Dispożittiv

L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad Direttiva tal Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodott, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa (bħat-tabakk maħdum), immanifatturati minn prodotti li ma humiex suġġetti għad-dazju tas-sisa (bħat-tabakk mhux ipproċessat) importati fil-Komunità taħt il proċedura tal-ipproċessar attiv, għandhom jitqiesu li huma suġġetti għal sospensjoni tad-dazju tas-sisa fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, minkejja li dawn ikunu saru prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa biss bis-saħħa tal ipproċessar tagħhom fit-territorju tal-Komunità, b’tali mod li jistgħu jiċċirkulaw bejn l-Istati Memnbri mingħajr ma l-amministrazzjoni tkun tista’ titlob id-dokument amministrattiv jew kummerċjali previst fl Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-571/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/59/KE - Taxxi li mhumiex taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat - Artikolu 9(1) - Libertà li l-manifatturi u l-importaturi jstabbilixxu l-prezzijiet massimi ta’ bejgħ bl-imnut tas-sigaretti - Ġustifikazzjoni - Ħarsien tas-saħħa pubblika)

2010/C 221/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u L. Pignataro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, sussegwentement G. Palmieri, aġenti u F. Arena, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (ĠU Edizzjoni Speciali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 283) — Iffissar ta’ prezzijiet minimi — Omologazzjoni tal-prezzijiet

Dispożittiv

(1)

Billi ma pprovdietx prezz minimu ta’ bejgħ għas-sigaretti, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE, tat-12 ta’ Frar 2002.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Regionalna Mitnicheska Direktsia — Plovdiv vs Petar Dimitrov Kalinchev

(Kawża C-2/09) (1)

(Dazji tas-sisa - Tassazzjoni tal-vetturi bil-mutur użati - Taxxa fuq il-vetturi bil-mutur użati li jiġu importati ogħla minn dik imposta fuq il-vetturi bil-mutur diġà f’ċirkulazzjoni fit-territorju nazzjonali - Taxxa skont is-sena ta’ manufatturazzjoni u n-numru ta’ kilometri fuq l-arloġġ tal-vetturi bil-mutur - Kunċett ta’ “prodotti simili nazzjonali”)

2010/C 221/12

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Regionalna Mitnicheska Direktsia — Plovdiv

Konvenut: Petar Dimitrov Kalinchev

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Varhoven Administrativen Sad (il-Bulgarija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 25 u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179) — Taxxa nazzjonali (dazju tas-sisa) imposta fuq il-vetturi bil-mutur użati li joriġinaw minn Stat Membru meta dawn jiddaħħlu fit-territorju nazzjonali, li hija ogħla mid-dazju tas-sisa dovut fuq il-vetturi bil-mutur ġodda mdaħħla fl-istess territorju nazzjonali, li, billi jkunu diġà fiċ-ċirkulazzjoni, ma jiġix iktar impost fuqhom dazju tas-sisa meta dawn jerġgħu jinbiegħu bħala vetturi użati — Kunċett ta’ “prodotti simili nazzjonali” — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, mhuwiex applikabbli f’każ bħall-kawża prinċipali u għaldaqstant ma jistax jipprekludi l-istabbiliment, minn Stat Membru, ta’ sistema ta’ tassazzjoni permezz ta’ dazju tas-sisa għall-vetturi bil-mutur użati meta dawn jiddaħħlu fit-territorju ta’ Stat Membru, dazju tas-sisa li mhuwiex dovut mal-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur li jinstabu diġà fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u li fir-rigward tagħhom tali dazju tas-sisa diġà tħallas meta dawn iddaħħlu inizjalment fit-territorju tal-Istat Membru, sakemm tali sistema ma tagħtix lok għal formalitajiet mal-qsim tal-fruntieri fil-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vetturi bil-mutur użati importati fil-Bulgarija għandhom jiġu kkunsidrati bħala prodotti simili għall-vetturi bil-mutur użati diġà rreġistrati fit-territorju ta’ dan l-Istat u li ġew importati fit-territorju ta’ dan l-Istat bħala vetturi bil-mutur ġodda irrispettivament mill-oriġini tagħhom.

(3)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE jipprekludi sistema differenti tad-dazju tas-sisa applikata minn Stat Membru għall-vetturi bil-mutur f’ċirkustanzi bħal dawk ta’ dan il-każ peress li din is-sistema tolqot b’mod differenti l-vetturi bil-mutur użati importati minn Stati Membri oħra u l-vetturi bil-mutur użati diġà rreġistrati fit-territorju ta’ dan l-Istat li ġew importati fit-territorju tiegħu bħala vetturi bil-mutur ġodda.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Bíróság — Repubblika taUngerija) — Nawras Bolbol vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

(Kawża C-31/09) (1)

(Direttiva 2004/83/KE - Regoli minimi dwar il-kundizzjonijiet li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitolbu l-istatus ta’ refuġjat - Persuna mingħajr Stat ta’ oriġini Palestinjana li ma talbitx il-protezzjoni jew l-għajnuna tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Assistenza u x-Xogħol għar-Refuġjati Palestinjani tal-Lvant Qarib (UNRWA) - Applikazzjoni għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat - Ċaħda minħabba li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(A) tal-konvenzjoni dwar l-istatus ta’ refuġjati, iffirmata f’Genève fit-28 ta’ Lulju 1951, mhumiex sodisfatti - Dritt ta’ din il-persuna mingħajr Stat għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE)

2010/C 221/13

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nawras Bolbol

Konvenut: Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Fövárosi Bíróság (l-Ungerija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat [status] ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol 7, p. 96) — Persuna mingħajr stat ta’ oriġini Palestinjana li ma talbitx il-protezzjoni jew l-għajnuna tal-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Għajnuna u l-Ħidma għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qrib (UNRWA), li l-applikazzjoni tagħha għall-ksib tal-istatus ta’ refuġjat ġiet miċħuda minħabba n-nuqqas tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta’ Genève — Dritt ta’ din il-persuna mingħajr stat għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat fuq il-bażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE

Dispożittiv

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat [status] ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, persuna tibbenefika mill-protezzjoni u mill-għajnuna ta’ istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti oħra għajr l-UNHCR meta hija effettivament tuża din il-protezzjoni jew din l-għajnuna.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-37/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Ġestjoni tal-iskart mormi illegalment - Direttiva 2006/12/KE - Direttiva 80/68/KEE)

2010/C 221/14

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-B. Laignelot, S. Pardo Quintillán u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. J. Lois u P. Lopes, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart (ĠU L 114, p. 9), li kkodifikat id-Direttiva 75/442/KEE, dwar l-iskart, u tal-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE, tas-17 ta’ Diċembru 1979, dwar il-ħarsien ta’ ilma ta’ taħt l-art kontra tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 43) — Rimi ta’ skart f’barrieri li ma kinux qed jintużaw iżjed — Barrieri “dos Limas, dos Linos u dos Barreiras” [Lourosa] — Nuqqas ta’ kontroll

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji fil-kuntest tal-ġestjoni tal-iskart mormi illegalment fil-barrieri qodma “dos Limas” u “dos Linos”, li jinsabu fil-komun ta’ Lourosa, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha rispettivament skont l-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart, li kkodifikat id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, u tal-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE, tas-17 ta’ Diċembru 1979, dwar il-ħarsien ta’ ilma ta’ taħt l-art kontra tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, iż-żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 82, 4.4.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Barbara Becker vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-51/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark verbali Barbara Becker - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali BECKER u BECKER ONLINE PRO - Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Evalwazzjoni tax-xebh ta’ sinjali fuq il-livelli kunċettwali)

2010/C 221/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Barbara Becker (rappreżentant: P. Baronikians, avukat)

Appellati: Harman International Industries Inc. (rappreżentant: M. Vanhegan, barrister), L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (l-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2008, Harman International Industries vs OHMI — Becker (Barbara Becker) (T-212/07), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-Deċiżjoni R 502/2006-1 tal-Ewwel Bord ta’ Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tas-7 ta’ Marzu 2007, li tannulla d-deċiżjoni tad-diviżjoni tal-oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “Barbara Becker”, għall-prodotti fil-klassi 9, fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula minn Harman International Industries, Inc.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta’ Diċembru 2008, Harman International Industries vs UASI — Becker (Barbara Becker) (T-212/07), hija annullata.

(2)

Il-kawża ġiet irrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Leo-Libera GmbH vs Finanzamt Buchholz in der Nordheide

(Kawża C-58/09) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 135(1)(i) - Eżenzjoni tal-imħatri, tal-lotteriji u logħob ieħor tal-azzard jew tal-flus - Kundizzjonijiet u limiti - Setgħa ta’ determinazzjoni tal-Istati Membri)

2010/C 221/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Leo-Libera GmbH

Konvenuta: Finanzamt Buchholz in der Nordheide

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 135(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta mill-VAT biss ċertu logħob tal-imħatri u lotteriji filwaqt li teskludi minn din l-eżenzjoni kull logħob ieħor tal-azzard jew tal-flus.

Dispożittiv

L-Artikolu 135(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu tal-fakultà li għandhom l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-limiti għall-eżenzjoni tal-VAT prevista minn din id-dispożizzjoni jippermettilhom li jeżentaw minn din it-taxxa biss ċerti logħob tal-azzard jew tal-flus.


(1)  ĠU C 113, 16.05.2009


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — l-Italja) — Agra Srl vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria

(Kawża C-75/09) (1)

(Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 221(3) u (4) - Irkupru a posteriori ta’ dejn doganali - Preskrizzjoni - Att li jista’ jagħti lok għal proċeduri ġudizzjarji kriminali)

2010/C 221/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agra Srl

Konvenuta: Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — Interpretazzjoni tal-Artikolu 221(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Irkupru tal-ammont tad-dejn doganali — Skadenza tat-terminu għall-komunikazzjoni tal-ammont tad-dazju li għandu jiġi rkuprati fil-każ ta’ dejn li jirriżulta minn att li jista’ jagħti lok għal proċeduri ġudizzjarji kriminali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għas-sospensjoni tal-imsemmi terminu sakemm id-deċiżjoni mogħtija fl-għeluq ta’ proċeduri kriminali mressqa minħabba l-att li jkun irriżulta fid-dejn doganali ssir res judicata.

Dispożittiv

L-Artikolu 221(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 Novembru 2000, għandu jiġi intepretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha, meta nuqqas ta’ ħlas ta’ dejn doganali li għandu bħala l-oriġini tiegħu ksur penali, it-terminu ta’ preskrizzjoni tad-dejn doganali jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d deċiżjoni jew is-sentenza mogħtija wara t-tmiem ta’ proċeduri kriminali saret definittiva.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-VAT and Duties Tribunal, Manchester — Renju Unit) — Future Health Technologies Ltd vs Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

(Kawża C-86/09) (1)

(Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Artikolu 132(1)(b) u (ċ) - Sptar u kura medika u l-attivitajiet relatati mill-viċin magħhom - Il-provvista tal-kura medika lill-persuna kkonċernata fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijet mediċi u paramediċi - Ġbir, analiżi u pproċessar ta’ demm mill-kurdun umbilikali - Ħażna taċ-ċelloli staminali - Possibbiltà ta’ użu terapewtiku fil-futur - Tranżazzjonijiet magħmulin minn sensiela ta’ elementi u azzjonijiet)

2010/C 221/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

VAT and Duties Tribunal, Manchester

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Future Health Technologies Ltd

Konvenuti: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — VAT and Duties Tribunal, Manchester — Interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/11/KEE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Eżenzjoni — Kunċetti ta’ “sptar u kura medika u attivitajiet relatati mill-viċin” u ta’ “provvediment [provvista] tal-kura” — Servizzi ta’ ġbir, trasport, analiżi u ħażna ta’ demm u ta’ ċelluli staminali mill-kurdun umbilikali tat-trabi li għadhom jitwieldu għal trattament mediku eventwali.

Dispożittiv

(1)

Meta attivitajiet li jikkonsistu fl-għoti ta’ kitt għall-ġbir tad-demm tal-kurdun umbilikali tat-trabi li għadhom jitwieldu, kif ukoll fl-analiżi u fl-ipproċessar ta’ dan id-demm u, jekk ikun il-każ, fil-ħażna taċ-ċelloli staminali li jinsabu f’dan id-demm għall-possibbiltà ta’ użu terapewtiku fil-futur huma intiżi biss sabiex jiżguraw li riżors partikolari jkun disponibbli għal trattament mediku fil-każ ipotetiku inċert li dan ikun meħtieġ, u mhux, bħala tali, li jagħmlu dijanjosi, li jagħtu trattament jew li jfejqu l-mard jew l-anomaliji tas-saħħa, tali attivitajiet, kemm jekk meħuda flimkien jew b’mod separat, ma humiex koperti la bil kunċett ta’ “sptar u kura medika” li jinsab fl-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u lanqas bil-kunċett ta’ “provvediment [provvista] tal-kura medika” li jinsab fl Artikolu 132(1)(ċ) ta’ din id-direttiva. Kien ikun mod ieħor, fir rigward tal-analiżi tad-demm tal-kurdun umbilikali, li kieku din l-analiżi kienet effettivament intiża sabiex issir dijanjosi medika, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, jekk tinħass il-ħtieġa.

(2)

Il-kunċett ta’ attivitajiet “relatati mill-viċin” ma’ “sptar u [ma’] kura medika” skont l-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/11, għandu jkun interpretat fis-sens illi ma jkoprix attivitajiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsistu fl-għoti ta’ kitt għall-ġbir tad-demm tal-kurdun umbilikali tat-trabi li għadhom jitwieldu, kif ukoll fl-analiżi u fl-ipproċessar ta’ dan id-demm u, jekk ikun il-każ, fil-ħażna taċ-ċelloli staminali li jinsabu f’dan id-demm għall-possibbiltà ta’ użu terapewtiku fil-futur, ma’ liema dawn l-attivitajiet huma biss possibiliment relatati u li la huwa effettiv, mibdi u lanqas ippjanat.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Trani — l-Italja) — Francesca Sorge vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-98/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss - Klawżola 8 - Indikazzjonijiet li għandhom jissemmew f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss konkluż bil-għan li jiġi ssostitwit ħaddiem assenti - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema - Interpretazzjoni konformi)

2010/C 221/19

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Trani

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Francesca Sorge

Konvenuta: Poste Italiane SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Trani — Interpretazzjoni tal-Klawżola 8 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-iffirmar ta’ kuntratt ta’ sostituzzjoni għal perijodu determinat, ma tipprevedix l-ispeċifikazzjoni tal-ismijiet tal-persuni ssostitwiti u r-raġunijiet għas-sostituzzjoni.

Dispożittiv

(1)

Il-Klawżola 8(3) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal terminu [żmien] fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, u li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li neħħiet l-obbligu li min iħaddem jispeċifika, fil-kuntratti għal perijodu determinat li għandhom l-għan li jissostitwixxu ħaddiema assenti l-ismijiet ta’ dawn il-ħaddiema u r-raġunijiet għas-sostituzzjoni tagħhom, u li tipprevedi biss li tali kuntratti għal perijodu determinat għandhom ikunu bil-miktub u għandhom jindikaw ir-raġunijiet li għalihom intużaw dawn il-kuntratti, sa fejn dawn il-kundizzjonijiet il-ġodda huma mpaċjija bl-adozzjoni ta’ miżuri oħrajn ta’ protezzjoni jew jaffettwaw biss kategorija limitata ta’ ħaddiema li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss, fatt li għandha tivverifikah l-imsemmija qorti tar-rinviju.

(2)

Peress li l-Klawżola 8(3) ta’ dan il-ftehim qafas ma għandhiex effett dirett, fil-każ fejn il-qorti tar-rinviju jkollha tikkonstata li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, hija ma għandhiex twarrab l-applikazzjoni tagħha, imma għandha tagħtiha sa fejn ikun possibbli, intepretazzjoni konformi mad-Direttiva 1999/70 u mal-għan finali li dan il-ftehim qafas irid jilħaq.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d'État — Belgique) — Terre wallonne ASBL (C-105/09), Inter-Environnement Wallonie ASBL (C-110/09) vs Région wallonne

(Kawżi maqgħuda C-105/09 u C-110/09) (1)

(Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Direttiva 91/676/KEE - Protezzjoni tal-ilmijiet kontra t-tniġġis ikkważat min nitrati minn sorsi agrikoli - Programmi ta’ azzjoni li jirrigwardaw iż-żoni)

2010/C 221/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Terre wallonne ASBL (C-105/09), Inter-Environnement Wallonie ASBL (C-110/09)

Konvenuta: Région wallonne

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68), u tal-Artikoli 3(2) u (4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewpropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248) — Twaqqif ta’ programmi ta’ azzjoni rigward iż-żoni vulnerabbli indikati — Natura u portata tal-obbligu — Evalwazzjoni meħtieġa tal-effetti tal-programm ta’ ġestjoni tan-nitroġenu fuq l-ambjent.

Dispożittiv

Programm ta’ azzjoni adottat taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/676/KEE tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli huwa bħala prinċipju pjan jew programm imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent meta dan jikkostitwixxi “pjan” jew “programm” fis-sens tal-Artikolu 2(a) ta’ din l-aħħar direttiva u meta fih miżuri li r-rispett tagħhom jikkondizzjona l-ħruġ tal awtorizzazzjoni li tista’ tingħata għat-twettiq tal-proġetti enumerati fl Annessi I u II tad-Direttiva 85/337/KEE tal-Kunill tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, hekk kif emendata bid-Direttiva 97/11/KE tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-169/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Rekwiżiti fil-qasam tal-eko-disinn applikabbli għal prodotti li jużaw l-enerġija - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 221/21

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Schønberg u M. Karanasou Apostolopoulou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 2005, dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE (ĠU L 191, p. 29)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 2005, dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-478/09) (1)

(Għaqda jew diviżjoni ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata - Rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 221/22

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. La Pergola u M. Karanasou Apostolopolou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: N. Dafniou u V. Karra, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata

Dispożittiv

(1)

Peress li ma adottatx, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24 tat-30.01.2010.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — proċeduri kontra Aziz Melki (C-188/10), Sélim Abdeli (C-189/10),

(Kawża C-188/10 u C-189/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Eżami tal-konformità ta’ liġi nazzjonali kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Kostituzzjoni nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għan-natura prijoritajra ta’ proċedura inċidentali ta’ kontroll ta’ kostituzzjonalità - Artikolu 67 TFUE - Moviment liberu tal-persuni - Twaqqif tal-kontroll fil-fruntieri interni - Regolament (KE) Nru 562/2006 - Artikoli 20 u 21 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza kontrolli tal-identità fiż-żona inkluża bejn il-funtiera terrestri ta’ Franza mal-Istati partijiet fil-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen u linja mmarkata sa 20 kilometru lil hinn minn din il-fruntiera)

2010/C 221/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-proċedura prinċipali

Aziz Melki (C-188/10), Sélim Abdeli (C-189/10),

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u tal-Artikoli 67 u 267 TFUE — Obbligu li l-kawża titressaq b’mod preliminari quddiem il-Conseil constitutionnel fil-każ fejn in-nuqqas ta’ konformità preżunt ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali mal-Kostituzzjoni tirriżulta mill-fatt li din tmur kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni — Supremazija tad-dritt tal-Unjoni fuq id-dritt nazzjonali — Moviment liberu tal-persuni — Nuqqas ta’ kontroll tal-persuni fil-fruntieri interni.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 267 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi proċedura inċidentali ta’ kontroll tal-kostituzzjonalità tal-liġijiet nazzjonali, sakemm in-natura prijoritarja ta’ din il-proċedura jkollha l-konsegwenza li ċċaħħad, kemm qabel it-trażmissjoni ta’ kwistjoni ta’ kostituzzjonalità lill-qorti nazzjonali responsabbli milli teżerċita l-kontroll tal-kostituzzjonalità tal-liġijiet, kif ukoll, jekk ikun il-każ, wara d-deċiżjoni ta’ din il-qorti dwar l-imsemmija kwistjoni, lill-qrati nazzjonali kollha milli jeżerċitaw il-fakultà tagħhom jew li jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jagħmlu domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 267 TFUE ma jipprekludix tali leġiżlazzjoni nazzjonali, sakemm il-qrati nazzjonali l-oħra jibqgħu ħielsa:

li, fi kwalunkwe mument tal-proċedura li huma jqisu xieraq u anki fi tmiem il-proċedrua inċidentali ta’ kontroll tal-kostituzzjonalità, jagħmlu kwalunkwe domanda preliminari li jqisu neċessarja lill-Qorti tal-Ġustizzja,

li jadottaw kwalunkwe miżura neċessarja sabiex jiżguraw il-protezzjoni ġuridika proviżorja tad-drittijiet mogħtija mis-sistema legali tal-Unjoni u

li ma japplikawx, fi tmiem tali proċedura inċidentali, id-dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali inkwsitjoni jekk iqisuha kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tiġi interpretata skont dawn l-eżiġenzi tad-dritt tal-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 67(2) TFUE, kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat il-kompetenza li jikkontrollaw, f’żona ta’ 20 kilometru biss li tibda mill-fruntiera terrestri ta’ dan l-Istat mal-Istati partijiet fil-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen, tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Unjoni Ekonomika Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża, dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen (il Lussemburgu) fid-19 ta’ Ġunju 1990, l-identità ta’ kwalunkwe persuna, indipendentement mill-aġir tagħha u miċ-ċirkustanzi partikolari li joħolqu riskju ta’ preġudizzju għall-ordni pubbliku, sabiex issir verifika tal-osservanza tal-obbligi taż-żamma, ta’ pussess u ta’ preżentazzjoni tat-titoli u tad-dokumenti previsti mil-liġi, mingħajr ma jiġi previst il-limitu neċessarju ta’ din il-kompetenza li tiggarantixxi li l-eżerċizzju fil-prattika tal-imsemmija kompetenza ma jkollux effett ekwivalenti għal dak tal-verifiki fil-fruntieri.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/15


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2009 minn Goldman Management AD mid-digriet mogħti fis-16 ta’ Novembru 2009 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-354/09.

(Kawża C-507/09 P)

()

2010/C 221/24

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Appellant: Goldman Management AD (rappreżentant: I. Lilkova, avukat)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropeja, ir-Repubblika tal-Bulgarija.

Permezz tad-digriet tas-6 ta’ Mejju 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddikjarat l-appell manifestament inammissibbli.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg fis-6 ta’ Mejju 2010 — ADV Allround Vermittlungs AG in Liquidation vs Finanzamt Hamburg-Bergedorf

(Kawża C-218/10)

()

2010/C 221/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ADV Allround Vermittlungs AG in Liquidation

Konvenut: Finanzamt Hamburg-Bergedorf

Domandi preliminari

(1)

Is-sitt inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 77/388”), [li sar l-Artikolu 56(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsifll 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112”], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “forniment ta’ persunal” jinkludi wkoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persunal indipendenti, li mhuwiex impjegat mill-imprenditur fornitur?

(2)

L-Artikolu 17(1), (2)(a) u (3)(a) u l-Artikolu 18(1)(a) tad-Direttiva 77/388 [li saru l-Artikoli 167, 168(a), 169(a) u 178(a) tad-Direttiva 2006/112] għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandhom jiġu adottati miżuri fid-dritt proċedurali nazzjonali sabiex in-natura taxxabbli tal-istess provvista u t-taxxa dovuta fuqha jkunu evalwati bl-istess mod fir-rigward tal-imprenditur fornitur u l-imprenditur benefiċjarju, anki meta ż-żewġ imprendituri jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ amministrazzjonijiet fiskali diffferenti?

Fil-każ biss fejn tingħata risposta affermattiva għat-tieni domanda:

3)

L-Artikolu 17(1), (2)(a) u (3)(a) u l-Artikolu 18(1)(a) tad-Direttiva 77/388 [li saru l-Artikoli 167, 168(a), 169(a) u 178(a) tad-Direttiva 2006/112] għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-terminu li fih il-benefiċjarju tal-provvista jista’ jitlob ir-rifużjoni tat-taxxa tal-input imħallsa ma għandux jiskadi qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni fir-rigward tal-imprenditur fornitur dwar in-natura ta’ tassazzjoni u t-taxxa dovuta?


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Baden-Baden (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2010 — Staatsanwaltschaft Baden-Baden vs Leo Apelt

(Kawża C-224/10)

()

2010/C 221/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Baden-Baden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatsanwaltschaft Baden-Baden

Konvenut: Leo Apelt

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 91/439/KEE (1), li jipprovdi li lliċenzji għas-sewqan għall-kategorija D għandhom jinħarġu biss lis-sewwieqa li diġà huma intitolati li jsuqu vetturi fil-kategorija B, Stat Membru jista’ jirrifjuta, b’mod konformi mal-Artikoli 1 u 8(2) u (4) tal-istess direttiva, li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja għas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor u li tinkludi l-kategoriji B u D, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategorija D, meta dak li għandu l-imsemmija liċenzja għas-sewqan ingħata awtorizzazzjoni li jsuq taħt il-kategorija B qabel l-adozzjoni, fl-ewwel Stat Membru, ta’ miżura ta’ rtirar ġudizzjarju tal-awtorizzazzjoni għas-sewqan, u meta l-awtorizzazzjoni għas-sewqan taħt il-kategorija D inħarġet biss wara l-irtirar ġudizzjarju u wara li skada l-perijodu ta’ projbizzjoni, stabbilit fl-istess waqt bħal dan l-irtirar, ta’ ħruġ ta’ liċenzja oħra għas-sewqan?

(2)

L-ewwel Stat Membru jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi l-liċenzja għas-sewqan imsemmija hawn fuq, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategorija D, skont l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE (2), li jipprovdi li Stat Membru jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi, għal persuna li l-liċenzja għas-sewqan tagħha ġiet irtirata, fit-territorju tiegħu, il-validità ta’ kwalunkwe liċenzja għas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, meta l-awtorizzazzjonijiet għas-sewqan għall-vetturi tal-kategoriji B u D ingħataw rispettivament fl-1 ta’ Marzu 2006, u fit-30 ta’ April 2007 u meta l-liċenzja għas-sewqan inħarġet f’din l-aħħar data?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317).

(2)  Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (ĠU L 403, p. 18).


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2010 — Juan Perez Garcia, Jose Arias Neira, Fernando Barrera Castro, Dolores Verdun Espinosa bħala s-suċċessura ta’ Jose Bernal Fernandez vs Familienkasse Nürnberg

(Kawża C-225/10)

()

2010/C 221/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sozialgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juan Perez Garcia, Jose Arias Neira, Fernando Barrera Castro, Dolores Verdun Espinosa bħala s-suċċessura ta’ Jose Bernal Fernandez

Konvenuta: Familienkasse Nürnberg

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 177(2)(b)(i) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fis-sitwazzjonijiet fejn l-Istat ta’ residenza jipprovdi benefiċċju ogħla paragunabbli li, iżda, jiddikjarah inkompatibbli ma’ benefiċċju ieħor li ntagħżel mill-persuna kkonċernata, abbażi tal-għażla offruta lilha, l-Istat ta’ impjieg preċedenti mhuwiex marbut li jagħti benefiċċji tal-familja lill-benefiċjarji ta’ assigurazzjoni tax-xjuħija, ta’ pensjoni ta’ invalidità, ta’ pensjoni ta’ aċċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ pensjoni għal mard ikkaġunat mix-xogħol, fil-każ fejn dawn jirċievu tali benefiċċji abbażi tal-leġiżlazzjonijiet ta’ diversi Stati Membri (benefiċjarji ta’ żewġ benefiċċji jew iktar) u li d-dritt għal pensjoni tagħhom huwa bbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Istat ta’ impjieg preċedenti (dritt għal pensjoni nazzjonali)?

(2)

L-Artikolu 78(2)(b)(i) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat ta’ impjieg preċedenti mhuwiex marbut jagħti benefiċċji tal-familja lill-orfni ta’ impjegat jew ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu li miet u li kien suġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ diversi Stat Membri u li fir-rigward tagħhom id-dispożizzjonijiet tal-Istat ta’ impjieg preċedenti jagħtu dritt għal benefiċċju ta’ orfni fittizju (dritt għal benefiċċju nazzjonali potenzjali), fis-sitwazzjonijiet fejn l-Istat ta’ residenza jipprovdi benefiċċju ogħla paragunabbli, iżda li jiddikjarah inkompatibbli ma’ benefiċċju ieħor li ntagħżel mill-persuna kkonċernata abbażi tal-għażla offruta lilha?

(3)

Dan japplika wkoll għall-benefiċċju li jirriżulta mill-Artikolu 77 jew mill-Artikolu 78 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, liema benefiċċju huwa fil-prinċipju previst fl-Istat ta’ residenza tal-ulied, iżda li ma hemmx il-possibbiltà ta’ għażla fir-rigward tiegħu?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35)


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Nanterre fit-12 ta’ Mejju 2010 — Société Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable vs Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers

(Kawża C-234/10)

()

2010/C 221/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Nanterre

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable

Konvenut: Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament 1260/2001 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-kalkolu tat-telf medju, għall-kategoriji kollha ta’ zokkor esportati, is-somma tan-nefqa attwali għandha tiġi diviża bis-somma tal-kwantitajiet esportati, irrispettivament minn jekk effettivament tħallsux jew le rifużjonijiet għal dawn il-kwantitajiet?

(2)

Ir-Regolament 1193/2009 (2) huwa invalidu fid-dawl tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1260/2001, sa fejn jistabbilixxi taxxa fuq il-produzzjoni taz-zokkor li hija kkalkolata abbażi ta’ telf medju fil-kalkolu li jinvolvi, sa fejn jikkonċerna z-zokkor esportat fil-prodotti pproċessati, multiplikazzjoni tal-ammont tal-unità tar-rifużjoni għall-esportazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-prodotti u t-total tal-kwantitajiet esportati, inklużi l-kwantitajiet esportati mingħajr ġbir ta’ rifużjoni, u mhux ta’ diviżjoni tan-nefqa attwali magħmula bis-somma ta’ kwantitajiet esportati, b’rifużjoni jew mingħajrha?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 17).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1)


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Mejju 2010 — Cathy Schulz-Delzers, Pascal Schulz vs Finanzamt Stuttgart III

(Kawża C-240/10)

()

2010/C 221/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cathy Schulz-Delzers, Pascal Schulz

Konvenut: Finanzamt Stuttgart III

Domandi preliminari

(1)

(a)

L-Artikolu 3(64) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz, EstG), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ matul is-snin 2005 u 2006, huwa kompatibbli mal-moviment liberu tal-ħaddiema skont l-Artikolu 45, kif jinsab fil-verżjoni kkonsolidata, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, TFUE (Artikolu 39 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, KEE)?

(b)

L-Artikolu 3(64) tal-EstG, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ matul is-snin 2005 u 2006, jinkludi diskriminazzjoni moħbija bbażata fuq in-nazzjonalità, u pprojbita skont l-Artikolu 18 TFUE (Artikolu 12 tat-Trattat KEE)?

(2)

Jekk tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 3(64) tal-EstG, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ matul is-snin 2005 u 2006, hija kompatibbli mal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 21 TFUE (Artikolu 18 tat-Trattat KEE)?


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenats Salzburg (l-Awstrija) fis-17 ta’ Mejju 2010 — Harald Jung u Gerald Hellweger vs Magistrat der Stadt Salzburg, parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt

(Kawża C-241/10)

()

2010/C 221/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Harald Jung u Gerald Hellweger

Konvenut: Magistrat der Stadt Salzburg

Parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt

Domanda preliminari

L-Anness X [tal-Att ta’ Adeżjoni] bil-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24 tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea (1. Il-libertà ta’ movement tal-persuni) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-issekondar ta’ ħaddiema mill-Ungerija lejn l-Awstrija ma jistax jitqies bħala spostament ta’ dawn il-ħaddiema u li restrizzjonijiet nazzjonali dwar l-impjieg ta’ ħaddiema Ungeriżi fl-Awstrija japplikaw ukoll, fl-Awstrija, fir-rigward ta’ ħaddiema Ungeriżi (impjegati b’mod legali fl-Ungerija) issekondati minn impriżi Ungeriżi fl-Awstrija?


(1)  ĠU L 236, p. 846


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/19


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) mogħtija fit-2 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-70/05: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

(Kawża C-252/10 P)

()

2010/C 221/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis, Δικηγόροι)

Appellata: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali.

tannulla d-deċiżjoni tal-EMSA li tiċħad l-offerta tal-appellanti sottomessa minnha fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għal offerti EMSA C-1/01/04, relatata mal-kuntratt intitolat “Validazzjoni ta’ SafeSeaNet u żviluppi futuri”, u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

tordna lill-EMSA tħallas l-ispejjeż tal-appellanti u spejjeż oħra, inklużi dawk sostnuti b’konnessjoni mal-proċedura inizjali, anki fil-każ li dan l-appell jiġi miċħud, kif ukoll l-ispejjeż ta’ dan l-appell, fil-każ li jintlaqa’.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

 

Fl-ewwel lok, l-appellanti sostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi adottat interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Finanzjarju (1), ir-Regoli għall-Implementazzjoni u d-Direttiva 92/50 (2) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 97 tar-Regolament Finanzjarju, l-Artikolu 138 tar-Regoli għall-Implementazzjoni u l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 92/50.

 

Fit-tieni lok, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi, fil-punt 178 tas-sentenza tagħha, sostniet li peress li ED kellha għarfien dettaljat tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, hija setgħet tiddeduċi l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula. Hawnhekk, il-Qorti Ġenerali tidher li qiegħda tammetti, b’mod impliċitu, li l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kontraenti kienet limitata. Madankollu, minflok annullat id-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali tat interpretazzjoni ġdida u kompletament żbaljata tal-obbligu ta’ motivazzjoni inkwantu rabtitu mal-kwalitajiet personali tal-persuna indirizzata minn din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, is-suppożizzjoni tal-Qorti Ġenerali hija żbaljata peress li l-appellanti ma setgħetx (u għadha ma tistax) tifhem il-vantaġġi relattivi (jekk jeżistu) tal-offerent magħżul, b’mod partikolari, peress li l-Qorti Ġenerali ma motivatx suffiċjentement is-sentenza tagħha sabiex jiġu identifikati b’mod ċar.

 

Fit-tielet lok, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali tidher li qed twettaq żball ta’ liġi billi, fir-rigward tal-motiv dwar żball manifest ta’ evalwazzjoni, hija qed isosstni li l-appellanti limitat l-argumenti tagħha għal dikjarazzjonijiet ġenerali u konsegwentement, naqset milli turi jekk, u b’liema mod, l-allegati żbalji affettwaw ir-riżultat finali tal-evalwazzjoni tal-offerti. Il-Qorti Ġenerali tidher qed tikkontradixxi lilha nnifisha billi tiċħad il-motiv dwar motivazzjoni insuffiċjenti, filwaqt li fl-istess ħin, qed titlob lil ED turi “fid-dettall” kif l-allegati żbalji jirriflettu fir-rapport tal-kumitat ta’ evalwazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322)


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2010 — David Barcenilla Fernández vs Gerardo García S.L.

(Kawża C-256/10)

()

2010/C 221/32

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: David Barcenilla Fernández

Konvenuta: Gerardo García S.L.

Domandi preliminari

(a)

L-Artikoli 3, 5(2), 6 u 7 tad-Direttiva 2003/10/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li impriża, fejn il-livell ta’ ħoss li għalih ikunu esposti l-ħaddiema ta’ kuljum jaqbeż il-85 dB(A) (imkejjel mingħajr it-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti ta’ protetturi tas-smigħ), tosserva l-obbligi ta’ prevenzjoni ffissati mid-direttiva ċċitata iktar ’il fuq f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet materjali ta’ xogħol meta hija tipprovdi protetturi tas-smigħ lil dawn il-ħaddiema b’tali mod li, bis-saħħa tat-tnaqqis li jiggarantixxu dawn il-protetturi, il-ħoss li għalih ikunu esposti dawn il-ħaddiema ta’ kuljum jonqos għal inqas minn 80 dB(A)?

(b)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/10/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-programm ta’ miżuri tekniċi u/jew ta’ organizzazzjoni li għandu jiġi adottat minn impriża fejn il-livell ta’ ħoss li għalih ikunu esposti l-ħaddiema ta’ kuljum jaqbeż il-85 dB(A) (imkejjel mingħajr it-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti ta’ protetturi tas-smigħ), għandu l-għan li jnaqqas il-livell ta’ espożizzjoni għall-ħoss għal livell inqas minn 85 dB(A)?

(c)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun negativa, id-Direttiva 2003/10/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regola jew prassi ġudizzjarja nazzjonali li teżenta lill-impriża mill-ħlas ta’ kumpens finanzjarju, li din għandha, bħala prinċipju, tħallas lill-ħaddiema li ta’ kuljum ikunu esposti għal livell ta’ ħoss li jaqbeż il-85 dB(A), minħabba li din ipprovdiet protetturi tas-smigħ lil dawn il-ħaddiema li għandhom l-effett li jnaqqsu l-espożizzjoni ta’ kuljum għal inqas minn 80dB(A)?


(1)  Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Frar 2003, dwar il-ħtiġiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (Is-Sbatax-il Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 300


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Dâmbovița (Ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2010 — Nicușor Grigore vs Regia Națională a Pădurilor Romsilva — Direcția Silvică București

(Kawża C-258/10)

()

2010/C 221/33

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunal Dâmbovița

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nicușor Grigore

Konvenuti: Regia Națională a Pădurilor Romsilva — Direcția Silvică București

Domandi preliminari

(1)

Il-perijodu li matul tiegħu persuna li tieħu ħsieb il-foresti, li taħdem tmien sigħat kuljum skont kif stabbilit fil-kuntratt ta’ xogħol tagħha, hija inkarigata tiżgura s-sorveljanza ta’ sezzjoni tal-foresta, billi tkun suġġetta għar-responsabbiltà dixxiplinari, patrimonjali, amministrattiva jew penali tagħha, skont il-każ, fir-rigward ta’ dannu kkonstatat fis-sezzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha, indipendentement minn meta jseħħ id-dannu, jikkostitwixxi “ħin tax-xogħol” fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol?

(2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda hija differenti jekk il-persuna li tieħu ħsieb il-foresti tkun tirrisjedi f’akkommodazzjoni pprovduta lilha fis-sezzjoni tal-foresta li hija responsabbli minnha?

(3)

Ikun hemm ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/88/KE, intitolat “ħin massimu ta’ xogħol matul ġimgħa”, fil-każ li, minkejja li l-kuntratt ta’ xogħol jipprovdi li l-ħin massimu ta’ xogħol huwa ta’ 8 sigħat u l-ħin massimu fil-gimgħa huwa ta’ 40 siegħa, il-persuna li tieħu ħsieb il-foresti hija, fir-realtà, skont obbligi legali, inkarigata tiżgura s-sorveljanza tas-sezzjoni tal-foresta li hija responsabbli minnha fuq bażi permanenti?

(4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-persuna li timpjega għandha l-obbligu li tħallas il-pagi u l-benefiċċji li jistgħu jkunu marbuta magħhom għall-perijodu li matul tiegħu l-persuna li tieħu ħsieb il-foresti hija inkarigata tiżgura s-sorveljanza tal-foresta?

(5)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija negattiva, liema hija s-sistema legali applikabbli għall-perijodu li matul tiegħu l-persuna li tieħu ħsieb il-foresti hija inkarigata tiżgura s-sorveljanza tal-foresta li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2010 — Pedro Antonio Macedo Lozano vs Gerardo García S.L.

(Kawża C-261/10)

()

2010/C 221/34

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pedro Antonio Macedo Lozano.

Konvenuta: Gerardo García S.L.

Domandi preliminari

(a)

L-Artikoli 3, 5(2), 6 u 7 tad-Direttiva 2003/10/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li impriża, fejn il-livell ta’ ħoss li għalih ikunu esposti l-ħaddiema ta’ kuljum jaqbeż il-85 dB(A), (imkejjel mingħajr it-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti ta’ protetturi tas-smigħ), tosserva l-obbligi ta’ prevenzjoni ffissati mid-direttiva ċċitata iktar ’il fuq f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet materjali ta’ xogħol meta hija tipprovdi protetturi tas-smigħ lil dawn il-ħaddiema b’tali mod li, bis-saħħa tat-tnaqqis li jiggarantixxu dawn il-protetturi, il-ħoss li għalih ikunu esposti dawn il-ħaddiema ta’ kuljum jonqos għal inqas minn 80 dB(A)?

(b)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/10/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-programm ta’ miżuri tekniċi u/jew ta’ organizzazzjoni li għandu jiġi adottat minn impriża fejn il-livell ta’ ħoss li għalih ikunu esposti l-ħaddiema ta’ kuljum jaqbeż il-85 dB(A) (imkejjel mingħajr it-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti ta’ protetturi tas-smigħ), għandu l-għan li jnaqqas il-livell ta’ espożizzjoni għall-ħoss għal livell inqas minn 85 dB(A)?

(c)

Jekk ir-risposta għall ewwel domanda tkun negativa, id-Direttiva 2003/10/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regola jew prassi ġudizzjarja nazzjonali li teżenta lill-impriża mill-ħlas ta’ kumpens finanzjarju, li din għandha, bħala prinċipju, tħallas lill-ħaddiema li ta’ kuljum ikunu esposti għal livell ta’ ħoss li jaqbeż il-85 dB(A), minħabba li din ipprovdiet protetturi tas-smigħ lil dawn il-ħaddiema li għandhom l-effett li jnaqqsu l-espożizzjoni ta’ kuljum għal inqas minn 80dB(A)?


(1)  Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Frar 2003, dwar il-ħtiġiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal-riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (Is-Sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 300).


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/21


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-265/10)

()

2010/C 221/35

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Olivier u M. van Beek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tiddikjara li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, jew tal-inqas billi ma għarrafx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Renju tal-Belġju ma osservax l-obbligi tiegħu taħt dispożizzjonijiet tal-Artikolu 126 tal-imsemmi Regolament (KE) Nru 1907/2006;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Peress li r-Renju tal-Belġju ma adottax il-miżuri kollha dwar l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur tar-Regolament REACH li kellhom jidħlu fis-seħħ mhux l-iktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2008 jew, fi kwalunkwe każ, ma informax lill-Kummissjoni Ewropea b’ dawn il-miżuri, din tal-aħħar ikkonkludiet minn dan li r-Renju tal-Belġju ma osservax l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 126 ta’ dan ir-regolament.


(1)  JO L 396, p. 1


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-28 ta’ Mejju 2010 — André Rossius vs État belge — SPF Finances

(Kawża C-267/10)

()

2010/C 221/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: André Rossius

Konvenut: État belge — SPF Finances.

Intervenjent: État belge — SPF Défense

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet segwenti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea:

(1)

L-Artikolu 6 tat-Trattat ta’ Lisbona, tat-13 ta’ Diċembru 2007, li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, li jipprovdi li “L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, kif adattata fit-12 ta’ Diċembru 2007 ġo Strasburgu, li għandha jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati. […]”;

(2)

L-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1), li jipprovdi li “Kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għal kura preventiva tas-saħħa u d-dritt li tgawdi minn kura medika […]. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u l-attivitajiet kollha ta’ l-Unjoni”;

interpetati inkonformità mal-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, kif imfakkra fil-preambolu tat-Trattat ta’ Lisbona,

jipprekludu lil Stat Memru, f’dan il-każ il-Belġju, milli jippermetti fit-territorju tiegħu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep, meta dan l-istess Stat jirrikonoxxi uffiċjalment li dawn il-prodotti jagħmlu ħsara gravi lis-saħħa ta’ dawk li jużawhom u huma identifikati bħala l-kawża ta’ mard li jwassal għal invalidità u għal diversi mwiet prematuri, raġunijiet dawn li loġikament għandhom jiġġustifikaw il-projbizzjoni tagħhom?

(2)

Id-dispożizzjoni segwenti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea:

(1)

L-Artikolu 6 tat-Trattat ta’ Lisbona, tat-13 ta’ Diċembru 2007, li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, li jipprovdi li “L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, kif adattata fit-12 ta’ Diċembru 2007 ġo Strasburgu, li għandha jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati. […]”;

(2)

L-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi li “Kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għal kura preventiva tas-saħħa u d-dritt li tgawdi minn kura medika […]. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u l-attivitajiet kollha ta’ l-Unjoni”;

interpetati inkonformità mal-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, kif imfakkra fil-preambolu tat-Trattat ta’ Lisbona,

jipprekludu lid-dispożizzjonijiet segwenti tad-dritt Belġjan:

 

Il-loi générale sur les douanes et accises (Liġi ġenerali dwar id-dazji u s-sisa), ikkoordinata permezz ta’ Digriet Irjali tat-18 ta’ Lulju 1977 (Moniteur belge tal-21 ta’ Settembru 1977) u kkonfermata permezz tal-Artikolu 1 tal-Liġi tas-6 ta’ Lulju 1978 (Moniteur belge tat-12 ta’ Awwissu 1978);

 

Il-loi relative au régime général, à la détention, à la circulation et aux contrôles des produits soumis à accise (Liġi dwar l-iskema ġenerali, iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-kontrolli ta’ prodotti suġġetti għas-sisa), tal-10 ta’ Ġunju 1997 (Moniteur belge tal-1 ta’ Awwissu 1997);

 

Il-loi relative au régime fiscal des tabacs manufacturés (Liġi dwar is-sistema fiskali tat-tabakk immanifatturat), tat-3 ta’ April 1997 (Moniteur belge tal-1 ta’ Awwissu 1997), emendata bil-Liġi tas-26 ta’ Novembru 2006 (Moniteur belge tat-8 ta’ Diċembru 2006);

milli jawtorizzaw lill-État belge jikkunsidra bħala bażi ta’ stima għall-finijiet tad-dazji tas-sisa, it-tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep meta:

 

minn naħa, dan l-Istat jirrikonoxxi uffiċjalment li dawn il-prodotti jagħmlu ħsara gravi lis-saħħa ta’ dawk li jużawhom u huma identifikati bħala l-kawża ta’ mard li jwassal għal invalidità u għal diversi mwiet prematuri, raġunijiet dawn li loġikament għandhom jiġġustifikaw l-eliminiazzjoni tagħhom;

 

min-naħa l-oħra, dan l-Istat, meta jaġixxi b’dan il-mod, jikkontradixxi huwa stess l-adozzjoni ta’ miżuri li jistgħu effettivament iwasslu għal din l-eliminiazzjoni billi jiffavorixxu sitwazzjoni fiskali li tkun effettivament u realistikament dissważiva?


(1)  ĠU 30.03.2010, C 83, p. 389.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-28 ta’ Mejju 2010 — Marc Collard vs État belge — SPF Finances

(Kawża C-268/10)

()

2010/C 221/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Collard

Konvenut: État belge — SPF Finances

Intervenjent: État belge — SPF Défense

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet segwenti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea:

(1)

L-Artikolu 6 tat-Trattat ta’ Lisbona, tat-13 ta’ Diċembru 2007, li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, li jipprovdi li “L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, kif adattata fit-12 ta’ Diċembru 2007 ġo Strasburgu, li għandha jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati. […]”;

(2)

L-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1), li jipprovdi li “Kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għal kura preventiva tas-saħħa u d-dritt li tgawdi minn kura medika […]. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u l-attivitajiet kollha ta’ l-Unjoni”;

interpetati inkonformità mal-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, kif imfakkra fil-preambolu tat-Trattat ta’ Lisbona,

jipprekludu lil Stat Memru, f’dan il-każ il-Belġju, milli jippermetti fit-territorju tiegħu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep, meta dan l-istess Stat jirrikonoxxi uffiċjalment li dawn il-prodotti jagħmlu ħsara gravi lis-saħħa ta’ dawk li jużawhom u huma identifikati bħala l-kawża ta’ mard li jwassal għal invalidità u għal diversi mwiet prematuri, raġunijiet dawn li loġikament għandhom jiġġustifikaw il-projbizzjoni tagħhom?

(2)

Id-dispożizzjoni segwenti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea:

(1)

L-Artikolu 6 tat-Trattat ta’ Lisbona, tat-13 ta’ Diċembru 2007, li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, li jipprovdi li “L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, kif adattata fit-12 ta’ Diċembru 2007 ġo Strasburgu, li għandha jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati. […]”;

(2)

L-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi li “Kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għal kura preventiva tas-saħħa u d-dritt li tgawdi minn kura medika […]. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u l-attivitajiet kollha ta’ l-Unjoni”;

interpetati inkonformità mal-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, kif imfakkra fil-preambolu tat-Trattat ta’ Lisbona,

jipprekludu lid-dispożizzjonijiet segwenti tad-dritt Belġjan:

 

Il-loi générale sur les douanes et accises (Liġi ġenerali dwar id-dazji u s-sisa), ikkoordinata permezz ta’ Digriet Irjali tat-18 ta’ Lulju 1977 (Moniteur belge tal-21 ta’ Settembru 1977) u kkonfermata permezz tal-Artikolu 1 tal-Liġi tas-6 ta’ Lulju 1978 (Moniteur belge tat-12 ta’ Awwissu 1978);

 

Il-loi relative au régime général, à la détention, à la circulation et aux contrôles des produits soumis à accise (Liġi dwar l-iskema ġenerali, iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-kontrolli ta’ prodotti suġġetti għas-sisa), tal-10 ta’ Ġunju 1997 (Moniteur belge tal-1 ta’ Awwissu 1997);

 

Il-loi relative au régime fiscal des tabacs manufacturés (Liġi dwar is-sistema fiskali tat-tabakk immanifatturat), tat-3 ta’ April 1997 (Moniteur belge tal-1 ta’ Awwissu 1997), emendata bil-Liġi tas-26 ta’ Novembru 2006 (Moniteur belge tat-8 ta’ Diċembru 2006);

milli jawtorizzaw lill-État belge jikkunsidra bħala bażi ta’ stima għall-finijiet tad-dazji tas-sisa, it-tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep meta:

 

minn naħa, dan l-Istat jirrikonoxxi uffiċjalment li dawn il-prodotti jagħmlu ħsara gravi lis-saħħa ta’ dawk li jużawhom u huma identifikati bħala l-kawża ta’ mard li jwassal għal invalidità u għal diversi mwiet prematuri, raġunijiet dawn li loġikament għandhom jiġġustifikaw l-eliminiazzjoni tagħhom;

 

min-naħa l-oħra, dan l-Istat, meta jaġixxi b’dan il-mod, jikkontradixxi huwa stess l-adozzjoni ta’ miżuri li jistgħu effettivament iwasslu għal din l-eliminiazzjoni billi jiffavorixxu sitwazzjoni fiskali li tkun effettivament u realistikament dissważiva?


(1)  ĠU 30.03.2010, C 83, p. 389.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil fit-28 ta’ Mejju 2010 — Société Accor Services France vs Le Chèque Déjeuner CCR, Etablissement Public de Santé de Ville-Evrard

(Kawża C-269/10)

()

2010/C 221/38

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Accor Services France

Konvenuti: Le Chèque Déjeuner CCR, Etablissement Public de Santé de Ville-Evrard

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53 tal-Kodiċi tal-kuntratti pubbliċi huma kompatibbli ma’ dawk tad-Direttiva 2004/18/KE, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?


(1)  Direttiva 2004/18/KE, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-31 ta’ Mejju 2010 — Lotta Gistö vs Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

(Kawża C-270/10)

()

2010/C 221/39

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lotta Gistö.

Parti oħra interessata: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö.

Domandi preliminari

L-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet (1) għandu jiġi interpretat, fil-kawża li tirrigwarda lil Lotta Gistö, fis-sens li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, ir-residenza fiskali tagħha baqgħet il-Finlandja fl-2007, jew li l-Protokoll għandu jinftiehem, f’dan il-każ, li huma d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li, b’mod definittiv, jiddeterminaw obbligu fiskali illimitat fi Stat Membru, li fil-kawża preżenti huwa l-Finlandja?


(1)  Protokoll (Nru 36) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (1965), ĠU C 321 E, p. 318.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Efeteio Thessalonikis (Il-Ġreċja) fil-31 ta’ Mejju 2010 — Souzana Berkizi-Nikolakaki vs Anotato Symvoulio Epilogis Prosopikou (A.S.E.P.) u Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis

(Kawża C-272/10)

()

2010/C 221/40

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Efeteio Thessalonikis

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Souzana Berkizi-Nikolakaki

Konvenuti: Anotato Symvoulio Epilogis Prosopikou (A.S.E.P.) u Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis

Domandi preliminari

(1)

Jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mal-għan — fis-sens tal-Artikolu 139(2) KE — u mal-effett utli — fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 249 KE — tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tad-Digriet Presidenzjali Grieg 164/2004 li jistabbilixxu li sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza tal-kundizzjonijiet għat-trasformazzjoni ta’ kuntratti għal żmien fiss f’kuntratti għal żmien indeterminat, il-ħaddiem għandu jippreżenta lill-entità kompetenti, f’terminu ta’ dekadenza ta’ xahrejn li jibda jiddekorri mid-dħul fis-seħħ tad-digriet, talba li ssemmi l-elementi li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ dawn il-kundizzjonijiet, fid-dawl tal-fatt li t-terminu inkwistjoni huwa terminu ta’ dekadenza u jista’ jtellef lill-ħaddiem mid-dritt għat-trasformazzjoni tal-kuntratti jekk dan ma jippreżentax it-talba tiegħu f’terminu ta’ xahrejn?

(2)

Fid-dawl tal-għan tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, kif jirriżulta mill-Artikolu 139(2) KE, it-terminu ta’ xahrejn huwa suffiċjenti fid-dawl tal-ħtiġijiet tal-impjegati kollha li huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tad-Digriet Presidenzjali 164/2004, sabiex jiġi żgurat l-effett utli tal-għanijiet tad-direttiva inkwistjoni anki biss permezz tal-pubblikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tad-Digriet Presidenzjali 164/2004 fil-Ġurnal Uffiċjali Grieg?

(3)

Fir-rigward tal-prorogi tat-termini korrispondenti mogħtija skont ir-regoli analogi li kienu fis-seħħ qabel id-Digriet Presidenzjali 164/2004, in-nuqqas ta’ proroga tat-terminu ta’ xahrejn jikkostitwixxi tnaqqis fil-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-ħaddiema li tmur kontra l-klawżola 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999?


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fl-1 ta’ Ġunju 2010 — David Montoya Medina vs Fondo de Garantia Salarial u Universidad de Alicante

(Kawża C-273/10)

()

2010/C 221/41

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: David Montoya Medina

Konvenuti: Fondo de Garantia Salarial u Universidad de Alicante.

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni bħal dak li tinsab fid-Digriet tal-Gvern tal-komunità awtonoma ta’ Valencia Nru 174/2002, tal-15 ta’ Ottubru 2002, intitolat Decreto […] sobre Régimen y Retribuciones del Personal Docente e Investigador Contratado Laboral de las Universidades Públicas Valencianas y sobre Retribuciones Adicionales del Profesorado Universitario (digriet dwar is-sistema u r-remunerazzjoni tal-persunal li jgħallem u tar-riċerkaturi bil-kuntratt mal-universitajiet pubbliċi ta’ Valencia u fuq ir-remunerazzjoni addizzjonali tal-korp akkademiku universitarju), tmur kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fil-klawżola 4 tad-Direttiva 99/70/KE (1), sa fejn ma tagħtix lill-assistenti lecturers bid-dottorat (“profesores ayudantes doctores”) il-possibbiltà li jirċievu allowances ta’ anzjanità bħalma hija l-allowance ta’ kull tliet snin, meta dawn l-allowances jingħataw lill-lecturers bid-dottorat (profesores contratados doctores) b’kuntratt għal perijodu indeterminat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368)


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/26


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

(Kawża C-274/10)

()

2010/C 221/42

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u B.D. Simon, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ungerija

Talbiet tar-rikorrenti

(1)

tikkonstata li r-Repubblika tal-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)

billi obbligat lill-persuni taxxabbli li d-dikjarazzjoni fiskali tagħhom uriet “eċċess” fis-sens tal-Artikolu 183 tad-direttiva waqt perijodu taxxabbli partikolari, imexxu dan l-eċċess totalment jew parzjalment ’il quddiem lejn il-perijodu taxxabbli li jmiss, jekk dawn ma ħallsux it-totalità tal-akkwisti korrispondenti lill-fornitur tagħhom,

minħabba il-fatt li permezz ta’ dan l-obbligu, ċerti persuni taxxabbli li d-dikjarazzjoni fiskali tagħhom turi sistematikament “eċċess”, huma marbuta jmexxu ’il quddiem iktar minn darba dan l-eċċess għall-perijodu taxxabbli li jmiss;

(2)

tikkundanna lir-Repubblika tal-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors għandu bħala suġġett dispożizzjoni fiskali Ungeriża li tipprovdi li, fit-tmiem tal-perijodu taxxabbli, il-persuni taxxabbli jistgħu jitolbu r-rimbors tal-eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-“VAT”) biss fil-każ fejn l-imsemmi eċċess jeċċedi il-VAT fuq l-akkwisti mhux effettivament imħallsa minnhom. B’hekk, mid-dispożizzjoni Ungeriża inkwistjoni jirriżulta li ma huwiex possibbli li jintalab rimbors tal-parti tal-eċċess li jikkorrispondi għall-ammont tal-VAT fuq l-akkwisti li għadhom ma tħallsux u li l-persuna taxxabbli għandha tmexxi ’il quddiem l-ammont inkwistjoni għall-perijodu taxxabbli li jmiss. Meta l-eċċess tal-VAT ikkonstatat fit-tmien tal-perijodu taxxabbli huwa inqas jew daqs l-ammont tal-VAT fuq l-akkwisti mhux imħallsa, il-persuna taxxabbli jkollha tmexxi ’il quddiem fit-totalità tagħha l-parti tal-eċċess li jikkorrispondi għall-ammont ta’ VAT fuq l-akkwisti mhux imħallsa. Il-proċedura hija identika sat-tmiem tal-perijodu taxxabbli li jmiss: il-leġiżlazzjoni ma fiha l-ebda limitu ratione temporis li jirrigwarda dan il-proċess u għaldaqstant huwa impossibbli li l-persuna taxxabbli jkollha tmexxi ’il quddiem b’mod indefinittiv l-eċċess tal-VAT.

Il-Kummissjoni ma tikkontestax li l-Artikolu 183 tad-Direttiva 2006/112 (iktar ’il quddiem id-“direttiva”), iħalli f’idejn l-Istati Membri l-għażla bejn ir-rimbors tal-eċċess tal-VAT u t-tmexxija ’il quddiem tiegħu għall-perijodu taxxabbli li jmiss. L-Istati Membri ma jistgħux jeżeċitaw din is-setgħa ħlief b’osservanza tal-prinċipji kollha tas-sistema tal-VAT u b’mod partikolari tal-prinċipju tan-newtralità fiskali. Peress li l-Artikolu 183 tad-direttiva, li jawtorizza lill-Istati Membri jmexxu ’il quddiem darba l-eċċess tal-VAT għall-perijodu taxxabbli li jmiss, jikkostitwixxi dispożizzjoni li tostakola l-effett sħiħ tal-prinċipju tan-newtralità fiskali, għandu jiġi interpretat b’mod ristrett u ma jistax iservi ta’ bażi għall-adozzjoni ta’ regoli nazzjonali kuntrarji għall-prinċipju ta’ newtralità fiskali jew għall-għan tal-mekkaniżmu tat-tnaqqis.

Skont il-prinċipju tan-newtralità fiskali, il-mekkaniżmu tat-tnaqqis huwa intiż sabiex jeħles kompletament lill-persuna taxxabbli mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fl-ambitu tal-attivitajiet ekonomiċi kollha tagħha. Dan il-prinċipju jeskludi li l-Istati Membri jissuġġettaw ir-rimbors tal-eċċess tal-VAT għal kundizzjonijiet li jirrapreżentaw piż għall-persuna taxxabbli sa fejn dawn jinfluwenzaw is-sitwazzjonijiet finanzjarja tagħha, il-likwidità tagħha kif ukoll id-deċiżjonijiet kummerċjali tagħha. Issa, in-nuqqas tar-rimbors tal-eċċess tal-VAT previst mid-dispożizzjoni Ungeriża inkwistjoni jirriżulta f’dawn l-effetti negattivi għall-persuna taxxabbli minħabba żewġ raġunijiet.

Minn naħa, peress li l-eċċess tal-VAT li jista’ jitnaqqas fir-rigward tal-ammont tal-VAT dovut għandu jiġi kkunsidrat bħala dejn tal-persuna taxxabbli, b’mod li d-dewmien ikkawżat għall-ħlas ta’ dan id-dejn inaqqas il-possibbiltajiet ta’ dħul u l-likwidità tal-persuna taxxabbli li titlob ir-rimbors u għaldaqstant iżid ir-riskju kummerċjali tagħha. Il-persuna taxxabbli għandha tħallas il-VAT għall-kunsinni tal-oġġetti jew għall-provvisti ta’ servizzi li twettaq anki jekk ma ħallsitx għalihom filwaqt li ma tistax tirkupra l-VAT għall-kunsinni tal-oġġetti jew għall-provvisti ta’ servizzi intiżi għaliha ħlief jekk tkun effettivament ħallsithom.

Min-naħa l-oħra in-nuqqas ta’ rimbors tal-eċċess tal-VAT jikkostitwixxi piż mhux biss mill-perspettiva tal-persuna taxxabbli li titlob ir-rimbors iżda wkoll mill- perspettiva ta’ min jinsab fin-naħa l-oħra tat-tranżazzjoni taxxabbli, jiġifieri l-bejjiegħ tal-oġġett. Fil-fatt, billi jnaqqas il-likwidità ta’ min jakkwista l-oġġett, in-nuqqas ta’ rimbors iżid fl-istess ħin ir-riskju li l-bejjiegħ ma jkunx jista’ jikseb, jew tal-inqas biss b’dewmien, il-korrispettiv dovut għall-kunsinna tal-oġġetti mixtrija jew il-provvista tas-servizzi filwaqt li, indipendentement minn dan, ikollu jħallas il-VAT fuq il-kunsinna ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi inkwistjoni.

Il-Kummissjoni tqis li jekk il-leġiżlazzjoni timponi ċertu piż fuq il-persuna taxxabbli, dan ma jistax jiġi kkumpensat billi jiġi imponit fuqu piż addizzjonali. L-ekwilibriju tal-leġiżlazzjoni ma jistax jiġi żgurat ħlief jekk l-piż ikun fuq il-persuna taxxabbli kkunsidrata bħala persuna li tħallas, jiġifieri l-obbligu ta’ ħlas tagħha jiġi bbilanċjat bil-possibbilta, li minnha tgawdi din l-istess persuna taxxabbli kkunsidrata bħala persuna li titlob is-servizz, li tirkupra l-VAT imħallsa bħala persuna li tħallas.

Fl-aħħar, peress li l-Artikolu 183 tad-Direttiva jippermetti biss li l-eċċess tal-VAT jitmexxa ’il quddiem darba biss “lejn il-perijodu li jmiss”, id-dispożizzjoni Ungeriża inkwistjoni tikser l-imsemmi artikolu, sa fejn ma tippermettix lill-persuna taxxabbli tirkupra l-eċċess sa l-iktar tard it-tmiem tat-tieni perijodu taxxabbli. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni Ungeriża li, billi tnaqqas il-likwidità ta’ min jakkwista l-oġġetti, għandha hija stess, bażikament, bħala effett li tnaqqas il-probabbiltà ta’ rimbors, peress li lanqas ma tiggarantixxi li l-persuna taxxabbli tirkupra effettivament l-eċċess xi darba. Fil-fatt, jekk il-persuna taxxabbli ttemm l-attivitajiet tagħha mingħajr ma tħallas għall-akkwisti tagħha kollha minħabba insolvenza, xejn ma huwa previst f’tali każ sabiex titħallas lura l-VAT fuq it-tranżazzjonijiet mhux imħallsa u dan għaldaqstant fl-aħħar nett jibqa’ f’idejn l-Istat.

Minħabba r-raġunijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlatur Ungeriż mar lil hinn mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu li hija rrikonoxxuta lilu u kiser l-Artikolu 183 tad-Direttiva billi adotta dispożizzjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ rimbors tal-eċċess tal-VAT li hija kuntrarja għall-prinċipju ta’ newtralità fiskali u tippermetti tmexxija ’il quddiem irripetuta u suċċessiva tal-eċċess.


(1)  ĠU L 347, p. 1.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/27


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-286/10)

()

2010/C 221/43

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u M. van Beek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma kkomunikatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE (1), tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji u, fi kwalunker każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fis-26 ta’ Lulju 2008.


(1)  ĠU L 164M, p. 317 (MT)


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fl-10 ta’ Ġunju 2010 — Tankreederei I SA vs Directeur de l'administration des Contributions directes

(Kawża C-287/10)

()

2010/C 221/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tankreederei I SA.

Konvenut: Directeur de l’administration des Contributions directes

Domanda preliminari

L-Artikoli 49 KE u 56 KE jipprekludu d-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 152 bis tal-liġi emendata, tal-4 ta’ Diċembru 1967, dwar it-taxxa fuq id-dħul sa fejn il-persuni taxxabbli Lussemburgiżi jingħataw il-benefiċċju ta’ kreditu tat-taxxa għall-investiment bil-kundizzjoni li dawn l-investimenti jsiru fi stabbiliment li jinsab fil-Gran Dukat u jkunu intiżi jibqgħu hemm b’mod permanenti u barra minn hekk ikunu mħaddma fiżikament fuq it-territorju Lussemburgiż?


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/28


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-291/10)

()

2010/C 221/45

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek u S. Mortoni, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika Taljana, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/47/KE (1) tal-Kunsill, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji, jew, f’kull każ billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt tali direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/47 skada fis-26 ta’ Lulju 2008.


(1)  ĠU L 195, p. 15.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākas tiesa Senāts (il-Litwanja) fil-15 ta’ Ġunju 2010 — Andrejs Eglītis u Edvards Ratnieks vs Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

(Kawża C-294/10)

()

2010/C 221/46

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstāka tiesa Senāts.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Andrejs Eglītis u Edvards Ratnieks.

Konvenut: Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jingħad li trasportatur tal-ajru jkun ħa l-miżuri kollha raġonevoli sabiex jiġu evitati ċirkustanzi straordinarji, dan huwa obbligat li jippjana r-riżorsi tiegħu fiż-żmien opportun, b’tali mod li jkun jista’ jagħmel t-titjira prevista wara t-tmiem taċ-ċirkustanzi straordinarji mhux prevedibbli, jiġifieri wkoll matul ċertu perijodu ta’ żmien wara l-ħin skedat għat-tluq?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, l-Artikolu 6(1) tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq huwa applikabbli għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-riżerva ta’ żmien minima li t-trasportatur, meta jippjana r-riżorsi tiegħu fiż-żmien opportun, għandu jipprevedi, bħala dewmien prevedibbli eventwali, fil-każ li jseħħu ċirkustanzi straordinarji?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos Vyriausiasis Administracinis Teismas (Il-Litwanja) fil-15 ta’ Ġunju 2010 — Genovaitė Valčiukienė, Julija Pekelienė, visuomeninė organizacija Lietuvos žialiųjų judėjimas, Petras Girinskis u Lauryinas Arimantas Lašas vs Pakruojo rajono savivaldybės taryba, Šiaulių visuomenės sveikatos centras u Šiaulių regiono aplinkos apsaugos departamentas

(Kawża C-295/10)

()

2010/C 221/47

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Vyriausiasis Administracinis Teismas (Il-Litwanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Genovaitė Valčiukienė, Julija Pekelienė, visuomeninė organizacija Lietuvos žialiųjų judėjimas, Petras Girinskis u Lauryinas Arimantas Lašas.

Konvenuti: Pakruojo rajono savivaldybės taryba, Šiaulių visuomenės sveikatos centras u Šiaulių regiono aplinkos apsaugos departamentas.

Partijiet imsejħa fil-kawża: UAB Sofita, UAB Oltas, Šiaulių apskrities viršininko administracija, Rimvydas Gasparavičius u Rimantas Pašalžkinskas.

Domandi preliminari

(1)

Il-fatt li ġie stabbilit li ma hemmx bżonn ta’ stima strateġika tal-effetti fuq l-ambjent għal dokumenti marbuta mal-ippjanar tal-art fuq livell lokali li jirrigwarda biss attività ekonomika waħda, kif previst fil-leġiżlazzjoni Litwana u b’mod partikolari fil-punt 3.4 tad-Digriet Nru 967 tal-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja, tat-18 ta’ Awwissu 2004, “li jadotta l-qafas li jirregola l-proċedura għal stima strateġika tal-effetti tal-pjanijiet u programmi fuq l-ambjent”, jista’ jitqies bħala speċifikazzjoni tat-tipi ta’ pjanijiet u programmi fis-sens tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (1)?

(2)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali applikabbli f’din il-kawża, li abbażi tagħhom, mingħajr ma jiġi ddeterminat każ b’każ jekk il-proġett jistax ikollu effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, ma hemmx bżonn li ssir stima strateġika tal-effetti fuq l-ambjent tad-dokumenti tal-ippjanar tal-art li jiddeterminaw żoni żgħar fuq livell lokali, bħalma huwa l-każ f’din il-kawża, meta dawn il-pjanijiet jirrigwardaw biss attività ekonomika waħda, huma kompatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3(2)(a), 3 u 5 tad-Direttiva 2001/42?

(3)

Id-Direttiva 2001/42, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’sitwazzjonijiet bħal dawk f’din il-kawża, meta stima dwar l-impatt fuq l-ambjent issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (2), ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42 mhumiex applikabbli?

(4)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/42 jinkludi d-Direttiva 85/337?

(5)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għar-raba’ domanda, il-fatt li saret stima skont id-Direttiva 85/337 jfisser li l-obbligu li ssir stima tal-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva 2001/42 għandha, fis-sitwazzjoni bħal dik f’din il-kawża, titqies bħala stima doppja fis-sens tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/42?

(6)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ħames domanda, id-Direttiva 2001/42, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha, timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu fid-dritt nazzjonali tagħhom proċeduri koordinati jew komuni ta’ stima skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42 u tad-Direttiva 85/337 sabiex tiġi evitata stima doppja?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez

(Kawża C-296/10)

()

2010/C 221/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bianca Purrucker

Konvenut: Guillermo Vallés Pérez

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (Regolament Brussell II bis) (1) huma applikabbli fil-każ fejn l-ewwel tkun tressqet kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru minn waħda mill-partijiet fil-qasam tar-responsabbiltà parentali sabiex jinkisbu miżuri provviżorji biss u sussegwentement titressaq kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor mill-parti l-oħra li titlob li tingħata deċiżjoni fuq il-mertu?

(2)

Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll meta deċiżjoni adottata fir-rigward ta’ proċeduri għal miżuri provviżorji separati fi Stat Membru ma tistax tiġi rikonoxxuta fi Stat Membru ieħor fis-sens tal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 2201/2003?

(3)

Talba għal miżuri provviżorji li titressaq quddiem qorti ta’ Stat Membru għandha tiġi ekwiparata ma’ talba għal deċiżjoni fuq il-mertu fis-sens tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 meta d-dritt proċedurali nazzjonali ta’ dan l-Istat jipprovdi li, sabiex jiġu evitati żvantaġġi tad-dritt proċedurali nazzjonali, għandha titressaq kawża quddiem l-imsemmija qorti, fi żmien determinat, sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-18 ta’ Ġunju 2010 — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening

(Kawża C-302/10)

()

2010/C 221/49

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret (id-Danimarka)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Infopaq International A/S

Konvenuta: Danske Dagblades Forening

Domandi preliminari

(1)

Sabiex att ta’ riproduzzjoni jkun jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi “parti integrali u essenzjali tal-proċess teknoloġiku” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 (1), għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-istadju tal- proċess teknoloġiku meta dan iseħħ?

(2)

Att ta’ riproduzzjoni jista’ jiġi kkunsidrat bħala “parti integrali u essenzjali tal-proċess tekonoloġiku” jekk jikkonsisti fl-iscanning ta’ artikli sħaħ ta’ pubblikazzjonijiet, operazzjoni li ssir manwalment u li permezz tagħha l-imsemmija artikli, informazzjoni stampata, jiġu kkonvertiti f’data diġitali?

(3)

Il-kunċett ta’ “użu legali” fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi kkunsidrat li jirrigwarda kull forma ta’ użu li ma jeħtieġx il-kunsens tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur?

(4)

Il-fatt li impriża tiddiġitalizza, permezz tal-iscanning, l-artikli kollha tal-pubblikazzjonijiet, liema operazzjoni tiġi segwita minn ipproċessar tar-riproduzzjoni, għall-attivitajiet ta’ redazzjoni ta’ sunti ta’ din l-impriża, jista’ jiġi kkunsidrat bħala li huwa kopert mill-kunċett ta’ “użu legali” previst fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, anki jekk il-proprjetarji tad-drittijiet tal-awtur ma jkunux taw il-kunsens tagħhom għal dawn l-atti, fil-każ fejn il-kundizzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa minn din id-dispożizzjoni huma preżenti?

Il-fatt li ħdax-il kelma jinħażnu wara li jkun intemm il-proċess tal-kisba tad-data huwa rilevanti għar-risposta li għandha tingħata lil din id-domanda?

(5)

Skont liema kriterji għandu jiġi evalwat jekk atti ta’ riproduzzjoni provviżorji għandhomx “sinifikat ekonomiku indipendenti” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra ta’ din id-dispożizzjoni jkunu ġew sodisfatti?

(6)

Il-vantaġġ fl-effiċjenza li jirriżulta, favur l-utent, mill-użu ta’ atti ta’ riproduzzjoni provviżorji għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk l-atti għandhomx “sinifikat ekonomiku indipendenti” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29?

(7)

Il-fatt li impriża tiddiġitalizza, permezz tal-iscanning, l-artikli kollha tal-pubblikazzjonijiet, liema operazzjoni tiġi segwita minn ipproċessar tar-riproduzzjoni, jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jaqa’ taħt “ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttament normali” tal-imsemmija artikli li “ma jippreġudikawx bla raġuni l-interessi leġittimi [tal-proprjetarju] tad-drittijiet” fis-sens tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29, sa fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 tagħha huma preżenti?

Il-fatt li ħdax-il kelma jinħażnu wara li jkun intemm il-proċess tal-kisba tad-data huwa rilevanti għar-risposta li għandha tingħata lil din id-domanda?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/32


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-306/10)

()

2010/C 221/50

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Randvere, M. van Beek)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/47/KE (1) dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi transkonfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji, u billi ma żguratx li jiġi konkluż il-kuntratt rilevanti bejn l-imsieħba soċjali, jew billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fis-27 ta’ Ġunju 2008.


(1)  ĠU L 164 M, 16.6.2006


Il-Qorti Ġenerali

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2010 — Imperial Chemical Industries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-66/01) (1)

(Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tas-soda fir-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Preskrizzjoni tas-setgħa tal Kummissjoni li timponi multi jew sanzjonijiet - Terminu raġonevoli - Forom proċedurali sostanzjali - Res judicata - Eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti - Abbuż minn pożizzjoni dominati - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti)

2010/C 221/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Imperial Chemical Industries Ltd, li kienet Imperial Chemical Industries plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment D. Vaughan, D. Anderson, QC, S. Lee, barrister, S. Turner, S. Berwick u R. Coles, solicitors, sussegwentement D. Vaughan, S. Lee, S. Berwick u S. Ford, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u P. Oliver, aġenti, assistiti minn J. Flynn, QC, u C. West, barrister)

Suġġett

Prinċiplament, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/7/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 [KE] (Każ COMP/33.133 — D: Karbonat tas-sodju — ICI), (ĠU 2003, L 10, p. 33) u, susisdjarjament, talba għall-annullament jew għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/7/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 [KE] (Każ COMP/33.133 — D: Karbonat tas-sodju — ICI), huwa annullat sa fejn jiddikjara li Imperial Chemical Industries Ltd kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82 KE fl-1983.

(2)

L-ammont tal-multa imposta lil Imperial Chemical Industries fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2003/7 huwa stabbilit għal EUR 8 000 000.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Imperial Chemical Industries għandha tbati 80 % tal-ispejjeż tagħha u 80 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha u 20 % tal-ispejjeż ta’ Imperial Chemical Industries.


(1)  ĠU C 150, 19.05.2001.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — AstraZeneca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-321/05) (1)

(Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq ta’ mediċini antiulċerali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Definizzjoni tas-suq - Restrizzjonijiet kompetittivi sinjifikattivi - Użu abbużiv ta’ proċeduri dwar ċertifikati ta’ protezzjoni supplementari għall-mediċini u ta’ proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ mediċini - Dikjarazzjonijiet li jiżgwidaw - Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq - Ostakoli għat-tqegħid fis-suq ta’ mediċini ġeneriċi u għall-importazzjonijiet paralleli - Multi)

2010/C 221/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AstraZeneca AB (Södertälje, l-Iżvezja); u AstraZeneca plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment M. Brealey, QC, M. Hoskins, D. Jowell, barristers, F. Murphy, G. Sproul, I. MacCallum u C. Brown, solicitors, sussegwentement M. Brealey, M. Hoskins, D. Jowell, F. Murphy u C. Brown, u fl-aħħar nett M. Brealey, M. Hoskins, D. Jowell u F. Murphy)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, É. Gippini Fournier u A. Whelan, sussegwentement F. Castillo de la Torre, É. Gippini Fournier u J. Bourke, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Van Kerckhove, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 1757 finali, tal-15 ta’ Ġunju 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 82 [KE] u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/A 37.507/F3 — AstraZeneca).

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 1757 finali, tal-15 ta’ Ġunju 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 82 [KE] u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/A 37.507/F3 — AstraZeneca), huwa annullat sa fejn jistabbilixxi li AstraZeneca AB u AstraZeneca plc kisru l-Artikolu 82 KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE billi saqsew għar-revoka tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tpoġġija fis-suq tal-kapsuli tal-Losec fid-Danimarka u fin-Norveġja, flimkien mal-irtirar mis-suq tal-kapsuli tal-Losec u għall-introduzzjoni tal-pilloli tal-Losec MUPS f’dawk iż-żewġ pajjiżi, u dan sa fejn ġie kkunsidrat li dawn l-atti kienu ta’ natura li jirrestrinġu l-importazzjonijiet paralleli tal-kapsuli tal-Losec fl-imsemmija pajjiżi.

(2)

Il-multa imposta mill-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, in solidum fuq AstraZeneca AB u fuq AstraZeneca plc hija ta’ EUR 40 250 000 u l-multa imposta mill-imsemmi artikolu fuq AstraZeneca AB hija ta’ EUR 12 250 000.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

AstraZeneca AB u AstraZeneca plc ibatu 90 % tal-ispejjeż tagħhom u 90 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea marbuta mal-intervent tal-European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA).

(5)

L-EFPIA tbati l-ispejjeż tagħha.

(6)

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-intervent tal-EFPIA, kif ukoll 10 % tal-kumplament tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż ta’ AstraZeneca AB u ta’ AstraZeneca plc.


(1)  ĠU C 271, 29.10.2005.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni vs Hellenic Ventures et

(Kawża T-44/06) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Azzjoni għall-ħolqien u għall-iżvilupp ta’ fondi ta’ kapital tal-bidu - Xoljiment tal-kuntratt - Rikors ippreżentat kontra l-azzjonisti ta’ kumpannija - Inammissibbiltà - Rimbors tal-ammonti mħallsa bil-quddiem - Interessi)

2010/C 221/53

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia, aġent, assistit minn S. Chatzigiannis, avukat)

Konvenuti: Hellenic Ventures — Elliniki Etaireia Epicheirimatikis Protovoulias AE (Ateni, il-Greċja); Konstantinos Katsigiannis (Ateni); Panagiotis Chronopoulos (Ateni); u Nikolaos Poulakos (Ateni) (rappreżentanti: V. Christianos u V. Vlassi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 238 KE, li permezz tiegħu il-Kummissjoni titlob li l-konvenuti jkunu kkundannati għar-rimbors ta’ ħlas bil-quddiem fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt “Seed Fund 601” konkluż bejn il-Kummissjoni u l-kumpannija konvenuta.

Dispożittiv

(1)

Hellenic Ventures — Elliniki Etaireia Epicheirimatikis Protovoulias AE hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 70 000, flimkien ma’ interessi moratorji kkalkolati skont ir-rata legali Belġjana, mill-25 ta’ April 1999 sal-ħlas sħiħ tad-dejn.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Hellenic Ventures hija kkundannata għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn Konstantinos Katsigiannis, Panagiotis Chronopoulos u Nikolaos Poulakos.

(4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ K. Katsigiannis, P. Chronopoulos u N. Poulakos.


(1)  ĠU C 86, 8.4.2006.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Agrofert Holding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/07) (1)

(Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti rigward proċedura ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi - Rifjut ta’ aċċess)

2010/C 221/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Agrofert Holding a.s. (Pyšelská, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: R. Pokorný u D. Šalek, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u P. Costa de Oliveira, sussegwentement P. Costa de Oliveira u V. Bottka, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Kruse u S. Johannesson, sussegwentement S. Johannesson, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Himmanen, A. Guimaraes-Purokoski, M. J. Heliskoski u M. Pere, aġenti); u Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Polski Koncern Naftowy Orlen SA (Płock, il-Polonja) (rappreżentanti: S. Sołtysiński, K. Michałowska u M. Olechowski, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awwissu 2006, li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti dwar il-proċedura ta’ notifika u ta’ notifika minn qabel tat-tranżazzjoni ta’ akkwist ta’ Unipetrol minn Polski Koncern Naftowy Orlen SA (COMP/M.3543) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2007) 1360, tat-13 ta’ Frar 2007, li tikkonferma dan ir-rifjut.

Dispożittiv

(1)

It-talbiet għall-annullament tar-risposta tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Awwissu 2006 kif ukoll dawk intiżi sabiex il-Qorti Ġenerali tordnalha tikkomunika d-dokumenti mitluba huma inammissibbli.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2007) 1360, tat-13 ta’ Frar 2007, li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti tal-każ COMP/M.3543, dwar il-konċentrazzjoni bejn Polski Koncern Naftowy Orlen SA u Unipetrol, skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u t-terzi kif ukoll l-aċċess għad-dokumenti interni u għall-pariri legali stabbiliti f’din il-kawża hija annullata.

(3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

(4)

Ir-Renju tal-Isvezja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tad-Danimarka u Polski Koncern Naftowy Orlen għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2010 — Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-342/07) (1)

(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Trasport bl-ajru - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - Valutazzjoni tal-effetti ta’ konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni - Ostakoli għad-dħul - Effiċjenzi - Impenji)

2010/C 221/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Holdings plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. Swift, QC, V. Power, A. McCarthy u D. Hull, solicitors, u G. Berrisch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Aer Lingus Group plc (Dublin) (rappreżentanti: inizzjalment A. Burnside, solicitor, B. van de Walle de Ghelcke u T. Snels, avukati, sussegwentement minn A. Burnside u B. van de Walle de Ghelcke); u l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan u J. Buttimore, aġenti, assistiti minn M. Cush, D. Barniville u N. Travers, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3104, tas-27 ta’ Ġunju 2007, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.4439 — Ryanair/Aer Lingus).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ryanair Holdings plc għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Aer Lingus Group plc.

(3)

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2010 — Aer Lingus Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/07) (1)

(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ konċentrazzjoni - Trasferiment tal-azzjonijiet kollha miksuba sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li tippreċedi t-twettieq tal-konċentrazzjoni - Rifjut milli jiġu ordnati miżuri approprjati - Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni)

2010/C 221/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aer Lingus Group plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Burnside, solicitor, B. van de Walle de Ghelcke u T. Snels, avukati, sussegwentement minn A. Burnside u B. van de Walle de Ghelcke)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, É. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ryanair Holdings plc (Dublin) (rappreżentanti: J. Swift, QC, V. Power, A. McCarthy, D. Hull, solicitors, u G. Berrisch, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4600, tal-11 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tiftaħ proċedura skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), u li tadotta miżuri provviżorji skont l-Artikolu 8(5) ta’ dan ir-regolament.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Aer Lingus Group plc għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni u minn Ryanair Holdings plc, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-53/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika - Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ vantaġġ - Prinċipju ta’ kontradittorju)

2010/C 221/57

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Giolito u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/408/KE, tal 20 ta’ Novembru 2007, dwar l-għajnuna tal-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008, L 144, p. 37).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 79, 29.03.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — ThyssenKrupp Acciali Speciali Terni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-62/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika - Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ vantaġġ - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Implementazzjoni tal-għajnuna)

2010/C 221/58

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ThyssenKrupp Acciali Speciali Terni SpA (Terni, l-Italja) (rappreżentanti: T. Salonico, G. Pellegrino, G. Pellegrino u G. Barone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/408/KE, tal-20 ta’ Novembru 2007, dwar l-għajnuna tal-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008, L 144, p. 37).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — Cementir Italia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-63/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika - Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ vantaġġ - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Implementazzjoni tal-għajnuna)

2010/C 221/59

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cementir Italia Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: T. Salonico, G. Pellegrino, G. Pellegrino u G. Barone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/408/KE, tal-20 ta’ Novembru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implementata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008, L 144, p. 37).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Cementir Italia Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — Nuova Terni Industrie Chimiche vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika - Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ vantaġġ - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Implementazzjoni tal-għajnuna)

2010/C 221/60

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Terni Industrie Chimiche SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: T. Salonico, G. Pellegrino, G. Pellegrino u G. Barone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/408/KE, tal-20 ta’ Novembru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implementata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008, L 144, p. 37).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Nuova Terni Industrie Chimiche SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2010 — Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/08 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Bidla fl-assenjazzjoni - Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal - Interessi tas-servizz - Żnaturament tal-fatti u tal-provi - Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Drittijiet tad-difiża)

2010/C 221/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2008, Kerstens vs Il-Kummissjoni (F-119/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li huwa ntiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Petrus Kerstens għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 247, 27.9.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — BNP Paribas u BNL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-335/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Taljani fir-rigward ta’ ċerti banek ristrutturati - Skema ta’ riallinjament tal-valuri fiskali tal-assi - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tal għajnuna - Rikors għal annullament - Interess individwali - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Natura selettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2010/C 221/62

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: BNP Paribas (Pariġi, Franza); u Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Silvestri, G. Escalar u M. Todino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/711/KE, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 15/07 (ex NN 20/07) li implementat l-Italja, dwar inċentivi fiskali favur ir-ristrutturazzjoni ta’ ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 237, p. 70).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

BNP Paribas u Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 — Matratzen Concord vs UASI — Barranco Schnitzler u Barranco Rodriguez (MATRATZEN CONCORD)

(Kawża T-351/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MATRATZEN CONCORD - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MATRATZEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 221/63

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pablo Barranco Schnitzler u Mariano Barranco Rodriguez (Sant Just Desvern, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1034/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Pablo Barranco Schnitzler u Mariano Barranco Rodriguez u, min-naħa l-oħra, Matratzen Concord GmbH.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Mejju 2008 (Każ R 1034/2007-2) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2010 — MIP Metro vs UASI — CBT Comunicación Multimedia (Metromeet)

(Kawża T-407/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Metromeet - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti meeting metro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b, tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 221/64

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: CBT Comunicación Multimedia, SL (Gexto, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 387/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH Co. KG u CBT Comunicación Multimedia, SL.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 387/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH Co. KG u CBT Comunicación Multimedia, SL, hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2010 — Lafili vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-485/08 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ parti li tilfet fl-ewwel istanza - Promozzjoni - Klassifikazzjoni fil-grad u skala - Fattur tal-moltiplikazzjoni ogħla minn wieħed - Konverżjoni tal-anzjanità fl-iskala - Artikolu 7 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

2010/C 221/65

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Paul Lafili (Genk, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, H. Krämer u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2008, Lafili vs Il-Kummissjoni (F-22/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Paul Lafili jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea f’din l-istanza.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — mPAY24 vs UASI — Ultra (M PAY)

(Kawża T-557/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M PAY - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti MPAY24 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 221/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: mPAY24 GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: H-G. Zeiner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav (Zagorje ob Savi, Slovenja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2008 (Każ R 221/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn mPAY24 GmbH u Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-30 ta’ Settembru 2008 (Każ R 221/2007 1), hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni ċaħdet l-oppożizzjoni magħmula minn PAY24 GmbH.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2010 — M6 u TF1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-568/08 u T-573/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Għajnuna maħsuba mir-Repubblika Franċiża favur France Télévisions - Għoti ta’ kapital ta’ EUR 150 miljun - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kriterju ta’ proporzjonalità - Nuqqas ta’ diffikultajiet gravi)

2010/C 221/67

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Métropole télévision (M6) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: O. Freget, N. Chahid-Nouraï, R. Lazerges u M. Potel, avukati); u Télévision française 1 SA (TF1) (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: J. P. Hordies u C. Smits, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u B. Martenczuk, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Canal + (Issay-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentant: E. Guillaume, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiż (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u A.-L Vendrolini, sussegwentement G. de Bergues u L. Butel, aġenti); u France Télévisions (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Gunther, D. Tayar, A. Giraud u S. Snoeck, avukati)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3506 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar il-proġett tal-għoti mir-Repubblika Franċiża ta’ kapital ta’ EUR 150 miljun lil France Télévisions SA, u talbiet sabiex il-Kummissjoni tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Métropole télévision (M6) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-568/08 kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn France Télévisions f’din il-kawża.

(3)

Télévision française 1 SA (TF1) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-573/08 kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni u minn France Télévisions f’din il-kawża.

(4)

Ir-Repubblika Franċiża u Canal + għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż tagħhom fil-Kawżi T-568/08 u T-573/08.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni vs Antiche Terre

(Kawża T-51/09) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm għall-promozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija għall-Ewropa (Thermie) - Kuntratt għall-proġett ta’ kostruzzjoni f’Umbertide (l-Italja) ta’ impjant tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ teknoloġija ġdida ta’ ħruq tal-biomassa agroforestali - Tibdil sostanzjanali tal-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Xoljiment - Rimbors tas-somom imħallsa - Interessi)

2010/C 221/68

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, assistit minn A. dal Ferro, avukat)

Konvenuti: Antiche Terre Soc. coop. rl Società Agricola Cooperativa (Arezzo, l-Italja) (rappreżentanti: L. Defalque u P. Van Leynseele, avukati)

Suġġett

Rikors ppreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex Antiche Terre tiġi kkundannata għar-rimbors tas-somom imħallsa mill-Komunità Ewropea b’implementazzjoni tal-kuntratt BM/188/96, tat-23 ta’ Diċembru 1996, konkluż ma’ tliet kumpanniji, fosthom Antiche Terre, fil-kuntest tal-programm Thermie.

Dispożittiv

(1)

Antiche Terre Soc. coop. Rl Soċietà Cooperativa hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 479 332,40 miżjuda bl-interessi skont ir-rata legali Taljana, ikkalkolati skond ir-rati fis-seħħ mil-4 ta’ Jannar 2004 u sal-jum tal-ħlas kollu tad-dejn, wara tnaqqqis tas-somma ta’ EUR 461 979 irkuprata mill-Kummissjoni wara l-ħlas, fil-25 ta’ Jannar 2005 lilha, tal-garanzija bankarja li l-Kummissjoni kienet il-benefiċjarja tagħha.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Antiche Terre hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Herhof vs UASI — Stabilator (stabilator)

(Kawża T-60/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva stabilator - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti STABILAT - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probbabiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti u s-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 221/69

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH (Solms, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Zinnecker u T. Bosling, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stabilator sp. z o.o. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kacprzak, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2008 (Każijiet R 483/2008-4 u R 705/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH u Stabilator sp. z o.o

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2010 — Valigeria Roncato vs UASI Roncato (CARLO RONCATO)

(Kawża T-124/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CARLO RONCATO - Trade marks nazzjonali figurattivi RV RONCATO u verbali RONCATO mhux reġistrati - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti RV RONCATO u verbali preċedenti RONCATO - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ profitt indebitu minħabba l-karattru distintiv u r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Eżistenza ta’ ġustifikazzjoni għall-użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8 (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 221/70

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Valigeria Roncato SpA (Campodarsego, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Roncato Srl (Campodarsego) (rappreżentanti: M. Cartella u M. Fazzini, avukati)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Jannar 2009 (Kawżi R 237/2008-1 u R 236/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Valigeria Roncato SpA u Roncato Srl.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Valigeria Roncato SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010 — BASF Plant Science et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/08) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament fl-ambjent - Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq - Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas ta’ suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2010/C 221/71

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BASF Plant Science GmbH (Ludwigshafen, il-Ġermanja); Plant Science Sweden AB (Svalöv, l-Isvezja); Amylogene HB (Svalöv); u BASF Plant Science Co. GmbH, li kienet BASF Plant Science Holding GmbH (Ludwigshafen) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u U. Zinsmeister, avukati, u D. Slater, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. O’Reilly u M. C. Zadra, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Bering Liisberg u R. Holdgaard, aġenti)

Suġġett

Talba għal dikjarazzjoni li, billi ma tadottax deċiżjoni fir-rigward tan-notifika tar-rikorrenti dwar it-tqegħid fis-suq ta’ patata mmodifikata ġenetikament Amflora, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77), u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Mauerhofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-515/08) (1)

(Kuntratt qafas multiplu ‘Commission 2007’ - Reklutaġġ ta’ esperti fil-kuntest tal-azzjonijiet marbuta mal-għajnuna mogħtija lil pajjiżi terzi - Kompiti ta’ kompetenza - Miżura tal-Kummissjoni dwar in-numru ta’ ġranet fatturabbli pprovduti - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ att li jista’ jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2010/C 221/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Volker Mauerhofer (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Schartmüller, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Boelaert, aġent)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-ordni ta’ servizz tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Settembru 2008, li temenda l-kuntratt speċifiku 2007/146271, konkluż bejn il-Kummissjoni u l-kuntrattur ewlieni responsabbli mill-proġett “Value Chain Mapping Analysis”) imwettaq fil-Bożnija u l-Ħerżegovina, li tnaqqas in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol maħduma mir-rikorrent, abbażi tal-kuntratt li jorbtu mal-imsemmi kuntrattur ewlieni, li dan tal-aħħar seta jiffattura lill-Kummissjoni, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Volker Mauerhofer huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2010 — Biocaps vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/09) (1)

(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Eżistenza tad-destinatarju tad-deċiżjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2010/C 221/73

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Biocaps (Orsay, Franza) (rappreżentanti: Y.-R. Guillou, H. Speyart van Woerden u T. Verstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6524, tad-29 ta’ Ottubru 2008, fil-Każ COMP/39510, li tordna lil Laboratoire Champagnat Desmoulins Philippakis, kif ukoll lill-entitajiet kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha, sabiex jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

(2)

Biocaps għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 55, 7.3.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2010 — Meister vs UASI

(Kawża T-284/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Redazzjoni tardiva tar-rapporti ta’ evalwazzjoni - Suġġett tar-rikors fl-ewwel istanza - Risposta tardiva għall-ilmenti - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

2010/C 221/74

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Herbert Meister (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: H.-J. Zimmermann, avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero u G. Faedo, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u E. Winter, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-18 ta’ Mejju 2009, Meister vs UASI (F-138/06 u F-37/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Herbert Meister għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2010 — Jurašinović vs Il-Kunsill

(Kawża T-359/09) (1)

(Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rapporti tal-osservaturi mibgħuta mill-Unjoni Ewropea fir-reġjun ta’ Knin (Kroazja) - Miżura intermedjarja - Inammissibbiltà - Rifjut impliċitu għal aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar- rikors - Ma hemmx lok li tingħta deċiżjoni)

2010/C 221/75

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ivan Jurašinović (Angers, Franza) (rappreżentant: A. Beguin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Fekete u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Ġunju 2009 li tirrifjuta l-aċċess tar-rikorrenti għar-rapporti tal-osservaturi tal-Unjoni Ewropea preżenti fil-Kroazja, fiż-żona ta’ Knin, mill-1 sal-31 ta’ Awwissu 1995, u għad-dokumenti bir-referenza “ECMM RC Knin Log reports” kif ukoll tad-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut meħuda fuq talba konfermatorja u, min-naħa l-oħra, talba intiża li l-Kunsill jiġi ordnat jawtorizza l-aċċess, taħt forma elettronika, tad-dokumenti mitluba.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet tar-rikors ta’ Ivan Jurašinović intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tiċħad it-talba konfermatorja tiegħu ta’ aċċess għar-rapporti tal-osservaturi tal-Unjoni Ewropea preżenti fil-Kroazja, fiż-żona ta’ Knin, mill-1 sal-31 ta’ Awwissu 1995, u għad-dokumenti bir-referenza “ECMM RC Knin Log reports”.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 267, 7.11.2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/46


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 — Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni

(Kawża T-61/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)

2010/C 221/76

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Fernando Marcelino Victoria Sánchez (Sevilla, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. Domínguez Varela, sussegwentement P. Suarez Plácido, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N Lorenz, N. Görlitz u P. López-Carceller, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u I. Martínez del Peral, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex l-integrità fiżika tar-rikorrenti, id-drittijiet fundamentali tiegħu u dawk taċ-ċittadini Ewropej li jistgħu jkunu affettwati, jiġu ggarantiti.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/46


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2010 minn Y mis-sentenza mogħtija fis-7 ta’ Ottubru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-29/08, Y vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-493/09 P)

()

2010/C 221/77

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Y (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. Van Rossum, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħtija fis-7 ta’ Ottubru 2009 (Kawża F-29/08, Y vs Il-Kummissjoni) li tiċħad ir-rikors tal-appellant;

tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2007 li tilliċenzja lill-appellant;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallsu r-remunerazzjoni li kien ikompli jirċievi li kieku l-kuntratt tiegħu ma ntemmx qabel, kif ukoll l-allowances kollha li jistgħu jkunu dovuti lilu;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallsu kumpens ta’ EUR 500 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti minnu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tas-7 ta’ Ottubru 2009, mogħtija fil-Kawża Y vs Il-Kummissjoni, F-29/08, li tiċħad ir-rikors li permezz tiegħu l-appellant kien talab, minn naħa waħda, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-liċenzjament tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-ħlas tad-danni.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni illi t-TSP kkommetta żbalji ta’ liġi:

billi kkunsidra illi l-Kummissjoni ma kellhiex l-obbligu li tikkonsulta mal-kumitat tar-rapporti filwaqt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2004 li stabbilixxiet id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni fir-rigward ta’ proċeduri li jirregolaw ir-reklutaġġ u l-impjieg tal-membri tal-persunal bil-kuntratt timponi tali konsultazzjoni;

billi kkunsidra li l-appellant kien ġie liċenzjat b’mod validu minkejja illi huwa ma setax isostni l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-opinjoni tal-kumitat tar-rapporti li ma ġiex innotifikat biha;

billi ddeċieda illi n-nuqqas ta’ notifika lill-appellant tal-opinjoni tal-kumitat tar-rapporti ma jiksirx id-drittijiet tad-difiża tiegħu;

billi kkunsidra illi d-deċiżjoni ta’ liċenzjament ma kinitx ibbażata fuq l-opinjoni tal-kumitat tar-rapporti, minkejja illi din l-opinjoni kienet espressament imsemmija fir-raġunijiet tad-deċiżjoni ta’ liċenzjament;

billi qies illi l-istituzzjoni bbażat ruħha biss fuq ilmenti u fuq fatti msemmija fir-rapport dwar il-perijodu ta’ prova tal-appellant, minkejja illi mill-kliem ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta illi kienet ibbażata fuq aspetti relatati ma’ allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni passiva;

billi qies illi d-deċiżjoni ta’ liċenzjament kellha bażi valida minkejja illi kienet ibbażata fuq ilmenti u fatti li seħħew qabel id-dħul fis-servizz tal-appellant bħala membru tal-persunal bil-kuntratt;

billi qies illi d-deċiżjon ta’ liċenzjament ma kinitx sanzjoni dixxiplinari minkejja li n-nuqqasijiet li dwarhom ġie kkritikat l-appellant taw lok għal bidu ta’ proċeduri dixxiplinari li jirrigwardaw l-istess fatti u l-istess aġir bħal dawk użati sabiex jiġġustifikaw id-deċiżjoni ta’ liċenzjament.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/47


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2010 — Danzeisen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-242/10)

()

2010/C 221/78

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Werner Danzeisen (Eichstetten, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010 sa fejn huwa jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fis-sens li l-punt 9 tal-Parti A tal-Anness XI tiegħu jipprovdi b’mod vinkolanti, f’dak li jikkonċerna l-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 57, li l-użu tiegħu għandu jkun “skont ir-regoli li jakkumpanjaw ir-reġistrazzjoni tiegħu […] fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intelletwali”, b’mod partikolari sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet (regolament għall-użu tal-marka kollettiva) jipprovdu:

fl-Artikolu 2(4), li l-ebda persuna, u dan jinkludi wkoll lir-rikorrent, ma jista’ juża l-loga tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea “without empowerment from the Bodies designed or recognised in accordance with the Community Regulations”, jiġifieri mingħajr awtorizzazzjoni għall-użu tal-imsemmi logo mill-awtoritajiet jew korpi ta’ kontroll li nħolqu mid-dritt tal-Unjoni jew li huma rikonoxxuti bis-saħħa ta’ dan tal-aħħar;

fl-Artikolu 4, għal klawżola ta’ eżenzjoni minn responsabbiltà li bis-saħħa tagħha l-Unjoni Ewropea ma tiggarantixxix li l-logo ta’ produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea jista’ jintuża fl-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-eżistenza ġuridika proprja tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt tagħha għal-logo ta’ produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea “except to the extent of its corporate existence and of its underlying entitlement to the Organic Farming Mark”, u dan jikkostitwixxi għaldaqstant limitazzjoni tar-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea biss għall-eżistenza ġuridika tagħha u għad-dritt tagħha għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret;

fit-tieni sentenza tal-Artikolu 7(2), li d-dispożizzjonijiet tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva rigward l-użu u l-ġestjoni tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea jistgħu jeżistu flimkien mar-regoli tal-Unjoni Ewropea u l-liġijiet nazzjonali, iżda li, fil-każ ta’ kunflitt fir-rigward tal-użu tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea, ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka jipprevalu u għandhom jiġu applikati u li “in case of conflict concerning the use of the Organic Farming Mark”, il-“provisions of the present Regulations on use and management” huma għaldaqstant applikabbli, filwaqt li r-regoli l-oħra, b’mod partikolari dawk tar-Regolament (UE) Nru 271/2010, mhumiex applikabbli;

fl-Artikolu 9(3), li l-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea ma jistax jintuża b’mod kritiku jew li juri nuqqas ta’ rispett fil-konfront tal-Unjoni Ewropea jew tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva, li ġie stabbilit fl-Uffiċċju Benelux tal-Proprjetà Intellettwali;

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12, li l-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tikkontrolla direttament l-prodotti u l-materjal tar-reklamar li għandhom il-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea jew li titlob b’mod regolari eżempji ta’ użu;

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15, li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva tal-Unjoni Ewropea huma fil-kompetenza esklużiva tar-rappreżentant legali tagħha, il-Kummissjoni Ewropea, u li hija eskluża mill-qrati tal-Unjoni Ewropea

fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 15, li r-regolamenti li jirregolaw l-użu u l-ġestjoni tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea huma suġġetti għad-dritt Belġjan;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jikkontesta l-verżjoni l-ġdida tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 (1) introdotta permezz tar-Regolament (UE) Nru 271/2010 (2).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka qabel kollox ksur tat-tielet sentenza tal-Artikolu 297(1) TFUE għaliex il-punt 9 tal-Parti A tal-Anness XI tar-Regolament Nru 889/2008 kif emendat bir-Regolament Nru 271/2010 jirreferi għar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva, li l-Kummissjoni stabbiliet mar-reġistrazzjoni tal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea fir-reġistru tal-Uffiċċju Benelux tal-proprjetà intellettwali, u dawn ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva ma ġewx ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, minkejja li, bl-effett tar-riferiment, huma għandhom l-istess effett vinkolanti bħall-kliem innifsu tar-regolament tal-Kummissjoni.

Fit-tieni lok, ir-rikorrent iqis li r-riferiment dinamiku għar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva tal-Kummissjoni jippermetti l-bdil skont kif tixtieq hi tal-kontenut effettiv tar-Regolament Nru 271/2010, u jeskludi l-Istati Membri, u dan jevita u jmur kontra l-leġitimazzjoni tal-att leġiżlattiv permezz tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri.

Fit-tielet lok, ir-rikorrent jikkontesta l-fatt li r-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva jipprovdu li ħadd ma jista’ juża l-logo ta’ produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma jkun ġie awtorizzat għal dan il-għan mill-awtoritajiet jew mill-korpi ta’ kontroll. Dan huwa inkompatibbli mal-Artikolu 24(2) u mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 (3).

Fir-raba’ lok, ir-rikorrent jinvoka l-fatt li r-regolament għall-użu tal-marka kollettiva jinkludi klawżola ta’ nonresponsabbiltà favur il-Kummissjoni Ewropea, u permezz tagħha din tal-aħħar teħles ruħha illegalment mill-obbligu uffiċjali tagħha li tħares ukoll lir-rikorrent mid-danni.

Fil-ħames lok, ir-rikorrent isostni li r-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva jipprovdu li, f’każ ta’ kunflitt meta mqabbel ma’ atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni Ewropea u ta’ liġijiet nazzjonali, id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolamenti jieħdu dejjem il-prijorità, u dan jikkostitwixxi ksur tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni.

Fis-sitt lok, ir-rikorrent jilmenta li r-regolamenti li jirregolaw l-użu tat-trade mark kollettiva jipprekluduh milli juża l-logo ta’ produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea b’mod kritiku fil-konfront tal-Unjoni Ewropea. Dan jikkostitwixxi ħsara arbitrarja u mhux ġustifikata għad-dritt fundamentali tiegħu għal-libertà ta’ espressjoni.

Fis-seba’ lok, ir-rikorrent jinvoka l-fatt li r-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva jipprovdu li l-Kummissjoni tista’ teżiġi eżempji ta’ użu mill-utenti tal-logo ta’ produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea u teżamina dawn l-eżempji, u b’dan il-mod il-Kummissjoni tagħti lilha nfisha dritt ta’ aċċess dritt għall-impriżi; u dan jikser il-prinċipju tat-tqassim tal-kompetenzi fir-rigward tal-Istati Membri.

Fit-tmien lok, ir-rikorrent jilmenta li l-Unjoni Ewropea rreġistrat il-logo ta’ produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea inkwantu marka kollettiva, u dan huwa inkompatibbli, b’mod partikolari, mar-Regolament Nru 834/2007.

Fid-disa’ lok, ir-rikorrent isostni li, fir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva, il-Kummissjoni żżomm id-dritt li tinterpreta l-imsemmi regolamenti hija nfisha, u dan jippreġudika l-monopolju ta’ interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Fl-aħħar nett, il-fatt li r-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva jipprovdu għall-applikazzjoni tad-dritt Belġan f’dak li jikkonċerna lir-rikorrent huwa arbitrarju.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008, tal-5 ta’ Settembru 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010, tal-24 ta’ Marzu 2010, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 84, p. 19).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, tat-28 ta’ Ġunju 2007, dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU L 189, p. 1).


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/49


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — Tsakíris-Mállas vs UASI — Seven (7 Seven Fashion Shoes)

(Kawża T-244/10)

()

2010/C 221/79

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Tsakíris-Mállas A.E. (Argyroúpoli Attikís, il-Greċja) (rappreżentant: N. Simantíras, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven S.p.A. (Torino, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta’ Marzu 2010 fil-Każ 1045/2009-2.

tilqa’ l-applikazzjoni Nru 5 445 481 għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark figurattiva “7Seven Fashion Shoes” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċeduri għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-appell ippreżentat quddiem il-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-Trade mark figurattiva “7Seven Fashion Shoes” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 — Reġistrazzjoni Nru 5 445 481

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Taljana “7Seven”, irreġistrata taħt in-Nru 769 296, għal prodotti fil-klassijiet 14, 16 u 18; trade mark figurattiva Taljana rreġistrata taħt in-Nru 928 116, għal prodotti fil-klassijiet 16 u 18.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassi 18

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell b’mod żbaljat ikkonkluda li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni; ksur tal-Artikolu 65(2) flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) 207/2009, peress li l-Kunsill naqas milli jeżamina jekk l-Artikolu 8(5) tar-regolament kienx applikabbli.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/49


Appell ippreżentat minn Luigi Marcuccio fid-9 ta’ Ġunju 2010 mid-digriet mogħti fil-25 ta’ Marzu 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-102/08, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/10 P)

()

2010/C 221/80

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

F’kull każ, tannulla d-digriet ikkontestat fl-intier tiegħu.

Tiddikjara li r-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u li kien is-suġġett tad-digriet ikkontestat kien perfettament ammissibbli.

Prinċipalment: tilqa’, fl-intier tagħhom, it-talbiet imressqa mill-appellant fl-ewwel istanza.

Tikkundanna lill-appellata tirrimborsa lill-appellant l-ispejjeż ġudizzjarji u l-onorarji kollha, li huwa sostna u li għadu qed isostni inkonnessjoni kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik tal-appell preżenti.

Sussidjarjament: tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jiddeċiedi mill-ġdid, b’kompożizzjoni ġdida, dwar il-mertu ta’ din il-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti jirrigwarda d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-25 ta’ Marzu 2010. Permezz ta’ dan id-digriet, it-TSP ċaħad bħala, parzjalment manifestament inammissibbli u, parzjalment manifestament nieqes minn kull bażi legali, rikors li għandu bħala suġġett il-fatt li tiġi kkonstatata l-ineżistenza jew minn tal-inqas l-illegalità tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni rrifjutat li tikkomunikalu kopja tar-ritratti miġbuda matul it-trasferiment mill-akkomodazzjoni, pprovduta lilu minn min kien jimpjegah, li kien jokkupa f’Luanda (l-Angola) u, li jiġu meqruda d-dokumenti kollha marbuta ma’ dan it-trasferiment, kif ukoll li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tikkumpensah għad-dannu li jirriżulta mill-fatt li hija pproċediet bl-imsemmi trasferiment kontra l-volontà tiegħu.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant isostni kemm nuqqas totali ta’ motivazzjoni kif ukoll ksur tar-regoli proċedurali dwar il-produzzjoni tal-prova, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn il-partijiet fil-kawża, tal-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tat-TSP, tad-dmir ta’ premura li l-Kummissjoni għandha fir-rigward tal-appellant u tal-obbligu ta’ amminstrazzjoni tajba.

L-appellant isostni wkoll li t-TSP naqas milli jiddeċiedi fuq tlieta mit-talbiet tiegħu.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/50


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/10)

()

2010/C 221/81

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Marzu 2010, C(2010) 1711 finali, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 4/2003 (ex NN 102/2002).

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Taljana ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2010 C(2010) finali, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 4/2003 (ex NN 102/2002), innotifikata b’ittra tal-25 ta’ Marzu 2010 SG Greffe (2010) D/4224. Din id-deċiżjoni, adottata wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-494/06 P Il-Kummissjoni vs L-Italja u WAM, li tiċħad l-appell tal-Kummissjoni mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali li laqgħet ir-rikorsi ppreżentati mill-Italja u mill-WAM kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/177/KE dwar l-għajnuna mill-Istat C 4/2003 (ex NN 102/2002) mogħtija mill-Italja favur WAM, ikkwalifikat bħala inkompatibbli mas-suq komuni l-miżuri ta’ għajnuna fuq rati ta’ interessi mogħtija lil WAM S.p.A. skont il-Liġi 394/81, dwar miżuri insostenn tal-esportazzjoni Taljana fl-1995 u l-2000.

Insostnenn tar-rikors tagħha r-Repubblika Taljana ssostni:

 

L-ewwel motiv. Ksur tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 (1) u tal-prinċipju ta’ ne bis in idem. F’dan ir-rigward, hija ssostni li d-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni, adottata fl-2004, dwar l-istess għajnuna, ġiet annullata fl-intier tagħha u retroattivament mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja. Dan wassal għal kunsens taċitu fuq l-għajnuna, li jirriżulta mid-deċiżjoni li tinbeda investigazzjoni formali f’Jannar 2003. Barra minn hekk, japplika l-prinċipju ta’ ne bis in idem.

 

It-tieni motiv. Ksur tal-Artikoli 108(2) u (3) TFUE u tal-Artikoli 4, 6, 7, 10, 13 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 659/99. Skont ir-Repubblika Taljana, id-deċiżjoni l-ġdida tinkludi eżami kompletament ġdid tal-għajnuna inkwistjoni. Għaldaqstant din kellha tiġi adottata qabel il-bidu ta’ proċeduri ta’ investigazzjoni formali kontra l-Istat Membru u l-parti interessata.

 

It-tielet motiv. Ksur tar-res judicata. Ir-rikorrenti ssostni li s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għajnuna preċedenti saru res judicata fir-rigward tal-fatt li l-għajnuna ma tiffavorixxix esportazjonijiet iżda l-ispejjeż ta’ penetrazzjoni kummerċjali fi swieq terzi, u fuq il-fatt li sempliċi referenzi ġeneriċi għall-prinċipji dwar l-għajnuna mill-Istat li jaffettwaw direttament is-suq intern ma humiex biżżejjed sabiex jimmotivaw deċiżjoni dwar għajnuna li taffettwa direttament suq terz, u iktar u iktar meta tkun ta’ importanza minima. Madankollu, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni l-ġdida tagħha, eskludiet ir-res judicata, fejn applikat dawn il-prinċipji biss b’mod apparenti.

 

Ir-raba’ motiv. Ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju u tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 659/99. Nuqqas ta’ investigazzjoni. Ir-rikorrenti tippreċiża, dwar dan il-punt, li d-deċiżjoni l-ġdida ġiet adottata billi ntuża bħala parti mill-investigazzjoni studju universitarju tal-2009 dwar il-kumpannija benefiċjarja, li ma ġiex ikkomunikat lill-partijiet interessati u lanqas ma ġie diskuss magħhom mill-Kummissjoni qabel ma adottat id-deċiżjoni l-ġdida.

 

Il-ħames motiv. Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikoli 1(1)(d) u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006. Ksur tar-res judicata. Natura kontradittorja. Skont ir-Repubblika Taljana, l-għajnuna inkwistjoni taqa’ taħt l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1998/2006 dwar l-għajnuna “de minimis” peress li hija inqas minn EUR 200 000 fuq tliet snin. Għalhekk, din ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u ma kellhiex tiġi notifikata. Dan ir-regolament kien japplika għaliex kien diġà ġie deċiż li ma kinitx għajnuna għall-esportazzjoni.

 

Is-sitt motiv. Ksur tal-Artikolu 107(3)(ċ) u (e) TFUE u tal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001. Fi kwalunkwe każ, kienet tikkonċerna għajnuna kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE, għaliex kienet intiża sabiex tiffavorixxi l-attività ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-kumpanniji Komunitarji. Id-deċiżjoni naqset milli tagħmel dan l-eżami.

 

Is-seba’ motiv. Ksur tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/99 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fi kwalunkwe każ, l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata ġiet ikkalkolata b’mod eċċessiv: l-għajnuna effettiva hija r-riżultat tad-differenza bejn ir-rata ta’ referenza fil-mument tal-ħlasijiet singoli tal-finanzjament u r-rata ta’ bonifika, mhux tad-differenza bejn ir-rata ta’ referenza fis-seħħ fil-mument (preċedenti ħafna) fejn il-finanzjamenti ngħataw u l-imsemmija rata bonifikata.

Ir-Repubblika Taljana tinvoka wkoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/51


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Microban International u Microban (Europe) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-262/10)

()

2010/C 221/82

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Microban International Ltd (Huntersville, l-Istati Uniti) u Microban (Europe) Ltd. (Heath Hayes, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. S. Rydelski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/169, tad-19 ta’ Marzu 2010, dwar in-noninklużjoni ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel skont id-Direttiva 2002/72/KE (ĠU L 75, p. 25), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/169 dwar in-noninklużjoni ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel skont id-Direttiva 2002/72/KE (1) (ĠU L 75, p. 25), u notifikata taħt id-dokument C(2010) 1613.

Insostenn tal-osservazzjonijiet tagħha, ir-rikorrenti ressqet il-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, id-deċiżjoni kkontestata mhijiex konformi mal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni skont ir-Regolament Qafas (2) għaliex ma għandhiex bażi legali xierqa għall-adozzjoni tagħha.

 

It-tieni nett, id-deċiżjoni adottata mill-konvenuta li ma tinkludix il-prodott ikkonċernat fil-lista ta’ addittivi tal-Unjoni mingħajr deċiżjoni ta’ ġestjoni tar-riskju, ibbażata biss fuq l-irtirar tal-applikazzjoni oriġinali għall-awtorizzazzjoni, hija bi ksur tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-prodott ikkonċernat.

 

It-tielet nett, il-konvenuta kisret l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti billi ma tatx l-opportunità li tissostitwixxi l-applikant oriġinali għall-prodott ikkonċernat.

 

Fl-aħħar nett, il-proċedura li twassal għad-deċiżjoni kkontestata ma kinitx konformi mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, bħall-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ trasparenza u ta’ ċertezza legali.


(1)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE, tas-6 ta’ Awissu 2002, dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 535)

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ottubru 2004, dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, p. 4).


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/52


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-263/10)

()

2010/C 221/83

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, abbażi tar-raġunijiet esposti fit-Taqsima I tal-motivi ta’ dan l-att, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta’ April 2010, li tinterrompi t-terminu perentorju għall-ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fis-17 ta’ Diċembru 2009;

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea kienet obbligata tħallas l-interessi minħabba d-dewmien fil-ħlas effettiv tat-talbiet interim indebitament sospiżi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinterrompi t-terminu perentorju għal ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fi-10 ta’ Diċembru 2009. Din it-talba għal ħlas interim, li tammonta għal EUR 2 717 227,26 tikkorrispondi għall-Programm Operattiv ta’ Intervent Komunitarju tal-Fond Soċjali Ewropew li jaqa’ taħt l-għan ta’ kompetitività reġjonali u impjieg tal-Comunidad Autónoma de Baleares (CCI 2007ES052PO005).

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

ksur tal-Artikolu 91(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, sa fejn il-Kummissjoni, mingħajr ma pprovdiet rapport ta’ korp ta’ verifika nazzjonali jew Komunitarju li juri li hemm nuqqas sinjifikattiv fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u mingħajr ma kien jeżisti dan in-nuqqas, interrompiet, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, it-terminu perentorju għall-ħlas fir-rigward ta’ ċerti talbiet għall-ħlasijiet imressqa minn Spanja.

Ksur tal-istrateġiji ta’ kontroll adottati mill-Kummissjoni minħabba li l-Kummissjoni interrompiet it-terminu perentorju għall-ħlas tal-imsemmija ħlasijiet interim peress li kkunsidrat li n-nuqqas ta’ verifiki tas-sistemi jikkostitwixxi dewmien sinjifikattiv fl-eżekuzzjoni tal-istrateġiji, filwaqt li l-imsemmija strateġija tagħti lir-Renju ta’ Spanja sat-30 ta’ Ġunju 2010 sabiex jippreżenta l-imsemmija verifiki.

Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn il-Kummissjoni ssostni li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jippreżenta l-verifiki tas-sistema iktar kmieni mill-iskeda miftiehma mal-Kummissjoni nnifisha, minkejja li din l-eżiġenza ma kinitx prevedibbli għall-awtoritajiet Spanjoli.

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn l-awtoritajiet nazzjonali aġixxew fid-dawl ta’ skedi ta’ verifika li l-Kummissjoni kienet approvat fl-istrateġiji, skeda li kienet qed tiġi osservata, mingħajr ma kien hemm xi indikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni li hija kienet tissuspetta li kien hemm xi nuqqas fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll.

Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-miżura adottata mill-Kummissjoni hija sproporzjonata u tmur kontra ġestjoni finanzjarja effikaċi u sa fejn jeżistu strumenti ġuridiċi oħra li huma inqas onerużi sabiex jintlaħaq l-istess għan.

Fl-aħħar nett, ir-Renju ta’ Spanja jitlob il-ħlas ta’ interessi moratorji skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1083/2006, l-Artikolu 83 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1605/2002 (2) u l-Artikolu 106(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002 (3).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Gunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Volum 4, p. 74).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Volum 4, p. 145).


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/53


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-264/10)

()

2010/C 221/84

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, abbażi tar-raġunijiet esposti fit-Taqsima I tal-motivi ta’ dan l-att, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Mejju 2010, li tinterrompi t-terminu perentorju għall-ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fit-18 ta’ Diċembru 2009;

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea kienet obbligata tħallas l-interessi minħabba d-dewmien fil-ħlas effettiv tat-talbiet interim indebitament sospiżi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinterrompi t-terminu perentorju għal ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fit-18 ta’ Diċembru 2009. Din it-talba għal ħlas interim, li tammonta għal EUR 37 320 854,12 tikkorrispondi għall-Programm Operattiv ta’ Intervent Komunitarju tal-Fond Soċjali Ewropew tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni li jaqa’ taħt l-għanijiet ta’ konverġenza u ta’ kompetitività reġjonali u l-impjieg fi Spanja (CCI 2007ESO5UPO002).

Il-motivi u argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-263/10 Spanja vs Il-Kummissjoni.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/53


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-265/10)

()

2010/C 221/85

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla, abbażi tar-raġunijiet esposti fit-Taqsima I tal-motivi ta’ dan l-att, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-15 ta’ April 2010, li tinterrompi t-terminu perentorju għall-ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fil-11 ta’ Diċembru 2009;

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea kienet obbligata tħallas l-interessi minħabba d-dewmien fil-ħlas effettiv tat-talbiet interim indebitament sospiżi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinterrompi t-terminu perentorju għal ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fil-11 ta’ Diċembru 2009. Din it-talba għal ħlas interim, li tammonta għal EUR 27 754 408,38 tikkorrispondi għall-Programm Operattiv ta’ Intervent Komunitarju tal-Fond Soċjali Ewropew li jaqa’ taħt l-għan ta’ konverġenza tal-Comunidad Autónoma de Galicia (CCI 2007ES051PO004).

Il-motivi u argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-263/10 Spanja vs Il-Kummissjoni.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/54


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/10)

()

2010/C 221/86

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, abbażi tar-raġunijiet esposti fit-Taqsima I tal-motivi ta’ dan l-att, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-11 ta’ Mejju 2010, li tinterrompi t-terminu perentorju għall-ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fl-10 ta’ Diċembru 2009;

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea kienet obbligata tħallas l-interessi minħabba d-dewmien fil-ħlas effettiv tat-talbiet interim indebitament sospiżi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinterrompi t-terminu perentorju għal ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fi-10 ta’ Diċembru 2009. Din it-talba għal ħlas interim, li tammonta għal EUR 6 509 540,26 tikkorrispondi għall-Programm Operattiv ta’ Intervent Komunitarju tal-Fond Soċjali Ewropew li jaqa’ taħt l-għan ta’ kompetitività reġjonali tal-País Vasco; CCI 2007ES052PO010).

Il-motivi u argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-263/10 Spanja vs Il-Kummissjoni.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/54


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2010 — Conceria Kara vs UASI — Dima (Karra)

(Kawża T-270/10)

()

2010/C 221/87

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Conceria Kara Srl (Trezzano sul Naviglio, l-Italja) (rappreżentanti: P. Picciolini, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dima — Gida Tekstil Deri Insaat Maden Turizm Orman Urünleri Sanayi Ve Ticaret Ltd Sti

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tad-29/03/10, li ddeċidiet fuq ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-UASI fir-rigward tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 171 453 ta’ Conceria Kara kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 346 457.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: DIMA — TEKSTIL DERI INSAAT MADEM TURIZM ORMAN URÜNLERE SANAYI VE TICARET LTD. STI.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “KARRA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 18, 20, 24, 25 u 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi Taljani “KARA” (Nru 765 532, għal prodotti fil-klassi 35, u Nru 761 972, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18 u 25), it-trade mark figurattiva Komunitarja Nru 887 810 (“KARA”), għal prodotti, fost oħrajn, fil-klassijiet 18 u 25, u l-isem kummerċjali tal-kumpannija Taljana “CONCERIA KARA S.R.L.”, li l-użu tiegħu huwa invokat fir-rigward tal-istess prodotti u servizzi li jidħlu taħt it-trade marks imsemmija iktar ’il fuq.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Nuqqas ta’ motivazzjoni u interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/55


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — H vs Il-Kunsill u Oħrajn

(Kawża T-271/10)

()

2010/C 221/88

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H (Catania, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u M. Velardo, lawyers)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea u Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tas-7 ta’ April 2010 u, jekk ikun neċessarju, id-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010;

tordna lill-konvenuti jħallsu d-danni sostnuti mir-rikorrenti, stimati għal EUR 30 000;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tal-proċeduri, flimkien ma’ interessi ta’ 8 %.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti, skont l-Artikolu 263 TFUE, titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina tas-7 ta’ April 2010, u, jekk ikun neċessarju, tad-deċiżjoni ta’ konferma tat-30 ta’ April 2010, li fiha ġie deċiż li r-rikorrenti tiġi assenjata mill-ġdid mill-kwartieri ġenerali tal-missjoni f’Sarajevo lejn l-uffiċċju reġjonali fi Banja Luka, kif ukoll it-tnaqqis fil-livell tar-rikorrenti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 340 TFUE, l-għoti ta’ danni li jammontaw għal EUR 30 000.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali m’għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi din il-kawża wara d-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-6 ta’ Ottubru 2006 fil-kawża F-53/06, Gualtieri vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tippreżenta dawn il-motivi li ġejjin;

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni abbuż ta’ poter, peress li ma kienx hemm raġuni oġġettiva li tiġġustifika r-riallokazzjoni.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssosnti li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni, peress li l-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina ma mmotivatx ir-raġunijiet operattivi għar-riallokazzjoni.

It-tielet nett, kien hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li ma kienx hemm bżonn urġenti li jiġi riallokat prosekutur lejn l-uffiċċju reġjonali fi Banja Luka.

Barra minn hekk, kien hemm ksur tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2009 (1), peress li l-Kap tal-Missjoni ma kienx awtorizzat sabiex jassenja mill-ġdid lill-persunal iżda biss sabiex jipprovdi l-ġestjoni ta’ kuljum tal-persunal.

Fl-aħħar, ir-rikorrenti titlob l-għoti ta’ dani għal fastidju morali.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2009 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) (ĠU L 322, p. 32)


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/56


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2010 — Olive Line International vs UASI — O. International (O•LIVE)

(Kawża T-273/10)

()

2010/C 221/89

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: O. International, S.r.l (Spoleto, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Jannar 2010 fil-Każ R 4/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, jekk issir parti intervenjenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “O·LIVE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 44 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5 715 008

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5 086 657 tat-trade mark figurattiva “Olive Line”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 29 u 30; ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 2 741 533 tat-trade mark figurattiva “Olive Line”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 29 u 30; ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 2 525 564 tat-trade mark verbali “Olive Line”, għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat li ma teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/56


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2010 — Wesergold Getränkeindustrie vs UASI — Lidl Stiftung (WESTERN GOLD)

(Kawża T-278/10)

()

2010/C 221/90

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG (Rinteln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta’ Marzu 2010, fil-Każ R 770/2009-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Lidl Stiftung & Co KG.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali WESTERN GOLD għal prodotti fil-klassi 33

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark nazzjonali u Komunitarja WeserGold għal prodotti fil-klassijiet 29, 31 u 32; trade mark verbali nazzjonali u internazzjonali Wesergold għal prodotti fil-klassijiet 29, 31 u 32 u trade mark verbali nazzjonali WESERGOLD għal prodotti fil-klassi 32.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell la rrinvija l-każ u lanqas eżamina l-fondatezza tal-oppożizzjoni, ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 minħabba ksur tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti, kif ukoll ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ma mmotivax id-deċiżjoni tiegħu.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, tas- 26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/57


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2010 — Fondation de l'Institut de Recherche Idiap vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/10)

()

2010/C 221/91

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fondation de l’Institut de Recherche idiap (rappreżentant: G. Chapus-Rapin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

l-ewwel nett, tagħti effett sospensiv lil dan ir-rikors;

prinċipalment,

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tilqa’ ir-rikors;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2010 mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea;

tiddikjara eliġibbli sabiex jibbenifikaw mill-fondi esterni tal-Unjoni Ewropea, l-ispejjeż tar-riċerkaturi ta’ IDIAP għall-benefiċċju ta’ kuntratt ta’ perijodu indeterminat li jaħdmu fuq il-programmi AMIDA, BACS u DIRAC;

tordna li l-IDIAP ma għandhiex tħallas lura EUR 98 042,45 lil DIRAC u EUR 251 505,76 lil AMIDA;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukat tal-IDIAP;

sussidjarjament,

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tilqa’ ir-rikors;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2010 mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea;

tordna verifika ġdida tal-IDIAP mill-Kummissjoni Ewropea u tordnaha sabiex tafdaha lil istituzzjoni oħra barra Treureva;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukat tal-IDIAP.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ, ir-rikorrenti titlob essenzjalment lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkonstata l-eġibbiltà tal-ispejjeż imħallsa mir-riċerkaturi li jibbenifikaw minn kuntratti ta’ xogħol għal perijodu indeterminat fil-kuntest tal-kuntratti AMIDA, BACS u DIRAC li jaqgħu taħt il-kuntest ta’ programmi speċifiċi ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni intitolati “L-Integrazzjoni u t-tisħiħ tal-Qasam Ewropew tar-Riċerka (2002-2006)” u “Teknoloġiji tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (2000-2006)”.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li:

l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-kuntratti AMIDA, BACS u DIRAC, li tipprovdi li l-ispejjeż għall-kuntratti ta’ xogħol għal perijodu indeterminat tar-riċerkaturi huma spejjeż ta’ funzjonament ordinarju mhux eliġibbli u ma humiex spejjeż addizzjonali marbuta mal-proġetti, hija arbitrarja jew tal-inqas mhux fondata, sa fejn:

il-mudell tal-kuntratt bażiku tal-kuntratti AMIDA, BACS u DIRAC ma jeskludix mill-ispejjeż eliġibbli l-kuntratti ta’ xogħol għal perijodu indeterminat;

ir-rabta bejn il-kuntratti ta’ xogħol tar-riċerkaturi u l-proġetti AMIDA, BACS u DIRAC hija msemmija espressament fil-kuntratti ta’ xogħol;

il-kuntratti ta’ xogħol tar-riċerkaturi jeżistu biss għall-proġetti, peress li r-rikorrenti ma għandhiex fondi proprji sabiex tħallas riċerkaturi ħlief għall-proġetti;

l-aħjar mezz sabiex jiġi żgurat li r-riċerkaturi jistgħu jiġu rrilaxxati fit-tmiem ta’ proġett huwa l-kuntratt ta’ perijodu indeterminat, peress li dan jista’ taħt id-dritt Svizzeru (post tal-uffiċċju rreġistrat tar-rikorrenti) jitħassar f’kwalunkwe mument mingħajr ġustifikazzjoni permezz perijodu qasir ta’ avviż formali ta’ tmiem ta’ impjieg;

l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni hija kuntrarja għall-prinċipji ta’ bona fide u tal-aspettativi leġittimi, peress li din l-interpretazzjoni ġiet emendata progressivament;

sussidjarjament, il-proċedura ta’ verifika li hija s-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn difetti rriperabbli li għandhom iwasslu għall-annullament tagħha.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2010 — Ecolean Research & Development vs UASI (CAPS)

(Kawża T-452/07) (1)

()

2010/C 221/92

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2010 — Global Digital Disc vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-96/08) (1)

()

2010/C 221/93

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2010 — CPS Color Group vs UASI — Fema Farben und Putze (TEMACOLOR)

(Kawża T-295/08) (1)

()

2010/C 221/94

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/60


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta’ Ġunju 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Aċċess tal-amministrazzjoni għar-residenza ta’ uffiċjal ipprovduta lilu minn min kien jimpjegah - Rispett tad-domiċilju u tal-ħajja privata)

2010/C 221/95

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, sussegwentement G. Cipressa u L. Mansullo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li għandha bħala suġġett, minn naħa, kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba l-fatt li membri tal-persunal tal-Kummissjoni daħlu fir-residenza pprovduta lilu minn min kien jimpjegah f’Luanda fit-8 ta’ April 2002 u, min-naħa l-oħra, in-notifika tal-kopji tar-ritratti meħuda f’dik l-okkażjoni u l-qerda tad-dokumentazzjoni kollha relatata ma’ dan l-avveniment.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil L. Marcuccio s-somma ta’ EUR 5 000.

(2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Settembru 2008, inkwantu ċaħdet it-talba ta’ L. Marcuccio tal-24 ta’ April 2008, intiża għan-notifika tar-ritratti, għall-qerda tagħhom u għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar din il-qerda, hija annullata.

(3)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, kwart tal-ispejjeż ta’ L. Marcuccio.

(5)

L. Marcuccio għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 205, 29.8.2009, p. 48.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/60


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2010 — Kaser vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/10)

()

2010/C 221/96

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ferdinand Kaser (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Schober, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-ewwel nett, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea CMS 07/046 li tneħħi lir-rikorrent mill-kariga tiegħu, mingħajr tnaqqis tad-drittijiet ta’ pensjoni, b’effett mill-15 ta’ Awwissu 2009 u l-annullament tad-deċiżjonijiet kollha meħuda kontra r-rikorrent matul Settembru 2003 sakemm tneħħa mill-kariga u, it-tieni nett, talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jannulla d-Deċiżjoni CMS 07/046 minħabba fastidju, amministrazzjoni żbaljata u abbuż tad-dritt fundamentali għal smigħ;

jannulla d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Awtorità tal-Ħatra kontra r-rikorrent matul il-perijodu bejn Settembru 2003 sakemm tneħħa mill-kariga tiegħu minħabba fastidju u amministrazzjoni żbaljata minħabba l-abbuż tad-dritt fundamentali tar-rikorrent għal smigħ;

jawtorizza s-smigħ tar-rikorrent skont l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, u jirreferi għat-talbiet imressqa fi Frar 2008 u f’Marzu 2008;

jagħti kumpens simboliku ta’ EUR 1 lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu psikoloġiku u professjonali li huwa sofra kif espost fl-ilment preżenti, inkwantu l-għan ta’ tali ilment mhuwiex li jingħataw flus iżda r-rikonoxximent tad-dinjità u r-reputazzjoni professjonali tar-rikorrent.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/61


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2010 — Hecq vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-47/10)

()

2010/C 221/97

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: André Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw li jirrikonoxxu lir-rikorrent l-invalidità parzjali permanenti fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u li jqiegħdu akkarigu ta’ dan tal-aħħar parti mill-ispejjeż u onorarji mediċi sostnuti matul ix-xogħlijiet tal-kumitat mediku.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fil-5 ta’ Marzu 2010 (u nnotifikata b’ittra elettronika tat-8 ta’ Marzu 2010), li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment ippreżentat mir-rikorrent, fid-9 ta’ Diċembru 2009, kontra żewġ deċiżjonijiet amministrattivi, tas-7 ta’ Settembru 2009, li rispettivament jirrifjutaw li jirrikonoxxu lir-rikorrent, b’mod definittiv, xi kwalunkwe invalidità, fil-kuntest tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, u li barra minn hekk jimponu fuq ir-rikorrent li jbati nofs l-ispejjeż u onorarji tat-tabib li kien ippresjeda l-kumitat mediku, sa ammont ta’ EUR 500 (ulterjorment imnaqqas għal EUR 300), u li jbati wkoll it-totalità (imbagħad iktar tard, perċentwali ta’ 60 %) tal-ispejjeż u onorarji tat-tabib li kien irrapreżentah fil-kuntest tax-xogħlijiet tal-imsemmi kumitat mediku;

tannulla wkoll l-imsemmija deċiżjonijiet tas-7 ta’ Settembru 2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/61


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2010 — De Nicola vs BEI

(Kawża F-49/10)

()

2010/C 221/98

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni kkomunikata lir-rikorrent fil-11 ta’ Mejju 2010 sa fejn hija, essenzjalment, tostakola t-tentattiv ta’ ftehim bonarju tal-kawża billi tiċħad, b’mod impliċitu, it-talba għall-ħlas lura ta’ spiża medikali li tirrigwarda terapija bil-laser, u l-kundanna tal-konvenut sabiex iħallas lura lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 000, flimkien mal-interess u l-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja fuq is-somom irrikonoxxuti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkomunikata permezz ta’ posta elettronika tal-11 ta’ Mejju 2010;

tikkundanna lill-BEI iħallas lura lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 000, għal terapija bil-laser imwettqa fl-2007, flimkien ma’ kumpens għad-dannu li jirriżulta mill-iżvalutazzjoni monetarja u interess fuq is-somom irrikonoxxuti;

tikundanna lill-BEI għall-ispejjeż.


14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/61


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2010 — Merhzaoui vs Il-Kunsill

(Kawża F-52/10)

()

2010/C 221/99

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Merhzaoui (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni, tat-12 ta’ Mejju 2010, li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni definittiv tar-rikorrent għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2009.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni, tat-12 ta’ Mejju 2010, li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni definittiv tar-rikorrent għall-perijodu ta’ bejn l-2008 u l-2009.

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.