ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.217.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 217

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
11 ta' Awwissu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 217/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

1

2010/C 217/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5774 – Holtzbrinck/Bertelsmann/JV) ( 1 )

4

2010/C 217/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5909 – Rettig/Nordkalk) ( 1 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 217/04

Rata tal-kambju tal-euro

5

2010/C 217/05

Deċiżjoni sabiex tingħalaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali wara l-irtirar minn Stat Membru – Għajnuna mill-Istat – Spanja (L-Artikoli 107 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) – Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – l-irtirar ta' notifika – Għajnuna mill-Istat C 22/08 (ex N 222/07 u N 242/07) – Għajnuniet lil El Pozo Alimentación S.A.

6

2010/C 217/06

Deċiżjoni sabiex tingħalaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali wara l-irtirar minn Stat Membru – Għajnuna mill-Istat – Spanja (L-Artikoli 107 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) – Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – l-irtirar ta' notifika – Għajnuna mill-Istat C 23/08 (ex N 281/07) – Għajnuniet lil J. García Carrión La Mancha S.A.

6

2010/C 217/07

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-servizzi tal-posta ( 1 )

7

2010/C 217/08

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Awwissu 2010 li twaqqaf il-grupp ta’ esperti dwar l-internet tal-oġġetti

10

 

Rettifika

2010/C 217/09

Rettifika għall-Adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU C 210, 3.8.2010)

12

 

2010/C 217/10

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 217/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

9.6.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 63/10

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Murcia

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Garantía para la obtención de financiación para la construcción del Aeropuerto Internacional de la Región de Murcia

Il-bażi legali

Ley 4/1997, de 24 de julio de construcción y explotación de infraestructuras de la Región de murcia (BORM no 195 de 25 agosto 1997)

Orden FOM 1252/2003, de 21 de mayo, por la que se autoriza la construcción del Aeropuerto de la Región de Murcia, se declara de interés general del Estado y se determina el modo de gestión de sus servicio

Acuerdo del Consejo de Gobierno de 18 marzo de 2004 por el que se declara como Actuación de Interés Regional el Aeropuerto de Murcia

Ley 14/2009, de 23 de diciembre de presupuestos generales de la región de Murcia (BORM no 300 de 30 diciembre 2009)

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: EUR 200 miljun

L-intensità

11 %

It-tul ta' żmien

2010-2015

Setturi ekonomiċi

Trasport tal-ajru

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Consejería de Economía y Hacienda de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia

Avda. TTe Flomesta s/n

30071 Murcia

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

2.6.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 160/10

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Recapitalisation of EBS

Il-bażi legali

Building Societies Act 1989, CIFS Act 2008

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità, Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 875 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Irish Minister for Finance

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.6.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 225/10

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Liquidity scheme for strengthening the Hungarian real economy recovery

Il-bażi legali

Az államháztartásról szóló 1992. évi XXXVIII. törvény 8/B. §-a alapján

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-estimi

Baġit globali: EUR 4 000 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.7.2010-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Pénzügyminisztérium

Budapest

József nádor tér 2–4.

1051

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5774 – Holtzbrinck/Bertelsmann/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 217/02

Fit-3 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5774. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5909 – Rettig/Nordkalk)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 217/03

Fis-6 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5909. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Awwissu 2010

2010/C 217/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3133

JPY

Yen Ġappuniż

113,23

DKK

Krona Daniża

7,4501

GBP

Lira Sterlina

0,83520

SEK

Krona Żvediża

9,4029

CHF

Frank Żvizzeru

1,3895

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8980

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,775

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

279,05

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7081

PLN

Zloty Pollakk

3,9841

RON

Leu Rumen

4,2365

TRY

Lira Turka

1,9696

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4468

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3595

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1960

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8288

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7806

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 534,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,5455

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,8937

HRK

Kuna Kroata

7,2205

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 765,68

MYR

Ringgit Malażjan

4,1382

PHP

Peso Filippin

58,987

RUB

Rouble Russu

39,4723

THB

Baht Tajlandiż

41,980

BRL

Real Brażiljan

2,3077

MXN

Peso Messikan

16,6640

INR

Rupi Indjan

60,9400


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/6


DEĊIŻJONI SABIEX TINGĦALAQ IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA L-IRTIRAR MINN STAT MEMBRU

Għajnuna mill-Istat – Spanja

(L-Artikoli 107 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – l-irtirar ta' notifika

Għajnuna mill-Istat C 22/08 (ex N 222/07 u N 242/07) – Għajnuniet lil El Pozo Alimentación S.A.

2010/C 217/05

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura formali ta' investigazzjoni prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE, inizjata fl-20 ta' Mejju 2008 (1), fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq, wara li rreġistrat l-irtirar tan-notifika minn Spanja fis-7 ta' Ġunju 2010.


(1)  ĠU C 266, 21.10.2008, p. 16.


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/6


DEĊIŻJONI SABIEX TINGĦALAQ IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA L-IRTIRAR MINN STAT MEMBRU

Għajnuna mill-Istat – Spanja

(L-Artikoli 107 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – l-irtirar ta' notifika

Għajnuna mill-Istat C 23/08 (ex N 281/07) – Għajnuniet lil J. García Carrión La Mancha S.A.

2010/C 217/06

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura formali ta' investigazzjoni prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE, inizjata fl-20 ta' Mejju 2008 (1), fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq, wara li rreġistrat l-irtirar tan-notifika minn Spanja fis-7 ta' Ġunju 2010.


(1)  ĠU C 269, 24.10.2008, p. 2.


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Awwissu 2010

li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-servizzi tal-posta

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 217/07

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz tistabbilixxi qafas regolatorju dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tas-servizzi tal-posta fl-Unjoni Ewropea u dwar il-ħolqien ta’ suq intern għas-servizzi tal-posta.

(2)

Skont id-Direttiva 97/67/KE, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew aktar għas-settur tal-posta, sabiex dawn iwettqu l-kompiti regolatorji mniżżlin f’dik id-Direttiva. Dawk l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu separati legalment mill-operaturi tal-posta tal-Istati Membri u għandhom jaħdmu b’mod indipendenti minnhom. L-Istati Membri li jżommu s-sjieda u l-kontroll tal-fornituri tas-servizzi postali għandhom jiżguraw ukoll li jkun hemm separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjonijiet regolatorji mill-attivitajiet marbutin mas-sjieda jew mal-kontroll.

(3)

Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jvarjaw b’mod sinifikanti minn Stat Membru għall-ieħor.

(4)

Id-Direttiva 97/67/KE tippermetti l-flessibbiltà li r-regoli komuni jiġu applikati fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali f’ċerti oqsma. Sabiex jiġi żviluppat b’suċċess suq intern għas-servizzi postali, huwa importanti ferm li r-regoli rilevanti jkunu applikati b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha.

(5)

Għaldaqstant jeħtieġ li jitwaqqaf grupp magħmul mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-qasam tas-servizzi postali u jeħtieġ li jiġu ddefiniti l-kompiti u l-istruttura tiegħu.

(6)

Il-grupp għandu jservi bħala korp li jirrifletti, jiddiskuti u li jagħti pariri lill-Kummissjoni fil-qasam tas-servizzi postali. Huwa għandu jħaffef il-proċessi ta’ konsultazzjoni, koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti fl-Istati Membri u bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni, bil-għan li jissaħħaħ is-suq intern tas-servizzi postali u li jkun żgurat li d-Direttiva 97/67/KE tiġi applikata b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha.

(7)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar ir-regoli dwar l-iżvelar tat-tagħrif mill-membri tal-grupp, li għandha tkun bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif imniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (1).

(8)

Id-dejta personali li għandha x’taqsam mal-membri tal-grupp għandha tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (dejta) (2).

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-suġġett

Il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-servizzi tal-posta, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-grupp”, b’dan qed jitwaqqaf.

Artikolu 2

Il-kompiti

Il-kompiti tal-grupp għandhom ikunu:

(a)

li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tas-suq intern tas-servizzi postali u li jgħinha f’dan it-tisħiħ;

(b)

li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mas-servizzi postali li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tiegħu u li jgħinha fiha;

(c)

li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali u dwar l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju għas-servizzi postali fl-Istati Membri kollha u li jgħinha fihom;

(d)

li, bi qbil mal-Kummissjoni, jikkonsulta, b’mod estensiv u fi stadju bikri tal-ħidma esperta tiegħu, ma’ dawk li jieħdu sehem fis-suq, mal-konsumaturi u mal-utenti aħħarin b’mod miftuħ u trasparenti.

Artikolu 3

Is-sħubija

1.   Il-grupp għandu jkun magħmul mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-qasam tas-servizzi postali. Dawn l-awtoritajiet għandhom ikunu rrappreżentati mill-kapijiet tagħhom jew, f’każijiet eċċezzjonali, minn rappreżentanti oħrajn tagħhom, kif imniżżel fl-Anness. Kull Stat Membru għandu jkollu membru wieħed.

2.   L-ismijiet tal-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.

Artikolu 4

L-operat

1.   Il-grupp għandu jaħtar president minn fost il-membri tiegħu. Il-president għandu jlaqqa’ lill-grupp bi qbil mal-Kummissjoni.

2.   Bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw suġġetti speċifiċi skont it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp.

3.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti għas-settur tal-posta tal-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) li mhumiex Stati Membri u dawk tal-Istati li huma kandidati biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea għandu jkollhom status ta’ osservaturi u għandhom ikunu rrappreżentati f’livell xieraq. Il-grupp jista’ jistieden ukoll, fuq bażi ad hoc, esperti u osservaturi oħrajn biex jattendu l-laqgħat tiegħu, dejjem jekk ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jkun jaqbel ma’ dan.

4.   Il-membri tal-gruppi ta’ esperti u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi li jkunu mistiedna għandhom iħarsu l-obbligi tas-segretezza professjonali mniżżlin fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni taggħom, kif ukoll ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà marbutin mal-ħarsien tat-tagħrif ikklassifikat tal-UE, imniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. Jekk jonqsu milli jħarsu dawk l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri x-xierqa kollha.

5.   Normalment il-grupp u s-sottogruppi tiegħu għandhom jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni skont il-proċeduri u l-iskeda stabbiliti minnha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi ta’ segretarjat. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u tas-sottogruppi tiegħu.

6.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni (3).

Artikolu 5

L-ispejjeż tal-laqgħat

1.   Il-Kummissjoni għandha tħallas lura l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u, fejn xieraq, l-ispejjeż tal-għajxien tal-membri, tal-esperti u tal-osservaturi li jkunu marbutin mal-attivitajiet tal-grupp skont ir-regoli tal-Kummissjoni dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż tal-esperti esterni.

2.   Il-membri, l-esperti u l-osservaturi ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.

3.   L-ispejjeż tal-laqgħat jitħallsu lura fil-limiti tal-baġit annwali allokat għall-grupp mis-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni.

Artikolu 6

Ir-rapport annwali

Il-grupp għandu jagħti lill-Kummissjoni rapport annwali tal-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 7

L-applikabbiltà

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-Grupp għandu jibda jwettaq dmirijietu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  Ara r-regoli standard ta’ proċedura – l-Anness III tad-dokument SEC(2005) 1004.


ANNESS

Lista tal-membri tal-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-servizzi tal-posta

Pajjiż

Awtorità regolatorja nazzjonali

Belgique/België

Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)/Belgisch Instituut voor postdiensten en telecommunicatie (BIPT)

България/Bulgaria

Комисия за регулиране на съобщенията (КРС)/Communications Regulation Commission (CRC)

Česká republika

Český telekomunikační úřad (ČTÚ)

Danmark

Færdselsstyrelsen (FSTYR)

Deutschland

Bundesnetzagentur für Elektrizität, Gas, Telekommunikation, Post und Eisenbahnen (BNetzA)

Eesti

Sideamet (SIDEAMET)

Ελλάδα/Elláda

Εθνική Επιτροπή Τηλεπικοινωνιών και Ταχυδρομείων Hellenic/Telecommunications and Post Commission (EETT)

España

Commissión Nacional del Sector Postal (CNSP)

France

Autorité de régulation des communications électroniques et des postes (ARCEP)

Ireland

Commission for Communications Regulation (ComReg)

Κύπρος/Kypros

Γραφείο Επιτρόπου Ρυθμίσεως Ηλεκτρονικών Επικοινωνιών και Ταχυδρομείων (ΓΕΡΗΕΤ)/Office of the Commissioner of Electronic Communications and Postal Regulation (OCECPR)

Italia

Għandha titwaqqaf awtorità regolatorja nazzjonali indipendenti skont l-Artikolu 37(2)(h) tal-“Legge 4 giugno 2010, n. 96, Disposizioni per l’adempimento di obblighi derivanti dall’appartenenza dell’Italia alle Comunita’ europee — Legge comunitaria 2009, (GU n. 146 del 25.6.2010 — Suppl. Ordinario n. 138)”

Latvija

Sabiedrisko pakalpojumu regulēšanas komisija (SPRK)

Lietuva

Ryšių reguliavimo tarnyba (RRT)

Luxembourg

Institut luxembourgeois de régulation (ILR)

Magyarország

Nemzeti Hírközlési Hatóság (NHH)

Malta

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni/Malta Communications Authority (MCA)

Nederland

Onafhankelijke Post en Telecommunicatie Autoriteit (OPTA)

Österreich

Rundfunk und Telekom Regulierungs-GmbH (RTR)

Polska

Urząd Komunikacji Elektronicznej (UKE)

Portugal

Autoridade Nacional de Comunicações (Anacom)

România

Autoritatea Naționala pentru Administrare si Reglementare in Comunicații (ANCOM)

Slovenija

Agencija za pošto in elektronske komunikacije Republike Slovenije (APEK)

Slovensko

Poštový regulačný úrad (PRU)

Suomi/Finland

Viestintävirasto/Kommunikationsverket (FICORA)

Sverige

Post- och telestyrelsen (PTS)

United Kingdom

Postal Services Commission (Postcomm)


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Awwissu 2010

li twaqqaf il-grupp ta’ esperti dwar l-internet tal-oġġetti

2010/C 217/08

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msejħa “L-Internet tal-Oġġetti – pjan ta’ azzjoni għall-Ewropa” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Komunikazzjoni”), jeħtieġ li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu fil-livell Ewropew li jkun jinkludi diversi partijiet interessati biex jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar it-tfassil tal-istrateġija li l-UE għandha ssegwi hija u twettaq id-diversi azzjonijiet imsemmija fil-Komunikazzjoni.

(2)

Għalhekk jeħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fil-qasam tal-Internet tal-Oġġetti u li jiġu ddefiniti l-kompiti u l-istruttura tiegħu.

(3)

Il-grupp għandu jiffaċilita d-djalogu bejn il-partijiet interessati.

(4)

Il-grupp għandu jkun magħmul minn organizzazzjonijiet li huma kompetenti fl-oqsma tal-liġi, tal-ekonomija u tat-teknoloġija kif dawn japplikaw għall-internet tal-oġġetti. Dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jkunu għaqdiet tal-industrija jew tan-negozju, organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni, msieħba internazzjonali, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u s-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet tar-riċerka u akkademiċi, kif ukoll osservaturi mill-Istati Membri tal-UE u minn istituzzjonijiet interessati tal-UE bħalma huma l-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(5)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar ir-regoli dwar l-iżvelar tat-tagħrif mill-membri tal-grupp, li tkun bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif imniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (1).

(6)

Id-dejta personali li għandha x’taqsam mal-membri tal-grupp għandha tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE)oNru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [dejta] (2).

(7)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Malli jasal il-waqt, il-Kummissjoni se tikkunsidra jkunx għaqli li dan il-perjodu jittawwal,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett

Il-grupp ta’ esperti dwar l-internet tal-oġġetti, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-grupp”, b’dan qed jitwaqqaf b’seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-kompiti

Il-kompiti tal-grupp se jkunu:

(a)

li jagħti pariri lill-Kummissoni dwar kif l-aħjar li jiġu indirizzati l-isfidi legali u tekniċi kif ukoll dawk ta’ organizzazzjoni fil-livell Ewropew;

(b)

li jwassal għal skambju tal-esperjenza u ta’ prattiki tajbin, u li jitlob il-kontributi bil-kliem u bil-miktub ta’ grupp magħmul minn diversi partijiet interessati, inkluż kontribut internazzjonali fejn dan ikun meħtieġ;

(c)

li jagħti kontribut għal viżjoni komuni għall-iżvilupp u l-użu tal-internet tal-oġġetti fil-qafas tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, li hija element ewlieni tal-istrateġija msejħa “Ewropa 2020”.

Artikolu 3

Il-konsultazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-grupp dwar kwalunkwe kwistjoni li tqis li hija rilevanti għall-iżvilupp tal-internet tal-oġġetti fl-Ewropa, filwaqt li tħeġġeġ lill-membri jissuġġerixxu iktar suġġetti għad-diskussjoni.

Artikolu 4

Is-sħubija u l-ħatra

1.   Il-grupp għandu jkun magħmul minn għadd ta’ membri, li ma jistgħux ikunu iktar minn 45.

2.   Il-membri għandhom ikunu organizzazzjonijiet li huma kompetenti fl-oqsma tal-liġi, tal-ekonomija u tat-teknoloġija kif dawn japplikaw għall-internet tal-oġġetti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħżel għadd ta’ organizzazzjonijiet li għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom kif ukoll rappreżentanti alternattivi.

4.   Il-membri tal-grupp għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm jinbidlu jew sakemm jintemm il-mandat tagħhom.

5.   Il-membri li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv fid-diskussjonijiet tal-grupp, dawk li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom jew dawk li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistgħu jinbidlu għall-kumplament tal-mandat tagħhom.

6.   L-ismijiet tal-organizzazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi tal-esperti.

7.   L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

It-tħaddim

1.   Il-president tal-grupp għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Bil-ftehim tal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw mistoqsijiet speċifiċi skont it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp. Kif jintemm il-mandat tagħhom, dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti.

3.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’, fuq bażi ad hoc, jistieden esperti minn barra l-grupp li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogrupp. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jagħti l-istat ta’ osservaturi lil individwi u korpi speċifiċi.

4.   Il-membri tal-gruppi tal-esperti u r-rappreżentanti tagħhom kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-siġurtà li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tat-tagħrif ikklassifikat tal-UE u li huma mniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. Jekk huma ma jħarsux din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri kollha xierqa b’rabta ma’ dan.

5.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi tas-segretarjat. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u tas-sottogruppi tiegħu.

6.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti.

7.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tagħrif rilevanti dwar l-attivitajiet li jwettaq il-grupp, jew billi tinkludih fir-Reġistru jew billi tinkludih f’sit tal-internet speċifiku ddedikat għall-grupp li jkun hemm referenza għalih fir-Reġistru.

Artikolu 6

L-ispejjeż tal-laqgħat

1.   Dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-grupp m’għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien li jagħmlu dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-grupp għandhom jitħallsu lura mill-Kummissjoni skont id-disposizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.

3.   Dawn l-ispejjeż għandhom jitħallsu lura fil-limiti tal-baġit annwali allokat għall-grupp mid-dipartimenti tal-Kummissjoni inkarigati minn dan.

Artikolu 7

L-applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Rettifika

11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/12


Rettifika għall-Adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 210, tat-3 ta’ Awwissu 2010 )

2010/C 217/09

F'paġna 1:

minflok:

aqra:


11.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/s3


AVVIŻ

Fil-11 ta’ Awwissu 2010, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 217 A, se jiġi ppubblikat “il-Katalgu Komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli – is-6 suppliment tat-28 edizzjoni kompluta”.

L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta’ kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ tal-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta’ kull tikketta u jibda: O/…). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa’ disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta’ meta jiġi ppubblikat.

Non-abbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f’wieħed mill-uffiċini tal-bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm).

Dan il-Ġurnal Uffiċjali – bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) – jista’ jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu

Image