ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.209.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 209

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
31 ta' Lulju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2010/C 209/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 195, 17.7.2010

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 209/02

Kontinwazzjoni tal-attività tal-Qorti Ġenerali bejn l-1 u t-13 ta’ Settembru 2007

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 209/03

Kawża C-570/07 u C-571/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tal-1 ta' Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Asturias — Spanja) — José Manuel Blanco Pérez, María del Pilar Chao Gómez vs Consejería de Salud y Servicios Sanitarios (C-570/07), Principado de Asturias (C-571/07) (Artikolu 49 TFUE — Direttiva 2005/36/KE — Libertà ta’ stabbiliment — Saħħa pubblika — Spiżeriji — Prossimità — Provvista ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni — Awtorizzazzjoni għall-użu — Tqassim territorjali tal-ispiżeriji — Limiti stabbiliti abbażi ta’ kriterju tad-densità demografika — Distanza minima bejn l-ispiżeriji — Kandidati li eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom fuq parti mit-territorju nazzjonali — Prijorità — Diskriminazzjoni)

3

2010/C 209/04

Kawża C-58/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court — ir-Renju Unit)) — The Queen, fuq talba ta’: Vodafone Ltd, Telefónica O2 Europe plc, T-Mobile International AG, Orange Personal Communications Services Ltd vs Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform (Regolament (KE) Nru 717/2007 — Roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità — Validità — Bażi legali — Artikolu 95 KE — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà)

4

2010/C 209/05

Kawża C-203/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — The Sporting Exchange Ltd, li topera bl-isem Betfair vs Minister van Justitie (Artikolu 49 KE — Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Operat ta’ logħob tal-ażżard permezz tal-internet — Leġiżlazzjoni li tirriżerva liċenzja lil operatur uniku — Tiġdid tal-liċenzja mingħajr sejħa għal offerti — Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza — Applikazzjoni fil-qasam tal-logħob tal-ażżard)

4

2010/C 209/06

Kawża C-258/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Ladbrokes Betting & Gaming Ltd, Ladbrokes International Ltd. vs Stichting de Nationale Sporttotalisator (Artikolu 49 KE — Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Operat ta’ logħob tal-ażżard permezz tal-internet — Leġiżlazzjoni li tirriżerva liċenzja lil operatur uniku — Rifjut li tingħata liċenzja għall-operat lil operatur li għandu liċenzja fi Stati Membri oħrajn — Ġustifikazzjoni — Proporzjonalità — Verifika ta’ kull miżura konkreta li timplementa l-leġiżlazzjoni nazzjonali)

5

2010/C 209/07

Kawża C-484/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Caja de Ahorros y Monte de Piedad de Madrid vs Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc) (Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Klawżoli li jfissru s-suġġett prinċipali tal-kuntratt — Stħarriġ ġudizzjarju tan-natura inġusta tagħhom — Esklużjoni — Dispożizzjonijiet nazzjonali iktar stretti sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni għall-konsumatur)

6

2010/C 209/08

Kawża C-487/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 56 KE u 40 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE — Differenza fit-trattament — Dividendi mħallsa lil kumpanniji residenti u lil kumpanniji mhux residenti)

6

2010/C 209/09

Kawża C-491/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Fawna u flora selvaġġa — Siti ta’ importanza Komunitarja — Sistema ta’ protezzjoni — Kumpless turistiku Is Arenas)

7

2010/C 209/10

Kawża C-569/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta' Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Internetportal und Marketing GmbH vs Richard Schlicht (Internet — Dominju tal-ogħla livell.eu — Regolament (KE) Nru 874/2004 — Ismijiet ta’ dominju — Reġistrazzjoni f’fażijiet — Karatteristiċi speċjali — Reġistrazzjonijiet spekulattivi u abużivi — Kunċett ta’ mala fide)

7

2010/C 209/11

Kawża C-127/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Nürnberg — il-Ġermanja) — Coty Prestige Lancaster Group GmbH vs Simex Trading AG (Dritt tat-trade marks — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 13(1) — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 7(1) — Eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark — Kunċett ta’ prodott li jkun tqiegħed fis-suq — Kunsens tal-proprjetarju — Fliexken ta’ fwieħa, imsemmija testers, li l-proprjetarju ta’ trade mark qiegħed għad-dispożizzjoni ta’ depożitarju li jagħmel parti min-netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva)

8

2010/C 209/12

Kawża C-140/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal- 10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Tribunale di Genova — L-Italja) — Fallimento Traghetti del Mediterraneo SpA vs Presidenza del Consiglio dei Ministri (Għajnuna mill-Istat — Sussidji mħallsa lil impriża ta’ trasport marittimu li għandha obbligi ta’ servizz pubbliku — Liġi nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà li jingħata ħlas akkont qabel l-approvazzjoni ta’ ftehim)

9

2010/C 209/13

Kawża C-237/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Belġju) — État belge vs Nathalie De Fruytier (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 13A(1)(d) — Eżenzjonijiet favur attivitajiet ta’ interess ġenerali — Provvista ta’ organi, demm u ħalib umani — Attività ta’ trasport ta’ organi u ta’ kampjuni umani lil sptarijiet u laboratorji, li l-persuna kkonċernata twettaq bħala persuna li taħdem għal rasha — Kunċetti ta’ provvista ta’ oġġetti u ta’ provvista ta’ servizzi — Kriterji ta’ distinzjoni)

10

2010/C 209/14

Kawża C-378/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — L-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 10a — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita d-dritt ta’ stħarriġ ta’ deċijonijiet dwar l-ambjent — Nuqqas ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni fit-terminu previst)

10

2010/C 209/15

Kawża C-26/10 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2010 minn Paul Inge Hansen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) fis-17 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-295/09, Paul Inge Hansen vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

11

2010/C 209/16

Kawża C-185/10: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

11

2010/C 209/17

Kawża C-193/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2010 — KMB Europe BV vs Hauptzollamt Duisburg

11

2010/C 209/18

Kawża C-201/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ April 2010 — Ze Fu Fleischhandel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

12

2010/C 209/19

Kawża C-202/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ April 2010 — Vion Trading GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

12

2010/C 209/20

Kawża C-212/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach (ir-Repubblika tal-Polonja) fit-3 ta’ Mejju 2010 — Logstor ROR Polska Sp. z o.o. vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Katowicach

13

2010/C 209/21

Kawża C-215/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Mejju 2010 — Pacific World Limited, FDD International vs Commissioners for her Majesty's Revenue u Customs

13

2010/C 209/22

Kawża C-220/10: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

14

2010/C 209/23

Kawża C-226/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2010 — Hannelore Adams vs Germanwings GmbH

15

2010/C 209/24

Kawża C-227/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

16

2010/C 209/25

Kawża C-228/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Mejju 2010 — Union of European Football Associations (UEFA), British Sky Broadcasting Ltd vs Euroview Sport Ltd

16

2010/C 209/26

Kawża C-230/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso Administrativo no 3 de Almería (Spanja) fil-11 ta’ Mejju 2010 — Agueda María Saenz Morales vs Consejería para la Igualdad y Bienestar Social de la Junta de Andalucía

21

2010/C 209/27

Kawża C-232/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

21

2010/C 209/28

Kawża C-235/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — David Claes vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

22

2010/C 209/29

Kawża C-236/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Sophie Jeanjean vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

22

2010/C 209/30

Kawża C-237/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Miguel Remy vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

23

2010/C 209/31

Kawża C-238/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Volker Schneider vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

23

2010/C 209/32

Kawża C-239/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Xuan-Mai Tran vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

24

2010/C 209/33

Kawża C-242/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Sezione Terza (l-Italja) fis-17 ta’ Mejju 2010 — ENEL Produzione SpA vs Autorità per l’energia elettrica e il gas

24

2010/C 209/34

Kawża C-243/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

24

2010/C 209/35

Kawża C-247/10 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 minn Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd mis-sentenza mogħtija fl-4 ta' Marzu 2010 mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-Kawżi magħquda T-407/09, Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd u T-408/06, Wenzhou Taima Shoes Co. LTD vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

25

2010/C 209/36

Kawża C-248/10: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Griega

26

2010/C 209/37

Kawża C-249/10 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-4 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-401/06, Brosmann Footwear (HK) Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

26

2010/C 209/38

Kawża C-255/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Roma (l-Italja) fit-23 ta’ Marzu 2010 — proċeduri kriminali kontra Alessandro Sacchi

27

2010/C 209/39

Kawża C-259/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Qorti tal-Appell (Diviżjoni Ċivili) fis-26 ta’ Mejju 2010 — Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs The Rank Group PLC

28

2010/C 209/40

Kawża C-260/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Mejju 2010 — Commissioners for her Majesty’s Revenue u Customs vs The Rank Group PLC

29

2010/C 209/41

Kawża C-264/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (Ir-Rumanija) fit-28 ta’ Mejju 2010 — Proċeduri kriminali kontra Gheorghe Kita

30

2010/C 209/42

Kawża C-276/10: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

30

2010/C 209/43

Kawża C-278/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

31

2010/C 209/44

Kawża C-279/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale del Riesame di Verbania (l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju 2010 — Proċeduri kriminali kontra Matteo Minesi

31

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 209/45

Kawża T-237/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti rigward proċedura ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi — Regolament (KE) Nru 4064/89 — Regolament (KE) Nru 139/2004 — Regolament (KE) Nru 802/2004 — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ attivitajiet ta’ investigazzjoni u ta’ verifiki — Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta’ interessi kummerċjali — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-pariri legali)

32

2010/C 209/46

Kawża T-177/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2010 — Mediaset vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Telekomunikazzjonijiet — Sussidji għax-xiri ta’ dekoders diġitali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Esklużjoni tad dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi televiżivi mxandra bis-satellita — Vantaġġ — Natura selettiva — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni)

32

2010/C 209/47

Kawża T-428/07 u T-455/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2010 — CEVA vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni fis-settur Kwalità tal-ħajja u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin (1998-2002) — Proġetti Seahealth u Biopal — Noti ta’ debitu — Talbiet għal annullament — Rikwalifikazzjoni tar-rikorsi — Ammissibbiltà — Prinċipju tal-kontradittorju u tad-drittijiet tad-difiża — Irkupru tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mħallsa mill-Unjoni Ewropea — Irregolaritajiet finanzjarji serji)

33

2010/C 209/48

Kawża T-118/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2010 — Actega Terra vs UASI (TERRAEFFEKT matt & gloss) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TERRAEFFEKT matt & gloss — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

33

2010/C 209/49

Kawża T-153/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2010 — Shenzhen Taiden vs UASI — Bosch Security Systems (Apparat għall-komunikazzjoni) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat ta’ komunikazzjoni — Disinn internazzjonali preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Nuqqas ta’ karattru individwali — Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti — Utent informat — Grad tal-libertà tad-disinjatur — Prova tal-iżvelar lill-pubbliku tad-disinn preċedenti — Artikolu 4(1), Artikolu 6(1)(b) u (2), Artikolu 7(1) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

34

2010/C 209/50

Kawża T-255/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2010 — Montero Padilla vs UASI — Padilla Requena (JOSE PADILLA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali JOSE PADILLA — Trade marks u sinjali preċedenti JOSE PADILLA — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Nuqqas ta’ trade mark magħrufa sew fis-sens tal Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi u ta’ trade mark li għandha reputazzjoni — Artikolu 8(2)(ċ) u Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(2)(c) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Nuqqas ta’ sinjal preċedenti użat fil-kors tan-negozju — Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009))

34

2010/C 209/51

Kawża T-482/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Atlas Transport vs UASI — Hartmann (ATLAS TRANSPORT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali ATLAS TRANSPORT — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikoli 15 u 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 15 u 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

35

2010/C 209/52

Kawża T-487/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2010 — Kureha vs UASI — Sanofi-Aventis (KREMEZIN) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KREMEZIN — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti KRENOSIN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Prova tal-eżistenza tat-trade mark preċedenti — Terminu — Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009))

35

2010/C 209/53

Kawża T-490/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2010 — CM Capital Markets vs UASI — Carbon Capital Markets (CARBON CAPITAL MARKETS Emissions Compliance Solutions & Carbon Finance) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CARBON CAPITAL MARKETS Emissions Compliance Solutions & Carbon Finance — Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti CM Capital Markets — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

36

2010/C 209/54

Kawża T-547/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2010 — X Technology Swiss vs UASI (Għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja — Għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

36

2010/C 209/55

Kawża T-549/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2010 — Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni (FSE — Sospensjoni ta’ għajnuna finanzjarja — Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi relatati mas-suq tax-xogħol — Nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ amministrazzjoni jew ta’ kontroll li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi — Artikolu 39(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 — Aspettattivi leġittimi)

37

2010/C 209/56

Kawża T-563/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Ġunju 2010 — CM Capital Markets vs UASI — Carbon Capital Markets (CARBON CAPITAL MARKETS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CARBON CAPITAL MARKETS — Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti CM Capital Markets — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

37

2010/C 209/57

Kawża T-138/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010 — Muñoz Arraiza vs UASI Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja (RIOJAVINA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali RIOJAVINA — Trade mark Komunitarja kollettiva figurattiva preċedenti RIOJA — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

38

2010/C 209/58

Kawża T-315/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010 — Hoelzer vs UASI (SAFELOAD) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SAFELOAD — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

38

2010/C 209/59

Kawża T-173/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2010 — Z vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti — Inammissibbiltà — Ordni)

38

2010/C 209/60

Kawża T-79/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Ġunju 2010 — COLT Télécommunications France vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija — Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku — Deċiżjoni li tikkonstata li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

39

2010/C 209/61

Kawża T-166/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2010 — Samskip Multimodal Container Logistics vs Il-Kummissjoni

39

2010/C 209/62

Kawża T-220/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni vs EU Research Projects

40

2010/C 209/63

Kawża T-224/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2010 — Association Belge des Consommateurs Tests-Achats vs Il-Kummissjoni

41

2010/C 209/64

Kawża T-226/10: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2010 — Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni

41

2010/C 209/65

Kawża T-230/10: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

42

2010/C 209/66

Kawża T-231/10: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2010 — Merlin et vs UASI — Dusyma (Spiele)

43

2010/C 209/67

Kawża T-235/10: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2010 — Timehouse vs UASI (Forma ta’ arloġġ)

44

2010/C 209/68

Kawża T-237/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — Vuitton Malletier vs UASI — Friis Group International (Rappreżentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sokra)

44

2010/C 209/69

Kawża T-238/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2010 — Scatizza vs UASI — Jacinto (HORSE COUTURE)

45

2010/C 209/70

Kawża T-240/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2010 — Ir-Repubblika tal-Ungerija vs Il-Kummissjoni

46

2010/C 209/71

Kawża T-241/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2010 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

47

2010/C 209/72

Kawża T-247/10: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2010 — medi vs UASI — Deutsche Medi Präventions (deutschemedi.de)

48

2010/C 209/73

Kawża T-248/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea u EPSO

49

2010/C 209/74

Kawża T-249/10: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2010 — Kitzinger vs UASI — Mitteldeutscher Rundfunk, Zweites Deutsches Fernsehen (KICO)

49

2010/C 209/75

Kawża T-250/10: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2010 — KNUT IP Management vs UASI — Zoologischer Garten Berlin (KNUT — DER EISBÄR)

50

2010/C 209/76

Kawża T-252/10: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2010 — Croos Czech vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 209/77

Kawża T-500/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2010 — Il-Bulgarija vs Il-Kummissjoni

51

2010/C 209/78

Kawża T-65/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

51

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 209/79

Kawża F-30/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Mejju 2010 — Nanopoulos vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Ammissibbiltà — Att li jikkawża preġudizzju — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kxif ta’ informazzjoni lill-istampa — Prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza — Dannu morali — Deċiżjoni li jinbdew proċeduri dixxiplinari — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ assistenza — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal)

52

2010/C 209/80

Kawża F-100/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2010 — Petrilli vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Kunċett ta’ residenza — Residenza prinċipali — Dokumenti ta’ sostenn)

52

2010/C 209/81

Kawża F-13/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2010 — Peláez Jimeno vs Il-Parlament (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Ilment imressaq qabel — Terminu għal-preżentazzjoni ta’ lment — Dewmien — Prova — Ex membru tal-persunal temporanju — Ħatra bħala uffiċjal — Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Trattament ugwali)

53

2010/C 209/82

Kawża F-45/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010 — Lebedef-Caponi vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2007 — Rikors għal annullament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Rappreżentanti tal-persunal — Opinjoni tal-grupp ad hoc)

53

2010/C 209/83

Kawża F-33/10: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

53

2010/C 209/84

Kawża F-35/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — Adriaansen vs BEI

54

2010/C 209/85

Kawża F-36/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2010 — Rapone vs Il-Kummissjoni

54

2010/C 209/86

Kawża F-38/10: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2010 — Vakalis vs Il-Kummissjoni

54

2010/C 209/87

Kawża F-40/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

55

2010/C 209/88

Kawża F-41/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Bermejo Garde vs KESE

55

2010/C 209/89

Kawża F-42/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2010 — Skareby vs Il-Kummissjoni

55

2010/C 209/90

Kawża F-43/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2010 — Cerafogli vs BĊE

56

2010/C 209/91

Kawża F-44/10: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

56

2010/C 209/92

Kawża F-51/09: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010 — Petrilli vs Il-Kummissjoni

57

2010/C 209/93

Kawża F-70/09: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Mejju 2010 — Nikolchov vs Il-Kummissjoni

57

2010/C 209/94

Kawża F-94/09: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Mejju 2010 Nikolchov vs Il-Kummissjoni

57

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/1


2010/C 209/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 195, 17.7.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 179, 3.7.2010

ĠU C 161, 19.6.2010

ĠU C 148, 5.6.2010

ĠU C 134, 22.5.2010

ĠU C 113, 1.5.2010

ĠU C 100, 17.4.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/2


Kontinwazzjoni tal-attività tal-Qorti Ġenerali bejn l-1 u t-13 ta’ Settembru 2007

2010/C 209/02

Il-Qorti Ġenerali, fil-Konferenza Plenarja tagħha tat-8 ta’ Ġunju 2010, ħadet nota tal-fatt li, minħabba l-ferjat, it-teħid tal-ġurament tal-ħatra quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-Membri ġodda tal-Qorti Ġenerali ma jistax isir qabel jintemm il-ferjat u li, għalhekk, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm jieħdu l-kariga tagħhom il Membri l-ġodda tal-Qorti Ġenerali:

il-funzjonijiet tal-presidenza tal-Qorti Ġenerali ser jiġu żgurati minn M. Jaeger, President tal-Qorti Ġenerali;

il-funzjonijiet tal-presidenza tal-Awli b’ħames imħallfin ser jiġu żgurati minn J. Azizi, A. Meij, M. Vilaras u N. Forwood, Presidenti ta’ Awla, minn Martins Ribeiro, President ta’ Awla, minn O. Czúcz, President ta’ Awla, u minn I. Wiszniewska-Białecka u I. Pelikánová, Presidenti ta’ Awla;

id-deċiżjoni, tad-19 ta’ Settembru 2007, dwar l-organizzazzjoni tal-Qorti Ġenerali u l kompożizzjoni tal-Awla Manja (ĠU C 269, p. 40), id-deċiżjoni, tas-16 ta’ Ġunju 2009, dwar il-kriterji għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli u dwar il-kompożizzjoni tal-Awla tal-Appell (ĠU C 153, p. 2), id-deċiżjoni, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar l-assenjazzjoni tal Imħallfin lill-awli (ĠU C 267, p. 6), u d-deċiżjoni, tat-12 ta’ Mejju 2010, dwar in nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi l-President tal-Qorti Ġenerali bħala Mħallef għal miżuri provviżorji (ĠU C 148, p. 1) għandhom jibqgħu japplikaw.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tal-1 ta' Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Asturias — Spanja) — José Manuel Blanco Pérez, María del Pilar Chao Gómez vs Consejería de Salud y Servicios Sanitarios (C-570/07), Principado de Asturias (C-571/07)

(Kawża C-570/07 u C-571/07) (1)

(Artikolu 49 TFUE - Direttiva 2005/36/KE - Libertà ta’ stabbiliment - Saħħa pubblika - Spiżeriji - Prossimità - Provvista ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni - Awtorizzazzjoni għall-użu - Tqassim territorjali tal-ispiżeriji - Limiti stabbiliti abbażi ta’ kriterju tad-densità demografika - Distanza minima bejn l-ispiżeriji - Kandidati li eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom fuq parti mit-territorju nazzjonali - Prijorità - Diskriminazzjoni)

2010/C 209/03

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Asturias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: José Manuel Blanco Pérez, María del Pilar Chao Gómez

Konvenuta: Consejería de Salud y Servicios Sanitarios (C-570/07), Principado de Asturias (C-571/07)

fil-preżenza ta’: Federación Empresarial de Farmacéuticos Españoles (C-570/07), Plataforma para la Libre Apertura de Farmacias (C-570/07), Celso Fernández Gómez (C-571/07), Consejo General de Colegios Oficiales de Farmacéuticos de España, Plataforma para la Defensa del Modelo Mediterráneo de Farmacias, Muy Ilustre Colegio Oficial de Farmacéuticos de Valencia, Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) Suġġett

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Superior de Justicia de Asturias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE — Leġiżlazzjoni li tipprovdi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li bħala regola ma jipprekludix, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi limiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ stabbiliment ta’ spiżeriji ġodda li tistabbilixxi li:

f’kull żona farmaċewtika, għal kull porzjon ta’ 2 800 resident, tista’ tinħoloq biss spiżerija waħda;

spiżerija addizzjonali tista’ tinfetaħ biss jekk jinqabeż dan il limitu, u għal kull frazzjoni superjuri għal 2 000 resident, u

kull spiżerija għandha tirrispetta distanza minima meta mqabbla mal-ispiżeriji li jeżistu diġà, peress li din id-distanza bħala regola hija ta’ 250 metru.

Għaldaqstant, l-Artikolu 49 TFUE jipprekludi tali leġiżlazzjoni nazzjonali inkwantu r-regoli bażiċi ta’ 2 800 resident jew ta’ 250 metru jfixklu, f’kull żona ġeografika b’karatteristiċi demografiċi partikolari, il-ftuħ ta’ numru biżżejjed ta’ spiżeriji li jistgħu jiżguraw servizz farmaċewtiku adattat, li l-qorti nazzjonali għandha tivverifika.

(2)

L-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 1(1) u (2) tad Direttiva tal-Kunsill 85/432/KEE, tas-16 ta’ Settembru 1985, li tikkonċerna l-koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolamenti jew b’azzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet fil-qasam tal-farmaċija u l-Artikolu 45(2)(e) u (g) tad Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi kriterji, bħal dawk stabbiliti fil-punti 6 u 7(ċ) tal-Anness tad-Digriet 72/2001, li jirregola l ispiżeriji u s-servizzi ta’ spiżerija fil-Prinċipat ta’ Asturias (Decreto 72/2001 regulador de las oficinas de farmacia y botiquines en el Principado de Asturias), tad-19 ta’ Lulju 2001, skont liema jintgħażlu l proprjetarji tal-ispiżeriji l-ġodda.


(1)  ĠU C 79, 29.03.2008


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court — ir-Renju Unit)) — The Queen, fuq talba ta’: Vodafone Ltd, Telefónica O2 Europe plc, T-Mobile International AG, Orange Personal Communications Services Ltd vs Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform

(Kawża C-58/08) (1)

(Regolament (KE) Nru 717/2007 - Roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità - Validità - Bażi legali - Artikolu 95 KE - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà)

2010/C 209/04

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: Vodafone Ltd, Telefónica O2 Europe plc, T-Mobile International AG, Orange Personal Communications Services Ltd

Konvenut: Secretary of State for Business, Enterprise and Regulatory Reform

Fil preżenza ta’: Office of Communications, Hutchinson 3G UK Ltd, GSM Association

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) — Validità tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE ( 171, p. 32) — Għażla tal-bażi legali — Validità tal-Artikoli 4, 2(a) u 6(3) tad-direttiva, li jimponu tariffa massima għal sejħiet roaming, fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporżjonalità u ta’ sussidjarità.

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi ppreżentati ma żvelax elementi ta’ natura li jaffettwaw il-validità tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2007, dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE.


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — The Sporting Exchange Ltd, li topera bl-isem Betfair vs Minister van Justitie

(Kawża C-203/08) (1)

(Artikolu 49 KE - Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Operat ta’ logħob tal-ażżard permezz tal-internet - Leġiżlazzjoni li tirriżerva liċenzja lil operatur uniku - Tiġdid tal-liċenzja mingħajr sejħa għal offerti - Prinċipju ta’ trattament ugwali u obbligu ta’ trasparenza - Applikazzjoni fil-qasam tal-logħob tal-ażżard)

2010/C 209/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Sporting Exchange Ltd, li topera bl-isem Betfair

Konvenut: Minister van Justitie

Fil-preżenza ta’: Stichting de Nationale Sporttotalisator

Suġġett

Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-organizzazzjoni ta’ logħob u l-ġbir ta’ mħatri mingħajr liċenzja, u li tirriżerva liċenzja eventwali għal operatur uniku għall-protezzjoni tal-benesseri soċjali u tas-saħħa pubblika — Rifjut li tingħata liċenzja lil operatur (fuq l-internet) li diġà għandu liċenzja fi Stati Membri oħrajn inkluż l-Istat Membru fejn għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu — Tiġdid ta’ tali liċenzja mingħajr sejħa għal offerti — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ logħob tal-ażżard għal sistema ta’ esklużività favur operatur wieħed u li tipprekludi kull operatur ieħor, inkluż lil operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor, milli joffri, permezz tal-internet, fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, servizzi li jaqgħu taħt l-imsemmija sistema.

(2)

L-Artikoli 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju ta’ trattament ugwali u l-obbligu ta’ trasparenza li minnu jirriżulta huma applikabbli għall-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ liċenzja lil operatur uniku fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, sakemm mhuwiex operatur pubbliku li l-amministrazzjoni tiegħu hija suġġetta għall kontroll dirett tal-Istat jew operatur privat li l-attivitajiet tiegħu huma suġġetta għal kontroll strett tal-awtoritajiet pubbliċi.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Ladbrokes Betting & Gaming Ltd, Ladbrokes International Ltd. vs Stichting de Nationale Sporttotalisator

(Kawża C-258/08) (1)

(Artikolu 49 KE - Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Operat ta’ logħob tal-ażżard permezz tal-internet - Leġiżlazzjoni li tirriżerva liċenzja lil operatur uniku - Rifjut li tingħata liċenzja għall-operat lil operatur li għandu liċenzja fi Stati Membri oħrajn - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità - Verifika ta’ kull miżura konkreta li timplementa l-leġiżlazzjoni nazzjonali)

2010/C 209/06

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ladbrokes Betting & Gaming Ltd, Ladbrokes International Ltd.

Konvenut: Stichting de Nationale Sporttotalisator

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag -Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-organizzazzjoni ta’ logħob u l-ġbir ta’ mħatri mingħajr liċenzja, u li tirriżerva liċenzja eventwali għal operatur uniku sabiex jiġu protetti l-benesseri soċjali u s-saħħa pubblika — Rifjut li tingħata liċenzja lil operatur (fuq l-internet) li diġà għandu liċenzja fi Stati Membri oħrajn inkluż fl-Istat Membru fejn għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali

Dispożittiv

(1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiża sabiex trażżan id-dipendenza għal-logħob kif ukoll sabiex tiġġieled kontra l-frodi, u li tikkontribwixxi b’mod effettiv sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, tista’ tiġi kkunsidrata li tillimita l-attivitajiet ta’ mħatri b’mod koerenti u sistematiku, anki jekk id-detentur jew id-detenturi ta’ liċenzja esklużiva huma awtorizzati jrendu l-logħob tal-ażżard li joffru attraenti billi jintroduċu logħob tal-ażżard ġdid u billi jirrikorru għar-reklamar. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-attivitajiet ta’ logħob illegali jistgħux jikkostitwixxu problema fl-Istat Membru kkonċernat, li għaliha espansjoni tal-attivitajiet awtorizzati u rregolati tista’ tkun ta’ rimedju, u jekk din l-espansjoni hijiex fuq skala li tista’ tirrendiha rrikonċiljabbli mal-għan li tittrażżan l-imsemmija dipendenza.

(2)

Sabiex tiġi applikata leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar il-logħob tal-ażżard kompatibbli mal-Artikolu 49 KE, l-qorti nazzjonali mhijiex obbligata tivverifika, f’kull każ, jekk il-miżura ta’ implementazzjoni intiża sabiex tiżgura l-osservanza ta’ din il-leġiżlazzjoni hijiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sakemm din il-miżura hija element neċessarju sabiex jiġi żgurat l-effett utli tal-imsemmija leġiżlazzjoni u ma timponi ebda restrizzjoni supplementari għal dik li tirriżulta mill-istess leġiżlazzjoni. Il-fatt li l-miżura ta’ implementazzjoni ġiet adottata wara intervent tal-awtoritajiet pubbliċi intiż sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew wara talba ta’ individwu fil-kuntest ta’ proċedura ċivili sabiex jiġu protetti d-drittijiet li minnhom jibbenefika permezz tal-istess leġiżlazzjoni huwa mingħajr importanza għall-eżitu tal-kawża li tressqet quddiem il-qorti tar-rinviju.

(3)

L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ logħob tal-ażżard għal sistema ta’ esklużività favur operatur wieħed u li tipprekludi kull operatur ieħor, inkluż lil operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor, milli joffri, permezz tal-internet, fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, servizzi li jaqgħu taħt l-imsemmija sistema.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Caja de Ahorros y Monte de Piedad de Madrid vs Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc)

(Kawża C-484/08) (1)

(Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżoli li jfissru s-suġġett prinċipali tal-kuntratt - Stħarriġ ġudizzjarju tan-natura inġusta tagħhom - Esklużjoni - Dispożizzjonijiet nazzjonali iktar stretti sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni għall-konsumatur)

2010/C 209/07

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo — Spanja

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caja de Ahorros y Monte de Piedad de Madrid

Konvenut: Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 3(1)(g) u 4(1) KE u tal-Artikoli 4(2) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, p. 29) — Dispożizzjonijiet nazzjonali iktar stretti sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni lill-konsumatur — Stħarriġ tal-klawżoli li jistabbilixxu bħala s-suġġett prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwazzjoni bejn il-prezz u r-remunerzzjoni u s-servizzi jew il-merkanzija li jiġu pprovduti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 4(2) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, milli tawtorizza stħarriġ ġudizzjarju tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali dwar id-definizzjoni tas suġġett prinċipali tal-kuntratt jew dwar is-suffiċjenza bejn il-prezz u r-remunerazzjoni, minn naħa, u s-servizzi jew il-merkanzija pprovduta, min-naħa l-oħra, anki jekk dawn il-klawżoli huma fformulati b’mod sempliċi u ċar.

(2)

L-Artikoli 2 KE, 3(1)(g) KE u 4(1) KE ma jipprekludux interpretazzjoni tal-Artikoli 4(2) u 8 tad-Direttiva li permezz tagħha l Istati Membri jistgħu jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza stħarriġ ġudizzjarju tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali dwar id-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt jew dwar is-suffiċjenza bejn il-prezz u r-remunerazzjoni, minn naħa, u s-servizzi jew il merkanzija pprovduta, min-naħa l-oħra, anki jekk dawn il-klawżoli huma fformulati b’mod sempliċi u ċar.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-487/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE u 40 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE - Differenza fit-trattament - Dividendi mħallsa lil kumpanniji residenti u lil kumpanniji mhux residenti)

2010/C 209/08

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u I. Martinez del Peral Cagigal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 56 KE u 40 ŻEE — Differenza fit-trattament bejn id-dividendi mħallsa lil ċittadini u lil barranin.

Dispożittiv

(1)

Billi ssuġġetta l-eżenzjoni tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Spanja għal livell ta’ ishma tal-kumpanniji benefiċjarji fil-kapital tal-kumpanniji li jħallsu d-dividendi iktar għoli għall-kumpanniji benefiċjari residenti fi Stat Membru ieħor milli għall-kumpanniji residenti fi Spanja, ir-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 56(1) KE.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-491/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Fawna u flora selvaġġa - Siti ta’ importanza Komunitarja - Sistema ta’ protezzjoni - Kumpless turistiku “Is Arenas”)

2010/C 209/09

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Recchia, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, G. Aiello, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Siti ta’ importanza Komunitarja — Sit “Is Arenas” — Żvilupp ta’ korsa tal-golf.

Dispożittiv

(1)

Fir-rigward tal-proġett tal-kumpless turistiku u immobbiljari “Is Arenas” li jaffettwa s-sit “Is Arenas”:

billi ma adottatx, qabel id-19 ta’ Lulju 2006, data ta’ iskrizzjoni tas-sit “Is Arenas” fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja, miżuri ta’ protezzjoni adatti, b’rigward għall-għan ta’ konservazzjoni stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, sabiex jiġi ppreżervat l-interess ekoloġiku rilevanti li s-sit propost bħala sit ta’ importanza Komunitarju għandu fuq livell nazzjonali u, b’mod partikolari billi ma pprojbixxietx intervent li jista’ serjament jikkomprometti l-karatteristiċi ekoloġiċi tas-sit, u

billi ma adottatx, wara, id-19 ta’ Lulju 2006, il-miżuri xierqa sabiex tevita d-deterjorament tal-habitats naturali li għalihom ġie nnominat l-imsemmi sit ta’ importanza Komunitarja,

ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 92/43 u, b’mod iktar partikolari, fir-rigward tat-tieni ilment, taħt l-Artikolu 6(2) tagħha.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta' Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Internetportal und Marketing GmbH vs Richard Schlicht

(Kawża C-569/08) (1)

(Internet - Dominju tal-ogħla livell.eu - Regolament (KE) Nru 874/2004 - Ismijiet ta’ dominju - Reġistrazzjoni f’fażijiet - Karatteristiċi speċjali - Reġistrazzjonijiet spekulattivi u abużivi - Kunċett ta’ “mala fide”)

2010/C 209/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Internetportal und Marketing GmbH

Konvenut: Richard Schlicht

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 21(1)(a) u (b), (2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-dominju tal-ogħla livell.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 825) — Reġistrazzjonijiet spekulattivi u abbużivi — Kunċetti ta’ “dritt jew interess leġittimu” u ta’ “mala fide” — Reġistrazzjoni ta’ dominju mill-proprjetarju ta’ trade mark nazzjonali miksuba bl-għan biss li tippermetti din ir-reġistrazzjoni matul l-ewwel fażi tar-reġistrazzjoni f’fażijiet — Dominju li jvarja kunsiderevolment mit-trade mark li fuqha hija bbażata r-reġistrazzjoni, minħabba l-eliminazzjoni tal-karattru speċjali “&” — Trade mark “&R&E&I&F&E&N&”

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 21(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta’ April 2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implementazzjoni u l-funzjonijiet tad-dominju tal-ogħla livell.eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l- mala fide tista’ tintwera’ minn ċirkustanzi oħra apparti minn dawk enumerati fl-Artikolu 21(3)(a) sa (e).

(2)

Sabiex jiġi evalwat jekk jeżistix aġir ta’ mala fide fis-sens tal-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament Nru 874/2004, moqri flimkien tal-Artikolu 21(3), il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha tal-każ ineżami, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li fihom ir-reġistrazzjoni tat-trade mark inkisbet u dawk li fihom l-isem ta’ dominju tal-ogħla livell.eu ġie rreġistrat.

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom ir-reġistrazzjoni tat-trade mark inkisbet, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari:

l-intenzjoni li t-trade mark ma tintużax fis-suq li għalih intalbet il-protezzjoni;

il-preżentazzjoni tat-trade mark;

il-fatt li ġie rreġistrat numru għoli ta’ trade marks oħra li jikkorrispondu għal denominazzjonijiet ġeneriċi, u

il-fatt it-trade mark li ġiet irreġistrata ftit qabel il-bidu tar-reġistrazzjoni f’fażijiet ta’ ismijiet ta’ dominju tal-ogħla livell.eu.

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom l-isem tad-dominju tal-ogħla livell.eu ġie rreġistrat, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari:

l-użu abbużiv ta’ karattri speċjali jew sinjali ta’ punteġġatura, fis-sens tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 874/2004, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ traskrizzjoni stabbiliti f’dan l-artikolu;

ir-reġistrazzjoni matul l-ewwel parti tar-reġistrazzjoni f’fażijiet prevista minn dan ir-regolament abbażi ta’ trade mark miksuba f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, u

il-fatt li ġie rreġistrat numru kbir ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ dominju li jikkorrispondu għal denominazzjonijiet ġeneriċi.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Nürnberg — il-Ġermanja) — Coty Prestige Lancaster Group GmbH vs Simex Trading AG

(Kawża C-127/09) (1)

(Dritt tat-trade marks - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 13(1) - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 7(1) - Eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark - Kunċett ta’ ‘prodott li jkun tqiegħed fis-suq’ - Kunsens tal-proprjetarju - Fliexken ta’ fwieħa, imsemmija ‘testers’, li l-proprjetarju ta’ trade mark qiegħed għad-dispożizzjoni ta’ depożitarju li jagħmel parti min-netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva)

2010/C 209/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coty Prestige Lancaster Group GmbH

Konvenuta: Simex Trading AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Nürnberg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) u tal-Artikolu 7 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex ikunu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) — Eżawriment tad-dritt li jirriżulta mit-trade mark — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “prodott li jkun tqiegħed fis-suq” — Kampjuni ta’ fwieħa li l-imballaġġ tagħhom jindika li l-prodott huwa intiż għall-promozzjoni u mhux għall-bejgħ, u li jkunu provviżorjament disponibbli għad-distributuri kuntrattwali mingħajr ma jkun hemm trasferiment ta’ proprjetà

Dispożittiv

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 13(1) tar Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, u l-Artikolu 7(1) tal-Ewwel Direttiva tal Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta’ Mejju 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżawriment tad-drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark iseħħ biss, skont evalwazzjoni li għandha ssir mill-qorti nazzjonali, jekk ikun hemm il-kunsens espliċitu jew impliċitu tal-proprjetarju tagħha għal tqegħid fis-suq, kemm fil-Komunità Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea, rispettivament, tal prodotti li fir-rigward tagħhom ikun qiegħed jiġi invokat l-eżawriment.

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ “testers ta’ fwieħa” lill-intermedjarji li huma marbuta b’kuntratt mal-proprjetarju tat-trade mark sabiex il-klijenti tagħhom ikunu jistgħu jipprovaw il-kontenut iseħħ mingħajr trasferiment ta’ proprjetà u bi projbizzjoni ta’ bejgħ, fejn il-proprjetarju tat-trade mark jista’ f’kull waqt jirtira dawn il-prodotti u fejn l-imballaġġ ta’ dawn il-prodotti jiddistingwi ruħu b’mod ċar minn dak tal-fliexken tal-fwieħa li abitwalment jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-imsemmija intermedjarji mill-proprjetarju tat-trade mark, il-fatt li dawn it-testers huma fliexken tal-fwieħa li jinkludu t-tikketti “demostrazzjoni” u “mhux għall-bejgħ” jipprekludi l-konstatazzjoni li, fin-nuqqas ta’ kull prova kuntrarja li l-evalwazzjoni tagħha għandha ssir mill-qorti tar-rinviju, kien hemm kunsens impliċitu tal-proprjetarju tat-trade mark għat-tqegħid fis-suq tagħhom.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal- 10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Tribunale di Genova — L-Italja) — Fallimento Traghetti del Mediterraneo SpA vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-140/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Sussidji mħallsa lil impriża ta’ trasport marittimu li għandha obbligi ta’ servizz pubbliku - Liġi nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà li jingħata ħlas akkont qabel l-approvazzjoni ta’ ftehim)

2010/C 209/12

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fallimento Traghetti del Mediterraneo SpA

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale de Genova — Għajnuna mill-Istat — Kompatibbiltà mal-Artikoli 86 sa 88 KE ta’ liġi nazzjonali li tipprovdi għall-possibbiltà li tingħata għajnuna lil impriżi ta’ trasport marittimu inkarigati mill-eżekuzzjoni ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku fin-nuqqas ta’ ftehim bejniethom u l-amministrazzjoni u mingħajr stabbiliment ta’ kriterji speċifiċi sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li sussidji mħallsa f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, skont leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-pagament ta’ ħlas akkont qabel l-approvazzjoni ta’ ftehim, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, jekk dawn is-sussidji jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jkunu ta’ distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Belġju) — État belge vs Nathalie De Fruytier

(Kawża C-237/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 13A(1)(d) - Eżenzjonijiet favur attivitajiet ta’ interess ġenerali - Provvista ta’ organi, demm u ħalib umani - Attività ta’ trasport ta’ organi u ta’ kampjuni umani lil sptarijiet u laboratorji, li l-persuna kkonċernata twettaq bħala persuna li taħdem għal rasha - Kunċetti ta’ ‘provvista ta’ oġġetti’ u ta’ ‘provvista ta’ servizzi’ - Kriterji ta’ distinzjoni)

2010/C 209/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: État belge

Konvenuta: Nathalie De Fruytier

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet favur attivitajiet ta’ interess ġenerali — Provvista ta’ organi, demm u ħalib umani — Possibbiltà li t-trasport ta’ organi u ta’ kampjuni umani lil sptarijiet u laboratorji, li l-persuna kkonċernata twettaq bħala persuna li taħdem għal rasha, jitqies li huwa provvista?

Dispożittiv

L-Artikolu 13A(1)(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, li jeżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud “provvista ta’ organi umani, demm u ħalib [organi, demm u ħalib umani]”, għandu jiġi interpretat fis-sens li mhuwiex applikabbli għall-attività ta’ trasport ta’ organi u kampjuni umani lil sptarijiet u laboratorji, li l-persuna kkonċernata twettaq bħala persuna li taħdem għal rasha.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-378/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - L-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 10a - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita d-dritt ta’ stħarriġ ta’ deċijonijiet dwar l-ambjent - Nuqqas ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 209/14

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Jirkalová, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) u d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċeduri ta’ tfassil deċiżjonali dwar l-ambjent

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/11


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2010 minn Paul Inge Hansen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) fis-17 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-295/09, Paul Inge Hansen vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-26/10 P)

()

2010/C 209/15

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Appellant: Paul Inge Hansen (rappreżentanti: P. Löfqvist, avukat, u C. Von Quitzow, Juris Doktor)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Mejju 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/11


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-185/10)

()

2010/C 209/16

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simerdova u K. Herrmann)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li:

jiġi kkonstatat il-ksur tal-obbligu tar-Repubblika tal-Polonja taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), minħabba fl-adozzjoni u ż-żamma minnha tal-Artikolu 4 tal-Ustawa “Prawo farmaceutyczne” (Liġi dwar il-mediċini) tas-6 ta’ Settembru 2001 fil-verżjoni emendata tagħha tat-30 Marzu 2007 (Dz. U. Nr. 75, Pos 492), billi dan l-artikolu jippermetti li prodotti mediċinali jitqiegħdu fis-suq tar-Repubblika tal-Polonja mingħajr awtorizzazzjoni bħal ma huwa l-każ għall-prodotti mediċinali barranin importati fis-suq u li għandhom l-istess ingredjenti attivi, l-istess doża u l-istess forma iżda li kisbu awtorizzazzjoni għat-tqegħid tagħhom fis-suq fil-Polonja, jekk il-prezz ta’ dawn tal-ewwel ikun iktar kompetittiv minn dawn tal-aħħar;

ir-Repubblika tal-Polonja tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-adozzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (3a) tal-Ustawa “Prawo Farmaceutyczne” mir-Repubblika tal-Polonja ppermettew it-tqegħid fis-suq fil-Polonja ta’ prodotti mediċinali mingħajr ma dawn ikunu ġew awtorizzati f’dan il-pajjiż mill-awtorità nazzjonali kompetenti u dan bi ksur tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83.

Id-dispożizzjoni Pollakka ma hijiex koperta mill-Artikoli 5(1) u 126a tad-Direttiva 2001/83 li jipprovdu għal derogi mill-obbligu ġenerali, li jinsab fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva, li prodott mediċinali jkollu awtorizzazzjoni nazzjonali.

L-ewwel nett, l-Artikolu 4(3a) tal-Ustawa “Prawo Farmaceutyczne” li jgħid li l-kundizzjoni għall-awtorizzazzjoni sabiex jiġu ammessi prodotti mediċinali barranin hija l-kompetittività tal-prezzijiet tagħhom meta mqabbla mal-prezz tal-prodotti mediċinali li diġà ġew ammessi fis-suq domestiku, huwa biss ibbażat fuq kriterju ta’ natura ekonomika. Kriterju ta’ dan it-tip ma jistax madankollu jiġġustifika d-deroga mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83.

Barra minn dan, id-dispożizzjoni Pollakka tikkonċerna prodotti mediċinali li għandhom l-istess ingredjenti attivi, l-istess forma u l-istess doża bħal dawk tal-prodotti mediċinali diġà ammessi fis-suq domestiku, u għalhekk mhux possibbli li dawn il-prodotti mediċinali jitqiesu bħala mhux disponibbli fis-suq domestiku, każ li kieku kien jindika l-ħtieġa għal importazzjoni b’għan speċifiku b’mod konformi mal-Artikolu 5 tad-Direttiva.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2010 — KMB Europe BV vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-193/10)

()

2010/C 209/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KMB Europe BV

Konvenut: Hauptzollamt Duisburg

Domanda preliminari

L-intestatura 8521 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-verżjoni li tirriżulta mill-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat bħall-apparat li jaqra fajls MP3 u fajls multimedia oħra deskritti iktar ’il quddiem huwa eskluż minn din l-intestatura minħabba li għandu jsir riferiment għall-funzjoni prinċipali tal-apparat li jirriproduċi l-ħoss jew minħabba li l-kapaċità ta’ dan l-apparat li jirriproduċi immaġini fissi u films hija limitata għal screen żgħir b’riżoluzzjoni baxxa u bi frekwenza ta’ immaġini baxxa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  ĠU L 301, p. 1.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ April 2010 — Ze Fu Fleischhandel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-201/10)

()

2010/C 209/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ze Fu Fleischhandel GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

(1)

L-applikazzjoni tar-regola ta’ preskrizzjoni pprovduta fl-Artikolu 195 BGB, fil-verżjoni fis-seħħ sa tmiem l-2001, fir-rigward ta’ dritt għal rimbors ta’ rifużjoni ta’ esportazzjoni indebitament imħallsa, hija kompatibbli mal-prinċipju taċ-ċertezza legali tad-dritt Komunitarju?

(2)

L-applikazzjoni tar-regola ta’ preskrizzjoni ta’ 30 sena pprovduta fl-Artikolu 195 BGB fir-rigward ta’ dritt għal rimbors ta’ rifużjoni ta’ esportazzjoni indebitament imħallsa, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità tad-dritt Komunitarju?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal, fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (1), liema terminu ġie stabbilit minn qorti permezz ta’ poter ġudizzjarju ta’ emerġenza f’każ partikolari, skont l-iżvilupp ġudizzjarju tad-dritt, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali tad-dritt Komunitarju?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-26 ta’ April 2010 — Vion Trading GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-202/10)

()

2010/C 209/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vion Trading GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Domandi preliminari

(1)

L-applikazzjoni tar-regola ta’ preskrizzjoni pprovduta fl-Artikolu 195 BGB, fil-verżjoni fis-seħħ sa tmiem l-2001, fir-rigward ta’ dritt għal rimbors ta’ rifużjoni ta’ esportazzjoni indebitament imħallsa, hija kompatibbli mal-prinċipju taċ-ċertezza legali tad-dritt Komunitarju?

(2)

L-applikazzjoni tar-regola ta’ preskrizzjoni ta’ 30 sena pprovduta fl-Artikolu 195 BGB fir-rigward ta’ dritt għal rimbors ta’ rifużjoni ta’ esportazzjoni indebitament imħallsa, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità tad-dritt Komunitarju?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal, fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (1), liema terminu ġie stabbilit minn qorti permezz ta’ poter ġudizzjarju ta’ emerġenza f’każ partikolari, skont l-iżvilupp ġudizzjarju tad-dritt, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali tad-dritt Komunitarju?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach (ir-Repubblika tal-Polonja) fit-3 ta’ Mejju 2010 — Logstor ROR Polska Sp. z o.o. vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Katowicach

(Kawża C-212/10)

()

2010/C 209/20

Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Logstor ROR Polska Sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektorowi Izby Skarbowej w Katowicach.

Domandi preliminari

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (1), emendata fis-17 ta’ Ġunju 1985 bl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 85/303/KEE (2), tal-10 ta’ Ġunju 1985, jippermetti lil Stat Membru li jintroduċi mill-ġdid, fl-1 ta’ Jannar 2007, dazju fuq il-kapital fuq self meħud minn kumpannija b’kaptial azzjonarju, jekk il-kreditur ikollu dritt għal sehem mill-qligħ tal-kumpannija, meta l-Istat Membru kien preċedentement irrinunzja għall-ġbir ta’ din it-taxxa fid-data tal-adeżjoni tiegħu (fl-1 ta’ Mejju 2004)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 11.

(2)  Direttiva tal-Kunsill li temenda Direttiva 69/335/KEE rigward taxxi indiretti fuq il-ġbir ta’ kapital, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 122.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Mejju 2010 — Pacific World Limited, FDD International vs Commissioners for her Majesty's Revenue u Customs

(Kawża C-215/10)

()

2010/C 209/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pacific World Limited, FDD International.

Konvenuti: Commissioners for her Majesty's Revenue u Customs.

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1417/2007 (1), tat-28 ta’ Novembru 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda huwa validu sa fejn jikklassifika taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 id-dwiefer foloz u għaldaqstant, is-settijiet tad-dwiefer foloz deskritti fl-Anness I tal-imsemmi regolament?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, in-Nomenklatura Magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li teħtieġ li, is-settijiet tad-dwiefer foloz inkwistjoni jiġu kklassifikati, bħala “Preparazzjonijiet għas-sbuħija jew għall-irtokk u preparazzjonijiet għall-kura tal-ġilda (minbarra medikamenti), inklużi prodotti għall-ħarsien mix-xemx jew preparazzjonijiet għas-sun tan; preparazzjonijiet għall-manikjur jew il-pedikjur […] preparazzjonijiet għall-manikjur jew il-pedikjur”, taħt is-subintestatura tariffarja 3304 30 00, jew, bħala “Oġġetti oħra ta’ pożati (per eżempju, qattiegħi x-xagħar (hair clippers), skieken tal-bejjigħ il-laħam jew tal-kċina, mannari u skieken għall-ikkapuljar, taljakarti); settijiet u strumenti tal-manikjur u tal-pedikjur (inklużi l-limi tad-dwiefer) […] settijiet u strumenti tal-manikjur u tal-pedikjur (inklużi l-limi tad-dwiefer)”, taħt is-subintestatura tariffarja 8214 20 00?


(1)  ĠU L 316, p. 4.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/14


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-220/10)

()

2010/C 209/22

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra u Andrade u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li billi r-Repubblika Portugiża:

identifikat bħala żoni inqas sensittivi l-ibħra kostali kollha tal-gżira ta’ Madeira u l-ibħra kostali kollha tal-gżira ta’ Porto Santo mingħajr ma applikat il-kriterji previsti fl-Anness II tad-Direttiva 91/271/KEE (1), flimkien mal-Artikolu 6(1) tad-direttiva u, b’mod partikolari, mingħajr ma wettqet studji eżawrjenti li jindikaw li l-iskariki rispettivi ma jiddeterjorawx l-ambjent, hija ma implementatx id-dispożizzjonijiet imsemmija tad-Direttiva 91/271/KEE;

ssuġġettat għal trattament inqas rigoruż minn dak previst fl-Artikolu 4 tad-direttiva, l-ilma urban mormi li jiġi mill-agglomerazzjonijiet b’popolazzjoni ogħla minn 10 000 persuna bħal ma huma l-agglomerazzjonijiet ta’ Funchal u ta’ Câmara de Lobos, skarikati fl-ibħra kostali tal-gżira ta’ Madeira, mingħajr ma wettqet studji eżawrjenti li jindikaw li l-iskariki rispettivi ma jiddeterjorawx l-ambjent, hija ma implementatx l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/271/KEE;

ma ggarantietx, fir-rigward tal-aggolmerazzjoni ta’ Albufeira/Armação de Pêra l-eżistenza ta’ sistemi għall-ġbir ta’ ilma urban mormi skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 3 u trattament iktar rigoruż minn dak previst fl-Artikolu 4, skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, hija ma implementatx l-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 91/271/KEE;

ma ggarantietx, fir-rigward tal-agglomerazzjoni ta’ Beja, trattament iktar rigoruż minn dak previst fl-Artikolu 4, skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 5, hija ma implementatx l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE;

ma ggarantietx, fir-rigward tal-agglomerazzjoni ta’ Chaves, trattament iktar rigoruż minn dak previst fl-Artikolu 4, skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, hija ma implementatx l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE;

ma ggarantietx, fir-rigward tal-ħames agglomerazzjonijiet tal-estwarju tax-xmara Tejo, Barreiro/Moita, Fernão Ferro, Montijo, Quinta do Conde u Seixal, l-eżistenza ta’ sistemi għall-ġbir ta’ ilma urban mormi skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 3; ma ggarantietx, f’sitt agglomerazzjonijiet li jiskarikaw fin-naħa tax-xellug tal-estwarju tat-Tejo, Barreiro/Moita, Corroios/Quinta da Bomba, Fernão Ferro, Mintija, Quinta do Conde u Seixal, trattament iktar rigoruż minn dak previst fl-Artikolu 4 skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 5, hija ma implementatx l-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 91/271/KEE;

ma ggarantietx, fir-rigward tal-agglomerazzjoni ta’ Elvas, trattament iktar rigoruż minn dak previst fl-Artikolu 4, skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 5, hija ma implementatx l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE;

ma ggarantietx, fir-rigward tal-agglomerazzjoni ta’ Tavira, trattament iktar rigoruż minn dak previst fl-Artikolu 4, skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, hija ma implementatx l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271/KEE;

ma ggarantietx, fir-rigward tal-agglomerazzjoni ta’ Viseu, l-eżistenza ta’ sistemi għall-ġbir ta’ ilma urban mormi skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 3, kif ukoll trattament iktar rigoruż minn dak previst fl-Artikolu 4, skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 5, hija ma implementatx l-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 91/271/KEE;

tiddikjara li r-Repubblika Portugiża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Jeżistu numru ta’ agglomerazzjonijiet li ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tad-Direttiva, sebgħa fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Artikolu 3 u tnax fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Artikolu 5.

Uħud mill-agglomerazzjonijiet inkwistjoni ma implementaw ebda tip ta’ trattament tal-ilma mormi rispettiv tagħhom.

Fir-rigward tal-iskariki ta’ ilma urban mormi f’żoni sensittivi, id-Direttiva tirrikjedi trattament iktar rigoruż tal-ilma skarikat minn dak li hu rikjest fir-rigward ta’ ilma skarikat f’żoni oħra.

Skont il-Parti B tal-Anness II, massa jew żona ta’ ilma baħar tista’ tiġi identifikata bħala żona inqas sensittiva jekk l-emissjoni ta’ ilma mormi ma jkunx jaffettwa lill-ambjent b’mod negattiv bħala konsegwenza tal-morfoloġija, idroloġija jew il-kundizzjonijiet idrawliċi f’din iż-żona.

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għalihom l-ilma urban mormi skarikat f’żoni inqas sensittivi jista’ jiġi ssuġġettat għal trattament inqas rigoruż. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi, b’mod partikolari, li l-ilma urban mormi li jiġi mill-agglomerazzjonijiet b’popolazzjoni bejn 10 000 u 150 000 li jiġi skarikat fl-ibħra ta’ mal-kosta biss jista’ jiġi ssuġġettat għal trattament inqas rigoruż jekk ikunu saru studji eżawrjenti li jindikaw li l-iskariki rispettivi ma jiddeterjorawx l-ambjent, filwaqt li l-informazzjoni rilevanti dwar dawn l-istudji għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26)


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Mejju 2010 — Hannelore Adams vs Germanwings GmbH

(Kawża C-226/10)

()

2010/C 209/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hannelore Adams

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domandi preliminari

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) japplika meta l-passiġġier, li kellu riżervazzjoni kkonfermata għal titjira bir-ritorn, ma jippreżentax ruħu għat-tlugħ fuq it-titjira tar-ritorn minħabba dawn iċ-ċirkustanzi:

it-trasportatur tal-ajru li jopera rrifjuta li jħalli lill-passiġġier, li kien ippreżenta ruħu fil-ħin għat-tlugħ fuq it-titjira inizjali, milli jitla’ fuq din it-titjira, kontra r-rieda ta’ dan il-passiġġier, u informah li lanqas ma kien ser iħallih jitla’ fuq it-titjira tar-ritorn.

it-trasportatur tal-ajru li jopera rrifjuta t-tlugħ minħabba li kkunsidra, b’mod żbaljat, li l-passiġġier kien għadu ma ħallasx somma dovuta bħala miżata amministrattiva fir-rigward ta’ nota ta’ kreditu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/16


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-227/10)

()

2010/C 209/24

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laignelot, aġenti, u A. Salumets, Vandeadvokaat)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (1), billi naqset milli tadotta debitament id-dispożizzjonijiet legali meħtieġa sabiex tittrasponi l-Artikoli 2(a) u 6(1) u (3) tad-direttiva msemmija fid-dritt nazzjonali;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Traspożizzjoni inkompleta tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(a)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 31 tal-Liġi Estonjana dwar l-istima tal-effetti fuq l-ambjent u dwar l-immaniġġjar tal-ambjent (Keskkonnamõju hindamise ja keskkonnajuhtimise seaduse, iktar ’il quddiem il-“KeHJS”), għalkemm hija iktar wiesgħa mid-Direttiva fir-rigward tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva, hija iktar limitata fir-rigward tal-ewwel inċiż tal-istess artikolu sa fejn huma esklużi l-pjanijiet u l-programmi (bl-eventwali konsegwenzi tagħhom fuq l-ambjent) li jkunu ppreparati minn awtorità iżda ma jkunux adottati permezz ta’ att legali. B’dan il-mod, id-dispożizzjoni nazzjonali Estonjana tippermetti li ma jkunx meħtieġ li ssir stima tal-effetti fuq l-ambjent ta’ pjanijiet u programmi li huwa meħtieġ li jiġu adottati permezz ta’ dispożizzjonijiet legali jew amministrattivi (għalkemm il-leġiżlazzjoni Estonjana ma tipprevedix dawn ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva).

Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva fid-dritt nazzjonali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rekwiżit, stabbilit fl-Artikolu 32(2)(3) tal-Liġi Estonjana, li jiġi ppubblikat l-abbozz tal-pjan jew tal-programm, jew sempliċement l-applikazzjoni inizjali, mhuwiex konformi mad-Direttiva. B’mod ġenerali, l-applikazzjoni inizjali għad-dokument strateġiku ta’ planifikazzjoni titfassal b’mod ġenerali wisq sabiex tippermetti li jiġu ddeterminati u stmati l-effetti kollha fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem.

Traspożizzjoni inkompleta tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva

Skont il-Kummissjoni, l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jistabbilixxi b’mod ċar l-obbligu tal-Istati Membri li jinnominaw l-awtoritajiet li, minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom, x’aktarx ikunu milquta mill-effetti ambjentali tal-implementazzjoni tal-pjanijiet jew tal-programmi. Referenza għal din id-dispożizzjoni tinsab ukoll fl-Artikoli 3(6), 5(4), u 6(1) u (2) tad-Direttiva. Fl-Artikoli 36(3) u 35(4) tal-KeHJS huma elenkati l-awtoritajiet li għandhom jiġu kkonsultati (il-ministeru tal-affarijiet soċjali, il-ministeru tal-kultura, il-ministeru tal-ambjent, l-uffiċċju tal-ambjent jew korp tal-amministrazzjoni muniċipali), iżda l-Liġi Estonjana ma teżiġix li jiġu kkonsultati awtoritajiet oħra. Dan ifisser li ma jeżisti ebda obbligu ġenerali li jiġu kkonsultati l-awtoritajiet kollha li, minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom, x’aktarx ikunu milquta mill-effetti ambjentali tal-implementazzjoni tal-pjanijiet jew tal-programmi. Barra minn hekk, skont l-artikoli msemmija tal-KeHJS, ma jirriżultax b’mod ċar li awtoritajiet oħra minbarra dawk imsemmija għandhom jiġu kkonsultati. Skont il-Kummissjoni, il-Liġi Estonjana mhijiex ċara u l-libertà ta’ għażla fir-rigward tan-nomina tal-awtoritajiet li tissemma fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva hija kbira wisq. Jista’ jkun il-każ li jkun hemm awtoritajiet oħra li jkunu milquta mill-effetti ambjentali tal-implementazzjoni tal-pjanijiet jew tal-programmi minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom. Dan ifisser li, għalkemm il-Liġi Estonjana tistabbilixxi li, meta jkun il-każ, jistgħu jiġu kkonsultati awtoritajiet oħra, teżisti l-possibbiltà li dawn madankollu ma jiġux ikkonsultati, minkejja li jistgħu jkunu milquta mill-effetti ambjentali tal-implementazzjoni tal-pjanijiet jew tal-programmi, minħabba li taħt il-Liġi Estonjana ma jeżisti ebda obbligu ta’ konsultazzjoni.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Mejju 2010 — Union of European Football Associations (UEFA), British Sky Broadcasting Ltd vs Euroview Sport Ltd

(Kawża C-228/10)

()

2010/C 209/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Union of European Football Associations (UEFA), British Sky Broadcasting Ltd

Konvenuta: Euroview Sport Ltd

Domandi preliminari

(1)   Apparat illeċitu

(a)

Meta apparat ta’ aċċess kondizzjonali jkun magħmul minn jew bil-kunsens ta’ min jipprovdi s-servizz u jinbiegħ suġġett għal awtorizzazzjoni limitata li dan l-apparat jintuża biss sabiex jinkiseb aċċess għal servizz protett f’ċerti ċirkustanzi partikolari, dan l-apparat isir “apparat illeċitu” fis-sens tal-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 98/84/KE (1) jekk jiġi pprovdut sabiex ikun permess l-aċċess għal dak is-servizz protett f’post jew b’mod jew minn persuna mhux inklużi fl-awtorizzazzjoni ta’ min jipprovdi s-servizz?

(b)

X’inhi t-tifsira ta’ “iddisinjat jew adattat” fis-sens tal-Artikolu 2(e) tad-Direttiva?

(2)   Suġġett tal-kawża

Meta persuna li tipprovdi s-servizz tittrażmetti l-programmi f’forma kodifikata lil persuna oħra li tipprovdi s-servizz u li xxandar dawk il-programmi fuq il-bażi ta’ aċċess kondizzjonali, liema fatturi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk l-interessi tal-ewwel persuna li tipprovdi s-servizz humiex effettwati skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/84?

B’mod partikolari:

Meta impriża tittrażmetti l-programmi (inklużi stampi, awdjo u kummentarju bl-Ingliż) f’forma kodifikata lil impriża oħra li, min-naħa tagħha, ixxandar il-programmi lill-pubbliku (li miegħu tkun żiedet il-logo tagħha u, xi drabi, kumment awdjo addizzjonali):

(a)

It-trażmissjoni mill-ewwel impriża tikkostitwixxi servizz protett ta’ “xandir bit-televiżjoni”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/84/KE u tal-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 89/552/KEE (2)?

(b)

Huwa neċessarju li l-ewwel impriża tkun xandar fis-sens tal-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 89/552/KEE sabiex titqies li qed tipprovdi servizz ta’ “xandir bit-televiżjoni” skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/84/KE?

(c)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/84/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti dritt lill-ewwel impriża tressaq kawża fir-rigward tal-apparat illeċitu li jagħti aċċess għall-programm kif imxandar mit-tieni impriża:

(i)

għaliex apparat bħal dan għandu jitqies bħala li jagħti aċċess, permezz tas-sinjal ta’ xandir, għas-servizz stess tal-ewwel impriża; jew

(ii)

għaliex l-ewwel impriża hija dik li tipprovdi servizz protett u li l-interessi tagħha huma affettwati minn attività illeċita (peress li apparat bħal dan jagħti aċċess mhux awtorizzat għas-servizz protett ipprovdut mit-tieni impriża)?

(d)

Ir-risposta għad-domanda 2(c) hija effettwata mill-fatt li l-ewwel u t-tieni persuni li jipprovdu servizzi jużaw sistemi ta’ dekodifikazzjoni u apparat tal-aċċess kondizzjonali differenti?

(3)   Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29/KE (3) — Miżuri teknoloġiċi

F’ċirkustanzi fejn:

(i)

xogħlijiet protetti mid-dritt tal-awtur huma inklużi fi trażmissjoni mxandra bis-satellita,

(ii)

it-trażmissjoni hija trażmessa f’forma kodifikata,

(iii)

it-trażmissjoni tkun biss aċċessibbli għall-abbonati max-xandar bis-satellita, u

(iv)

l-abbonati jirċievu kard ta’ dekodifikazzjoni li tippermettilhom jaraw it-trażmissjoni,

(a)

il-kodifikazzjoni tikkostitwixxi “miżura teknoloġika” fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2001/29/KE? F’dan il-każ, hija wkoll miżura “effettiva” fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2001/29/KE?

(b)

l-użu ta’ kard ta’ dekodifikazzjoni, li ġiet ipprovduta taħt kuntratt ta’ abbonament mix-xandar tat-trażmissjoni permezz tas-satellita lil klijent fi Stat Membru wieħed sabiex huwa jkun jista’ jirċievi x-xandira u x-xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur, li huma inklużi fiha, fit-tieni Stat Membru, jikkostitwixxi “tidwir” ta’ tali miżura teknoloġika fil-każ li x-xandar ma jawtorizzax dan l-użu?

(c)

negozjant li jimporta kards ta’ dekodifikaturi fit-tieni Stat Membru u li jirreklama għall-bejgħ u għall-użu tagħhom f’dan l-Istat għandu jitqies li huwa involut fl-importazzjoni jew fl-irreklamar ta’ apparati, jew li qed jipprovdi servizzi li:

(i)

qed jiġu pubbliċizzati, reklamati jew kummerċjalizzati bl-iskop li jiġi ffaċilitat it-tidwir tal-protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE?

(ii)

għandhom biss għan kummerċjali limitat jew użu limitat għajr dak li jiffaċilitaw it-tidwir tal-protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE?

(iii)

huma primarjament iddisinjati, immanifatturati, adattati jew attwati għall-iskop li jippermettu jew jiffaċilitaw it-tidwir tal-protezzjoni, fis-sens tal-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 2001/29/KE?

(d)

Iċ-ċirkustanzi msemmija iktar ’il fuq huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29/KE minħabba li dawn jaqgħu b’mod iktar speċifiku taħt id-Direttiva 98/84/KE?

(4)   Dritt ta’ riproduzzjoni

Meta l-frammenti sekwenzjali ta’ film, xandira, xogħol letterarju kif ukoll mużikali, jew reġistrazzjoni ta’ ħoss (f’dan il-każ, fotogrammi ta’ vidjo u awdjo diġitali) jinħolqu (i) fil-memorja ta’ dekodifikatur jew (ii) fil-każ ta’ film, xandira jew xogħol letterarju, fuq skrin tat-televiżjoni, u x-xogħol kollu huwa riprodott jekk il-frammenti sekwenzjali jiġu kkunsidrati flimkien iżda f’perijodu partikolari jkunu jeżistu biss numru limitat ta’ frammenti:

(a)

Il-kwistjoni dwar jekk dawn ix-xogħlijiet ikunux ġew kompletament jew parzjalment riprodotti għandha tiġi ddeterminata skont ir-regoli tal-liġi nazzjonali dwar id-dritt tal-awtur li jirrigwardaw dak li jikkostitwixxi riproduzzjoni illeċita ta’ xogħol protett mid-dritt tal-awtur, jew tiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE?

(b)

Jekk tiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, il-qorti nazzjonali għandha tikkunsidra l-frammenti ta’ kull xogħol bħala parti sħiħa, jew dawk il-frammenti biss li jkunu jeżistu f’perijodu partikolari? Jekk il-qorti nazzjonali għandha tikkunsidra dan l-aħħar każ, liema test għandha tapplika għall-kwistjoni dwar jekk ix-xogħlijiet ġewx riprodotti sostanzjalment fis-sens ta’ dan l-artikolu?

(c)

Id-dritt ta’ riproduzzjoni fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE jkopri wkoll il-ħolqien ta’ stampi temporanji għal fuq skrin tat-televiżjoni?

(5)   Sinifikat ekonomiku indipendenti

(a)

Il-kopji temporanji ta’ xogħol maħluqa ġewwa dekodifikatur televiżiv tas-satellita jew fuq skrin tat-televiżjoni kkollegat ma’ dekodifikatur, u li l-għan tagħhom huwa esklużivament li jippermettu l-użu tax-xogħol li ma jkunx b’xi mod ieħor limitat mil-liġi, għandhom jitqiesu li għandhom “sinifikat ekonomiku indipendenti” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29/KE minħabba l-fatt li dawn il-kopji jipprovdu l-unika bażi li minnha d-detentur tad-drittijiet jista’ jirċievi remunerazzjoni għall-użu tad-drittijiet tiegħu?

(b)

Ir-risposta għad-domanda 5(a) hija affettwata mill-fatt (i) li l-kopji temporanji jkollhom xi valur intrinsiku; jew (ii) li l-kopji temporanji jinkludu parti żgħira minn kollezzjoni ta’ xogħlijiet u/jew materji oħra li jistgħu jintużaw mingħajr ksur tad-dritt tal-awtur; jew (iii) li min għandu liċenzja esklużiva tad-detentur tad-drittijiet fi Stat Membru ieħor ikun diġà rċieva remunerazzjoni għall-użu tax-xogħol f’dak l-Istat Membru?

(6)   Komunikazzjoni lill-pubbliku b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili

(a)

Xogħol protett mid-dritt tal-awtur jitqies li ġie kkomunikat lill-pubbliku b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE meta xandira bis-satellita tiġi rċevuta f’bini kummerċjali, pereżempju bar, u kkomunikata jew murija f’dak il-bini permezz ta’ skrin tat-televiżjoni wieħed lill-pubbliku preżenti f’dak il-bini?

(b)

Ir-risposta għad-domanda 6(a) hija affettwata jekk:

(i)

il-pubbliku preżenti jikkostitwixxi pubbliku ġdid li mhux ikkontemplat mix-xandar (f’dan il-każ għaliex kard nazzjonali ta’ dekodifikazzjoni għal użu fi Stat Membru partikolari tintuża għal pubbliku kummerċjali fi Stat Membru ieħor)?

(ii)

il-pubbliku mhuwiex wieħed li jkun meħtieġ iħallas skont il-liġi nazzjonali?

(c)

Jekk ir-risposta għal waħda mill-partijiet tad-domanda 6(b) hija fl-affermattiv, liema fatturi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm komunikazzjoni tax-xogħol li oriġinat minn post fejn il-pubbliku ma kienx preżenti?

(7)   Dritt tal-iffissar

Meta l-frammenti sekwenzjali ta’ xandira (f’dan il-każ, fotogrammi ta’ vidjo u awdjo diġitali) jinħolqu (i) fil-memorja ta’ dekodifikatur jew (ii) fuq skrin tat-televiżjoni, u li l-parti l-kbira tax-xandira hija rriprodotta jekk il-frammenti sekwenzjali jiġu kkunsidrati flimkien iżda f’perijodu partikolari jkunu jeżistu biss numru limitat ta’ frammenti,

(a)

Il-kwistjoni dwar jekk dawn il-frammenti sekwenzjali jikkostitwixxux iffissar tax-xandira għandha tiġi ddeterminata skont ir-regoli tal-liġi nazzjonali dwar id-dritt tal-awtur li jirrigwardaw dak li jikkostitwixxi riproduzzjoni illeċita ta’ xogħol protett mid-dritt tal-awtur, jew tiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/115/KE (4)?

(b)

Jekk tiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/115/KE, tali kopji temporanji jistgħu jitqiesu li huma “ffissar” u jekk dan huwa l-każ il-qorti nazzjonali għandha tikkunsidra frammenti ta’ kull xogħol bħala parti sħiħa, jew dawk il-frammenti biss li jkunu jeżistu f’perijodu partikolari? Jekk il-qorti nazzjonali għandha tikkunsidra dan l-aħħar każ, liema test għandha tapplika għall-kwistjoni dwar jekk ix-xogħlijiet ġewx riprodotti parzjalment fis-sens ta’ dan l-artikolu?

(c)

Id-dritt ta’ ffissar fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/115/KE jkopri wkoll il-ħolqien ta’ stampi temporanji għal fuq skrin tat-televiżjoni?

(8)   Difiża taħt id-Direttiva 93/83 (5)

Il-fatt li l-liġi nazzjonali dwar id-dritt tal-awtur tipprovdi li, meta kopji temporanji ta’ xogħlijiet inklużi f’xandir bis-satellita, jew kopji temporanji tal-istess xandira jinħolqu ġewwa dekodifikatur jew fuq skrin tat-televiżjoni, ikun hemm ksur tad-dritt tal-awtur skont il-liġi tal-pajjiż fejn tkun irċevuta x-xandira, huwa kompatibbli mad-Direttiva 93/83/KEE jew mal-Artikoli 34 u 36 jew 56 TFUE?

Il-pożizzjoni tiġi affettwata jekk ix-xandira tiġi ddekodifikata permezz ta’ kard ta’ dekodifikazzjoni tas-satellita li tkun inħarġet mill-persuna li tipprovdi servizz ta’ xandir bis-satellita fi Stat Membru ieħor bil-kundizzjoni li l-użu ta’ dik il-kard ta’ dekodifikazzjoni tas-satellita jkun awtorizzat biss f’dak l-Istat Membru?

(9)   Jekk il-UEFA hijiex xandar skont id-Direttiva 93/83/KE

Meta organizzazzjoni (l-“ewwel organizzazzjoni”) tittrażmetti jew tkun ittrażmettiet f’isimha, lil grupp ta’ xandara f’pajjiżi differenti, kontenut viżiv u awdjo relatat ma’ avveniment sportiv dirett u li jitwassal permezz tas-satellita permezz ta’ sinjal kodifikat multilateralment, u li dawn imbagħad jerġgħu jitrażmettu lura (fil-forma ta’ sinjali tat-televiżjoni terrestri jew bis-satellita) il-programm dwar l-avveniment sportiv dirett, li fihom hemm inkluż kontenut viżiv u awdjo, iżda li magħhom hemm ukoll miżjud is-simbolu li jidentifika l-istazzjonijiet rispettivi u (skont il-politika editorjali tagħhom) kummenti tagħhom stess u kontribuzzjonijiet qabel, matul u wara l-avveniment sportiv, u matul il-halftime (iktar ’il quddiem il-“programmi mxandra l-isfel”):

(a)

is-sinjal ikkodifikat multilateralment jikkostitwixxi “komunikazzjoni lill-pubbliku permezz tas-satellita” skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2)(a) u (ċ) tad-Direttiva 93/83/KEE, fejn l-apparat ta’ dekodifikazzjoni tas-sinjal stess mhux disponibbli għall-pubbliku, iżda, rigward il-programm li għandu jixxandar l-isfel permezz tas-satellita, apparat ta’ dekodifikazzjoni tas-sinjal huwa pprovdut u, fir-rigward tal-programm imxandar l-isfel bis-sinjali terrestri, mhuwiex ikkodifikat?

(b)

l-ewwel organizzazzjoni tintroduċi fis-sinjal multilaterali tagħha “sinjali li jġorru l-programm maħsuba għal reception mill-pubbliku f’katina mhux interrotta ta’ komunikazzjoni li twassal sas-satellita u ’l isfel lejn id-dinja”?

(c)

Fejn l-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva jirreferi għall-att ta’ introduzzjoni li għandu jseħħ “taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta’ l-organizzazzjoni tax-xandir”, l-ewwel organizzazzjoni hija l-unika jew waħda mill-organizzazzjonijiet tax-xandir għall-dan l-iskop, jew l-introduzzjoni fis-sinjal multilaterali jista’ jitqies li ġie effettwat taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tax-xandara tal-output?

(10)   Difiża taħt l-Artikoli 34 u/jew 56 TFUE

(a)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 tkun li l-apparat tal-aċċess kondizzjonali magħmul minn jew bil-kunsens ta’ min jipprovdi s-servizz isir “apparat illeċitu” skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 98/84/KE meta jintuża barra mill-portata tal-awtorizzazzjoni ta’ min jipprovdi s-servizz li jagħti aċċess għal servizz protett, liema huwa s-suġġett speċifiku tad-dritt b’riferiment għall-funzjoni essenzjali tiegħu attribwita mid-Direttiva dwar l-Aċċess Kondizzjonali?

(b)

L-Artikoli 34 jew 56 TFUE jeskludu l-eżekuzzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali fl-ewwel Stat Membru li tirrendi illeċita l-importazzjoni jew il-bejgħ ta’ kard ta’ dekodifikazzjoni tas-satellita li tkun inħarġet minn persuna li tipprovdi servizz ta’ xandir bis-satellita fi Stat Membru ieħor bil-kundizzjoni li l-użu tal-kard ta’ dekodifikazzjoni tas-satellita jkun awtorizzat biss f’dak l-Istat Membru l-ieħor?

(c)

Ir-risposta hija affettwata mill-fatt li l-kard ta’ dekodifikazzjoni tas-satellita tkun awtorizzata biss għal użu privat jew domestiku f’dak l-Istat Membru l-ieħor iżda tintuża għal skopijiet kummerċjali fl-ewwel Stat Membru?

(d)

Jekk ir-risposta għad-domanda 3 tkun li l-użu, fil-kundizzjonijiet deskritti, ta’ kard ta’ dekodifikazzjoni tikkostitwixxi “tidwir” ta’ kull miżura teknoloġika effettiva, madankollu l-Artikoli 34 jew 56 TFUE jeskludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li timplementa l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29/KE?

(11)   Jekk il-protezzjoni pprovduta lix-xogħol mużikali u letterarju tistax tkun iktar wiesgħa minn dik ipprovduta lill-kumplament tax-xandira

(a)

L-Artikoli 34 u 36 jew 56 TFUE jeskludu l-eżekuzzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali dwar id-dritt tal-awtur li tirrendi illeċita r-rappreżentazzjoni jew id-daqq fil-pubbliku ta’ xogħol mużikali meta dan ix-xogħol ikun inkluż f’servizz protett li jsir aċċess għalih u li jindaqq fil-pubbliku permezz tal-użu ta’ kard ta’ dekodifikazzjoni tas-satellita meta dik il-kard tkun inħarġet mill-persuna li tipprovdi s-servizz fi Stat Membru ieħor bil-kundizzjoni li l-użu ta’ dik il-kard ta’ dekodifikazzjoni jkun awtorizzat biss f’dak l-Istat Membru l-ieħor? Ikollu effett il-fatt li x-xogħol mużikali jkun element mhux importanti mis-servizz protett fl-intier tiegħu u li l-liġi nazzjonali dwar id-dritt tal-awtur ma tipprojbixxix ir-rappreżentazzjoni jew id-daqq fil-pubbliku tal-elementi l-oħra tas-servizz?

(b)

L-Artikoli 34 u 36 jew 56 TFUE jeskludu l-eżekuzzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali dwar id-dritt tal-awtur li tirrendi illeċita r-rappreżentazzjoni jew id-daqq fil-pubbliku ta’ xogħol letterarju meta dan ix-xogħol ikun inkluż f’servizz protett li jsir aċċess għalih u li jindaqq fil-pubbliku permezz tal-użu ta’ kard ta’ dekodifikazzjoni tas-satellita meta dik il-kard tkun inħarġet mill-persuna li tipprovdi s-servizz fi Stat Membru ieħor bil-kundizzjoni li l-użu ta’ dik il-kard ta’ dekodifikazzjoni jkun awtorizzat biss f’dak l-Istat Membru l-ieħor? Ikollu effett il-fatt li x-xogħol letterarju jkun element mhux importanti mis-servizz protett fl-intier tiegħu u li l-liġi nazzjonali dwar id-dritt tal-awtur ma tipprojbixxix ir-rappreżentazzjoni jew id-daqq fil-pubbliku tal-elementi l-oħra tas-servizz?

(12)   Difiża taħt l-Artikolu 101 TFUE

Meta l-persuna li tipprovdi l-programmi toħroġ sensiela ta’ liċenzji esklużivi għat-territorju ta’ wieħed jew iktar Stati Membri li permezz tagħhom ix-xandar ikollu liċenzja jxandar il-programmi f’dak it-territorju biss (inkluż bis-satellita) u li inkluż f’kull liċenzja jkun hemm obbligu kuntrattwali li x-xandar jevita li l-kards tiegħu ta’ dekodikazzjoni tas-satellita, li jippermettu r-riċezzjoni tal-programmi liċenzjati, jiġu użati barra mit-territorju liċenzjat, liema test legali għandu jiġi applikat mill-qorti nazzjonali u liema ċirkustanzi għandha tieħu inkunsiderazzjoni meta tkun qed tiddeċiedi jekk ir-restrizzjoni kuntrattwali tiksirx il-projbizzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE?

B’mod partikolari:

(a)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal dan l-obbligu għar-raġuni biss li għandu bħala għan il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni?

(b)

F’dan il-każ, jeħtieġ li jintwera li dan l-obbligu kuntrattwali jipprevjeni, jirrestrinġi jew jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni b’mod sinjifikattiv sabiex jaqa’ taħt il-projbizzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE?


(1)  Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 147).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224).

(3)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).

(4)  Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, p. 28).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE, tas-27 ta’ Settembru 1993, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Volum 1, p. 134).


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso Administrativo no 3 de Almería (Spanja) fil-11 ta’ Mejju 2010 — Agueda María Saenz Morales vs Consejería para la Igualdad y Bienestar Social de la Junta de Andalucía

(Kawża C-230/10)

()

2010/C 209/26

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso Administrativo no 3 de Almería (Spanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agueda María Saenz Morales.

Konvenut: Consejería para la Igualdad y Bienestar Social de la Junta de Andalucía.

Domanda preliminari

(1)

Id-Direttiva 1999/70/KE (1) hija applikabbli għas-servizz pubbliku tal-amministrazzjoni tal-Junta de Andalucia (persunal temporanju) u, konsegwentement, il-persunal uffiċjali għandu d-dritt li jirċievi l-allowanċes ta’ kull tliet snin li jikkorrispondu għall-perijodu li matulu huwa ħadem bħala persunal temporanju?


(1)  Direttiva tal Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 3, p. 368)


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/21


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-232/10)

()

2010/C 209/27

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u Ł. Habiak)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex timplementa kompletament id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju (1), jew, f’kull każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti priċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/44/KE skada fil-21 ta’ Marzu 2009.


(1)  ĠU L 247, p. 1.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — David Claes vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

(Kawża C-235/10)

()

2010/C 209/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: David Claes

Konvenuta: Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw għal waqfien min-negozju wara dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ min iħaddem jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tordna l-istralċ u l-likwidazzjoni tal-istabbiliment ta’ kreditu li jħaddem minħabba insolvenza abbażi tal-Artikolu 61.(1)(a) u (b) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ April 1993, dwar is-settur finanzjarju, waqfien min-negozju li fir-rigward tiegħu il-liġi nazzjonali tipprovdi li jiġi tterminat b’effett immedjat il-kuntratt ta’ impjieg?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 98/59/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-istralċjarju jew il-likwidatur jitqies bħala persuna li tħaddem li ppreveda sensji kollettivi u li kien f’pożizzjoni li jwettaq, f’din il-perspettiva, l-atti msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva u li jipproċedi sabiex isiru s-sensji (Kawża C-323/08, punti 39, 40 u 41) (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.

(2)  Sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009, Rodríguez Mayor et, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Sophie Jeanjean vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

(Kawża C-236/10)

()

2010/C 209/29

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sophie Jeanjean

Konvenut: Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw għal twaqqif tal-attivitajiet wara dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ dak li jħaddem jew wara deċiżjoni ġudizzjarja li tordna x-xoljiment u l-likwidazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li hija dak li jħaddem minħabba insolvenza abbażi tal-Artikolu 61(1)(a) u (b) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ April 1993, dwar is-settur finanzjarju, twaqqif li fir-rigward tiegħu l-liġi nazzjonali tipprovdi għax-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol b’effett immedjat?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 98/59/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kuratur jew il-likwidatur għandu jiġi mqabbel ma’ dak li jħaddem li qiegħed jikkunsidra tkeċċijiet kollettivi u li huwa f’pożizzjoni li jwettaq, għal dan il-għan, l-atti msemmiija fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva u jeffettwa t-tkeċċijiet (Kawża C-323/08, punti 39, 40 u 41) (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3 p. 327

(2)  Sentenza tal-10 ta’ Diċembru 2009, Rodríguez Mayor et, li għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Miguel Remy vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

(Kawża C-237/10)

()

2010/C 209/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Miguel Remy

Konvenuta: Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw għal waqfien tan-negozju wara dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ min iħaddem jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tordna x-xoljiment u tqegħid fi stralċ tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tħaddem, minħabba li tkun insolventi, fuq il-bażi tal-Artikolu 61.(1)(a) u (b) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ April 1993, dwar is-settur finanzjarju, waqfien li fir-rigward tiegħu l-liġi nazzjonali tipprovdi ix-xoljiment immedjat tal-kuntratt ta’ xogħol?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 98/59/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li kuratur jew stralċarju għandu jiġi assimilat ma’ min iħaddem li kien ikkunsidra tkeċċijiet kollettivi u li, f’din il-perspettiva, qiegħed fil-pożizzjoni li jwettaq l-atti msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva u jeffettwa t-tkeċċijiet (Kawża C-323/08, punti 39, 40 u 41) (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.

(2)  Sentenza, tal-10 ta’ Diċembru 2009, Rodríguez Mayor et, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Volker Schneider vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

(Kawża C-238/10)

()

2010/C 209/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Volker Schneider

Konvenuta: Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw għal waqfien ta’ negozju wara dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ min iħaddem jew ta’ deċiżjoni tal-qorti li tordna x-xoljiment u l-istralċ tal-istituzzjoni ta’ kreditu li timpjega n-nies għal insolvenza abbażi tal-Artikolu 61.(1)(a) u (b) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ April 1993, dwar il-qasam finanzjarju, għal liema waqfien il-liġi nazzjonali tipprovdi għax-xoljiment b’effett immedjat tal-kuntratt ta’ xogħol?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 98/59/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kuratur jew l-istralċarju għandu jitqies fl-istess pożizzjoni bħal min iħaddem li qed jikkontempla li jagħmel sensji kollettivi u huwa kapaċi li jwettaq, f’din il-perspettiva, l-atti msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-direttiva u li jagħmel is-sensji (Kawża C-323/08, punti 39, 40 u 41)? (2)


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327

(2)  Sentenza tal-10 ta’ Diċembru 2009, Rodríguez Mayor et., li għadha ma ġietx ippubblika fil-Ġabra.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Xuan-Mai Tran vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

(Kawża C-239/10)

()

2010/C 209/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Xuan-Mai Tran

Konvenuta: Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw għal waqfien ta’ negozju permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ falliment tal-persuna li tħaddem, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tordna d-dissoluzzjoni u l-istralċ tal-istabbiliment ta’ kreditu tal-persuna li tħaddem minħabba insolvenza abbażi tal-Artikolu 61(1)(a) u (b) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ April 1993, dwar is-settur finanzjarju, waqfien li fir-rigward tiegħu l-liġi nazzjonali tipprevedi x-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol b’effett immedjat?

(2)

Fil-każ li r-risposta għal din il-mistoqsija tkun fl-affermattiv, l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 98/59/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kuratur jew l-istralċjarju huma assimilabbli għal persuna li tħaddem li jkollha l-intenzjoni li twettaq tkeċċijiet kollettivi u li tkun f’pożizzjoni li twettaq, minn din il-perspettiva, l-atti msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-direttiva u li twettaq dawn it-tkeċċijiet (Kawża C-323/08, punti 39, 40 u 41) (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327

(2)  Sentenza, tal-10 ta’ Diċembru 2009, Rodrìguez Mayor et, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Sezione Terza (l-Italja) fis-17 ta’ Mejju 2010 — ENEL Produzione SpA vs Autorità per l’energia elettrica e il gas

(Kawża C-242/10)

()

2010/C 209/33

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia, it-Tielet Awla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ENEL Produzione SpA

Konvenuta: Autorità per l’energia elettrica e il gas

Domanda preliminari

L-Artikoli 23, 43, 49 u 56 tat-Trattat kif ukoll l-Artikolu 11(2) u (6) u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/54 jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ma tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea, timponi b’mod permanenti fuq ċerti produtturi tal-elettriku li għandhom, f’ċirkustanzi partikolari, rwol essenzjali għas-sodisfazzjoni tal-bżonnijiet tat-talba għas-servizzi ta’ dispaċċ, li jippreżentaw offerti fis-swieq tal-borża tal-elettriku skont programmi stabbiliti esternament mill-operatur tan-netwerk, u li tneħħi r-remunerazzjoni ta’ dawn l-offerti mid-determinazzjoni libera tal-produttur billi torbotha ma’ kriterji li ma jkunux ġew iddeterminati bil-quddiem skont “proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq regoli tas-suq”?


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/24


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-243/10)

()

2010/C 209/34

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx fit-termini previsti l-miżuri neċessarji kollha sabiex tneħħi l-isekma ta’ għajnuna mill-Istat li ġiet iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/854/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-iskema ta’ għajnuna “Liġi Reġjonali Nru 9 tal-1998 — applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98” C1/2004 (eks NN 158/2003 u CP 15/2003), (notifikata fl-4 ta’ Lulju 2008, taħt id-dokument numru C(2008) 2997 u ppubblikata fil-ĠU L 302 tat-13 ta’ Novembru 2008, p 9-18), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni u taħt it-Trattat TFUE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

(1)

Id-Deċiżjoni 2008/854 tiddikjara imkompatibbli l-iskema ta’ għajnuna li tirriżulta mill-għaqda tad-deċiżjoni amministrattiva (deliberazione) tal-Giunta Regionale della Regione Sardegna Nru 33/6, tas-27 ta’ Lulju 2000 u tal-Artikolu 2 tal-Liġi Reġjonali Nru 9, tal-11 ta’ Marzu 1998, minħabba li tippermetti l-għoti ta’ għajnuna mingħajr l-effett ta’ inċentiv. Konsegwentement, hija ordnat l-irkupru tal-għajnuna mogħtija taħt din l-iskema (ara l-Artikoli 2 sa 4).

(2)

Madankollu, mill-korrispondenza abbundanti li kien hemm bejn l-awtoritajiet Taljani u l-Kummissjoni wara n-notifika tad-Deċiżjoni 2008/854, jirriżulta li sa kważi sentejn wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-awtoritajiet Taljani għad iridu jirkupraw l-għajnuna illegali u inkompatibbli mogħtija taħt din l-iskema, bl-interessi. Għaldaqstant huwa huwa ċar li l-proċeduri nazzjonali segwiti ma setgħux jippermettu rkupru “immedjat u effettiv” u, għaldaqstant, li l-Italja ma osservatx l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni 2008/854.

(3)

Jirriżulta wkoll li l-ebda informazzjoni mitluba ma ngħatat mill-awtoritajiet Taljani fit-terminu previst fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2008/854. Għaldaqstant għandu jiġi konkluż li l-Italja naqset milli tikkonforma mal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/25


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 minn Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd mis-sentenza mogħtija fl-4 ta' Marzu 2010 mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-Kawżi magħquda T-407/09, Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd u T-408/06, Wenzhou Taima Shoes Co. LTD vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-247/10 P)

()

2010/C 209/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd (rappreżentant: M. Sánchez Rydelski, Avukat)

Appellati: Wenzhou Taima Shoes Co., Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC), B.A.L.A. di Lanciotti Vittorio & C. Sas, Calzaturificio Elisabet Srl, Calzaturificio Iacovelli di Iacovelli Giuseppe & C. Snc, Calzaturificio Leopamy Srl, Calzaturificio Lunella Srl, Calzaturificio Mia Shoe Snc di Gattafoni Carlo & C., Calzaturificio Primitempi di Monaldi Geri, Calzaturificio R. G. di Rossi & Galiè Srl, Calz. S. G. di Seghetta Giampiero e Sergio Snc, Carim Srl, Florens Shoes SpA, Gattafoni Shoe Snc di Gattafoni Giampaolo & C., Grif Srl, Missouri Srl, New Swing Srl, Podosan Medical Shoes di Cirilli Michela, Viviane Sas.

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija fl-4 ta’ Marzu 2010 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawżi magħquda T-407/06 u T-408/06;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (1), sa fejn japplika għall-appellanti u

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-kuntest ta’ dan l-appell u tal-Kawżi magħquda T-407/06 u T-408/06.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat li l-Kummissjoni setgħet tiddeċiedi legalment, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”), li la teżamina u lanqas tiddeċiedi dwar it-talbiet tal-appellanti għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) u għal trattament individwali (“TI”).

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-ksur tal-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku kienx jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.


(1)  ĠU L 352M, p. 485.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/26


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Griega

(Kawża C-248/10)

()

2010/C 209/36

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanasou-Apostolopoulou u A. Nijenhuis)

Konvenuta: Ir-Repubblika Griega

Talbiet

tikkonstata li, billi ma addottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/44/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/44/KE fil-liġi nazzjonali skada fil-21 ta’ Marzu 2009.


(1)  JO L 247, 21.9.07, p. 1.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/26


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-4 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-401/06, Brosmann Footwear (HK) Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-249/10 P)

()

2010/C 209/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co. Ltd (rappreżentanti: L. Ruessmann u A. Willems, avukati)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea u l-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fl- 4 ta’ Marzu 2010 sa fejn, minn naħa, ma annullatx ir-regolament ikkontestat u, min-naħa l-oħra, ikkundannat l-appellanti għall-ispejjeż inkorsi fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tieħu deċiżjoni definittiva u tannulla r-regolament ikkontestat fit-totalità tiegħu;

tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-Artikolu 2(7) u l-Artikolu 9(5) tar-Regolament Antidumping ta’ Bażi (1) ma jobbligawx lill-istituzzjonijiet li jiddeċiedu fuq it-talbiet ta’ status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq (iktar ’il quddiem l-“SES”) u ta’ trattament individwali (iktar ’il quddiem “TI”) fil-każijiet fejn huma japplikaw il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni;

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tikkonstata li l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Antidumping ta’ Bażi billi astjenew milli jiddeċiedu fuq it-talbiet ta’ SES u ta’ TI tal-prodotturi esportaturi Ciniżi magħżula fit-teħid ta’ kampjuni fit-tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tikkonstata li l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Antidumping ta’ Bażi billi ma informawx il-produtturi esportaturi Ċiniżi mhux magħżula fit-teħid ta’ kampjuni fir-rigward tal-eżami tat-talbiet ta’ SEM u ta’ TI fit-tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tikkonstata li l-istituzzjonijiet ma kkooperawx matul l-investigazzjoni u li, għaldaqstant, il-Komunità Ewropea ma ssodisfatx il-kundizzjoni imposta mill-Artikolu 4(1) flimkien mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Antidumping ta’ Bażi, peress li dan wassal għal evalwazzjoni żbaljata tal-ħsara u tar-rabta kawżali fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament Antidumping ta’ Bażi.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Antidumping ta’ Bażi ma jipprojbixxix lill-istituzzjonijiet milli jiġbru l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tat-teħid ta’ kampjuni qabel il-ftuħ tal-investigazzjoni.

Sussidjarjament, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tikkonstata li l-istituzzjonijiet ma kisrux l-Artikolu 6(9) tar-Regolament Antidumping ta’ Bażi billi qabżu t-terminu ta’ ħmistax-il xahar stabbilit sabiex tiġi konkluża investigazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi matul l-evalwazzjoni tagħha tal-effetti legali tal-informazzjoni varja li tirrigwarda l-istabbiliment tal-eżistenza ta’ ħsara fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament Antidumping ta’ Bażi.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tikkonstata li l-istituzzjonijiet ma kkonformawx ruħhom mal-obbligu tagħhom li jeżaminaw bl-attenzjoni u imparzjalità l-aspetti kollha rilevanti tal-investigazzjoni antidumping.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi matul l-evalwazzjoni tagħha tal-effetti legali ta’ ċerta informazzjoni li tirrigwarda l-obbligu tal-awtoritajiet inkarigati mill-investigazzjoni li jagħtu motivazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonsatat li l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 3 tar-Regolament Antidumping ta’ Bażi billi naqsu milli jevalwaw l-impatt fuq l-industriji tal-Komunità Ewropea ta’ fatturi oħrajn minbarra l-importazzjonijiet li huwa s-suġġett tad-dumping inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Roma (l-Italja) fit-23 ta’ Marzu 2010 — proċeduri kriminali kontra Alessandro Sacchi

(Kawża C-255/10)

()

2010/C 209/38

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Alessandro Sacchi

Domanda preliminari

Liema hija l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikoli 43 u 49 KE dwar il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-settur tal-imħatri fuq avvenimenti sportivi, anki fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-imsemmija dispożizzjonijiet tat-Trattat jawtorizzawx jew le leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi monopolju favur l-Istat u sistema ta’ liċenzji u awtorizzazzjonijiet li, fil-kuntest ta’ numru determinat ta’ liċenzji, tipprovdi għal: a) l-eżistenza ta’ tendenza ġenerali li tipproteġi persuni li għandhom liċenzji li nħarġu preċedentement abbażi ta’ proċedura li eskludiet illegalment operaturi oħra; b) il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li jiggarantixxu de facto ż-żamma ta’ pożizzjonijiet kummerċjali li nkisbu permezz ta’ proċedura li eskludiet illegalment ċerti operaturi (pereżempju, billi pprekludiet li persuni liċenzjati ġodda jinstallaw il-kjosk tagħhom minn tal-inqas f’distanza speċifika minn dawk li diġà jeżistu); u ċ) l-iffissar ta’ sitwazzjonijiet li jwasslu għar-revoka tal-liċenzja u għal kisba ta’ depożiti ta’ garanzija ta’ ammonti kbar, inkluż il-każ fejn il-persuna liċenzjata topera direttament jew indirettament attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja?


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Qorti tal-Appell (Diviżjoni Ċivili) fis-26 ta’ Mejju 2010 — Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs The Rank Group PLC

(Kawża C-259/10)

()

2010/C 209/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (Civil Division) (England & Wales)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Konvenuta: The Rank Group PLC

Domandi preliminari

(1)

Fejn hemm trattament differenti tal-VAT:

(i)

fil-każ ta’ provvisti li mill-perspettiva tal-konsumatur huma identiċi; jew

(ii)

fil-każ ta’ provvisti simili li jissodisfaw l-istess bżonnijiet tal-konsumatur; dan fih innifsu huwa suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit ksur tal-prinċipju tan-newtralità fiskali jew huwa rilevanti li jiġi kkunsidrat (u, jekk iva, kif)

(a)

il-kuntest regolatorju u ekonomiku;

(b)

jekk hemmx kompetizzjoni jew le bejn is-servizzi identiċi jew, skont il-każ, is-servizzi simili inkwistjoni; u/jew

(c)

jekk it-trattament differenti tal-VAT ikkawżax distorzjoni tal-kompetizzjoni?

(2)

Persuna taxxabbli, li l-provvisti tagħha huma, skont il-liġi nazzjonali, suġġetti għall-VAT (minħabba l-eżerċizzju ta’ Stat Membru tad-diskrezzjoni tiegħu skont l-Artikolu 13B(f) tas-Sitt Direttiva (1)) hija intitolata titlob il-ħlas lura tal-VAT imħallsa fuq dawk il-provvisti fuq il-bażi ta’ ksur tal-prinċipju tan-newtralità fiskali li tirriżulta mit-trattament tal-VAT ta’ provvisti oħra (“comparator supplies”) fejn: -

(a)

skont il-liġi nazzjonali, comparator supplies kienu suġġetti għall-VAT iżda

(b)

l-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru kella l-prassi li titratta lill-comparator supplies bħala eżenti mill-VAT?

(3)

Jekk ir-risposta għad-domanda 2 hija fl-affermattiv, x’kondotta tammonta għal prassi rilevanti, u b’mod partikolari:

(a)

huwa neċessarju li l-awtorità tat-taxxa għamlet dikjarazzjoni ċara u inekwivoka li comparator supplies jiġu trattati bħala eżenti mill-VAT;

(b)

huwa rilevanti li fiż-żmien meta l-awtorità tat-taxxa għamlet xi dikjarazzjoni kellha fehma mhux kompluta jew skorretta tal-fatti rilevanti għat-trattament korrett tal-VAT tal-comparator supplies; u

(c)

huwa rilevanti li l-VAT ma nġabritx mill-persuna taxxabbli, jew mitluba mill-awtorità tat-taxxa, fir-rigward tal-comparator supplies, iżda li l-awtorità tat-taxxa sussegwentement ippruvat tirkupra dik il-VAT, fit-termini normali ta’ żmien preskritti domestikament?

(4)

Jekk id-differenza fit-trattament fiskali tirriżulta minn prassi konsistenti tal-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali bbażati fuq qbil ġenerali tat-tifsira vera tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, tagħmel xi differenza għall-eżistenza tal-ksur tal-prinċipju tan-newtralità fiskali jekk:

(i)

l-awtoritajiet tat-taxxa sussegwentement ibiddlu l-prassi tagħhom;

(ii)

qorti nazzjonali sussegwentement tiddeċiedi li l-prassi ġdida tirrefletti t-tifsira korretta tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(iii)

l-Istat Membru huwa prekluż mill-prinċipji ta’ liġi nazzjonali u/jew Ewropea, inklużi aspettattiva leġittima, estoppel, ċertezza legali u non retroattività, u/jew minn perijodu ta’ preskrizzjoni milli tinġabar il-VAT fuq il-provvisti meqjusa preċedentement bħala eżenti?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Mejju 2010 — Commissioners for her Majesty’s Revenue u Customs vs The Rank Group PLC

(Kawża C-260/10)

()

2010/C 209/40

Lingwa tal-Kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for her Majesty's Revenue u Customs

Konvenuta: The Rank Group PLC

Domandi preliminari

(1)

F’sitwazzjoni fejn, billi għamel użu tas-setgħa diskrezzjonali li huwa għandu skont l-Artikolu 13B(f) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1), Stat Membru ssuġġetta għall-VAT ċerti tipi ta’ magni li jintużaw għal-logħob tal-flus (iktar ’il quddiem “il-magni tal-logħob fis-sens tal-parti III”), filwaqt li żamm fis-seħħ l-eżenzjoni ta’ magni oħra ta’ dan it-tip (fosthom it-terminali tal-imħatri bi prezz fiss, iktar ’il quddiem il-‘FOBT’), u f’sitwazzjoni fejn huwa allegat li dan l-Istat b’hekk kiser il-prinċipju tan-newtralità fiskali, għandu jiġi kkunsidrat bħala:

(i) determinanti jew (ii) rilevanti, fil-kuntest tal-paragun bejn il-magni tal-logħob fis-sens tal-parti III u l-FOBT,

(a)

il-fatt li l-FOBT ipproponew attivitajiet ta’ “imħatri” fis-sens tad-dritt nazzjonali (jew attivitajiet li l-awtorità regolatorja kompetenti kienet ippreparata, fil-kuntest tas-setgħat regolatorji tagħha, tittrata bħala “imħatri” fis-sens tad-dritt nazzjonali) u

(b)

il-fatt li l-magni tal-logħob fis-sens tal-parti III ipproponew attivitajiet li jaqgħu taħt kategorija oħra fid-dritt nazzjonali, jiġifieri ta’ “logħob”, u l-fatt li l-logħob u l-imħatri kienu suġġetti għal sistemi regolatorji differenti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru dwar il-kontroll u r-regolament tal-logħob tal-flus? Jekk dan huwa minnu, liema huma d-differenzi bejn is-sistemi inkwistjoni li l-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni?

(2)

Waqt l-analiżi ta’ jekk il-prinċipju tan-newtralità fiskali jeħtieġx li jiġi applikat l-istess trattament fiskali lit-tipi ta’ magni msemmija fl-ewwel domanda (FOBT u l-magni tal-logħob fis-sens tal-parti III), liema grad ta’ astrazzjoni għandu jiġi adottat mill-qorti nazzjonali għad-determinazzjoni ta’ jekk il-prodotti humiex simili? B’mod partikolari, sa fejn għandhom jiġu kkunsidrati l-elementi li ġejjin:

(a)

ix-xebh u d-differenzi fir-rigward tal-limiti tal-ammonti milgħuba permessi u tal-premji bejn il-FOBT u l-magni tal-logħob fis-sens tal-parti III;

(b)

il-fatt li l-FOBT ma jistgħux jintużaw ħlief f’ċerti postijiet li għandhom liċenzja għall-imħatri u li huma differenti u huma suġġetti għal sistema regolatorja differenti minn dawk il-postijiet li għandhom liċenzja għal-logħob, (minkejja li l-FOBT u sa żewġ magni tal-logħob fis-sens tal-parti III jistgħu jintużaw flimkien fil-postijiet li għandhom liċenzja għall-imħatri);

(c)

il-fatt li ċ-ċans ta’ rebħ fuq il-FOBT huma direttament marbuta mar-rata ta’ rebħ fissa ppubblikata, filwaqt li ċ-ċans ta’ rebħ fuq magna tal-logħob fis-sens tal-parti III jista’, f’ċerti każijiet, jiġi emendat permezz ta’ apparat li jiggarantixxi fuq żmien twil perċentwali ta’ ħlas determinat lill-operatur u għal min jilgħab;

(d)

ix-xebh u d-differenzi bejn il-formats disponibbli fuq il-FOBT u fuq il-magni tal-logħob fis-sens tal-parti III;

(e)

ix-xebh u d-differenzi bejn il-FOBT u l-magni tal-logħob fis-sens tal-parti III fir-rigward tal-interazzjoni bejn min jilgħab u l-magna;

(f)

jekk il-punti evokati iktar ’il fuq kinux magħrufa mill-ġeneralità ta’ min jilgħab fuq il-magni inkwistjoni jew jekk kinux jikkunsidrawhom bħala rilevanti jew importanti;

(g)

jekk id-differenza ta’ trattament fir-rigward tal-VAT hijiex ġustifikata minn kwalunkwe element evokat iktar ’il fuq?

(3)

F’sitwazzjoni fejn, billi għamel użu tas-setgħa diskrezzjonali li huwa għandu skont l-Artikolu 13B(f) tas-Sitt Direttiva tal-VAT, Stat Membru eżenta l-logħob tal-flus mill-VAT, minkejja li ssuġġetta għal din tal-aħħar kategorija determinata ta’ magni sabiex jintlagħab il-logħob tal-flus,

(a)

Stat Membru jista’, bħala prinċipju, jiddefendi ruħu bid-difiża ta’ diliġenza kontra lment ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali minn dan l-Istat Membru u,

(b)

jekk dan huwa minnu, liema huma l-fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk l-Istat Membru għandux jew le dritt jinvoka din id-difiża?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas- 17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (Ir-Rumanija) fit-28 ta’ Mejju 2010 — Proċeduri kriminali kontra Gheorghe Kita

(Kawża C-264/10)

()

2010/C 209/41

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Gheorghe Kita

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill Nru 2002/584/ĠAI (1), tat-13 ta’ Ġunju 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment tal-persuna kkundannata, li preċedentement kienet ġiet ċeduta fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijet ta’ prosekuzzjoni kriminali, lejn l-Istat li tiegħu din il-persuna hija ċittadina huwa wieħed awtomatiku, u għandu jseħħ anki fl-assenza tal-kunsens tal-persuna kkonċernata, meta tali kunsens huwa kundizzjoni rikjesta mill-Konvenzjoni Ewropea dwar it-trasferiment ta’ persuni kkundannati?


(1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill Nru 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34)


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/30


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-276/10)

()

2010/C 209/42

Lingua tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u L. Jelínek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/118/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament, jew fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fis-16 ta’ Jannar 2009.


(1)  ĠU L 372, p. 19


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/31


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-278/10)

()

2010/C 209/43

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Margelis u Iro Dimitriou)

Konvenuti: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx, jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2008/103/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/103/KE fis-sistema legali interna skada fil-5 ta’ Jannar 2009.


(1)  ĠU L 327, 5.12.2008, p. 7


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale del Riesame di Verbania (l-Italja) fl-4 ta’ Ġunju 2010 — Proċeduri kriminali kontra Matteo Minesi

(Kawża C-279/10)

()

2010/C 209/44

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale del Riesame di Verbania

Parti fil-kawża prinċipali

Matteo Minesi

Domanda preliminari

Liema interpretazzjoni għandha tingħata lill-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea rigward il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qasam ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi sabiex jiġi determinat jekk l-imsemmija dispożizzjonijiet tat-Trattat jippermettux jew le leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ monopolju favur l-Istat, u sistema ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet li, fil-kuntest ta’ numru speċifikat ta’ konċessjonijiet, tipprovdi: (a) l-eżistenza ta’ qafas ġenerali ta’ protezzjoni tas-sidien li għandhom permessi maħruġa sussegwentement abbażi ta’ procedura ta’ sejħa għal offerti li eskludiet parti mill-operaturi b’mod illegali; (b) il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li jiggarantixxu ż-żamma de facto tal-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba wara proċedura li illegalment eskludiet parti mill-operaturi (bħal pereżempju l-projbizzjoni għall-konċessjonarji l-ġodda milli jistabbilixxu l-fergħat tagħhom ħdejn dawk diġà stabiliti, mingħajr ma tiġi osservata distanza minima speċifika inqas minn dik diġà eżistenti), (ċ) l-iffissar ta’ possibbiltà ta’ revoka tal-konċessjoni u ta’ sekwestru ta’ garanziji għolja ħafna, inkluża l-possibbiltà li l-konċessjonarju jopera direttament jew indirettament attivitajiet transkonfinali ta’ logħob li jkunu simili bħal-logħob li għalih tingħata l-konċessjoni?


Il-Qorti Ġenerali

31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-237/05) (1)

(Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti rigward proċedura ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi - Regolament (KE) Nru 4064/89 - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Regolament (KE) Nru 802/2004 - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ attivitajiet ta’ investigazzjoni u ta’ verifiki - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta’ interessi kummerċjali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-pariri legali)

2010/C 209/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment W. van Weert u O. Fréget, sussegwentement O. Fréget, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, P. Costa de Oliveira u O. Beynet, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Lagardère SCA (rappreżentanti: inizjalment A. Winckler, S. Sorinas Jimeno u I. Girgenson, sussegwentement A. Winckler, F. de Bure u J. B. Pinçon, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2005 li tiċħad parzjalment applikazzjoni tar-rikorrenti intiża sabiex jinkiseb l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar proċedura ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi (Każ COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP).

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok iktar li tingaħta deċiżjoni dwar il-legalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (2005) 3286, tas-7 ta’ April 2005, sa fejn hija tirrrifjuta l-aċċess, sħiħ u parzjali, għad-dokumenti msemmija fil-punt 1(a) sa (ċ) ta’ din is-sentenza, u fil-punt 2(h) u (j) ta’ din is-sentenza.

(2)

Id-Deċiżjoni D (2005) 3286 hija annullata sa fejn hija tirrifjuta l-aċċess sħiħ għad-dokumenti msemmija fil-punt 1(d), (e), (g) u (h), u fil-punt 2(b) sa (d), (f), (g) u (i) ta’ din is-sentenza, bl-eċċezzjoni tal-parir tad-dipartiment legali tal-Kummissjoni msemmi fil-punt 1(g) ta’ din is-sentenza.

(3)

Id-Deċiżjoni D (2005 3286 ġiet annullata sa fejn hija tirrifjuta l-aċċess parzjali għad-dokumenti msemmija fil-punt (d), (e), (g) u (h) ta’ din is-sentenza u fil-punt 2(b) sa (d), (f),(g) u (i) ta’ din is-sentenza.

(4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll disgħin fil-mija ta’ dawk ta’ Editions Odile Jacob SAS.

(6)

Lagardère SCA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 205, 20.08.2005.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2010 — Mediaset vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Telekomunikazzjonijiet - Sussidji għax-xiri ta’ dekoders diġitali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Esklużjoni tad dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi televiżivi mxandra bis-satellita - Vantaġġ - Natura selettiva - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2010/C 209/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mediaset SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, G. Rossi, E. Petritsi u A. Nucara, avukati, D. O’Keeffe u P. Boyle, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk, G. Conte u E. Righini, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Sky Italia Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment F.E. González Díaz u D. Gerard, sussegwentement F.E. González Díaz, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/374/KE, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 52/2005 (ex NN 88/2005, ex CP 101/2004) li ġiet implementata mir-Repubblika Taljana bis-sussidju għax-xiri ta’ decoders diġitali (ĠU L 147, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Mediaset SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ Sky Italia Srl.


(1)  ĠU C 170, 21.07.2007.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2010 — CEVA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-428/07 u T-455/07) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni fis-settur ‘Kwalità tal-ħajja u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin (1998-2002)’ - Proġetti Seahealth u Biopal - Noti ta’ debitu - Talbiet għal annullament - Rikwalifikazzjoni tar-rikorsi - Ammissibbiltà - Prinċipju tal-kontradittorju u tad-drittijiet tad-difiża - Irkupru tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mħallsa mill-Unjoni Ewropea - Irregolaritajiet finanzjarji serji)

2010/C 209/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Escobar Guerrero u W. Roels, imbagħad W. Roels, aġenti, assistiti minn E. Bouttier, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament, fil-Kawża T-428/07, tan-nota ta’ debitu Nru 3240908670, tal-20 ta’ Settembru 2007, fir-rigward tal-proġett Seahealth, u fil-Kawża T-455/07, tan-nota ta’ debitu Nru 3240909271, tal-4 ta’ Ottubru 2007, dwar il-kuntratt Biopal, kif ukoll sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tirrimborsa dawn in-noti ta’ debitu favur CEVA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Kull parti għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-parti l-oħra.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2010 — Actega Terra vs UASI (TERRAEFFEKT matt & gloss)

(Kawża T-118/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TERRAEFFEKT matt & gloss - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 209/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Actega Terra GmbH (Lehrte, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Andorfer-Erhard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1467/2007-1), li jirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TERRAEFFEKT matt & gloss bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Actega Terra GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2010 — Shenzhen Taiden vs UASI — Bosch Security Systems (Apparat għall-komunikazzjoni)

(Kawża T-153/08) (1)

(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat ta’ komunikazzjoni - Disinn internazzjonali preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Nuqqas ta’ karattru individwali - Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti - Utent informat - Grad tal-libertà tad-disinjatur - Prova tal-iżvelar lill-pubbliku tad-disinn preċedenti - Artikolu 4(1), Artikolu 6(1)(b) u (2), Artikolu 7(1) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

2010/C 209/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shenzhen Taiden Industrial Co. Ltd (Shenzhen, Guangdong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Hartmann u M. Helmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bosch Security Systems BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Gielen, M. Bom u B. van Hunnik, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Frar 2008 (każ R 1437/2006-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Bosch Security Systems BV u Shenzhen Taiden Industrial Co. Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Shenzhen Taiden Industrial Co. Ltd hija kkundannata għall ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Bosch Security Systems BV għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 158, 21.6.2008.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2010 — Montero Padilla vs UASI — Padilla Requena (JOSE PADILLA)

(Kawża T-255/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali JOSE PADILLA - Trade marks u sinjali preċedenti JOSE PADILLA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ trade mark magħrufa sew fis-sens tal Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi u ta’ trade mark li għandha reputazzjoni - Artikolu 8(2)(ċ) u Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(2)(c) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Nuqqas ta’ sinjal preċedenti użat fil-kors tan-negozju - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009))

2010/C 209/50

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Eugenia Montero Padilla (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment G. Aguillaume Gandasegui u P. Linde Puelles, sussegwentement A. Salerno u M. Di Stefano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. F. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: José María Padilla Requena (Santa Eulalia, Spanja) (rappreżentanti: J. F. Gallego Jiménez u J. R. Gil Cantons, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2008 (Każ R 516/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eugenia Montero Padilla u José María Padilla Requena,

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Eugenia Montero Padilla għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ José María Padilla Requena.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Atlas Transport vs UASI — Hartmann (ATLAS TRANSPORT)

(Kawża T-482/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali ATLAS TRANSPORT - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikoli 15 u 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 15 u 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 209/51

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u S. Schäffner, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alfred Hartmann (Leer, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Drews, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1858/2007-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Alfred Hartmann u Atlas Transport GmbH.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1858/2007-4) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti minn Atlas Transport GmbH.

(3)

Alfred Hartmann għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2010 — Kureha vs UASI — Sanofi-Aventis (KREMEZIN)

(Kawża T-487/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KREMEZIN - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti KRENOSIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Prova tal-eżistenza tat-trade mark preċedenti - Terminu - Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009))

2010/C 209/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kureha Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken u O. Sude, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sanofi-Aventis SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: R. Gilbey, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1631/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi-Aventis SA u Kureha Corp.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kureha Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

(3)

Sanofi-Aventis SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 19, 24.1.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2010 — CM Capital Markets vs UASI — Carbon Capital Markets (CARBON CAPITAL MARKETS Emissions Compliance Solutions & Carbon Finance)

(Kawża T-490/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CARBON CAPITAL MARKETS Emissions Compliance Solutions & Carbon Finance - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti CM Capital Markets - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 209/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CM Capital Markets Holding, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: T. Villate Consonni u J. Calderón Chavero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, agent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carbon Capital Markets Ltd (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: E. Hardcastle, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2008 (Każ R 16/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CM Capital Markets Holding, SA u Carbon Capital Markets Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir rikors huwa miċħud.

(2)

CM Capital Markets Holding, SA hija kkundannata għall ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2010 — X Technology Swiss vs UASI (Għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta)

(Kawża T-547/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja - Għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 209/54

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: X Technology Swiss GmbH (Wollerau, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Herbertz u R. Jung, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: C. Jenewein u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 846/2008-4), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal li jikkonsisti fl-għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

X Technology Swiss GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2010 — Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-549/08) (1)

(FSE - Sospensjoni ta’ għajnuna finanzjarja - Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi relatati mas-suq tax-xogħol - Nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ amministrazzjoni jew ta’ kontroll li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi - Artikolu 39(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Aspettattivi leġittimi)

2010/C 209/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: M. Fisch,, aġent, assistit minn P. Kinsch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u B. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2008) 5383 tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar is-sospensjoni ta’ ħlasijiet provviżorji tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) lid-dokument uniku ta’ pprogrammar għall-għajnuna strutturali Komunitarja li taqa’ taħt l-objettiv Nru 3 fil-Lussemburgu, u tad-Deċiżjoni C(2008) 5730 tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ Ottubru 2008, dwar is-sospensjoni ta’ ħlasijiet provviżorji tal-programm ta’ inizjattiva Komunitarja tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi relatati mas-suq tax-xogħol (EQUAL) fil-Lussemburgu.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Ġunju 2010 — CM Capital Markets vs UASI — Carbon Capital Markets (CARBON CAPITAL MARKETS)

(Kawża T-563/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CARBON CAPITAL MARKETS - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti CM Capital Markets - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 209/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CM Capital Markets Holding, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: T. Villate Consonni u J. Calderón Chavero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, agent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carbon Capital Markets Ltd (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: E. Hardcastle, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Settembru 2008 (Każ R 15/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CM Capital Markets Holding, SA u Carbon Capital Markets Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

CM Capital Markets Holding, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010 — Muñoz Arraiza vs UASI Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja (RIOJAVINA)

(Kawża T-138/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali RIOJAVINA - Trade mark Komunitarja kollettiva figurattiva preċedenti RIOJA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 209/57

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Félix Muñoz Arraiza (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja (Logroño) (rappreżentant: J. I. Martínez De Torre, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2009 (Każ R 721/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Consejo Regulador de la Denominación de Origen Calificada Rioja u Félix Muñoz Arraiza.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Félix Muñoz Arraiza huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 153, 4.7.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2010 — Hoelzer vs UASI (SAFELOAD)

(Kawża T-315/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SAFELOAD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2010/C 209/58

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oliver Hoelzer (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Rother, J. Vogtmeier, P. Mes, C. Graf von der Groeben, J. Bühling, A. Verhauwen, J. M. Künzel, D. Jestaedt u M. Bergermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1157/2008-4), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv SAFELOAD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Oliver Hoelzer huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 7.11.2009.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2010 — Z vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-173/09) (1)

(Aċċess għad-dokumenti - Inammissibbiltà - Ordni)

2010/C 209/59

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Z (Hannoversch Münden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grau u N. Jäger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, V. Bottka u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Tordna lill-Kummissjoni, l-ewwel nett, sabiex tindika lir-rikorrent, billi tagħtih aċċess għall-fajl tal-proċedura fil-Każ COMP/39.406 (pajpijiet tal-baħar) u b’mod partikolari tqiegħdlu għad-dispożizzjoni tiegħu kopja tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Jannar 2009, li timponi multa, jekk ismu jissemma speċifikament f’din id-deċiżjoni u, f’dan il-każ, tindika l-kuntest li fih ismu jissemma, it-tieni nett, telimina, b’mod li għad irid jiġi ppreċiżat wara l-għoti tal-aċċess għall-fajl, kull fejn jissemma ismu fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Jannar 2009 u, fit-tielet nett, ma tiċċitahx speċifikament u ma tagħmel ebda referenza għal ismu fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Jannar 2009.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Z huwa kkundannat għall-ispejjeż, inkluż dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/39


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Ġunju 2010 — COLT Télécommunications France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija - Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku - Deċiżjoni li tikkonstata li l-miżura nnotifikata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

2010/C 209/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: COLT Télécommunications France SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Debroux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2009) 7426 finali tal-Kummissjoni, tat- 30 ta’ Settembru 2009, dwar il-proġett tal-għoti ta’ kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku ta’ EUR 59 miljun għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine (Franza).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huwa rriżervati.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/39


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2010 — Samskip Multimodal Container Logistics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-166/10)

()

2010/C 209/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Multimodal Container Logistics BV (’s-Gravenzande, l-Olanda) (rappreżentanti: K. Platteau, Y. Maasdam u P. Broers, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 580, tas-27 ta’ Jannar 2010, dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja għall-proposti għal azzjonijiet ippreżentati fil-kuntest tal-proċedura ta’ għażla 2009, fil-programm tal-Unjoni Ewropea għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Marco Polo II) (1), sa fejn hija tagħżel il-Proposta Nru TREN/B4/SUB/01-2009 MP-II/6, il-proġett G2G@2XL, għal finanzjament li jammonta għal EUR 2 190 539;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq iż-żewġ motivi li ġejjin.

Fl-ewwel motiv ir-rikorrenti ssostni li l-finanzjament ikkontestat jikser il-kundizzjonijiet għal finanzjament u r-rekwiżiti tal-Article 5(2) tar-Regolament Nru 1692/2006 inkwantu

jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni li hija inaċċettabbli u li tmur kontra l-interess komuni fis-suq tas-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bil-mezzi alternattivi ta’ trasport proposti mill-proġett G2G@2XL, jiġifieri bil-ferroviji u trasport marittimu ta’distanzi qosra mill-Italja, l-Isvizzera u l-Awstrija lejn ir-Renju Unit; u

il-proġett G2G@2XL mhux ser jibqa’ vijabbli wara l-perijodu previst ta’ 36 xahar.

Fit-tieni motiv ir-rikorrenti sssostni li l-finanzjament ikkontestat jikser l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1692/2006 peress li ma jikkontribwixxix għall-għanijiet tal-interess komuni tal-programm Marco Polo II. Il-finanzjament ikkontestat ser iwassal biss għal bidla mill-operatur multimodali eżistenti għal ieħor u mhux mit-trasport bit-triq għal transport bil-ferrovija. Konsegwentement, ebda traffiku tal-merkanzija trasportata bit-triq mhuwa ser jinbidel għal mezzi li huma iktar favur l-ambjenti. Għaldaqstant, il-finanzjament ikkontestat mhux ser jikkontribwixxi għal tnaqqis reali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u għalhekk la ser inaqqas il-konġestjoni tat-traffiku u lanqas mhuwa ser jikkontribwixxi għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport mixtieq (jiġifieri l-għanijiet tal-interess komuni tal-programm Marco Polo II u li huma pprovduti fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1692/2006).


(1)  Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 2006, li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (“Marco Polo II”), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003, ĠU L 328, p. 1


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/40


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni vs EU Research Projects

(Kawża T-220/10)

()

2010/C 209/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara, aġent u C. Erkelens, avukat)

Konvenuta: EU Research Projects Ltd (Hungerford, Ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lill-konvenuta tħallas lura lill-Kummissjoni l-ammont prinċipali ta’ EUR 102 039,32 flimkien mal-interessi moratorji akkumulati li għandhom jiġu kkalkulati bir-rata ta’ 4,80 % mit-28 ta’ Diċembru 2006 sad-data li jitħallas l-ammont dovut; u

tikkundanna lill-konveunta għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rikors preżenti, abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, sabiex titlob il-ħlas lura tal-ammont allegatament imħallas żejjed lill-konvenuta, li jammonta għal EUR 102 039,32 flimkien mal-interessi kkalkulati bir-rata ta’ 4,80 % mid-data ta’ meta d-dejn kien dovut, jiġifieri mit-28 ta’ Diċembru 2006.

Abbażi tal-Ħames Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp tekonoloġiku u dimostrazzjoni (1998-2002), il-Kummissjoni ffirmat, fost l-oħrajn mal-konvenuta, “kuntratt għall-attivitajiet ta’ riċerka u l-iżvilupp ta’ proġetti teknoloġiċi”, identifikati bin-numru IST-2001-34850. L-ammont mitlub mir-rikorrenti abbażi tal-imsemmi kuntratt huwa, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-kuntratt, id-differenza bejn il-ħlas imħallas bil-quddiem lill-konvenuta u l-ispiża totali eliġibbli aċċettata mir-rikorrenti, b’konsegwenza tat-talba ta’ rtirar tal-konvenuta mill-proġett u peress li naqset milli tosserva l-obbligi kuntrattwali rilevanti.

Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tqajjem motiv wieħed: il-Kummissjoni ssostni li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha billi naqset milli tħallas lura lill-Kummissjoni d-differenza bejn il-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta lill-konvenuta mill-Kummissjoni u l-ammont totali mħallas bil-quddiem li hija diġà rċeviet. Il-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta lill-konvenuta hija inqas mill-ammont totali mħallas mir-rikorrenti permezz tal-ħlas bil-quddiem. Barra minn hekk, taħt il-liġi Belġjana, li hija l-liġi applikabbli għall-kuntratt, dak li tħallas mingħajr ma kien dovut (ħlas mhux dovut) jista’ jintalab lura. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssostni li l-konvenuta għandha tħallas l-ammont dovut.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/41


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2010 — Association Belge des Consommateurs Tests-Achats vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/10)

()

2010/C 209/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL/Belgische Verbruikersunie Test-Aankoop VZW (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: F. Filpo u A. Fratini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Nru C(2009) 9056 u Nru C(2009) 8954, tat-12 ta’ Novembru 2009, fil-Każ COMP/M.5549 — EDF/SEGEBEL; u

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjonijiet kkontestati sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tirreferix parzjalment il-konċentrazzjoni bejn Electricité de France S.A. u Segebel lill-Awtortità tal-Kompetizzjoni tal-Belġju taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1) (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) u ddikjarat il-konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni suġġetta għal impenji, taħt l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, mingħajr ma bdiet il-proċeduri taħt l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Insostenn tal-argumenti tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-motivi segwenti:

 

Fl-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma nieqsa minn motivazzjoni suffiċjenti, jiksru l-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, u huma vvizjati minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni ma tikkunsidrax b’mod xieraq ir-relazzjoni kompetittiva bejn l-entità magħquda u l-operatur diġà stabbilit GDF Suez.

 

Fit-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali tagħha li tipparteċipa fil-proċedura.

 

Fit-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma kellhiex l-elementi koninċenti u deċiżivi sabiex tikkonkludi li t-tranżazzjoni ma kinitx ser tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni, mingħajr ma tibda l-proċeduri taħt l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li dawn id-difetti jaffettwaw ukoll id-deċiżjoni li ma tirreferix il-każ lill-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Belġju, peress li l-Kummissjoni ma kellhiex elementi biżżejjed sabiex tistabbilixxi jekk kinitx jew le l-awtorità fl-aħjar pożizzjoni sabiex tittratta t-tranżazzjoni nnotifikata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08, Vol. 03, p. 40)


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/41


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2010 — Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-226/10)

()

2010/C 209/64

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: H. Gruszecka u D. Pawłowska, konsulenti legali)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-3 ta’ Marzu 2010, fil-Każ PL/2009/1019, rigward is-suq nazzjonali bl-ingrossa għall-iskambju ta’ traffiku IP (IP-Transit), u fil-Każ PL/2009/1020, rigward is-suq nazzjonali bl-ingrossa għall-iskambju ta’ traffiku IP (IP-Peering) man-netwerk ta’ Telekomunikacja Polska S.A.;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 1234, tat-3 ta’ Marzu 2010, adottata abbażi tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas) (1), u li fiha l-Kummissjoni talbet lill-Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej (President tal-Awtorità tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi) jirtira proġetti ta’ miżuri rigward is-suq nazzjonali bl-ingrossa għall-iskambju ta’ traffiku IP (IP-Transit) u s-suq bl-ingrossa għal IP-Peering man-netwerk ta’ Telekomunikacja Polska S.A., li ġew innotifikati lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Novembru 2009 u rreġistrati taħt in-numri PL/2009/1019 u PL/2009/1020.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni tliet motivi.

Fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kisret forom proċedurali sostanzjali, fosthom il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, dak tal-kooperazzjoni effikaċi u l-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva Qafas, għaliex id-dispożizzjonijiet adottati f’din id-deċiżjoni ġew ibbażati fuq traduzzjoni żbaljata tal-proġetti ta’ miżuri li r-rikorrenti kkomunikat fil-kuntest tal-proċess ta’ notifika, b’tali mod li wassal lill-Kummissjoni tagħmel konstatazzjonijiet żbaljati fuq il-fatti li jikkostitwixxu l-qafas tal-miżuri nnotifikati. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni kisret il-forom proċedurali sostanzjali billi ma tatx motivazzjoni suffiċjenti għad-deċiżjoni kkontestata. Hija ssostni li l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda analiżi dettaljata u oġġettiva tar-raġunijiet li għalihom hija talbet l-irtirar tal-proġetti ta’ miżuri li ġew innotifikati.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni wettqet żball manifest billi qieset li s-servizzi ta’ IP-Peering u ta’ IP-Transit kienu sostitwibbli. Ir-rikorrenti tqis li s-servizzi ta’ IP-Peering u ta’ IP-Transit mhumiex sostitwibbli, għaliex huma differenti fir-rigward tal-qasam ikkonċernat minħabba l-volum ta’ traffiku IP skambjat bejn l-impriżi ta’ telekomunikazzjoni, minħabba l-metodu ta’ kalkolu tar-remunerazzjonijiet għall-provvisti ta’ servizzi, minħabba d-definizzjoni ta’ dak li jipprovdi s-servizzi (ISP), u minħabba l-livell tal-kwalità tas-servizzi.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni kisret ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(3) TUE u tal-Artikolu 102 TFUE, flimkien mal-Artikoli 7(4), 8(2)(b) u (ċ), 14(2), 15(3) u 16(4) tad-Direttiva Qafas billi qieset li s-swieq bl-ingrossa ta’ skambju ta’ traffiku IP fil-Polonja (IP-Transit u IP-Peering) ma jikkostitwixxux żewġ swieq distinti, li huma ma għandhomx ikunu s-suġġetti ta’ regolament ex ante, u li Telekomunikacja Polska S.A. ma għandhiex setgħa sinjifikattiva fuq dawn iż-żewġ swieq. Ir-rikorrenti ssostni li, b’mod konformi mar-rekwiżiti li jinsabu fir-rakkomandazzjoni (2) u fil-linji gwida (3), hija għamlet analiżi tas-swieq mil-lat tal-fondatezza ta’ regolament ex ante u vverifikat mingħajr dubju l-applikazzjoni tat-tliet kriterji. Din il-verifika kkonfermat b’mod sħiħ li s-swieq ta’ skambju ta’ IP-Peering u ta’ IP-Transit għandhom ikunu s-suġġett ta’ regolament ex ante, għaliex huma kkatterizzati mill-eżistenza ta’ ostakli importanti u permanenti, l-istruttura tagħhom ma tagħtix lok għal sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva matul il-perijodu msemmi, u d-dritt tal-kompetizzjoni mhuwiex, minnu nnifsu, suffiċjenti bħala rimedju għan-nuqqas ikkonċernat fis-swieq.


(1)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).

(2)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, tas-17 ta’ Diċembru 2007, dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibli għal regolazzjoni ex ante skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi [notifikata taħt id-dokumnent numru C(2007) 5406], ĠU L 344, p. 65.

(3)  Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tas-suq u l-evalwazzjoni tas-setgħa tas-suq skont il-qafas regolatorju Komunitarju għan-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ĠU C 165, p. 6.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/42


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-230/10)

()

2010/C 209/65

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 1317 finali, tal-11 ta’ Marzu 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Sezzjoni “garanzija”, tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-parti li hija s-suġġett tar-rikors għal annulament, u

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra tnejn mill-korrezzjonijiet finanzjarji effettwati mill-Kummissjoni u huwa bbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1433/2003, tal-11 ta’ Awwissu 2003, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-fondi operattivi, programmi operazzjonali u għajnuna finanzjarja (2), u tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1432/2003, tal-11 ta’ Awwissu 2003, li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 li jirrigwarda l-kondizzjonijiet għall-għarfien tal-organizzzzjonijiet tal-produtturi u l-għarfien preliminari tal-gruppi tal-produtturi (3), invokati mill-Kummissjoni bħala bażi għall-imsemmija korrezzjonijiet:

 

F’dak li jirrigwarda l-esklużjoni tal-ispejjeż ta’ ġestjoni ambjentali tal-ippakkjar, il-Kummissjoni tinterpreta l-Artikolu 15(5) tar-Regolament Nru 2200/96, u l-Anness I tar-Regolament Nru 1433/2003, fis-sens li, fl-iffissar tas-somma f’daqqa sussidjabbli, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw ir-regola li tgħid li jistgħu jiġi ssussidjat biss l-infiq sostnut mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, peress li għandha tintalab prova diretta tal-imsemmija ċirkustanza.

 

Min-naħa tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jqis li, fid-dawl tal-għan u tal-istruttura tal-imsemmija dispożizzjonijiet, mhuwiex meħtieġ li jiġi pprovat li l-unfiq ikun ġie sostnut mill-organizzazzjoni ta’ produtturi. Barra minn hekk, u f’kull każ, li huwa ċert huwa li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jsostnu l-infiq ta’ gestjoni ambjentali tal-ippakkjar, peress li d-distributuri jpaċu dan l-infiq permezz tal-preżż inqas li jħallsu għal prodotti tal-produtturi.

 

Fir-rigward tan-nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll għar-rikonoxximent tal-organizzazzjoni ta’ produtturi SAT Royal, il-Kummissjoni tqis li l-projbizzjoni li membru wieħed ma jistax ikollu iktar minn 20 % tal-voti ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi għandha tapplika wkoll fir-riġward ta’ persuni fiżiċi li jkunu azzjonisti ta’ korpi li, min-naħa tagħhom, ikunu membri ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi. Ir-Renju ta’ Spanja jqis li r-regola prevista fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1432/2003 tapplika biss fir-rigward ta’ persuni li jkunu membri tal-organizzazzjoni, madankollu mingħajr ma jkun hemm bżonn li tiġi eżaminata l-kompożizzjoni tal-azzjonarjat tal-korpi li jintegraw ruħhom mal-organizzazzjoni ta’ produtturi.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 20, p. 55

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 39, p. 431

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 39, p. 424


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/43


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2010 — Merlin et vs UASI — Dusyma (Spiele)

(Kawża T-231/10)

()

2010/C 209/66

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Merlin Handelsgesgesellschaft mbH (Forchtenberg, il-Ġermanja), Rolf Krämer (Forchtenberg), BLS Basteln, Lernen, Spielen GmbH (Forchtenberg), Andreas Hohl (Künzelsau, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kramer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Dusyma Kindergartenbedarf GmbH (Schorndorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 879/2009-3 u tiddikjara null id-disinn Komunitarju Nru 526 801-0011;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell u tibgħat il-kawża quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn Komunitarju Nru 526 801-0011 għal prodotti “Logħob (inkluż logħob edukattiv)”

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Dusyma Kindergartenbedarf GmbH.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ nullità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (1) (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji, inkwantu l-Bord tal-Appell interpreta b’mod żbaljat id-definizzjonijiet ta’ tali artikolu u naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li d-disinn jista’ jikkonsisti fl-apparenza ta’ parti mill-prodott.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142).


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/44


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2010 — Timehouse vs UASI (Forma ta’ arloġġ)

(Kawża T-235/10)

()

2010/C 209/67

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Timehouse GmbH (Eystrup, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Knies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Marzu 2010, fil-Każ R 0942/2009-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta arloġġ, għal prodotti fil-klassi 14

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), sa fejn it-trade mark għandha karattru distintiv.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/44


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — Vuitton Malletier vs UASI — Friis Group International (Rappreżentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sokra)

(Kawża T-237/10)

()

2010/C 209/68

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Friis Group International ApS (Kopenħagen, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta’ Frar 2010, fil-Każ R 1590/2008-1, sa fejn iddikjarat l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 3693116 għall-prodotti fil-klassijiet 9, 14 u 18;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri; u

tordna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk inkorsi mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, jekk hija tintervjeni f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurattiva li tirrappreżenta mekkaniżmu ta’ sokra għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 18 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3693116

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti li qed titlob dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appel milqugħ parzjalment

Motivi invokati: ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Bl-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li d-dispożizzjoni ta’ dan l-artikolu hija applikabbli għat-trade mark Komunitarja kkontestata fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 9, 14 u 18. B’mod partikolari, il-Bord tal-Appell: (i) indirizza b’mod żbaljat il-kwistjoni tal-karattru distintiv tat-trade mark Komunitarja kkontestata bħallikieku kienet trade mark li tikkonsisti mill-forma tal-prodotti koperti, u (ii) ikkonstata, b’mod żbaljat, in-nuqqas ta’ karattru distintiv inerenti.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 52(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li d-dispożizzjoni ta’ dan l-artikolu ma tapplikax għal dan il-każ.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/45


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2010 — Scatizza vs UASI — Jacinto (HORSE COUTURE)

(Kawża T-238/10)

()

2010/C 209/69

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stephanie Scatizza (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manuel Jacinto, Lda (S. Paio de Oleiros, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 723/2009-2;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri; u

tordna lill-parti l-oħra għall-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri, fil-każ fejn hija tkun intervenjenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “HORSE COUTURE”, għall-prodotti fil-klassi 18 — Applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 6030399

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni Portugiża għal trade mark Nru 379879 tat-trade mark figurattiva “HORSE”, għall-prodotti fil-klassi 18

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/46


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2010 — Ir-Repubblika tal-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-240/10)

()

2010/C 209/70

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, K. Szíjjártó, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/135/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-patata (Solanum tuberosum L. linja EH92-527-1) modifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal-lamtu;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/136/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ għalf magħmul mill-patata modifikata ġenetikament EH92-527-1 (BPS-25271-9) u traċċi tekniċi li ma jistgħux jiġu evitati jew aċċidentali tal-patata fl-ikel u prodotti oħra tal-għalf taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

sussidjarjament, f’każ li l-annullament tad-Deċiżjoni 2010/136 jiġi miċħud, tannulla l-Artikolu 2(b) u (ċ) tal-imsemmija deċiżjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/135/UE (1) u 2010/136/UE (2).

Fl-ewwel motiv tagħha r-rikorrenti ssosnti li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret il-prinċipju ta’ prekawzjoni, billi aġixxiet bi ksur ta’ dan il-prinċipju meta awtorizzat it-tqegħid fis-suq tal-patata msemmija “Amflora”, modifikata permezz ta’ teknoloġija ġenetika (iktar ’il quddiem il-patata ĠM), li matul l-evalwazzjoni tar-riskji relatati magħha, irriżulta tħassib li jindika li — fid-dawl tal-għan ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent — din l-awtorizzazzjoni setgħet twassal għal effetti noċivi għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll għall-ambjent. Ir-rikorrenti tikkunsidra li l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq hija bbażata fuq evalwazzjoni mhux fondata jew, iktar preċiżament, imperfetta fir-rigward ta’ diversi aspetti, u dan jaffettwa l-legalità tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

F’dak li jikkonċerna r-riskji għas-saħħa marbuta mal-patata ĠM inkwistjoni, ir-rikorrenti tosserva li din il-patata għandha marka ġenetika ta’ reżistenza għall-antibijotiċi attwali u li t-trasferiment ta’ dawn il-ġeni mill-veġetali ġenetikament modifikati fil-batteri jirrappreżenta riskji kemm għas-saħħa tal-bniedem u għal dik tal-annimali, kif ukoll għall-ambjent, fatt li, fid-dawl b’mod partikolari tal-ħtieġa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, ma jistax jiġi aċċettat, u li jeżisti, għall-inqas fir-rigward ta’ dawn ir-riskji, grad għoli ta’ inċertezza xjentifika, li l-Kummissjoni ma warrbitx b’mod konvinċenti. Konsegwentement, ir-rikorrenti tqis li l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tmur kemm kontra l-prinċipju ta’ prekawzjoni, jew għall-espressjoni konkreta ta’ dan il-prinċipju u kif ukoll kontra l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/18/KE (3). Barra minn hekk, l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), li serviet ta’ bażi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tmur kontra l-evalwazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali u tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.

Ir-rikorrenti tikkunsidra li, fl-oqsma segwenti, l-evalwazzjoni tar-riskji ambjentali hija inkompleta jew insuffiċjenti:

nuqqas ta’ provi f’għelieqi fil-miftugħ f’reġjun bijoġeografiku tal-Unjoni Ewropea,

nuqqas ta’ studji tal-effetti fuq organiżmi mhux ċellulari, tal-effetti kumulattivi fuq żmien twil kif ukoll fuq nuqqas ta’ studji tal-effetti fuq id-dinamika tal-popolazzjonijiet u fuq id-diversità ġenetika,

nuqqas ta’ studji tal-effetti eventwali fuq is-saħħa tal-annimali u tal-konsegwenzi possibbli fuq il-katina tal-ikel.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (4). F’dan ir-rigward hija ssostni n-natura illegali tal-punti (b) u (ċ) tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2010/136/UE — li jawtorizzaw il-preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ OĠM fi proporzjon massimu ta’ 0,9 % fl-ikel jew fl-għalf għall-annimali, fid-dawl tal-fatt li r-Regolament Nru 1829/2003 ma jinkludi l-ebda marġni ta’ tolleranza ta’ dan it-tip, u li ma jagħtix il-possibbiltà lill-Kummissjoni li tapplika tali marġni f’każ ta’ preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ OĠM.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/135/UE, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ prodott tal-patata (Solanum tuberosum L. linja EH92-527-1) modifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal-lamtu (ĠU L 53, p. 11).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/136, tat-2 ta’ Marzu 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ għalf magħmul mill-patata modifikata ġenetikament EH92-527-1 (BPS-25271-9) u traċċi tekniċi li ma jistgħux jiġu evitati jew aċċidentali tal-patata fl-ikel u prodotti oħra tal-għalf taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, p. 15).

(3)  Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77).

(4)  Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432).


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/47


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2010 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-241/10)

()

2010/C 209/71

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Szpunar, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

li tiġi annullanta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/152/UE, tal-11 ta’ Marzu 2010 [innotifikata taħt in-Numru C(2010) 1317], li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), sa fejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju l-ammonti ta’ PLN 279 794 442,15 u EUR 25 583 996,81 mogħtija mill-istituzzjoni ta’ ħlas awtorizzata fir-Repubblika tal-Polonja.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata tipprovdi għal korrezzjoni finanzjarja minħabba żbalji fis-sistema ta’ identifikazzjoni u kontroll ta’ pakketti tal-art fis-snin 2005 u 2006 li tikkonsisti f’sistema tal-pakketti tal-art mhux vettorizzata għal kollox, aċċettazzjoni ta’ art ineliġibbli għall-ħlasijiet, numru baxx wisq ta’ verifiki fuq il-post f’reġjuni b’rati għolja ta’ żball (Województwo opolskie) u applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet dwar in-nonkonformità intenzjonali.

Ir-rikorrenti tikkontesta l-eżistenza tal-iżbalji allegati u ssostni, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata, il-motivi li ġejjin.

Fl-ewwel lok, hija tallega l-ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 (2) u tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (3), kif ukoll tal-linji gwida fid-dokument VI/216/93, minħabba li saret korrezzjoni finanzjarja abbażi ta’ verifika żbaljata tal-fatti u abbażi ta’ interpretazzjoni żbaljata, minkejja li l-awtoritajiet Pollakki wettqu l-ħlasijiet b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

L-ebda wieħed mill-iżbalji allegati, ir-raġuni għall-korrezzjoni finanzjarja, ma twettaq fil-fatt u l-infiq li d-Deċiżjoni teskludi mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea sar b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Is-sistema ta’ identifikazzjoni ta’ pakketti ta’ art agrikola applikata fil-Polonja fl-2005 u fl-2006 issodisfat b’mod sħiħ ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (4) u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 (5); f’diversi aspetti hija marret ħafna lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti u ggarantixxiet ħarsien rigoruż tal-interessi ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.

Il-proċeduri nazzjonali applikati fl-2005 u fl-2006 ippermettew il-verifika b’mod effikaċi u oġġettiva jekk rikorrent ikunx indika b’mod intenzjonali jew le daqs ikbar tas-superfiċje li għaliha ntalab il-ħlas, u f’każ ta’ dubju kienu jipprovdu għal deċiżjoni ġudizzjarja u għall-ħarsien tal-prinċipju tal-innoċenza.

Ir-rikonoxximent tas-superfiċje għal ħlas saret b’mod konformi mar-rekwiżiti neċessarji sabiex ikun hemm id-dritt għal għajnuna għas-superfiċje, fid-dawl tal-fatt li, skont l-Att ta’ Adeżjoni, il-kundizzjoni hija li s-superfiċje tkun inżammet f’kundizzjoni agrikola tajba (KAT) fit-30 ta’ Ġunju 2003, filwaqt li ż-żamma tas-superfiċje f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) fid-data tal-kontroll mhijiex rekwiżit sabiex l-imsemmija superfiċje tkun tista’ tibbenefika minn għajnuna, iżda minflok hija kundizzjoni li jekk ma tiġix sodisfatta twassal għal tnaqqis fl-ammont li jitħallas.

In-numru ta’ kontrolli fuq il-post li ġew ikkompletati fl-2005 f’Województwo opolskie ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tallega ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tal-linji gwida stabbiliti fid-dokument VI/5330/97, kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fid-dawl tal-fatt li l-korrezzjoni hija maqbuża b’mod estrem jekk jitqabbel ir-riskju ta’ telf għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Anki kieku s-sistema ta’ kontroll u ta’ sanzjoni stabbilita mill-awtoritajiet Pollakki tinkludi ċerti żbalji, u dan mhuwiex il-każ, l-imsemmija żbalji huma tant insinjifikattivi li r-riskju ta’ telf għall-baġit tal-Unjoni jirreferi għal ammont ħafna inqas mill-korrezzjoni li l-Kummissjoni għamlet fid-deċiżjoni kkontestata. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, fir-rigward tal-ammont tal-korrezzjoni li saret mill-Kummissjoni, għaliex allegatament is-sistema ta’ identifikazzjoni u kontroll ta’ pakketti ta’ art agrikola ma ġietx vettorizzata għal kollox u fl-2005 ma sarux biżżejjed kontrolli fuq il-post f’Województwo opolskie.


(1)  ĠU L 63, p. 7.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni ( 209, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/48


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2010 — medi vs UASI — Deutsche Medi Präventions (deutschemedi.de)

(Kawża T-247/10)

()

2010/C 209/72

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: medi GmbH & Co. KG (Bayreuth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Terheggen, H. Lindner u T. Kiputh, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Deutsche Medi Präventions GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta’ Marzu 2010, fil-Każ R 1366/2008-4;

tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja EM 5 089 099;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Deutsche Medi Präventions GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “deutschemedi.de” għal servizzi fil-klassi 35

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “medi.eu” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10, 35, 39, 41, 42 u 44; it-trade mark verbali Ġermaniża “medi welt” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10, 35, 38, 39, 41, 42, 43 u 44; it-trade mark verbali Ġermaniża “medi-Verband” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10, 35, 38, 39, 41, 42, 43 u 44; it-trade mark verbali Komunitarja “World of medi” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 10, 35, 41 u 42; it-trade mark figurattiva Ġermaniża li fiha l-element verbali “medi Ich fühl mich besser”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 10, 35, 38, 39, 41, 42, 43 u 44; l-element verbali “medi” użat fl-isem kummerċjali u tan-negozju, għall-prodotti u servizzi kollha tat-trade marks fuq msemmija fit-territorju tal-Unjoni

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), billi bejn it-trade marks kunfliġġenti hemm probabbiltà ta’ konfużjoni u billi r-rikorrenti pprovat li kienet il-proprjetarja tal-isem tan-negozju u kummerċjali, kif ukoll ksur tad-dritt għal smigħ xieraq skont l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 207/2009


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja ( 78, p. 1).


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/49


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea u EPSO

(Kawża T-248/10)

()

2010/C 209/73

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 — Amministraturi (AD 5) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Marzu 2010, Numru C 64 A.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk tal-Kawża T-218/09 Italja vs Il-Kummissjoni (1).


(1)  ĠU C 180, 01.08.09, p. 59.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/49


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2010 — Kitzinger vs UASI — Mitteldeutscher Rundfunk, Zweites Deutsches Fernsehen (KICO)

(Kawża T-249/10)

()

2010/C 209/74

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kitzinger & Co. (GmbH & Co. KG) (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Kitzinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mitteldeutscher Rundfunk (korp tad-dritt pubbliku) (Leipzig, il-Ġermanja), Zweites Deutsches Fernsehen (korp tad-dritt pubbliku) (Mainz, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tibdel id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Marzu 2010, fil-Każ R 1388/2008 b’tali mod li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-28 ta’ Lulju 2008 dwar l-oppożizzjoni Nru B 1 133 612 tiġi annullata u l-oppożizzjoni tiġi miċħuda;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 1388/2008-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri blu u griż, li tinkludi l-element verbali “KICO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 39.

Proprjetarji tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Mitteldeutscher Rundfunk (Anstalt des öffentlichen Rechts) u Zweites Deutsches Fernsehen (Anstalt des öffentlichen Rechts)

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “KIKA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 11, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 32, 38 u 41 u t-trade mark figurattiva Ġermaniża bil-kuluri iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “KIKA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 11, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 32, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) għaliex ma teżisti l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja ( 78, p. 1).


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/50


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2010 — KNUT IP Management vs UASI — Zoologischer Garten Berlin (KNUT — DER EISBÄR)

(Kawża T-250/10)

()

2010/C 209/75

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KNUT IP Management Ltd. (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Jaeckel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zoologischer Garten Berlin AG (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 650/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KNUT — DER EISBÄR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 25, 28 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Zoologischer Garten Berlin AG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark Ġermaniża verbali “KNUD” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 28; it-trade mark Ġermaniża “Knut der Eisbär” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28 u 41; it-trade mark Ġermaniża verbali “KNUT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 5, 8, 9, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 32, 33, 35, 39, 41, 42 u 43; it-trade mark Ġermaniża “KNUT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 18, 21, 25, 28, 35, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni kompletament milqugħa

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) inkwantu mhemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja ( 78, p. 1).


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/51


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2010 — Croos Czech vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-252/10)

()

2010/C 209/76

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Croos Czech a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Schollaert, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru INFSO-02/FD/GVC/Isc D(2010) 208676 tat-12 ta’ Marzu 2010; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, taħt l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru INFSO-02/FD/GVC/Isc D(2010) 208676, tat-12 ta’ Marzu 2010, bir-referenza Nru 09-BA74-006, ittra li tikkonferma l-konstatazzjonijiet tar-rapport ta’ verifika B74-06 dwar il-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2005 u t-30 ta’ April 2008 għall-proġetti eMapps.com, CEEC IST NET u TRANSFER EAST, konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u għall-Iżvilupp Teknoloġiku (2002-2006).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq dawn il-motivi:

Ir-rikorrenti targumenta li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi ksur tat-Trattat, jew ta’ dispożizzjoni legali li timplementah, sa fejn:

hija bbażata fuq investigazzjoni żbaljata u insuffiċjenti min-naħa tal-Kummissjoni;

tirrifletti l-applikazzjoni żbaljata tal-kuntratti marbuta mal-proġetti inkwistjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-konstatazzjoni li r-rikorrenti wettqet ksur ta’ dawn il-kuntratti;

hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-fatti marbuta mal-allegat ksur tal-kuntratti li jikkonċernaw dawn il-proġetti, żbalji li wasslu għal nuqqas ta’ konformità mal-istandards legali neċessarji u għalhekk għal żball ta’ liġi;

hija bbażata fuq nuqqasijiet fir-raġunament; u

tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti fil-proċedura li ppreċediet il-ħruġ tad-deċiżjoni kkontestata u ksur tal-prinċipju ta’ diliġenza.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2010 — Il-Bulgarija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-500/07) (1)

()

2010/C 209/77

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/08) (1)

()

2010/C 209/78

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Mejju 2010 — Nanopoulos vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Ammissibbiltà - Att li jikkawża preġudizzju - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kxif ta’ informazzjoni lill-istampa - Prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza - Dannu morali - Deċiżjoni li jinbdew proċeduri dixxiplinari - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal)

2010/C 209/79

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Fotios Nanopoulos (Itzig, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: V. Christianos, D. Gouloussis u V. Vlassi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Curall u K. Hermann, u sussegwentement J. Curall u K. Hermann, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas u I. Antypas, avukati)

Suġġett tal-kawża

Il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas somma lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu subit minħabba l-ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu li jippreġudika l-unur u r-reputazzjoni tiegħu.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil F. Nanopoulos is-somma ta’ EUR 90 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008, p. 50.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2010 — Petrilli vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-100/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Kunċett ta’ residenza - Residenza prinċipali - Dokumenti ta’ sostenn)

2010/C 209/80

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Petrilli (Grottammare, l-Italja) [rappreżentanti: J.-L. Lodomez u J. Lodomez, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti]

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiffissa r-residenza prinċipali tar-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

A. Petrilli huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009, p. 52.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/53


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2010 — Peláez Jimeno vs Il-Parlament

(Kawża F-13/09) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Ilment imressaq qabel - Terminu għal-preżentazzjoni ta’ lment - Dewmien - Prova - Ex membru tal-persunal temporanju - Ħatra bħala uffiċjal - Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Trattament ugwali)

2010/C 209/81

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Peláez Jimeno (Relegem-Asse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment C. Burgos u K. Zejdová, sussegwentement K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tikklassifika lir-rikorrenti bħala uffiċjal bi prova fi grad u skala inferjuri minn dawk li hija kellha bħala membru tal-persunal temporanju.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

J. Peláez Jimeno hija kkundannata għall-ispejjez kollha.


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009, p. 40.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/53


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010 — Lebedef-Caponi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2007 - Rikors għal annullament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Rappreżentanti tal-persunal - Opinjoni tal-grupp ad hoc)

2010/C 209/82

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lebedef-Caponi (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrenti għall-2007.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009, p. 51.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/53


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/10)

()

2010/C 209/83

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1.1.2005 sal-31.12.2005, kif stabbilit wara l-annullament tiegħu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-sentenza tiegħu F-36/07.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera (REC/CDR) tar-rikorrent għall-perijodu mill-1.1.2005 sal-31.12.2005, kif stabbilit wara l-annullament tiegħu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bis-sentenza tas-7 ta’ Mejju 2008 fil-Kawża F-36/07 Lebedef vs Il-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/54


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2010 — Adriaansen vs BEI

(Kawża F-35/10)

()

2010/C 209/84

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mary Lucie Adriaansen (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A.-M. Schmit, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew għall-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-BEI li tirrifjuta li tipprovdi lir-rikorrenti informazzjoni dwar l-ammont tal-pensjoni tal-ex konjuġi tagħha.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-BEI tat-18 ta’ Marzu 2010;

tikkundanna l-BEI għall-ispjjeż;

tordna l-eżekuzzjoni provviżorja tas-sentenza mogħtija, minkejja kull appell u mingħajr garanzija;

tirriżerva lir-rikorrenti kull drittijiet, dovuti, mezzi u azzjonijiet oħra kollha.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/54


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2010 — Rapone vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-36/10)

()

2010/C 209/85

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Chiara Rapone (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Rapone, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-EPSO ċaħdet ir-reġistrazzjoni tat-talba tar-rikorrenti milli tipparteċipa fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10-LAW.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda r-reġistrazzjoni tat-talba l-ġdida tar-rikorrenti sabiex tipparteċipa fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10-LAW, liema ċaħda ġiet ikkonfermata fil-komunikazzjoni EPSO tat-12 ta’ April 2010;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/54


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2010 — Vakalis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-38/10)

()

2010/C 209/86

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ioannis Vakalis (Luvinate, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Likwidazzjoni tad-drittijiet individwali li tiffissa d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom għall-iskema tal-Unjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jikkonstata li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 60/2004, tat-28 ta’ April 2004 hija illegali;

jannulla d-Deċiżjoni PMO-4/TP D (2009)/434514716;

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/55


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/10)

()

2010/C 209/87

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara qbiż mhux awtorizzat ta’ ħamest ijiem u nofs mid-dritt għall-leave annwali tar-rikorrent għas-sena 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Awwissu 2009, li permezz tagħha d-Direttur Ġenerali ta’ EUROSTAT jagħti istruzzjonijiet lid-dipartiment tiegħu tal-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani, sabiex javża lis-servizzi kompetenti tal-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta’ Drittijiet Individwali bil-qbiż ta’ ħamest ijiem u nofs mid-dritt għall-leave tar-rikorrent għall-2009, bil-għan li jitnaqqaslu l-benefiċċju tar-remunerazzjoni għal dan il-perijodu ta’ żmien;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/55


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Bermejo Garde vs KESE

(Kawża F-41/10)

()

2010/C 209/88

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Suġġett

Annullament ta’ diversi deċiżjonijiet li jtemmu l-funzjonijiet tar-rikorrent bħala Kap ta’ Diviżjoni tad-Dipartiment Legali b’effett immedjat, u li jittrasferuh għad-Direttorat tal-Loġistika u li jirrifjutaw it-talba formali tiegħu għal assistenza kif ukoll it-talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-KESE Nru 88/10 A, tat-3 ta’ Marzu 2010 li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrent fis-7 ta’ Diċembru 2009 u li tiddeċiedi li jiġi trasferit;

jannulla l-addendum tad-deċiżjoni Nru 88/10 tal-25 ta’ Marzu 2010;

jannulla d-deċiżjoni Nru 133/10 A tal-24 ta’ Marzu 2010 dwar it-tmiem tal-funzjonijiet tar-rikorrent bħala Kap ta’ Diviżjoni tad-Dipartiment Legali b’effett immedjat u dwar it-trasferiment tiegħu bħala Kap ta’ Diviżjoni u bil-post tiegħu fi ħdan dipartiment ieħor sa mis-6 ta’ April 2010;

jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-KESE Nru 184/10 A tat-13 ta’ April 2010 li tittrasferixxi lir-rikorrent għad-Direttorat tal-Loġistika, fejn din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tas-6 ta’ April 2010;

jalloka d-danni;

jikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/55


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2010 — Skareby vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/10)

()

2010/C 209/89

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carina Skareby (Leuven, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti illi hija kienet suġġetta għal u esperjenzat fastidju psikoloġiku fis-snin li hija għamlet fid-Delegazzjoni Reġjonali tal-Kummissjoni fi Kyrgyzstan.

Talbiet tar-rikorrenti

titlob lill-Kummissjoni tipproduċi r-rapport tal-IDOC, flimkien mal-provi;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2009 u, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/56


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2010 — Cerafogli vs BĊE

(Kawża F-43/10)

()

2010/C 209/90

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maria-Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti dwar id-diskriminazzjoni u l-preġudizzju għad-dinjità tagħha, minħabba l-aġir tal-amministraturi tagħha, kif ukoll talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2009 li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti għal diskriminazzjoni u preġudizzju għad-dinjità tagħha, minħabba l-aġir tal-amministraturi tagħha u, jekk ikun il-każ, tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Marzu 2010 li tiċħad ir-rikors straordinarju;

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti, kif ifformulati fir-rikors amministrattiv, u b’mod partikolari:

tintemm kull forma ta’ diskriminazzjoni u ta’ fastidju morali fir-rigward ta’ M.C. Cerafogli, kemm taħt forma verbali jew kemm fil-kuntest tal-funzjonijiet fdati lilha u tal-modalitajiet ta’ xogħol;

tikseb, min-naħa ta’ G., l-irtirar bil-miktub tad-dikjarazzjonijiet offensivi u ta’ theddid tiegħu;

f’kull każ, tikseb il-kumpens għad-danni morali u materjali subiti;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-BĊE sabiex tipproduċi r-rapport komplut tal-investigazzjoni amministrattiva interna, bl-annessi kollha tiegħu, inklużi t-trattazzjonijiet tas-seduti. Barra minn dan, tikkundanna lill-BĊE sabiex tipproduċi wkoll il-komunikazzjonijiet kollha bejn il-bord inkarigat bl-investigazzjoni u d-Direttorat u/jew il-President tal-BĊE;

tħarrek bħala xhud lil L., kunsilliera indipendenti għal affarijiet soċjali preċedenti tal-konvenuta.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/56


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/10)

()

2010/C 209/91

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni ta’ residenza barra mill-post fejn huwa assenjat matul leave tal-mard.

Talbiet tar-rikorrent

l-annullament tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Awwissu 2009 li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrent sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni ta’ residenza barra mill-post fejn huwa assenjat matul il-leave tal-mard tiegħu mit-3 ta’ Awwissu sat-3 ta’ Settembru 2009 u, b’mod partikolari, matul il-perijodu mit-13 sat-30 ta’ Awwissu 2009;

talloka lir-rikorrent kumpens morali ekwivalenti għar-remunerazzjoni ta’ ħamest ijiem, ikkalkulat abbażi ta’ parti minn għoxrin tar-remunerazzjoni mensili tiegħu għal kull jum ikkumpensat;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/57


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010 — Petrilli vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-51/09) (1)

()

2010/C 209/92

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża, wara li ntlaħaq ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009, p. 48.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/57


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Mejju 2010 — Nikolchov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/09) (1)

()

2010/C 209/93

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża, wara li ntlaħaq ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009, p. 16.


31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/57


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Mejju 2010

Nikolchov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-94/09) (1)

()

2010/C 209/94

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża, wara li ntlaħaq ftehim bonarju.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010, p. 42.