ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.198.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 198

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
20 ta' Lulju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kunsill

2010/C 198/01

Id-disa' rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar il-kontribut tal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid ta’ armi żgħar (2002/589/PESK)

1

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Kunsill

20.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/1


Id-disa' rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar il-kontribut tal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid ta’ armi żgħar (2002/589/PESK)

(2010/C 000/01)

INTRODUZZJONI

Matul l-2009 l-UE kompliet tippromwovi l-kwistjoni tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fil-fora kollha multilaterali u fid-djalogu politiku tagħha fil-qafas tal-istrumenti internazzjonali rilevanti, bħall-Programm ta' Azzjoni tal-2001 tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief.

Skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inklużjoni ta' element ta' SALW fi ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi adottati f'Diċembru 2008, fl-2009 saru diversi negozjati, inkluża klawsola dwar is-SALW. F'dan il-qafas, kien maqbul element ta' SALW maċ-Ċina, l-Iraq, il-Libja u l-Korea t'Isfel.

Kompliet tiġi pprovduta għajnuna lil stati terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni destabbilizzanti tas-SALW. Din kienet tinkludi l-implimentazzjoni ta' proġetti fil-qafas ta' diversi Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet tal-Kunsill, kif ukoll permezz ta' strumenti għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni, u permezz ta' proġetti appoġġati mill-Istati Membri tal-UE fuq bażi nazzjonali.

Fl-2009, l-UE kompliet tipparteċipa fil-proċess tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT). L-Istati Membri kollha tal-UE (SM) vvotaw favur ir-riżoluzzjoni tal-2009 tal-AĠNU dwar l-ATT, li ssejjaħ Konferenza Internazzjonali sabiex jiġi negozjat Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi fl-2012. L-UE kompliet ukoll timpenja u tinkoraġġixxi pajjiżi terzi biex jappoġġaw il-proċess, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/42/PESK sabiex jiġi promoss il-proċess li jwassal għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi fost pajjiżi terzi, flimkien mal-organizzazzjoni ta' ħames seminars reġjonali fl-2009.

L-Istrateġija tal-UE fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW u l-munizzjon tagħhom, li ġiet adottata mill-Kunsill Ewropew fil-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005, tkompli tipprovdi gwida strateġika għall-attivitajiet tal-UE u l-Istati Membri tagħha fil-qasam tas-SALW permezz ta' diversi strumenti disponibbli.

Dan ir-rapport ġie kkompilat bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/589/PESK. Huwa jkopri l-attivitajiet li saru fl-2009 u huwa mqassam fi tliet partijiet, u anness:

Parti I tkopri l-isforzi tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-problemi relatati mal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir fil-livell nazzjonali;

Parti II tittratta l-isforzi tal-implimentazzjoni internazzjonali;

Parti III tittratta l-parteċipazzjoni fil-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u arranġamenti reġjonali fil-qasam tal-armi konvenzjonali, speċjalment armi ħfief u ta' kalibru żgħir

l-Anness jinkludi l-lista tal-punti fokali tal-Istati Membri tal-UE fil-qasam tas-SALW.

I.   SFORZI TA’ IMPLIMENTAZZJONI NAZZJONALI MATUL L-2009

Fit-8 ta' Diċembru 2008 l-UE adottat il-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK. L-adozzjoni ta' dan l-istrument legalment vinkolanti mmarkat il-konklużjoni formali b'suċċess ta' reviżjoni tal-Kodiċi u stabbiliet kisba importanti oħra fit-titjib tal-istandards tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-UE. Il-Pożizzjoni Komuni tikkostitwixxi strument aġġornat u mtejjeb b'mod sinifikanti li jissostitwixxi l-Kodiċi ta' Kondotta. Hija tinkludi diversi elementi ġodda, li japprofondixxu u jwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni. Dawn l-elementi jinkludu l-estensjoni tal-kontrolli fuq is-senserija, it-transazzjonijiet ta' transitu u t-trasferimenti mhux tanġibbli ta' teknoloġija, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' proċeduri msaħħin sabiex jarmonizzaw il-linji politiċi tal-Istati Membri dwar l-esportazzjoni. Waqt li jirrikonoxxu r-responsabbiltà speċjali tal-istati li jesportaw teknoloġija u tagħmir militari, l-Istati Membri għal darba oħra wrew id-determinazzjoni tagħhom li jipprevjenu l-esportazzjoni ta' teknoloġija u tagħmir militari li jistgħu jintużaw għal finijiet mhux mixtieqa bħal ripressjoni interna jew aggressjoni internazzjonali jew sabiex jikkontribwixxu għal instabbiltà reġjonali.

I.A.   Kooperazzjoni, koordinazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn aġenziji amministrattivi u tal-infurzar tal-liġi.

Dawn li ġejjin huma l-kontributi mogħtija mill-Istati Membri tal-UE dwar l-isforzi nazzjonali tagħhom li twettqu fl-2009 għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn aġenziji amministrattivi u dawk tal-infurzar tal-liġi nazzjonali responsabbli għall-indirizzar tar-riskji maħluqa mill-kummerċ illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva tas-SALW:

AWSTRIJA

L-Awstrija kompliet trawwem il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-aġenziji amministrattivi u dawk tal-infurzar tal-liġi. Matul l-2009, saru laqgħat interministerjali bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali, il-Ministeru tal-Intern, il-Ministeru tal-Ekonomija u x-Xogħol u l-Ministeru tad-Difiża.

BULGARIJA

Il-Bulgarija kompliet trawwem il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni interistituzzjonali sabiex tiġġieled kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid tas-SALW kif ukoll biex tipprevjeni t-traffikar illeċitu.

REPUBBLIKA ĊEKA

Skont l-Att Nru 122/1997 Coll. dwar is-Sistema ta' Ministeri u Awtoritajiet Ċentrali tal-Amministrazzjoni Statali tar-Repubblika Ċeka, kif emendat, il-kontroll u s-sorveljanza tal-armi u l-munizzjon, il-kummerċ tal-armi, it-trasferiment, is-senserija u l-liċenzjar, u l-osservanza tal-liġijiet, it-trattati, il-konvenzjonijiet, id-digrieti u r-regolamenti rilevanti jaqgħu fil-kompetenza tal-istituzzjonijiet li ġejjin:

Ministeru tal-Intern

Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ

Ministeru tad-Difiża

Amministrazzjoni Doganali

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin huwa l-koordinatur u l-punt ta' kuntatt nazzjonali għall-kollegament ma' barra l-pajjiż u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali f'materji relatati mas-SALW, u f'materji li jirriżultaw mill-impenji internazzjonali tar-Repubblika Ċeka.

ĊIPRU

Fi ħdan il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ta’ Ċipru, ġie stabbilit arkivju nazzjonali tal-armi u bażi ta' data elettronika li tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar is-SALW ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-UE, ma' organizzazzjonijiet reġjonali u ma' pajjiżi terzi.

DANIMARKA

Is-sistema ġenerali fid-Danimarka

Il-Ministeru tal-Ġustizzja Daniż jamministra l-leġislazzjoni Daniża dwar l-armi u l-esplożivi, li tinkludi wkoll ir-regolament dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni Daniża dwar l-armi u l-esplożivi, l-armi u l-munizzjon ma jistgħux jiġu importati, manifatturati, miksuba, posseduti jew imġarra mingħajr liċenzja mill-Ministeru tal-Ġustizzja jew mill-persuna awtorizzata mill-Ministru biex toħroġ tali liċenzji.

Il-leġislazzjoni tistipula wkoll li armi jew esplożivi ta' kull xorta, inkluż il-munizzjon, ma jistgħux jiġu esportati mingħajr liċenzja speċifika mill-Ministru tal-Ġustizzja. Din id-dispożizzjoni tinkludi wkoll armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

Il-Ministru tal-Ġustizzja awtorizza lid-distretti lokali tal-pulizija biex joħorġu xi wħud mil-liċenzji msemmijin hawn fuq fir-rigward ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (pussess ta' armi tan-nar eċċ.)

Bażijiet ta' data u reġistri

Il-pulizija Daniża stabbiliet bażi ta' data elettronika ċentrali (Ir-Reġistru tal-Pulizija dwar l-Armi) li fiha huma reġistrati l-persuni kollha li huma awtorizzati li jippossjedu armi tan-nar abbażi tal-applikazzjonijiet riċevuti għal-liċenzji għal armi tan-nar u reġistrazzjoni tax-xiri ta' snieter (smoothbore shotguns) eċċ. Ir-reġistru fih ukoll informazzjoni dwar armi mitlufin u misruqin.

Ir-Reġistru tal-Pulizija dwar l-Armi jinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha inklużi l-kategorija u t-tip ta' arma, il-manifattura, il-mudell, l-immarkar (numru), il-kalibru u karatteristiċi speċjali. Kull arma hija rreġistrata b'numru ta' identifikazzjoni speċifiku. Il-pulizija tista' tordna li l-arma tiġi mmarkata bin-numru ta' identifikazzjoni jekk l-arma mhix immarkata mill-manifattur. Ir-reġistru jinkludi wkoll informazzjoni storika li tagħmilha possibbli li tiġi lokalizzata informazzjoni dwar il-proprjetarji preċedenti tal-arma.

Informazzjoni dwar armi tan-nar mitlufin eċċ. hija rapportata wkoll lis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS).

Barra minn hekk, l-assoċjazzjonijiet kollha tal-azzarini Daniżi huma meħtieġa jistabbilixxu r-reġistri tagħhom tal-armi li għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-armi tan-nar kollha li l-assoċjazzjoni u l-membri tagħha jippossjedu.

Barra minn hekk, il-proprjetarji tan-negozji li għandhom permess għal negozju tal-armi huma mitluba jżommu reġistru u – fuq struzzjonijiet speċifiċi mill-pulizija – jirrapportaw regolarment lir-Reġistru tal-Armi tal-Pulizija dwar ix-xiri u l-bejgħ tagħhom tal-armi.

ESTONJA

Matul l-2009, l-Estonja kompliet trawwem il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-ministeri tal-gvern u l-aġenziji rilevanti. Saru laqgħat ma' rappreżentanti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministeru tad-Difiża, il-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni, il-Bord tal-Pulizija tas-Sigurtà, il-Bord Estonjan tat-Taxxa u d-Dwana, u l-Bord Estonjan għall-Infurzar tal-Liġi, taħt l-awspiċi tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, sabiex jiġu trattati kwistjonijiet relatati mal-kontroll tal-esportazzjoni, biex tiġi mmonitorjata u evalwata r-relevanza tal-leġislazzjoni attwali u jiġu identifikati d-dispożizzjonijiet skaduti jew irrelevanti dwar it-trasferiment ta' armi, tagħmir militari u oġġetti ta' użu doppju. Barra minn hekk, f'Novembru 2009 kien organizzat seminar ta' ġurnata fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għas-sensibilizzazzjoni dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni (b'enfasi fuq l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir). Dan l-avveniment kien intenzjonat biex iżid is-sensibilizzazzjoni fost is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi u diversi setturi u manifatturi.

FINLANDJA

Il-Grupp ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-esperti dwar is-SALW kompla l-ħidma fl-2009. Il-Grupp jinkludi r-rappreżentanti tal-ministeri involuti fil-kontroll tal-armi, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni tas-SALW u r-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi nazzjonali li jittrattaw il-kwistjoni. Il-grupp jiddiskuti, fost oħrajn, il-politika Finlandiża fir-rigward tas-SALW, l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, reġjonali u globali u r-regolamenti u l-assistenza bilaterali għal proġetti dwar is-SALW.

Il-Kmand Suprem tal-Pulizija Finlandiża ġie sseparat mill-Ministeru tal-Intern u l-Bord tal-Pulizija Nazzjonali twaqqaf mil-ħidma fl-1 ta' Jannar 2010. Il-kompiti fir-rigward tal-liċenzjar tal-armi tan-nar għall-użu ċivili, kif ukoll is-superviżjoni ġenerali tal-Att dwar l-Armi tan-Nar, ġew trasferiti lill-Bord tal-Pulizija Nazzjonali.

Is-superviżjoni ġenerali tal-Att dwar l-Armi tan-Nar taqa' taħt il-kompetenza tal-Ministeru tal-Intern. Il-pulizija jissorveljaw il-konformità mal-Att. Il-Gwardjan tal-Fruntiera u d-Dwana jissorveljaw il-konformità mal-Att fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom.

Is-SALW li jiġu konfiskati jew mogħtija lill-istat b'mod volontarju jiġu meqruda jekk ma jingħatawx lill-kollezzjonijiet tal-awtoritarijiet tal-istat. Dawn is-SALW jiġu meqruda billi jitqattgħu f'biċċiet żgħar mill-pulizija. L-għadd totali tal-armi tan-nar meqruda fl-2009 kien ta' 6 338, li jammonta għal 97 % tal-ammont totali tal-armi tan-nar konfiskati jew mogħtija lill-istat.

ĠERMANJA

It-theddida għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp li tirriżulta mill-akkumulazzjoni destabbilizzanti u t-tixrid tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir inkluż il-munizzjon tagħhom għadha kwistjoni ta' tħassib serju. Il-Ġermanja hija impenjata lejn approċċ komprensiv biex tiġġieled, u tikkontribwixxi għat-tmiem tal-akkumulazzjoni destabbilizzanti u t-tixrid tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir u l-munizzjon tagħhom. Fis-segwitu ta' dan l-objettiv, il-Ġermanja bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea hija ggwidata mill-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW u l-munizzjon tagħhom, li ġiet adottata mill-Kunsill Ewropew fil-15-16 ta' Diċembru 2005.

Ġew organizzati laqgħat regolari tal-grupp ta' koordinazzjoni nazzjonali għall-kwistjonijiet dwar is-SALW mill-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin. Dawn il-laqgħat jiġbru flimkien lill-esperti tal-armi u tal-kontroll tal-esportazzjoni mill-ministeri, l-amministrazzjoni, l-unità għall-kontroll u l-verifika tal-armi militari, u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet relatati mal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir inkluż il-munizzjon tagħhom. Il-grupp jiddiskuti, fost oħrajn, il-politika Ġermaniża fir-rigward tas-SALW f'fora internazzjonali u reġjonali, l-assistenza multilaterali u bilaterali kif ukoll l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet u r-regolamenti nazzjonali, reġjonali u globali. Il-laqgħat huma ppreseduti minn rappreżentant tal-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin.

Ittieħdu diversi inizjattivi fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn korpi amministrattivi u aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali. Dawn koprew leġislazzjoni ġdida, iżda wkoll reviżjonijiet ta’ kif taħdem fil-prattika l-leġislazzjoni eżistenti. Il-miżuri ta' taħriġ kienu parti regolari minn dawn l-isforzi. Fl-2009 dawn l-inizjattivi kienu jinkludu dan li ġej:

Il-Ġermanja ħadet passi konkreti sabiex timplimenta l-Protokoll tan-NU kontra l-Manifattura u t-Traffikar Illeċiti ta’ Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti tagħhom u l-Munizzjon, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u d-dispożizzjonijet tal-Istrument Internazzjonali li Jippermetti lill-Istati li Jidentifikaw u Jittraċċaw, b’Mod f’Waqtu u Affidabbli, Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir Illeċiti. Bl-emendi li rriżultaw għall-Att dwar l-Armi, l-immarkar tal-armi u d-dmir taż-żamma tal-kotba huma estiżi wkoll għal partijiet essenzjali tal-armi u, b'konsegwenza, l-intraċċar tal-oriġini tal-armi huwa ffaċilitat fil-livell internazzjonali.

GREĊJA

Il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir hu ta' prijorità assoluta għall-Ministeru tal-Protezzjoni taċ-Ċittadin u l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija Ellenika. Qiegħed isir kull sforz possibbli għat-tnaqqis, jekk mhux il-qerda, ta' dan il-fenomenu u għall-konsolidazzjoni tas-sens ta' sigurtà fost iċ-ċittadini.

Il-mira stabbilita għas-sena 2009, f'konformità mal-politika kontra l-kriminalità, kienet li jiżdiedu l-konfiski ta' SALW posseduti u kummerċjalizzati illegalment, permezz tal-elaborazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni mmirata b'mod speċjalizzat mill-awtoritajiet tal-pulizija kompetenti. L-isforzi tagħna jiffukaw f'żewġ direzzjonijiet:

1.

Il-kontroll tal-kummerċ legali tal-armi, fl-istadji kollha tiegħu (importazzjoni, kummerċ, pussess, użu);

2.

L-istabbiliment ta' kontrolli aktar intensivi, f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħra, bil-għan tal-intraċċar u l-konfiska ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir, kummerċjalizzati, posseduti u użati illegalment.

a)   Miżuri għall-kontroll tal-kummerċ legali tas-SALW

L-Aġenzija tagħna tmexxi bażi ta' data elettronika li tikkostittwixxi l-Awtorità Ċentrali Nazzjonali għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni u hija kapaċi tirċievi u tippreżenta informazzjoni dwar l-armi kollha li huma kummerċjalizzati u posseduti legalment. Din il-bażi tad-data tiġi aġġornata kostantement bil-bidliet kollha fl-istatus tal-pussess. L-armi kollha neqsin - kemm jekk huma mitlufa, misruqa, sottratti, ittraċċati - jiddaħħlu f'din il-bażi ta' data sabiex jiġu konfiskati jew użati bħala evidenza fi proċedimenti kriminali u biex jiġu identifikati fil-każ li jinstabu.

Din il-bażi ta' data tagħti l-istorja ta' kull arma, mill-importazzjoni tagħha sad-detentur legali finali tagħha (reġistri tal-armi). Barra minn hekk, din il-bażi ta' data tiffaċilita l-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar is-SALW ma' awtoritajiet oħra fi u barra mill-Greċja. Ġie stabbilit għadd minimu ta' kontrolli għal kull xahar f'kull impriża li hija attiva legalment fil-kummerċ tal-armi. Id-data ta' kontroll tiġi kontroverifikata permezz ta' data mdaħħla fil-bażi ta' data elettronika tal-Aġenzija tagħna.

Id-dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli 2168/1993 u d-Deċiżjonijiet Ministerjali rilevanti huma osservati b'mod strett. Dawn jikkostitwixxu l-qafas regolatorju prinċipali f'pajjiżna li jirregola l-kwistjonijiet tal-armi. Din il-liġi ġiet armonizzata mad-Direttiva 91/477/KEE u mal-Konvenzjoni ta' Schengen, u f'xi każi hija tinkludi dispożizzjonijiet li huma wkoll aktar stretti (l-Artikolu 15 tal-Liġi 2168/1993 u l-Artikolu 272 tal-Kodiċi Kriminali, kif emendat bil-Liġi 2928/2001).

Il-kummerċ legali f'armi ħfief u ta' kalibru żgħir (il-kummerċ-importazzjoni-esportazzjoni u transitu) f'pajjiżna jeħtieġ liċenzja speċjali maħruġa mill-awtorità kompetenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi 2168/1993.

il-kooperazzjoni hija eċċellenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali (awtoritajiet tal-portijiet u d-dwana, l-Aġenzija ta' Kontrolli Speċjali) u l-Awtoritajiet Militari li wkoll jikkondividu l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi li minnhom l-armi jiġu importati jew trasportati minn ġo pajjiżna.

b)   Miżuri għall-kontroll tal-kummerċ illegali tas-SALW

Minħabba li l-kooperazzjoni bilaterali fil-livell reġjonali u internazzjonali hija meqjusa bħala indispensabbli għall-prevenzjoni u t-trażżin tal-kummerċ illegali ta' armi minn pajjiż għall-ieħor, pajjiżna ffirma ftehim ta' kooperazzjoni rigward il-kooperazzjoni tal-pulizija mal-pajjiżi ġirien tiegħu u jipparteċipa f'organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u bilaterali (l-Inizjattiva Adrijatika-Jonika, SECI EUROPOL - INTERPOL).

Il-vetturi u l-persuni kollha li jidħlu f'pajjiżna huma kkontrollati fil-punti ta' dħul stabbiliti.

Il-kontrolli kostanti jitwettqu fil-fruntieri tal-art u tal-baħar (f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-portijiet) biex tiġi evitata l-importazzjoni illegali ta' armi minn persuni li jidħlu fit-territorju Grieg b'mod illegali.

Il-każijiet żvelati jiġu investigati bir-reqqa sabiex jinkixfu u jinħattu netwerks li jistgħu jkunu attivi fil-kummerċ illegali tal-armi.

Jittieħdu miżuri speċjali f'żoni bi problemi kbar fil-kummerċ, il-pussess u l-użu tal-armi, f'kooperazzjoni mal-komunitajiet u l-korpi lokali.

UNGERIJA

L-Ungerija kompliet trawwem il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni interistituzzjonali sabiex tiġġieled kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid tas-SALW, kif ukoll biex tipprevjeni t-traffikar illeċitu. Matul l-2009 saru laqgħat regolari tar-rappreżentanti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (MFA), il-Ministeru tad-Difiża (MD), il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Infurzar tal-Liġi (MJLE) u aġenziji oħra.

IRLANDA

Id-Dipartiment tal-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Impjiegi, bħala l-awtorità ta' liċenzjar għall-esportazzjoni ta' tagħmir militari u ta' użu doppju, kompla l-implimentazzjoni tal-Att tal-2008 dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni.

Matul is-sena, id-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin għamel kuntatti mad-Dipartiment tat-Trasport biex jiżgura li huma kienu kompletament konxji tar-riskju li jkun hemm fit-trasport bl-ajru ta' armi illeċiti.

LUSSEMBURGU

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandu l-kompitu li jagħmel kuntatti mal-Istati u l-organizzazzjonijiet għall-fini ta' koordinazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

MALTA

Kien hemm kooperazzjoni kostanti u skambju ta' informazzjoni bejn il-Pulizija, id-Dwana, id-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Iċ-ċaqliq kollu fir-rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-armi involva mekkaniżmu kkoordinat bejn id-dipartimenti differenti kif stabbiliti permezz tal-leġislazzjoni nazzjonali pertinenti.

POLONJA

Il-Polonja kompliet trawwem l-iskambju ta' informazzjoni interistituzzjonali sabiex tipprevjeni t-traffikar illeċitu.

PORTUGALL

Komplew l-isforzi biex jitrawmu l-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir, kif ukoll fil-prevenzjoni tat-traffikar illeċitu. Fl-2009 saru laqgħat regolari mar-rappreżentanti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministeru tad-Difiża u l-Ministeru tal-Intern.

SPANJA

Fl-2009 Spanja għamlet progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħar (SALW) fl-Aspetti Kollha Tiegħu, u fl-applikazzjoni tal-istrument internazzjonali dwar l-immarkar u l-intraċċar tas-SALW.

Twettqu attivitajiet għall-promozzjoni ta' kultura ta' paċi u għall-istabbiliment ta' standards addizzjonali biex jittejjeb il-kontroll, u ġew imsaħħa r-rabtiet stabbiliti mal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet dwar id-Diżarm, mal-Interpol, ma' organizzazzjonijiet reġjonali (OSKE, NATO) u ma' organizzazzjonijiet nongovernattivi (kemm nazzjonali kif ukoll barranin).

Id-diversi dipartimenti ministerjali responsabbli għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet u l-iskambji ta' informazzjoni fil-qasam tas-SALW u l-munizzjon kellhom laqgħat regolari dwar dawn il-kwistjonijiet, b'mod partikolari fil-Kummissjoni Interministerjali Permanenti dwar l-Armi u l-Esplożivi (CIPAE, żewġ laqgħat fix-xahar), il-Bord Regolatorju Interministerjali responsabbli għall-Kummerċ Barrani ta' Oġġetti għad-Difiża u ta' Użu Doppju (JIMDDU, laqgħa fix-xahar), u fil-gruppi ta' ħidma responsabbli għall-kxif u għall-ġlieda kontra t-traffikar tas-SALW.

I.B.   Leġislazzjoni li ddaħħlet dan l-aħħar, reviżjonijiet ta’ kif taħdem fil-prattika l-leġislazzjoni eżistenti

Għadd ta’ Stati Membri introduċew il-leġislazzjoni li għadha kemm iddaħlet fl-2009 jew jinsabu fil-proċess li jirrevedu l-leġislazzjoni eżistenti. L-aħħar żviluppi jinkludu:

AWSTRIJA

Fl-2009 ma ddaħlet l-ebda leġislazzjoni ġdida dwar kwistjonijiet relatati mas-SALW.

Il-kontrolli tal-esportazzjoni tal-armi tjiebu ħafna permezz tal-Att dwar il-Kummerċ Barrani (AKB) tal-2005 u r-Regolament sussegwenti dwar il-Kummerċ Barrani tal-2006. Din il-leġislazzjoni implimentattiva tarmonizza l-għoti ta' liċenzji bid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi u tagħmilha obbligatorja għall-kummerċjanti Awstrijaċi. Barra minn hekk, hija tiddefinixxi s-sensara u l-attivitajiet ta' senserija f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/468/PESK dwar il-kontroll tas-senserija tal-armi.

Ir-Regolament Awstrijak dwar il-Materjal tal-Gwerra u l-lista tal-Ministeru tal-Ekonomija, il-Familja u ż-Żgħażagħ ta' tagħmir militari li mhux materjal tal-gwerra jikkorrispondi mal-Lista Militari Komuni tal-UE. Skont l-AKB, l-oġġetti tal-Lista Militari Komuni tal-UE huma soġġetti għal rekwiżit ta' liċenzja għall-esportazzjoni, it-transitu u s-senserija. Il-kummerċ Intra-Komunitarju f'oġġetti tal-Lista Militari Komuni tal-UE huwa - b'ċerti eċċezzjonijiet - soġġett għal proċedura ta' monitoraġġ. Ma tingħatax assistenza teknika f'rabta mal-iżvilupp, il-produzzjoni, l-immaniġġar, l-operazzjoni, kull tip ta' manutenzjoni, il-ħażna, l-ittestjar jew il-proliferazzjoni ta' sistemi tal-armi konvenzjonali b'kapaċità militari fil-każijiet li ġejjin: jekk din l-assistenza tikkontradixxi l-miżuri restrittivi abbażi ta' Pożizzjonijiet Komuni tal-UE jew Azzjonijiet Komuni tal-UE, Deċiżjonijiet tal-OSKE jew riżoluzzjonijiet vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Barra minn hekk, il-Ministeru tad-Difiża adotta regolament li jelenka l-materjal tal-gwerra u armi oħrajn li huma kkunsidrati għall-qerda. Din il-lista hi mibnija fuq id-definizzjonijiet tal-UE u l-OSKE.

L-Awstrija żiedet is-sensibilizzazzjoni dwar il-problemi maħluqa mis-SALW matul il-“jum bil-bibien miftuħa” tagħha fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u dawk Internazzjonali fis-26 ta' Ottubru 2009. Posters u dokumentarju infurmaw lill-pubbliku dwar l-impatt orribbli tal-kummerċ illeċitu fis-SALW.

BELĠJU

Bid-Digriet Irjali (att eżekuttiv mill-gvern federali) tal-14 ta' April 2009, li jimmodifika d-Digriet Irjali tal-24 ta' April 1997, ittejbu l-istandards ta' sigurtà u sikurezza mpoġġijin fuq il-ħżin, id-depożitar u l-ġbir tal-armi u l-munizzjon miżmuma mill-kummerċjanti, il-kolletturi u s-sidien tal-ixkubetti. Għal kull klassi ta' armi u munizzjon ġew imposti standards speċifiċi tas-sigurtà tal-ħżin. Id-digriet irjali l-ġdid jinkludi regoli ta' sigurtà ġodda dwar il-pussess, l-esibizzjoni, id-depożitar fid-dar u t-trasport tal-armi tan-nar. Dawn il-miżuri jeħtieġ ikunu fis-seħħ mhux aktar tard mill-25 ta' April, 2010.

REPUBBLIKA ĊEKA

Fir-rigward tal-leġislazzjoni nazzjonali dwar is-SALW, il-munizzjon u l-armi konvenzjonali, ġew adottati l-liġijiet nazzjonali matul is-snin preċedenti. Barra minn hekk, ir-regolamenti implimentattivi li jikkontrollaw l-esportazzjoni, l-importazzjoni, it-transitu, it-trasferiment u s-senserija jinħarġu mill-awtoritajiet tal-gvern sabiex jippermettu l-applikazzjoni rigoruża, konsistenti kif ukoll bla ntoppi tal-liġijiet adatti. Il-politika ġenerali tal-Gvern tar-Repubblika Ċeka, inkluża s-sistema tal-liġijiet, hija kompatibbli u kompletament konformi mad-direttivi tal-UE rilevanti, il-liġi internazzjonali, il-konvenzjonijiet, it-trattati u l-obbligi u l-impenji li jirriżultaw minnhom.

Il-Gvern tar-Repubblika Ċeka approva d-Digriet tal-Gvern Nru 10 fil-5 ta' Jannar 2009, li impenja lill-Ministeri u l-Awtoritajiet Statali rilevanti bit-tħejjija tal-emendi fir-rigward ta' sistema unifikata tat-trattament tal-komoditajiet li jinkorporaw ċerta responsabbiltà, li kemm is-SALW kif ukoll il-munizzjon jappartjenu għaliha.

Matul l-2009 ġew adottati seba' emendi għal-liġijiet eżistenti, erba' minnhom daħlu fis-seħħ fl-2009, tlieta minnhom għadhom fil-proċess tal-kunsiderazzjoni bis-suppożizzjoni tal-effettività tagħhom fl-2010.

Il-liġijiet u r-regolamenti l-aktar importanti:

L-Att Nru 38/1994 Coll.1 dwar ir-Regolament tal-Kummerċ Barrani f'Materjal Militari, kif emendat,

(l-hekk imsejjaħ “Att dwar il-Materjal Militari fil-Kummerċ Barrani”)

L-Att Nru 156/2000 Coll. dwar it-Testijiet tal-Armi tan-Nar, il-Munizzjon u t-Tagħmir Pirotekniku, kif emendat, (l-hekk imsejjaħ “Att dwar l-Ittestjar tal-Armi tan-Nar”)

L-Att Nru 594/2004 Coll. dwar l-Implimentazzjoni ta' Sistema Komunitarja għall-Kontroll tal-Esportazzjoni, it-Trasferiment, is-Senserija u t-Transitu ta' Oġġetti u Teknoloġija ta' Użu Doppju, kif emendat

L-Att Nru 156/2009 Coll. dwar it-trattament ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għall-finijiet ta' difiża u sigurtà, kif emendat

L-Att Nru 220/2009 Coll. dwar Bidliet u Emendi għall-Att nru 38/1994 Coll.

Id-Digriet Nru 332/2009 Coll. dwar l-Implimentazzjoni tal-Att nru 38/1994 Coll., kif emendat

L-Att Nru 484/2008 Coll. dwar Emendi għall-Att nru 119/2002 Coll. dwar l-Armi tan-Nar u l-Munizzjon, (l-hekk imsejjaħ “Att dwar l-Armi”)

ĊIPRU

L-esportazzjoni, it-transitu u t-trasferiment mill-ġdid tas-SALW huma rregolati bl-Ordni Ministerjali 257/2005 - kif emendata bħala 165/2008 – fir-rigward tal-esportazzjoni ta' tagħmir militari. L-Ordni msemmija hawn fuq hija allinjata mal-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni ta' Armi u d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill rilevanti tat-13 ta' Ġunju 2000 (2000/C1901/01). F'dan ir-rigward, il-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu Ċiprijott huwa l-awtorità kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji kollha tal-esportazzjoni, it-trasferiment mill-ġdid (esportazzjoni mill-ġdid) u l-liċenzji tat-transitu tas-SALW, filwaqt li d-Dipartiment tad-Dwana u s-Sisa huwa responsabbli mill-applikazzjoni tal-kontroll tal-esportazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tal-Leġislazzjoni tad-Dwana.

Barra minn hekk, l-importazzjoni, l-akkwist, il-pussess u t-trasport tas-SALW huma rregolati mil-Liġi 113(1)/2004 “Dwar Armi tan-Nar u Armi mhux tan-Nar” li hija allinjata mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 91/477 KEE (kif emendata) u d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill 2000/C191/01. Din il-Liġi tipprevedi l-projbizzjoni tal-manifattura tas-SALW minn ċittadini jew residenti tar-Repubblika, dment li ma jkollhomx liċenzja valida għal dan il-għan, maħruġa mill-Kap tal-Pulizija. Din il-liċenzja tingħata liċ-ċittadini, taħt ċerti kondizzjonijiet bħal, fost oħrajn, l-assenza ta' rekord kriminali min-naħa tal-applikant u eżami mediku tal-gvern.

Barra minn hekk, il-manifattura, il-pussess, il-ħżin u l-kummerċ illegali tas-SALW huwa regolat mil-Liġi 113(I)2004, li tipprevedi sentenzi ta' massimu ta' 15-il sena ħabs u/jew multa ta' EUR 42 715 f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet tagħha.

DANIMARKA

Fit-12 ta' Ġunju 2008, il-Parlament Daniż adotta att ġdid bil-fini li jtejjeb l-isforz kontra l-pussess ta' armi illeċiti f'postijiet pubbliċi. Iddaħħlet dispożizzjoni ġdida fil-Kodiċi Kriminali Daniżi li warajha, s-sentenza massima għall-pussess, il-ġarr jew l-użu ta' armi illeċiti — f'ċirkostanzi partikolarment aggravanti — f'postijiet pubbliċi hija ta' 4 snin priġunerija.

Fl-1 ta’Ottubru 2004 daħal fis-seħħ att ġdid li fih regoli dwar it-trasport ta’ armi bejn pajjiżi terzi (jiġifieri pajjiżi oħrajn minbarra d-Danimarka). Ir-regoli jipprojbixxu t-trasport ta’ armi eċċ. lejn pajjiżi li jaqgħu taħt embargo tal-armi tan-NU, l-UE jew l-OSKE. Barra minn hekk, huwa pprojbit ukoll it-trasport bejn pajjiżi terzi li ma jkunux ħarġu l-liċenzji tal-esportazzjoni u l-importazzjoni meħtieġa.

Barra minn hekk, fl-14 ta’ Ġunju 2005, il-Parlament Daniż adotta att li jintroduċi, fost affarijiet oħrajn, is-senserija tal-armi. Skont dan l-att huwa pprojbit li sensar mingħajr liċenzja mill-Ministeru tal-Ġustizzja, jew il-persuna awtorizzata mill-Ministru, jinnegozja jew jagħmel arranġamenti rigward transazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment tal-armi jew materjal relatat, kif definit fil-leġislazzjoni Daniża dwar l-armi u l-esplożivi, bejn pajjiżi barra mill-UE. Barra minn hekk, huwa pprojbit li wieħed jixtri jew ibiegħ tali armi jew materjal relatat bħala parti minn trasferiment bejn pajjiżi barra l-UE, jew, bħala s-sid tal-armi u materjal relatat, li jagħmel arranġamenti dwar dan it-trasferiment. Il-projbizzjoni ma tapplikax għal attivitajiet imwettqa fi Stat Membru ieħor tal-UE jew barra l-UE minn individwi li jgħixu barra mill-pajjiż. L-att jimplimenta l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill Ewropew 2003/468/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2003 dwar il-kontroll tas-senserija tal-armi.

ESTONJA

Fl-2009, ġew introdotti emendi żgħar għall-Att dwar l-Armi li jistabbilixxi l-bażijiet u l-proċeduri legali għall-immaniġġar ta' armi u munizzjon, l-għoti tal-permess għal armi u munizzjon li jintużaw għal finijiet ċivili, l-użu ta' armi u munizzjon għal finijiet ċivili u t-tneħħija ta' armi u munizzjon mill-użu ċivili, ir-rekwiżiti għal ċentri tal-isparar u żoni temporanji għall-isparar, u l-bażijiet u l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-superviżjoni tal-istat f'tali żoni sabiex ikun hemm konformità sħiħa mar-regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-kummerċ tal-armi u biex jiġu ċċarati d-drittijiet tal-barranin biex jipposedu l-armi.

Il-proċess tal-emendar u l-adatazzjoni tal-Att dwar l-Armi għadu għaddej sabiex ikun konformi mad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess tal-armi (2008/51/KE).

Fl-2009 ma daħlet fis-seħħ l-ebda modifika oħra dwar kwistjonijiet relatati mas-SALW.

L-Estonja tinsab fil-proċess li tirrevedi l-Att dwar il-Merkanzija Strateġika eżistenti; madankollu, fl-2009 ma saret l-ebda bidla.

FINLANDJA

Ittieħdu miżuri leġislattivi sabiex jiġu implimentati b'mod nazzjonali r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess tal-armi (2008/51/KE). Ġiet ippreżentata proposta leġislattiva (il-Liġi tal-Gvern 106/2009) lill-Parlament għall-approvazzjoni.

FRANZA

Franza kompliet bil-ħidma tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar tan-Nazzjonijiet Uniti, bil-ħsieb tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/51/KE tal-21 ta' Mejju 2008.

F'konnessjoni mal-adozzjoni tal-lista militari tal-Arranġament ta' Wassenaar bħala l-lista ta' referenza nazzjonali għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi, Franza addattat ir-regolamenti tagħha dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

UNGERIJA

Fl-2009 ma ġiet adottata l-ebda leġislazzjoni ġdida dwar kwistjonijiet relatati mas-SALW. L-Ungerija implimentat il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjoni ta’ tagħmir militari.

LATVJA

Id-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-UE 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir militari, adottati fit-8 ta' Diċembru 2008 ser ikunu inkorporati kompletament fil-leġislazzjoni nazzjonali tar-Repubblika tal-Latvja.

F'Diċembru 2009 l-Kabinett tal-Ministri adotta Regolamenti ġodda Nru 1665 “Proċeduri li bihom Jinħarġu jew Jiġu Miċħuda Liċenzji u Dokumenti Oħra tal-Kontroll ta' Merkanzija Strateġika” li jimplimentaw il-kriterji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni għar-reviżjoni tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji għal oġġotti elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-UE.

Il-Liġi dwar iċ-Ċirkolazzjoni ta' Merkanzija ta' Sinifikat Strateġiku tad-19 ta' Lulju, 2007 ġiet emendata f'Marzu 2009 b'dispożizzjonijiet dwar tagħmir għal attivitajiet operattivi mwettqa minn istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi.

Kien hemm diversi emendi żgħar oħra introdotti għal-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti minħabba tibdiliet strutturali f'istituzzjonijiet differenti involuti fil-proċess tal-kontroll ta' merkanzija strateġika fl-2009.

Ir-regolamenti fil-Lista Nazzjonali ta' Merkanzija u Servizzi ta' Importanza Strateġika li jinkludu l-lista ta' oġġetti li jridu jkunu kkontrollati flimkien ma' dawk inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2000 u l-Lista Militari Komuni tal-UE ġew emendati fl-24 ta' Novembru 2009 b'dispożizjonijiet dwar il-kameras ta' sorveljanza użati f'attivitajiet operattivi mwettqa mill-istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi.

Fl-2009 l-Ministeru tad-Difiża adotta “Regolamenti dwar l-Armi” ġodda li jistabbilixxu r-rekwiżiti unifikati stabbiliti għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi fil-Forzi Armati Nazzjonali. Il-proċess tar-reġistri tal-kontijiet u l-kondizzjonijiet li jiddefinixxu l-ħżin ġie ottimizzat, sar aktar trasparenti, waqt li jiddefinixxi l-prinċipji bażiċi tal-kontroll fil-livelli kollha tal-Forzi Armati Nazzjonali.

Qed jiġu elaborati regolamenti ġodda dwar il-maniġġar tal-armi sabiex jiġu inkorporati n-normi tad-Direttiva tal-Kunsill tal-UE 2008/51/KE tal-21 ta' Mejju 2008 li jemendaw id-Direttiva tal-Kunsill tal-UE 91/477/KEE.

LITWANJA

F'Ġunju 2009, il-Litwanja mexxiet seminar ta' komunikazzjoni fl-industrija u l-komunità akkademika dwar ir-regolament u l-politiki tal-kontroll tal-esportazzjoni, inkluża l-prevenzjoni tat-traffikar illeċitu ta' armi ħief u ta' kalibru żgħir.

Il-Litwanja aġġornat b'mod regolari l-Lista tal-Istati li għalihom l-Esportazzjoni u t-Transitu tal-Merkanzija Elenkata fil-Lista Militari Komuni huma Pprojbiti u li għalihom is-Senserija f'Negozjati u Transazzjonijiet fil-Merkanzija Elenkata fil-Lista Militari Komuni hija Pprojbita sabiex tirrifletti l-bidliet ta' miżuri restrittivi fuq tagħmir militari imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Unjoni Ewropea.

LUSSEMBURGU

Fl-2009 ma ġiet introdotta l-ebda leġislazzjoni ġdida ddedikata lis-SALW.

Il-bażi legali rilevanti tinsab fil-Liġi tal-15 ta’ Marzu 1983 dwar l-armi u l-munizzjon u fir-Regolament tal-Gran Dukat tal-31 ta’ Ottubru 1995 dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-transitu ta’ armi, munizzjon u tagħmir maħsub speċifikament għal użu militari u t-teknoloġija relatata. Dawn ġew ippubblikati fil-Mémorial, il-gazzetta uffiċjali tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Il-leġislazzjoni eżistenti attwalment qed tiġi riveduta.

Armi pprojbiti

Skont l-Artikolu 4 tal-Liġi tal-15 ta' Marzu 1983 dwar l-armi u l-munizzjon, l-importazzjoni, il-manifattura, it-tibdil, it-tiswija, l-akkwist, ix-xiri, iż-żamma, il-ħażna, it-trasport, il-ġarr, it-trasferiment, il-bejgħ jew l-esportazzjoni ta', jew il-kummerċ f' ċerti tipi ta' armi u munizzjon u n-negozjar huma pprojbiti. Madankollu, minkejja dik id-dispożizzjoni, il-Ministru tal-Ġustizzja jista', b'mod partikolari, jawtorizza:

(a)

l-importazzjoni, l-akkwist, ix-xiri, it-trasport, iż-żamma, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta', jew il-kummerċ f'armi u munizzjon li jikkostitwixxu antikitajiet, opri tal-arti jew oġġetti dekorattivi jew li huma intiżi biex jagħmlu parti minn kollezzjoni jew wirja; l-awtorizzazzjoni tista' tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-arma tkun ġiet iddiżabbiltata permanentement;

(b)

l-importazzjoni, l-akkwist, ix-xiri, it-trasport, iż-żamma, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u munizzjon għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi;

(c)

l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-transitu ta' armi minn barra l-pajjiż li huma diretti lejn pajjiż ieħor.

Din l-awtorizzazzjoni tista' tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-armi inkwistjoni ma jistgħux jintużaw għal finijiet differenti minn dawk iddikjarati hawn fuq.

Il-Lussemburgu m'għandu l-ebda sistema nazzjonali ta' immarkar għall-użu fil-manifattura u/jew l-importazzjoni ta' armi ta' kalibru żgħir. M'hemm l-ebda fabbrikant ta' armi fil-pajjiż. L-armiera u l-kummerċjanti tal-armi u l-munizzjoni għandhom iżommu reġistru li juri li l-armi li huma jkunu rċevew jew biegħu, bl-għamla, il-kalibru u n-numru tas-serje ta' kull arma u l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornitur u tax-xerrej. Ir-reġistru għandu juri wkoll in-numru u data ta' ħruġ tal-awtorizzazzjoni ministerjali. Dan għandu jintwera fuq it-talba ta' kwalunkwe rappreżentant tal-awtoritajiet pubbli. L-armiera u l-kummerċjanti tal-armi jistgħu jkunu meħtieġa jipprovdu kopja tar-reġistru tagħhom lill-Ministru tal-Ġustizzja. Il-kwantitajiet massimi ta' armi u munizzjon li l-armiera u l-kummerċanti tal-armi huma awtorizzati li jaħżnu huma stabbiliti mill-Ministru tal-Ġustizzja

Fil-każ ta' irvelli, assemblei suspettużi jew taqlib ieħor tal-ordni pubblika, il-Ministru tal-Ġustizzja jista' jordna l-għeluq jew l-evakwazzjoni ta' kwalunkwe ħanut jew maħżen tal-armi u l-munizzjon u t-trasferiment tal-kontenuti tagħhom lejn post speċifikat.

Il-ksur tal-Liġi tal-15 ta' Marzu 1983 huwa punibbli b'piena ta' ħabs li tvarja minn tmint ijiem sa ħames snin.

Kontrolli fuq l-esportazzjoni

L-applikazzjoni għall-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata lid-dipartiment għall-armi tan-nar ipprojbiti, u magħha għandha tinhemeż kopja tad-dokument tal-identità tax-xerrej.

L-applikanti għandhom jehmżu wkoll - għall-Istati Membri tal-UE - dokument li jikkonferma l-qbil minn qabel tal-Istat ta' residenza tax-xerrej, jew - għall-pajjiżi barra l-UE - kopja tal-awtorizzazzjoni minn dak l-Istat, bil-ħsieb tal-akkwist tal-arma tan-nar.

Imbagħad, l-awtorizzazzjoni li tinħareġ tippermetti lix-xerrej li jiġbor l-arma tan-nar inkwistjoni fiżikament mill-bejjiegħ u jittrasportaha lejn il-fruntiera tal-Lussemburgu. Minħabba li din l-awtorizzazzjoni hi valida biss fil-Lussemburgu, ix-xerrej irid jistaqsi lill-Istat ta' residenza tiegħu dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni meħtieġa skont il-liġi ta' dak l-Istat.

Għandha tintalab ukoll liċenzja għall-esportazzjoni mill-uffiċċju tal-liċenzji tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Fil-qafas u b'applikazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (l-Artikolu 11), il-Lussemburgu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati dwar il-liċenzji maħruġa għall-esportazzjoni lejn it-territorji tagħhom.

L-uffiċċju tal-liċenzji jista' jeħtieġ li l-applikazzjonijiet għat-transitu ta’ armi, munizzjon u tagħmir maħsuba speċifikament għal użu militari u t-teknoloġija relatata jkunu akkumpanjati minn dokument li fih l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż li minnu jkunu waslu l-oġġetti jiċċertifikaw li l-esportazzjoni lejn il-pajjiż ta' destinazzjoni ddikjarat tkun awtorizzata.

L-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-esportazzjoni jew għat-transitu jridu jkunu akkumpanjati minn impenn, iffirmat mill-applikant, li l-operazzjoni ta' esportazzjoni jew transitu sseħħ f'konformità mal-applikazzjoni għal-liċenzja. Wara kull kunsinna ta' oġġetti koperti minn liċenzja għall-esportazzjoni, fi żmien tliet xhur, l-esportatur irid jipprovdi lill-uffiċċju tal-liċenzji, il-provi li l-oġġetti jkunu waslu fil-pajjiż ta' destinazzjoni awtorizzat u li l-importatur irrilaxxahom għall-użu domestiku.

Dawn il-provi jiġu pprovduti jew permezz ta' dokument maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur, li juri li l-oġġetti esportati jkunu ġew iddikjarati għall-użu domestiku, jew bi kwalunkwe dokument ieħor li juri li l-awtorità kwalifikata fil-pajjiż importatur jew kwalunkwe negozju li jkun qed jaġixxi għal dik l-awtorità tkun irċeviet l-oġġetti direttament.

Qerda tal-armi

Il-metodu użat fil-Lussemburgu (mill-armata, il-pulizija u d-dwana tagħha) huwa l-qerda tal-armi permezz tal-qtugħ (“destruction by severing”). Dan jitwettaq mill-armeriji rispettivi tagħhom. Il-metall li jispiċċa maqtugħ jitqiegħed f'kontenitur u jiġi ttrasportat mill-persunal tal-armeriji lejn fabbrika tal-ħadid, fejn jiddewweb permezz ta' kalkari ta' funderiji elettroniċi, fil-preżenza ta' xhieda. Wara jitfassal rekord tal-operazzjoni.

PAJJIŻI BAXXI

Fir-rigward tal-leġislazzjoni dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir, il-Pajjiżi l-Baxxi m’għamlu ebda tibdil kbir fl-2009. Il-Pajjiżi l-Baxxi attwalment jinsabu fil-proċess ta' tħejjija għal-leġislazzjoni implimentattiva għad-Direttiva tal-UE 2008/51/KE u l-protokoll dwar l-armi TOC.

PORTUGALL

Twettqu l-inizjattivi leġislattivi li ġejjin:

il-Liġi 17/2009, li temenda l-Liġi 5/2006 (li stabbiliet sistema komprensiva li tapplika għall-kategoriji kollha tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir, esklużi dawk għall-użu militari biss u għall-forzi armati u ta' sigurtà).

il-Liġi 49/2009, li tirregola l-attivitajiet ta' senserija u l-esportazzjoni, l-importazzjoni, it-transitu u t-trasbord tal-armi militari, li tagħmilha obbligatorja li s-sensara kollha jiġu reġistrati mal-Ministeru tad-Difiża.

RUMANIJA

Fl-2009 l-Lista ta' merkanzija militari soġġetta għas-sistema tal-kontrolli tal-esportazzjoni ġiet aġġornata u emendata skont il-Lista tal-Arranġament ta' Wassenaar u tal-Unjoni Ewropea (id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1607/2009).

SLOVAKKJA

Fir-rigward tal-implimentazzjoni nazzjonali tal-Azzjoni Konġunta tal-UE dwar is-SALW u l-Programm tal-UE għall-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Traffikar Illeċitu tal-armi konvenzjonali u fir-rigward tal-leġislazzjoni dwar is-SALW fis-Slovakkja, fl-2009 daħal fis-seħħ qafas legali ġdid li jkopri l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-trasferiment, il-liċenzjar, is-senserija u l-pussess ta' armi u tagħmir għal użu militari, armi ħfief u ta' kalibru żgħir, il-komponenti tagħhom u l-munizzjon rispettiv ukoll.

Il-Kunsill Nazzjonali Slovakk adotta żewġ Atti. L-Att Nru 179/1998 Coll. ġie emendat kompletament bl-Att il-Ġdid Nru 403/2009 Coll. li jippermetti t-trasferiment tar-responsabbiltà tal-liċenzjar mill-Ministeru tal-Ekonomija għall-Ministeru tad-Difiża.

L-Att Nru 292/2009 Coll. li jistabbilixxi sistema komprensiva għall-kontroll tal-kummerċ, li japplika għall-kategoriji kollha tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir, esklużi armi ħfief u ta' kalibru żgħir għall-użu militari.

SLOVENJA

L-Att li Jemenda l-Att dwar l-Armi ġie adottat fl-2004 (Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja (ĠU RS), Nru 61/2000, 73/2004). Fl-aħħar emenda għall-Att dwar l-Armi ta' Lulju 2004, l-Att reġa' ppreveda perijodu transitorju ta' sena għall-amnestija u l-legalizzazzjoni tal-armi, u s-senserija tal-armi ġiet ukoll ikklassifikata fit-taqsima dwar il-kummerċ tal-armi. L-Aħħar Att li Jemenda l-Att dwar l-Armi ġie adottat fl-2009. L-Att jipprevedi wkoll leġislazzjoni f'perijodu ta' 3 xhur (sal-14.2.2010). L-Att huwa armonizzat totalment mad-Direttiva tal-UE 2008/51/KE tal-21.5.2008.

Fl-2004, il-Kodiċi Kriminali (ĠU RS, Nru 63-2167/1994 u 95-4208/2004) ġie emendat b'definizzjoni u inkriminazzjoni tas-senserija fi transazzjonijiet li jinvolvu l-armi, l-offerta ta' armi u l-estensjoni tas-sentenza ta' priġunerija preskritta għall-forma bażika ta' dan ir-reat kriminali minn tliet snin għal ħames snin ħabs. L-Att li Jemenda l-Kodiċi Kriminali mill-2009 (ĠU RS, Nru 39/2009) ġab xi aħbarijiet rigward l-att kriminali Il-Manifattura u l-Kummerċ Illegali tal-Armi u l-Materjali Esplożivi.

Hemm żewġ paragrafi 3 ġodda. Jekk ir-reat taħt il-paragrafu preċedenti jinvolvi armi tan-nar individwali jew kwantità żgħira ta' munizzjon għal tali armi tan-nar, il-ħati għandu jingħata sentenza ta' ħabs ta' mhux aktar minn sena u 4. Kull min jiffalsifika jew jeqred, iwarrab jew jimmodifika b'mod illegali l-marki fuq l-armi tan-nar għandu jkun soġġett għall-istess penali kif imsemmi fil-paragrafu preċedenti).

L-ilbies, iż-żamma u l-ħarsien ta' armi minn persuni uffiċjali awtorizzati fl-Amministrazzjoni tal-Ħabs tar-Repubblika tas-Slovenja huma rregolati mir-Regolamenti dwar l-Ilbies, il-Ħżin u l-Ħarsien ta' Armi fl-Amministrazzjoni tal-Ħabs (Gazzetta Uffiċjali RS 85/2009, paġni 11418-11424). Il-Kapitolu 2, mill-Artikolu 2 sal-Artikolu 17, tar-Regolamenti jistabbilixxi l-modi taż-żamma, il-ħżin u l-protezzjoni tal-armi. L-Artikolu 17 jipprevedi li d-Direttur Ġenerali jaħtar persuni responsabbli mit-teħid u l-provvediment tal-armi, il-ħżin u l-ħarsien tagħhom meta ma jkunux qed jiġu użati u għaż-żamma ta' reġistri speċjali. L-Artikoli 4 u 5 jipprevedu li l-armi għandhom jiġu maħżuna f'bini adatt li jkun sikur kontra l-aċċess mhux awtorizzat, is-serq, in-nar u perikli oħra jew użu ħażin. Ir-reġistri tal-armi tas-servizz miżmuma minn persuni awtorizzati tal-ħabs (gwardji tal-ħabs) huma rregolati bir-Regolamenti dwar l-Ilbies, il-Ħżin u l-Ħarsien tal-Armi fl-Amministrazzjoni tal-Ħabs. Il-Kmandanti tal-Gwardja tal-Ħabs u l-kapijiet (Wardens) ta' unitajiet ta' organizzazzjoni interna (Ħabsijiet) huma responsabbli mis-superviżjoni. L-għadd ta' armi maħżuna jiġi rivedut tal-anqas darba fis-sena fl-inventarju ta' kull sena. L-Amminstrazzjoni tal-Ħabs ukoll iżżomm reġistru ċentrali tal-armi tas-servizz li jiġi aġġornat istantanjament, u kull tliet snin, il-persuna awtorizzata tal-Uffiċċju Ċentrali twettaq is-superviżjoni taż-żamma u l-ħarsien tal-armi tas-servizz.

SPANJA

Fl-2009 ma ġew introdotti l-ebda regolamenti ġodda ddedikati speċifikament għas-SALW.

Il-bażi legali rilevanti għandha tinstab fil-Liġi 53/2007 tat-28 ta' Diċembru 2007 dwar il-kontroll ta' kummerċ barrani f'tagħmir għad-difiża u merkanzija ta' użu doppju li daħlet fis-seħħ fid-29 ta' Jannar 2008, u fid-digriet irjali (Real Decreto) 2061/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008, li jiżviluppa r-regoli implimentattivi msemmija fil-Liġi 53/2007.

Il-Liġi tieħu kont espliċitu tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjoni ta' teknoloġija u tagħmir militari, kif ukoll il-kriterju adottat mill-OSKE għal transazzjonijiet ta' esportazzjoni rigward is-SALW.

Regoli oħra applikabbli għall-kontroll tal-armi tan-nar, il-munizzjon u l-esplożivi tagħhom huma digriet irjali 137/1993 tad-29 ta' Jannar 1993 li jadotta r-Regolament tal-Armi tan-Nar u d-digriet irjali 230/1998 tas-16 ta' Frar 1998, li jadotta r-Regolament dwar l-Isplużivi.

Din il-leġislazzjoni tirreferi għal u tikkonforma mar-regoli kollha adottati mill-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-Programm ta' Azzjoni u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU), inkluża l-applikazzjoni tal-istrument internazzjonali dwar l-immarkar u l-intraċċar tas-SALW, kif ukoll il-protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (adottata mill-AĠNU fil-31 ta' Mejju 2001) dwar it-traffikar illeċitu ta' armi tan-nar, il-partijiet u l-munizzjon tagħhom, magħruf bħala l-“Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar”.

Spanja hija wkoll parti għall-Konvenzjoni għar-rikonoxximent reċiproku tal-marki tal-provi fuq armi ħfief u ta' kalibru żgħir u għar-regoli tal-Kummissjoni Internazzjonali Permanenti (CIP), u tadotta d-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest ta' dik il-Konvenzjoni fir-regoli nazzjonali tagħha.

RENJU UNIT

Fl-2009 l-Gvern ikkompleta l-bidliet leġislattivi li rriżultaw mir-Reviżjoni tal-2007 tal-leġislazzjoni sekondarja introdotta taħt l-Att tal-Kontroll tal-Esportazzjoni tal-2002. L-Ordni tal-Kontroll tal-Esportazzjoni tal-2008, li daħlet fis-seħħ fis-6 ta' April 2009, ikkonsolidat it-tliet Ordnijiet preċedenti tal-esportazzjoni u l-kummerċ: l-Esportazzjoni ta' Merkanzija, it-Trasferiment ta' Teknoloġija u l-Forniment ta' Assistenza Teknika (Kontroll) l-Ordni tal-2003, kif emendata; il-Kummerċ ta' Merkanzija (Kategoriji ta' Merkanzija Kkontrollata) l-Ordni tal-2008 (li hija stess issostitwiet il-Kummerċ f'Merkanzija (Kontroll) l-Ordni tal-2003, u introduċiet struttura fuq tliet livelli għall-kontrolli tal-kummerċ); u l-Kummerċ ta' Merkanzija Kkontrollata (Destinazzjonijiet bl-Embargo) l-Ordni tal-2004. B'hekk, l-Ordni l-ġdida ġabret flimkien il-kontrolli tar-Renju Unit dwar l-esportazzjoni ta' elementi militari u paramilitari, il-kontrolli nazzjonali ta' użu doppju, u l-kontrolli tal-kummerċ, jiġifieri l-kontrolli fuq l-involviment tar-Renju Unit fiċ-ċaqliq, jew fl-arranġament jew l-iffaċilitar taċ-ċaqliq, ta' merkanzija militari u ċerta merkanzija oħra bejn żewġ pajjiżi barranin.

I.C.   Taħriġ ta' aġenziji amministrattivi, dawk tal-infurzar tal-liġi u korpi ġuridiċi

It-taqsima li jmiss tinkludi l-isforzi u l-inizjattivi nazzjonali meħuda mill-Istati Membri tal-UE fil-qasam tat-taħriġ ta' amministrazzjonijiet nazzjonali.

MALTA

It-taħriġ ta' aġenziji amministrattivi u tal-infurzar tal-liġi jidher kull sena fil-kurrikulu tal-aġenzija rispettiva.

POLONJA

Barra minn hekk, f'Marzu 2009 kien organizzat seminar għas-sensibilizzazzjoni dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni (inklużi l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir) mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. L-avveniment kien intenzjonat biex iżid is-sensibilizzazzjoni fost il-produtturi u l-esportaturi ta' tagħmir militari.

SPANJA

Bħal fis-snin preċedenti, fl-2009 d-diversi aġenziji Spanjoli għall-infurzar tal-liġi komplew jorganizzaw korsijiet u sessjonijiet ta' ħidma dwar il-qafas tal-liġi kriminali dwar l-armi tan-nar u l-esplożivi u dwar l-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni għall-kontroll tagħhom. Kienu organizzati wkoll seminars regolari sabiex itejbu l-għarfien tal-qafas legali applikabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW, bl-għan li jinżamm u jitjieb it-tagħrif tal-uffiċjali tal-pulizija responsabbli għal dawn il-kwistjonijiet.

RENJU UNIT

Bħala parti mill-kampanja ta' sensibilizzazzjoni estensiva tal-Gvern dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni għall-industrija fir-Renju Unit, matul l-2009 saru 42 seminar u kors ta' taħriġ madwar il-pajjiż kollu, li attendewhom aktar minn 820 persuna minn 340 organizzazzjoni. Għalkemm ma kinux speċifikament dwar is-SALW, huma jenfasizzaw il-konsegwenzi tal-esportazzjoni tal-merkanzija kkontrollata mingħajr liċenzja adatta.

Dawn is-seminars u l-korsijiet inkludew: Sessjonijiet ta' Ħidma għall-prinċipjanti tal-kontrolli tal-esportazzjoni; Seminars ta' livell intermedju, li jkopru għadd ta' kwistjonijiet inklużi; l-esportazzjoni tat-teknoloġija, it-tipi differenti ta' liċenzji disponibbli, il-konformità ta' kumpannija mal-leġislazzjoni tal-kontroll tal-esportazzjoni u l-listi tal-kontroll tar-Renju Unit; seminar dwar il-Liċenzji Miftuħa u ta' Konformità seminar; seminar ġdid dwar il-kontrolli tal-Kummerċ riveduti u serje ta' sessjonijiet ta' ħidma dwar il-Klassifikazzjonijiet tal-Lista tal-Kontroll u seminars dwar “Applikazzjonijiet Aħjar għal-Liċenzji” bl-użu ta' sistema ta' applikazzjoni għal-liċenzja onlajn jisimha SPIRE.

Ingħata taħriġ fuq il-post lil 16-il kumpannija. Il-persunal tal-Organizzazzjoni għall-Kontroll tal-Esportazzjoni (ECO) ukoll ta għadd ta' preżentazzjonijiet matul l-aħħar sena lil dipartimenti tal-gvern oħra bħall-HM Revenue and Customs u l-UKTI, Assoċjazzjonijiet tal-Kummerċ u konferenzi

I.D.   Inizjattivi jew attivitajiet oħrajn

DANIMARKA

F'intervalli regolari, jingħataw l-hekk imsejħa kondotti sikuri, li permezz tagħhom jistgħu jiġu mgħoddija armi illeċiti lill-pulizija mingħajr ma l-persuna tiġi akkużata b'reat kontra l-Att tal-Armi u l-Esplożivi.

L-aħħar azzjoni ta' kondotta sikura għall-maniġġar ta' armi illeċiti ttieħdet f'Mejju-Ġunju 2009 fejn total ta' 8 085 arma ġew mgħoddija lill-pulizija.

Fl-2009 l-Pulizija Nazzjonali Daniża kompliet twettaq investigazzjoni intensiva u mmirata fir-rigward ta' rockers u membri ta' gangs, sabiex fost l-oħrajn tikxef u toħroġ att ta' akkuża dwar il-pussess illeċitu ta' armi. Matul dawn il-konfronti bejn il-membri ta' gangs differenti - jew persuni assoċjati magħhom - f'diversi okkażjonijiet intużaw l-armi.

Fl-2009 ċ-Ċentru Nazzjonali tas-Servizzi Forensiċi rċieva total ta' 2 831 arma għall-eżami. Il-Pulizija Nazzjonali Daniża mhijiex fil-pussess ta' informazzjoni dwar l-ammont ta' armi li kienu kkonfiskati minn membri ta' gangs.

ESTONJA

Fl-2009 tnedew kampanji madwar il-pajjiż kollu mill-prefetturi tal-Pulizija dwar ir-rimi tal-armi u l-munizzjon illegali intenzjonati biex jiġbru armi ċivili posseduti illegalment. L-għan ta' dawn il-kampanji kien li tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tal-persuni ċivili dwar l-obbligi legali tagħhom fir-rigward tal-pussess tal-armi tan-nar, biex jitnaqqas l-ammont ta' armi u munizzjon illegali u biex tiżdied is-sigurtà tas-soċjetà. Bis-saħħa ta' dawn il-kampanji nġabar total ta' 92 arma tan-nar mingħand iċ-ċittadini. L-armi kollha miġbura u sekwestrati jinqerdu.

FRANZA

Franza segwiet il-politika tagħha ta' trasparenza dwar l-esportazzjoni tal-armi fir-rigward tas-SALW, bil-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tagħha lill-Parlament dwar l-esportazzjoni tal-armi Franċiżi.

Franza bdiet tikkonsidra fil-livell nazzjonali tal-approċċ Franċiż għad-“diżarm, id-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni” u tal-kunċett tal-“vjolenza armata”.

GREĊJA

Tabella ta' armi u esplożivi konfiskati fl-2009:

Azzarini awtomatiċi:

110

Pistoli:

538

Pistoli tal-idejn:

124

Pistoli u flober guns:

689

Total:

1 461

ITALJA

F'Diċembru 2009 ġiet introdotta sistema kompjuterizzata, jisimha SPACE. Meta tibda topera kompletament ser tagħmilha possibbli tiġi ttraċċata b'mod elettroniku kull arma tan-nar iddestinata għas-suq ċivili, manifatturata, importata, esportata jew miżmuma minn kumpanniji jew ċittadini Taljani.

Fl-2009, il-Forzi Armati Taljani qerdu aktar minn 15 000 armi ħfief u ta' kalibru żgħir, identifikati bħala żejda, fit-territorju Taljan.

MALTA

Fl-2009 ġew distrutti total ta' 97 arma tan-nar.

POLONJA

Matul l-2009, total ta' 3 932 arma ġew maqbuda u 1 103 ġew meqruda.

RUMANIJA

Minn Diċembru 2009 l-Aġenzija Nazzjonali għall-Kontrolli tal-Esportazzjoni ġiet riorganizzata bħala Diviżjoni Ġenerali ANCEX fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Matul l-2009 l-awtorità nazzjonali għall-armi u s-sistema tal-kontrolli tal-esportazzjoni ta' użu doppju ġiet integrata fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (id-Deċiżjoni tal-Gvern nru 1423/2009).

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin / DG ANCEX huwa responsabbli mis-sistema tal-kontrolli tal-esportazzjoni Rumena (qafas legali, liċenzjar, infurzar, sensibilizzazzjoni fl-industrija, trasparenza).

SLOVAKKJA

Ir-Repubblika Slovakka għandha fis-seħħ il-leġislazzjoni adegwata u l-miżuri amministrattivi meħtieġa biex tikkontrolla l-produzzjoni, il-pussess, l-immarkar u l-kummerċ ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir. Sistema ta' kontroll effettiv tal-esportazzjoni tippermetti lill-awtoritajiet rispettivi jidentifikaw u jissorveljaw il-moviment tal-armi fi kwalunkwe ħin u fit-territorju kollu tas-Slovakkja.

Din is-sistema tappoġġa effettivament il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi konvenzjonali fir-Repubblika Slovakka.

Fl-2009 tnediet għat-tieni darba kampanja ta' Amnestija għall-Armi tan-Nar. F'Novembru 2009 daħlet fis-seħħ maħfra ġenerali għall-persuni kollha li kienu qed iżżommu illegalment armi ħfief u ta' kalibru żgħir. Il-persuni taħt il-kondizzjonijiet tal-maħfra jistgħu jirreġistraw kull arma ħafifa u ta' kalibru żgħir mal-Awtoritajiet tal-Pulizija mingħajr ebda piena jew prosekuzzjoni u lanqas ma huwa meħtieġ li jispjegaw l-oriġini tal-arma u l-mod ta’ akkwist. Il-mira tal-isforzi tal-Gvern hu li jingħata ċans lill-persuni li jżommu armi mhux reġistrati u moħbija minn biex iċeduhom mingħajr sanzjonijiet. Il-Maħfra Ġenerali hija valida għal 6 xhur.

SPANJA

B’koordinazzjoni mill-Ispettorat Ċentrali għall-Armi u l-Esplożivi tal-Gwardja Ċivili, fl-2009 l-awtoritajiet kompetenti Spanjoli ssekwestraw 227 arma tan-nar illegali (159 minn pajjiżi fiż-żona Schengen u 68 minn pajjiżi li mhumiex fiż-żona Schengen). Bħalissa, l-awtoritajiet Spanjoli għandhom fil-pussess tagħhom total ta' 286 247 arma tan-nar ta' kull tip, li 19 452 minnhom diġà ngħażlu biex jiġu rkantati u 32 933 biex jiġu meqruda.

Fl-2009, l-awtoritajiet wettqu 24 589 spezzjoni, li wasslu għat-tnedija ta' proċedimenti f'742 każ kontra manifatturi, armiera, individwi jew kumpanniji tas-sigurtà; minn dawk il-każijiet 151 kienu relatati ma' armi tan-nar u 591 ma' esplożivi. Il-persunal tad-dwana wkoll iwettaq attivitajiet regolari f'ajruporti u portijiet fil-kuntest tal-kxif ta' reati f'dawn l-oqsma.

II.   SFORZI TA’ IMPLIMENTAZZJONI INTERNAZZJONALI MATUL L-2009

II.A.   Miżuri li jikkumbattu l-akkumulazzjoni u l-firxa ta’ armi ħfief u ta' kalibru żgħir, u sabiex jiġi evitat it-traffikar illeċitu tal-armi konvenzjonali

II.A.1.   Assistenza finanzjarja, teknika u oħra mogħtija lil programmi rilevanti u proġetti mmexxija min-NU, organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali oħrajn u l-NGOs

II.A.1.1.1.   Azzjonijiet u proġetti appoġġati mill-Unjoni Ewropea: appoġġ għall-istrumenti internazzjonali u reġjonali

Appoġġ għall-Programm ta' Azzjoni għas-SALW tan-NU

L-UE kompliet bl-appoġġ tagħha għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar is-SALW. Bi tħejjija għal-laqgħa li jmiss fl-2010 tal-Laqgħa Biennali tal-Istati u l-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2012, l-UE bdiet tesplora azzjonijiet u proġetti speċifiċi li jridu jiġu żviluppati f'sinerġija mal-UNODA u donaturi oħra għar-rinforz u t-titjib tal-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali rilevanti fil-qasam tas-SALW. Għandha tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kunsill b'appoġġ għall-UNODA matul l-ewwel nofs tal-2010 u ser tinkludi azzjonijiet ta' appoġġ għall-implimentazzjoni sħiħa ta':

il-UN PoA fil-livell reġjonali u dak globali;

l-Istrument Internazzjonali ta' Mmarkar u Traċċar;

linji gwida tekniċi għall-ġestjoni tal-ħażniet ta' Armi u Munizzjon Konvenzjonali.

Appoġġ għall-Proċess tat-Trattat tal-Kummerċ tal-Armi

Bħala parti mill-impenn tagħha għall-promozzjoni ta' ATT futur ma' stati terzi, fl-2009 l-UE adottat u implimentat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/42/PESK sabiex jiġi promoss il-proċess li jwassal għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi fost pajjiżi terzi, adottata mill-Kunsill f'Jannar 2009. L-objettiv tad-Deċiżjoni tal-Kunsill hu li jiżdied l-għarfien tal-atturi nazzjonali u reġjonali, tal-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, tas-soċjetà ċivili u tal-industrija, dwar id-diskussjonijiet internazzjonali attwali dwar l-ATT, u li jitrawwem dibattitu fost l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari fost dawk li ma kinux parti mill-GGE.

Matul l-2009, ħames seminars reġjonali li jkopru rispettivament il-Punent u t-Tramuntana tal-Afrika, l-Amerika u l-Karibew, il-Lvant Nofsani, l-Asja, in-Nofsinhar u l-Lvant tal-Afrika saru f'Dakar fit-28-29 ta' April 2009, f'Mexico City fit-18-19 ta' Ġunju 2009, f'Amman fit-28-29 ta' Lulju 2009, fi Kuala Lumpur fit-13-14 ta' Ottubru 2009 u f'Addis ababa fl-10-11 ta' Diċembru 2009. Il-livell ta' parteċipazzjoni fis-seminars kien tajjeb ħafna kemm f'termini kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi. Dawn l-avvenimenti pprovdew lill-parteċipanti bl-opportunità li jiksbu għarfien aktar fil-fond dwar il-kwistjonijiet ittrattati minn ATT futur, u li jiddiskutu kwistjonijiet reġjonali speċifiċi bi tħejjija għad-dibattitu tan-NU dwar l-ATT.

Ġew organizzati wkoll avvenimenti sekondarji fil-marġini tas-sessjoni ta' Lulju tal-Grupp ta' Ħidma B'Limiti Miftuħa dwar l-ATT u fl-Ewwel Kumitat tal-AĠNU fl-20 ta' Ottubru 2009, sabiex jiġu ppreżentati lill-Istati Membri tan-NU r-riżultati preliminari miksuba matul l-ewwel erba' seminars previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Appoġġ għall-Unjoni Afrikana

Fl-2009, l-UE appoġġat lill-Unjoni Afrikana fl-elaborazzjoni ta' Strateġija dwar is-SALW għall-Unjoni Afrikana permezz tal-finanzjament ta' espert. Il-Kumitat ta' Tmexxija ad-hoc tal-Unjoni Afrikana beda jeżamina l-abbozz tal-istrateġija dwar is-SALW bil-ħsieb ta' adozzjoni possibbli fl-2010. L-adozzjoni ta' Strateġija dwar is-SALW għall-Unjoni Afrikana ttejjeb l-isforzi tal-Unjoni Afrikana fl-istabbiliment ta' arkitettura ta' paċi u sigurtà u tirrinforza l-impenn tagħha fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW.

“L-UE u l-Unjoni Afrikana, bl-appoġġ tal-Ministeru Taljan tal-Affarijiet Barranin, u f'kollaborazzjoni mal-Istitut Taljan għall-Affarijiet Internazzjonali, l-Istitut tal-UE għall-Istudji dwar is-Sigurtà u Chatham House, organizzaw Konferenza ta' tliet ijiem f'Ruma dwar l-'Implimentazzjoni tas-Sħubija Afrika-UE għall-Paċi u s-Sigurtà” b'fokus iddedikat dwar kwistjonijiet tas-SALW u sfidi speċifiċi għall-Afrika. Ir-riżultati ta' din il-konferenza ntużaw fl-elaborazzjoni tal-abbozz tal-Istrateġija dwar is-SALW għall-Unjoni Afrikana.

Promozzjoni tal-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi (eks Kodiċi tal-Kondotta)

L-UE u l-Istati Membri jkomplu jappoġġaw, permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/230/PESK iddedikata għal hekk, it-tisħiħ tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni u l-promozzjoni tal-prinċipji u l-kriterji tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar l-Esportazzjoni tal-Armi (issa Pożizzjoni Komuni) fost pajjiżi terzi permezz ta' assistenza teknika u prattika, fost oħrajn fl-abbozzar ta' leġislazzjoni nazzjonali u fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-kodiċi, kif ukoll bil-promozzjoni ta' miżuri għat-titjib tal-koerenza u t-trasparenza. F'dan il-qafas, saru tliet seminars ta' komunikazzjoni għall-Ukraina, il-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi tal-Kawkasu tan-Nofsinhar f'Kiev, fit-23-24 ta' April 2008, f'Tirana fit-3-5 ta' Ġunju 2009, u f'Tbilisi fis-27 u t-28 ta' Ottubru 2009, organizzati mill-Presidenza Ċeka u dik Svediża.

Fl-2009 l-UE qablet ukoll li tkompli bl-attivitajiet ta' komunikazzjoni mal-benefiċjarji tal-Azzjoni Konġunta ta' hawn fuq, u f'Diċembru 2009 ffinalizzat u adottat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1012/PESK. Minbarra s-seminars ta' komunikazzjoni fil-pajjiżi jew reġjuni benefiċjarji, id-Deċiżjoni l-ġdida tal-Kunsill tipprevedi skambji tal-persunal ta' mhux iżjed minn xahar ta' uffiċjali mill-pajjiżi kandidati benefiċjarji tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi tal-UE, u żjarat ta' uffiċjali minn pajjiżi tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi benefiċjarji.

II.A.1.1.2.   Azzjonijiet u proġetti appoġġati mill-Unjoni Ewropea: appoġġ għall-attivitajiet relatati mas-SALW f'pajjiżi/reġjuni terzi:

Ukraina

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/852/PESK, l-UE ntrabtet li tipprovdi €1 miljun lill-Aġenzija ta' Manutenzjoni u Provvista tan-NATO (NAMSA) għall-akkwist ta' tagħmir u l-qerda tas-SALW fl-Ukraina, bħala kontribut matul l-ewwel fażi ta' proġett tan-NATO ta' 12-il sena dwar is-Sħubija għall-Paċi (PfP). Waqt li l-għan tal-ewwel fażi tal-proġett kien il-qerda ta' 400 000 SALW, 1 000 MANPADs u 15 000 tunnellata ta' munizzjoni fl-Ukraina, il-qerda tas-SALW u l-munizzjon battiet peress li t-total ta' 400 000 SALW li kienu previsti li jinqerdu ma ġewx magħmula disponibbli mill-awtoritajiet kompetenti Ukraini. Sa issa nqerdu 130 000 SALW.

Wara serje ta' inizjattivi diplomatiċi, f'Lulju 2009 l-awtoritajiet Ukraini adottaw id-deċiżjoni meħtieġa biex terġa' tibda l-qerda tas-SALW u l-munizzjon fl-Ukraina, fil-qafas tal-proġett tal-Fond ta' Fiduċja tas-Sħubija għall-Paċi (PfP) tan-NATO. Dan hu mistenni li jirriżulta fil-qerda addizzjonali ta' 54 500 SALW u 6 000 tunnellata ta' munizzjon. Fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq, l-UE tikkontribwixxi għat-tkomplija tal-qerda tal-54 500 SALW addizzjonali, u b'hekk tiżgura l-użu effettiv tal-fondi allokati.

Balkani tal-Punent

L-UE kompliet tappoġġa l-isforzi ta' demilitarizzazzjoni fil-qasam tas-SALW, b'mod partikolari permezz tat-tħejjija ta' Deċiżjoni ġdida tal-Kunsill b'appoġġ għaċ-Ċentru tal-Ewropa tax-Xlokk u tal-Lvant għall-kontroll tas-SALW (SEESAC). L-attivitajiet previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill jimmiraw lejn:

it-titjib tal-ġestjoni u tas-sigurtà ta' ħażniet ta' armi u munizzjon mhux siguri u instabbli;

it-tnaqqis tal-ħażniet disponibbli ta' armi u munizzjon permezz ta' attivitajiet ta' qerda, u

l-implimentazzjoni ta' strumenti internazzjonali u nazzjonali dwar mmarkar u traċċar fil-Balkani tal-Punent.

Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, b'mod partikolari l-Kroazja, is-Serbja, il-Bosnja u l-Ħerzegovina u l-Montenegro huma l-benefiċjarji identifikati tad-Deċiżjoni tal-Kunsill. L-implimentazzjoni tal-attivitajiet mis-SEESAC ser tibda fl-2010.

Kosovo  (1): l-UE pprovdiet assistenza permezz tal-finanzjament ta' espert għall-istabbiliment ta' Diviżjoni dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fil-Ministeru tal-Affarijiet Interni tal-Kosovo, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-armi. L-objettiv globali huwa t-tisħiħ tal-istat ta' dritt fil-Kosovo bl-istabbiliment ta' sistema moderna, il-konformità mal-istandards tal-UE, meħtieġa għall-użu (liċenzjar, kummerċ, importazzjoni, esportazzjoni) ta' armi għal finijiet mhux militari. Dan il-proġett hu ffinanzjat permezz tal-programm TAEIX.

Afrika:

Komunitajiet ekonomiċi reġjonali (RECs): fl-2009, l-UE kompliet l-implimentazzjoni tal-proġetti tagħha li kienu għadhom għaddejjin fil-qasam tal-SALW b'appoġġ għar-RECs fl-Afrika, inkluża l-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent, il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali jew tal-Komunità Afrikana tal-Lvant. Il-proġetti differenti jimmiraw, fost oħrajn, lejn it-titjib tal-kapaċità tal-istati fil-ġestjoni effettiva tas-SALW illegali, li jitrattaw il-proliferazzjoni transkonfinali tas-SALW ibbażata fuq approċċ reġjonali u l-iżgurar tal-ħarsien politiku ġenerali u l-ġestjoni effiċjenti tat-trasferimenti ta' armi legali fis-sottoreġjun. Dawn il-proġetti huma ffinanzjati permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

Ċentru Reġjonali dwar l-Armi Ħfief (RECSA): fl-2009, l-UE ħejjiet it-tnedija għall-bidu tal-2010 ta' proġett għall-appoġġ ta' sħubija strateġika Afrika-UE fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni illeċita u t-traffikar tal-armi tan-nar fl-Afrika, permezz taċ-Ċentru Reġjonali dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (RECSA) f'Nairobi. Il-proġett jimmira li jkattar is-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tal-atturi rilevanti istituzzjonali u tas-soċjetà ċivili dwar l-aspetti leġislattivi u istituzzjonali tal-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta' armi tan-nar bil-ħsieb li jitrawwem ir-rwol, jew li jiġu stabbiliti Punti Fokali Nazzjonali u li jiġu żviluppati u/jew implimentati Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali (NAPs). Huwa jimmira wkoll li jsaħħaħ l-Organizzazzjonijiet Reġjonali Afrikani tal-Kapijiet tal-Pulizija (RPCOs) u l-kapaċità ta' u l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi nazzjonali, reġjonali u kontinentali fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu transkonfinali ta' armi tan-nar u materjal esplożiv. Dan il-proġett hu ffinanzjat permezz tal-Istrument għall-Istabbiltà (€ 3,3 miljun).

Niġerja: fid-19 ta' Novembru 2009, il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Federali tan-Niġerja ffirmaw id-Dokument tal-Istrateġija tal-Pajjiż Niġerja-Komunità Ewropea u l-Programm Indikattiv Nazzjonali għall-perijodu 2008-2013 li wieħed mill-objettivi tiegħu huwa li tingħata assistenza lill-awtoritajiet fl-isforzi tagħhom ta' appoġġ għall-istabbiltà u l-istabbiliment ta' ambjent sikur kemm fil-pajjiż kif ukoll 'il barra minnu skont l-istat ta' dritt. F'dan il-kuntest, l-UE tista' tappoġġa miżuri għat-titjib tal-kompetenza teknika tal-aġenziji speċjalizzati li jitrattaw il-kriminalità organizzata u l-kwistjonijiet dwar l-armi ħfief u t-tisħiħ tal-kapaċità investigattiva u forensika tal-pulizija komuni sabiex, fost oħrajn, jitnaqqsu l-fluss u t-traffikar illeċiti tal-armi ħfief. Din l-assistenza tista' tiġi implimentata permezz ta' proġetti konkreti għall-appoġġ tal-bini tal-kapaċità nazzjonali f'oqsma bħal-liċenzjar tas-sjieda u l-manifatturar tal-ixkubetti, l-iżvilupp ta' sistema għall-ġestjoni tal-ħżin tal-armi u s-sensibilizzazzjoni fid-dwana u aġenziji oħra tal-kontroll fuq il-fruntieri. Dawn il-proġetti jistgħu jiġu mnedija inizjalment fl-2011:

Amerika Ċentrali:

Programm għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Amerika Ċentrali: fl-2009, l-Unjoni Ewropea bdiet tappoġġa l-Programm għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Amerika Ċentrali (CASAC) biex ittejjeb il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar u materjal esplożiv fl-Amerika Ċentrali u l-pajjiżi ġirien, inkluż ir-reġjun tal-Karibew. Il-proġett huwa strutturat f'żewġ livelli: minn naħa huwa jikkonċentra fuq l-Amerika Ċentrali, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Messiku u l-Kolombja, għall-bini tal-kapaċitajiet u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali u l-aġenziji statali responsabbli għall-kontroll tas-SALW, u għat-tisħiħ u ż-żieda tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jippromwovu l-kontroll tal-armi; min-naħa l-oħra, huwa joħloq spazju transreġjonali għall-iskambju ta' esperjenzi reġjonali b'enfasi fuq il-ġenerazzjoni ta' informazzjoni u t-titjib u l-ħolqien ta' kapaċitajiet fil-konfini u ż-żoni doganali; Dan il-proġett hu ffinanzjat permezz tal-Istrument għall-Istabbiltà (€ 1 miljun).

Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea appoġġat il-proġetti ta' żvilupp u kooperazzjoni relatati mat-tnaqqis u l-prevenzjoni tal-vjolenza, inkluża l-edukazzjoni dwar ir-riskju u l-assistenza dwar il-vittmi, f'għadd kbir ta' pajjiżi (San-Salvador, Sri Lanka, Kenja, Uganda  …) bil-ħsieb tal-kontribut għat-tkissir taċ-ċiklu tal-vjolenza u l-promozzjoni tal-kultura ta' paċi fis-soċjetà. Barra minn hekk, l-UE kompliet tappoġġa l-proġetti usa' tad-DDR (Repubblika Ċentru-Afrikana, Côte d'Ivoire …) għall-promozzjoni ta' ambjent sikur permezz tal-mitigazzjoni tal-effetti soċjali tar-ristrutturar tal-forzi armati, l-iffaċilitar tal-irtirar tal-persunal tal-armata jew il-provvediment ta' opportunitajiet soċjo-ekonomiċi għall-ekssuldati.

II.A.1.2.   Kooperazzjoni politika tal-UE ma’ Stati terzi

Is-SALW ġew inklużi fl-aġenda tal-għadd ta' djalogi politiċi regolari tal-UE ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet sottoreġjonali, inkluż mill-Afrika, l-Amerika, il-Lvant Nofsani, il-Golf, l-Ewropa tal-Lvant u l-Ewropa tax-Xlokk.

L-UE kompliet taħdem ukoll għall-istabbiliment ta' djalogu ddedikat bejn l-UE u ċ-Ċina dwar is-SALW, li jista' jipprevedi inizjattivi konġunti speċifiċi li jittrattaw il-kummerċ illeċitu tas-SALW u l-munizzjon tagħhom. Il-kwistjoni kienet diskussa dan l-aħħar waqt laqgħa tat-Trojka ta' esperti fi New York fit-12 ta' Ottubru 2009. Fl-2010 għandha titlaqqa' laqgħa dedikata ta' esperti tas-SALW bejn l-UE u ċ-Ċina.

F'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inklużjoni ta' element dwar is-SALW fi ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi adottati f'Diċembru 2008, id-delegati tal-CODUN ġew informati dwar u ddiskutew in-negozjati li għaddejjin għal ftehimiet rilevanti mal-Brunei Darussalam, iċ-Ċina, il-Libja, il-Mongolja, il-Filippini, ir-Russja, is-Singapor, it-Tajlandja u l-Vjetnam, fejn għandu jiġi previst element dwar is-SALW. Matul it-tieni nofs tal-2009, intlaħaq ftehim maċ-Ċina, l-Iraq, il-Libja u l-Korea t'Isfel dwar l-inklużjoni ta' klawsola dwar is-SALW fit-trattati rispettivi li qed jiġu nnegozjati mal-UE.

II.A.2.   Assistenza finanzjarja, teknika u oħra mill-Istati Membri tal-UE mogħtija lill-proġetti dwar is-SALW

Barra mill-proġetti ffinanzjati mill-UE permezz tal-istrumenti differenti għad-dispożizzjoni tagħha, l-Istati Membri ffinanzjaw ukoll firxa wiesgħa ta’ proġetti relatati ma’ SALW b’mod bilaterali. S'issa l-Istati Membri pprovdew il-kontributi li ġejjin għal dan ir-rapport:

AWSTRIJA

Fl-2009, l-Awstrija kompliet tikkontribwixxi għal diversi proġetti ta' assistenza mmexxija mill-UNODA b'appoġġ tal-proċess tan-NU kontra s-SALW, b'iffukar prinċipali fuq proġetti fl-Afrika.

B'mod partikolari, l-Awstrija appoġġat il-proġetti li ġejjin:

L-implimentazzjoni ta' Miżuri Prattiċi ta' Diżarm fl-Afrika tal-Punent, Appoġġ Tekniku għall-Unità għall-Armi ta' Kalibru Żgħir tal-ECOWAS u l-ECOSAP,

Biex fl-Afrika tiġi rregolata s-Senserija tal-Armi ta' Kalibru Żgħir,

Elaborazzjoni ta' Strument Legali għall-Kontroll tas-SALW fl-Afrika Ċentrali.

Fil-qafas tal-Kunsill tas-Sħubija Ewro-Atlantika, l-Awstrija tat appoġġ finanzjarju lill-proġett immexxi min-NAMSA għall-qerda ta' SALW fl-Albanija. Il-proġetti tan-NAMSA li kienu għaddejjin fl-2009, li kienu appoġġati mill-Awstrija fi snin preċedenti, jinkludu l-qerda tas-SALW u l-munizzjon fl-Ukraina u l-Kazakistan.

Barra minn hekk, l-Awstrija kompliet tibni l-ħila esperta speċjali fil-qasam tas-Sigurtà Fiżika u l-Ġestjoni tal-Ħażniet tas-SALW/Armi Konvenzjonali. L-Awstrija appoġġat iż-żewġ Korsijiet ta' Taħriġ multinazzjonali dwar is-SALW li twettqu fl-Skola tan-NATO f'Oberammergau b'għalliema u parteċipanti inkluż eżerċizzju prattiku f'depożitu Awstijak ta' munizzjon. L-Awstrija ħadet sehem ukoll permezz ta' għalliema fi tliet Korsijiet ta' Taħriġ multinazzjonali dwar is-Sigurtà Fiżika u l-Ġestjoni tal-Ħażniet fl-Afrika u l-Asja Ċentrali.

BELĠJU

Fl-2009, il-Belġju kompla jiffinanzja diversi proġetti u organizzazzjonijiet li ħadmu fuq il-kwistjoni tal-proliferazzjoni destabbilizzanti tas-SALW.

F'Novembru 2009 ġie ppubblikat rapport intitolat “Traċċar ta' Armi, perspettivi fuq il-Kontroll, it-traffiku u l-użu ta' armi illegali fil-Kolombja” mill-Università ta' Ghent, iffinanzjat mill-Ministeru Belġjan tal-Affarijiet Barranin. Din il-pubblikazzjoni fiha analiżi tas-SALW maħtufa minn atturi armati nongovernattivi fil-Kolombja, tintraċċahom lura lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom u tipprovdi suġġerimenti għall-evalwazzjoni u t-tijib tal-Kontrolli dwar l-Esportazzjoni tas-SALW Ewropej.

Fl-Afrika, il-Belġju kompla bl-appoġġ tiegħu għall-proġetti-għall-kontroll tas-SALW fl-2009. Fir-RDK kienu appoġġati diversi proġetti relatati mad-DDR. Fil-Burundi l-iżvilupp u l-kostruzzjoni taż-Żona tal-Assemblea ta' Rubira kienu appoġġati permezz tad-diżarm u d-demobilizzazzjoni tas-Suldati Pal-FNL. F'Mali kienet appoġġata l-kollezzjoni u l-qerda ta' armi ħfief permezz ta' kummissjonijiet lokali fir-reġjun ta' Tombouctou. Fil-Możambik, il-Belġju appoġġa l-operazzjoni “Rachel”, proċess immirat lejn il-qerda ta' ħażniet sigrieta tal-armi li baqa' wara t-tmiem tal-gwerra ċivili. Il-proċess tal-qerda jieħu l-forma ta' operazzjonijiet tal-pulizija magħquda bejn is-servizz tal-Pulizija Możambikana u s-Servizz tal-Pulizija tal-Afrika t'Isfel magħmula minn skwadri multidixxiplinari li jirreaġixxu għal informazzjoni dwar il-lok tal-ħażniet sigrieta tal-armi moħbija u abbandunati, u ladarba jiġu identifikati, l-kontenut tagħhom jiġi meqrud.

Fil-Balkani, fl-2009 l-Belġju kkofinanzja proġett mill-UNDP fil-Bożnja-Ħerzegovina (SACBiH), sforz internazzjonali kkoordinat biex jiġu stabbiliti kontrolli tas-SALW korretti u sistema ta' rimi tal-munizzjon loġistiku sikur u effettiv biex jiġu mitigati l-perikli u r-riskji assoċjati. Il-Belġju kkontribwixxa wkoll għall-Fond Fiduċjarju tan-NATO b'appoġġ għall-irtirar tal-Korpi ta' Protezzjoni tal-Kosovo (KPC) inkluż id-diżarm u l-qerda tas-SALW.

Il-Belġju jagħti appoġġ ukoll għall-pubblikazzjoni annwali tal-Istħarriġ dwar l-Armi Ħfief.

FINLANDJA

Fl-2009 l-Finlandja tat assistenza finanzjarja għall-programmi u l-proġetti rilevanti, fost oħrajn fil-Kazakistan, il-Bjelorussja u l-Moldova.

FRANZA

Franza pprovdiet appoġġ finanzjarju għall-Programm Transitorju ta' Demobilizzazzjoni u Reintegrazzjoni (TDRP) stabbilit għall-2009/2012. Dan il-programm jiffoka fuq ħames pajjiżi ta' prijorità (Burundi, Uganda, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) u r-Rwanda) u jappoġġa l-isforzi ta' demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni fil-programmi ta' żvilupp għall-perijodu fit-tul fil-pajjiżi ta' transizzjoni fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar.

Franza wkoll kompliet tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet tar-RACVIAC-CSC fil-Balkani.

Franza ħadet sehem f'sessjoni ta' taħriġ dwar il-ġestjoni ta' stokkijiet ta' armi u munizzjon għall-istati li jitkellmu bil-Portugiż u bil-Franċiż fl-ECOWAS, li saret fl-iskola għaż-żamma tal-paċi f'Bamako mill-11 sal-15 ta' Mejju 2009. Is-sessjoni ta' taħriġ ipprovdiet opportunità biex jiġu finalizzati d-dettalji ta' pjan ta' ħames snin li ser ikun ippreżentat lill-EDF (Fond Ewropew għall-Iżvilupp) għall-finanzjament.

Mit-23 sal-25 ta' Novembru 2009 Franza ħadet sehem fi grupp ta' ħidma f'Kaduna fin-Niġerja, biex tiffinalizza dokument ta' qafas li jipprovdi gwida lill-ECOWAS dwar l-appoġġ għall-membri tagħha fil-ġestjoni u l-iżgurar ta' stokkijiet ta' armi u munizzjon.

Fl-aħħar nett, Franza akkumpanjat żewġ missjonijiet imwettqa mill-“Grupp Multinazzjonali dwar l-armi u l-munizzjon ta' kalibru żgħir” (MSAG) immexxija mill-Isvizzera, bil-ħsieb tal-identifikazzjoni ta' miżuri għat-titjib tas-sigurtà u s-sikurezza tal-armi u l-munizzjoni f'Mali (missjonijiet mid-9 sal-21 ta' Frar 2009 u mill-20 ta' Ġunju sal-5 ta' Lulju 2009).

ĠERMANJA

Il-Ġermanja tikkontribwixxi għal proġetti u attivitajiet fil-qasam tas-SALW inkluż il-munizzjon tagħhom fil-qafas ta' diversi istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet u f'kooperazzjoni magħhom. Il-parti l-kbira ta' dawn l-attivitajiet jitwettqu fi skeda ta' żmien itwal mis-sena kalendarja. L-inizjattivi ewlenin fl-2009 huma elenkati hawn taħt:

Afganistan (tul ta' żmien 2004 —; baġit totali: EUR 3 000 000)

Il-Ġermanja ilha mill-2004 tappoġġa l-proċessi ta' DD&R u ta' DIAG fl-Afganistan permezz tal-ko-finanzjament tar-rimi u l-qerda ta' armi u munizzjon żejda.

Angola (tul ta' żmien 2003-2009, baġit ġenerali: EUR 11 990 332)

Il-Ġermanja tappoġġa l-integrazzjoni soċjali u ekonomika mill-ġdid ta' l-ex-kombattenti u l-familji tagħhom fl-Angola. Permezz tal-Instituto de Reintegração Sócio-Profissional para Ex-militares (IRSEM) il-Ġermanja tikkontribwixxi għall-Programm ta' Demobilizzazzjoni u ta' Integrazzjoni mill-Ġdid tal-Angola immexxi bil-Bank Dinji (ADRP). L-integrazzjoni mill-ġdid tal-ex-kombattenti hija appoġġata fil-livell lokali permezz ta' proġetti ta' żvilupp soċjo-ekonomiku u t-tisħiħ tal-amministrazzjoni tal-gvern lokali.

Kambodja (tul ta' żmien 2007-2009, baġit ġenerali: EUE 1 615 000)

Il-Ġermanja kompliet tappoġġa lill-Gvern Irjali tal-Kambodja fil-ħidma tiegħu rigward il-kwistjonijiet tal-kontroll ta' SALW b'fokus fuq il-ġestjoni ta' ħażniet u l-qerda ta' ħażniet ta' munizzjon konvenzjonali żejda u l-ħażna sikura tal-armi tal-pulizija.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (tul ta' żmien: 2005-2011, baġit totali: EUR 12 000 000)

Il-Ġermanja qed tappoġġa r-riintegrazzjoni soċjali u ekonomika ta' tfal u żgħażagħ preċedentement assoċjati ma' forzi li kienu qed jiġġieldu fil-provinċja ta' Maniema fir-RDK, bi EUR 3,5 miljun (assistenza teknika) kif ukoll b'fondi għar-riintegrazzjoni ta' eks ġellieda li jammontaw għal EUR 8,5 miljun (sa Ottubru 2008, assistenza finanzjarja) għal proġetti ta' infrastruttura b'ħidma intensiva.

Kosovo, (tul ta' żmien 2006: EUE 500 000)

Il-Ġermanja kompliet tappoġġa l-attivitajiet ta' Saferworld li jimmiraw li jżidu l-parteċipazzjoni pubblika fit-tnaqqis tal-pussess illegali tas-SALW min-nies ċivili, u li jippromwovi ambjent ta' sikurtà aktar risponsiv fil-Kosovo.

Nepal (tul ta' żmien 2007-2010, baġit totali: EUR 5 000 000)

Mill-2007 l-Ġermanja qed timplimenta l-proġett “Appoġġ għall-miżuri għall-proċess ta' paċi” fin-nofsinhar tal-pajjiż. Il-proġett jipprovdi servizzi bażiċi bħall-provvista tal-ilma, sanità u kura tas-saħħa lill-ġellieda Maoisti internati u l-abitanti tal-komunitajiet tal-madwar.

Nepal (tul ta' żmien 2007-2010, baġit totali: EUR 2 300 000)

Fil-lvantnofsani tan-Nepal, il-Ġermanja tappoġġa l-programm soċjoekonomiku ta' riabilitazzjoni u reintegrazzjoni ta' eks-suldati/IDPs/refuġjati u l-komunitajiet ta' akkoljenza fid-distretti ta' Rukum u Rolpa. L-approċċi prinċipali tal-proġett huma l-ħolqien ta' infrastruttura soċjali u ekonomika bażika u t-titjib tal-introjtu fid-djar fis-settur agrikolu u dak nonagrikolu. Il-programm jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta' paċi tal-2006.

Ir-Reġjun Akbar tal-Lagi l-Kbar (tul ta' żmien 2003-2009, baġit ġenerali: EUR 12 900 000)

Il-Ġermanja qed tikkontribwixxi għall-Fond Fiduċjarju tal-Bank Dinji mmexxi mill-Programm ta' Demobilizzazzjoni u Riintegrazzjoni f'Diversi Pajjiżi (MDRP) għar-Reġjun Akbar tal-Lagi l-Kbar b'ammont ta' EUR 12,9 miljun. Il-Ġermanja timpenja wkoll fondi għall-proġett “Il-Ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' armi żgħar u armamenti ħfief” li huwa implimentat fil-qafas tal-appoġġ tal-proċess tal-Konferenza tar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar (2004-2011) / EUR 7,5 miljun.

“Programm Settorjali għall-Paċi u s-Sigurtà” (tul ta' żmien 2008-2014, baġit totali: EUR 5 000 000)

Fl-2001, il-Gvern Ġermaniż stabbilixxa l-proġett settorjali “Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u Kontroll ta' Armi ta' Kalibru Żgħir (DECOSAC)”. Wieħed mill-objettivi tal-proġett kien li jiżviluppa u jittestja strumenti għall-kontroll ta' armi ta' kalibru żgħir fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp. F'Lulju 2008, kien hemm fużjoni bejn il-proġett settorjali “Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Kontroll ta' Armi ta' Kalibru Żgħir” u l-proġett settorjali “Prevenzjoni ta' Kriżijiet” u “Riforma tas-Settur tas-Sigurtà” fil-programm settorjali “Paċi u Sigurtà” (tul ta' żmien 2008-2014, baġit 2008-2011: 5 000 000). Il-programm “Paċi u Sigurtà” jittratta l-kwistjonijiet relatati mas-SALW fl-ambitu tat-Tnaqqis u l-Prevenzjoni tal-Vjolenza bl-Armi.

Senegal (2004 – 2015, baġit għat-tieni fażi (2007-2010): EUR 11 800 000)

Il-Ġermanja tappoġġa l-bini ta' paċi u l-programm għall-iżvilupp soċjoekonomiku fir-reġjun ta' Casamance. Il-programm jippromwovi inizjattivi lokali għall-paċi u miżuri għar-reintegrazzjoni ta' dawk li jirritornaw. Hija tipprovdi wkoll appoġġ għar-rikostruzzjoni tal-infrastruttura soċjali u ekonomika, kif ukoll għall-produzzjoni agrikola u sorsi oħra ta' introjtu.

Il-Ġermanja kompliet tappoġġa l-attivitajiet ta' riċerka tal-Istħarriġ dwar l-Armi Ħfief dwar ċerti aspetti tal-kummerċ illeċitu tas-SALW, speċjalment il-kummerċ tal-munizzjon.

UNGERIJA

L-Ungerija tipparteċipa fil-proġett għall-Approċċ Reġjonali għat-Tnaqqis tal-Ħażniet (RASR) tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għad-Difiża u t-Tnaqqis tad-Theddid (DTRA) fil-Balkani tal-Punent, li għandha l-għan li żżomm l-istabbiltà u tevita l-kummerċ illeċitu tas-SALW permezz tal-assistenza għall-proġetti ta' qerda fir-reġjun.

IRLANDA

Fl-2009, l-Irlanda pprovdiet EUR 180 000 f'appoġġ finanzjarju għall-proġett tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Azzjoni ta' Koordinazzjoni għall-Armi Ħfief (CASA) li għandu l-għan li joħloq sett ta' standards aċċettati internazzjonalment dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (ISACS).

Aħna pprovdejna wkoll finanzjament ta' EUR 46 100 lill-Forum ta' Ġinevra, organizzazzjoni bbażata Ġinevra li taħdem sabiex tibni sħubiji fost u bejn il-gvernijiet, organizzazzjonijiet internazzjonali u NGOs fuq kwistjonijiet ta’ diżarm u ta’ kontroll tal-armi. Huwa jkompli jaħdem biex jappoġġa proċessi eżistenti għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni u l-użu ħażin ta' armi żgħar u armamenti ħfief.

L-Irlanda temmen li l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili hija vitali fil-proċess tal-armi ħfief u li l-għarfien tekniku li għandhom l-NGOs huwa partikolarment ta' valur fl-enfasizzar ta' kwistjonijiet prinċipali. Għal din ir-raġuni komplejna nappoġġaw il-ħidma tan-Netwerk Internazzjonali għal Azzjoni dwar l-Armi Ħfief (IANSA) permezz ta' għotja ta' EUR 8 820 fl-2009.

LATVJA

Il-Latvja tipparteċipa b'mod attiv fil-ħidma ta' forums internazzjonali fir-rigward tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir u kwistjonijiet dwar l-armi konvenzjonali, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, l-OSKE u n-NATO. Il-Latvja tipprovdi rapporti nazzjonali annwali dwar l-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW lill-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

LITWANJA

Fil-qafas tal-attivitajiet għar-rikostruzzjoni provinċjali fil-Provinċja ta’ Ghor, l-Afganistan, persunal militari Litwan ilu involut mill-2005 fid-distruzzjoni ta’ ħażniet ta’ SALW qodma, żejda u miġburin, ordinanza esplużiva u munizzjon sa mill-2005. It-Tim ta' Rikostruzzjoni Provinċjali (PRT) kien qed jassisti wkoll lill-awtoritajiet lokali bil-programm taż-Żarmar ta' Gruppi Armati Illegali fl-Afganistan (DIAG), il-ħżin, l-immarkar u l-verifika ta' armamenti. Il-PRT assista wkoll lill-awtoritajiet lokali bil-ġbir ta' SALW u munizzjon.

LUSSEMBURGU

Miżuri fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u l-proliferazzjoni tal-armi ħfief:

Mill-2008 sal-2010, l-awtoritajiet Lussemburgiżi ffinanzjaw proġett tal-Grupp ta' Riċerka u ta' Informazzjoni dwar il-Paċi u s-Sigurtà (GRIP) bit-titolu “Rinforz ta' netwerk ta' NGOs Afrikani fil-qasam tal-prevenzjoni ta' konflitti u r-rikostruzzjoni tal-paċi”. Il-proġett jipprevedi, fost oħrajn, il-ħolqien ta' netwerk ta' NGOs fl-Afrika Ċentrali u tal-Punent attivi fil-qasam tal-kultura tal-paċi, l-istabbiliment tal-paċi u l-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' armi ħfief. Il-kontribuzzjoni totali ta' dan il-proġett titla' għal EUR 285 000.

PAJJIŻI BAXXI

Fl-2009, (fost affarijiet oħrajn) il-Pajjiżi l-Baxxi kkontribwew għall-istituzzjonijiet, il-proġetti u l-attivitajiet li ġejjin fil-qasam tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon.

Saferworld: appoġġ għall-gvernijiet fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni u r-regolamenti;

ISS: appoġġ għall-Programm tal-Ġestjoni tal-Armi mill-2002, inkluż appoġġ għall-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet reġjonali bl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni u r-regolamenti u r-riċerka dwar diversi temi tas-SALW (modi ta' qerda, kummerċ illegali fis-SALW eċċ.);

HALO Trust: il-ġbir u l-qerda ta’ armi ta' kalibru żgħir, armi ħfief u munizzjon fl-Afganistan;

Stħarriġ dwar Armi Ħfief: Il-ktieb annwali bir-riżultati tar-riċerka dwar il-problema tas-SALW fid-dinja, il-finanzjament ta' qofol;

Appoġġ għal Punt Fokali Nazzjonali dwar is-SALW, l-implimentazzjoni tan-NAP Uganda;

Grupp ta' Azzjoni dwar il-Mini (MAG): il-qerda tas-SALW fir-RDK.

POLONJA

Il-Polonja tipparteċipa fil-Proġett Għat-Tul tal-UE fl-esportazzjoni ta' Oġġetti Ta' Użu Doppju għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-Ġeorġja. Il-proġett hu mmirat lejn il-preżentazzjoni ta' qafas legali internazzjonali u nazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjoni fil-kummerċ ta' oġġetti u armi ta' użu doppju (inklużi s-SALW). Il-kwistjonijiet prinċipali diskussi huma: Is-sistema Ġeorġjana ta' kontroll tal-esportazzjoni fil-prattika, il-koerenza u t-trasparenza tagħha u oqsma possibbli għal titjib. Il-proġett hu mmexxi f'kooperazzjoni mal-Awstrija, il-Ġermanja, is-Slovenja u l-Isvezja.

PORTUGALL

Fejn kien meħtieġ, il-forzi armati Portugiżi li qed jipparteċipaw f’operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi u l-infurzar tal-paċi qabdu u qerdu armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

SPANJA

Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS)

Fl-2009 Spanja tat kontribuzzjoni b'mod volontarju ta' EUR 320 000 lill-OAS b'appoġġ għall-proġetti ta' assistenza leġislattiva u proġetti li jsaħħu n-netwerks parlamentari.

Forum Parlamentari dwar is-SALW

Żewġ delegazzjonijiet Spanjoli ħadu sehem b'mod regolari fil-Forum Parlamentari dwar is-SALW mill-bidu tiegħu fi Spanja f'Ottubru 2002. Spanja kkontribwixxiet dan li ġej volontarjament lill-Forum: EUR 30 000 fl-2007; EUR 80 000 fl-2008 u EUR 100 000 fl-2009.

Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS)

Spanja ffirmat Memorandum ta' Ftehim (MtF) mas-Segretarjat Eżekuttiv tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) u impenjat ruħha li tikkontribwixxi somma ta' EUR 500 000 għall-attivitajiet u l-programmi tal-organizzazzjoni, li EUR 200 000 minnhom kellhom ikunu kontribuzzjoni ġenerali u EUR 300 000 kellhom ikunu ddedikati għall-appoġġ tal-programm għall-kontroll tas-SALW fl-Afrika tal-Punent.

SVEZJA

L-Isvezja, b'mod partikolari permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (MAB), l-Aġenzija Svediża għall-Kooperazzjoni tal-Iżvilupp Internazzjonali (Sida), il-Forzi Armati Svediżi u l-Akkademja Folke Bernadotte (FBA) taw appoġġ lil għadd ta' proġetti mmirati lejn il-prevenzjoni, il-ġlieda kontra u l-qerda ta' kummerċ illeċitu tas-SALW fl-aspetti kollha tiegħu kif jinsab fil-Programm ta' Azzjoni tan-NU.

Fl-2009, il-MAB ikkontribwixxa għall-proġetti u l-attivitajiet li ġejjin:

proġett/i SIPRI (flimkien mal-finanzjament ċentrali) dwar it-trasferiment tal-armi lejn l-Afrika, sfidi prattiċi u possibbiltajiet tal-ATT: SEK 2,13 miljun

Stħarriġ dwar l-Armi ta' Kalibru Żgħir, Ġinevra: SEK 1 miljun

Sessjonijiet ta' Ħidma tal-UNODA għall-Promozzjoni tat-Trasparenza fl-Armamenti: Rappurtar dwar it-Trasferiment tal-Armi Konvenzjonali u Infiq Militari: SEK 600 000

Reviżjoni tar-Reġistru tan-NU dwar l-Armi Konvenzjonali: SEK 900 000

Fl-2009, is-Sida kkontribwiet għall-proġetti u l-attivitajiet li ġejjin:

Fondazzjonijiet Arias: SEK 11-il miljun għall-2009-2011

UNLiREC: SEK 12-il miljun għall-2008-2012

Forum Parlamentari dwar is-SALW: SEK 4,6-il miljun għall-2010-2012

Programm dwar is-SALW tal-UNICEF: SEK 15,5-il miljun 2006-2009

Saferworld: SEK 12,6-il miljun 2006-2009

Programmi għad-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni permezz tal-UNDP u l-UNICEF fis-Sudan: SEK 60 miljun għall-2009-2010, u permezz tal-UNICEF fil-Kolombja: SEK 5 miljuni għall-2009

Verifika u monitoraġġ tad-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni permezz tal-OAS/MAPP fil-Kolombja: SEK 6,5 miljuni għall-2009

Demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni tat-tfal fl-Uganda permezz tal-WB: SEK 6 miljuni għall-2010-2012

Fl-2009, il-Forzi Armati Svediżi kkontribwew għall-proġetti u l-attivitajiet li ġejjin:

Parteċipazzjoni fi proġett trilaterali (Svezja, Ukraina, Latvja) għad-distruzzjoni ta' munizzjon fl-Ukraina

Appoġġ finanzjarju fl-2008 għall-proġett tal-UNDP, il-Proġett dwar il-Kontroll u t-Tnaqqis ta' Armi Ħfief, fil-Bosnja u Ħerzegovina (UNDP SACHIB). L-appoġġ ingħata matul l-2008 u l-2009.

Il-Kulleġġ Svediż għad-Difiża Nazzjonali (SNDC) huwa impenjat fiż-żamma u l-espansjoni ta' netwerk internazzjonali ta' esperti fid-DDR. Il-programm jinkludi taħriġ, bini ta' netwerk u attivitajiet internazzjonali.

L-SNDC huwa membru u attwalment kopresident tal-Grupp għat-Taħriġ Integrat tad-DDR (IDDRTG).

Korsijiet dwar id-DDR huma bħalissa ppjanati u mmexxija f'kooperazzjoni mal-Akkademja Folke Bernadotte.

Barra minn hekk, l-FBA kienet qed tikkontribwixxi għall-proġetti u l-attivitajiet li ġejjin matul l-2009:

Membru tal-Grupp għat-Taħriġ Integrat tad-DDR (IDDRTG) mill-2008 (qabel, il-Kulleġġ tad-Difiża Nazzjonali kien jirrappreżenta lill-Isvezja)

Appoġġ għall-Istandards ta' Diżarm, Demobilizzazzjoni u Reintegrazzjoni Integrati (IDDRS)

Responsabbiltà għal żewġ korsijiet dwar id-DDR f'Sandö, l-Isvezja, u f'Barċellona rispettivament

L-FBA ħa sehem ukoll f'għadd ta' avvenimenti dwar id-DDR fl-Isvezja u barra mill-pajjiż.

RENJU UNIT

Saferworld ġew ipprovduti b'finanzjament bħala għajnuna biex jimpenjaw ruħhom fi proġett ta' sentejn (li jibda f'April 2009) biex jimpenjaw istituzzjonijiet tal-gvern Ċiniż u atturi tas-soċjetà ċivili biex jifhmu aħjar l-importanza ta' approċċi responsabbli għat-trasferiment tal-armi konvenzjonali, inkluż il-kunċett ta' Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) internazzjonali.

It-tliet elementi prinċipali ta' dan il-proġett huma d-djalogu politiku, is-sensibilizzazzjoni u r-riċerka.

Il-provvediment ta' finanzjament ta' qofol lir-RECSA (Ċentru Reġjonali dwar l-Armi Ħfief) għat-titjib tal-koordinazzjoni tal-azzjoni kontra l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċiti fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, il-Qarn tal-Afrika u l-Istati ta' mal-konfini, ibbażat fuq il-prinċipji, l-għanijiet u l-objettivi tad-Dikjarazzjoni ta' Nairobi, il-Protokoll ta' Nairobi u l-Ftehim dwar l-Istabbiliment tar-RECSA.

Il-finanzjament kien ipprovdut ukoll għas-Sessjoni ta' Ħidma Reġjonali tal-UNODA tal-2009 dwar it-Trasparenza tal-Armi Konvenzjonali li saret f'Dakar għall-istati tal-Afrika tal-Punent. Is-sessjoni ta' ħidma ffukat fuq it-trasparenza fit-trasferimenti tal-armi konvenzjonali, il-miżuri għall-bini ta' kunfidenza u s-sessjonijiet ta' taħriġ prattiku.

Il-Kumitat Parlamentari tar-Renju Unit dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni tal-Armi żar Kyiv f'Mejju 2009, biex jirreċiproka ż-żjara tal-2007 mill-parlamentari Ukraini f'Londra. L-għanijiet prinċipali jkunu l-promozzjoni ta' aktar trasparenza u skrutinju parlamentari effettiv tal-proċessi tal- esportazzjoni ta' armi tal-Ukraina.

F'Ġunju 2009, esperti mill-OSKE, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti għenu biex isir arranġament għall-qerda u r-rimi b'mod sikur ta' 324 MANPADS żejda f'Ċipru.

II.A.3.   Parteċipazzjoni f'seminars u konferenzi internazzjonali jew l-organizzazzjoni tagħhom

RUMANIJA

F'Marzu 2009, kien organizzat seminar reġjonali dwar il- “Mitigazzjoni tar-riskju ta' żvijar tat-trasferimenti internazzjonali ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir” minn Saferworld (NGO mir-Renju Unit) f'Bucharest, koospitat mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Kontroll tal-Esportazzjoni (ANCEX) f'kooperazzjoni mal-Fondazzjoni EURISC (NGO Rumena).

L-għanijiet tas-seminar kienu l-identifikazzjoni tal-prattika tajba u t-titjib tad-djalogu internazzjonali dwar l-approċċi wiesgħa użati mill-Istati għall-identifikazzjoni u l-minimizzar tar-riskji speċifiċi għall-iżvijar tas-SALW lejn utenti aħħarija mhux awtorizzati jew għal użu aħħari mhux awtorizzat, inklużi strateġiji li jimmitigaw tali riskji.

II.A.4.   Inizjattivi oħrajn

Pożizzjoni Komuni dwar l-Esportazzjoni tal-Armi

L-UE kompliet tħeġġeġ bil-qawwa l-progress fit-tisħiħ tal-kontrolli fuq it-trasferiment leċitu tal-armi konvenzjonali, inklużi s-SALW u l-munizzjon tagħhom. Fil-kuntest tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni tal-armi konvenzjonali, l-Istati Membri jirrappurtaw dwar kif il-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK hi implimentata fl-oqfsa leġislattivi nazzjonali tagħhom; Il-Bosnja u l-Ħerzegovina, il-Kanada, il-Kroazja, l-Islanda, il-Montenegro u n-Norveġja allinjaw ruħhom uffiċjalment mal-Pożizzjoni Komuni.

F'konformità mal-politika tal-UE dwar it-trasparenza rigward l-esportazzjoni ta' armi, u fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK; fit-8 ta' Ottubru l-Kunsill innota l-ħdax-il rapport annwali tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-armi (ĠU C 265 tas-6 ta' Novembru 2009).

Inizjattiva tal-UE li xxekkel it-traffikar bl-ajru tas-SALW

Matul l-ewwel semestru tal-2009, l-UE kompliet timplimenta l-inizjattiva tagħha biex ixxekkel it-traffikar illeċitu tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir bit-trasport bl-ajru, imnedija fl-2007. Delegati tal-CODUN u s-SITCEN iddiskutew matul diversi laqgħat il-possibbiltà li jsaħħu l-impatt tal-inizjattiva u n-netwerk tal-punti fokali tal-Istati Membri. L-istat tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva ġie analizzat bir-reqqa wkoll matul il-laqgħa tal-esperti fit-13 ta' Mejju 2009, organizzat konġuntement mis-SIPRI, mill-Presidenza Ċeka u mill-Isvezja. Fl-2009, ġie prodott studju ġdid dwar il-proliferazzjoni tas-SALW bl-ajru fl-Afrika Subsaħarjana mis-SITCEN abbażi tal-kontributi li waslu mill-Istati Membri. L-istudju jirrappreżenta dokument kunfidenzjali u għandu jintuża mill-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri bħala għodda għall-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu tas-SALW bl-ajru.

L-attivitajiet li ġejjin twettqu wkoll fuq bażi nazzjonali mill-Istati Membri tal-UE:

SPANJA

Spanja organizzat “Is-Sitt seminar reġjonali dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir” li ffoka fuq il-ġejjieni tal-Programm ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u l-abbozz tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, li sar mis-16 sal-20 ta' Frar 2009, kif ukoll it-“Tieni seminar dwar id-Dikjarazzjoni ta' Ġinevra dwar il-Vjolenza bl-Armi u l-Iżvilupp”, li sar mill-20 sat-23 ta' April 2009, it-tnejn li huma saru fiċ-Ċentru ta' taħriġ Cartagena de Indias (Kolombja), fil-qafas tal-proġetti ta' taħriġ u assistenza mmexxija mill-Aġenzija Spanjola għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fl-Iżvilupp (AECID) għall-pajjiżi tal-Amerika Latina.

Spanja ffinanzjat u pparteċipat f'sessjoni ta' ħidma dwar l-applikazzjoni tal-istrument internazzjonali dwar l-immarkar u t-traċċar tas-SALW, li sar fl-24 u l-25 ta' Frar f'Lima u kienet organizzata mill-Perù.

SLOVENJA

Skambjajna data mal-Istati Membri tal-UE dwar persuni fiżiċi u ġuridiċi liċenzjati għal transazzjonijiet ta' senserija li tinvolvi l-armi.

Għandna għadd ta' ftehimiet bilaterali u organizzajna attivitajiet fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Il-Pulizija Slovena għandha uffiċjali ta' kollegament f'Żagreb, Beograd u Podgorica.

Is-Slovenja hija membru taċ-Ċentru SECI. Aħna qed nipparteċipaw b'mod attiv f'dawn il-proġetti tad-Dwana u l-Pulizija tagħna.

Fl-2008 u l-2009, il-Pulizija tal-Investigazzjoni Kriminali kkompilat rapport dwar l-istatus tal-Kummerċ tal-Armi illeċiti fir-Repubblika tas-Slovenja. Ir-rapport sistematiku jinkludi d-data kollha dwar ir-reati kriminali li jinvolvu armi illegali jew legali fis-Slovenja fil-perijodi rrappurtati u dwar każijiet kriminali konklużi fil-qrati Sloveni. Huwa jinkorpora wkoll data u evalwazzjoni tas-sitwazzjoni rigward inċidenti li jinvolvu armi (suiċidji, ġrieħi) u l-użu ta' armi legali f'reati kriminali.

II.B.   Parteċipazzjoni fil-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u arranġamenti reġjonali fil-qasam tal-armi konvenzjonali, speċjalment armi ħfief u ta' kalibru żgħir

L-UE kompliet tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar is-SALW li jibqa' l-bażi għall-isforzi li jittieħdu fil-livell globali. Bi tħejjija għal-laqgħa li jmiss fl-2010 tal-Laqgħa Biennali tal-Istati u tal-Konferenza ta' Reviżjoni tal-2012, l-UE kompliet tippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar is-SALW fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi. Matul dan il-perijodu intersessjonali, l-UE bdiet ukoll tesplora azzjonijiet u proġetti speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati f'sinerġija mal-UNODA u ma' donaturi oħra biex isaħħu u jtejbu l-implimentazzjoni tal-istrument internazzjonali l-aktar rilevanti fil-qasam tas-SALW. Għandha tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kunsill għal dan il-għan matul l-ewwel nofs tal-2010 (ara taqsima II.A.1.1 għal deskrizzjoni dettaljata tad-Deċiżjoni tal-Kunsill).

Il-grupp ta' ħidma miftuħ (OEWG) stabbilit biex tkun faċilitata konsiderazzjoni ulterjuri dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2008 dwar l-ATT, iltaqa' darbtejn f'Marzu u Lulju tal-2009.

L-UE kienet ukoll minn ta' quddiem fil-proċess tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) fl-2009. L-Istati Membri tal-UE appoġġaw unanimament l-abbozz ġdid tar-riżoluzzjoni tal-AĠNU dwar l-ATT, adottat fl-64 sessjoni tal-Ewwel Kumitat tal-AĠNU f'Ottubru 2009. Ir-riżoluzzjoni appoġġata minn maġġoranza stragrandi tal-Istati tan-NU fiha d-deċiżjoni li tlaqqa' l-Konferenza Internazzjonali dwar l-ATT fl-2012 li ser titħejja minn ħames Kumitati Preparatorji li għandha ssir bejn l-2010 u l-2012.

L-UE kompliet ukoll tiddjaloga ma' pajjiżi terzi u tħeġġiġhom biex jappoġġaw il-proċess. L-Istati Membri tal-UE pparteċipaw b'mod attiv fil-ħidma taż-żewġ sessjonijiet ta' Marzu u Lulju tal-grupp ta' ħidma miftuħ (OEWG) stabbilit fl-2009 biex tkun iffaċilitata konsiderazzjoni ulterjuri dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2008 dwar l-ATT.

Kien hemm dikjarazzjonijiet tal-ftuħ u tal-għeluq mill-UE, waqt li diversi Stati Membri tal-UE taw kontribut sostanzjali għad-diskussjonijiet tematiċi dwar il-kamp ta' applikazzjoni, il-prinċipji u l-parametri tal-ATT. L-UE appoġġat bis-sħiħ l-adozzjoni tar-rapport proċedurali tal-ewwel żewġ sessjonijiet tal-OEWG, filwaqt li rrikonoxxiet il-ħtieġa għal azzjoni internazzjonali biex jiġu indirizzati l-problemi marbuta mal-kummerċ mhux regolat tal-armi konvenzjonali u l-iżvijar tagħhom lejn is-suq illeċitu.

L-impenn tal-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni ta' ATT futur vis-à-vis stati terzi deher ukoll fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/42/PESK sabiex jiġi promoss il-proċess li jwassal għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi fost pajjiżi terzi, adottata mill-Kunsill f'Jannar 2009 (ara taqsima II.a.1.1 għal deskrizzjoni dettaljata tad-Deċiżjoni tal-Kunsill).

Fl-2009, l-UE saħħet ukoll il-kooperazzjoni tagħha mal-OSKE, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fis-SALW u d-diskussjonijiet tematiċi dwar l-armi konvenzjonali f'korpi rilevanti tal-OSKE. Is-Segretarjat tal-Kunsill fit-22 ta' Settembru 2009 diġà pparteċipa fil-laqgħa tal-Forum għall-Kooperazzjoni dwar is-Sigurtà tal-OSKE dwar is-SALW, meta ġiet offruta preżentazzjoni tal-Strateġija tal-UE dwar is-SALW lill-Istati Parteċipanti tal-OSKE. Ġew stabbiliti wkoll kuntatti maċ-Ċentru għall-Prevenzjoni tal-Konflitt tal-OSKE mis-Segretarjat tal-Kunsill u l-Kummissjoni biex jiġu esplorati inizjattivi futuri UE-OSKE fil-qasam tas-SALW.

L-attivitajiet li ġejjin twettqu wkoll fuq bażi nazzjonali mill-Istati Membri tal-UE:

REPUBBLIKA ĊEKA

Ir-Repubblika Ċeka tieħu sehem regolari fl-attivitajiet u l-ħidma ta' organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali, li qed jitrattaw, fost oħrajn, il-problemi tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir, il-munizzjon u l-armi konvenzjonali, prinċipalment in-NU, l-OSKE, kif ukoll l-attivitajiet u l-iskemi tan-NATO, fir-rigward tas-SALW u l-armi konvenzjonali.

ESTONJA

Fl-2009, l-Estonja kompliet ittejjeb l-implimentazzjoni tal-istrumenti eżistenti tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

Il-membri tal-Forzi tad-Difiża Estonjona li qed jipparteċipaw f’operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi u l-infurzar tal-paċi qerdu armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

L-Estonja ngħaqdet mal-organizzazzjonijiet internazzjonali prinċipali li huma impenjati, fost oħrajn, f'attivitajiet relatati mal-ġlieda tal-problema tas-SALW. F'dan il-qafas, l-Estonja tipparteċipa b'mod attiv fid-diskussjonijiet tematiċi. Ir-rappreżentanti tal-Estonja qed jipparteċipaw attivament f'għadd ta' konferenzi, korsijiet u seminars internazzjonali ddedikati għall-problemi tas-SALW, organizzati min-NU, l-OSKE, l-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, kif ukoll NGOs. L-Estonja tappoġġa wkoll in-negozjati dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi internazzjonali.

FINLANDJA

Matul l-2009, il-Finlandja kompliet tipparteċipa attivament fil-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u arranġamenti reġjonali dwar kwistjonijiet relatati mas-SALW (UE, NU, OSKE, NATO/EAPC u Wassenaar).

FRANZA

Filwaqt li nnotat l-assenza kważi totali ta' kwalunkwe referenza għas-SALW fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi b'dimensjoni ta' PESK, Franza kellha artikolu dwar is-SALW li kien adottat bħala wieħed mill-“klawsoli politiċi” matul il-Presidenza tagħha tal-Kunsill tal-UE. Għalhekk, fl-2009 Franza appoġġat li jittieħed kont tas-SALW fin-negozjati dwar ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE tal-2005 fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tas-SALW u l-munizzjon tagħhom.

Fil-Grupp ta' Ħidma dwar id-Diżarm Globali u l-Kontroll tal-Armi (CODUN) Franza inkoraġġiet l-implimentazzjoni tal-inizjattiva għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW bl-ajru. Hija kkontribwiet għat-tfassil mis-SITCEN ta' lista ta' linji tal-ajru li jistgħu jkunu involuti f'tali traffikar. Hija appoġġat il-proġett ippreżentat mis-SIPRI f'dan il-qasam, wara s-seminar organizzat f'Mejju 2009 mill-Isvezja flimkien mal-Presidenza Ċeka tal-Unjoni Ewropea dwar it-“Traffikar tal-Armi, flussi illeċiti u netwerks destabbilizzanti”.

ĠERMANJA

Il-Ġermanja tipparteċipa attivament fil-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali kif ukoll f'arranġamenti rigward l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir inkluż il-munizzjon tagħhom. Dawn il-mekkaniżmi multilaterali jinkludu b'mod partikolari n-NU, l-OSKE, in-NATO u l-Arranġament ta' Wassenaar. Il-Ġermanja regolarment tissekonda esperti għal żjajjar ta' valutazzjoni u evalwazzjoni kif ukoll sessjonijiet ta' ħidma u seminars organizzati fil-qafas ta' dawn l-organizzazzjonijiet. Il-Ġermanja tappoġġa regolarment il-korsijiet dwar il-politika u l-implimentazzjoni tas-SALW/Armi Konvenzjonali fl-Iskola tan-NATO.

UNGERIJA

Minbarra l-kooperazzjoni attiva fil-qafas tal-UE, l-Ungerija pparteċipat attivament fil-ħidma relatata mas-SALW tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti, l-OSKE, il-Kunsill tas-Sħubija Ewro-Atlantika u s-sistema ta' kontroll tal-esportazzjoni, l-Arranġament ta' Wassenaar, ibbażat fi Vjenna.

LITWANJA

Il-Litwanja ppreżentat ir-rapporti u l-kwestjonarji nazzjonali li ġejjin relatati mas-SALW għall-perijodu ta' rappurtar tal-2009:

Rapport Volontarju taħt il-Programm ta' Azzjoni għas-SALW tan-NU;

Informazzjoni lir-Reġistru tan-NU dwar l-Armi Konvenzjonali;

Rapport annwali taħt il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi;

Informazzjoni annwali dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' SALW u SALW identifikati bħala żejda u/jew Maqbuda u Meqruda skont id-dokument tal-OSKE dwar is-SALW;

Kwestjonarju tal-OSKE dwar Politika u/jew Prattiki u Proċeduri Nazzjonali għall-Esportazzjoni tal-armi konvenzjonali u Teknoloġija Relatata;

Rapporti regolari dwar l-esportazzjoni ta' armi u merkanzija ta' użu doppju taħt l-arranġament ta' Wassenaar.

POLONJA

Il-Polonja pparteċipat attivament fil-proċessi relatati mas-SALW fil-qafas ta' diversi organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali bħan-NU, l-OSKE, l-UE u n-NATO.

SLOVAKKJA

Is-Slovakkja timplimenta l-obbligi internazzjonali kollha adottati min-Nazzjonijiet Uniti u l-OSKE. Is-Slovakkja pparteċipat attivament fil-ħidma ta' dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali u s-sistemi ta' kontroll tal-esportazzjoni wkoll. Is-Slovakkja hija wkoll Stat membru tal-Arranġament ta' Wassenaar dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni għal Armi Konvenzjonali u Oġġetti b'Użu Doppju.

III.1.   Nazzjonijiet Uniti

AWSTRIJA

L-Awstrija ħadet sehem fit-Tielet Laqgħa Biennali tal-Istati Partijiet għall-Programm ta' Azzjoni tan-NU kontra t-traffikar illeċitu tas-SALW u kkofinanzjat il-parteċipazzjoni f'din il-laqgħa tal-istati Afrikani li qegħdin jiżviluppaw.

L-Awstrija kompliet tappoġġa l-proċess għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar is-SALW u ppreżentat ir-rapporti nazzjonali tagħha għall-2007 u l-2008 inkluża informazzjoni dwar l-immarkar u l-intraċċar lis-Segretarjat tan-NU.

BELĠJU

Il-Belġju qed jikkontribwixxi fil-grupp ta' ħidma ISACS (Standard Internazzjonali għall-Kontroll tal-Armi Ħfief) appoġġat min-NU permezz ta' 2 esperti. Dan il-proġett ser jiżviluppa sett ta' standards aċċettati u validati internazzjonalment li ser jipprovdu gwida komprensiva għal dawk li jeżerċitaw il-professjoni u li jfasslu l-politika dwar il-kontroll tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW). Dawn l-istandards ser jippermettu tfassil ta' politika u programmar dwar is-SALW aktar effettiv min-Nazzjonijiet Uniti, l-Istati Membri tagħhom, organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali u s-soċjetà ċivili. Waqt li jibnu fuq l-esperjenza tan-NU tal-iżvilupp ta' standards internazzjonali fl-oqsma tal-azzjoni u d-diżarm tal-mini, id-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni, il-membri tal-CASA ser jaħdmu mill-qrib mal-esperti tal-politika u dawk tekniċi minn firxa ta' sfondi (NU; organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u tas-soċjetà ċivili; aġenziji governattivi; istituti tar-riċerka u l-industrija) biex jikkunsinna sett ta' Standards Internazzjonali għall-Kontroll tal-Armi Ħfief (ISACS) fil-waqt għar-4 Laqgħa Biennali tal-Istati biex iqisu l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU fl-2010.

ĊIPRU

Speċifikament, Ċipru jipprovdi rapporti nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir. F'dan ir-rigward, ser jiġi ppreżentat rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU qabel ir-4 laqgħa biennali tal-Konferenza tal-Istati-Parti dwar il-Kummerċ Illeċitu f'Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu, li saret f'Ġunju aktar tard din is-sena.

Barra minn hekk, Ċipru pprovda informazzjoni lill-UNHCHR (ibbażata fuq id-Deċiżjoni 124/2004) dwar “il-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ikkawżat mid-disponibbiltà u l-użu ħażin tas-SALW”.

REPUBBLIKA ĊEKA

Ir-Repubblika Ċeka tagħti attenzjoni kbira lill-eradikazzjoni ta' kummerċ illeċitu f'armi ħfief u ta' kalibru żgħir. B'mod partikolari, ir-Repubblika Ċeka kkooperat mal-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet tad-Diżarm (UNODA) u appoġġat bi sħiħ l-attivitajiet li jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Istrument Internazzjonali li Jippermetti l-Istati Jidentifikaw u Jintraċċaw, f'Ħin Debitu u b'Mod Affidabbli, Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir Illeċiti. Ir-Repubblika Ċeka għenet fil-finanzjament ta' żewġ sessjonijiet ta' ħidma reġjonali mmirati lejn it-titjib tal-implimentazzjoni tal-Istrument organizzat mill-UNODA fl-2007 (għall-pajjiżi Afrikani) u fl-2008 (għall-Pajjiżi tal-Amerika-Latina).

ESTONJA

L-Estonja tippreżenta annwalment rapporti lir-Reġistru tan-NU dwar l-Armi Konvenzjonali.

FRANZA

Franza kompliet tipparteċipa b'mod attiv fil-proċess tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT). F'kooperazzjoni mal-NGOs, Franza pprovdiet fondi għal avveniment li sar fil-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York fit-13 ta' Lulju 2009 biex jirrapporta dwar ir-riżultati tas-seminars tal-Unjoni Ewropea għas-sensibilizzazzjoni dwar l-isfidi tal-ATT, organizzati f'Dakar u l-Messiku, u li kienu l-frott ta' inizjattiva mill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ir-rappreżentanti tal-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Côte d'Ivoire u l-Messiku u rappreżentanti ta' NGOs lokali indirizzaw madwar mitt parteċipant.

ĠERMANJA

Il-Ġermanja tkompli tagħti importanza kbira lill-proċess li għaddej lejn l-elaborazzjoni ta' Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi komprensiv u legalment vinkolanti. Għalhekk, il-Gvern Ġermaniż jappoġġa attivament il-proċess tan-NU attwali lejn Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u ser ikompli jfittex l-appoġġ għal Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi b'saħħtu kemm mill-Istati li jimportaw kif ukoll minn dawk li jesportaw. Il-Ġermanja tistenna li l-proċess tal-ATT ser jikkontribwixxi wkoll għall-isforzi għal titjib tal-kontrolli tat-trasferiment tas-SALW u l-munizzjon tagħhom. Il-kwistjoni tal-eċċess ta' ħażniet ta’ munizzjon konvenzjonali għadha preokkupanti ħafna.

Matul is-snin li għaddew, il-Ġermanja u Franza kienu minn ta' quddiem nett fil-kwistjoni tal-ġestjoni tal-ħażniet ta' munizzjon fin-Nazzjonijiet Uniti. Fl-2008, ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti Governattivi (GGE), stabbiliti biex iqisu ulterjorment il-passi biex titjieb il-kooperazzjoni fir-rigward tal-kwistjoni tal-ħażniet żejda tal-Munizzjon Konvenzjonali, irrakkomanda li l-linji gwida tekniċi għall-ġestjoni tal-ħażniet tal-Munizzjon Konvenzjonali għandhom jiġu żviluppati fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, li jsiru disponibbli għall-Istati biex jużawhom fuq bażi volontarja (A/63/182, op. 72) biex jassistu lill-Istati, fost oħrajn, biex itejbu l-kapaċità tal-ġestjoni tal-ħażniet nazzjonali tagħhom. Ir-rapport tal-GGE intlaqa' tajjeb fl-Assemblea Ġenerali (A/RES/63/61).

Minn Lulju 2009, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet tad-Diżarm ħa l-impenn li jiżviluppa dawn il-Linji Gwida Tekniċi bl-assistenza ta' konsulent espert kwalifikat ħafna. L-abbozzi huma riveduti u akkumpanjati minn kummentarju tal-Panel tar-Reviżjoni Teknika (TRP) li jikkonsisti minn esperti minn pajjiżi magħżula abbażi tar-rappreżentanza ġeografika ekwa. Fl-2009, il-ħidma tat-TRP u tal-konsulent kienet iffinanzjata mill-Gvern Ġermaniż. Il-Ġermanja hija rrappreżentata f'dan il-grupp mill Ministeru Federali tad-Difiża. L-abbozz ta' dawn il-Linji Gwida Tekniċi ser ikun iffinalizzat sat-tmiem tal-2010. Wara l-provi fuq il-post fl-ewwel nofs tal-2011, il-Linji Gwida Tekniċi ser jiġu rrakkomandati lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2011.

IRLANDA

L-Irlanda tippreżenta rapporti ta' kull sena lir-Reġistru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasferimenti tal-Armi Konvenzjonali. L-Irlanda pparteċipat ukoll fin-negozjati dwar il-Protokoll Kontra l-Manifattura u t-Traffikar Illeċiti ta’ Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti tagħhom u l-Munizzjon, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-“Protokoll tal-Armi tan-Nar”).

L-Irlanda tappoġġa l-isforzi bien jinstab qbil dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

ITALJA

Fl-2009 l-Italja kienet parteċipanta attiva, fi ħdan in-NU, fid-diskussjonijiet rigward Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi Internazzjonali possibbli. F'dan ir-rigward l-Italja appoġġat it-trasformazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma Miftuħ f'Kumitat Preparatorju għall-Konferenza ta' negozjar dwar it-Trattat tal-2012.

LITWANJA

Il-Litwanja kkontribwixxiet 5 000 USD lill-Proġett ta' Tneħħija ta' Mini u l-Ordinanza Mhux Sploduta tal-UNMAS (UXO) fl-Afganistan.

Il-Litwanja ħadet sehem fil-Proċess ta' Ġinevra dwar Armi Żgħar, inizjattiva konġunta tal-Uffiċċju Quaker tan-Nazzjonijiet Uniti, l-UNIDIR u l-Programm għal Studji Strateġiċi u ta' Sigurtà Internazzjonali tal-Istitut ta' Ġinevra ta' Gradwati ta' Studji Internazzjonali, li jimmira li Jippromwovi u Jimmonitorja l-Implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar is-SALW.

MALTA

Malta tappoġġa n-negozjati lejn Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi tan-Nazzjonijiet Uniti li jkun sostantiv u vinkolanti legalment.

Malta ppreżentat ir-rapport annwali għall-2009 lir-Reġistru tan-NU dwar l-Armi Konvenzjonali dwar it-Trasferimenti ta' Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir.

PAJJIŻI BAXXI

Il-Pajjiżi l-Baxxi jappoġġaw il-Programm ta' Azzjoni tan-NU u r-riżoluzzjonijiet rilevanti fl-AĠNU/l-Ewwel Kumitat. Barra minn hekk, il-Pajjiżi l-Baxxi jistimolaw intendiment aħjar tal-problema tas-SALW fit-tifsira l-aktar wiesgħa tagħha permezz ta' appoġġ għall-istituti ta' riċerka bħall-Istħarriġ dwar l-Armi ta' Kalibru Żgħir ibbażat f'Ġinevra, il-Programm ta' Ġestjoni tal-Armi tal-ISS, u l-istudji tal-UNIDIR.

POLONJA

Il-Polonja tippreżenta annwalment rapporti lir-Reġistru tan-NU dwar l-Armi Konvenzjonali.

PORTUGALL

Il-Portugall hu favur ħafna l-proċess lejn strument legalment vinkolanti dwar l-armi konvenzjonali (inklużi l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir) u tenna, f'fora differenti, l-appoġġ sħiħ tiegħu għal Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li jkun komprensiv, b'saħħtu u robust.

Il-Portugall jappoġġa l-isforzi internazzjonali għat-trawwim tat-trasparenza fil-qasam tal-esportazzjoni tal-armi u jippreżenta, fuq bażi annwali, data lir-Reġistru tan-NU dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-armi konvenzjonali, inkluż dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

SLOVAKKJA

Fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjoni s-Slovakkja tosserva l-impenji internazzjonali li jirriżultaw mir-riżoluzzjonijiet rispettivi tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU.

Is-Slovakkja hija waħda mill-firmatarji tal-Protokoll tan-NU kontra l-Manifattura u t-Traffikar Illeċiti ta’ Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti Tagħhom u l-Munizzjon, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

SPANJA

Spanja pprovdiet appoġġ finanzjarju għal diversi attivitajiet imwettqa mill-Uffiċċju għall-Affarijiet tad-Diżarm (EUR 300 000), iċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi, id-Diżarm u l-Iżvilupp fl-Amerika Latina u l-Karibew (UN-LiREC) (EUR 250 000) u l-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp (UNDP) (EUR 250 000). L-Aġenzija Spanjola għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fl-Iżvilupp (AECID) għamlet kontribuzzjonijiet volontarji oħrajn biex tiffinanzja proġetti għal vittmi tal-armi tan-nar, il-familji tagħhom u l-komunitajiet tal-oriġini.

Bil-parteċipazzjoni tal-UNDP, u fil-qafas tal-Programm għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir tal-Amerika Ċentrali (CASAC), Spanja organizzat żjara lill-pajjiż minn esperti tal-gvern mill-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali sabiex jikkondividu magħhom in situ l-esperjenza ta' Spanja b'rabta mal-implimentazzjoni tal-istrument internazzjonali dwar l-immarkar u t-traċċar tas-SALW. Iż-żjara seħħet mit-23 sas-27 ta' Marzu 2009 f'Madrid u bliet Spanjoli oħra.

SVEZJA

L-Isvezja tirrapporta annwalment lir-Reġistru volontarju tan-NU dwar l-Armi Konvenzjonali, inkluż dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

L-Isvezja tappoġġa l-proċess lejn strument legalment vinkolanti dwar il-kummerċ internazzjonali tal-armi konvenzjonali (inkluż tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir) u tenniet, f'fora differenti, l-appoġġ sħiħ tagħha għal Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li jkun komprensiv, b'saħħtu u robust.

RENJU UNIT

Biex tinkoraġġixxi t-trasparenza, ir-Renju Unit jippreżenta data fir-rappurtar annwali lir-Reġistru tan-NU dwar l-Armi Konvenzjonali u lill-OSKE dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali, inklużi s-SALW.

III.2.1   L-Ewwel Kumitat tal-AĠNU

AWSTRIJA

L-Awstrija tkompli tagħti importanza kbira lill-proċess li għaddej lejn l-elaborazzjoni ta' Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi komprensiv u legalment vinkolanti. L-Awstrija tappoġġa attivament il-proċess tan-NU attwali lejn it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

Fl-64 Assemblea Ġenerali tan-NU, fost oħrajn, ir-riżoluzzjonijiet li ġejjin ġew kosponsorjati mill-Awstrija:

Riż. 64/30 l-“Assistenza lill-Istati biex irażżnu t-traffiku illeċitu ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u jiġbruhom.”

Riz. 64/50: “Il-kummerċ illeċitu ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-aspetti kollha tiegħu”

Riz. 64/48 “Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi”

BULGARIJA

Fl-64 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, il-Bulgarija kosponsorjat ir-riżoluzzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-AĠ relatati mas-SALW, li jinkludu: “Assistenza lill-Istati biex irażżnu t-traffiku illeċitu ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u jiġbruhom”; “Il-kummerċ illeċitu ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-aspetti kollha tiegħu”; “Tisħiħ tas-sigurtà u l-kooperazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran”; “Trasparenza tal-Armi”; “Informazzjoni oġġettiva dwar materji militari”; “Problemi li jinħolqu mill-akkumulazzjoni ta’ ħażniet żejda ta’ munizzjon konvenzjonali”.

Hija appoġġat ukoll ir-riżoluzzjoni tal-AĠNU “Kontroll tal-armi konvenzjonali fil-livelli reġjonali u subreġjonali” u “Lejn Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi: stabbiliment ta' standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment tal-armi konvenzjonali”.

REPUBBLIKA ĊEKA

Ir-Repubblika Ċeka appoġġat ir-riżoluzzjonijiet rilevanti għas-SALW, il-munizzjon, l-armi konvenzjonali, is-senserija u l-kummerċ illeċiti u t-traffikar illegali matul l-64 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali. Ir-Repubblika Ċeka appoġġat bl-istess mod dawn ir-riżoluzzjonijiet fis-sessjonijiet preċedenti tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fuq bażi fit-tul.

Ir-Repubblika Ċeka appoġġat in-negozjati dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

FINLANDJA

Mill-bidu nett, il-Finlandja kienet fost l-ewwel pajjiżi li esprimiet l-appoġġ tagħha għal Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) internazzjonali. Fl-2009 l-Finlanda kienet wieħed minn seba' pajjiżi li kosponsorjat ir-riżoluzzjoni tan-NU biex jibdew in-negozjati dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

UNGERIJA

Matul l-64 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU l-Ungerija appoġġat ir-riżoluzzjonijiet kollha relatati mas-SALW. L-Ungerija appoġġat ukoll il-proċess li jwassal għal strument internazzjonali legalment vinkolanti dwar l-Armi Konvenzjonali (inklużi s-SALW) u għal Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi.

LATVJA

Fl-64 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, il-Latvja appoġġat ir-riżoluzzjonijiet rilevanti kollha dwar is-SALW u l-munizzjon kif ukoll l-armi konvenzjonali.

Il-Latvja tappoġġa n-negozjati dwar Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li jkun komprensiv, globali u legalment vinkolanti, li jirregola l-kummerċ tal-armi konvenzjonali kollha.

LITWANJA

Il-Litwanja tappoġġa l-inizjattiva tan-negozjar ta' dokument legalment vinkolanti li jirrestrinġi l-kummerċ illeċitu tal-armi (Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi) u kienet kosponsor tar-riżoluzzjoni 64/48 tal-Assemblea Ġenerali “It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi”, li ddeċieda li jlaqqa' Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi fl-2012 preċedut minn laqgħat tal-Kumitat Preparatorju fl-2010 u fl-2011.

Il-Litwanja appoġġat u kienet kosponsor tar-riżoluzzjonijiet li ġejjin fis-sessjoni tal-Ewwel Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU:

64/30 “Assistenza lill-Istati biex irażżnu t-traffiku illeċitu f'armi ħfief u ta' kalibru żgħir”;

64/50 “Il-kummerċ illeċitu f'armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-aspetti kollha tiegħu”;

64/51 “Problemi li jinħolqu mill-akkumulazzjoni ta’ ħażniet żejda ta’ munizzjon konvenzjonali”

LUSSEMBURGU

Fil-qafas tal-Ewwel Kummissjoni tal-64 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali, il-Lussemburgu kien kosponsor jew ivvota favur id-diversi riżoluzzjonijiet dwar is-SALW u l-munizzjon.

MALTA

Fl-64 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU Malta appoġġat l-adozzjoni tar-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

Malta kienet kosponsor tar-riżoluzzjoni “Il-kummerċ illeċitu ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-aspetti kollha tiegħu” u r-riżoluzzjoni dwar l-“Assistenza lill-Istati biex irażżnu t-traffiku illeċitu tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir u jiġbruhom”. It-tnejn ġew adottati mill-Assemblea Ġenerali fit-2 ta' Diċembru 2009.

POLONJA

Fl-64 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU l-Polonja kienet kosponsor tar-riżoluzzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-AĠ relatati mas-SALW. L-Estonja tappoġġa wkoll in-negozjati dwar it-Trattat Internazzjonalidwar il-Kummerċ tal-Armi.

PORTUGALL

Il-Portugall appoġġa r-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħar u l-munizzjon u materji relatati adottati matul l-64 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

SLOVENJA

Matul l-64 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU s-Slovenja appoġġat ir-riżoluzzjonijiet kollha relatati mas-SALW li jwasslu għal strument internazzjonali legalment vinkolanti dwar il-kummerċ tal-armi.

SPANJA

Fl-Ewwel Kumitat tat-63 Assemblea Ġenerali tan-NU Spanja kienet kosponsor tar-riżoluzzjonijiet li ġejjin, marbutin direttament jew indirettament mas-SALW u l-munizzjon tagħhom: (A/RES/64/30) “Assistenza lill-Istati biex irażżnu t-traffiku illeċitu ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u jiġbruhom”; (A/RES/64/42) “Kontroll tal-armi konvenzjonali fil-livelli reġjonali u subreġjonali”; (A/RES/64/48) “Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi”; (A/RES/64/50) “Il-kummerċ illeċitu ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-aspetti kollha tiegħu”, eċċ.

RENJU UNIT

Ir-Renju Unit jibqa' kommess li jaħdem lejn Trattat b'saħħtu dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) biex jirregola l-kummerċ tal-armi konvenzjonali. Ir-Renju Unit, flimkien mal-Arġentina, l-Awstralja, il-Kosta Rika, il-Finlandja, il-Ġappun u l-Kenja kienu flimkien l-awturi tal-Ewwel riżoluzzjoni tal-Kumitat f'Ottubru 2009, li appellat għal skeda ċara għan-negozjar ta' ATT b'saħħtu. Fit-30 ta' Ottubru, 153 Stat ivvota favur l-appoġġ tal-ħidma tan-NU lejn l-ATT. Il-laqgħat tal-kumitat ta' tħejjija huma mistennija fl-2010 u l-2011 u Konferenza Diplomatika mistennija fl-2012 għan-negozjar tal-ATT.

III.3   OSKE

AWSTRIJA

L-Awstrija appoġġat l-implimentazzjoni ulterjuri tad-dokumenti tal-OSKE dwar is-SALW kif ukoll dwar il-ħażniet ta' munizzjon konvenzjonali. Fil-qafas tal-kooperazzjoni reġjonali, l-Awstrija pprovdiet l-informazzjoni rilevanti dwar is-SALW u s-sistema tal-immarkar nazzjonali lill-OSKE u lill-Istati parteċipanti tagħha.

BELĠJU

Fl-2009 l-Belġju pparteċipa fil-laqgħa tal-OSKE dwar il-kontroll tal-armi tan-nar ħfief u ta' kalibru żgħir. Fl-isforzi lejn Trattat Internazzjonali dwar il-Kummerċ tal-Armi l-Belġju pparteċipa attivament fil-grupp ta' ħidma miftuħ f'Lulju u appoġġa r-riżoluzzjoni tal-ATT fl-Ewwel Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

BULGARIJA

Il-Bulgarija kompliet timplimenta d-dokument tal-OSKE dwar is-SALW adottat f'Novembru 2000. Il-Bulgarija ppreżentat aġġornamenti nazzjonali għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-aspetti tas-SALW kif stabbilit mid-dokument tal-OSKE.

ĊIPRU

Ċipru jipprovdi informazzjoni regolari lill-OSKE dwar prattiki u proċeduri nazzjonali għall-esportazzjoni tal-Armi Konvenzjonali u Teknoloġija Relatata (FSC. EMI/192/09, 23.6.2009), dwar Trasferimenti tal-Armi Konvenzjonali (FSC. EMI/191/09, 23.6.2009) u dwar is-SALW (FSC. EMI/204/09, 23.6.2009).

DANIMARKA

Id-Danimarka appoġġat proġett tal-OSKE dwar ir-rimi ta' 30 tunnellata ta' karburant tat-tip melange fl-Albanija b'EUR 15 000 (2008-2009).

Id-Danimarka ffinanzjat kompletament proġett tal-OSKE dwar id-demilitarizzazzjoni tal-munizzjon bil-provvediment ta' tagħmir rilevanti (band saws) fl-Albanija b'EUR 120 000 (2009).

Id-Danimarka appoġġat il-Programm Komprensiv tal-OSKE dwar is-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali fit-Taġikistan b'EUR 7 000 (2005-2009).

Id-Danimarka qed tappoġġa l-proġett tal-OSKE dwar id-demilitarizzazzjoni tal-munizzjon fil-Montenegro, implimentat mill-UNDP, b'EUR 250 000. Il-fini tal-proġett hija l-qerda ta' 9,900 tunnellati ta' SALW u munizzjon konvenzjonali (2007-2010).

Id-Danimarka qed tappoġġa proġett tal-OSKE dwar ir-rimi ta' karburant tat-tip melange fl-Ukraina b'EUR 1 000 000. Il-fini tal-proġett hija l-qerda ta' 16 343 tunnellati ta' melange (kompitu II 2010-).

Id-Danimarka qed tappoġġa proġett tal-OSKE dwar ir-rimi ta' munizzjon mhux splodut fl-Ukraina b'EUR 50 000 (2009-2010).

Id-Danimarka qed tiffinanzja kompletament proġett tal-OSKE dwar id-demilitarizzazzjoni tal-munizzjon fil-Ġeorġja b'EUR 89 308 (2010).

ESTONJA

L-Estonja tippreżenta annwalment rapporti lill-OSKE.

FINLANDJA

Il-Finlandja tat appoġġ finanzjarju lill-OSKE għal-laqgħa tal-OSKE li rrevediet id-dokument tal-OSKE dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir u d-deċiżjonijiet supplementari tagħha li saru fi Vjenna fit-22-23 ta' Settembru 2009.

FRANZA

Franza tat l-appoġġ finanzjarju tagħha għal-laqgħa ta' reviżjoni tad-dokument tal-OSKE dwar is-SALW u d-deċiżjonijiet addizzjonali tagħha li saru fi Vjenna fit-22 u t-23 ta' Settembru 2009. Id-delegazzjoni tagħha ħadet sehem attiv fis-seminar u ressqet diversi proposti għat-titjib tal-istandards eżistenti.

Mill-5 sad-9 ta' Ottubru 2009, Franza kkontribwiet għal seminar dwar il-miżuri ta' sigurtà għall-ħażniet tal-armi u l-munizzjon fit-Taġikistan bħala parti minn skwadra maħtura mill-OSKE. L-għan ta' dak is-seminar kien li jipprovdi taħriġ fl-aħjar prattika internazzjonali fil-qasam tal-metodi ta' ġestjoni tas-sigurtà u tal-ħażniet.

Franza tat kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett biex jittejbu l-ġestjoni u s-salvagwardja tal-ħażniet tas-SALW fil-Bjelorussja.

Franza pparteċipat fis-seminars tal-Grupp Multinazzjonali dwar l-Armi Ħfief u l-Munizzjon (MSAG). L-ewwel wieħed sar fi Bruges mis-27 sat-30 ta' April 2009, organizzat mill-Belġju, u t-tieni, organizzat mill-Kanada, sar f'Ottawa mill-1 sal-5 ta' Settembru 2009. Kull wieħed minn dawn is-seminars laqqa' flimkien delegazzjonijiet mill-aġenziji għall-verifika tal-kontroll tal-armi tal-Istati fl-OSKE.

Fil-qasam tat-taħriġ, Franza kkontribwiet għal seminar immexxi minn skwadra tal-MSAG multinazzjonali mmexxija mir-Renju Unit dwar il-miżuri ta' sigurtà għall-ħażniet ta' armi u munizzjon fl-Etjopja, mill-20 ta' Jannar sal-10 ta' Frar 2009. L-għan ta' dan is-seminar, organizzat fuq talba tal-gvern Etjopjan, kien li jipprovdi taħriġ fl-“aħjar prattika internazzjonali” fil-qasam tal-ġestjoni tas-sigurtà u l-ħażniet.

ĠERMANJA

Fil-qafas tal-OSKE, fl-2009 l-Ġermanja kompliet tippromwovi l-Gwidi għall-Aħjar Prattika tal-OSKE fil-qasam tas-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali. Il-Ġermanja tkompli tagħti importanza kbira lit-taħlita unika ta' attivitajiet tal-iffissar ta' standards, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-ħidma fuq proġetti rigward is-SALW u l-munizzjon tagħhom fl-OSKE. Għalhekk, il-Ġermanja pereżempju appoġġata mis-Seminar reġjonali tal-OSKE dwar l-Implimentazzjoni tal-Manwal tal-OSKE dwar l-Aħjar Prattika rigward il-Ħażniet ta' Munizzjon Konvenzjonali f'Almaty (Kazakstan) mit-8 sad-9 ta' Diċembru 2009 b'żewġ kelliema.

Il-Ġermanja hi involuta regolament f'simpożji tal-Grupp Multinazzjonali dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (MSAG). L-MSAG huwa assemblea multinazzjonali, informali u apolitika li taqsam informazzjoni u fehmiet dwar kwistjonijiet ta' Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir u l-Munizzjon Konvenzjonali (CA) fost in-nazzjonijiet parteċipanti. L-MSAG jagħti lill-istati parteċipanti servizz ta' forum għad-diskussjoni ta' kwalunkwe kwistjoni u esperjenza dwar l-implimentazzjoni fil-prattika tal-inizjattivi futuri, preżenti u passati tal-istati rispettivi bħala pjattaforma għall-iskambju ta' informazzjoni u koordinazzjoni fil-qasam tas-SALW u l-armi konvenzjonali. Din il-kooperazzjoni wasslet, pereżempju, għal seminar ta' erbat ijiem dwar is-Sigurtà Fiżika u l-Ġestjoni tal-Ħażniet, appoġġat minn esperti tekniċi minn seba' Stati tal-MSAG f'Dushanbe (Taġikistan) f'Ottubru 2009, organizzat mill-OSKE.

UNGERIJA

L-Ungerija appoġġat ukoll l-implimentazzjoni ulterjuri tad-dokumenti tal-OSKE dwar is-SALW kif ukoll dwar il-ħażniet ta' munizzjon konvenzjonali. Fil-qafas tal-kooperazzjoni reġjonali, l-Ungerija pprovdiet l-informazzjoni rilevanti dwar is-SALW u s-sistema tal-immarkar nazzjonali lill-OSKE u lill-pajjiżi membri tagħha. Bħala parti mill-Forum għall-Presidenza tal-Kooperazzjoni ta' Sigurtà (FSC) fl-2010, l-Ungerija appoġġat l-aġġornament u l-iżvilupp tad-Dokument tal-OSKE dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir bil-ħsieb tal-esplorazzjoni ta' azzjonijiet futuri possibbli.

ITALJA

Fl-2009 l-Italja pparteċipat fil-laqgħa tal-OSKE dwar il-kontroll tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir, kif ukoll fil-Grupp ta' Esperti tan-NU li qed jaħdem fuq abbozz ta' “Liġi Mudell” għal dawk il-pajjiżi li għadhom ma adottawx il-protokoll kontra t-traffikar illeċitu tal-armi.

Barra minn hekk, l-Italja kompliet timplimenta attivament id-dokument tal-OSKE dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir, adottat f’Novembru 2000. F'dak il-qafas, l-Italja ppreżentat aġġornamenti nazzjonali għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aspetti prinċipali tas-SALW (il-produzzjoni, l-immarkar, il-kontrolli tal-esportazzjoni, is-senserija, it-tekniki ta’qerda), kif stabbiliti bid-dokument tal-OSKE.

IRLANDA

L-Irlanda, bħal Stati oħrajn Parteċipanti fl-OSKE, tipprovdi għadd ta' rapporti annwali fir-rigward tal-kontroll tal-armi u s-SALW, inkluża informazzjoni annwali dwar is-SALW identifikati bħala żejda u/jew maqbuda u meqruda, kif ukoll l-esportazzjoni u l-importazzjoni tas-SALW. L-Irlanda tipparteċipa wkoll fil-Laqgħa ta' Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Annwali tal-OSKE (AIAM).

LUSSEMBURGU

Il-Lussemburgu jappoġġa lill-OSKE fir-rigward tas-SALW, b'mod partikolari billi jipparteċipa b'mod regolari fl-iskambji ta' informazzjoni bit-tfassil ta' rapporti nazzjonali.

Il-Lussemburgu għamel ukoll kontribuzzjoni volontarja ta' EUR 14 000 għall-proġett tal-OSKE-SALW.

MALTA

L-awtoritajiet Maltin segwew l-implimentazzjoni tan-normi u l-miżuri deskritti fid-Dokument tal-OSKE dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

PAJJIŻI BAXXI

Il-Pajjiżi l-Baxxi huma membru tal-grupp ta' ħidma dwar in-netwerk OECD/DAC-INCAF dwar it-Tnaqqis tal-Vjolenza bl-Armi, u huma attivi fit-tisħiħ ta' aktar integrazzjoni tal-politika u l-ipprogrammar dwar is-SALW/il-vjolenza bl-armi fl-oqfsa tal-iżvilupp u l-programmi tar-RSS;

POLONJA

Il-Polonja tippreżenta rapporti annwali lill-OSKE.

PORTUGALL

Fl-2008, il-Portugall kompla jimplimenta attivament id-dokument tal-OSKE dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir, adottat f’Novembru 2000.

SLOVAKKJA

Is-Slovakkja taderixxi għall-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK dwar l-Esportazzjoni tal-Armi u bħala membru tal-OSKE annwalment tipprovdi informazzjoni dwar l-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-eċċess ta' SALW, inkluża informazzjoni oħra rilevanti f'dan il-qasam f'konformità mad-dokument tal-OSKE dwar is-SALW. Fil-politika tagħha dwar il-kontroll tal-esportazzjoni, is-Slovakkja tosserva l-Prinċipji tal-OSKE dwar it-Trasferimenti tal-Armi.

SPANJA

Fl-2009 Spanja tat kontribuzzjoni b'mod volontarju ta' EUR 150 000 lill-OSKE b'appoġġ għall-proġetti għall-qerda tas-SALW, il-munizzjon u l-esplożivi tagħhom.

SVEZJA

Fl-OSKE l-Isvezja qed iżżomm il-pożizzjoni ta' President għall-grupp Informali tal-ħbieb tas-SALW, u tappoġġa l-Presidenza tal-Forum għall-Kooperazzjoni ta' Sigurtà (FSC) tal-OSKE bi kwistjonijiet relatati mas-SALW normattivi, u fl-2010 speċjalment l-iżvilupp ta' Pjan ta' Azzjoni tal-OSKE dwar is-SALW, li hu ppjanat li jiġi ppreżentat fil-BMS 4.

L-Isvezja kienet involuta b'mod attiv fid-Deċiżjoni 11/2009 tal-FSC tal-OSKE, biex taġġorna l-parir espert dwar l-implimentazzjoni tat-Taqsima V (faċilitar tal-assistenza) tad-Dokument tal-OSKE dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir. Bħala President tal-UE, matul it-tieni semestru tal-2009 l-Isvezja kkoordinat fi Vjenna l-pożizzjoni tal-UE fil-FSC dwar kwistjonijiet tas-SALW.

Fl-2009 l-Isvezja skambjat informazzjoni dwar iċ-Ċertifikati tal-Utenti-aħħarija mal-OSKE, waqt li pprovdiet kampjun ta' ċertifikati tal-Utenti-aħħarija nazzjonali u deskrizzjoni tal-proċeduri nazzjonali. L-Isvezja kkontribwiet ukoll permezz ta' kelliem ewlieni mill-Aġenzija tagħha għan-Non-Proliferazzjoni u l-Kontrolli tal-Esportazzjoni (l-ISP) dwar is-suġġett taċ-ċertifikati tal-Utenti-aħħarija u l-monitoraġġ tal-Użu-aħħari lil-Laqgħa tal-OSKE għar-Reviżjoni tad-Dokument tal-OSKE dwar is-SALW u d-Deċiżjonijiet Supplementari, li saret fit-22-23 ta' Settembru 2009.

RENJU UNIT

Ir-Renju Unit ħa f'idejh il-Presidenza tal-Forum għall-Kooperazzjoni ta' Sigurtà tal-OSKE fl-4 ta' Settembru u ppressieda l-laqgħat fit-22-23 ta' Settembru għar-reviżjoni tad-Dokument tal-OSKE dwar is-SALW bil-ħsieb tal-iżvilupp ta' Pjan ta' Azzjoni dwar is-SALW sa Mejju 2010. Dan ser iservi ta' bażi għall-ħidma futura tal-OSKE dwar is-SALW

III.4   NATO

FRANZA

Franza pprovdiet għalliem lill-iskola tan-NATO f'Oberammergau għall-kors dwar is-sensibilizzazzjoni fil-livell politiku dwar il-kwistjoni tas-SALW(“kors dwar l-orjentazzjoni ta' politika”), li sar mis-26 sat-30 ta' Ottubru 2009.

UNGERIJA

L-Ungerija hija membru tal-Grupp Multinazzjonali dwar l-Armi Ħfief u l-Munizzjon (MSAG) li ħoloq u mexxa l-kors dwar is-SALW u l-Munizzjon Konvenzjonali fl-Iskola tan-NATO f'Oberammergau u jipproduċi dokumenti li jgħinu fil-bidu u matul it-twettiq ta' proġetti relatati mas-SALW.

LITWANJA

Il-Litwanja, flimkien mal-Estonja u r-Repubblika Ċeka huma l-pajjiżi mexxejja fil-proġett tan-NATO Sħubija għall-Paċi għall-qerda tal-armi konvenzjonali fil-Ġeorġja.

III.5   ECOWAS

REPUBBLIKA ĊEKA

Fl-2008 l-Gvern tar-Repubblika Ċeka approva d-deċiżjoni li jipprovdi l-ammont ta' 1 800 000. - Krona Ċeki (jiġifieri madwar USD 95 000) bħala kontribuzzjoni volontarja biex ikopri l-ispejjeż tas-seminar għar-rappreżentanti tal-pajjiżi tal-ECOWAS, li sar fir-Repubblika Ċeka fil-perijodu bejn l-14 u t-18 ta' Settembru 2009. Minbarra l-assistenza finanzjarja, il-kontribut prinċipali tar-Repubblika Ċeka kien l-għarfien tekniku ta' livell għoli tal-ispeċjalisti Ċeki rilevanti.

FINLANDJA

Mill-ħarifa tal-2007, il-Finlandja ġiet mistiedna għall-Bord Konsultattiv tal-Programm tal-ECOWAS dwar il-Kontroll tal-Armi Ħfief (ECOSAP). ĠERMANJA

ĠERMANJA

Il-Ġermanja kkomplementat l-appoġġ tagħha għall-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) permezz tal-finanzjament ta' żewġ Seminars dwar is-Sigurtà Fiżika u l-Ġestjoni tal-Ħażniet (PSSM) fl-2009. Għas-Seminar tal-PSSM f'Kaduna (NIĠERJA) mit-8 sat-12.6.2009 l-Ġermanja ssekondat ukoll espert tekniku bħala lekċerer.

III.6   Oħrajn

FINLANDJA

B'rikonoxximent tal-impatt tal-vjolenza bl-armi fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku u n-nuqqas ta' żvilupp bħala kawża tal-vjolenza bl-armi, il-Finlandja kompliet tkun membru attiv tal-grupp ċentrali tad-Dikjarazzjoni ta' Ġinevra dwar il-Vjolenza bl-Armi u l-Iżvilupp li juri l-importanza kruċjali tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' sigurtà u żvilupp.

FRANZA

Franza pprovdiet ukoll għalliem għall-kors tekniku dwar il-qerda tal-munizzjon, organizzat mill-Isvizzera f'Thun mit-2 sas-6 ta' Novembru 2009.

Franza kompliet tipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-OKŻE dwar il-konflitt u l-fraġilità (Netwerk Internazzjonali dwar il-Konflitt u l-Fraġilità).

Fis-seminar organizzat f'Mejju 2009 mill-Isvezja bl-appoġġ tas-SIPRI, flimkien mal-Presidenza Ċeka tal-Unjoni Ewropea, dwar it-“Traffikar tal-Armi, flussi illeċiti u netwerks destabbilizzanti”, Franza għamlet preżentazzjoni bit-titolu “Lezzjonijiet meħuda: l-iżvilupp ta' mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni”. development of information-sharing mechanisms.

L-istudju ffinanzjat mill-Ministeru tad-Difiża dwar is-sistemi nazzjonali għall-kontroll tat-trasport tas-SALW u l-munizzjon tagħhom bl-ajru fl-Ewropa u dwar il-possibbiltajiet ta' titjib, b'mod partikolari f'termini ta' kooperazzjoni intra-Ewropea u internazzjonali, tlesta f'Mejju 2009 (ISIS Europe, SIPRI u CICS-Bradford University).

F'Marzu 2010 l-FRS u s-SIPRI ntalbu jwettqu studju ġdid dwar it-traffikar tal-armi bil-baħar.

ĠERMANJA

Il-Ġermanja tipparteċipa fl-OECD DAC INCAF – Netwerk Internazzjonali dwar il-Konflitt u l-Fraġilità (li qabel kien OECD DAC CPDC – Konflitti, Paċi u Kooperazzjoni fl-Iżvilupp) u tappoġġa b'mod attiv l-approċċ tal-INCAF dwar it-Tnaqqis u l-Prevenzjoni tal-Vjolenza bl-Armi (AVR). L-AVR huwa sett emerġenti ta' prattiki li jibnu fuq oqfsa, approċċi u t-tagħlim miksub eżistenti f'oqsma bħall-prevenzjoni tal-konflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kriminalità u s-saħħa pubblika (bħall-Kontroll tas-SALW; ir-RSS, il-Prevenzjoni tal-Kriminalità/Drogi, eċċ).

Il-Ġermanja kompliet tikkoopera mal-Lega tal-Istati Għarab (AL) billi pprovdiet assistenza għal ħidma relatata mas-SALW f'diversi livelli. Ingħata appoġġ għal-laqgħat tal-punti fokali dwar is-SALW mill-pajjiżi tal-Lega. F'Novembru 2009 kienet organizzata żjara ta' studju f'Berlin għall-punti fokali dwar is-SALW li ffukat fuq kwistjonijiet prattiċi tal-implimentazzjoni tal-PoA tan-NU fl-oqsma tar-reġistrazzjoni, il-ħżin, l-immarkar u t-traċċar tas-SALW

GREĊJA

Fil-qafas tar-rappreżentazzjoni ta' pajjiżna f'Organizzazzjonijiet u Inizjattivi Internazzjonali u Reġjonali, fl-2009 l-Uffiċċjali tal-Aġenzija tagħna pparteċipaw, u attwalment qegħdin jipparteċipaw, f'laqgħat u seminars fejn qegħdin jiġu diskussi kwistjonijiet dwar l-armi ħfief u ta' kalibru żgħir. F'dak li jirrigwarda l-immarkar, jekk jogħġbok ħu nota ta' dan li ġej:

F'dak li jirrigwarda l-immarkar, jekk jogħġbok ħu nota ta' dan li ġej:

1)

F'pajjiżna m'hemmx kumpanniji li jimmanifatturaw armi għal użu kummerċjali, ħlief għal Kumpannija tal-Istat waħda li tipproduċi armi għall-Ministeru tad-Difiża u għall-użu tal-Forzi Armati Griegi.

2)

F'dan il-każ, il-metodu għad-determinazzjoni tal-pajjiż fejn l-armi jkunu ġew manifatturati, u f'kooperazzjoni mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Elleniku, il-Greċja tappoġġa s-sistema ta' mmarkar NATO STANAG 1059.

3)

F'dan l-istadju għaddejja proċedura għall-emenda ta' xi dispożizzjonijiet fil-Leġislazzjoni Nazzjonali prinċipali bit-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/51/KE 21.5.2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Fl-aħħar nett, jekk jogħġbok innota t-tabella li turi l-armi konfiskati mill-Pulizija Ellenika fl-2009, jew bħala oġġetti jew mezzi għat-twettiq tal-kriminalità jew bħala intraċċati. Tali armi jikkostitwixxu provi fil-proċedimenti kriminali u l-qrati kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar l-eżitu tagħhom, waqt is-seduta ta' kull każ, skont l-Artikolu 16 tal-Liġi 2168/1993.

ITALJA

Matul l-2009, il-kontinġent Militari Taljan fil-Kosovo (li qed jopera fi ħdan il-KFOR) ġabar u/jew ħataf u qered għadd ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir.

Il-Forzi Armati Taljani pprovdew assistenza teknika lill-Unjoni Afrikana u ċ-Ċentru Afrikan għall-istudji strateġiċi f'Windhoek (Namibja), billi bagħtu għalliem kwalifikat għal Seminar ta' taħriġ internazzjonali li sar mit-28 ta' Settembru sat-3 ta' Ottubru 2009. Is-Seminar ipprovda taħriġ lill-persunal tal-Ministeri tad-Difiża, tal-Intern u l-Affarijiet Barranin, tal-pajjiżi fir-reġjun, għall-bini tal-kapaċità għat-trattament tal-isfida tal-proliferazzjoni tas-SALW b'mod aktar effettiv.

LATVJA

F'Diċembru 2009, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin f'kooperazzjoni mad-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti u l-Assoċjazzjoni Latvjana tal-Loġistika organizza seminar għall-intraprendituri u l-uffiċċjali tad-dwana dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-merkanzija strateġika. L-objettiv tas-seminar kien is-sensibilizzazzjoni dwar l-aspetti prattiċi u legali taċ-ċirkolazzjoni tal-merkanzija strateġika fost l-entitajiet lokali involuti. Il-parteċipanti ġew aġġornati dwar il-leġislazzjoni u l-proċeduri eżistenti għall-kontroll tal-armi fir-Repubblika tal-Latvja.

PAJJIŻI BAXXI

Il-Pajjiżi l-Baxxi huma membru tal-grupp ċentrali tad-Dikjarazzjoni ta' Ġinevra dwar il-Vjolenza bl-Armi u l-Iżvilupp, u jipparteċipaw attivament fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni. Furthermore, implementation through QUNO was funded for capacity building and advocacy efforts in this context.

PORTUGALL

Fil-qasam tal-kontrolli tal-esportazzjoni, il-Portugall bħala membru tal-Arranġament ta' Wassenaar, ipparteċipa b'mod attiv permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u tal-Ministeru tad-Difiża, fil-laqgħat kollha tal-Arranġament li saru fl-2009.

SLOVENJA

Fl-1998, il-gvern Sloven stabbilixxa l-Fond Fiduċjarju Internazzjonali għat-Tneħħija tal-Mini u l-Assistenza għall-Vittmi ta' Mini (ITF) bħala organizzazzjoni umanitarja u mingħajr skop ta' qligħ. L-ITF jgħin lil pajjiżi fl-Ewropa tax-Xlokk, fil-Kawkasu u l-Asja Ċentrali biex isolvu problemi ta' mini ta' fuq l-art u jgħin lis-superstiti mill-mini b'riabilitazzjoni fiżika u soċjo-ekonomika. Wara aktar minn għaxar snin esperjenza, l-ITF ser jespandi l-programm ta' għajnuna għar-rwol attiv dwar is-SALW. Attwalment, l-ITF qiegħed jimplimenta proġett ta' sena dwar l-għarfien tar-riskji tas-SALW fl-Albanija li jammonta għal aktar minn EUR 200 000 u jistenna li r-riżultati jkunu viżibbli fil-ftit snin li ġejjin.

B'aktar minn għaxar snin ta' għarfien tekniku fit-tneħħija tal-mini, l-ITF adotta strateġija ġdida għall-perijodu ta' ħames snin (2009-2013) li tippermetti lill-ITF jespandi wkoll l-ambitu tal-attivitajiet tiegħu għal oqsma oħra tal-operazzjoni. Għalhekk, l-ITF għandu jaħdem ma' awtoritajiet nazzjonali u fi sħubija ma' donaturi, NGOs, is-settur privat, organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali u oħrajn biex jitnaqqas it-theddid għas-sigurtà umana mill-isfidi ta' wara l-konflitti minbarra l-mini tal-art u l-ERW, u b'appoġġ għall-programmi tal-SSR u d-DDR.

F'perijodu ta' sena mill-adozzjoni tal-istrateġija l-ġdida, l-ITF diġà qed jimplimenta erba' proġetti relatati mas-SALW/CWD fl-Albanija u s-Serbja li jammontaw għal aktar minn USD 2,5 miljun.

B'mod aktar speċifiku, fil-każ tal-Albanija, l-ITF jimplimenta t-tliet proġetti li ġejjin:

Lejn Albanija aktar Sikura - Proġett Pilota dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir li jimmira li (a) jżid is-sensibilizzazzjoni pubblika tal-komunitajiet ta' żewġ reġjuni amministrattivi Albaniżi dwar il-perikli u t-theddid li jirriżulta mill-pussess tas-SALW permezz ta' attivitajiet edukattivi dwar ir-riskju u d-disseminazzjoni ta' materjali tal-media li jippromwovu l-adozzjoni ta' mġiba aktar sikura u (b) itejjeb ir-rispons lokali għas-SALW bit-tijib tal-kollaborazzjoni, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha (il-pulizija, l-iskejjel, l-NGOs).

Lejn Albanija aktar Sikura - proġett pilota ta' Edukazzjoni dwar l-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir għar-Reġjun Shodra. Il-proġett huwa replika eżatta ta' dak ippreżentat hawn fuq. Huwa juża l-istess approċċ u metodoloġija; madankollu qed jiġi implimentat f'reġjun amministrattiv differenti tal-Albanija.

Gerdec UXO Removal and Site Remediation. Fil-15 ta' Marzu 2008, seħħet splużjoni fil-faċilità tal-ipproċessar tal-munizzjon f'Gerdec qrib Tirana, l-Albanija. Sabiex il-konsegwenzi tal-isplużjoni devastanti jiġu rimedjati b'suċċess, l-għan tal-proġett huwa li l-munizzjon disponibbli kollu jiġi rkuprat għat-trasport sikur mill-maħżen u tingħalaq il-faċilità, kif ukoll biex titnaqqas il-ħażna żejda ta' munizzjon li l-Albaniżi identifikaw bħala li trid tinqered.

Fil-każ tas-Serbja, l-ITF jimplimenta l-proġett li ġej:

Il-Prevenzjoni tal-Abbuż mill-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir – l-għan primarju tal-proġett hija l-prevenzjoni tal-abbuż mis-SALW permezz tal-edukazzjoni dwar ir-riskji u l-perikli tal-abbuż mis-SALW, kif ukoll il-prevenzjoni tal-konsegwenzi psikoloġiċi tal-inċidenti kkawżati mis-SALW.

Is-Slovenja għandha wkoll rwol sinifikanti fl-ambitu tal-attivitajiet tas-SALW u s-SCA fid-Tadzhikistan, l-Ukraina u l-Azerbajġan. Fl-aħħar ftit snin is-Slovenja appoġġat b'mod finanzjarju diversi proġetti f'dawk il-pajjiżi b'EUR 120 000.

SPANJA

Spanja hi membru tal-grupp ta' ħidma tal-Kumitat għall-Assistenza fl-Iżvilupp tal-OKŻE (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi) dwar il-vjolenza bl-armi u t-tnaqqis tal-faqar u bħala tali tgħin biex tiżdied l-attenzjoni li tingħata lir-rabtiet bejn is-SALW u l-vjolenza bl-armi fi programmi ta' għajnuna għall-iżvilupp.

Fil-qasam tas-SALW, Spanja pparteċipat fil-ħidmiet kollha tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-OSKE, tal-Arranġament ta' Wassenaar u tal-Forum Parlamentari dwar is-SALW.

Spanja tat l-appoġġ tagħha għall-inizjattiva promossa minn diversi NGOs permezz tal-kampanja “Għall-kontroll tal-armi” u qed tipparteċipa fil-Grupp ta' Esperti Governattivi magħżulin mis-Segretarjat Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigati mill-eżami tal-vijabbiltà, il-kamp ta' applikazzjoni u l-parametri ta' trattat futur dwar il-kummerċ internazzjonali tal-armi (ATT).

L-esperti Spanjoli pparteċipaw f'diversi diskussjonijiet, seminars u laqgħat dwar varjetà ta' aspetti tal-problema tal-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir, inkluż:

seminar dwar l-armi konvenzjonali u s-sigurtà reġjonali, organizzat mill-Marokk u l-Istati Uniti tal-Amerika, li sar fl-14 u l-15 ta' April 2009 f'Rabat.

laqgħa għar-reviżjoni tad-dokument tal-OSKE dwar is-SALW li saret fil-21-24 ta' Settembru 2009 fi Vjenna.

l-ewwel laqgħa ta' esperti legali afdati bil-kompitu tat-tfassil ta' liġi bħala mudell universali skont il-Protokoll tal-Armi tan-nar tan-NU, li saret fit-3-6 ta' Novembru 2009 fi Vjenna.

it-III Kungress tal-Amerika-Latina dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja u d-drittijiet tal-bniedem, li sar f'Fortaleza, il-Brażil, fit-23-26 ta' Novembru 2009.


(1)  UNSCR 1244/1999


ANNESS

LISTA TAL-PUNTI FOKALI FL-ISTATI MEMBRI TAL-UE FIL-QASAM TAS-SALW

AWSTRIJA

Department II.8 – Arms Control, Disarmament and Non-Proliferation

Federal Ministry for European and International Affairs

Wolfgang Bányai

1014 Vjenna,

Minoritenplatz 8

Tel.: +43 50 11 50 33 54

Fax: +43 50 11 59 33 54

Posta elettronika: wolfgang.banyai@bmeia.gv.at

BELĠJU

Is-Sur Werner Bauwens

Special Envoy for Disarmament and Non-proliferation

Federal Public Service Foreign Affairs

Karmelietenstraat 15

1000 Brussell

Tel.: +32 2 501 37 10

Fax: +32 2 501 37 10

Posta elettronika: werner.bauwens@diplobel.fed.be

BULGARIJA

Security Policy Directorate

Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Bulgaria

2, Alexander Zhendov Street

1040 Sofia

Bulgarija

Tel.: +359 2 948 22 44, +359 2 948 24 80

Fax: +359 2 948 20 37

Posta elettronika: int.security@mfa.government.bg

REPUBBLIKA ĊEKA

Ministry of Foreign Affairs

United Nations Department

Non-proliferation and Disarmament Unit

Loretánské náměstí 5

Praga 1

118 00

Tel.: +420 224 18 23 24 jew +420 224 18 21 36

Fax: +420 224 18 20 26

Posta elettronika: osn_sekretariat@mzv.cz

ĊIPRU

Panayiotis Papadopoulos

Ministry of Foreign Affairs

Political Affairs Division-Department of Multilateral Affairs and International Organizations

Tel.: + 357 22 40 11 52

Fax: + 357 22 66 18 81

Posta elettronika: ppapadopoulos@mfa.gov.cy

DANIMARKA

Il-Punt ta' kuntatt nazzjonali Daniż huwa:

Ministry of Foreign Affairs of Denmark

2, Asiatisk Plads

1448 Copenhagen K

Danimarka

Tel.: +45 33 92 00 00

Fax: +45 32 54 05 33

Posta elettronika: sp@um.dk

ESTONJA

Ministry of Foreign Affairs

Department of International Organisations and Security Policy

Division of Arms and Strategic Goods Control

Margot Endjärv

Margot.Endjarv@mfa.ee

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

Estonja

Tel.: +372 637 71 00

Fax: +372 637 71 99

FINLANDJA

Ministry for Foreign Affairs

Political Department

Unit for Arms Control, Disarmament and Non-Proliferation

P.O. Box 420

FI-00023 Government

Finland

Tel.: +358 9 16005

Fax. +358 9 160 56066

Posta elettronika: pol-20@formin.fi

FRANZA

Ministry of Foreign Affairs

Directorate of Strategic Affairs, Security and Disarmament

Division of Chemical and Biological Disarmament and Conventional Weapons Control

Tel.: +33 143 17 40 70

Fax: +33 143 17 49 52

Posta elettronika: guillaume.habert@diplomatie.gouv.fr

ĠERMANJA

Federal Foreign Office

Division 241

Conventional Arms Control

Werderscher Markt 1

10117 Berlin

Ġermanja

Tel.: +49 30 18 17 42 72

Fax: +49 301 81 75 42 72

Posta elettronika: 241-0@diplo.de

GREĊJA

Hellenic Ministry for Foreign Affairs, D1 Directorate for UN and International Organizations and Conferences

3, Acadimias Avenue

Athens 100 27

Greċja

Is-Sur Loukas Tsokos (it-tieni Kunsillier),

posta elettronika: ltsokos@mfa.gr

u

Is-Sur Stylianos Zacharion (konsulent xjentifiku),

Posta elettronika: szachariou@mfa.gr

Tel.: +30 210 368 25 40

Fax: +30 210 368 24 83

UNGERIJA

Ministry of Foreign Affairs

Department of Security Policy and Non-proliferation

(Is-Sur Szabolcs Nagy)

Tel.: +36 14 58 11 05, +36 14 58 11 35

Fax: +36 14 57 50 39

Posta elettronika: bpnf@kum.hu

IRLANDA

Disarmament and Non-Proliferation Section,

Department of Foreign Affairs, St. Stephen’s Green,

Dublin 2

Irlanda

Tel.: +353 14 08 23 92

Fax: +353 14 08 23 83

ITALJA

Il-punt ta' kuntatt nazzjonali għall-armi ħfief u ta' kalibru żgħir huwa

l-Kunsillier Giovanni Pugliese,

Ministry of Foreign Affairs,

General Department for Multilateral Political Cooperation, Disarmament and Non Proliferation Desk

Tel.: + 39 06 36 91 22 87;

Telefax: + 39 063 23 59 27;

Posta elettronika: giovanni.pugliese@esteri.it

Il-punt ta' kuntatt nazzjonali Taljan għat-“traċċabbiltà” tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir hija

Is-Sinjura Maria Paravati, Ministeru tal-Intern,

Department of Public Security,

General Administration Office

Tel.: + 39 06 46 54 82 34;

posta elettronika: maria.paravati@interno.it.

LATVJA

Arms Control and Non-proliferation Division

Security Policy Department

Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Latvia

Tel.: +371 67 01 64 56

Fax: +371 67 22 72 26

K. Valdemāra Str.3,

Riga 1395

Latvja

LITWANJA

Arms Control and Terrorism Prevention Division

Transatlantic Cooperation and Security Policy Department

Ministry of Foreign Affairs

Tel.: +370 52 36 26 82

Fax: +370 52 36 25 19

Posta elettronika: dovydas.spokauskas@urm.lt

LUSSEMBURGU

M. Is-Sur Claude Faber, Secrétaire de légation,

Direction des Affaires politiques

Ministère des Affaires étrangères

5, rue Notre-Dame

2240

Lussemburgu

Tel.: +352 24 78 24 21

Fax: +352 22 19 89

Posta elettronika: claude.faber@mae.etat.lu

M. Is-Sur Daniel Gengler, Rédacteur principal

Direction des Affaires politiques

Ministère des Affaires étrangères

5, rue Notre-Dame

L-2240 Luxembourg

Tel.: +352 24 78 24 69

Fax: +352 22 19 89

Posta elettronika: daniel.gengler@mae.etat.lu

MALTA

Is-Sur Andrew Seychell

Assistent Kummissarju tal-Pulizija

Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Pulizija

Il-Furjana

Malta

Tel.: +356 21 24 78 00

Fax: +356 21 24 79 22

Posta elettronika: andrew.seychell@gov.mt

PAJJIŻI BAXXI

Uffiċjal responsabbli għall-Armi ħfief u ta' kalibru żgħir

Netherlands Ministry of Foreign Affairs

Peace building and Stabilisation Unit

Netherlands Ministry of Foreign Affairs

P. O Box 20061

2500 EB The Hague

The Netherlands

Tel.: +317 03 48 46 88

Fax: +317 03 48 44 86

Posta elettronika: EFV@minbuza.nl

POLONJA

Ministry of Foreign Affairs

Department of Security Policy

Tel.: 48 22 523 97 04

Fax: 48 22 628 58 41

posta elettronika: dpb.sekretariat@msz.gov.pl

PORTUGALL

Ministério dos Negócios Estrangeiros

Direcção dos Assuntos de Segurança e Defesa

Largo do Rilvas

1388-030 LISBOA

Tel.: + 351 213 94 65 49

Fax: + 351 213 94 60 37

Posta elettronika: dsd@mne.pt

RUMANIJA

MINISTRY OF FOREIGN AFFAIRS

OSKE, Asymmetrical Risks and Non-proliferation Department

Nineta Bărbulescu

Direttur

Tel.:+40 21 319 68 57

Fax:+40 21 319 23 63

Posta elettronika: nineta.barbulescu@mae.ro

Supplent:

Emilia Mazuru

L-Ewwel Segretarju

Tel.:+40 21 319 68 57

Fax:+40 21 319 23 63

Posta elettronika: emilia.mazuru@mae.ro

General Division ANCEX:

Paul Pasnicu

Director Ġenerali:

Tel.:+40 21 305 72 02

Tel.:+40 21 311 11 93

Fax: + 4 021 311 12 97

Posta elettronika: ppasnieu@ancex.ro

SLOVAKKJA

OZOG – Disarmament, Arms Control and Global Challenges Department

Ministry of Foreign Affairs of the Slovak Republic

Hlboká cesta 2

Bratislava

Repubblika Slovakka

Tel.: +421 259 78 36 21

Fax: +421 259 78 36 29

Posta elettronika: ozog@mzv.sk

SLOVENJA

Security Policy Division

Ministry of Foreign Affairs

Prešernova ulica 25

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIA

Tel.: +386 1 478 22 56

Fax: +386 1 478 22 29

SPANJA

Ministère des Affaires étrangères et de la Coopération

Direction Générale des Affaires Stratégiques et du Terrorisme

Sous-direction pour la non prolifération et du désarmement

Luis Gómez Nogueira

Jefe de Área de Desarme

Calle Serrano Galvache, 26

28071 Madrid

ESPAÑA

Tel.: +34 913 79 17 59

Fax: +34 913 94 86 78

Posta elettronika: luis.gomez@maec.es

SVEZJA

Department for Disarmament and Non-proliferation

Ministry for Foreign Affairs

S-103 39 Stockholm

SWEDEN

Tel.: +46 84 05 10 00

Fax: +46 87 23 11 76

Posta elettronika: ud-nis@foreign.ministry.se

RENJU UNIT

Small Arms and Light Weapons Desk Officer

Counter Proliferation Department

Foreign and Commonwealth Office

King Charles Street

London

SW1A 2AH

Tel.: +44 20 70 08 17 93

Fax: +44 207 00 82 78 60

KUMMISSJONI EWROPEA

Relazzjonijiet Esterni - Direttorat Ġenerali

Is-Sur Quentin Weiler

Tel.: +32 22 95 45 48

Fax: +32 22 99 48 20

Posta elettronika: quentin.weiler@ec.europa.eu

SEGRETARJAT TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

UFFIĊĊJU TAR-RAPPREŻENTANTI PERSONALI DWAR IN-NON-PROLIFERAZZJONI

Is-Sur Fabio Della Piazza

Rue de Loi, 175

1048

Brussell

Tel.: +32 2 281 80 44

Fax: +32 2 281 81 55

Posta elettronika

:

fabio.della-piazza@consilium.europa.eu

secretariat.wmd@consilium.europa.eu

www.consilium.europa.eu/wmd