ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.192.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 192

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
16 ta' Lulju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 192/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2010 marbuta mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità ta' konverżjoni COMURHEX II, li tinsab fi Pierrelatte fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 192/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2010/C 192/03

Avviż ta' reklutaġġ PE/124/S

3

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 192/04

Avviż ta’ tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ barium carbonate li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

4

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 192/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5909 – Rettig/Nordkalk) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 192/06

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

10

2010/C 192/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

15

2010/C 192/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

16.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Lulju 2010

marbuta mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità ta' konverżjoni COMURHEX II, li tinsab fi Pierrelatte fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(it-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

2010/C 192/01

Fis-6 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Franċiż, Dejta Ġenerali marbuta mal-pjan tar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-faċilità ta' konverżjoni COMURHEX II, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom.

Abbażi ta' din id-dejta u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Frar 2010 u pprovdut mill-awtoritajiet Franċiżi fl-4 ta’ Marzu 2010, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

(1)

Id-distanza bejn il-faċilità u l-eqreb punt fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, f'dan il-każ l-Italja, hija ta' madwar 170 km.

(2)

Fil-kundizzjonijiet normali tal-operat, it-tnixxijiet ta’ effluwenti likwidi u fil-forma ta' gass mhux se joħolqu esponiment li jista' jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor.

(3)

Skart radjuattiv solidu jinħażen temporanjament fuq is-sit qabel ma jiġi ttrasferit għal faċilitajiet liċenzjati ta’ trattament jew ta' rimi li jinsabu fi Franza.

(4)

F'każ ta' tnixxijiet mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi li jistgħu jirriżultaw minn xi aċċident tat-tip u d-daqs meqjusa fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x'aktarx jolqtu l-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor ma jkunux tali li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv, ikun f'liema forma jkun, li jirriżulta mill-faċilità ta' konverżjoni COMURHEX II, li tinsab fi Pierrelatte fi Franza, kemm matul l-operat normali kif ukoll f'każ ta' aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, mhijiex tali li tista’ tirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, il-ħamrija jew l-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru ieħor.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Lulju 2010

2010/C 192/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2828

JPY

Yen Ġappuniż

113,11

DKK

Krona Daniża

7,4503

GBP

Lira Sterlina

0,83565

SEK

Krona Żvediża

9,4162

CHF

Frank Żvizzeru

1,3420

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9265

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,464

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

278,93

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7089

PLN

Zloty Pollakk

4,0608

RON

Leu Rumen

4,2585

TRY

Lira Turka

1,9695

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4504

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3201

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9669

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7703

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7625

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 543,14

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7010

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6955

HRK

Kuna Kroata

7,2153

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 591,50

MYR

Ringgit Malażjan

4,1075

PHP

Peso Filippin

59,405

RUB

Rouble Russu

39,1644

THB

Baht Tajlandiż

41,377

BRL

Real Brażiljan

2,2524

MXN

Peso Messikan

16,2402

INR

Rupi Indjan

59,7960


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

16.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/3


Avviż ta' reklutaġġ PE/124/S

2010/C 192/03

Il-Parlament qed jorganizza l-proċedura ta' għażla:

PE/124/S – Aġent Temporanju – Amministratur tal-organi parlamentari (AD 10)

Din il-proċedura ta' għażla tirrikjedi livell ta' edukazzjoni ekwivalenti għal ċiklu komplet ta' studji universitarji ċċertifikat b'diploma.

Il-kandidati, fid-data ta' skadenza għat-tressiq tal-kandidaturi u wara t-titoli msemmija hawn fuq, għandu jkollhom esperjenza minima ta' tnax-il sena, li talanqas tmien snin minnhom għandhom ikunu fi ħdan amministrazzjoni nazzjonali jew istituzzjoni jew organu tal-Unjoni Ewropea.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ huwa ppubblikat biss bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. It-test integrali jinsab fil-Ġurnal Uffiċjali C 192 A b'dawn it-tliet lingwi.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/4


Avviż ta’ tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ barium carbonate li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

2010/C 192/04

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta’ barium carbonate li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal reviżjoni

It-talba tressqet fid-19 ta’ April 2010 minn Solvay & CPC Barium Strontium GmbH & Co. KG (“l-applikant”), l-uniku produttur ta’ barium carbonate fl-Unjoni Ewropea, li jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

2.   Prodott

Il-prodott taħt reviżjoni huwa barium carbonate b’kontenut ta’ strontium ta’ aktar minn 0,07 % bil-piż u b’kontenut ta’ sulfur ta’ aktar minn 0,0015 % bil-piż, kemm jekk fi trab, f’għamla granulari jew granulari kalċinata ppressata, li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 2836 60 00.

3.   Miżuri Eżistenti

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju definittiv kontra d-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1175/2005 (3).

4.   Raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba hija bbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għall-issoktar ta’ dumping u l-issoktar ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-applikant stabbilixxa l-valur normali għall-produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li ma ngħatawx trattament ta’ ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni li twassal għall-miżuri fis-seħħ fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ f’pajjiż b’ekonomija tas-suq xierqa, li huwa msemmi fil-punt 5.1(d). Għal dawk il-kumpaniji li ngħataw trattament ta’ ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ valur kostruwit b’mod normali fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-allegazzjoni tal-issoktar tad-dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali, kif stabbilit fis-sentenzi ta’ qabel, mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jkun mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping ikkalkulati huma sinifikanti.

Barra minn hekk, huwa allegat ukoll li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina baqgħu jidħlu fi kwantitajiet sinifikanti u komplew jikkawżaw ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

L-evidenza prima facie pprovduta mill-applikant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat komplew, fost konsegwenzi oħrajn, ikollhom impatt fuq il-kwantitajiet mibjugħin, il-livell tal-prezzijiet mitluba u s-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali, is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni.

Barra minn hekk, l-applikant jallega li kwalunkwe żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx li jwasslu għal aktar ħsara għall-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza biex tkun iġġustifikata t-tnedija ta’ reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b’dan il-mezz tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament bażiku.

5.1.    Proċedura biex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta’ dumping u ħsara

L-investigazzjoni sejra tistabbilixxi jekk l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassalx, jew le, għal kontinwazzjoni ta’ dumping u r-rikorrenza ta’ ħsara.

(a)   Teħid ta’ kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ partijiet involuti f’din il-proċedura, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta’ kampjuni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(i)   Teħid ta’ kampjuni għal esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid tal-kampjuni u, jekk dan huwa l-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma bil-preżenti mitluba li jippreżentaw irwieħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-faks, u l-persuna ta’ kuntatt,

il-fatturat fil-munita lokali u l-1 volum f’tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-perjodu 1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 għal kull wieħed mis-27 Stat Membru separatament u f’daqqa (4),

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f’tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq domestiku matul il-perjodu l-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju2010,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f’tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lil pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu l-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (5) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew għas-suq lokali) tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif ieħor rilevanti li jista’ jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Billi tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija turi li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din titqies bħallikieku hija ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni jinstabu fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis neċessarju għall-għażla tal-kampjun ta’ esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, sejra tikkuntattja lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ esportaturi/produtturi.

(ii)   Teħid ta’ kampjuni għall-importaturi

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma b’hekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-faks, u l-persuna ta’ kuntatt,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-volum f’tunnellati u l-valur f’EUR tal-importazzjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid magħmula fis-suq Komunitarju matul il-perjodu 1 ta’ Lulju 2009 sa 30 ta’ Ġunju 2010 tal-prodott importat ikkonċernat li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji kollha relatati (6) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif ieħor rilevanti li jista’ jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Billi tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija turi li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din titqies bħallikieku ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni jinstabu fil-punt 8 hawn taħt.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis neċessarju għall-għażla tal-kampjun tal-importaturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, sejra tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

(iii)   L-għażla finali tal-kampjuni

Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jibagħtu xi tagħrif rilevanti dwar l-għażla tal-kampjuni, għandhom jagħmlu dan fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(ii).

Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjuni għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-investigazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tibbaża s-sejbiet tagħha, skont l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun inqas vantaġġjuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.

(b)   Kwestjonarji

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni sejra tibgħat kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni, lill-esportaturi/produtturi magħżula għall-kampjuni fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ esportaturi/produtturi, lill-importaturi magħżula għall-kampjuni, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi magħrufa, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

(c)   Il-ġbir tat-tagħrif u l-organizzazzjoni ta’ seduti ta’ smigħ

Il-partijiet kollha interessati bil-preżenti huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif minbarra t-tweġibiet tal-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Dawn it-tagħrif u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).

(d)   L-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

Fl-investigazzjoni preċedenti, l-Istati Uniti tal-Amerika ntużaw bħala suq xieraq bil-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tipprevedi li terġa’ tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika għal dan l-għan. Il-partijiet interessati huma b’hekk mistiedna jikkummentaw dwar kemm huwa adattat dan il-pajjiż, fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(c).

5.2.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u f’każ li l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping u tal-ħsara tkun ikkonfermata, għandu jkun stabbilit jekk iż-żamma tal-miżuri kontra d-dumping hijiex sejra tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tista’ tibgħat kwestjonarji lill-industrija, lill-importaturi, lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, lill-utenti rappreżentattivi tagħhom u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi magħrufa fil-Komunità. Partijiet bħal dawn, inklużi dawk li l-Kummissjoni ma tafx bihom, bil-kundizzjoni li jagħtu prova li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta’ żmien stipulati fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw irwieħhom u jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni. Il-partijiet li jkunu aġixxew f’konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta ta’ smigħ, waqt li jippreżentaw ir-raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta’ min jinnota li kull tagħrif sottomess skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku sejjer jiġi kkunsidrat biss jekk ikun sostnut minn evidenza fattwali fil-mument meta jiġi sottomess.

6.   Limiti ta’ Żmien

(a)   Limiti ġenerali ta’ żmien

(i)   Għall-partijiet biex jitolbu kwestjonarju

Il-partijiet kollha interessati li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li twassal għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni attwali għandhom jitolbu kwestjonarju jew forom ta’ talbiet oħrajn mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(ii)   Għall-partijiet biex jippreżentaw irwieħhom, jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor

Il-partijiet kollha interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw irwieħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qiegħda tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta lilha nnifisha fil-perjodu msemmi qabel.

Il-kumpaniji magħżula f’kampjun għandhom jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien speċifikat fil-punt 6(b)(iii).

(iii)   Seduti ta’ smigħ

Il-partijiet kollha interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.

(b)   Il-limitu ta’ żmien speċifiku fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni

(i)   It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i) u 5.1(a)(ii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li jkunu esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(ii)   Kull tagħrif ieħor rilevanti għall-għażla tal-kampjuni kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(iii)   It-tweġibiet tal-kwestjonarju mill-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(c)   Il-limitu ta’ żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu juru x-xewqa li jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Istati Uniti tal-Amerika li, kif imsemmi fil-punt 5.1(d), jitqiesu bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq bil-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.   Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet tal-kwestjonarju u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmulin mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux f’format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefon u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (7) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N-105 04/92

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22956505

8.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ, jew tonqos milli tipprovdi dan it-tagħrif fil-limiti ta’ żmien stipulati, jew inkella tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dak it-tagħrif għandu jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b’mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

9.   Skeda tal-investigazzjonI

L-investigazzjoni sejra tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   Possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi din ir-reviżjoni ta’ skadenza qiegħda tiġi mnedija skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tagħha mhumiex sejrin iwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat, iżda sejrin iwasslu biex dawk il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti fil-proċediment tqis li jkun hemm bżonn ta’ reviżjoni tal-livell tal-miżuri biex tippermetti l-possibbiltà li jiġi emendat il-livell tal-miżuri (jiġifieri jiġi miżjud jew imnaqqas), dik il-parti tista’ titlob li ssir reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu reviżjoni ta’ din ix-xorta, li titwettaq indipendentement mir-reviżjoni ta’ skadenza msemmija f’dan l-avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz li jidher hawn fuq.

11.   L-ipproċessar ta’ dejta personali

Ta’ min wieħed jinnota li kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni sejra tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-dejta (8).

12.   Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ

Ta’ min wieħed jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajls, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjoni tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU C 78, 27.3.2010, p. 4.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  ĠU L 189, 21.7.2005, p. 15.

(4)  Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit,

(5)  Għal gwida dwar it-tifsira ta’ kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(6)  Ara n-nota 5 f’qiegħ il-paġna.

(7)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Id-dokument huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Dan huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim kontra d-Dumping).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5909 – Rettig/Nordkalk)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 192/05

1.

Fid-9 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Rettig Group Ltd (“Rettig”, il-Finlandja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Nordkalk Corporation (“Nordkalk”, il-Finlandja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Rettig: tisħin/klimatizzazzjoni ta' ġewwa, trasport bil-baħar,

Nordkalk: il-manifattura ta’ prodotti bbażati fuq il-ġir.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5909 – Rettig/Nordkalk, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

16.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/10


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 192/06

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ALFÖLDI KAMILLAVIRÁGZAT”

Nru tal-KE: HU-PDO-0005-0516-21.12.2005

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Awtorità Responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium – Élelmiszerlánc-elemzési Főosztály (Id-Dipartiment tal-Analiżi tal-Katina tal-Ikel tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali)

Indirizz:

Budapest

Kossuth Lajos tér 11.

1055

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Tel.

+36 13014419

Fax

+36 13014808

Posta elettronika:

eniko.zobor@fvm.gov.hu

2.   Grupp:

Isem:

Alföldi vadontermő kamillavirág gyűjtők és, feldolgozók csoportosulása (Grupp ta' persuni responsabbli mill-qtugħ u l-ipproċessar tal-kamumilla salvaġġa tal-Alföld)

Indirizz:

Budapest

Dózsa György út 144.

1134

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Tel.

+36 12886700 / 12886303

Fax

+36 13501691

Posta elettronika:

herbaria@herbaria.hu

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( X )

3.   Tip ta' prodott:

1.8. Klassi

Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Alföldi kamillavirágzat”

4.2.   Deskrizzjoni:

L-“Alföldi kamillavirágzat” hija fjura niexfa magħżula mill-fjura tal-kamumilla salvaġġa (Matricaria chamomilla L.), maqtugħa bl-idejn mill-ħamrija mielħa tal-Pjanura l-Kbira Ungeriża. Dan il-prodott niexef, il-Chamomillae anthodium – magħruf b'mod komuni bħala Kamumilla Salvaġġa – huwa elenkat bħala mediċina uffiċjali fil-verżjoni aġġornata tal-Pharmacopœia Ungeriża u fil-Pharmacopœia Ewropea, u huwa użat bħala materjal bażiku prezzjuż f'pakketti u f’boroż ta' infużjonijiet preparati mill-fjura tal-kamumilla.

Il-fjura tal-“Alföldi kamillavirágzat” hija b'saħħitha, aromatika, għandha riħa ħelwa, kemm kemm morra, u waqt l-ipproċessar ma titfarrakx, fiha inqas trab u ż-żejt essenzjali tagħha jiġi ppriservat aħjar mill-mediċina tal-pjanti magħmula mill-kamumilla kkultivata.

Fiha kwantitajiet li huma notevolment ikbar – mill-inqas 20 % ħafna drabi iktar – ta' α-bisabolol (komponent b'effetti tal-prevenzjoni u l-kura tal-fjammazzjonijiet u kontra l-ulċeri) fiż-żejt essenzjali tal-“Alföldi kamillavirágzat” minn dawk li jinsabu fil-kamumilla kkultivata.

4.3.   Żona Ġeografika:

Iż-żona fejn tikber, tinqata' u tiġi pproċessata l-“Alföldi kamillavirágzat” salvaġġa tkopri ż-żona amministrattiva tal-agglomerazzjonijiet individwali fil-kontej ta' Szabolcs-Szatmár-Bereg, Borsod-Abaúj-Zemplén, Heves, Jász-Nagykun-Szolnok, Hajdú-Bihar, Békés, Csongrád, Bács-Kiskun u Pest. L-ismijiet tal-agglomerazzjonijiet li jinsabu fil-kontej ġew definiti bi preċiżjoni fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Id-deskrizzjoni ġeografika tal-“Alföldi kamillavirágzat” tista' tiġi applikata għal prodotti preparati mill-materjal miġbur ġewwa l-konfini amministrattivi tal-postijiet elenkati.

4.4.   Prova tal-orġini:

L-oriġini tal-“Alföldi kamillavirágzat” hija stabbilita mit-testijiet tekniċi u organolettiċi, kif ukoll mill-implimentazzjoni ta' sistema ta' traċċar.

Il-proċess kollu tal-produzzjoni tal-“Alföldi kamillavirágzat” għandu jiġi implimentat taħt kundizzjonijiet stretti fil-manifattura u l-ispezzjoni. Billi s-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità testendi sal-ispezzjoni tas-sors dokumentat tal-ġbir, il-vjaġġ tal-prodott minn meta jinġabar sakemm jiġi kkonsenjat il-prodott aħħari jkun jista' jiġi identifikat u vverifikat.

L-Istandards Kummerċjali stabbiliti mill-grupp dwar ir-regoli tal-kwalità għall-pjanti mediċinali salvaġġi u l-materjali bażiċi tagħhom, jistabbilixxu l-istandards tal-kwalità għall-ġbir:

 

Ħafna mill-individwi responsabbli mill-ġbir, jaqtgħu il-fjuri fl-għelieqi tal-kamumilla matul l-istaġun qasir tal-ħsad tal-fjura tal-kamumilla li jdum biss ftit ġimgħat. Fir-reġjun hemm postijiet tax-xiri tal-kamumilla, fejn dawk li jaqtugħha, jgħadduha lix-xerrejja kif tkun għadha tinqata' friska. Ix-xerrejja jittrasportaw il-prodott bħala materja prima ta' kwalità tajba lejn l-impjanti fir-reġjun mingħajr dewmien, f'ħin li jvarja minn 4 sa 8 sigħat. Iċ-ċertifikat tat-trasport li jakkumpanja l-prodott jinkludi ittra tal-konsenja u dikjarazzjoni, li fuqha t-trasportatur jiddikjara l-isem taż-żona minn fejn għabba l-prodotti.

 

Il-prova tax-xiri tinħareġ skont il-kwantità u l-aċċettazzjoni tal-kwalità tal-inqas kwantità ta' materja prima bażika maqtugħa minn dawk l-individwi li huma responsabbli mill-qtugħ, bl-indikazzjoni tal-isem tal-post minn fejn inqata' l-prodott u bil-prova tal-firma ta' min qatagħha. Jekk il-materja bażika tasal fl-impjant tal-ipproċessar f'forma niexfa, għandu dejjem jintalab ċertifikat tal-oriġini u taż-żona tal-qtugħ.

 

Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà matul il-proċess tat-tnixxif, l-ammont maqtugħ, flimkien mal-lokalità minn fejn inqata' u nxtara l-prodott għandhom jiġu dokumentati fir-reġistru. F'kull każ, għandu jiġi mfassal rapport tal-produzzjoni dwar it-tnixxif.

 

Kampjun tal-kwalità medja li jittieħed mil-lottijiet ippakkjati f'kaxxi tal-kartun ta' 10 kg waqt il-kampjunar uffiċjali jkun jirrappreżenta l-kwalità tal-lott sħiħ. Jekk il-prodott jissodisfa r-rekwiżiti tal-Pharmacopœia Ewropea u tal-verżjoni aġġornata tal-Pharmacopœia Ungeriża, u jekk jiġi stabbilit il-kontenut tal-α-bisabolol taż-żejt essenzjali meħtieġ mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-kaxxi tal-kartun jirċievu tikketta “ħadra”, filwaqt li l-prodott jirċievi dokument ta' kwalifikazzjoni li jindika l-kwantità u l-kwalità. In-numru tal-kwalifikazzjoni huwa speċifiku għall-identifikazzjoni tal-“Alföldi kamillavirágzat” u jirreferi esklussivament għall-prodott ittestjat. Jekk il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti, dan ma jistax jinħareġ għal konsum bħala “Alföldi kamillavirágzat”.

 

Għandu jinżamm reġistru għal kull waħda mill-operazzjoni tal-ippakkjar li titwettaq matul il-proċess li l-kamumilla tiġi ppakkjata f'pakketti u f'boroż. In-numru tal-permess tad-distribuzzjoni jkun jidher flimkien mal-ammonti użati u mkejla. In-numru tal-permess u tal-manifattura speċifikati fir-reġistri tal-ippakkjar ikunu jidhru fuq il-pakkett kummerċjali tal-prodott aħħari. Din id-dejta tista' tintuża sabiex tiġi ttraċċata kemm id-data tal-manifattura, kif ukoll in-numru tal-identifikazzjoni, l-ammont u l-oriġini tal-lott użat.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

(a)   Il-qtugħ u t-trasport

Il-fjuri jinqatgħu f'Mejju u f'Ġunju, iżda spiss anke lejn l-aħħar ta' April. Il-kamumilla salvaġġa tinqata' permezz tal-użu ta' moxt tal-kamumilla li jista' jkun tal-injam, tal-ħadid jew tal-landa. Il-fjura tinqata' minn maz-zokk bil-għajnuna tas-snien tal-moxt, u imbagħad tiġi imbattla fl-ixkejjer. Il-fjuri miġbura kisħin fi xkejjer jistgħu jitħallew sa 4 sigħat mingħajr ma ssirilhom l-ebda ħsara. Kwantitajiet ikbar għandhom jinfirxu f'saff ta' bejn 15 u 20 ċm għoli u jistgħu jitqegħdu biss fi xkejjer permezz tal-użu ta' paletta tal-injam eżatt qabel jiġu ttrasportati. Minħabba li l-fjura tal-kamumilla hija pjuttost fraġli, din ma għandhiex tingħafas jew titqalleb bla bżonn.

(b)   Tnixxif

Il-fjuri tal-kamumilla jistgħu jitnixxfu b'mod natruali jew b'mod artifiċjali.

Il-metodu tradizzjonali tat-tnixxif tal-kamumilla kien isir fuq xi raff. Il-fjuri mnaddfa jinfirxu f'saff għoli pulzier fuq ir-raff. Dawn jinxfu fi żmien li jvarja bejn ħames u sitt ijiem fuq ir-raff li jkun arjuż u b'ventilazzjoni faċli.

Meta l-fjuri tal-kamumilla jitnixxfu b'mod artifiċjali, il-fjuri mhux ittratati jinfirxu fuq wiċċ nadif f'saff ta' bejn 15 u 20 ċm għoli, imbagħad jinġabru b'basktijiet jew f'mezzi tat-trasport oħrajn u jitpoġġew fuq konvejer belt. It-tnixxif jista' jsir f'apparat li jnixxef, fuq art fejn jitnixxfu l-uċuħ tar-raba' jew f'dik li hija magħrufa bħala “tunnel drying system” (sistema ta' apparat tat-tnixxif)

(c)   Tneħħija taz-zokk u l-għażla tal-prodott bl-idejn

Is-sistema addattata sabiex tgħarbel, tipproċessa il-fjuri niexfa tal-kamumilla li jkunu tqiegħdu fuq magna li tneħħi z-zkuk, tneħħi il-petali li jkunu waqgħu, il-biċċiet u l-blanzuni, u kwalunkwe impurità oħra li jkun fadal. Ix-xfafar mobbli fil-qiegħ u fit-tarf tal-għarbiel jew tar-rombli ta' fuq ineħħu z-zkuk, imbagħad il-prodott jasal fuq iċ-ċinga ta' fejn jintgħażel, fejn ikun soġġett għal għażla oħra bl-idejn u jiġi ppakkjat u maħżun f'kaxxi tal-kartun ta' 10 kg.

(d)   L-ippakkjar

L-“Alföldi kamillavirágzat” huwa kkumerċjalizzat skont ir-rekwiżiti tas-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur:

f’boroż li jżommu l-aroma tat-te li jkun fihom piż nett ta' 1,2 g,

f’pakketti mimlijin li jżommu l-aroma tat-te li jkun fihom piż nett ta' 2 g,

bħala fjuri fil-boroż f'unitajiet ta' 50 g,

f’kaxxi kbar tal-kartun f'unitajiet ta' 10 kg.

4.6.   Rabta:

Storja

Dr Ferenc Simonffy jirreferi għar-rabta bejn il-parti tan-Nofsinhar tal-pjanura l-Kbira Ungeriża u l-kamumilla salvaġġa fil-ktieb tiegħu Adatok Székkutas jelenéből és múltjából – Történelmi megemlékezés a volt vásárhelyi “Nagypusztáról” (Tagħrif mill-preżent għall-passat tas-Székkutas – Tifkira storika tal-“Puszta l-Kbira” ta' Vásárhely), fejn jikteb li “l-kamumilla tikber l-iktar fiż-żoni mielħa tal-Puszta)”. L-awtur isemmi li għadd kbir ta' klijenti kienu jiġu mill-pajjiżi tat-Tramunatana (L-Iżvezja, id-Danimarka, il-Finlandja u l-Kanada). Skont l-esperti mediċi u kimiċi ta' dawk il-pajjiżi, “dawk il-pjanti ma jistgħux jikbru b'mod artifiċjali għaliex il-kamumilla kkultivata ma fihiex is-sustanzi li jinsabu fil-kamumilla li tikber fis-salvaġġ u f'ħamrija mielħa”.

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, iż-żieda fid-domanda mis-suq Ġermaniż ħolqot l-isfond għas-suċċess tal-kamumilla. IL-Herbária Országos Gyógynövény és Selyemgubóforgalmi Szövetkezeti Vállalat (Il-Koperattiva tal-Kummerċ tal-Erbarju Nazzjonali tal-Pjanti Mediċinali u tad-Dud tal-Ħarir) bdiet il-produzzjoni b'apparat tat-tnixxif sempliċi fil-perjodu bejn l-1936-1937, u bdiet bl-impenn tal-preservazzjoni u t-tnixxif tal-ħaxix. Fit-23 ta’ Frar 1939 ir-rappreżentanti ċentrali tal-koperattiva ddeċidew li jestendu l-attivitajiet tagħhom u jinkludu l-qtugħ u t-tnixxif industrijali tal-kamumilla u l-bini ta' fabbrika meħtieġa għal dan il-għan.

Rabta ġeografika

L-iżvilupp tal-qtugħ, l-ipproċessar u l-bejgħ tal-kamumilla salvaġġa huwa eżempju ta' mudell imprezzabbli tal-użu tal-flora reġjonali. Il-karatterisitiċi uniċi tal-“Alföldi kamillavirágzat” (ara 4.2) huma dovuti għal fatturi ekoloġiċi tal-ħabitat, jiġifieri l-ħamrija, in-numru tas-sigħat ta' esponiment għar-raġġi tax-xemx u l-inżul tax-xita annwali.

Mill-pjanti li jikbru fuq il-Puszta mielħa tal-Pjanura l-Kbira Ungeriża, li hija żona xemxija ħafna u li diffiċilment tista' tintuża għal-skopijiet oħra, jinkisbu prodotti tal-aqwa kwalità. Il-“Matricaria chomomilla”, li hija l-materja bażika tal-“Alföldi kamillavirágzat”, hija kapaċi takkumula 10 mg/g ta' mluħa tas-sodju fiċ-ċelloli tal-għeruq tagħha. Dan jispjega għaliex din kapaċi tuża l-umdità fil-ħamrija mielħa li tinsab fil-Pjanura l-Kbira, li ma tistax tintuża għal pjanti oħrajn.

In-numru ta' sigħat ta' raġġi tax-xemx fil-Pjanura l-Kbira jvarja bejn 2 000 u 2 100 fis-sena filwaqt li l-inżul tax-xita jvarja bejn 500 u 600 mm fis-sena. Il-livell għoli ta' raġġi tax-xemx jirriżulta f'iktar akkumulu fil-livell tal-aġent attiv filwaqt li temp inqas xemxi jnaqqas l-akkumulu tal-aġenti attivi. Barra minn hekk, riċerka barranija kkonfermat li livelli għoljin ta' raġġi tax-xemx u ta' sħana (il-karatteristiċi klimatiċi ewlenin taż-żona tal-Pjanura l-Kbira) jaffettwaw b'mod pożittiv u jinfluwenzaw il-kontenut taż-żejt essenzjali tal-kamumilla. (Saleh, 1973). Ir-riżultati tar-riċerka jagħtu wkoll prova li l-livelli iktar baxxi fl-inżul tax-xita jwasslu għal tnaqqis fl-għoli tal-pjanta u fid-daqs tal-fjura tal-kamumilla (Gosztola et al., 2008). Ħamrija alkalina u mielħa twassal ukoll għal nuqqas fit-tkabbir (Sztefanov et al., 2003; Balak et al., 1999). Għadd ta' proġetti ta' riċerka li saru fl-Ungerija dwar il-kamumilla mkabbra b'mod naturali fis-salvaġġ urew li hemm differenzi drastiċi bejn il-popolazzjonijiet tal-kamumilla tan-naħa l-oħra tax-xmara Danubju u dawk taż-żoni tal-Pjanura l-Kbira, fir-rigward tal-morfoloġija u l-kontenut. Il-kamumilla li tikber fis-salvaġġ minn żoni b'ħamrija newtrali jew kemm kemm aċiduża jikbru iktar b'saħħithom u jkollhom fjuri ikbar iżda ż-żejt essenzjali tagħhom ikun fih inqas kontenut ta' α-bisabolol. Il-kamumilla maqtugħa minn żoni iktar kontinentali u mielħa tal-Pjanura l-Kbira, min-naħa l-oħra, tkun iżgħar, ikollha fjura kompatta, iżda ż-żejt essenzjali tagħha jkun fih kwantità kbira ta' α-bisabolol li huwa l-komponenti ewlieni taż-żejt essenzjali u li huwa prezzjuż għall-kura kontra l-ispażmi u l-fjammazzjonijiet. Fi kwalunkwe każ dan jilħaq livell ta' 20 %, iżda għandu mnejn jillħaq ukoll livelli ta' 45-58 %, skont is-sena (Gosztola et al., 2005; Sztefanov et al., 2003).

Mir-rabta bejn il-prodott u l-ambjent ġeografiku tal-Pjanura l-Kbira Ungeriża – studjata fis-sens ta' klima u ħamrija – wieħed jista' jistabbilixxi li l-materja bażika tal-“Alföldi kamillavirágzat” tikkonsisti f'kamumilla li tikber fi pjanti li jikbrux wisq, bi kwantità għolja ta' α-bisabolol, li tikber biss fil-ħabitats tal-Pjanura l-Kbira fil-kundizzjonijiet ekoloġiċi imsemmijin hawn fuq.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

Csongrád Megyei Élelmiszerlánc-biztonsági és Állategészségügyi Igazgatóság (Direttorat tas-Sikurezza tal-Katina tal-Ikel u tas-Saħħa tal-Annimali tal-Kontea ta' Csongrád)

Indirizz:

Szeged

Vasas Szent Péter u. 9/a.

6700

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Tel.

+36 62422358 / 62551850

Fax

+36 62426183

Posta elettronika:

szigetis@oai.hu; csongrad_megye@oai.hu

Isem:

Hajdú-Bihar Megyei Élelmiszerlánc-biztonsági és Állategészségügyi Igazgatóság (Direttorat tas-Sikurezza tal-Katina tal-Ikel u tas-Saħħa tal-Annimali tal-Kontea ta' Hajdú-Bihar)

Indirizz:

Debrecen

Diószegi út 30.

4030

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Tel

+36 52526240

Fax

+36 52442841

Posta elettronika:

harsanyi@oai.hu

4.8.   Tikkettar:

Minbarra d-dettalji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti, dan li ġej għandu jidher ukoll fuq it-tikketta tal-konsumatur.

isem il-prodott “Alföldi kamillavirágzat”

l-indikazzjoni “jikber fis-salvaġġ”

“filteres tea” (pakketi tat-te) jew “tasakolt tea” (boroż tat-te) taħt l-isem tal-prodott

xbieha grafika tal-fjura tal-kamumilla

“Denominazzjoni Protetta tal-oriġini” jew it-taqsira tagħha (DPO),

il-logo Komunitarju (wara r-reġistrazzjoni)

Jekk il-prodott jiġi ppakkjat barra miż-żona ġeografika indikata hawn fuq, għandha tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-post tal-oriġini. L-isem protett, il-logo u s-simbolu Komunitarju korrispondenti għandhom jitqegħdu fuq il-pakkett tal-“Alföldi kamillavirágzat” anke f'dan il-każ.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


16.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/15


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 192/07

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għat-tressiq ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“MOSTVIERTLER BIRNMOST”

KE Nru: AT-PGI-0005-0325-14.11.2003

DPO ( ) IĠP ( X )

Din it-taqsira tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal għanijiet informattivi.

1.   Id-Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

L-isem:

Österreichisches Patentamt (L-uffiċċju Awstrijak għall-brevetti)

L-indirizz:

Dresdner Straße 87

1200 Wien

ÖSTERREICH

Tel.

+43 153424-0

Feks

+43 153424535

Posta elettronika:

info@patentamt.at

2.   Għaqda:

L-isem:

“Regionalmanagement Mostviertel — Verein zur Förderung des Mostviertelmanagements”

L-indirizz:

c/o Geschäftsführer Karl Becker

Mostviertelplatz 1

3362 Öhling

ÖSTERREICH

Tel.

+43 747553340300

Feks

+43 747553340350

Posta elettronika:

regionalmanagement@regionalverband.at

Kompożizzjoni:

Il-produtturi/il-proċessuri ( X ) oħrajn ( X )

3.   It-tip ta’ prodott:

Il-kategorija 1.8

Prodotti oħra tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar eċċ.)

4.   L-ispeċifikazzjoni:

(Sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   L-isem:

“Mostviertler Birnmost”

4.2.   Deskrizzjoni:

“Mostviertler Birnmost” hu prodott permezz tal-fermentazzjoni fil-bettija tal-meraq miġjub mit-tagħsir tal-lanġas li minnu jsir il-most. Dan hu kollu ffermentat, ċar, mhux imdardar u l-lewn tiegħu jiddependi mit-tip ta’ lanġasa li tintuża – isfar fl-aħmar, isfar deheb, isfar ċar jew isfar fl-aħdar. Bħala inbid ta’ frott ta’ kwalità (skont il-Liġi tal-Inbid) il-kontenut tiegħu ta’ alkoħol irid mill-inqas ikun ta’ 5 % vol, bl-aċidità titattrabbli tiegħu (espressa bħala aċidu tartariku) mill-inqas 5 g/l, u bil-kontenut tal-kubrit tiegħu mhux aktar minn 40 mg/l SO2 liberu u t-total tal-kubrit ta’ 150 mg/l. Ir-residwu taz-zokkor ma għandux ikun aktar minn 5 g/l sakemm il-lanġasa ma tkunx ġiet ibbottiljata sterilizzata kiesħa fi proċess magħluq, jiġifieri mhux pasturizzata, f’liema każ anki valuri għoljin tar-residwu taz-zokkor huma possibbli. Il-kontenut tal-aċidu volatili (aċidu aċetiku) ma għandux ikun aktar minn 0,8 g/l. Il-konformità ma’ dawn il-kriterji trid tiġi kkontrollata permezz tal-analiżi tal-laboratorju.

Barra minn hekk, fit-test għall-għoti tal-“Mostgütesiegel” (siġill ta’ kwalità tal-most tal-lanġas/tas-sidru) tal-Awstrija ta’ Isfel, il-meraq tal-lanġas għandu jġib mill-inqas 17 minn massimu ta’ 20 punt biex jikkwalifika biex jiġi rikonoxxut u jitqiegħed fis-suq bħala “Mostviertler Birnmost” (most “ordinarju” tal-lanġas, u tat-tuffieħ u l-lanġas imħallat, min-naħa l-oħra jeħtieġu biss 14-il punt). F’dan it-test sensorju li jsir għall-għarrieda li jitwettaq minn dewwieqa mħarrġa biex iduqu u maħtura mill-Kamra tal-Agrikoltura tal-Awstrija ta’ Isfel, jiġġudikaw id-dehra (1-3 punti), l-aroma (1-5 punti), it-togħma (1-7) u l-armonija (1-5 punti) tal-prodott. Jekk dan jissodisfa dawn il-kriterji, il-most tal-lanġas jew is-sîdru huwa intitolat għas-siġill ta’ kwalità tal-most tal-lanġas/sîdru tal-“Mostgütesiegel” tal-Awstrija ta’ Isfel.

It-togħma pura ta’ frott tal-most tal-lanġas hi karatteristika tal-“Mostviertler Birnmost”. Żieda tal-meraq ta’ frott jew tat-tuffieħ tas-sîdru kkonċentrat mhijiex permessa. Il-bażi għall-produzzjoni tinkludi l-lanġas li minnu jsir il-most, jiġifieri varjetajiet ta’ lanġas li l-kontenut astrinġenti ta’ phenol tagħhom iwassal biex dawn ma jittiklux – mhux bħal-lanġas ħelu.

4.3.   Iż-żona ġeografika:

L-isem “Mostviertel” (kwartier tal-most tal-frott) mhuwiex titolu uffiċjali jew kartografiku, iżda terminu ġeografiku tradizzjonali għall-parti tax-Xlokk tal-provinċja tal-Awstrija ta’ Isfel, jiġifieri ż-żona 'l fuq mill-Wienerwald li fiha hemm importanza kbira ekonomika u tradizzjonali marbuta ma’ dan il-most. Iż-żona li hija adattata b’mod eċċellenti għas-siġar tal-lanġas li minnhom isir dan il-most, hi ġeneralment meqjusa li testendi mid-Danubju għall-Alpi u minn Enns ’il fuq u tinkludi lill-Wienerwald. Bejn wieħed u ieħor dan jikkorrispondi għad-distretti ta’ Amstetten, Scheibbs u Lilienfeld, iż-żona koperta minn Waidhofen an der Ybbs, u l-partijiet tad-distretti ta’ Melk u St. Pölten-Land li jinsabu fin-Nofsinhar tad-Danubju.

Il-materja prima kollha toriġina, u l-istadji kollha tal-produzzjoni jitwettqu, fiż-żona ġeografika; il-bottiljar biss jista’ jsir barra ż-żona.

4.4.   Il-prova tal-oriġini:

It-tabelli juru l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi u n-numri tal-kunsinna sabiex flixkun tal-most tal-lanġas ikun jista’ jiġi ntraċċat mill-ewwel lura għall-bittija li minnha jkun ittieħed. Il-kunsinna trid tiddaħħal fil-kotba tal-kantina, li jiġu kkontrollati regolarment mill-ispetturi tal-kantina. In-numri tal-kunsinna jistgħu jkunu ddisinjati jew sistematizzati individwalment minn kull produttur. F’każ ta’ spezzjoni jew ilment, madankollu, il-produttur irid ikun kapaċi juri b’mod ċar u mingħajr dubju liema kwantità kienet ibbottiljata minn liema kunsinna. Dan isir billi dawn jiddaħħlu fil-ktieb tal-kantina. F’każ ta’ bbottiljar barra mir-reġjun tal-produzzjoni, għandu jkun hemm l-istess proċedura. Dawk li jibbottiljaw huma identifikati fuq it-tabelli.

Għal-litru most ikunu meħtieġa 2 kg frott. Wara li l-produtturi ġeneralment jużaw biss il-frotta mis-siġar tagħhom stess, ikun faċli li wieħed jirrelata l-volum tal-most tal-lanġasa mal-produzzjoni tas-siġar ta’ razzett permezz ta’ test ta’ plawżibbiltà. Jekk il-lanġas li minnu jsir il-most jinxtara, it-traċċabilità għandha tiġi żgurata permezz ta’ noti tal-kunsinna.

4.5.   Il-metodu ta’ produzzjoni:

Għall-produzzjoni tal-“Mostviertler Birnmost” irid jintuża biss lanġas mid-59 varjetà li tipikament tintuża għall-“Mostviertel”. Il-kultivazzjoni fi pjantazzjonijiet – in-negozju huwa permess.

Il-lanġas li minnu jsir il-most jinħasad frisk, jiġifieri jinġabar bħala frott li jkun waqa’ jew li jinqata’ bl-idejn direttament mis-siġra jew permezz ta’ makkinarji li jiġbru l-frott, jinħasel u mbagħad jitgħaffeġ. Il-maxx jingħasar biex jiġi meraq. Jekk ikun meħtieġ, mill-meraq titneħħa kwalunkwe sustanza likwida, u jitpoġġa fil-btieti tal-injam, tal-plastik jew tal-istainless steel u dan bil-ħsieb li ssir fermentazzjoni pura billi tiżdied ħmira ta’ tnissil pur. Il-perjodu tal-fermentazzjoni jinkludi massimu ta' 3-6 ġimgħat sabiex tiġi evitata l-okkorrenza ta’ difetti detrimentali għat-togħma. Wara l-fermentazzjoni l-most jitneħħa malajr kemm jista’ jkun mis-sediment (ħmira mejta u biċċiet żgħar tal-frott). Fl-aħħar il-“Mostviertler Birnmost” ikun imbagħad trattat permezz tal-għoti tal-kubrit, kjarifikazzjoni bil-ġelatina jew bil-bentonites, biż-żieda tal-aċidu tat-tuffieħ, tal-aċidu tal-ħalib jew ċitriku, u żieda fil-ħlewwa u filtrazzjoni, sabiex ir-riżultat tal-prodott ikun stabbli u jikkonforma mal-Liġi Awstrijaka tal-Inbid.

4.6.   Rabta maż-żona ġeografika:

Ir-rabta bejn il-most tal-lanġasa u r-reġjun ġeografiku hija bbażata fuq il-kwalità speċjali tagħha u r-reputazzjoni tal-prodott.

Dwar il-kwalità

Fir-reġjun fejn isir il-most kemm il-kundizzjonijiet tal-klima u kemm dawk tal-ħamrija huma ideali għat-tkabbir tal-lanġas. Il-klima hi umda biżżejjed u mhijiex sħuna ħafna, u l-ħamrija għandha l-fond u l-fertilità ideali. Ir-reġjun jikklassifika bħala l-akbar żona, li hija awtosuffiċjenti, ta’ siġar tal-frott fl-Ewropa u fiha diversi mijiet ta’ eluf ta’ siġar tal-frott.

Iż-żona tikkorrispondi mal-parti ta’ Isfel tal-Awstrija tal-molasse u tal-flysch (blat aħmar u iswed). Il-ħamrija hija b’mod predominanti tal-ħamri jew tat-tafal/tar-ramel. Din hi kkaratterizzata skont il-fond, u l-klima permezz ta’ preċipitazzjoni għolja (bejn wieħed u ieħor 800-1 500 mm/fis-sena) u umdità għolja.

Bħala riżultat ta’ dawn il-kundizzjonijiet speċjali, il-lanġas li minnu jsir il-most jista’ jagħmel biżżejjed aċidu u tanni, żewġ sustanzi kruċjali għat-togħma u l-istabbiltà tal-most tal-lanġas.

Barra minn dan, il-“Mostviertler Birnmost” hu prodott mill-varjetajiet ta’ lanġas li minnu jsir il-most li tradizzjonalment jikbru fil-“Mostviertel”. Dan il-lanġas li minnu jsir il-most, flimkien mal-għarfien espert tal-produtturi ta’ dan il-most tal-lanġas li hu bbażat fuq ħafna snin ta’ esperjenza jagħtu l-karatteristika tal-“Mostviertler Birnmost”, togħma ta’ frott u aroma kompluta, flimkien ma’ aċidità u astrinġenza tipika. Minħabba li mhuwiex permess li jiżdiedu konċentrati tal-meraq tal-frott jew li jintuża most tat-tuffieħ, il-“Mostviertler Birnmost” hu wkoll differenti fit-togħma meta mqabbel mal-most jew mas-sîdru minn reġjuni oħrajn.

Dwar id-dehra

l-ewwel referenza għall-most tal-lanġas fir-reġjun kienet saret żmien twil ilu minn Minnesänger Neidhart von Reuenthal madwar l-1240. Kif muri f’għadd ta’ dokumenti oħrajn, il-produzzjoni tal-most tal-lanġas fil-“Mostviertel” kompliet iżżid l-importanza tagħha fis-sekli ta’ wara wkoll. Ħafna mis-siġar tal-most tal-lanġas issa għandhom produzzjoni għolja u għandhom madwar 100-150 sena. L-użu tas-siġar antiki tal-lanġas se jippreserva lilhom u lid-dixxendenti tagħhom għall-futur bħala espressjoni ta’ forma ta’ agrikultura li tagħmel tajjeb għall-ambjent, estensiva u bl-għeruq tradizzjonali fl-irziezet żgħar tal-familji. Permezz ta’ dan l-użu ekonomiku biss is-siġra tal-lanġas tista’ tkompli tiġi ppreservata fil-futur bħala karatteristika tal-art agrikola li tkompli “tissimbolizza l-Mostviertel” bħala attrazzjoni turistika b’mod indirett (pereżempju reklamar intensiv tal-perjodu meta s-siġra tibda tagħmel iż-żahar lejn l-aħħar ta’ April – “Il-‘Viertel’ (żona) qed tagħmel iż-żahar”).

Ir-rabta qawwija bejn il-most tal-lanġasa u r-reġjun hi illustrata b’għadd ta’ attivitajiet u attrazzjonijiet li jikkonċentraw fuq il-produzzjoni tal-most tal-lanġas (pereżempju l-magħmudija tal-most, it-taverni tal-most, ir-rotta tal-most) u referenzi għal dan jistgħu jinsabu fuq għadd ta’ websajts (http://www.mostheurige.com, http://www.moststraße.at, http://www.mostbirnhaus.at). Fl-2005 il-“Mostviertel” ġie inkluż bħala wieħed mill-“Genussregionen Österreichs” (Reġjuni fl-Awstrija ta’ speċjalitajiet tal-ikel) bis-saħħa tal-most tal-lanġas, li jiddefinixxi l-prodott tipiku tar-reġjun, u l-fatt li huwa parti integrali fil-gastronomija reġjonali (ara http://www.genuss-region.at). Bis-saħħa tal-interess li jieħdu l-produtturi tal-“Mostviertel” fl-innovazzjoni u l-għarfien tagħhom ta’ kwalità, il-most tal-lanġas hu stabbilit ukoll bħala l-akkumpanjament perfett ma’ ikel fin u jiġi offrut ukoll f’tali tempji ta’ divertiment magħrufa ta’ Vjenna bħal “Meinl am Graben”.

4.7.   Il-korp ta’ spezzjoni:

L-isem:

Der Landeshauptmann von Niederösterreich

L-indirizz:

Landhausplatz 1

3109 St. Pölten

ÖSTERREICH

Tel.

+43 2742900512905

Feks

+43 2742900515260

Posta elettronika:

post.gs3@noel.gv.at

4.8.   It-tikkettjar:

It-titlu “indikazzjoni ġeografika protetta” jew IĠP jiżdied wara l-kliem “http://www.mostbirnhaus.at” u għaldaqstant dejjem ikun jidher fuq it-tabella.

Ladarba tiġi pprovduta prova ta’ kwalità tar-rekwiżit tal-most tal-lanġas (ara l-paragrafu 4.2), it-tabelli jitqassmu lill-produtturi individwali fl-Obstbauverband Mostviertel (Kooperattiva ta’ dawk li jkabbru l-frott fil-Mostviertel) u l-użu tagħhom jiġi amministrat.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


16.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 192/19


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 192/08

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“PERA DE LLEIDA”

Nru tal-KE: ES-PDO-0005-0698-29.05.2008

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Pera de Lleida”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6 –

Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

Id-DPO “Pera di Lleida” jkopri l-frott tal-ispeċi Pyrus communis L. tal-varjetajiet limonera, blanquilla u conference li jagħmlu parti mill-kategoriji tal-kwalità Extra u primera maħsubin għall-konsum frisk.

Il-karatteristiċi fil-mument tal-bgħit ivarjaw skont il-varjetà konċernata:

Daqs minimu (dijametru) kemm fil-każ tal-Extra kif ukoll għall-primera: limonera, blanquilla u conference: 60 mm

Ebusija, fermezza tal-polpa: limonera 11lb-14lb (5,0 kg-6,4 kg); blanquilla 9lb-13lb (4,1 kg-5,9 kg), u conference 10lb-13lb (4,5 kg-5,9 kg)

Ħmura samranija: limonera, assenti; blanquilla, assenti; conference, preżenti

Minimu ta' solidi li jinħallu: Zokkor (gradi brix): limonera, 11,0; blanquilla, 12,0 u conference, 12,5

Kulur tal-qoxra: limonera, aħdar li jagħti fl-isfar (meta jimmatura); blanquilla, aħdar u aħdar li jagħti fil-ġriż (meta jimmatura); u conference, aħdar u aħdar fl-isfar (meta jimmatura)

Kulur tal-polpa: limonera, abjad; mil-lewn l-avorju; blanquilla, abjad; u conference, abjad li jagħti fl-isfar

Meraq tal-polpa: limonera, kwantità medja; blanquilla, kwantità kbira; u conference, kwantità medja.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Mhux applikabbli

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mhux applikabbli

3.5.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-proċess kollu, mill-produzzjoni sat-tikkettar, jitwettaq fiż-żona ġeografika definita, bil-għan li titħares il-kwalità tal-prodott. Il-qoxra tal-lanġas hija sensittiva ħafna għad-daqqiet u l-ħsara li tirriżulta mit-trasport mill-għelieqi sal-imħażen tal-frott, u minħabba f'hekk huwa importanti ħafna li l-proċess kollu jitlesta fl-istess żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Mhux applikabbli

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Fuq l-ippakkjar standardizzat għandu jidher b'obbligu u b'mod ċar l-isem tad-Denominazzjoini Ġeografika Protetta “Pera de Lleida” u l-logotip tad-DPO Komunitarju, minbarra t-tagħrif ġeneralment stabbilit fil-leġislazzjoni fis-seħħ.

Ir-riproduzzjoni bl-abjad u iswed tal-logotip tad-DPO:

Image

Kuluri Pantone tal-logotip tad-DPO: Pantone 3965C u Pantone 392C

4.   Deskrizzjoni Konċiża taż-Żona Ġeografika:

Iż-żona ġeografika definita tinsab fiż-żona saqwija li ġġib l-isem ta' “Llano de Lleida”. Din tinsab fil-provinċja ta' Lleida u hija ffurmata mill-muniċipalità ta' Lleida u mill-muniċipalitajiet li jinsabu fiż-żoni ta' Lleida li ġejjin: Comarca de El Segrià: Aitona, Albatàrrec, Alcarràs, Alcoletge, Alfarràs, Alfés, Alguaire, Almacelles, Almatret, Almenar, Alpicat, Artesa de Lleida, Benavent de Segrià, Corbins, Els Alamús, Gimenells y el Pla de la Font, La Granja d'Escarp, La Portella, Maials, Massalcoreig, Montoliu de Lleida, Puigverd de Lleida, Rosselló, Sarroca de Lleida, Seròs, Soses, Sudanell, Sunyer, Torre-serona, Torrefarrera, Torres de Segre, Vilanova de la Barca u Vilanova de Segrià. Comarca de les Garrigues: Arbeca, Les Borges Blanques, Castelldans, Juneda u Puiggròs. Comarca de La Cabrera: Albesa, Algerri, Balaguer, Bellcaire d'Urgell, Bellmunt d'Urgell, Camarasa, Ivars de Noguera, Menàrguens, Montgai, Os de Balaguer, Penelles, Preixens, La Sentiu de Sió, Térmens, Torrelameu u Vallfogona de Balaguer. Comarca de El Pla d'Urgell: Barbens, Bell-lloc d'Urgell, Bellvís, Castellnou de Seana, Fondarella, Golmés, Ivars d'Urgell, Linyola, Miralcamp, Mollerussa, El Palau d'Anglesola, El Poal, Sidamon, Torregrossa, Vila-sana u Vilanova de Bellpuig.

L-ipproċessar u l-ippakkjar isir fl-istess żona tal-produzzjoni.

5.   Rabta maż-Żona Ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika definita tinsab fiż-żona saqwija li tinsab fil-Lvant tal-wied imsejjaħ “Valle del Ebro” u ġġib l-isem ta' “Llano de Lleida”. Din hija pjanura qrib il-baħar u tinsab f'altitudni medja ta' 155 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.

Mill-aspett tal-orografija, it-territorju jinsab imdawwar b'għadd ta' katini ta' muntanji li jagħtuh karattru territorjali u klimatiku li huwa magħruf sew. Min-naħa tat-Tramuntana, dan it-territorju huwa definit mill-muntanji tas-“Sierra del Montsec” filwaqt li dawk tas-“Sierra Prelitoral Catalana” jiddefinixxuh min-naħa tan-Nofsinhar u tal-Punent.

Miż-żona ta' “Llano de Lleida” jgħaddu x-xmajjar Segre u Noguera Ribaforzana li jiffurmaw xibka ta' kanali tat-tisqija, u din iż-żona fiha għadd ta' għoljiet mhux weqfin ħafna li l-biċċa l-kbira tagħhom ikollhom quċċata ċatta.

Din tikkonsisti f'żona saqwija, fejn il-ħamrija mhijiex fonda wisq, żviluppata fuq materjali b'kontenut ta' karbonat li jagħtuha xi proprjetajiet tipiċi bħalma huma l-valuri alkalini tal-pH, kwantità moderata ta' materja organika, konsistenza medja jew x'aktarx fina u ġeneralment, l-ilma jiskula sew minn din it-tip ta' ħamrija.

Il-klima taż-żona hija tat-tip kontinentali u xotta tal-Meditterran. Hija kkaratterizzata mill-fatt li hija klima tal-kuntrasti, jiġifieri, b'varjazzjonijiet kbar fit-temperatura: xtiewi kisħin u sjuf sħan ħafna. Iċ-ċpar fix-xitwa huwa wieħed mill-karatteristiċi taż-żona. Dan jibda jaqa' f'nofs Novembru u jibqa’ sal-aħħar ta' Jannar, biex b'hekk ikun hemm bejn wieħed u ieħor 53 jum ta' ċpar fis-sena. Dan iċ-ċpar idum ħafna minħabba li l-muntanji li jdawru ż-żona ta' “Llano de Lleida” ma jippermettux li dan jitmexxa mill-irjieħ, li normalment jonfħu fuq il-Wied tal-Ebro. Dan il-fenomenu jwassal għall-produzzjoni ta' lanġas f'żona li tinsab pjuttost lejn in-Nofsinhar tal-Ewropa u qrib il-baħar.

It-temperaturi baxxi tax-xitwa jwasslu għal għadd kbir ta' sigħat ta' kesħa, li huwa dak li trid il-kultivazzjoni tal-lanġas. Fil-fatt, matul ix-xitwa f'Lleida, is-sigħat ta' kesħa jammontaw għal madwar bejn 1 300 u 1 700 siegħa.

It-temperaturi medji tas-sajf ikunu ogħla minn 21 °C u l-medja tat-temperaturi massimi tvarja bejn 28 u 32 °C.

L-għadd kbir ta' sigħat tax-xemx fiż-żona definita huwa fattur li wkoll jagħmel differenza. Fil-fatt ikun hemm bejn 2 600 u 2 800 ta' sigħat ta' esponiment għax-xemx fis-sena.

L-ammont ta' nżul tax-xita fi Llano de Lleida matul ir-rebbiegħa u s-sajf huwa baxx ħafna. Dan jiġri l-iktar minħabba l-maltempati tal-Atlantiku u t-tempesti ta' dan iż-żmien tas-sena jaslu fuq Lleida meta jkunu diġà tilfu ħafna mis-saħħa tagħhom peress li jkunu ħallew il-parti l-kbira tal-ilma f'territorji li jinsabu iktar lejn il-Punent. Ix-xita li tkun ġejja mill-Meditterran tinżel b'inqas frekwenza minħabba li l-muntanji tas-Sierra Litoral Catalana u dawk tas-Sierra Prelitoral Catalana jżommuha milli tersaq lejn iż-żona konċernata. Il-medja annwali ta' nżul tax-xita fiż-żona hija ta' 369 mm.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-karatteristiċi speċifiċi u differenzjali tal-lanġas tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta Pera de Lleida huma s-sensazzjoni ta' ħlewwa, il-forma pjuttost tonda, il-kulur tal-qoxra u t-tip ta' ħmura samranija fil-każ tal-varjetà conference.

Tradizzjonalment, kienu ġew rikonoxxuti xi karatteristiċi sensorjali partikolari għal “Pera de Lleida” li bażikament kienu jikkonsistu f'sensazzjoni qawwija ta' ħlewwa. Il-ħlewwa tal-“Pera de Lleida” mhijiex biss ir-riżultat tal-kontenut għoli ta' solidi li jinħallu iżda hija wkoll ir-riżultat tal-proporzjon ogħla tas-solidi li jinħallu mal-aċidità. Meta mqabbla ma' lanġas prodott f'żoni oħra, il-proporzjon ta' solidi li jinħallu mal-aċidità tal-lanġas ta' Lleida huwa ogħla fil-każ tal-varjetajiet kollha, u għalhekk il-lanġas ikollu togħma iktar ħelwa.

Il-forma tal-varjetajiet tad-DPO Pera de Lleida hija kkaratterizzata mill-fatt li hija iktar tonda meta mqabbla mal-istess varjetajiet prodotti f'żoni oħra fejn jitkabbar il-frott.

Meta mqabbel ma' frott li ġej minn żoni oħra, il-kulur tal-qoxra huwa iktar safrani, jew iktar ċar, skont il-varjetà. Il-varjetajiet limonera u conference għandhom kuluri iktar safranin u l-limonera b'mod partikolari, jkollha kulur li jagħti fir-roża fuq in-naħa fejn tara x-xemx. Fil-każ tal-varjetà blanquilla, il-kulur tal-qoxra ikun iktar bajdani.

Aspett ieħor li jiddistingwi l-varjetà blanquilla hija l-ħmura samranija tagħha, li hija rustika ħafna u ma tantx hija uniformi.

Dawn huma kollha aspetti li jiddistingwu din il-frotta u jagħtuha karattru singolari u uniku. Il-“Pera de Lleida” għandha kwalitajiet organolettiċi li jiddistingwuha b'mod ċar u li huma magħrufin mill-kummerċjanti u apprezzati ħafna mill-konsumatur.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-partikolaritajiet tal-inħawi madwar iż-żona ġeografika definita jaffettwaw il-karatteristiċi tal-lanġas bil-mod li ġej:

Kull karatteristika tirriżulta mill-fatturi ġeografiċi u klimatiċi taż-żona ġeografika definita. Il-kundizzjonijiet tal-ġeografija u tal-klima huma dawk deskritti fil-punt 5.1 ta' dan id-dokument.

Ħlewwa: din il-karatterisitika hija dovuta għal għadd ta' kundizzjonijiet li l-kultivazzjoni hija soġġetta għalihom fiż-żona definita. Jekk wieħed iqabblu ma' żoni oħra ta' produzzjoni, l-ambjent ġeografiku tad-DPO Pera de Lleida huwa ambjent bi stress qawwi ta' ħafna sħana u ta' nuqqas ta' ilma. Dan huwa dovut għat-temperaturi li huma ogħla, l-għadd itwal ta' sigħat ta' esponiment għax-xemx u l-ammont baxx ta' xita li, flimkien mat-tip ta' ħamrija (mhux wisq fonda u fina) jagħtu lill-kultivazzjoni, fost karatteristiċi partikolari oħrajn, il-kapaċità li tassorbi iktar zokkor.

Kulur tal-qoxra: l-orografija taż-żona u tal-viċinanza tal-kosta tal-Mediterran jikkontribwixxu għall għadd kbir ta' sigħat ta' xemx fiż-żona definita, li huwa fattur importanti li jwassal għad-degradazzjoni tal-klorofilla fil-qoxra tal-frott u b'hekk il-lanġas jikseb kulur iktar ċar u iktar safrani li jagħti fl-aħdar fuq il-qoxra meta mqabbel ma' varjetajiet oħra kkultivati f'żoni oħra.

Forma tal-frott: minħabba l-altitudni u l-latitudni, iktar lejn in-Nofsinhar tal-pożizzjoni taż-żona definita, il-frott jippreżenta forma iktar tonda meta mqabbel mal-istess varjetajiet ikkultivati f'reġjuni oħra.

Ħmura samranija (varjetà conference): matul ir-rebbiegħa u s-sajf, ftit tagħmel xita. Dan jaffettwa b'mod dirett kemm il-kwantità ta' ħmura samranija li tiġi prodotta fuq il-lanġas tal-varjetà conference kif ukoll il-kwalità rustika u irregolari tagħha.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

Ir-Riżoluzzjoni AAR/3053/2007 tat-8 ta' Ottubru 2007, li tadotta deċiżjoni favorevoli għall-approvazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini tal-“Pera de Lleida”.

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Generalitat de Catalunya Nru 4987 tal-15 ta' Ottubru 2007.

https://www.gencat.cat/eadop/imagenes/4987/07281132.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.