ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.188.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 188

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
13 ta' Lulju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 188/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5899 – Warburg Pincus/Silver Lake/Interactive Data Corporation) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 188/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2010/C 188/03

Rapport Speċjali Nru 2/2010 L-effettività tal-iskemi ta’ sostenn għall-Istudji fid-Disinn u l-Kostruzzjoni ta’ Infrastrutturi Ġodda taħt is-Sitt Programm ta’ Qafas għar-Riċerka

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

2010/C 188/04

Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali

4

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 188/05

Avviż ta’ tnedija ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri antidumping li japplikaw għall-importazzjoni ta’ bajsikils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

5

2010/C 188/06

Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri antidumping

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 188/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5858 – Carrefour/Marinopoulos/Balkan JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

11

2010/C 188/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5861 – Republic of Austria/Hypo Group Alpe Adria) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

12

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kunsill

2010/C 188/09

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 610/2010)

13

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 188/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

15

2010/C 188/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5899 – Warburg Pincus/Silver Lake/Interactive Data Corporation)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 188/01

Fit-2 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5899. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Lulju 2010

2010/C 188/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2572

JPY

Yen Ġappuniż

111,35

DKK

Krona Daniża

7,4552

GBP

Lira Sterlina

0,83630

SEK

Krona Żvediża

9,4560

CHF

Frank Żvizzeru

1,3349

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0160

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,325

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

278,91

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7087

PLN

Zloty Pollakk

4,0770

RON

Leu Rumen

4,2460

TRY

Lira Turka

1,9582

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4398

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2986

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7748

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7727

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7380

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 512,74

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,5799

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,5126

HRK

Kuna Kroata

7,2158

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 382,66

MYR

Ringgit Malażjan

4,0281

PHP

Peso Filippin

58,178

RUB

Rouble Russu

38,7665

THB

Baht Tajlandiż

40,702

BRL

Real Brażiljan

2,2142

MXN

Peso Messikan

16,0557

INR

Rupi Indjan

58,8505


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/3


Rapport Speċjali Nru 2/2010 “L-effettività tal-iskemi ta’ sostenn għall-Istudji fid-Disinn u l-Kostruzzjoni ta’ Infrastrutturi Ġodda taħt is-Sitt Programm ta’ Qafas għar-Riċerka”

2010/C 188/03

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 2/2010 “L-effettività tal-iskemi ta’ sostenn għall-Istudji fid-Disinn u l-Kostruzzjoni ta’ Infrastrutturi Ġodda taħt is-Sitt Programm ta’ Qafas għar-Riċerka” għadu kif ġie ppubblikat.

Dan ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità tal-Komunikazzjoni u Rapporti

12, rue Alcide De Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

E-mail: euraud@eca.europa.eu

jew billi timla l-formola ta’ ordni elettronika fl-EU-Bookshop.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/4


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

2010/C 188/04

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjonijiet ġenerali:

EPSO/AD/183/10 – Tradutturi tal-lingwa daniża (DA)

EPSO/AD/184/10 – Tradutturi tal-lingwa ġermaniża (DE)

EPSO/AD/185/10 – Tradutturi tal-lingwa ingliża (EN)

EPSO/AD/186/10 – Tradutturi tal-lingwa franċiża (FR)

EPSO/AD/187/10 – Tradutturi tal-lingwa slovena (SL)

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat biss bid-Daniż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bis-Sloven f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 188 A tat-13 ta' Lulju 2010.

Għal aktar informazzjoni kkonsulta s-sit tal-EPSO: http://eu-careers.eu


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/5


Avviż ta’ tnedija ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri antidumping li japplikaw għall-importazzjoni ta’ bajsikils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

2010/C 188/05

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ dwar l-importazzjoni ta' bajsikils li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għar-reviżjoni

It-talba ġiet imressqa fit-13 ta’ April 2010 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Bajsikils (l-“EBMA”) (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw il-proporzjon prinċipali, f’dan il-każ aktar minn 25 % tat-total tal-produzzjoni ta' bajsikils fl-Unjoni.

2.   Il-prodott

Il-prodott li qed jiġi rivedut, huwa l-bajsikils u roti oħrajn mingħajr mutur (inklużi t-triċikletti li jintużaw għat-twassil tal-kunsinni, iżda esklużi l-uniċikletti), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), bħalissa klassifikabbli fil-kodiċi NM taħt ex 8712 00 10, ex 8712 00 30 u ex 8712 00 80.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 (3), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 (4).

4.   Raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba hija msejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-issoktar ta’ dumping u r-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-applikanti ffissaw il-valur normali għall-produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ f'pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa, kif imsemmi fil-punt 5.1(d) ta' dan l-avviż. L-allegazzjoni ta' ssoktar ta' dumping hija bbażata fuq tqabbil ta' valur normali, kif stabbilit fis-sentenza ta' qabel, mal-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jkun mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea.

Fuq din il-bażi, il-marġini tad-dumping ikkalkulat huwa sinifikanti.

L-applikant jallega wkoll il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping dannuż. F'dan ir-rigward l-applikant qed jippreżenta evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta' importazzjoni tal-prodott ikkonċernat x'aktarx li jiżdied minħabba l-potenzjal tal-faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat.

L-applikanti jallegaw li t-tneħħija tal-ħsara seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li kull rikorrenza ta' importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Il-proċedura

Wara li stabbilixxiet, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex tkun iġġustifikata t-tnedija ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

5.1.    Proċedura biex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta’ dumping u ħsara

L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk hux probabbli jew le li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-issoktar ta' dumping u r-rikorrenza ta' ħsara.

(a)   It-teħid ta' kampjuni

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ partijiet involuti f’dan il-proċediment, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tieħu kampjun, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(i)   Teħid ta' kampjuni għall-esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi huwiex meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi/produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw rwieħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'unitajiet tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010 għal kull wieħed mis-27 Stat Membru (5) separatament u f'totali,

il-qligħ f'valuta lokali u l-volum ta' bejgħ f'unitajiet tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq lokali matul il-perjodu (1 ta' April 2009 sat-31 ta' Marzu 2010),

il-fatturat fil-valuta lokali u l-volum f’unitajiet tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lil pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu (1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010),

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (6) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq lokali) tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar it-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u lil kull għaqda magħrufa ta' esportaturi/produtturi.

(ii)   It-teħid ta' kampjuni għall-importaturi

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni hux meħtieġ u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba jippreżentaw rwieħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif elenkat hawn taħt dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati li jidhru fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-fatturat totali għall-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010,

il-volum f'unitajiet u l-valur f'euro tal-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid magħmula fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' April 2009 sal-31 ta' Marzu 2010 tal-prodott importat ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (7) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat,

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb għal kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar it-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun tal-importaturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

(iii)   It-teħid tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni

Fid-dawl tal-għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni li qed jappoġġjaw it-talba, il-Kummissjoni biħsiebha tinvestiga d-dannu lill-industrija tal-Unjoni billi tapplika t-teħid ta' kampjuni.

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi kollha tal-Unjoni, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw rwieħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif elenkat hawn taħt dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:

l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt,

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat,

il-valur f'EUR tal-bejgħ tal-prodott simili li sar fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010,

il-volum f'unitajiet ta' bejgħ tal-prodott simili li sar fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010,

il-volum f'unitajiet tal-produzzjoni tal-prodott simili matul il-perjodu mill-1 ta' April 2009 sal-31 ta' Marzu 2010,

il-volum f'unitajiet importat fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat manifatturat fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2009 u l-31 ta' Marzu 2010, jekk ikun il-każ,

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (8) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott simili (manifatturat fl-Unjoni) u l-prodott ikkonċernat (manifatturat fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina),

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Jekk xi parti minn dan it-tagħrif ikun diġà tressaq lis-Servizzi tal-Kummissjoni għad-Difiża tal-Kummerċ, il-kumpaniji ma għandhomx għalfejn jerġgħu jissottomettuha. Meta tidentifika lilha nnifisha u tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta żjara fuq il-post tagħha sabiex jiġu vverifikati r-risposti tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, jitqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-produtturi tal-Unjoni li ma jikkooperawx huma msejsa fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi tal-Unjoni.

(iv)   L-għażla finali tal-kampjuni

Kull parti interessata li tixtieq tressaq xi tagħrif rilevanti dwar l-għażla tal-kampjuni għandha tagħmel dan fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(ii).

Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati li wrew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-investigazzjoni.

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tibbaża s-sejbiet tagħha, skont l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.

(b)   Il-kwestjonarji

Biex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni magħżula għall-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fl-Unjoni, lill-esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina magħżula għall-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ esportaturi/produtturi, lill-importaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat.

(c)   Il-ġbir tat-tagħrif u s-seduti ta’ smigħ

Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif ieħor minbarra t-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju u jipprovdu l-provi ta’ sostenn. Dan it-tagħrif u l-provi ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, kemm-il darba dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).

(d)   L-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Fl-investigazzjoni ta’ qabel il-Messiku ntuża bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq xieraq għall-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tipprevedi li terġa tuża lill-Messiku għal dan il-għan. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna li jikkummentaw dwar kemm hu xieraq dan il-pajjiż, fil-limitu taż-żmien speċifiku stipulat fil-punt 6(c).

5.2.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-probabbiltà li jissokta d-dumping u li jkun hemm rikorrenza ta' ħsara tkun ikkonfermata, għandu jkun stabbilit jekk ikunx kontra l-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri antidumping. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tista’ tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-importaturi, lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, lill-utenti rappreżentattivi u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur. Dawn il-Partijiet, inklużi dawk li ma tafx bihom il-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li jagħtu prova li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu jippreżentaw irwieħhom u jipprovdu t-tagħrif lill-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii). Il-partijiet li jkunu aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta ta' smigħ, billi jippreżentaw ir-raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta' min jinnota li kull tagħrif imressaq skont l-Artikolu 21 se jitqies biss jekk ikkun sostnut minn evidenza fattwali fil-ħin li jitressaq.

6.   Il-limiti ta' żmien

(a)   Limiti ġenerali ta’ żmien

(i)   Biex il-partijiet jitolbu kwestjonarju

Kull parti interessata li ma kkooperatx fl-investigazzjoni li twassal għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni preżenti għandha titlob kwestjonarju jew formoli ta’ klejms oħrajn mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(ii)   Biex il-partijiet jippreżentaw irwieħhom, u jressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor

Biex jitqiesu l-appelli tagħhom matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati kollha jridu jippreżentaw irwieħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Ta' min jinnota li l-eżerċizzju ta' bosta drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi minn kemm il-parti tippreżenta ruħha fil-limiti tal-perjodu msemmi hawn fuq.

Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii).

(iii)   Is-smigħ

Il-partijiet kollha interessati jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.

(b)   Il-limitu ta’ żmien speċifiku fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni

(i)

It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li l-Kummissjoni biħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li wrew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(ii)

Kull tagħrif ieħor rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(iii)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(c)   Il-limitu ta’ żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu juru x-xewqa li jikkummentaw dwar jekk il-Messiku huwiex adattat li, kif imsemmi fil-punt 5.1.(d), jitqies bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.   Is-sottomissjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, u n-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inklużi t-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali, għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (9) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N-105 04/92

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22956505

8.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fiż-żmien preskritt, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, id-deċiżjonijiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dan it-tagħrif jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

9.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tingħalaq, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   Possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi din ir-reviżjoni ta' skadenza qed titnieda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet li jirriżultaw minnha mhumiex se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda se jwasslu biex dawk il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti fil-proċediment tqis li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-miżuri biex tippermetti l-possibbiltà li jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu reviżjoni ta' din ix-xorta, li ssir indipendentement mir-reviżjoni ta' skadenza msemmija f’dan l-avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz li jidher hawn fuq.

11.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Ta' min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (10).

12.   L-uffiċjal għas-Seduti ta' Smigħ

Qed tinġibed l-attenzjoni wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’din il-proċedura, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajls, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal għas-Smigħ tal-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU C 70, 19.3.2010, p. 28.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39.

(4)  ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.

(5)  Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.

(6)  Għall-gwida dwar it-tifsira ta’ kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(7)  Ara nota tal-qiegħ 6.

(8)  Ara nota tal-qiegħ 6.

(9)  Dan ifisser li d-dokument ikun għall-użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).

(10)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/10


Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri antidumping

2010/C 188/06

B'referenza għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1), li warajha ma waslet l-ebda talba għal reviżjoni, il-Kummissjoni tavża li l-miżuri tal-antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (2) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Prodott

Pajjiż(i) ta' oriġini jew ta' esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Bajsikils

Il-Vjetnam

Dazju antidumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 (ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1)

15.7.2010


(1)  ĠU C 70, 19.3.2010, p. 28.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5858 – Carrefour/Marinopoulos/Balkan JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 188/07

1.

Fil-5 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Carrefour S.A. (“Carrefour”, Franza) u Marinopoulos Holding S.à r.l. (“Marinopoulos”, il-Lussemburgu), li huma proprjetà tal-grupp Marinopoulos, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża CM Balkans B.V. (“Balkan JV”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta' kuntratt u x-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta, rispettivament.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Carrefour: il-bejgħ bl-ingrossa ta' ikel u prodotti mhux tal-ikel fi ħwienet tal-merċa operati minnha nnifisha jew minn konċessjonarji (hypermarkets, supermarkets, discount u convenience stores) fl-Ewropa, l-Amerika Latina u l-Asja,

Għall-grupp Marinopoulos: bejgħ bl-ingrossa ta' ikel u prodotti mhux tal-ikel, il-manifattura ta' prodotti tal-kosmetika u dawk farmaċewtiċi, bejgħ bl-ingrossa ta' prodotti tal-ħwejjeġ, kosmetiċi u ottiċi u kafe ta' speċjalità f'għadd ta' pajjiżi fl-Ewropa, inkluża l-Greċja u Ċipru,

għal Balkan JV: l-operat ta' erba' supermarkets fil-Bulgarija u l-iżvilupp ta' hypermarkets u supermarkets taħt il-marka ta' Carrefour fil-Balkani, prinċipalment fil-Bulgarija, is-Slovenja, l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5858 – Carrefour/Marinopoulos/Balkan JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5861 – Republic of Austria/Hypo Group Alpe Adria)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 188/08

1.

Fil-5 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Taħt l-Artikolu 1 tal-Att Awstrijak dwar il-miżuri biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-suq finanzjarju, il-Ministeru Federali Awstrijak għall-Finanzi jakkwista għar-Repubblika tal-Awstrija, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Hypo Alpe Adria Bank International AG (“HGAA”, l-Awstrija) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Ministeru Federali għall-Finanzi: L-istabbilizzazzjoni tas-sistema finanzjarja fl-Awstrija,

HGAA: Servizzi bankarji universali bl-imnut u korporattivi, servizzi ta' twellija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5861 – Republic of Austria/Hypo Group Alpe Adria, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kunsill

13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/13


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 610/2010)

2010/C 188/09

L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 610/2010 (1).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista.

Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif elenkat fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament. Lista aġġornata ta' awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-internet f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/comm/external_relations/cfsp/sanctions/measures.htm

Il-persuni, gruppi jew entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom). Kwalunkwe talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Attn: ħatriet CP 931)

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni biex jiġu inklużi u miżmuma fuq il-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Biex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 178, 13.7.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.


Il-Kummissjoni Ewropea

13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/15


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 188/10

Din il-publikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ORAVSKÝ KORBÁČIK”

Nru tal-KE: SK-PGI-0005-0774-04.05.2009

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Oravský korbáčik”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Ir-Repubblika Slovakka

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3

Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

“Oravský korbáčik” huwa ġobon imfawwar, affumikat jew le, f’forma ta' frosta żgħira (bis-Slovakk korbáčik) li hi twila bejn 10 u 50 ċentimetru. Hija magħmula bl-użu ta' metodu tradizzjonali. Meta jiffermenta, il-ġobon f'balla u parzjalment misjur jistamat fil-misħun u mbagħad jiġi mġebbed fi strixxi qishom spag, tradizzjonalment magħrufin bħala vojky, bi ħxuna ta' bejn żewġ (2) u għaxar (10) millimetri. Wara l-istrixxi jiġu mmaljati f'forma ta' frosta żgħira.

Il-proprjetajiet organolettiċi li huma karatteristiċi ta' dan il-ġobon jitqassmu permezz tan-nisġa li tixbaħ l-ispag tal-istrixxi meġbudin mill-ġobon imfawwar u permezz tal-għamla speċjali tal-frosta ffurmata bl-immaljar tal-istrixxi individwali.

Id-differenza bejn “Oravský korbáčik” affumikat u dak li mhuwiex tinsab l-aktar fil-kulur u fir-riħa tagħhom. L-“Oravský korbáčik” affumikat għandu kulur li jvarja minn safrani għal isfar lewn id-deheb u għandu dik ir-riħa karatteristika tal-affumikazzjoni u kontenut ftit aktar għoli ta' melħ (1 %). L-“Oravský korbáčik” li mhux affumikat għandu kulur li jvarja bejn l-abjad u dak l-abjad kulur il-krema, mingħajr ir-riħa tal-affumikazzjoni. In-nisġa u l-konsistenza taż-żewġ varjetajiet hija identika.

L-“Oravský korbáčik” jinbiegħ imgeżwer f'karta rqiqa għall-użu alimentari f'pakketti multipli li jvarjaw skont kemm hemm korbáčiky fih u skont il-piż tal-imballaġġ.

Proprjetajiet

Kulur: jvarja minn abjad sa safrani jew, fil-każ ta' varjetajiet affumikati, isfar lewn id-deheb;

Konsistenza: l-istrixxi individwali huma magħmulin minn fibri separati b'konsistenza elastika li hija soda iżda mhux iebsa, li tonqos fl-elastiċità malli l-ġobon jimmatura; il-prodott għandu kapaċità għolja li jiġġebbed minħabba n-nisġa li tixbaħ l-ispag b'fibri li jistgħu jiġu faċilment separati;

Riħa u togħma: ta' ħalib, pjaċevoli ta' ġobon, mielħa, ftit aċiduża u tipikament affumikata fil-każ ta' varjetajiet affumikati.

Kompożizzjoni: Materja niexfa: mhux inqas minn 40 % tal-piż;

Kontenut ta' xaħam fil-materja niexfa: mhux inqas minn 25 % tal-piż;

Melħ li jittiekel: mhux iżjed minn 4,5 % tal-piż għal varjetajiet li mhumiex affumikati u mhux iżjed minn 5,5 % tal-piż għal varjetajiet affumikati;

Proprjetajiet mikrobijoloġiċi

L-“Oravský korbáčik” huwa ġobon imfawwar li jsir minn ġobon f'balla li fih prinċipalment mikroflora tal-aċidu lattiku termoreżistenti tat-tip: Lactococcus, Streptococcus u Lactobacillus.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

L-“Oravský korbáčik” huwa magħmul bl-użu ta' ġobon f'balla, prodott mill-ħalib tal-baqra nej jew ħalib tal-baqra pasturizzat biż-żieda ta' kultivazzjoni tal-aċidu lattiku. It-tip ta' ħalib użat – nej jew pasturizzat – ma huwa bl-ebda mod relatat mal-proprjetajiet tal-prodott finali. Il-kwalità tal-ħalib hija vverifikata b'mod regolari u dokumentata fil-post tal-produtturi tal-ġobon f'balla, filwaqt li jiġu mmonitorjati l-parametri li ġejjin: sustanzi inibitorji, temperatura, aċidità, xaħam, piż speċifiku u materja niexfa bla xaħam.

In-numru totali ta' mikroorganiżmi u n-numru ta' ċelloli somatiċi huma stabbiliti minn laboratorji akkreditati.

Il-ġobon f'balla għandu mill-inqas 48 % materja niexfa tal-piż, b'mill-anqas 35 % tal-piż f'materja niexfa u b'pH li jvarja minn 4,9 sa 5,2.

Il-parti esterna tal-ġobon f'balla hija kumpatta u lixxa b'qoxra tajba u kulur abjad li jagħti għal kulur il-krema.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Ma hemm l-ebda rekwiżiti partikulari ta' kwalità jew restrizzjonijiet fir-rigward tal-oriġini.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-kwalità tal-prodott ma tiddependix fuq l-oriġini tal-ġobon f'balla.

L-ewwel stadju

:

Tisjir bil-fwar: il-ġobon iffermentat b'mod naturali huwa l-ewwel imqatta' f'biċċiet żgħar, li jinħakku u jinstamtu fil-misħun (b’temperatura tal-ilma bejn 70 u 95 °C); il-ġobon jitħawwad bl-użu ta' paletta tal-injam jew b'apparat mekkaniku li jħawwad sakemm tifforma massa kompatta u elastika, magħrufa bħala parenina.

It-tieni stadju

:

Għaġna: Il-parenina tiġi magħġuna, imġebbda u mitwija bl-idejn biex tifforma massa ta' ġobon flessibli u lixxa li tista' tingħata forma mill-ewwel.

It-tielet stadju

:

Iffurmar: il-massa ta' ġobon tinġibed fi strixxi bl-idejn jew bl-użu ta' żewġ lembubi bil-qatgħat u li jiġu mdawra waħda kontra l-oħra. L-istrixxi jaqgħu immedjatament fl-ilma kiesaħ potabbli.

Ir-raba’ stadju

:

Tberrid: l-istrixxi tal-ġobon jitħallew jibirdu fl-ilma kiesaħ potabbli minn żewġ (2) sa għaxar(10) minuti, biex iżommu l-għamla tagħhom.

Il-ħames stadju

:

Tidwir: l-istrixxi bierda jiddawru fuq rukkell. Wara li jiġu mdawra, jinqatgħu minn tarf minnhom u jintrabtu min-nofs permezz ta' strixxa tal-ġobon.

Is-sitt stadju

:

Tmelliħ: l-istrixxi mqattgħin u marbutin jiġu mmelħin billi jitbillu f'soluzzjoni saturata tal-melħ, sabiex il-kontenut aħħari tal-melħ ma jkunx aktar minn 4,5 % tal-piż għal varjetajiet mhux affumikati jew 5,5 % tal-piż għal varjetajiet affumikati (il-ħin tat-tmelliħ jiddependi fuq il-ħxuna tal-istrixxi tal-ġobon u l-aċidità tal-ġobon użat).

Is-seba’ stadju

:

Tnixxif parzjali: sabiex jitneħħilhom l-ilma mielaħ li jkun żejjed, l-istrixxi tal-ġobon jiddendlu fuq pal tal-injam jew wieħed bla sadid biex jinxef l-ilma.

It-tmien stadju

:

Immaljar: mill-anqas żewġ strixxi, mitwija min-nofs, jiġu mmaljati sa żewġ terzi mit-tul tagħhom bl-idejn biex jiġu forma ta' frosta żgħira. F'dan il-punt jitwaħħlu flimkien permezz ta' waħda mill-istrixxi, biex il-malju ma jinħallx.

Id-disa’ stadju

:

(għall-varjetajiet affumikati)

Affumikazzjoni: il-ġobon jiġi affumikat permezz ta' duħħan kiesaħ dirett b'temperatura ta' bejn wieħed u ieħor 30 °C f'kamra apposta għall-affumikazzjoni li tradizzjonalment tkun tal-injam jew tal-metall jew f'kamra b'ċirkolazzjoni tal-arja furzata għall-affumikazzjoni b'duħħan li jiġi prodott minn injam iebes sakemm dan jieħu kulur isfar dehbi.

L-għaxar stadju

:

Imballaġġ: l-imballaġġ tal-ġobon isir f'karta għall-użu alimentari, li fuqha mbagħad titwaħħal tikketta bl-isem “Oravský korbáčik”.

3.6.   Regoli għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-imballaġġ, eċċ.:

L-“Oravský korbáčik” jinbiegħ f'pakketti li fihom kwantitajiet differenti. Pakkett bażiku fih minn ħames (5) sa għaxar (10) korbáčiky, iżda hemm disponibbli wkoll pakketti akbar li jkun fihom 50 korbáčiky, li tradizzjonalment jissemmew bħala zväzok (qabda).

L-imballaġġ tal-“Oravský korbáčik” irid isir fiż-żona ġeografika definita sabiex iżomm il-forma speċjali tiegħu, biex wieħed jevita li jinħall u biex tkun imħarsa l-kwalità tal-prodott.

Ma hemm l-ebda restrizzjoni ġeografika għall-imballaġġ mill-ġdid.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-produtturi li jagħmlu l-“Oravský korbáčik” skont din l-ispeċifikazzjoni għandhom il-permess jużaw l-isem “Oravský korbáčik” għal skopijiet ta' tikkettar, pubbliċità u kummerċjalizzazzjoni.

Fuq it-tikketti mwaħħla fuq il-prodott għandhom jidhru id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

l-isem “Oravský korbáčik”, imqiegħed f'pożizzjoni prominenti,

jekk il-ġobon huwiex affumikat jew le,

il-kliem ‘indikazzjoni ġeografika protetta’ u s-simbolu tal-KE assoċjat ma' dan.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

L-“Oravský korbáčik” huwa prodott fil-baċin tax-xmara Orava (fir-reġjun Orava) fir-Repubblika Slovakka. Iż-żona ġeografika hija magħluqa bil-fruntiera mal-Polonja lejn it-Tramuntana u l-Lvant, bil-fruntiera tal-Punent tad-distretti ta' Námestovo u Dolný Kubín u bil-fruntiera tan-Nofsinhar tad-distretti ta' Dolný Kubín u Tvrdošín.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Orava huwa reġjun tipiku fil-muntanji b'kundizzjonijiet tajbin għat-trobbija u għall-mergħa tan-nagħaġ u l-baqar kif ukoll għall-ipproċessar tal-ħalib biex dan isir ġobon. In-nies tar-reġjun għadhom jagħmlu użu minn dawn il-karatteristiċi speċjali tal-ambjent muntanjuż, hekk kif dejjem għamlu minn mindu n-nies bdew joqgħodu f'din iż-żona. L-immaljar bl-idejn ta' ġobon imsajjar fuq il-fwar fil-forma ta' frosti żgħar hija kapaċità speċifika tan-nisa tar-reġjun ta' Orava li ma tistax issir b'magna.

Tradizzjonalment, jingħad li l-produzzjoni domestika tal-korbáčiky f'Orava ilha għaddejja mit-tieni nofs tas-seklu 19, bil-produzzjoni tat-tipi differenti ta' ġobon imfawwar, inkluż il-korbáčiky, li mbagħad kien jinbiegħ, u b'hekk kien l-uniku sors ta' dħul finanzjarju għall-bdiewa lokali tan-nagħaġ u l-baqar ta' dak iż-żmien.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Dak li jagħmel l-“Oravský korbáčik” speċjali huwa l-forma tiegħu, li mhix forma li normalment ikollu l-ġobon jew prodott tal-ġobon. Din issir permezz ta' metodu tradizzjonali, kważi esklussivament manwali, li jinvolvi l-fawra tal-ġobon f'balla fil-misħun u t-tiġbid tal-istrixxi li imbagħad jiġu mmaljati f'forma ta' frosta żgħira. L-għaġna u t-tiġbid involut fl-ipproċessar manwali tal-ġobon mgħolli jagħtu lill-korbáčiky dik in-nisġa unika bħal spag tiegħu, li tagħmel il-prodott daqshekk uniku u speċjali.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-“Oravský korbáčik” bħala indikazzjoni ġeografika protetta hija bbażata fuq il-forma speċjali tal-prodott, ir-reputazzjoni tiegħu u t-tradizzjoni.

Ir-reġjun Orava qiegħed fil-muntanji li jinsabu fil-Majjistral tas-Slovakkja, bi klima kiesħa u inospitabbli. Il-maġġoranza tal-abitanti kienu jgħixu mill-biedja u t-trobbija tal-annimali, tal-baqar, tal-mogħoż u tan-nagħaġ, u kienu jipproċessaw materja prima li kienu jipprovdu l-annimali, l-aktar il-ħalib, fi prodotti tal-ġobon ta' kwalità għolja f'forom differenti. “Iż-żona fejn jirgħu il-baqar Pinzgau u s-sistema l-aktar użata ta' mergħa fis-Sajf b'mod inevitabbli wasslu biex din ir-razza tkun l-aktar adattata għall-produzzjoni ta' ħalib organiku tax-xorb u prodotti tal-ħalib ta' kwalità. … Dawn l-azjendi agrikoli, minbarra li jgħinu b'mod sinifikattiv għall-iffurmar tal-pajsaġġ (ħsad taż-żoni li huma inaċċessibli għall-magni, il-mergħa ta' art mhux użata, it-tnixxif tal-ħuxlief fuq strutturi apposta għall-inxif), jipproduċu speċjalitajiet reġjonali mill-ħalib tal-baqra, bħall-magħruf ‘Oravský korbáčik’ …” (Slovenský pinzgauský dobytok – producent mlieka horských pasienkov).

Bil-ħila u d-dehen tagħhom, in-nies tar-reġjun irnexxielhom jissaportu l-kundizzjonijiet ħarxa u b'hekk kisbu reputazzjoni tajba lil hinn mill-fruntieri ta' dan il-post.

Dokumenti storiċi jgħidu li ġobon tradizzjonali mfawwar prodott fir-reġjun ta' Orava; kien magħmul f''forma ta' frosta żgħira, bħal dawk magħmula mill-qasab li kienu tradizzjonalment jintisġu fl-Għid ġewwa s-Slovakkja, u l-verzjonijiet żgħar tal-ġobon ħadu l-isem korbáčik. Minbarra produttur tal-korbáčiky din iż-żona saret ukoll ċentru għall-bejgħ u x-xiri ta' ġobnijiet imfawra , hekk kif in-negozjanti bdew jingħataw l-isem skont it-tip ta' ġobon li kienu jinnegozzjaw fih (negozjant korbáčik, negozjant oštiepok, negozjant srdce eċċ.). “Fis-Slovakkja ta' Fuq, il-villaġġ ta' Zázrivá fir-reġjun ta' Orava għadu ċentru sinifikanti ta' negozju bħal dan. Negozjanti minn dak ir-reġjun kienu jinnegozjaw l-aktar fil-ġobon affumikat u mfawwar; ħadu isimhom skont it-tip ta' prodotti mibjugħa – negozjanti korbáčik, …”(Podolák, J. “Tradičné využitie produkcie ovčieho mlieka na Slovensku”, Etnologia Slavica, UK Bratislava, 1986).

Id-dokumenti storiċi jsemmu diversi professjonijiet bħal dawn. Sal-lum il-ġurnata, in-negozjanti korbáčiky ta' Orava, għadhom joffru l-prodotti tagħhom għall-bejgħ f'diversi swieq u f'okkażjonijiet speċjali, bħal tiġijiet, festini tal-magħmudija, il-Mieled, il-Karnival u l-Għid. Il-produzzjoni tal-Korbáčik dejjem żdiedet tul il-perjodi ta' vaganzi, xhieda ta' kemm il-prodott huwa popolari mal-klijenti. Dan jidher ċar mir-rekords ta' dawk li jimmanifatturaw.

Orava għadha żżomm il-karattru agrikolu tagħha. Ir-regoli li jiggvernaw il-produzzjoni tal-“Oravský korbáčik” ġew stabbiliti sa minn żmien bikri, f'nofs is-seklu li għadda. Ir-reputazzjoni u t-tradizzjoni tal-“Oravský korbáčik” huma ppruvati mhux biss bil-fatt li huma koperti bi trademark irreġistrat mal-uffiċju tal-proprjetà industrijali tar-Repubblika Slovakka, valida sat-22 ta' Frar 2006 (10 snin), iżda wkoll bl-artikoli miktuba dwarhom fil-gazzetti.

L-“Oravský korbáčik” hija tjubija kulinarja tradizzjonali magħrufa mhux biss mas-Slovakki, iżda wkoll mal-barranin li jżuru s-Slovakkja li jieħdu l-ispeċjalità f'pakketti lura d-dar magħhom bħala rigal. “Ħadt prodott tajjeb ħafna lokali tal-ġobon magħruf bħala Oravský korbáčik li kien fuq stand …” (“Great Escapes: Hiking in the High Tatras”. The Slovak Spectator, Vol. 10, No 28, 2004); “Nenúkajte Angličanov Oravskými korbáčikmi” (http://www.sme.sk); Slovakia-in, No 8-9, 2002, fl-artiklu “Slovensko a Slováci nemeckými očami” hemm miktub li “L-awtriċi, mara Ċeka li toqgħod il-Ġermanja, hija familjari mal-ġobnijiet imfawra eċċellenti msejħa Oravské korbáčiky, …”.

Referenza għall-pubblikazzjoni ta' din l-ispeċifikazzjoni:

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.upv.sk/pdf/specifkorbac_ek2.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


13.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/20


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 188/11

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ZÁZRIVSKÝ KORBÁČIK”

Nru tal-KE: SK-PGI-0005-0656-30.10.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Zázrivský korbáčik”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Ir-Repubblika Slovakka

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġetti tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3.

Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt (1):

Iz-“Zázrivský korbáčik” huwa prodott tal-ġobon imfawwar, affumikat jew le, f'forma ta' frosta żgħira (bis-Slovakk korbáčik) b'tul ta' bejn 10 u 50 ċentimetru. Hija magħmula bl-użu ta' metodu tradizzjonali, hekk kif meta jiffermenta, il-ġobon f'balla parzjalment misjur, jistamat fil-misħun u imbagħad jiġi imġebbed fi strixxi qishom spag, tradizzjonalment magħrufin bħala vojky, bi ħxuna ta' bejn 2 u 10 millimetri. Wara, l-istrixxi jiġu mmaljati f'forma ta' frosta żgħira.

Il-proprjetajiet ogranolettiċi li huma karatteristiċi ta' dan il-ġobon jingħataw permezz tan-nisġa li tixbaħ l-ispag tal-istrixxi meħuda mill-ġobon imfawwar u permezz tal-għamla speċjali tal-frosta ffurmata bl-immaljar tal-istrixxi individwali.

Id-differenza bejn iz-“Zázrivský korbáčik” affumikat u dak li mhuwiex tinsab l-aktar fil-kulur u fir-riħa tagħhom. Iz-“Zázrivský korbáčik” affumikat għandu kulur li jvarja bejn safrani u isfar lewn id-deheb u għandu dik ir-riħa karatteristika tal-affumikat u kontenut ftit aktar għoli ta' melħ (1 %). Iz-“Zázrivský korbáčik” li mhux affumikat għandu kulur li jvarja bejn l-abjad u l-abjad kulur il-krema, mingħajr ir-riħa tal-affumikat. In-nisġa u l-konsistenza taż-żewġ varjetajiet huma identiċi.

Iz-“Zázrivský korbáčik” jinbiegħ imgeżwer f'karta rqiqa għall-użu alimentari f'pakketti multipli li jvarjaw skont kemm hemm korbáčiky fih u skont il-piż tal-imballaġġ

Proprjetajiet

Kulur: abjad sa safrani jew, f'każijiet ta' varjetajiet affumikati, isfar lewn id-deheb;

Konsistenza: l-istrixxi individwali huma magħmulin minn fibri separati b'konsistenza elastika li hija soda iżda mhux iebsa, li tonqos fl-elastiċità malli l-ġobon jimmatura; il-prodott għandu kaġaċità għolja li jiġġebbed minħabba n-nisġa li tixbaħ l-ispag b'fibri li jistgħu jiġu faċilment separati;

Riħa u togħma: ta' ħalib, pjaċevoli ta' ġobon , mielħa, ftit aċiduża u tipikament affumikata fil-każijiet ta' varjetajiet affumikati.

Kompożizzjoni: Materja niexfa: mhux inqas minn 40 % tal-piż;

Kontenut ta' xaħam fil-materja niexfa: mhux inqas minn 25 % tal-piż;

Melħ li jittiekel: mhux iżjed minn 4,5 % tal-piż għal varjetajiet li mhumiex affumikati u mhux iżjed minn 5,5 % tal-piż għal varjetajiet affumikati;

Proprjetajiet mikrobijoloġiċi

Iz-“Zázrivský korbáčik” huwa ġobon imfawwar li jsir minn ġobon f'balla li fih prinċipalment mikroflora tal-aċidu lattiku termoreżistenti tat-tip: Lactococcus, Streptococcus u Lactobacillus.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Iz-“Zázrivský korbáčik” huwa magħmul bl-użu ta' ġobon f'balla prodott mill-ħalib tal-baqra pasturizzat jew mhux biż-żieda ta' koltivazzjoni tal-aċidu lattiku. It-tip ta' ħalib użat – pasturizzat jew mhux – ma huwa bl-ebda mod relatat mal-proprjetajiet tal-prodott finali. Il-kwalità tal-ħalib hija vverifikata b'mod regolari u dokumentata fil-post tal-produtturi tal-ġobon f'balla, filwaqt li jiġu mmonitorjati l-parametri li ġejjin: sustanzi inibitorji, temperatura, aċidità, xaħam, piż speċifiku u materja niexfa bla xaħam.

In-numru totali ta' mikroorganiżmi u n-numru ta' ċelloli somatiċi huma stabbiliti minn laboratorji akkreditati.

Il-ġobon f'balla għandu mill-inqas 48 % materja niexfa tal-piż, b'mill-anqas 35 % tal-piż f'materja niexfa u b'pH ta' li jvarja minn 4,9 sa 5,2. Il-parti esterna tal-ġobon f'balla hija kumpatta u lixxa b'qoxra tajba u kulur abjad li jagħti fil-kulur tal-krema.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Ma hemm l-ebda rekwiżiti partikulari ta' kwalità jew restrizzjonijiet fir-rigward tal-oriġini.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-kwalità tal-prodott ma tiddependix fuq l-oriġini tal-ġobon f'balla.

L-ewwel stadju

:

Tisjir bil-fwar: il-ġobon iffermentat b'mod naturali l-ewwel jitqatta' f'biċċiet żgħar, li jinħakku u jinstamtu fil-misħun (b'temperatura tal-ilma bejn 70 u 95 °C); il-ġobon jitħawwad bl-użu ta' paletta tal-injam jew apparat mekkaniku li jħawwad sakemm tifforma massa kompatta u elastika, magħrufa bħala parenina.

It-tieni stadju

:

Għaġna: Il-parenina tiġi magħġuna, imġebbda u mitwija bl-idejn biex tifforma massa ta' ġobon flessibbli u lixxa li tista' tingħata forma mill-ewwel.

It-tielet stadju

:

Iffurmar: il-massa ta' ġobon tinġibed fi strixxi bl-idejn jew bl-użu ta' żewġ lembubi bil-qatgħat u li jiġu mdawra waħda kontra l-oħra. L-istrixxi imbagħad jaqgħu immedjatament fl-ilma kiesaħ potabbli.

Ir-raba' stadju

:

Tberrid: l-istrixxi tal-ġobon jitħallew jibirdu fl-ilma kiesaħ potabbli għal ħin li jvarja minn żewġ (2) sa għaxar(10) minuti, biex iżommu l-għamla tagħhom.

Il-ħames stadju

:

Tidwir: l-istrixxi bierda jiddawru fuq rukkell. Wara li jiġu mdawra, jinqatgħu minn tarf minnhom u jintrabtu min-nofs permezz ta' strixxa tal-ġobon.

Is-sitt stadju

:

Tmelliħ: l-istrixxi mqattgħin u marbutin jiġu mmelħin billi jitbillu f'soluzzjoni saturata tal-melħ, sabiex il-kontenut aħħari tal-melħ ma jkunx aktar minn 4,5 % tal-piż għal varjetajiet mhux affumikati jew 5,5 % tal-piż għal varjetajiet affumikati (il-ħin għat-tmelliħ jiddependi fuq il-ħxuna tal-istrixxi tal-ġobon u l-aċidità tal-ġobon użat).

Is-seba' stadju

:

Tnixxif parzjali: sabiex jitneħħilhom l-ilma mielaħ li jkun żejjed, l-istrixxi tal-ġobon jiddendlu fuq pal tal-injam jew wieħed bla sadid biex jinxef l-ilma.

It-tmien stadju

:

Immaljar: mill-anqas żewġ strixxi, mitwija min-nofs, jiġu mmaljati sa żewġ terzi mit-tul tagħhom biex jiġu forma ta' frosta żgħira. F'dan il-punt jitwaħħlu flimkien permezz ta' strixxa waħda minnhom, biex il-malju ma jinħallx.

Id-disa' stadju

:

(għall-varjetajiet affumikati)

Affumikazzjoni: il-ġobon jiġi affumikat permezz ta' duħħan kiesaħ dirett b'temperatura ta' bejn wieħed u ieħor 30 °C fi kmamar apposta għall-affumikazzjoni li tradizzjonalment ikunu tal-injam jew tal-metall jew f'kamra b'ċirkolazzjoni tal-arja furzata għall-affumikazzjoni b'duħħan li jiġi prodott minn injam iebes sakemm jieħu kulur isfar dehbi.

L-għaxar stadju

:

Imballaġġ: l-imballaġġ tal-ġobon isir f'karta rqiqa għall-użu alimentari, li fuqha mbagħad titwaħħal tikketta bl-isem “Zázrivský korbáčik”.

3.6.   Regoli għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-imballaġġ, eċċ.:

Iz-“Zázrivský korbáčik” jinbiegħ f'pakketti li fihom kwantitajiet differenti. Pakkett bażiku fih 5-10 korbáčiky, iżda hemm disponibbli wkoll pakketti akbar li jkun fihom 50 korbáčiky, li tradizzjonalment jissemmew bħala zväzok (qabda).

L-imballaġġ tal-“Zázrivský korbáčik” irid isir fiż-żona ġeografika definita sabiex iżomm il-forma speċjali tiegħu, biex wieħed jevita li jinħall u biex tkun imħarsa l-kwalità tal-prodott.

Ma hemm l-ebda restrizzjoni ġeografika għall-imballaġġ mill-ġdid.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-produtturi li jagħmlu iz-“Zázrivský korbáčik” skont din l-ispeċifikazzjoni għandhom il-permess jużaw l-isem “Zázrivský korbáčik” għal skopijiet ta' tikkettar, pubbliċità u kummerċjalizzazzjoni.

Fuq it-tikketti mwaħħla fuq il-prodott għandhom jidhru id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

l-isem “Zázrivský korbáčik”, imqiegħed f'pożizzjoni prominenti,

jekk il-ġobon huwiex affumikat jew le,

il-kliem ‘indikazzjoni ġeografika protetta’ u s-simbolu tal-KE assoċjat ma' dan.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iz-“Zázrivský korbáčik” huwa prodott fil-muniċipalità ta' Zázrivá. Iż-żona ġeografika tmiss mal-fruntiera tal-muniċipalità ta' Oravská Lesná fit-Tramuntana, il-muniċipalità ta' Terchová fil-Punent, il-muniċipalità ta' Párnica fin-Nofsinhar u l-muntanji Paráč u Minčol fil-Lvant.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-muniċipalità ta' Zázrivá għandha kundizzjonijiet tajbin għat-trobbija u għall-mergħa tan-nagħaġ u l-baqar kif ukoll għall-ipproċessar tal-ħalib biex dan isir ġobon. In-nies tar-reġjun għadhom jagħmlu użu minn dawn il-karatteristiċi speċjali tal-ambjent muntanjuż, hekk kif dejjem għamlu minn mindu n-nies bdew joqgħodu f'din iż-żona. L-immaljar bl-idejn ta' ġobon imfawwar fil-forma ta' frosti żgħar hija kapaċità speċifika tan-nisa ta' Zázrivá, li ma tistax issir b'magna.

Jingħad li l-produzzjoni domestika tal-korbáčiky f'Zázrivá ilha għaddejja mit-tieni nofs tas-seklu 19, bil-produzzjoni tat-tipi differenti ta' ġobon imfawwar, inkluż il-korbáčiky, li imbagħad kien jinbiegħ, u b'hekk kien l-uniku sors ta' dħul finanzjarju għall-bdiewa lokali tan-nagħaġ u l-baqar ta' dak iż-żmien.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Dak li jagħmel iz-‘Zázrivský korbáčik’ speċjali huwa l-forma tiegħu, li mhix forma li normalment ikollu l-ġobon jew prodott tal-ġobon. Hija magħmula permezz ta' metodu tradizzjonali, kważi esklussivament manwali, li jinvolvi l-fawra tal-ġobon f'balla fil-misħun u t-tiġbid tal-istrixxi li imbagħad jiġu mmaljati f'forma ta' frosta żgħira. L-għaġna u t-tiġbid involut fl-ipproċessar manwali tal-ġobon imfawwar jagħtu lill-korbáčiky dik in-nisġa unika li tixbaħ l-ispag tiegħu, li tagħmel il-prodott daqshekk uniku u speċjali.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP).:

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-“Zázrivský korbáčik” bħala indikazzjoni ġeografika protetta hija bbażata fuq il-forma speċjali tal-prodott, ir-reputazzjoni tiegħu u t-tradizzjoni.

Zázrivá qiegħed fil-muntanji li jinsabu fil-Majjistral tas-Slovakkja, bi klima kiesħa u inospitabbli. Il-maġġoranza tal-abitanti kienu jgħixu mill-biedja u t-trobbija tal-annimali, tal-baqar, tal-mogħoż u tan-nagħaġ, u kienu jipproċessaw materja prima li kienu jipprovdu l-annimali, l-aktar il-ħalib, fi prodotti tal-ġobon ta' kwalità għolja f'forom differenti.

Bil-ħila u l-inġenjożità tagħhom, in-nies tar-reġjun irnexxielhom jissaportu l-kundizzjonijiet ħarxa u b'hekk jiksbu reputazzjoni tajba lil hinn mill-fruntieri ta' dan il-post.

“Fil-bidu, kienu biss ftit familja f'Zázrivá (il-Piklovci) li kienu jafu kif jagħmlu l-korbáčiky”. (Huba, P.: Zázrivá, monografia 1988).

Dokumenti storiċi jgħidu li ġobon imfawwar tradizzjonali prodott fin-naħa ta' fuq tas-Slovakkja, ħdejn il-villaġġ ta' Zázrivá; kien magħmul f'forma ta' frosta żgħira, bħal dawk magħmula mill-qasab li kienu tradizzjonalment jintisġu fl-Għid ġewwa s-Slovakkja, u l-verzjoniji żgħira tal-ġobon kiseb l-isem korbáčik. Minbarra li hija ċentru ta' produzzjoni tal-korbáčiky din iż-żona saret ukoll ċentru għall-bejgħ u x-xiri ta' ġobnijiet imfawra, hekk kif in-negozjanti bdew jingħataw l-isem skont it-tip ta' ġobon li kienu jinnegozzjaw fih (negozjant korbáčik, negozjant oštiepok, negozjant srdce eċċ.) “Fis-Slovakkja ta' Fuq, il-villaġġ ta' Zázrivá fir-reġjun ta' Orava għadu ċentru sinifikanti ta' negozju bħal dan. Negozjanti minn dak ir-reġjun kienu jinnegozzjaw l-aktar fil-ġobon affumikat u mfawwar; ħadu isimhom skont it-tip ta' prodotti mibjugħa: negozjanti korbáčik, …” (Podolák, J. “Tradičné využitie produkcie ovčieho mlieka na Slovensku”, Etnologia Slavica, UK Bratislava, 1986).

Id-dokumenti storiċi jsemmu diversi professjonijiet bħal dawn.

Sal-lum il-ġurnata, in-negozjanti korbáčiky ta' Zázrivá, għadhom joffru l-prodotti tagħhom għall-bejgħ f'diversi swieq u f'okkażjonijiet speċjali, bħal tiġijiet, festini tal-magħmudija, il-Milied, il-Karnival u l-Għid. Il-produzzjoni tal-Korbáčik dejjem żdiedet tul il-perjodi ta' vaganzi, xhieda ta' kemm il-prodott huwa popolari mal-klijenti. Dan joħroġ mir-rekords ta' dawk li jimmanifatturaw.

Il-Korbáčiky saret karatteristika ta' avvenimenti reġjonali importanti, bħall-“Zázrivských dní” (il-ġranet ta' Zázrivský) li matulhom ikun hemm kompetizzjonijiet tal-“Zázrivský korbáčik”. Il-parteċipazzjoni ta' diversi produtturi tal-post u l-parteċipanti okkażjonali hija xhieda tal-popolarità ta' dawn il-kompetizzjonijiet.

Referenza għall-pubblikazzjoni ta' din l-ispeċifikazzjoni:

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.upv.sk/pdf/specifkorbac_ek2.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.