ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.172.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 172

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
30 ta' Ġunju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

2010/C 172/01

Rapport dwar il-ġesjoni baġitarja u finanzjarja – Sena finanzjarja 2009

1

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/1


RAPPORT DWAR IL-ĠESJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA

TAQSIMA I: PARLAMENT EWROPEW

SENA FINANZJARJA 2009

2010/C 172/01

WERREJ

INTRODUZZJONI

I.

ĠESTJONI FINANZJARJA: ĠENERALI

A.

Dħul

B.

Baġit inizjali u baġits ta’ emenda

C.

Impenji u ħlasijiet

D.

Trasferimenti mill-2009 għall-2010

E.

Trasferimenti mill-2008 għall-2009

F.

Approprjazzjoniet miftuħa mid-dħul allokat

G.

Kanċellazzjonijiet

H.

Trasferimenti

H.1.

Trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet proviżorji maħruġa mir-riżervi (Titolu 10)

H.2.

Trasferimenti minn sorsi oħra

II.

ĠESTJONI FINANZJARJA SKONT IL-KAPITOLU

A.

Kapitolu 10“Membri tal-Istituzzjoni”

B.

Kapitolu 12“Uffiċjali u aġenti temporanji”

C.

Kapitolu 14“Ħaddiema oħra u servizzi esterni”

D.

Kapitolu 16“Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-Istituzzjoni”

E.

Kapitolu 20“Bini u nefqiet relatati”

F.

Kapitolu 21“Proċessar ta' dejta, tagħmir u għamara”

G.

Kapitolu 23“In-nefqa amministrattiva u kurrenti”

H.

Kapitolu 30“Laqgħat u konferenzi”

I.

Kapitolu 32“L-opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u disseminazzjoni”

J.

Kapitolu 40“Nefqa relatata ma' ċerti istituzzjonijiet u ma’ ċerti korpi”

K.

Kapitolu 42“Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari”

L.

Titolu 10 “Infiq ieħor”

III.

OBJETTIVI 2009 U RIŻULTATI

A.

L-elezzjonijiet Ewropej tal-2009 u l-attivitajiet ta’ Komunikazzjoni

B.

L-Implimentazzjoni tal-istatut il-ġdid tal-Membri u tal-Assistenti

C.

Ir-riforma u l-konsolidazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament

D.

Il-preparazzjonijiet fid-dawl tat-Trattat ta' Lisbona

ANNESSI

ANNESS I –

Rendikont tat-trasferimenti “C”

ANNESS II –

Rendikont tat-trasferimenti “P”

ANNESS III –

Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet 2009

INTRODUZZJONI

1.

Dan ir-rapport janalizza l-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2009. Jiddeskrivi l-użu tar-riżorsi finanzjarji kif ukoll l-avvenimenti li kellhom influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tas-sena finanzjarja (il-partijiet I u II) u jesponi b’mod sintetiku r-riżultati li nkisbu f’relazzjoni mal-objettivi assenjati għas-sena 2009 (il-parti III).

2.

Ir-rapport ġie abbozzat f’konformità mal-Artikolu 122 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, minn hawn ‘l quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju” (1), mal-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u mal-Artikolu 13(2) tad-dispożizzjonijiet interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew (3). L-analiżi hi bbażata fuq il-kontijiet baġitarji proviżorji adottati mill-Kontabilist.

I.   ĠESTJONI FINANZJARJA: ĠENERALI

3.

L-2009 kienet it-tielet sena finanzjarja koperta mill-prospettivi finanzjarji 2007-2013 (4). L-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament telgħu għal EUR 1 529 970 930, jiġifieri 19,67 % mit-totalità tal-ispejjeż amministrattivi tal-Unjoni (“Titolu V”). It-tabella 1 hawn taħt tippreżenta t-twettiq tal-baġit tal-Parlament Ewropew matul s-sena finanzjarja 2009.

Tabella 1.

Użu tal-krediti 2009

Tip ta' approprjazzjoni

Approprjazzjonijiet fl-2009

(EUR jew %)

Approprjazzjonijiet fl-2009

Approprjazzjonijiet inizjali

1 529 970 930

Baġit ta' emenda

Approprjazzjonijiet finali

1 529 970 930

Approprjazzjonijiet finali fl-2009

Impenji

1 417 629 732

f’% tal-approprjazzjonijiet finali

93 %

Ħlasijiet

1 237 363 909

f’% tal-impenji

87 %

Trasferimenti mill-2009 għall-2010

Trasferimenti awtomatiċi għall-2010 (5)

180 265 823

f’% tal-approprjazzjonijiet finali

12 %

f’% tal-impenji

13 %

Trasferimenti mhux awtomatiċi (krediti mhux impenjati trasferiti għall-2010) (6)

10 100 000

f’% tal-approprjazzjonijiet finali

0,7 %

Kanċellazzjonijiet

Approprjazzjonijiet kanċellati

102 241 198

f’% tal-approprjazzjonijiet finali

7 %

Trasferimenti mill-2008 għall-2009

Trasferimenti awtomatiċi għall-2009 (5)

196 133 738

Ħlasijiet f’isem dawn ir-rapporti

179 641 279

f’% tal-impenji

92 %

Ammont ikkanċellat

16 492 459

Trasferimenti mhux awtomatiċi għall-2009 (6)

8 315 729

Ħlasijiet f’isem dawn ir-rapporti

6 245 140

f’% tal-impenji

75 %

Approprjazzjoniet miftuħa mid-dħul allokat fl-2009

Approprjazzjoniet tad-dħul allokat fl-2009

27 576 932

Impenji

12 196 620

f’% tal-approprjazzjoniet tad-dħul allokat

44 %

Ħlasijiet

9 045 904

f’% tal-approprjazzjoniet tad-dħul allokat

74 %

Approprjazzjoniet disponibbli mid-dħul allokat fl-2009

15 380 312

Approprjazzjoniet miftuħa mid-dħul allokat trasferiti għall-2010

Approprjazzjoniet miftuħa fuq id-dħul li kien hemm trasferti għall-2010

20 637 870

Approprjazzjoniet miftuħa mid-dħul allokat trasferiti għall-2009

Approprjazzjoniet miftuħa mid-dħul allokat trasferiti għall-2009

36 808 922

Impenji

36 024 461

Ħlasijiet

33 779 036

f’% tal-impenji

94 %

A.   Dħul

4.

Id-dħul inkluż fil-kontijiet fil-31 ta' Diċembru 2009 ammonta għal EUR 141 250 059, li EUR 27 576 932 minnu kienu dħul allokat.

B.   Baġit inizjali u baġits ta’ emenda

5.

L-approprijazzjonijiet awtorizzati fil-baġit inizjali tal-Parlament għall-2009 ammontaw għal EUR 1 529 970 930, jiġifieri żieda ta’ 5 % fuq il-baġit tal-2008 (EUR 1 452 517 167). Ma kien hemm l-ebda baġit ta' emenda fl-2009.

C.   Impenji u ħlasijiet

6.

L-impenji ammontaw għal EUR 1 417 629 732, jiġifieri 93 % tal-approprjazzjonijiet finali (2008: 97 %). Il-ħlasijiet ammontaw għal EUR 1 237 363 909, jiġifieri 87 % tal-impenji li daħlu fis-seħħ (2008: 86 %).

D.   Trasferimenti mill-2009 għall-2010

7.

L-ammonti trasferiti b'mod awtomatiku għas-sena finanzjarja 2010 ammontaw għal EUR 180 265 823, jiġifieri 13 % tal-approprijazzjonijiet impenjati (2008: 14 %). L-approprjazzjonijiet mhux impenjati fl-aħħar tas-sena u trasferiti għas-sena finanzjarja 2010 (trasferimenti mhux awtomatiċi) ammontaw għal EUR 10 100 000, jew 0,7 % tal-approprjazzjonijiet finali (2008: 0,6 %), u ġew allokati għall-iskopijiet murija fit-tabella 2.

Tabella 2

Skop tat-trasferimenti mhux awtomatiċi għall-2010

(EUR)

Artikolu

Skop

Skop

2003“Akkwist ta’ bini”

Akkwist tal-bini Millenaris f’Budapest

9 100 000

2008“Infiq ieħor relatat mal-bini”

Spejjeż oħra marbuta max-xiri tal-bini Millenaris f'Budapest

1 000 000

Total

10 100 000

E.   Trasferimenti mill-2008 għall-2009

8.

It-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet “awtomatiċi” għall-2009 kellhom ammont totali ta’ EUR 196 133 738. Il-ħlasijiet kontra dawn it-trasferimenti ammontaw għal EUR 179 641 279, jiġifieri 92 % (2008: 87 %). Għalhekk, l-ammont ikkanċellat kien ta’ EUR 16 492 459.

Il-kanċellazzjonijiet kellhom x'jaqsmu essenzjalment mal-artikli li ġejjin:

l-Artikolu 140“Aġenti oħra u ħaddiema esterni” (EUR 1 951 791),

l-Artikolu 200“Bini” (EUR 6 342 651),

l-Artikolu 202“In-nefqa fuq il-bini” (EUR 1 362 024)

u l-Artikolu 324“Produzzjoni u tixrid” (EUR 2 115 023).

Ir-raġunijiet u l-oriġini ta’ dawn il-kanċellazzjonijiet fil-qosor huma kif ġej:

Artikolu kkonċernat

Raġunijiet ewlenin għall-kanċellazzjonijiet

l-Artikolu 140“Aġenti oħra u ħaddiema esterni”

Inqas użu milli previst tal-interpreti għall-konferenzi, b’mod partikolari bħala konsegwenza tat-tnaqqis fl-attività waqt is-sena elettorali.

l-Artikolu 200“Bini”

STR : kanċellazzjoni tal-provvista għat-taxxa tal-ġbir tal-iskart (EUR 1,2 miljun).

LUX : Ħidmiet fuq l-art u l-istudji għall-estensjoni tal-KAD, li xogħol minnhom li jammonta għal EUR 2,7 miljun ma twettaqx minħabba dewmien kbir li rriżulta minn ħidmiet mhux previsti tad-dekontaminazzjoni tal-ħamrija.

BRU : Ħidmiet fiċ-ċentru tal-kontroll tas-sigurtà. Minħabba dewmien fil-ħidmiet ma ntużawx EUR 1,05 miljun.

l-Artikolu 202“In-nefqa fuq il-bini”)

Il-kanċellazzjonijiet ewlenin jikkonċernaw il-Partita “It-tindif u l-manutenzjoni” (EUR 676 556), il-Partita “Konsum tal-enerġija” (EUR 367 298) u l-Partita “Sigurtà u sorveljanza tal-bini” (EUR 314 296).

u l-Artikolu 324“Produzzjoni u tixrid”

Il-kanċellazzjonijiet ewlenin jikkonċernaw il-Partita “Nefqiet għall-pubblikazzjoni, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi” (EUR 703 498), il-programm Euroscola (EUR 486 162) u l-infiq awdjoviżiv (EUR 446 162).

9.

It-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet “mhux awtomatiċi” għall-2009 ammontaw għal total ta’ EUR 8 315 729 u kienu jikkonċernaw il-Partita 3243 “Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi” u l-Artikolu 214 “Materjal u installazzjonijiet Tekniċi”.

F.   Approprjazzjoniet miftuħa mid-dħul allokat

10.

Id-dħul allokat li sar disponibbli fl-2009 ammonta għal total ta’ EUR 27 576 932 (2008: EUR 47 511 735). Ir-rata ta' impenn kienet 44 % (2008: 30 %). Il-ħlasijiet ammontaw għal EUR 9 045 904, jiġifieri 74 % tal-impenji attwati (2008: 71 %). Bilanċ ta’ EUR 20 637 870 ġie trasferit għas-sena baġitarja 2010 (2008: EUR 36 808 922).

11.

Id-dħul allokat trasferit għall-2009 ammonta għal total ta' EUR 36 808 922 (2008: EUR 38 325 182) L-impenji attwati ammontaw għal EUR 36 024 461 (2008: EUR 38 236 288). Il-ħlasijiet magħmula fl-2009 jirrapreżentaw 94 % tal-impenji attwati (2008: 93 %).

G.   Kanċellazzjonijiet

12.

Approprijazzjonijiet li jammontaw għal EUR 102 241 198 (2008: EUR 42 238 638) kienu kkanċellati, li jikkorrispondu għal 7 % tal-approprijazzjonijiet finali (2008: 3 %). Dawn il-kanċellazzjonijiet ta’ approprjazzjonijiet jistgħu jiġu spjegati essenzjalment permezz tal-elementi li ġejjin:

in-nuqqas trasferiment ta’ tlaqqit fl-2009 li seta’ juża r-residwu tekniku normali ta’ madwar EUR 40 miljun;

l-inċertezzi tas-sena elettorali u tal-introduzzjoni tal-istatuti l-ġodda tal-Membri u tal-assistenti u tar-regola l-ġdida li tagħmilha possibbli li l-intitolamenti tal-assistenza parlamentari jiġu trasferiti: EUR 31,4 miljun ġew kanċellati mill-allowance tal-assistenza parlamentari u EUR 18 miljun għall-ispejjeż tal-vjaġġi tal-Membri;

id-deċiżjoni tal-Kunsill li japplika rata ta’ aġġustament tas-salarji ta’ 1,85 % minflok 3,7 %: kanċellazzjoni ta’ EUR 6 miljun.

H.   Trasferimenti

13.

Matul is-sena finanzjarja ġew approvati tmintax il-trasferiment C skont l-Artikoli 24 u 43 tar-Regolament Finanzjarju (7). Dawn ammontaw għal EUR 64 853 607, jiġifieri 4 % tal-approprijazzjonijiet finali (fl-2008: 18-il trasferiment li jirrappreżentaw 4 % tal-approprijazzjonijiet finali). Il-President approva 9 trasferimenti P skont l-Artikoli 22(1) (8) tar-Regolament Finanzjarju, li jammontaw għal EUR 35 665 000, jiġifieri 2 % tal-approprjazzjonijiet finali (2008: 14-il trasferiment li jirrappreżentaw 1 % tal-approprijazzjonijiet finali). L-analiżi tat-trasferimenti skont il-bażi legali hija preżentata fit-tabella 3.

14.

Fil-qosor, sebgħa u għoxrin trasferiment C u P ġew approvati fl-2009, li ammontaw għal EUR 100 518 607, jiġifieri 7 % ta’ approprijazzjonijiet finali (2008: 44 trasferiment li jirrappreżentaw EUR 98 008 873, jiġifieri 7 % tal-approprjazzjonijiet finali).

Tabella 3

Trasferimenti skont il-bażi legali

Numru ta’ trasferimenti

Ammont trasferit (EUR)

% tal-approprjazzjonijiet finali

Trasferimenti C (l-Artikoli 24 u 43)

18-il trasferiment “C”

64 853 607

4

Trasferimenti P (l-Artikoli 22(1))

9 trasferimenti “P”

35 665 000

2

Trasferimenti C + P

100 518 607

7


Tabella 4

Destinazzjoni tat-trasferimenti C

(EUR)

Linja baġitarja destinatarja

Trasferiment

Ammont trasferit

102“Allowances tranżitorji”

C23

2 100 000

1000“Allowances”

C23

350 000

1006“Allowances għan-nefqa ġenerali”

C19

1 247 715

1012“Miżuri speċifiċi għall-benefiċċju tal-Membri Parlamentari li għandhom diżabilità u tat-tfal tal-Membri li għandhom diżabilità”

C23

100 000

1200“Remunerazzjoni u allowances”

C10

7 703 992

142“Servizzi Esterni”

C6

1 200 000

1610“Spejjeż għar-reklutaġġ”

C14

300 000

2001“Ħlasijiet ta’ ċnus”

C17

31 891 000

2003“Akkwist ta’ bini”

C24

9 100 000

2007“Sistemazzjoni fil-bini”

C1

2 700 000

2008“Infiq ieħor relatat mal-bini”

C24

1 000 000

2022“It-tindif u l-manutenzjoni”

C16

1 273 900

2026“Sigurtà u sorveljanza tal-bini”

C8

2 080 000

2100“Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni”

C5

527 000

2102“Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni”

C22

2 145 000

232“Nefqiet legali u ħsarat”

C2

800 000

3044“Nefqiet varji għall-organizzazzjoni tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO u laqgħat oħra tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet ad hoc u tad-WTO”

C11

240 000

3245“L-organizzazzjoni ta' symposia, seminars u attivitajiet kulturali”

C13

95 000

Total

 

64 853 607


Tabella 5

Destinazzjoni tat-trasferimenti C għal kull kategorija ta’ nfiq

Kategorija tad-destinazzjoni

Ammont trasferit (EUR)

%

Politika tal-bini

47 571 000

73

Persunal

8 977 892

14

Membri

4 337 715

7

Spejjeż relatati mal-informatika

2 672 000

4

Spejjeż relatati mal-multilingwiżmu

1 295 000

2

Total

64 853 607

100

H.1.   Trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet proviżorji maħruġa mir-riżervi (Titolu 10)

15.

Din it-taqsima titratta l-użu tal-approprijazzjonijiet tal-Kapitolu 100“Approprijazzjonijiet proviżorji”, tal-Kapitolu 101“Riserva ta' kontinġenza”, tal-Kapitolu 104“Riserva għal politika tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni” u tal-Kapitolu 105“Approprijazzjoni proviżorja għal bini”. Dawn il-kapitoli, inklużi fit-Titolu 10“Infiq ieħor”, huma msemmija “riservati” iktar 'il quddiem f'dan ir-rapport. It-Titolu 10“Infiq ieħor” jikkonstitwixxi s-sors prinċipali tat-trasferimenti peress li 51 % minnhom, li jirrappreżentaw EUR 32 886 706, ġejjin minn din l-intestatura.

16.

Mill-ammont totali ta’ EUR 32 886 706 trasferit għall-approprjazzjonijiet proviżorji, is-somma ta’ EUR 25 054 099 kienet destinata għall-politika tal-bini u EUR 7 832 607 għal skopijiet oħra. Id-destinazzjoni tat-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet proviżorji u l-iskop tagħhom huma dettaljati fit-Tabella 6.

Tabella 6

Destinazzjoni u raġunijiet tat-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet proviżorji

(f’EUR)

Kapitolu sors

Partita destinatarja

Trasferiment

Skop

Ammont trasferit

Kapitolu 10 0

2007

C1

Spejjeż marbuta mas-sistemazzjoni tal-bini fi Strasburgu

2 700 000

Kapitolu 10 1

2026

C8

Sigurtà u sorveljanza tal-bini

2 080 000

2320

C2

Spejjeż addizzjonali tal-assistenza legali esterna

800 000

Kapitolu 10 5

2001

C17

Finanzjament tal-kiri li jagħti d-dritt bl-għażla ta’ xiri tal-bini TREVES I (Brussell)

9 374 099

2003

C24

Akkwist b’mod konġunt mal-Kummissjoni Ewropea tal-bini “Millenáris” f’Budapest, sabiex fih tiġi installata d-Dar tal-Ewropa.

9 100 000

2008

C24

Akkwist b’mod konġunt mal-Kummissjoni Ewropea tal-bini “Millenáris” f’Budapest, sabiex fih tiġi installata d-Dar tal-Ewropa.

1 000 000

Total tal-politika tal-bini

25 054 099

Kapitolu 10 0

1200

C3

Rilaxx ta’ ħames partiti ġodda.

112 992

Kapitolu 10 1

1200

C20

Aġġustament annwali tal-pensjonijiet u tar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali.

2 000 000

2022

C16

Finanzjament tal-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-Influwenza A/H1N1 rakkomandati mit-tim tal-Ġestjoni tal-Kriżi.

1 273 900

Total tan-nefqa fuq il-persunal

3 977 892

Kapitolu 10 1

3044

C11

Nefqiet varji għall-organizzazzjoni tad-delegazzjonijiet interparlamentari u ad hoc.

240 000

1006

C19

Spejjeż marbuta mal-allowance tal-ispejjeż ġenerali.

1 247 715

Total tan-nefqa għall-Membri

1 487 715

Kapitolu 10 0

1420

C6

Spejjeż addizzjonali għat-traduzzjoni esterna

1 200 000

Kapitolu 10 1

3245

C13

Spejjeż addizzjonali marbuta mal-appoġġ għall-multilingwiżmu.

95 000

Spejjeż totatli relatati mal-multilingwiżmu

1 295 000

Kapitolu 10 1

2100

C5

Żvilupp tas-softwer (ġestjoni tar-riżorsi umani).

527 000

2102

C5

295 000

Kapitolu 10 8

2102

C22

Operazzjoni, żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi tas-softwer.

250 000

Total tal-ispejjeż relatati mal-informatika

1 072 000

Total

32 886 706

H.2.   Trasferimenti minn sorsi oħra

17.

Din is-sezzjoni teżamina t-trasferimenti li ġew minn sorsi oħra barra t-Titolu 10 “Infiq ieħor”. Ammont totali ta’ EUR 31 966 901 kien trasferit minn titoli oħra. L-ispejjeż relatati mal-politika tal-bini rrappreżentaw l-ikbar parti tat-trasferimenti jiġifieri 70 %, u warajhom l-ispejjeż għall-persunal (16 %), għall-Membri (9 %) u l-ispejjeż relatati mal-informatika (5 %). Dawn it-trasferimenti jinsabu dettaljati fit-Tabella 7. Il-parti l-kbira tat-trasferimenti għall-politika tal-bini tista’ tispjega ruħha permezz tal-operazzjoni eċċezzjonali tal-kiri ta’ 99 sena bid-dritt tal-għażla tax-xiri għall-akkwist tal-bini TREVES I fi Brussell.

Tabella 7

Destinazzjoni tat-trasferimenti C ta’ sorsi barra minn dawk mit-Titolu 10

(f’EUR)

Artikolu destinatarju

Trasferiment

Ġustifikazzjoni tat-talbiet għal trasferiment

Total

1610

C14

Spejjeż marbuta mal-eżamijiet mediċi, obbligatorji għar-reklutaġġ tal-assistenti parlamentari

160 000

 

C7

Spejjeż marbuta mal-eżamijiet mediċi, obbligatorji għar-reklutaġġ tal-assistenti parlamentari

140 000

1000

C23

L-applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri (allowances u allowances tranżitorji).

350 000

1012

C23

L-applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri (allowances u allowances tranżitorji).

100 000

102

C23

L-applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri (allowances u allowances tranżitorji).

2 100 000

Total tan-nefqa għall-Membri

2 850 000

1200

C20

Aġġustament annwali tal-pensjonijiet u tar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra.

5 000 000

Total tan-nefqa għall-Persunal

5 000 000

2001

C17

Finanzjament tal-kiri li jagħti d-dritt bl-għażla ta’ xiri tal-bini TREVES I (Brussell)

22 516 901

Total tan-nefqa għall-politika tal-bini

22 516 901

2102

C22

Operazzjoni, żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi tas-softwer.

1 600 000

Total tal-ispejjeż relatati mal-informatika

1 600 000

Total

31 966 901

18.

It-trasferimenti P jinsabu fil-qosor fit-Tabella 8.

Tabella 8

Destinazzjoni tat-trasferimenti P

(f’EUR)

Artikolu destinatarju

Trasferiment

Deskrizzjoni

Ammont trasferit

1004“Spejjeż għall-vjaġġi regolari”

P7

Spejjeż għal vjaġġi u għas-soġġorn tal-Membri f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Istatut u tal-PEAM

600 000

1004“Spejjeż għall-vjaġġi regolari” Total

600 000

1220“Allowance fil-każ ta' irtirar kmieni mix-xogħol fl-interess tas-servizz”

P2

L-applikazzjoni tal-Artikolu 50 għal uffiċjali ġodda tal-grad AD15

360 000

1220“Allowance fil-każ ta' irtirar kmieni mix-xogħol fl-interess tas-servizz” Total

360 000

2007/02 “Sistemazzjoni fil-bini: Strasburgu”

P9

Twettiq ta’ ħidmiet ta’ kisi kontra n-nirien tal-istrutturi fil-bini LOW fi Strasburgu

4 000 000

2007/02 “Sistemazzjoni fil-bini: Strasburgu” Total

 

4 000 000

2008“Infiq ieħor relatat mal-bini”

P8

Spejjeż marbuta mat-tariffi tal-kumpanija tal-periti fil-qafas tal-proġett tal-estensjoni tal-bini KAD fil-Lussemburgu

850 000

2008“Infiq ieħor relatat mal-bini” Total

 

850 000

3047“Nefqiet varji għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Eurolat”

P3

Spejjeż marbuta mal-organizzazzjoni tal-Assemblea Parlamentari Eurolat

25 000

3047“Nefqiet varji għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Eurolat” Total

25 000

3242/01 “Nefqiet għall-pubblikazzjonijiet, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi: pubblikazzjoni, azzjonijiet ta’ informazzjoni, manifestazzjonijiet pubbliċi”

P5

Spejjeż għall-pubblikazzjonijiet informattivi, inklużi l-pubblikazzjonijiet elettroniċi, attivitajiet informattivi, ir-relazzjonijiet pubbliċi, il-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi, f’wirjiet u f’fieri fl-Istati Membri u fil-pajjiżi aderenti

250 000

P6

Spejjeż marbuta mal-konsolidazzjoni u l-iżvilupp tas-servizz tal-intranet tal-PE

780 000

3242/01 “Nefqiet għall-pubblikazzjonijiet, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi: pubblikazzjoni, azzjonijiet ta’ informazzjoni, manifestazzjonijiet pubbliċi” Total

1 030 000

3242/02 “Nefqiet għall-pubblikazzjonijiet, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi: informazzjoni elettronika (internet)”

P5

Spejjeż għall-pubblikazzjonijiet informattivi, inklużi l-pubblikazzjonijiet elettroniċi, attivitajiet informattivi, ir-relazzjonijiet pubbliċi, il-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi, f’wirjiet u f’fieri fl-Istati Membri u fil-pajjiżi aderenti

50 000

3242/02 “Nefqiet għall-pubblikazzjonijiet, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi: informazzjoni elettronika (internet)” Total

50 000

4224“L-assistenti parlamentari”

P1

Spejjeż tas-salarji, l-missjonijiet u spejjeż oħra relatati mal-assistenti parlamentari

10 500 000

P4

Spejjeż marbuta mar-reklutaġġ tal-assistenti parlamentari

18 250 000

4224“L-assistenti parlamentari” Total

28 750 000

Total aħħari

35 665 000

II.   ĠESTJONI FINANZJARJA SKONT IL-KAPITOLU

19.

Din is-sezzjoni tippreżenta l-użu tal-approprjazzjonijiet għal kull Kapitolu baġitarju, is-sehem relattiv tagħhom mill-baġit u l-evoluzzjoni tagħhom f’paragun mas-sena finanzjarja preċedenti. Erba' kapitoli waħedhom jammontaw għal 71 % tal-impenji totali. Dawn huma l-Kapitolu 10 “Membri tal-istituzzjoni”, il-Kapitolu 12 “Uffiċjali u aġenti temporanji”, il-Kapitolu 20 “Bini u nefqiet relatati”, u l-Kapitolu 42 “Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari”.

20.

It-tabella 9 tippreżenta, Kapitolu b’Kapitolu, l-evoluzzjoni tal-approprazzjonijiet impenjati fl-2009 f’paragun mas-sena finanzjarja 2008. Il-graffs 1 u 2 juru skematikament il-partijiet relatati u l-evoluzzjoni mill-2008 għall-2009.

Tabella 9

Evoluzzjoni tal-impenji tal-approprjazzjonijiet tal-2009 u l-2008

Kapitolu

Intestatura

2009 (EUR)

2008 (EUR)

Evoluzzjoni (EUR)

Evoluzzjoni (%)

10

Membri tal-istituzzjoni

167 952 342

149 961 012

17 991 330

12

12

Uffiċjali u aġenti temporanji

502 188 864

483 919 957

18 268 907

4

14

Ħaddiema oħra u servizzi esterni

90 934 827

87 947 782

2 987 045

3

16

Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni

14 019 742

12 715 214

1 304 528

10

 

Titolu 1 -

Persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni

775 095 774

734 543 965

40 551 809

6

20

Bini u nefqiet relatati

182 901 221

191 008 372

–8 107 151

–4

21

Proċessar ta’ dejta, tagħmir u għamara

106 080 064

111 822 160

–5 742 096

–5

23

In-nefqa amministrattiva u kurrenti

10 778 699

9 790 321

988 378

10

 

Titolu 2 -

Bini, għamara, tagħmir u nefqiet varji għall-operat amministrattiv

299 759 983

312 620 853

–12 860 870

–4

30

Laqgħat u konferenzi

26 242 041

27 964 196

–1 722 155

–6

32

L-opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u disseminazzjoni

93 647 680

100 405 636

–6 757 956

–7

 

Titolu 3 -

In-nefqa ġenerali għall-operat amministrattiv tal-istituzzjoni

119 889 721

128 369 832

–8 480 111

–7

40

Nefqa relatata ma' ċerti istituzzjonijiet u ma’ ċerti korpi

69 215 824

71 875 103

–2 659 279

–4

42

Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari

153 358 430

154 301 747

– 943 317

–1

44

Laqgħat u attivitajiet oħra tal-Membri parlamentari attwali u tal-ex-Membri

310 000

251 300

58 700

23

 

Titolu 4 -

Nefqa li tirriżulta minn funzjonijiet speċjali li jsiru mill-istituzzjoni

222 884 254

226 428 150

–3 543 896

–2

Total

1 417 629 732

1 401 962 800

15 666 932

1

Graff 1

Distribuzzjoni tal-baġit 2009 skont il-Kapitolu

Image

Graff 2

Evoluzzjoni tal-impenji bejn l-2008 u l-2009 skont il-Kapitolu

Image

A.   Kapitolu 10 “Membri tal-istituzzjoni”

21.

Dan il-Kapitolu jirrappreżenta 12 % mill-ispejjeż totali għas-sena finanzjarja 2009 u kellu wkoll progressjoni ta’ 12 % f’paragun mal-2008. Is-sena 2009 kienet l-ewwel sena tal-eżerċiżżju baġitarju tal-applikazzjoni tal-Istatut il-ġdid tal-Membri, għall-perjodu minn Lulju sa Diċembru. Il-Parlament ħa f’idejh l-allowances ta’ kull xahar tal-Membri li qabel kienu jitħallsu mill-Istati Membri, ħlief fil-każ tat-32 Membru li għażlu s-sistema previst mill-Istatut tal-Membru ta’ esklużjoni minn dan l-arranġament. Il-piżijiet il-ġodda sinifikanti marbuta mal-applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri jikkonċernaw essenzjalment l-allowances ta’ kull xhar (il-Partita 1000) u ż-żieda tal-ispejjeż għall-vjaġġi (il-partiti 1004 u 1005). Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet implimentattivi tal-Istatut minn issa ‘l quddiem jipprevedu r-rimborż tal-vjaġġi fuq il-bażi tal-ispejjeż reali u rimborż ġdid tal-ispejjeż għall-vjaġġi li jkunu saru fl-Istat tal-elezzjoni.

22.

F’dan il-kuntset, l-impenji tal-Partita 1000“Allowances” telgħu għal EUR 30 601 983 (18 % tal-impenji tal-Kapitolu 10), filwaqt li EUR 64 968 672 ġew iddedikati għall-Partita 1004“Spejjeż għall-vjaġġi regolari” (38 % tal-impenji tal-Kapitolu 10). Din il-Partita kopriet l-ispejjeż tal-vjaġġi u tas-soġġorn marbuta mal-vjaġġi lejn u mill-postijiet ta’ ħidma tal-Parlament u missjonijiet oħra.

23.

Fl-2009, il-Membri vjaġġaw 10 200 darba sabiex jattendu għas-sessjonijiet parzjali fi Strasburgu u Brussell, 14 734 darba sabiex jattendu għal-laqgħat tal-Kumitati fi Brussell u 8 142 darba sabiex jattendu għal-laqgħat tal-gruppi politiċi fi Brussell. F’dak li jikkonċerna l-vjaġġi barra l-postijiet ta' ħidma tas-soltu tal-Parlament, saru 641 vjaġġ għal-laqgħat tal-kumitati u 1 093 għal-laqgħat tal-gruppi politiċi, li magħhom jiżdiedu 679 spostament għal-laqgħat tad-delegazzjonijiet parlamentari.

24.

Għall-Partita 1006“Allowance għan-nefqa ġenerali”, l-impenji ammontaw għal EUR 42 629 278 (25 % tal-impenji tal-Kapitolu 10). Dan l-ammont kopra l-ispejjeż li rriżultaw mill-attivitajiet parlamentari tal-Membri fl-Istat fejn ġew eletti.

B.   Kapitolu 12 “Uffiċjali u aġenti temporanji”

25.

Dan il-Kapitolu jammonta għal 35 % tal-ispejjeż totali tas-sena finanzjarja 2009, jiġifieri l-ikbar kategorija tan-nefqa. Iż-żieda ta’ 4,2 % tal-Artikolu 120, irreġistrata bejn l-2008 u l-2009, tispjega ruħha essenzjalment biż-żieda tal-ispejjeż marbuta mal-Partita 1200“Remunerazzjoni u allowances” (+ 4,6 %) minħabba l-politika tar-Regolamanti tal-Persunal dwar il-promozzjonijiet u l-avvanzi fl-iskala kif ukoll il-valorizzazzjoni annwali mill-ġdid tas-salarji kif prevista fir-Regolamenti tal-Persunal. Iż-żieda fin-nefqa tal-Artikolu 120 ġiet ikkompensata ftit, bħal fl-2008, permezz tan-nefqa tal-Artikolu 122“Allowance għall-irtirar kmieni mis-servizz”, li tispjega ruħha bit-tnaqqis sostanzjali ta’ numru ta’ benefiċjarji wara li dawn ġew trasferiti għas-sistema komuni tal-pensjoni.

26.

Fil-Kapitolu 12, madwar 98 % tan-nefqa kienet marbuta mal-Artikolu 1200“Remunerazzjoni u allowances”. L-impenji kienu ekwivalenti għal EUR 494 054 418 f’din il-Partita. Bħala totat, 1,4 % minn dan l-ammont ġie kkanċellat minħabba d-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill f’Diċembru 2009 li jingħata biss 1,85 % għall-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet filwaqt li l-baġit kien ġie stmat fuq il-bażi ta’ valorizzazzjoni mill-ġdid ta’ 3,7 % kif propost mill-Kummissjoni lill-Kunsill.

27.

Fl-2007, ġew ippubblikati 613 post vakanti. Ġew reklutati 285 uffiċjal u aġent temporanju għas-Segretarjat Ġenerali u 22 għall-gruppi politiċi. Bħala total, 5 501 uffiċjal u aġent temporanju kienu jaħdmu mal-Parlament Ewropew fil-31 12 2009. Is-Segretarjat Ġenerali impjega 4 922 uffiċjal u aġenti temporanji, filwaqt li l-gruppi politiċi fl-aħħar tal-2007 kienu qed jimpjegaw 579 persuna.

28.

F’dak li jikkonċerna t-tqassim tal-persunal skont il-ġeneru, il-proporzjon ta’ nisa laħaq it-23 % tat-total tal-postijiet maniġerjali fil-31 12 2009. Huma jirrappreżentaw 21 % tal-Kapijiet ta’ Unità, 25 % tad-Diretturi u 29 % tad-Diretturi Ġenerali (4 minn total ta’ 14). Il-graff 3 tippreżenta t-tqassim tal-persunal kollu skont il-funzjoni u skont il-ġeneru. It-tqassim tal-persunal skont il-pajjiż ta’ oriġini hu preżentat fit-tabella 10.

Graff 3

Tqassim skont il-ġeneru tal-persunal tas-Segretarjat Ġenerali

Image

Tabella 10

Tqassim skont il-pajjiż tal-persunal tas-Segretarjat Ġenerali (uffiċjali u aġenti temporanji)

UE-27

UE-15

UE-10

AT

61

BE

728

CY

15

DE

402

CZ

116

DK

155

EE

93

ES

368

HU

145

FI

181

LT

95

FR

569

LV

93

UK

276

MT

65

GR

220

PL

190

IE

98

SI

96

IT

514

SK

120

LU

130

UE-2

NL

161

PT

237

BG

110

SE

139

RO

123

Sors: DĠ PERSUNAL

C.   Kapitolu 14 “Ħaddiema oħra u servizzi esterni”

29.

Dan il-Kapitolu ammonta għal 6 % tal-baġit tal-2009. Iż-żieda ta’ 3 % osservata bejn l-2008 u l-2009 tispjega ruħha, minn naħa, permezz taż-żieda tal-Partita 1400“Aġenti oħra” u tal-Artikolu 142“Servizzi esterni” u, min-naħa l-oħra, permezz tat-tnaqqis fil-Partita 1402“Interpreti għall-konferenzi”. 48 % tal-approprjazzjonijiet tal-Kapitolu 14 ġew iddedikati għall-Partita 1402 u 27 % għall-Partita 1400.

30.

F’dak li jikkonċerna l-Partita 1402“Interpreti għall-konferenzi”, l-impenji kienu jammontaw għal EUR 43 273 028 u koprew b’mod partikolari l-elementi li ġejjin: it-tariffi, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, l-ispejjeż għall-vjaġġi u l-allokazzjonijiet għas-soġġorn tal-interpreti awżiljari għall-konferenzi impjegati mill-Parlament. L-interpreti uffiċjali u l-interpreti awżiljari għall-konferenza għamlu 87 473 jum ta’ interpretazzjoni fl-2009 (-9,2 % f’paragun mal-2008). L-interpreti uffiċjali għamlu 49 547 jum ta’ interpretazzjoni (-4,2 %) filwaqt li l-interpreti awżiljari għall-konferenza għamlu 37 926 (-15 % f’paragun mal-2008). It-tnaqqis fl-infiq d’din il-kategorija ġej min-nuqqas ta’ laqgħat matul il-perjodu elettorali.

31.

F’dak li jikkonċerna l-Partita 1402“Aġenti oħra”, l-impenji ammontaw għal EUR 24 230 465. Din il-Partita essenzjalment għandha l-għan li tkopri r-rimunerazzjonijiet u l-allowances tal-aġenti kontrattwali impjegati mis-Segretarjat Ġenerali jew mill-gruppi politiċi kif ukoll il-forniment tas-servizzi tal-kumpanija Manpower li tirrekluta l-persunal ta’ appoġġ għas-sessjonijiet ta’ Strasburgu. F’dak li jikkonċerna l-persunal kuntrattwali, 571 persuni kienu impjegati fil-31 12 2009.

32.

It-tqassim tal-persunal kuntrattwali skont il-grupp ta’ funzjoni qed jiġi preżentat fil-Graff 4.

Graff 4

Persunal kuntrattwali skont il-grupp ta’ funzjoni

Image

D.   Kapitolu 16 “Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni”

33.

Dan il-Kapitolu ammonta għal 1 % tal-baġit tal-2009. L-approprjazzjonijiet impenjati f’dan il-Kapitolu żdiedu b’10 % bejn l-2008 u l-2009 minħabba ż-żieda fil-Partita 1610“Spejjeż għar-reklutaġġ”. Din il-Partita kienet suġġetta għal trasferiment sabiex tkopri l-ispejjeż addizzjonali marbuta mar-reklutaġġ tal-assistenti parlamentari akkreditati.

34.

Fil-Kapitolu 16, 32 % tal-impenji kienu jikkonċernaw il-Partita 1654“Ċentri għat-tfal żgħar u skejjel materni approvati”, 24 % l-Partita 1612“Taħriġ Professjonali Ulterjuri”, 16 % l-Partita 1652“Nefqiet kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins”, u 9 % l-Partita 1613“Taħriġ Professjonali Ulterjuri: Spejjeż ta’ missjonijiet”.

35.

Is-SottoPartita 1654/01 “ Ċentri għat-tfal żgħar u skejjel materni approvati: ġestjoni esterna tal-crèches u tal-family room tal-istituzzjoni fi Brussell u spejjeż annessi” tikkostitwixxi l-ikbar parti tal-Partita 1654. L-approprjazzjonijiet impenjati għal din il-Partita ammontaw għal total ta’ EUR 4 441 145 u koprew il-kontribut tal-Parlament għall-ispejjeż kollha taċ-ċentru għat-tfal żgħar u tal-crèches esterni li magħhom ġie konkluż ftehim.

36.

Għal Partita 1612 “Taħriġ Professjonali Ulterjuri”, l-approprijazzjonijiet impenjati ammontaw għal EUR 3 387 946 u koprew il-korsijiet ta’ taħriġ professjonali ulterjuri, l-ispejjeż tax-xiri jew tal-produzzjoni ta’ materjal pedagoġiku u l-korsijiet ta’ taħriġ li jqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-opportunitajiet indaqs u l-pariri dwar karrieri. Fl-2009, il-korsijiet tal-lingwi kellhom 5 511 parteċipant u l-korsijiet tal-lingwi tal-pajjiżi terzi kellhom 265 parteċipant. Barra minn hekk, 1 771 persuna pparteċipaw f’korsijiet tal-informatika u 737 f’korsijiet ta’ taħriġ fil-qasam finanzjarju. 97 aġent ipparteċipaw f’korsijiet organizzati mill-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni, 5 263 f’korsijiet ta’ taħriġ intern u 225 f’korsijiet esterni.

37.

F’dak li jikkonċerna l-Partita 1652“Nefqiet kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins”, l-impenji ammontaw għal EUR 2 260 000. Dan l-Artikolu huwa maħsub biex ikopri l-ispejjeż ta’ ġestjoni tal-użu tar-ristoranti u l-kantins. Ir-ristoranti u l-kantins servew madwar 1 266 000 klijent u l-ħanut tal-persunal madwar 174 000 klijent.

E.   Kapitolu 20 “Bini u nefqiet relatati”

38.

Dan il-Kapitolu jammonta għal 13 % tal-baġit 2009, li hija żieda ta’ 1 % f‘paragun mal-2008. Minn dan il-Kapitolu, EUR 10,1 miljun ġew trasferiti mis-sena finanzjarja 2009 għas-sena finanzjarja 2010 fuq il-bażi tal-proċedura ta’ trasferiment mhux awtomatiku prevista fl-Artikolu 9 tar-Regolament Finanzjarju. Iż-żieda fil-Partita 2000“Kirjiet” (+7 %), fil-Partita 2001“Ħlasijiet ta’ ċnus” (+499 %), fil-Partita 2008“Infiq ieħor relatat mal-bini” (+49 %, li EUR 1 miljun minnhom kienu trasferimenti mhux awtomatiċi) u l-Partita 2022“It-tindif u l-manutenzjoni” (+14 %) kienet kompensata minn tnaqqis fil-Partita 2003“Akkwist ta’ bini” (EUR 9,1 miljun ta’ trasferimenti mhux awtomatiċi), 2005“Il-kostruzzjoni ta’ bini” (-55 %) u 2007“Sistemazzjoni fil-bini” (-20 %).

39.

Id-distribuzzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-Kapitolu 20 skont in-natura tal-ispejjeż qed tiġi preżentata skematikament fil-graff 5 hawn hawn taħt.

Graff 5

Distribuzzjoni tan-nefqa fil-Kapitolu 20

Image

40.

F’dak li jikkonċerna l-Partita 2000“Kirjiet”, l-approprjazzjonijiet impenjati ammontaw għal EUR 28 303 816 u koprew il-kiri tal-bini jew ta’ partijiet tal-bini okkupati mill-Parlament kif ukoll it-taxxi tal-proprjetà. Kien hemm eċċess ta’ EUR 6,27 miljun (EUR 4,85 miljun trasferiti għal Partita oħra u EUR 1,4 miljun kanċellati). Dan l-eċċess jispjega ruħu permezz tal-użu ta’ dħul allokat (EUR 1,3 miljun), dewmien fl-okkupazzjoni tal-bini “President” fil-Lussemburgu, kif ukoll peress li xi kirjiet (pereżempju l-bini Schumann) ma kienux marbuta ma’ indiċi jew kien hemm indiċi ta’ kirjiet iżgħar milli previst.

41.

F’dak li jikkonċerna l-Partita 2007“Sistemazzjoni fil-bini”, l-approprjazzjonijiet impenjati ammontaw għal EUR 31 611 447 u koprew il-ħidmiet ta’ sistemazzjoni, inklużi l-ispejjeż l-oħra marbuta ma’ dawn il-ħidmiet, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-periti jew tal-inġeniera, eċċ. Din il-Partita żdiedet għal EUR 6,7 miljun sabiex ikun possibbli b’mod partikolari t-twettiq tal-ħidmiet tat-tneħħija tal-asbestos mill-bini fi Strasburgu (spejjeż rimborżati wara mill-belt ta’ Strasburgu) u għall-bżonnijiet tal-ħidmiet ta’ kisi kontra n-nirien fil-bini LOW (EUR 4 miljun), ħidmiet li dehru neċessarji waqt ir-reviżjoni tal-istrutturi ta’ appoġġ tas-soqfa.

F.   Kapitolu 21 “Proċessar ta' dejta, tagħmir u għamara”

42.

Dan il-Kapitolu ammonta għal 7 % tal-baġit tal-2009. L-ispejjeż tal-Kapitolu 21 naqsu b’5 % f’paragun mas-sena preċedenti, tnaqqis partikolarment minħabba tnaqqis fl-Artikolu 214“Materjal u installazzjonijiet tekniċi” (-31 %) marbut mat-tmiem iċ-ċiklu tal-investimenti awdjoviżivi fi Brussell. Iż-żieda osservata fil-Partita 2102“Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni (+6 %) ġiet kompensata parzjalment bit-tnaqqis tal-Artikolu 212 (Għamara” (-31 %). Id-distribuzzjoni tal-infiq tidher fil-graff 6 hawn taħt.

43.

F’dak li jikkonċerna l-Partita 2100“Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni”, l-approprijazzjonijiet impenjati ammontaw għal EUR 43 008 335. Dawn l-approprjazzjoni prinċipalment koprew l-infiq relatat max-xiri, il-kiri, il-produzzjoni u l-manutenzjoni tat-tagħmir u tas-softwer għall-istituzzjoni, kif ukoll l-infiq relatat mal-ħidmiet marbuta.

44.

L-impenji tal-Partita 2102“Assistenza esterna għat-tekonoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni” ammontaw għal EUR 41 155 588 u koprew prinċipalment l-infiq relatat max-xiri, il-kiri, il-produzzjoni u l-manutenzjoni tat-tagħmir u tas-softwer għall-istituzzjoni, kif ukoll l-infiq relatat mal-ħidmiet marbuta. Dan it-tagħmir u dan is-softwer essenzjalment hu relatat maċ-ċentru tal-ipproċessar tad-data u t-telekomunikazzjonijiet, mal-informatika fil-livell dipartimentali u fil-gruppi politiċi u mas-sistema ta' votazzjoni elettronika.

45.

Il-kapaċità informatika u l-qawwa tal-ipproċessar triplaw matul il-perjodu kkonċernat. Fl-aħħar tal-2008, il-kapaċità tal-memorja kienet ta’ 584 000 giga-octets (Go) f’paragun ma' 1 803 021 Go fl-aħħar tal-2009. F’dak li jikkonċerna l-qawwa tal-ipproċessar, il-kapaċità tas-sistemi informatiċi ċentrali li jipproċessaw ċerta kwantità ta’ data fi żmien speċifiku żdiedet b’235 % f’paragun mas-sena preċedenti. Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata s-sikurezza tas-sistemi ta’ informazzjoni, in-numru ta’ programmi ta’ korrezzjoni ttestjati u integrati fin-netwerk, is-servers, is-sistemi ta’ operazzjoni u l-istazzjonijiet ta’ ħidma rdoppja, billi minn 899 fl-2008 tela’ għal 1 886 fl-aħħar tal-2009.

Graff 6

Distribuzzjoni tan-nefqa fil-Kapitolu 21

Image

G.   Kapitolu 23 “In-nefqa amministrattiva u kurrenti”

46.

Dan il-Kapitolu ammonta għal 1 % tal-baġit tal-2009. Iż-żieda ta’ 10 % irreġistrata għal dan il-Kapitolu bejn l-2008 u l-2009 tispjega ruħha priċipalment biż-żieda fl-ispejjeż għall-Artikolu 232“Nefqiet legali u ħsarat” (+206 %) minħabba proċeduri legali mibdija wara li sfronda b’mod parzjali s-saqaf tal-emiċiklu fi Strasburgu u ż-żieda fl-ispejjeż legali għall-proġett ta’ rinnovazzjoni u tal-estensjoni tal-bini KAD fil-Lussemburgu.

47.

Id-distribuzzjoni tal-ispejjeż f’dan l-Artikolu hija kif ġej: 51 % jikkorrispondu għall-Artikolu 235“Telekomunikazzjoni”, 19 % għall-Artikolu 230“Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi”, 6 % għall-Artikolu 237“Rilokazzjonijiet” u t-12 % li jibqa’ tqassmu bejn il-Partiti differenti l-oħra.

H.   Kapitolu 30 “Laqgħat u konferenzi”

48.

Dan il-Kapitolu ammonta għal 2 % tal-baġit tal-2009. L-approprjazzjonijiet fl-2009 kienu 6 % inqas minn dawk għall-2008. Dan jispjega ruħu bi tnaqqis tal-ispejjeż għall-Artikolu 300“Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff”. Għal dan l-Artikolu, 2,7 % tal-approprjazzjonijiet inizjali ġew ikkanċellati fl-aħħar tas-sena finanzjarja barra li ntużaw EUR 3 miljun matul is-sena għal trasferimenti. Dan it-tnaqqis jispjega ruħu essenzjalment permezz tar-ritmu iktar bil-mod tal-attivitajiet matul is-sena elettorali u permezz tal-introduzzjoni ta’ regoli iktar stretti għall-ikkalkolar tal-ispejjeż tal-missjonijiet.

49.

Fl-2009 kien hemm 29 384 missjoni (vjaġġi) li koprew 84 840 jum ta’ missjonijiet: il-missjonijiet fil-maġġoranza tagħhom tqassmu bejn it-tliet postijiet ta' ħidma tal-Parlament (Brussell: 4 508 missjoni, Strasburgu 18 261 missjoni u l-Lussemburgu 2 504 missjoni).

I.   Kapitolu 32“L-opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u disseminazzjoni”

50.

Il-livell tal-approprjazzjoni tal-Kapitolu 32 kien immarkat fl-2009 bil-kampanja ta’ informazzjoni istituzzjonali għall-elezzjonijiet Ewropew ta’ Ġunju 2009. Dan il-Kapitolu ammonta għal 7 % tal-infiq tal-baġit tal-2009. 26 % tal-approprijazzjonijiet tal-Kapitolu huma relatati mal-Partita 3244“L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi”, 18 % mal-Partita 3242“Nefqiet għall-pubblikazzjoni, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi”, 16 % mal-Partita 3248“In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva” u 10 % mal-Partita 3220“Nefqa għad-dokumentazzjoni u għal-librerija”.

51.

Id-distribuzzjoni tan-nefqa tidher fil-graff 7.

Graff 7

Distribuzzjoni tan-nefqa fil-Kapitolu 32

Image

52.

Fil-livell tal-Partita 3244“Nefqiet għall-pubblikazzjoni, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi”, l-approprjazzjonijiet impenjati ammontaw għal EUR 24 485 353 u koprew is-sussidji mogħtija fil-qafas tal-gruppi ta' viżitaturi mistiedna mill-Membri u l-ispejjeż tas-superviżjoni u l-infrastruttura relatata, l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-programm “Euroscola” u l-iffinanzjar tal-apprendistati għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi. Il-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ din il-Partita kienu EUR 2 619 647 dovuti prinċipalment għal numru anqas minn dak previst oriġinarjament ta' gruppi ta' viżitaturi mistiedna mill-Membri (minħabba s-sena elettorali).

53.

Għal Partita 3242“Nefqiet għall-pubblikazzjoni, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi”, l-approprijazzjonijiet impenjati ammontaw għal EUR 16 678 677. Dawn l-approprjazzjonijet servew b’mod partikolari biex ikopru l-ispejjeż fil-qasam tal-pubblikazzjonijiet, l-attivitajiet ta’ informazzjoni u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijet pubbliċi, fieri u wirjiet fl-Istati Membri.

54.

L-impenji għall-Partita 3248“In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva” ammontat għal EUR 15 124 447 u kopriet l-ispejjeż marbuta mal-elementi li ġejjin:

il-baġit operattiv tas-settur awdjoviżiv (inklużi s-servizzi li hu responsabbli għalihom u l-assistenza esterna, bħas-servizzi tekniċi għall-istazzjonijiet tar-radju u l-programmi tat-televiżjoni, il-preparazzjoni, il-produzzjoni u l-koproduzzjoni tal-programmi awdjoviżivi, il-kiri tal-linji, it-trażmissjoni tal-programmi televiżivi u tar-radju u miżuri oħra bl-għan li jiġu żviluppati r-relazzjoijiet bejn l-istituzzjoni u l-organi tax-xandir awdjoviżiv),

l-ispejjeż dedikati għax-xandir dirett fl-internet tas-seduti plenarji u tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari,

l-irrekjordjar tad-dibattiti tas-seduti fuq DVD-ROM,

il-ħolqien tal-arkivji u ta’ mutur ta’ tiftix xieraq sabiex jkun żgurat aċċess kontinwu għall-pubbliku għal din l-informazzjoni.

J.   Kapitolu 40 “Nefqa relatata ma' ċerti istituzzjonijiet u ma’ ċerti korpi”

55.

Dan il-Kapitolu ammonta għal 5 % tal-infiq tal-baġit tal-2009. L-Artikolu 400“Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivitajiet politiċi ta' informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati” rrappreżenta 76 % mill-approprjazzjonijiet tal-Kapitolu 40. L-impenji għal dan l-Artikolu ammontaw għal EUR 52 337 886. Dawn l-approprjazzjonijiet kienu maħsuba biex ikopru, għall-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati:

l-ispejjeż tas-segretarjat, dawk amministrattivi u dawk operattivi,

l-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet politiċi u informattivi tagħhom fil-qafas tal-attivitajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea.

56.

L-Artikolu 402“Kontribuzzjonijiet lill-Partiti Politiċi Ewropej” u l-Artikolu 403“Kontribuzzjoni għal Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej” irrappreżentaw 23 % tal-approprjazzjonijiet tal-Kapitolu 40 għal ammont totali ta’ EUR 16,8 miljun.

K.   Kapitolu 42 “Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari”

57.

Is-sena 2009 kienet l-ewwel sena tal-eżerċiżżju baġitarju tal-applikazzjoni tal-Istatut il-ġdid tal-assistenti, għall-perjodu minn Lulju sa Diċembru. Dan il-Kapitolu ammonta għal 11 % tal-baġit tal-2009.

58.

Il-Partita 4220“Assistenza Parlamentari” rrappreżentat 83 % tal-approprjazzjonijiet impenjati ta’ dan il-Kapitolu. L-approprjazzjonijet impenjati għal dan l-Artikolu ammontaw għal EUR 126 946 740. Din in-nefqa kopriet is-sistema antika ta' assistenza parlamentari (minn Jannar sa Ġunju) prevista mir-regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew u, minn Lulju 2009 ‘l quddiem, is-sistema l-ġdida tal-assistenti “lokali” previsti mill-Istatut il-ġdid tal-Membru u tal-assistenti.

59.

L-assistenti akkreditati f’wieħed mit-tliet postijiet ta’ xogħol u rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, min-naħa l-oħra, ġew iffinanzjati mill-Partita 4224“L-assistenti parlamentari” b'ammont ta' EUR 26,4 miljun (il-perjodu minn Lulju sa Diċembru 2009).

L.   Titolu 10 “Infiq ieħor”

60.

Il-Kapitoli mdaħħlu taħt din l-intestatura jinvolvu biss approprjazzjonijiet proviżorji li ma jistgħux jiġu impenjati ħlief wara trasferiment minn qabel għal Partita operattiva. Dawn it-trasferimenti ġew eżaminati fis-sezzjoni 1 ta’ dan ir-rapport. L-approprjazzjonijiet inizjali ta' dan it-Titolu ammontaw għal EUR 36 522 592, jiġifieri 2 % tal-approprjazzjonijiet inizjali kollha. Il-bilanċ mhux attwat ammonta għal EUR 3 635 886, jiġifieri madwar 1,2 % tal-approprjazzjonijiet finali kollha fl-2009.

III.   OBJETTIVI 2009 U RIŻULTATI

61.

Fost l-objettivi segwiti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew għall-2009, joħorġu b'mod partikolarment interessanti l-elementi li ġejjin dwar:

A.

il-kampanja ta’ informazzjoni għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2009 u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni;

B.

l-implimentazzjoni tal-Istatuti l-ġodda tal-Membru tal-assistenti;

C.

ir-riforma u l-konsolidazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament;

D.

it-tħejjija għall-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona.

62.

Ir-riżultati preżentati hawn taħt huma bbażati fuq ir-rapporti ta’ attività annwali tal-uffiċjali awtorizzanti delegati għall-2009. Għal informazzjoni iktar dettaljata dwar l-attività tad-Direttorati Ġenerali tal-Parlament Ewropew, il-qarrej huwa mistieden jikkonsulta r-rapporti dwar l-attività annwali.

A.   L-Elezzjonijiet Ewropej tal-2009 u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni

63.

Peress li s-sena 2009 kienet is-sena tal-elezzjonijiet Ewropej, l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni li kellhom jitwettqu matul l-ewwel semestru ġew ikkonċentrati fuq dan l-avveniment u fuq il-kampanja elettorali istituzzjonali deċiża mill-Bureau u li kellha tiġi implimentata fil-livell ċentrali bħal fl-Istati Membri kollha. L-elementi essenzjali ta’ din l-attività preżentaw ruħhom kif ġej:

L-implimentazzjoni fil-livell ċentrali u tal-Istati Membri tal-kunċett tal-kampanja ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni adottata mill-awtoritajiet politiċi;

Il-kooperazzjoni interistituzzjonali fid-dawl tal-elezzjonijiet, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali;

L-iżvilupp tal-attivitajiet kollha ta’ komunikazzjoni tad-DĠ COMM fil-perspettiva tal-elezzjonijiet;

It-tnedija tas-sit Web Elections minn nofs Jannar 2009 ‘l quddem;

Il-preparazzjoni u t-twettiq tal-lejla elettorali 2009;

It-tħejjija u t-tnedija tas-sondaġġi dwar l-opinjoni fl-Istati Membri.

64.

B’mod parallel u lil hinn mill-iskadenza ta’ Ġunju 2009, id-DĠ COMM qdiet il-missjoni prinċipali tagħha, jiġifieri li tiġġenera l-ikbar kopertura possibbli tax-xandir tal-attivitajiet tal-Parlament kif ukoll li tinforma lill-pubbliku ġenerali u lill-multiplikaturi tal-opinjoni dwar l-Istituzzjoni. L-attivitajiet li ġejjin jistħoqilhom li jiġu sottolinjati:

il-Europarl-TV: il-konsolidazzjoni tal-programmi, l-isforz tal-kummerċjalizzazzjoni, l-ilħuq ta’ veloċità operattiva u l-kopertura tal-kampanja elettorali, l-ippustjar tal-kontenut fi pjattaforom oħra tal-multimedia u fil-programmi tat-televiżjoni, is-sinerġija mas-sit Europarl;

il-ftuħ u l-iżvilupp progressiv taċ-ċentru awdjoviżiv il-ġdid fil-bini JAN;

l-iżvilupp ulterjuri tas-sit Europarl u l-istudju dwar l-aċċessibilità tiegħu;

l-implimentazzjoni tal-web-streaming ta’ diversi kumitati parlamentari b’mod parallel;

l-organizzazzjoni u l-iżvilupp tal-avvenimenti annwali ta’ komunikazzjoni bħal pereżempju: Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, il-Kommemorazzjoni tal-Vittmi tat-Terroriżmu, il-Jum tal-Bibien Miftuħin, il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ, il-Premju Lux, il-Premju tal-Ġurnaliżmu u l-Premju Sakharov, kif ukoll l-avvenimenti l-oħra kollha deċiżi mill-awtoritajiet politiċi;

il-preżentazzjoni tas-seba’ leġiżlatura u l-adattament tal-prodotti kollha ta' komunikazzjoni u tal-pubblikazzjonijiet kollha għall-kompożizzjoni l-ġdida tal-Parlament;

il-komunikazzjoni dwar is-sessjoni kostituttiva tal-Parlament Ewropew il-ġdid, kif ukoll dwar it-tiġdid tal-Kummissjoni Ewropea u dwar is-seduti ta’ smigħ tal-kummissarji kandidtati;

il-kommemorazzjoni tal-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin u tal-bidliet demokratiċi fl-Ewropea ċentrali u tal-Lvant.

B.   L-Implimentazzjoni tal-istatut il-ġdid tal-membri u tal-assistenti

65.

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2009 flimkien mar-regoli l-ġodda dwar l-assistenza parlamentari tal-Membri li ġew adottati wara l-Istatut tal-Membri. Fl-ewwel xhur tal-2009, id-DĠ Finanzi prepara l-Miżuri Implimentattivi għall-Istatut tal-assistenti kif ukoll regoli għall-assistenti lokali u għall-apprendisti tal-Membri. Il-ħidma kompliet dwar id-dispożizzjonijiet implimentattivi għall-Istatut tal-Membri u dwar ir-regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-Istatuti fil-livell amministrattiv, bħall-iskema għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni fil-ġestjoni ta’ dan, regoli speċifiċi dwar l-aspetti tar-rimborż tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar, eċċ..

66.

Minn Lulju ‘l hawn, sar numru konsiderevoli ta’ suġġerimenti għal modifiki mill-Membri u l-assistenti b’kunsiderazzjoni tal-esperjenzi tagħhom bl-Istatuti l-ġodda. Fil-livell amministrattiv ukoll, sar ovvju li kien hemm bżonn iktar kjarifika jew aġġustament tar-regoli fil-livell tal-implimentazzjoni. Għalhekk, il-Bureau ddeċieda li jwaqqaf Grupp Temporanju ta’ Evalwazzjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri u tal-Assistenti magħmul minn erba’ Viċi Presidenti u l-Kwestur responsabbli, grupp li kien kostitwit fid-29 ta’ Settembru. Il-Grupp Temporanju ta’ Evalwazzjoni hu appoġġjat mis-Servizz Legli u mid-Direttorati Ġenerali kkonċernali, b’mod partikolari d-DĠ Finanzi u d-DĠ Persunal. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Temporanju ta’ Evalwazzjoni diġà rriżultaw f’sensiela ta’ modifiki għall-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatuti tal-Membri u tal-Assistenti adottati mill-Bureau fil-laqgħat tiegħu tal-11 u tat-23 ta’ Novembru 2009, li jirrikjedu mhux biss aġġustament tal-prattika implimentattiva attwali imma wkoll istruzzjonijiet ġodda għas-servizzi.

67.

Is-servizzi tad-DĠ Finanzi, b’kooperazzjoni mad-DĠ ITEC, ħejjew l-applikazzjonijiet informatiċi meħtieġa biex ikun implimentat l-Istatut kif ukoll l-adattament tal-formoli neċessari għall-Membri u għall-assistnti u partimonju sħiħ ta’ informazzjoni (sensiliet diversi ta’ Mistoqsijiet u Tweġibiet biex jitqassmu lill-Membri, folji informattivi għall-internet u għall-websajt tad-DĠ Finance stess). L-applikazzjonijiet informatiċi għadhom mhumiex lesti kompletament (b’mod partikolari l-aspetti għas-sinkronizzazzjoni ta’ applikazzjonijiet differenti u l-aspetti statistiċi għadhom neqsin), filwaqt li diġà jridu jiġu aġġustati wara d-deċiżjonijiet tal-Bureau jridu jiġu mtejba wara l-esperjenza matul l-ewwel xhur tal-implimentazzjoni tal-Istatut.

C.   Ir-riforma u l-konsolidazzjoni tas-segretarjat ġenerali tal-parlament

68.

Wara l-ħatra tiegħu f'Marzu 2009, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid propona lill-Bureau sensiela ta’ miżuri ta’ ristrutturazzjoni u ta’ konsolidazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali. Dawn il-miżuri fil-qosor huma kif ġej:

C.1.   It-tisħiħ tal-assistenza għall-kumitati u r-riorganizzazzjoni tat-Tabling Office

69.

Maħluq mill-Bureau fl-2003, it-Tabling Office kien prinċipalment responsabbli biex jgħdin u jagħti pariri lill-Membri f’dak li jikkonċerna l-abbozzar tat-testi u biex jivverifika l-konsistenza ta’ dawn mal-korp leġiżlattiv eżistenti. Wara leġiżlatura sħiħa operattiva, evalwazzjoni tas-sitwazzjoni u t-talbiet ripetuti tal-awtorità baġitarja li jkun hemm tisħiħ sinifikanti tal-persunal li jassisti direttament lill-Membri fil-ħidma leġiżlattiva tagħhom, deher xieraq li jkun hemm titjib operattiv tal-metodi ta’ ħidma.

70.

F’dan il-kuntest, fis-6 ta’ Mejju 2009 l-Bureau ddeċieda li (9):

japprova t-trasferiment ta’ 48 post ta’ xogħol mid-dipartimenti lingwistiċi tad-Direttorat għall-Atti Leġiżlattivi lejn is-segretarjati tal-kumitati parlamentari tad-DĠ IPOL u d-DĠ EXPO;

jittrasferixxi l-Unità tal-Ilqigħ u r-Referenza tad-Dokumenti Uffiċjali u l-Unità tad-Depożitu tad-Dokumenti lejn id-Direttorat għas-Seduta Plenarja;

li jistabbilixxi strument ta’ ppjanar leġiżlattiv fi ħdan l-aġent Segretarju Ġenerali billi 8 postijiet ta’ xogħol AD u 4 postijiet ta’ xogħol AST jiġu trasferiti mid-Direttorat għall-Atti Leġiżlattivi għall-Unità tal-Programmazzjoni tas-Seduta Plenarja li qabel kienet tagħmel parti mid-Direttorat għas-Seduta Plenarja.

C.2.   Il-ħolqien ta’ Direttorat għal-Librerija u l-Ġestjoni Dokumentarja

71.

Barra l-ewwel ristrutturazzjoni li kienet tikkonċerna t-Tabling Office u t-tisħiħ tal-istrutturi tal-kumitati parlamentari, il-Bureau, fid-dawl ta’ assistenza ikbar għall-Membri, beda wkoll l-implimentazzjoni ta’ struttura speċifika dedikata għall-ġestjoni tad-dokumenti. Din l-istruttura tinvolvi b’mod partikolari sistema ottimizzata ta’ ġestjoni tal-għarfien, li l-awtorità baġitarja wkoll kienet qed titlob.

72.

Il-Bureau tas-16-17 ta’ Ġunju 2009 b’hekk iddeċieda li (10):

jittrasferixxi s-segretarjati responsabbli mir-reġistru pubbliku u mill-aċċess għad-dokumenti, mill-posta uffiċjali, miċ-ċentru tal-arkivji u tad-dokumentazzjoni għall-Unità tal-Korrispondenza maċ-Ċittadini fid-Direttorat li kienet tagħmel parti minnu l-librerija u li minħabba f’hekk ingħata l-isem il-ġdid ta' Direttorat għal-Librerija u l-Ġestjoni Dokumentarja;

jittrasferixxi l-amministrazzjoni tas-Segretarjat tal-Bureau, tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Kulleġġ tal-Kwesturi fi ħdan is-Segretarju Ġenerali, filwaqt li l-Unità tal-Protokoll ġiet rilokata fi ħdan l-aġent Segretarju Ġenerali.

C.3.   Sigurtà adatta għall-missjoni tal-Parlament

73.

Fid-dawl tad-dilemma tradizzjonali għall-Parlament, jiġifieri l-fatt li s-sigurtà tmur kontra l-aċċessibilità, u b’kunsiderazzjoni tal-isfidi l-ġodda bħall-ippjanar tal-miżuri ta’ urġenza, il-ġestjoni tal-kontinwità tal-attivitajiet, l-appoġġ lid-delegazzjonijiet, l-evalwazzjoni ġenerali u permanenti tar-riskji, deher neċessarju li jissaħħu xi strutturi li, mill-addozzjoni tal-miżuri wara l-attentati tal-11 ta’ Settembru 2001, ftit li xejn evolvew.

74.

Barra minn hekk, fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ April 2009, il-Bureau (11) ddeċieda li jtejjeb is-servizzi ta’ sigurtà tiegħu u li jikkostitwixxi Direttorat ġdid għas-Sigurtà u l-Evalwazzjoni tar-Riskju fi ħdan id-DĠ PRES li l-istruttura tiegħu ġiet riorganizzata radikalment. B’mod partikolari, l-unitajiet il-ġodda huma organizzati:

f’żewġ unitajiet responsabbli mis-sigurtà operattiva, jiġifieri l-Unità tas-Sigurtà Ġenerali u l-Unità tal-Akkreditament;

f’żewġ unitajiet responsabbli mis-sigurtà organizzattiva, jiġifieri l-Unità tal-Istħarriġ, il-Kontinwità tal-Attivitajiet u l-Protezzjoni tad-Data u l-Unità tal-Ġestjoni tar-Riskju u l-Konsulenza Teknika.

C.4.   L-adattament tal-istrutturi ta’ komunikazzjoni għall-ambizzjonijiet il-ġodda

75.

Wara riforma ambizzjuża li saret fl-2004 u li kellha suċċess, is-settur tal-komunikazzjoni għandu jiffaċċa eżiġenzi ġodda u modifika tal-ambjent istituzzjoni li se jġib id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Barra minn hekk, ir-reviżjoni li għadha trid titwettaq tal-aħħar kampanja għall-elezzjonijiet Ewropej għandha twassal għal konklużjonijiet simili. B’hekk, biex jitqiesu l-isfidi l-ġodda, deher neċessarju li jiġi adottat approċċ integrat tal-komunikazzjoni, li jiġi żviluppat l-għarfien espert politiku, li jitjiebu s-servizzi lill-mezzi tax-xandir u li jiġu żviluppati prodotti fl-internet.

76.

Għal dan il-għan, il-Bureau tat-18/06/2009 (12) għamel ċerti modifiki lill-organizzazzjoni interna tad-DĠ COMM. Dawn kienu jikkonsistu essenzjalment:

fi strutturazzjoni ġdida tal-Unità tal-Istampa fid-dipartimenti tal-komunikazzjoni u l-organizzazzjoni tal-Unità tal-Komunikazzjoni bl-Internet (web communication) fis-servizzi tematiċi tal-istruttura tad-dipartimenti differenti eżistenti fid-DĠ IPOL u DĠ EXPO sabiex tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni bejn dawn is-servizzi u sabiex tiġi stabbilita kompetenza bbażata fuq il-kontenut;

fil-ħolqien ta’ kunsill tal-ippjanar tal-komunikazzjoni, li fi ħdanu ta’ kull xahar jiltaqgħu rappreżentanti mid-DĠ COMM, DĠ PRES, DĠ IPOL u DĠ EXPO, sabiex joffru lill-Parlament mekkaniżmu li jagħmilha possibbli li jiġu integrati minn isfel għal fuq id-dimensjoni tal-komunikazzjoni tal-prijoritajiet u l-attivitajiet leġiżlattivi u politiċi tal-istituzzjoni;

fit-trasformazzjoni tal-Unità antika “Sala tal-Istampar” fl-Unità tal-Istampa permezz ta' miżuri maħsuba biex jiżviluppaw iktar l-għarfien espert sabiex il-fajls leġiżlattivi u politiki jkunu koperti aħjar fl-istadji kollha tal-proċedura, li hija eżiġenza li kabret iktar wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona;

fit-trasformazzjoni tal-Unità antika “Abbozzar u Xandir” fl-Unità tas-Servizzi u s-Segwitu tal-Midja, li l-ħidmiet ċentrali tagħha huma organizzati bejn il-koordinazzjoni tal-uffiċjali tal-istampa bbażati fl-uffiċċji ta' informazzjoni fl-Istati Membri u l-organizzazzjoni tas-servizz ta’ tagħrif dwar il-midja;

fit-tisħiħ tas-settur tal-patroċinju, li jagħmel parti mid-Direttorat għall-Uffiċċji tal-Informazzjoni, biex ikun ġestiti b’mod iktar effikaċi, u f'relazzjoni mal-uffiċċji ta’ informazzjoni, it-talbiet għall-patroċinju parlamentari għal inizjattivi mibdija minn partijiet terzi.

C.5.   Ġestjoni iktar attiva tar-riżorsi umani

77.

Matul dawn l-aħħar ħames snin, ir-riżorsi tad-DĠ PERS ġew mobilizzati bis-saħħa biex jiffaċċaw l-applikazzjoni tal-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda u biex ikun ġestit it-tkabbir li kellha l-istituzzjoni u li ma kellux preċedent. Wara dan il-perjodu ta’ adattament, l-istabbilità relattiva attwali għamlitha possibbli li, b’effett mill-01/01/2010, tibda riorganizzazzjoni li l-objettiv tagħha hu l-ġestjoni iktar attiva tar-riżorsi umani tal-Parlament.

78.

Ir-riorganizzazzjoni (13) adottata mill-Bureau b’hekk għandha l-għan li:

toħloq sinerġiji bejn l-unitajiet kollha involuti fil-ġestjoni tar-riżorsi umani;

tiżgura l-applikazzjoni ġuridikament affidabbli tad-dispożizzjonijiet statutorji u ġestjoni finanzjarja ottimizzata b’konformità mar-Regolament Finanzjarju;

tistabbilixxi punti ta’ kuntatt fi Brussell u fil-Lussemburgu bħala punti ta’ aċċess għal kwalunkwe ħtieġa għall-persunal kollu;

iżżid iċ-ċarezza u l-koerenza permezz ta’ struttura bi tliet Direttorati, meta mqabbla mat-tnejn preċedenti. Dawn id-Direttorati se jkunu responsabbli rispettivement mill-iżvilupp tar-riżorsi umani, tal-ġestjoni tal-ħajja amministrattiva, u fl-aħħar nett mill-ġestjoni tas-servizzi ta' appoġġi u servizzi soċjali.

C.6.   Ir-ristrutturazzjoni tad-Direttorat Ġenerali INLO

79.

L-inċident tas-saqaf tal-emiċiklu fi Strasburgu f'Awwissu 2008, il-kobor tal-ammont tal-bini ġestit u l-ħtieġa li jkun hemm pjan wiesa' ta' tiġdid tal-bini li l-Parlament sar proprjetarju tagħhom matul l-aħħar ħmistax-il sena fformaw raġunijiet biżżejjed biex l-istruttura u r-riżorsi tad-DĠ INLO jiġu adattati fundamentalment.

80.

Il-Bureau (14) b’hekk, waqt il-laqgħa tiegħu tal-01/04/09, iddeċieda dwar pjan wiesa' ta' ristrutturazzjoni u ta' tisħiħ tar-riżorsi umani mqassam fuq is-snin mill2010 sal-2012. Din l-operazzjoni fil-qosor hi kif ġej:

ir-ristrutturazzjoni u t-tisħiħ tad-Direttorat għall-Infrastruttura. Ir-riorganizzazzjoni tikkonsisti mill-ħolqien ta’ 3 unitajiet dedikati għall-ġestjoni u l-manutenzjoni tal-bini f’kull sit, u 2 unitajiet għall-ġestjoni, rispettivement fi Brussell u fil-Lussemburgu, tal-proġetti l-ġodda tal-bini li qed jitwettqu bħalissa u li għad iridu jitwettqu; bħala total dan id-Direttorat għandu jibbenefika minn tisħiħ ta’ 29 post ta’ xogħol ġdid fi tliet snin finanzjari;

ir-ristrutturazzjoni u t-tisħiħ tas-servizzi ċentrali. Ir-ristrutturazzjoni tiffoka fuq il-ħolqien ta’ żewġ unitajiet ġodda fil-livell ċentrali, responsabbli rispettivement għall-ippjanar u l-kontroll tal-baġit u għall-kuntratti pubbliċi u l-kuntratti tad-DĠ; 15 il-post ta’ xogħol ġdid (fi tliet snin finanzjarji) huma previsti f'dan is-settur.

it-tisħiħ tad-Direttorat għal-Loġistika, essenzjalment permezz tal-ħolqien ta’ 5 postijiet ta’ xogħol, ukoll mifrux fuq 3 snin finanzjarji.

C.7.   Ristrutturazzjonijiet oħra

81.

Fl-aħħar nett, bħala ħarsa kompluta lejn ir-ristrutturazzjonijiet deċiżi, għandhom jissemmew:

il-modifiki tal-allokazzjoni ta' resposabilitajiet bejn id-Direttorati tas-Servizz Legali;

l-aġġustamenti li saru fi ħdan id-DĠ EXPO sabiex ikun hemm użu iktar razzjonali tar-riżorsi u sabiex ikun evitat li l-istess żona ġeografika tkun koperta minn diversi strutturi;

ir-rabta tas-servizzi tal-Awditur Intern mas-Segretarju Ġenerali.

D.   Il-preparazzjonijiet fid-dawl tat-trattat ta' Lisbona

82.

Wara l-“le” tal-ewwel referendum Irlandiż dwar it-Trattat ta’ Lisbona, il-proċess ta’ preparazzjoni tal-amministrazzjoni ġie sospiż, fl-istennija ta’ konsultazzjoni ġdida u ta’ ratifikazzjoni definittiva.

83.

Malli r-ratifikazzjoni saret, il-Parlament għamel l-arranġamenti neċessarji biex jeżerċita r-responsabilitajiet u l-prerrogattivi l-ġodda previsti mit-Trattat. Għal dan il-għan, inbdiet proċedura ta’ baġit ta’ emenda għas-sena finanzjarja 2010 permezz tal-adozzjoni tal-abbozz ta’ estimi proviżorji mill-Bureau f'Diċembru 2009.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(3)  PE 349 540/BUR/ANN/DEF.

(4)  Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (ĠU C 139, 14 6 2006, p. 1).

(5)  L-Artikoli 9(1) u 9(4) tar-Regolament Finanzjarju.

(6)  L-Artikoli 9(1, 9(2)(a) u 9(5) tar-Regolament Finanzjarju.

(7)  l-Artikolu24 – Deċiżjoni tal-awtorità tal-baġit, Artikolu 43 – Deċiżjoni mill-awtorità tal-baġit dwar trasferimenti li jkopru d-dispożizzjonijiet meħuda.

(8)  Deċiżjoni meħuda mill-istituzzjoni favur it-trasferimenti skont artikolu.

(9)  Nota tal-Bureau tat-30 ta’ April 2009 PE422 005/BUR.

(10)  Nota tal-Bureau tas-16 ta’ Ġunju 2009 PE426 212/BUR/REV.

(11)  Nota tal-Bureau tat-18 ta’ Marzu 2009 PE421 838/BUR.

(12)  Nota tal-Bureau tal-15 ta’ Ġunju 2009 PE426 211/BUR.

(13)  Nota tal-Bureau tat-18 ta’ Ġunju 2009 PE421 837/BUR.

(14)  Nota tal-Bureau tat-18 ta’ Marzu 2009 PE421 749/BUR


ANNESS I

RENDIKONT TAT-TRASFERIMENTI “C” MATUL IS-SENA FINANZJARJA 2009

(f’EUR)

Nru

Mill-/Għall-Kapitolu/Artikolu/Partita

Numru tal-Kapitolu/Artikolu/Partita

Isem il-Kapitolu/Artikolu/Partita

Partita kreditata Ammont

Partita debitata Ammont

C1

mill-Kapitolu

Kap. 100

Approprjazzjonijiet proviżorji

 

2 700 000

għall-Kapitolu

20

 

 

 

għall-Partita

2007/02

Sistemazzjoni fil-bini: Strasburgu

2 700 000

 

C2

mill-Kapitolu

Kap. 101

Riserva ta’ kontinġenza

 

800 000

għall-Kapitolu

23

 

 

 

għall-Partita

2320/01

Nefqiet legali u ħsarat: Nefqiet legali

800 000

 

C3

mill-Kapitolu

Kap. 100

Approprjazzjonijiet proviżorji

 

112 992

għall-Kapitolu

12

 

 

 

għall-Partita

1200

Rimunerazzjoni u allowances

112 992

 

C5

mill-Kapitolu

Kap. 101

Riserva ta’ kontinġenza

 

822 000

għall-Kapitolu

 

 

 

 

għall-Partita

2100/04

Xiri, xogħlijiet, servisjar u manutenzjoni tat-tagħmir u tas-softwer: xiri, servisjar u manutenzjoni tat-tagħmir u tas-softwer Streamline

527 000

 

għall-Partita

2102/07

Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni: assistenza esterna għall-proġett Streamline.

295 000

 

C6

mill-Kapitolu

Kap. 100

Approprjazzjonijiet proviżorji

 

1 200 000

għall-Kapitolu

14

 

 

 

għall-Partita

1420/02

Servizzi esterni: servizzi oħra ta’ traduzzjoni u ttajpjar

1 200 000

 

C7

mill-Kapitolu

42

 

 

 

mill-Partita

4220

Assistenza parlamentari

 

140 000

għall-Kapitolu

16

 

 

 

għall-Partita

1610

Spejjeż għar-reklutaġġ

140 000

 

C8

mill-Kapitolu

Kap. 101

Riserva ta’ kontinġenza

 

2 080 000

għall-Kapitolu

20

 

 

 

għall-Partita

2026/01

Sigurtà u sorveljanza tal-bini: Lussemburgu

785 000

 

għall-Partita

2026/02

Sigurtà u sorveljanza tal-bini: Strasburgu

685 000

 

għall-Partita

2026/03

Sigurtà u sorveljanza tal-bini: Brussell

610 000

 

C10

mill-Kapitolu

Kap. 100

Approprjazzjonijiet proviżorji

 

591 000

għall-Kapitolu

12

 

 

 

għall-Partita

1200

Rimunerazzjoni u allowances

591 000

 

C11

mill-Kapitolu

Kap. 101

Riserva ta’ kontinġenza

 

240 000

għall-Kapitolu

30

 

 

 

għall-Partita

3044

Nefqiet varji għall-organizzazzjoni tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO u laqgħat oħra tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet ad hoc u tad-WTO

240 000

 

C13

mill-Kapitolu

Kap. 101

Riserva ta’ kontinġenza

 

95 000

għall-Kapitolu

32

 

 

 

għall-Partita

3245/04

L-organizzazzjoni ta’ symposia, seminars u attivitajiet kulturali: appoġġ tal-multilingwiżmu

95 000

 

C14

mill-Kapitolu

42

 

 

 

mill-Partita

4220

Assistenza parlamentari

 

160 000

għall-Kapitolu

16

 

 

 

għall-Partita

1610

Spejjeż tar-reklutaġġ

160 000

 

C16

mill-Kapitolu

Kap. 101

Riserva ta’ kontinġenza

 

1 273 900

għall-Kapitolu

20

 

 

 

għall-Partita

2022/01

It-tindif u l-manutenzjoni: Lussemburgu

245 039

 

għall-Partita

2022/02

It-tindif u l-manutenzjoni: Strasburgu

228 384

 

għall-Partita

2022/03

It-tindif u l-manutenzjoni: Brussell

800 477

 

C17

mill-Kapitolu

Kap. 105

Approprjazzjonijiet proviżorji għall-bini

 

9 374 099

mid-dħul riċevut

2003

Akkwist ta' bini

 

22 516 901

għall-Kapitolu

20

 

 

 

għad-dħul riċevut

2001

Ħlasijiet ta’ ċnus

22 516 901

 

għall-Partita

2001/03

Ħlasijiet ta’ ċnus: Brussell

9 374 099

 

C19

mill-Kapitolu

Kap. 101

Riserva ta’ kontinġenza

 

1 247 715

għall-Kapitolu

10

Membri tal-istituzzjoni

 

 

għall-Partita

1006

Allowance għan-nefqa ġenerali

1 247 715

 

C20

mill-Kapitolu

14

Ħaddiema oħra u servizzi esterni

 

 

mill-Partita

1404/03

Apprentistati, għotjiet u skambji ta’ uffiċjali: tqegħid tal-persunal għad-dispożizzjoni mill-istituzzjoni u mis-settur pubbliku

 

1 000 000

mill-Partita

1420/01

Servizzi esterni: traduzzjoni tal-minuti verbatim

 

1 000 000

mill-Kapitolu

30

Laqgħat u konferenzi

 

 

mill-Partita

3000/01

Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff: sessjonijiet, kumitati jew delegazzjonijiet tagħhom, gruppi politiċi u oħrajn

 

3 000 000

mill-Kapitolu

Kap. 101

Riserva ta’ kontinġenza

 

2 000 000

għall-Kapitolu

12

Ufffiċjali u aġenti temporanji

 

 

għall-Partita

1200

Rimunerazzjoni u allowances

7 000 000

 

C22

mill-Kapitolu

21

Proċessar ta’ dejta, tagħmir u għamara: xiri, kiri u manutenzjoni

 

 

mill-Partita

2120/01

Għamara: tagħmir tal-uffiċċċju

 

1 000 000

mill-Kapitolu

32

L-opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u disseminazzjoni

 

 

mill-Partita

3240

Il-Ġurnal Uffiċjali

 

600 000

mill-Kapitolu

Kap. 108

Riserva tal-EMAS

 

250 000

għall-Kapitolu

21

Proċessar ta’ dejta, tagħmir u għamara: xiri, kiri u manutenzjoni

 

 

għall-Partita

2102/01

Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni: assistenza tal-infrastruttura

1 850 000

 

C23

fi ħdan il-Kap.

10

Membri tal-istituzzjoni

 

 

mill-Partita

109

Approprjazzjoni proviżorja maħsuba biex tkopri l-allowances tal-Membri tal-istituzzjoni

 

350 000

mill-Partita

1033

Skemi ta’ pensjonijiet volontarji għall-Membri

 

2 200 000

għall-Partita

1000

Allowances

350 000

 

għall-Partita

1012

Miżuri speċifiċi għall-benefiċċju tal-Membri Parlamentari li għandhom diżabilità u tat-tfal tal-Membri li għandhom diżabilità

100 000

 

għall-Partita

102

Allowances tranżitorji

2 100 000

 

C24

mill-Kapitolu

Kap. 105

Approprjazzjonijiet proviżorji għall-bini

 

10 100 000

għall-Kapitolu

20

Bini u nefqiet relatati

 

 

għall-Partita

2003

Akkwist ta’ bini

9 100 000

 

għall-Partita

2008

Infiq ieħor relatat mal-bini

1 000 000

 

Total tal-ammonti trasferiti tat-tip C

64 853 607

64 853 607


ANNESS 2

RENDIKONT TAT-TRASFERIMENTI GĦALL-EŻERĊIZZJU “P” TAL-2009

(f’EUR)

Nru

Kapitolu/Artikolu/Partita

Ammont

P1

Fi ħdan l-Artikolu 420

 

mill-partita

4220

Assistenza Parlamentari

–10 500 000

għall-partita

4224

L-assistenti parlamentari

10 500 000

P2

Fi ħdan l-Artikolu 122

 

mill-partita

1222

Allowances għal staff li l-impjieg tagħhom jitwaqqaf u skema speċjali għall-irtirar għall-uffiċjali u aġenti temporanji

– 360 000

għall-partita

1220

Allowance fil-każ ta' irtirar kmieni mix-xogħol fl-interess tas-servizz

360 000

P3

Fi ħdan l-Artikolu 304

 

mill-partita

3040

Nefqiet varji għal laqgħat interni

–25 000

għall-partita

3047

Nefqiet varji għall-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari EUROLAT

25 000

P4

Fi ħdan l-Artikolu 422

 

mill-partita

4220

Assistenza Parlamentari

–18 250 000

għall-partita

4224

L-assistenti parlamentari

18 250 000

P5

Fi ħdan l-Artikolu 324

 

mill-partita

3248/01

In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva: koproduzzjoni u xandir ta' programmi awdjoviżivi

– 300 000

għall-partita

3242/01

Nefqiet għall-pubblikazzjoni, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi: pubblikazzjonijiet, azzjonijiet ta' informazzjoni, avvenimenti pubbliċi

250 000

għall-partita

3242/02

Nefqiet għall-pubblikazzjoni, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi: informazzjoni elettronika (Internet)

50 000

P6

Fi ħdan l-Artikolu 324

 

mill-partita

3240

Il-Ġurnal Uffiċjali

– 780 000

għall-partita

3241/01

Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali Edizzjoni

780 000

P7

Fi ħdan l-Artikolu 100

 

mill-partita

1005

Spejjeż oħra għall-vjaġġi

– 600 000

għall-partita

1004

Spejjeż għall-vjaġġi regolari

600 000

P8

Fi ħdan l-Artikolu 200

 

mill-partita

2000/03

Kirjiet: Brussell

– 850 000

għall-partita

2008

Infiq ieħor relatat mal-bini

850 000

P9

Fi ħdan l-Artikolu 200

 

mill-partita

2000/01

Kirjiet: Il-Lussemburgu

–4 000 000

għall-partita

2007/02

Sistemazzjoni fil-bini: Strasburgu

4 000 000

Total tal-ammont tat-trasferimenti P

35 665 000


ANNESS III

IMPLIMENTAZZJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET 2009

Artikolu/Partita

Titolu

Approprjazzjonijiet inizjali

Trasferiment

Approprjazzjonijiet finali

Impenji

% ta' użu

1000

Allowances

30 823 000

350 000

31 173 000

30 601 983

98

1004

Spejjeż għall-vjaġġi regolari

77 988 000

600 000

78 588 000

64 968 672

83

1005

Spejjeż oħra għall-vjaġġi

6 875 000

– 600 000

6 275 000

1 874 929

30

1006

Allowance għan-nefqa ġenerali

41 539 000

1 247 715

42 786 715

42 629 278

100

1007

Allowances

170 000

170 000

169 748

100

1010

Polza ta’ assikurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali

2 851 000

2 851 000

2 557 022

90

1012

Miżuri speċifiċi għall-benefiċċju tal-Membri Parlamentari li għandhom diżabilità u tat-tfal tal-Membri li għandhom diżabilità

141 000

100 000

241 000

77 328

32

102

Allowances Tranżitorji

3 875 000

2 100 000

5 975 000

5 456 757

91

1030

Pensjonijiet

10 638 000

10 638 000

9 583 362

90

1031

Pensjonijiet tad-diżabilità

517 000

517 000

383 595

74

1032

Pensjonijiet tar-romol

2 857 000

2 857 000

2 690 744

94

1033

Skemi ta’ pensjonijiet voluntarji għall-Membri

9 148 000

–2 200 000

6 948 000

6 433 924

93

105

Korsijiet tal-lingwi u l-informatika

900 000

900 000

525 000

58

108

Riserva EMAS

100 000

100 000

0

1090

Approprjazzjoni proviżorja maħsuba biex tkopri l-allowances tal-Membri tal-istituzzjoni

2 000 000

– 350 000

1 650 000

0

1200

Remunerazzjoni u Allowances

493 145 938

7 703 992

500 849 930

494 054 418

99

1202

Sahra mħallsa

410 000

410 000

350 000

85

1204

Drittijiet marbuta mad-dħul fis-servizz, trasferimenti jew tluq mis-servizz

4 520 000

4 520 000

3 520 000

78

1220

Allowance fil-każ ta' irtirar kmieni mix-xogħol fl-interess tas-servizz

630 000

360 000

990 000

917 369

93

1222

Allowances għal staff li l-impjieg tagħhom jitwaqqaf u skema speċjali għall-irtirar għall-uffiċjali u aġenti temporanji

3 950 000

– 360 000

3 590 000

3 347 076

93

124

Approprjazzjoni proviżjorja

1400

Aġenti oħra

25 807 000

25 807 000

24 230 465

94

1402

Interpreti għall-konferenzi

45 600 000

45 600 000

43 273 028

95

1404

Apprentistati, għotjiet u skambji ta’ uffiċjali

8 091 000

–1 000 000

7 091 000

6 068 983

86

1406

Osservaturi

1407

Allowance ta’ taħriġ (programm ta’ apprendistat tal-Parlament Ewropew)

142

Servizzi esterni

21 566 000

200 000

21 766 000

17 362 350

80

1440

Approprjazzjoni proviżjorja

1610

Spejjeż għar-reklutaġġ

385 000

300 000

685 000

685 000

100

1612

Taħriġ Professjonali Ulterjuri

3 940 000

3 940 000

3 387 946

86

1613

Taħriġ Professjonali Ulterjuri Spejjeż ta' missjonijiet

1 580 000

1 580 000

1 257 000

80

1630

Servizzi soċjali

573 900

573 900

516 822

90

1631

Mobilità

189 000

189 000

186 383

99

1632

Relazzjonijiet soċjali bejn il-membri tal-istaff u miżuri soċjali oħra

310 000

310 000

287 888

93

1650

Servizzi Mediċi

1 000 000

1 000 000

997 557

100

1652

Nefqiet kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins

2 260 000

2 260 000

2 260 000

100

1654

Ċentri għat-tfal żgħar u skejjel materni approvati

5 467 000

5 467 000

4 441 145

81

2000

Kirjiet

34 577 000

–4 850 000

29 727 000

28 303 816

95

2001

Ħlasijiet ta’ ċnus

5 700 000

9 374 099

15 074 099

14 636 040

97

2003

Akkwist ta’ bini

9 100 000

9 100 000

0

2005

Il-kostruzzjoni ta’ bini

3 870 000

3 870 000

3 859 764

100

2007

Sistemazzjoni fil-bini

25 232 000

6 700 000

31 932 000

31 611 447

99

2008

Infiq ieħor relatat mal-bini

12 348 000

1 850 000

14 198 000

13 066 707

92

2022

It-tindif u l-manutenzjoni

33 560 000

1 273 900

34 833 900

34 464 155

99

2024

Konsum tal-enerġija

19 096 500

19 096 500

16 917 601

89

2026

Sigurtà u sorveljanza tal-bini

37 000 000

2 080 000

39 080 000

38 478 371

98

2028

Assikurazzjoni

1 575 000

1 575 000

1 563 320

99

2100

Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

42 610 000

527 000

43 137 000

43 008 335

100

2102

Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

39 343 000

2 145 000

41 488 000

41 155 588

99

212

Għamara

3 544 000

–1 000 000

2 544 000

2 508 568

99

214

Materjal u installazzjonijiet tekniċi

17 550 000

17 550 000

14 526 966

83

216

Vetturi

5 851 000

5 851 000

4 880 606

83

230

Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi

2 321 000

2 321 000

2 098 027

90

231

Tariffi finanzjarji

820 000

820 000

318 976

39

232

Nefqiet legali u ħsarat

540 700

800 000

1 340 700

1 318 036

98

235

Telekomunikazzjoni

6 593 000

6 593 000

5 529 694

84

236

Servizzi postali u ta’ ġarr

614 000

614 000

330 501

54

237

Rilokazzjonijiet

1 000 000

1 000 000

656 863

66

238

Nefqiet amministrattivi oħra

636 000

636 000

526 603

83

300

Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff

24 300 000

–3 000 000

21 300 000

20 650 000

97

302

Nefqiet għad-divertiment u għar-rappreżentanza

1 070 000

1 070 000

769 156

72

3040

Nefqiet varji għal laqgħat interni

2 900 000

–25 000

2 875 000

2 124 976

74

3042

Laqgħat, kungressi u konferenzi

1 260 000

1 260 000

868 097

69

3044

Nefqiet varji għall-organizzazzjoni tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO u laqgħat oħra tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet ad hoc u tad-WTO

390 000

240 000

630 000

353 756

56

3046

Nefqiet varji għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Assemblea Parlamentari konġunta ACP-UE

478 000

478 000

185 766

39

3047

Nefqiet varji għall-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Eurolat

38 000

25 000

63 000

42 493

67

3048

Nefqiet varji għall-organizzazzjoni tal-Assemblea Parlamentari Euromed

40 000

40 000

24 796

62

3049

Nefqa għall-aġenziji tal-ivjaġġar

1 223 000

1 223 000

1 223 000

100

320

Akkwist tal-opinjoni tal-esperti

7 198 000

7 198 000

6 080 997

84

3220

Nefqa għad-dokumentazzjoni u għal-librerija

4 301 300

4 301 300

3 512 010

82

3222

Nefqiet għall-arkivjar

1 830 000

1 830 000

1 755 947

96

323

Relazzjonijiet mal-parlamenti ta' pajjiżi terzi u appoġġ għad-demokrazija parlamentari

367 000

367 000

310 311

85

3240

Il-Ġurnal Uffiċjali

8 320 000

–1 380 000

6 940 000

6 939 096

100

3241

Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali

2 100 000

780 000

2 880 000

2 749 099

95

3242

Nefqiet għall-pubblikazzjoni, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi

16 835 000

300 000

17 135 000

16 678 677

97

3243

Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi

3 900 000

3 900 000

3 897 237

100

3244

L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi

27 105 000

27 105 000

24 485 353

90

3245

L-organizzazzjoni ta' symposia, seminars u attivitajiet kulturali

1 930 000

95 000

2 025 000

1 790 335

88

3246

L-istazzjon televiżiv Parlamentari (Web TV)

9 000 000

9 000 000

8 787 767

98

3247

In-nefqa għall-informazzjoni dwar id-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa

3248

In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva

16 200 000

– 300 000

15 900 000

15 124 447

95

3249

Skambji ta' informazzjoni mal-Parlamenti nazzjonali

1 200 000

1 200 000

561 657

47

325

In-Nefqa relatata mal-Uffiċċji tal-Informazzjoni

1 110 000

1 110 000

974 747

88

400

Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivitajiet politiċi ta' informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati

52 690 000

52 690 000

52 337 886

99

402

Kontribuzzjonijiet favur il-partiti politiċi Ewropej

10 858 000

10 858 000

10 512 377

97

403

Kontribuzzjoni għal Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

7 000 000

7 000 000

6 365 561

91

4220

Assitenza parlamentari

184 767 000

–29 050 000

155 717 000

126 946 740

82

4222

Differenzi tal-kambju

500 000

500 000

0

4224

Assitenti parlamentari

28 750 000

28 750 000

26 411 690

92

440

In-nefqa għal-laqgħat u għal attivitajiet oħra tal-ex Membri Parlamentari

170 000

170 000

170 000

100

442

In-nefqa għal-laqgħat u attivitajiet oħra tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea

140 000

140 000

140 000

100

Kapitolu 100

APPROPRJAZZJONIJIET PROVIŻORJI

5 003 992

–4 603 992

400 000

0

Kapitolu 101

RISERVA GĦALL-IMPREVISTI

10 018 600

–8 558 615

1 459 985

0

Kapitolu 103

RISERVA GĦAT-TKABBIR

500 000

500 000

0

Kapitolu 104

RISERVA GĦALL-POLITIKA TAL-INFORMAZZJONI U TAL-KOMUNIKAZZJONI

Kapitolu 105

APPROPRJAZZJONI PROVIŻORJA GĦALL-BINJIET

20 000 000

–19 474 099

525 901

0

Kapitolu 108

RISERVA EMAS

1 000 000

– 250 000

750 000

0

Total

 

1 529 970 930

1 529 970 930

1 417 629 732

93