ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.162.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 162

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
22 ta' Ġunju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 162/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 162/02

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 162/03

Taħriġ għal imħallfin nazzjonali fil-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE u kooperazzjoni ġudizzjarja bejn imħallfin nazzjonali

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 162/04

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeoġrafiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

7

2010/C 162/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 162/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

12.5.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 461/09

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Cornwall and Isles of Scilly

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Cornwall and Isles of Scilly Next Generation Broadband

Il-bażi legali

Regional Development Agencies Act 1998

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 154 miljun

L-intensità

40 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

South West Regional Development Agency

Sterling House, Dix's Field, Exeter

Devon

TQ9 6HG

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.1.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 540/09

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation du cas NN 155/03 — Mise en œuvre d’un service expérimental d’autoroute ferroviaire. Aide en faveur de la société Autoroute ferroviaire alpine (AFA)

Il-bażi legali

Convention du 28 juillet 2003 relative au financement d'un service expérimental d'autoroute ferroviaire alpine entre Bourgneuf-Aiton, en France et Orbassano, en Italie

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: EUR 8 miljuni

Baġit globali: EUR 16 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2010 - 31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Trasport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'écologie, de l'énergie, du développement durable et de la mer

Mission intermodalité fret

Arche Sud

92055 La Défense Cedex

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.1.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 586/09

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Proroga (parziale) dell’aiuto N 810/02. Piano di incentivazione per il trasporto di merci per ferrovia — Articolo 38 della legge 1o agosto 2002, n. 166

Il-bażi legali

Convention du 28 juillet 2003 relative au financement d'un service expérimental d'autoroute ferrovaire alpine entre Bourgneuf-Aiton, en France et Orbassano, en Italie

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: EUR 8 miljuni

Baġit globali: EUR 16 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2010 - 31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Trasport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

12.5.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 18/10

Stat Membru

L-Iżvezja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Restructuring aid to Carnegie Investment Bank

Il-bażi legali

Avtal av den 10 november 2008 mellan Riksgäldskontoret och Carnegie Bank; Lag 2008:814 om statligt stöd till finansinstitut

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità, Garanzija

L-estimi

Baġit globali: SEK 3 335 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

25.4.2009 - 20.4.2012

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Riksgäldskontoret

SE-103 74 Stockholm

SVERIGE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

30.3.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 76/10

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Northern Ireland

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

The Renewables Obligation — Northern Ireland (small-scale generation)

Il-bażi legali

Energy (Northern Ireland) Order 2003, Renewables Obligation Order (Northern Ireland) 2009

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Tranżazzjonijiet mhux fuq termini tas-suq

L-estimi

Baġit annwali: GBP 2,1 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.3.2020

Setturi ekonomiċi

L-enerġija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Department of Enterprise, Trade and Investment for Northern Ireland

Netherleigh Massey Avenue

Belfast

Northern Ireland

BT4 2JP

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Ġunju 2010

2010/C 162/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2391

JPY

Yen Ġappuniż

113,10

DKK

Krona Daniża

7,4402

GBP

Lira Sterlina

0,83410

SEK

Krona Żvediża

9,5178

CHF

Frank Żvizzeru

1,3738

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8575

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,760

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

278,03

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7083

PLN

Zloty Pollakk

4,0380

RON

Leu Rumen

4,2315

TRY

Lira Turka

1,9233

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4032

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2601

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6296

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7349

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7044

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 454,28

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,2406

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,4229

HRK

Kuna Kroata

7,2010

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 163,58

MYR

Ringgit Malażjan

3,9484

PHP

Peso Filippin

56,350

RUB

Rouble Russu

38,1375

THB

Baht Tajlandiż

40,011

BRL

Real Brażiljan

2,1772

MXN

Peso Messikan

15,4500

INR

Rupi Indjan

56,6900


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/6


Taħriġ għal imħallfin nazzjonali fil-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE u kooperazzjoni ġudizzjarja bejn imħallfin nazzjonali

2010/C 162/03

Sejħa ġdida għal proposti dwar taħriġ għal imħallfin nazzjonali fil-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE u kooperazzjoni ġudizzjarja bejn imħallfin nazzjonali ġiet ippublikata fuq:

http://ec.europa.eu/competition/calls/index.html

Id-data tal-għeluq għall-applikazzjoni: 30 ta’ Settembru 2010


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

22.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/7


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeoġrafiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

2010/C 162/04

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 9

“PECORINO SARDO”

Nru tal-KE: IT-PDO-0117-0018-21.12.2000

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda:

Denominazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Image

Prova tal-oriġini

Image

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Image

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn [għandu jiġi ppreċiżat]

2.   Tip ta' emenda:

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi

Image

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sinteżi ma ġew ippubblikati

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma għandhiex bżonn emendi tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta minn miżuri sanitarji jew fitosanitarji mandatorji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Prova tal-oriġini:

Il-forom tal-ġobon għandhom jiġu mmarkati permezz ta' timbru tal-linka hekk kif jitilqu miż-żona tal-produzzjoni sabiex jiġu ggarantiti t-traċċabbiltà u l-kontroll tagħhom. Speċifikament, il-forom tal-“Pecorino Sardo” jiġu ttimbrati, b'linka li tittiekel u li ma titħassarx, b'marka fejn jidhru l-ewwel ittri kbar PS, segwiti bil-kitba DOP (DPO), u bil-Kaxxa tal-Identifkazzjoni tal-Azjenda tal-Produzzjoni. Dawn ikunu jidhru fuq żewġ linji separati b'forma ta' kon dejjaq, li għandu bażi kemm kemm ittondjata u li jirrappreżenta biċċa ġobon. Meta jitqiesu l-karatteristiċi tal-prodott u l-fażijiet proċess tax-xogħol, dan it-timbru jista' ma jkunx għadu jidher. F'dan il-każ, it-traċċabiltà għandha tiġi ggarantita mit-tikkettar.

3.2.   Metodu ta' produzzjoni:

Il-ħalib li jintuża għall-produzzjoni tal-“Pecorino Sardo” għandu jkun speċifikament ħalib sħiħ tan-nagħaġ, u jista' eventwalment jissaħħan jew jiġi ppasturizzat.

It-trattamenti termiċi kienu jintużaw sa minn qabel ir-rikonoxximent tad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini, f'uħud mill-impjanti tal-produzzjoni tal-ġobon u jilħqu l-għan li jiggarantixxu l-benna tal-prodott, jeliminaw il-mikrobi patoġeni u dawk li jfixklu l-proċess li bih isir il-ġobon. Dawn jgħinu wkoll fil-proċessi ta' maturazzjoni bil-mikrorganiżmi tipiċi tal-prodott u jtejbu l-kwalità sensorjali, probjotika u nutrizzjonali tal-ġobon.

Ta' min wieħed jiċċara li l-kulturi tal-fermenti tal-ħalib li jintużaw għall-inokulazzjoni tal-ħalib, jistgħu jkunu wkoll ta' speċijiet oħrajn minbarra dawk tal-ispeċi Streptococcus Thermophilus, dejjem jekk ikunu ġejjin miż-żona tal-oriġini. Fil-fatt l-ispeċi Streptococcus Thermophilus għandha titqies bħala waħda iżda mhux l-unika mill-ispeċijiet ta' mikrobi li jinsabu fil-mikroflora awtoktona tal-ħalib.

Il-kundizzjonijiet tal-konservazzjoni tal-“Pecorino Sardo” ħelu u matur qed jiġu ddefiniti sabiex tiġi ggarantita ż-żamma tal-karatteristiċi ta' kwalità tal-prodott lill-konsumatur. B'mod speċifiku, il-konservazzjoni tal-prodott fl-aħħar tal-maturazzjoni hija awtorizzata dejjem jekk dan jinżamm f'temperaturi iktar baxxi meta mqabbla ma' dawk ta' matul il-maturzzjoni. It-trattament tad-dlik biż-żejt fuq il-qoxra tal-ġobon, l-użu ta' sustanzi kontra l-moffa u/jew plastik ta' protezzjoni huma awtorizzati wkoll. It-temperaturi tal-konservazzjoni u t-trattamenti tal-qoxra jiġu applikati wara li jitlesta l-prodott. Huma ma jaffettwawx il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, anzi jgħinu sabiex dawn jgħinu sabiex jippreservawh matul il-konservazzjoni. Barra minn hekk, l-iffriżar u t-tkessiħ mhumiex awtorizzati fl-ebda waħda miż-żewġ tipi filwaqt li l-użu ta' imballaġġ tal-plastik li jitneħħilu l-arja minnu huwa awtorizzat.

3.3.   Tikkettar:

Hemm definizzjonijiet tar-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar.

B’mod speċifiku, il-forom tal-“Pecorino Sardo” D.P.O. għandu jkollhom il-logo tad-denominazzjoni maċ-ċirku ta' barra tat-tikketta. Il-daqs tal-wisa’ taċ-ċirku għandu jkun ta' bejn minimu ta' 2 ċm u massimu ta' 3 ċm. Fuq ġewwa taċ-ċirku għandu jkun hemm spazju għal numru ta' marki “Pecorino Sardo” D.P.O. li jkun bejn 12 u 24.

It-tul tal-marka għandu jkun daqs 85 % tal-wisa’ taċ-ċirku. Għandu jkun hemm spazju b'angolu ndaqs bejn marka u oħra, u dawn għandhom jitpoġġew f'ordini simmetrika bil-ponta tax-xbieha tal-ġobon tħares ’il barra.

Fuq iċ-ċirku ma għandu jidher l-ebda tip ta' sinjal jew kitba oħra ħlief għall-marka u l-logo.

L-identifikazzjoni tal-forom tal-“Pecorino Sardo” D.P.O. tinkludi wkoll marka li titwaħħal, fejn jiġi stampat il-kodiċi alfanumeriku li jidentifika b'mod ċar il-forma.

L-identifikazzjoni preċiża tat-tikkettar tal-ġobon tissodisfa l-ħtieġa li l-produtturi jidentifikaw il-prodott b'mod uniformi, billi l-logo tal-identifikazzjoni jkun jintgħaraf u jidher fil-biċċa l-kbira tiegħu filwaqt li l-indikazzjoni tal-kodiċi alfanumeriku tippermetti traċċabbiltà fil-pront ta' dan il-prodott fuq is-suq u, minbarra li sservi ta' garanzija għall-konsumatur, tiffaċilita l-operazzjoni tal-monitoraġġ.

Il-kundizzjonijiet għall-imballaġ tal-“Pecorino Sardo” qed jiġu speċifikati. Wara t-tmiem tal-perjodu ta' maturazzjoni, il-“Pecorino Sardo” jista' jiġi ppakkjat kemm bħala forma sħiħa, f'porzjonijiet, kif ukoll f'pakketti li minnhom titneħħa l-arja jew f'atmosfera modifikata. L-imballaġġ jista' jsir anke barra mir-Reġjun ta' Sardinja.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“PECORINO SARDO”

Nru tal-KE: IT-PDO-0117-0018-21.12.2000

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għanijiet informattivi biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Ministero delle Politiche Agricole Alimentri e Forestali

Indirizz:

Via XX Settembre 20

00187 Roma RM

ITALIA

Tel.

+39 0646655104

Fax

+39 0646655306

Posta elettronika:

saco7@politicheagricole.gov.it

2.   Grupp:

Isem:

Consorzio per la Tutela del Formaggio Pecorino Sardo

Indirizz:

Via S. Alenixedda 2

09128 Cagliari CA

ITALIA

Tel.

+39 070372885

Fax

+39 070372885

Posta elettronika:

info@pecorinosardo.it

Kompożizzjoni:

Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.3. –

Ġobnijiet

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Pecorino Sardo”

4.2.   Deskrizzjoni:

Il-“Pecorino Sardo” DPO huwa ġobon tal-ħalib tan-nagħaġ, imsajjar nofs sajran, f'żewġ tipi differenti: “ħelu” b'perjodu qasir ta' maturazzjoni (20-60 jum) u “matur” b'perjodu ta' maturazzjoni ta' mhux inqas minn xahrejn, b'forma ċilindrika u wċuħ ċatti u ġnub dritti jew kważi dritti. Il-konsistenza tal-ġobon hija ratba u tiġġebbed.

4.3.   Żona Geoġrafika:

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Pecorino Sardo” DPO tinkludi fiha t-territorju tar-Reġjun awtonomu ta' Sardinja.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Kull fażi tal-proċess tal-produzzjoni tiġi mmonitorjata billi jiġi ddokumentat kull element li jiddaħħal u kull prodott li joħroġ. B'dan il-mod, u permezz ta' tniżżil f'listi speċifiċi, ġestiti mill-organu ta' spezzjoni, tal-bdiewa li jrabbu l-bhejjem, il-produtturi, dawk li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni u ta' dawk li jippakkjaw, kif ukoll permezz tan-notifika immedjata lill-organu ta' spezzjoni tal-kwantitajiet li ġew prodotti, tiġi ggarantita t-traċċabbiltà tal-prodott. Il-persuni kollha, kemm fiżiċi kif ukoll ġuridiċi, irreġistrati fil-listi relatati, għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll min-naħa tal-organu ta' spezzjoni.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Il-“Pecorino Sardo” DPO għandu jinkiseb minn ħalib sħiħ tan-nagħaġ, li eventwalment jiġi miżjud b'kulturi ta' fermenti tal-ħalib li ġejjin miż-żona tal-oriġini, li huma klassifikati wkoll fl-ispeċi Streptococcus termophilus. Il-ħalib jiġi eventwalment imsaħħan u ppasturizzat, jiżdiedlu miegħu t-tames tal-għoġol, li jrid jitqatta' fin sakemm il-biċċiet tat-tames jsiru daqs ġellewża, fil-każ tat-tip “ħelu”. Fil-każ tat-tip “matur” il-biċċiet tat-tames għandhom jitqattgħu sakemm jiġu daqs iż-żerriegħa tal-qamħirrum u wara jissajjar nofs sajran. Iktar tard il-prodott jgħaddi għall-fażijiet tal-ippressar, it-tmelliħ u l-maturazzjoni. Fil-każ tal-ġobon tat-tip “matur”, il-maturazzjoni tista' tinkludi affumikazzjoni b'mezzi naturali. Il-pecorino tat-tip “ħelu” jiġi mmaturat għal perjodu ta' bejn 20 u 60 jum filwaqt li l-pecorino matur għandu perjodu ta' maturazzjoni ta' mhux inqas minn xahrejn.

4.6.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

Għall-fatturi naturali, issir enfasi fuq il-karatteristiċi partikolari taż-żoni maħsuba għat-trobbija tan-nagħaġ f'Sardinja. Għandhom jintużaw l-iktar mergħat naturali, mogħnija bl-essenzi naturali li jagħtu kwalitajiet partikolari lill-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-ġobon. Għall-fatturi umani, qed issir enfasi fuq l-importanza soċjoekonomika għall-popolazzjoni tar-rgħajja tradizzjonali tal-ġżira minħabba li dan il-prodott x'aktarx jirrappreżenta l-uniku sors ta' dħul f'żoni fejn ma hemmx alternattivi validi ta' żvilupp ekonomiku.

4.7.   Organu ta’ spezzjoni:

Isem:

OCPA Organismo di controllo dei formaggi Pecorino Romano Dop, Pecorino Sardo Dop, Fiore Sardo Dop

Indirizz:

Zona Industriale Macomer c/o Consorzio latte

08015 Macomer NU

ITALIA

Tel.

+39 0785742196

Fax

+39 0785742197

Posta elettronika:

ocpa.cert@tiscali.it

4.8.   Tikkettar:

Il-ġobon “Pecorino Sardo” DPO jinħareġ għall-konsum sakemm ikollu l-marka apposta tad-denominazzjoni tal-orġini.

Logo tad-Denominazzjoni għall-bejgħ

Image


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


22.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/11


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 162/05

Din il-pubblikazzjoni tagħti dritt għal oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“OIE D’ANJOU”

In-Nru tal-KE: FR-PGI-0005-0477-20.06.2005

DPO ( ) IĠP ( X )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet ta’ informazzjoni biss.

1.   Servizz kompetenti tal-Istat Membru:

Isem:

INAO

Indirizz:

51 rue d’Anjou

75008 Paris

FRANCE

Tel.

+33 0153898000

Fax

+33 0153898060

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp:

Isem:

Fermiers du Val de Loire

Indirizz:

Boulevard Pasteur

B.P. 262

44158 Ancenis Cedex

FRANCE

Tel.

+33 0240988252

Fax

+33 0240831500

Posta elettronika:

vpitondregoire@terrena.fr

Kompożizzjoni:

produtturi/proċessaturi ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.1:

laħam (u l-ġewwieni) frisk.

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Oie d’Anjou”

4.2.   Deskrizzjoni:

Il-“Oie d'Anjou” hija wiżża li tittiekel mixwija, tradizzjonalment fil-festi tal-aħħar tas-sena.

Il-karatteristiċi tagħha jinkludu aroma tfuħ ta' laħam abjad, il-konsistenza ratba u fl-istess ħin soda, u t-togħma tajba tagħha.

Il-“Oie d'Anjou” tinbiegħ bħala karkassa Prêt à Cuire (lesta għat-tisjir), bil-piż minimu ta' 2.5 kilogrammi kif ukoll bil-ġewwieni parzjalment imneħħi, bil-piż minimu ta' 2.8 kilogrammi.

Il-karkassa hija tonda, b'sidra kbira u wiesgħa, minħabba li l-laħam tas-sidra huwa fil-livell tal-isternum. Hija perfettament imnittfa mir-rix tagħha, u mingħajr rix li għadhom qed jinbtu minn taħt il-ġilda. Il-ġilda għandha tkun ratba, xaħmija biżżejjed meta tintmiss iżda mhux iżżejjed, u ta' kulur isfar.

Il-livell tajjeb tat-tismin jingħaraf minn depożiti tax-xaħam taħt il-ġilda tas-sidra u tal-parti addominali, li huma limitati fuq id-dahar u ineżistenti fuq is-saqajn kif ukoll mill-preżenza ta' għoqda ta' xaħam taħt il-ġwienaħ.

4.3.   Żona ġeografika:

Il-Oies d’Anjou jitfaqqsu, jitrabbew u jinqatlu fiż-żona ġeografika magħmula minn:

Id-Dipartiment ta' Maine et Loire: kollu kemm hu.

Id-Dipartiment ta’ Indre et Loire: parti minn Canton de Château la Vallière: il-muniċipalitajiet ta’: Château la Vallière, Rille, Hommes, Savigné sur Lathan, Channay sur Lathan, Coucelles de Touraine, Souvigné, Couesmes, Brèches, Villers au Bouin, Braye sur Maulne, Marcilly sur Maulne, Luble, St Laurent de Lin. parti minn Canton de Bourgueil: il-muniċipalitajiet ta’:Benais, Bourgueil, St Nicolas de Bourgueil, Restignes, Continvoir, Gizeux. parti minn Canton de Langeais: il-muniċipalitajiet ta’: Avrillé les Ponceaux.

Id-Dipartiment ta' Loire-Atlantique: il-muniċipalitajiet ta’ Ligné, Ancenis, Varades, Riaillé, St Mars la Jaille, Moisdon la Rivière, St Julien de Vouvantes. parti minn Canton de Chateaubriant: il-muniċipalitajiet ta’: Chateaubriant, Soudan.

Id-Dipartiment ta’ la Mayenne: il-muniċipalitajiet ta’ St Aignan Sur Roë, Craon, Château Gontier, Château Gontier est, Château Gontier ouest, Bierné, Grez en Bouère.

Id-Dipartiment ta’ la Sarthe: il-muniċipalitajiet ta’ Sablé sur Sarthe, La Flèche, Malicorne sur Sarthe, Pontvallin, Le Lude, Mayet. parti minn Canton de la Suze sur Sarthe: il-muniċipalitajiet ta’: Parigné le Pôlin. parti minn Canton d'Ecommoy: il-muniċipalitajiet ta’: Ecommoy, Saint Biez en Belin, Saint Ouen en Belin. parti minn Canton de Château du Loir: il-muniċipalitajiet ta’: Château du Loir, Beaumont Pied de Bœuf, Dissay sous Courcillon, Flée, Luceau, Montabon, Nogent sur Loir, St Pierre de Chevillé, Thoiré sur Dinan, Vouvray sur Loir. parti minn Canton de la Chartre sur le Loir: il-muniċipalitajiet ta’: La Chartre sur le Loir, Beaumont sur Dême, Chahaignes, Lhomme, Marçon.

Id-Dipartiment ta’ Deux-Sèvres: il-muniċipalitajiet ta’ Mauléon, Argenton l’Église, Argenton Château, Thouars, Thouars 1, Thouars 2, Airvault, St Varent, Bressuire.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Id-dispożizzjonijiet kollha li jippermettu li jiġi ppruvat li l-Oie d’Anjou tiġi miż-żona ġeografika tal-IĠP huma stabbiliti. Id-dispożizzjonijiet dwar it-traċċabilità kemm fid-direzzjoni lejn l-aħħar tal-katina tal-produzzjoni kif ukoll fil-bidu tagħha huma deskritti. Dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw dan li ġej:

verifikazzjoni dwar l-eliġibbiltà tal-operaturi differenti fir-rigward taż-żona ġeografika u t-tul ta' żmien għat-trasport,

in-numri tal-kodiċijiet u d-dokumenti tal-biċċerija għal kull qatla jippermettu l-identifikazzjoni tal-farm fejn tkabbru u l-post fejn jinsab,

iċ-ċertifikat tal-oriġini u d-dokumenti tal-konsenja tal-wiżż jippermettu l-identifikazzjoni tal-farm u tal-bini u tar-razza kkonċernata li tintuża għat-tgħammir,

id-dejta dwar it-traċċabilità miżmuma mill-farm tippermetti l-identifikazzjoni tad-dati tal-konsenja tal-għalf kif ukoll tad-dati tal-produzzjoni tal-għalf.

Din id-dejta kollha tippermetti b'mod partikolari li l-istorja kollha tal-produzzjoni tal-prodott tkun ritraċċata u sussegwentement, fil-każ ta' kwalunkwe ilment mill-klijenti, li titmexxa investigazzjoni dwar il-kawżi u jiġu stabbiliti azzjonijiet korrettivi xierqa.

4.5.   Metodu ta’ produzzjoni:

Il-wiżża Oie d'Anjou ħarġet mit-taħlit tas-sess maskil mas-sess femminil tar-razza tal-wiżż “blanche du Rhin”. Imbagħad il-wiżż femminili biss jintbagħtu għat-tkabbir.

It-tul ta' żmien massimu għat-trasport tal-bajd bejn il-post ta' riproduzzjoni u l-post fejn jitfaqqsu, li jinsab fiż-żona ġeografika, huwa ta' siegħa u 45 minuta.

Il-bajd għat-tfaqqis jinħażnu għal mhux aktar minn sebat ijiem, qabel ma jitqiegħdu fl-inkubazzjoni. It-tul ta' żmien massimu għat-trasport tal-wiżż mill-post fejn jitfaqqsu għall-farm fejn jitkabbru huwa ta' siegħa u 45 minuta.

It-tul ta' żmien totali għat-tkabbir tal-wiżż huwa ta' minimu ta' 175 jum (mill-jum meta jitfaqqsu sal-jum meta jinqatlu) iżda t-tul ta' żmien medju għat-tkabbir tagħhom huwa ta' 222 jum.

Il-Oie d’Anjou għandha aċċess għall-arja aperta minn età żgħira ħafna (l-aktar tard tal-età ta' 4 ġimgħat).

Il-perjodu ta' żmien għall-mergħa huwa ta' minimu ta' 92 jum iżda fir-realtà fil-medju jdum 138 jum. Matul dan il-perjodu, talanqas 2,5 ettari ta' mergħat u/jew 1,25 ettari ta' mergħat temporanji, l-uċuħ għall-kultivazzjoni intermedja (qamħ, segala,… u, fi kwalunkwe każ minimu ta' 1,25 ettaru ta' qamħirrun huma disponibbli fl-uċuħ tar-raba għal elf wiżża. Barra minn hekk, il-wiżż jingħata qamħ kemm irid.

Il-wiżż jinżammu f'kundizzjonijiet permanenti ta' assenza ta' kompetizzjoni bis-saħħa tal-ġestjoni tal-artijiet disponibbli fil-miftuħ u l-għalf diversifikat.

Matul il-perjodu tal-aħħar fażi ta' minimu ta' 8 ġimgħat, il-wiżż għandhom aċċess għal żona ta' eżerċizzju mimlija bit-tiben, fil-miftuħ, b'aċċess għall-bini fejn jitkabbru.

Iċ-ċereali u ż-żrieragħ li jingħataw lill-wiżż huma prodotti tal-azjenda agrikola stess.

Minbarra l-għalf u ċ-ċereali prodotti fl-azjenda u distribwiti, matul il-perjodu tat-trobbija u l-fażi tal-aħħar tal-Oie d’Anjou, mill-azjenda jinxtara biss l-ikel tal-għalf kompost li jingħata lit-tjur fil-bidu u fil-fażi tat-tkabbir jew fil-fażi tal-aħħar u f'dan il-każ, dan jista' jiġi minn barra ż-żona tal-IĠP.

Il-post tat-tkabbir jinsab mhux aktar ′il bogħod minn 100 km mill-biċċerija u t-tul ta' żmien massimu għat-trasport bejn il-biċċerija u l-post tat-tkabbir huwa ta' 3 sigħat.

Il-ħin tal-qatla, l-għadd ta' wiżż jkun magħmul minn tjur omoġenji, ikkostitwiti minn wiżż imsemmnin sew, jiġifieri wieħed jista' jara kif ukoll iħoss li jkollhom faxx xaħam bejn saqajhom, li jirrifletti d-depożiti subkutanju ta' xaħam fis-sidra u fil-parti addominali, filwaqt li tista' tiġi osservata wkoll għoqda xaħam taħt il-ġwienaħ. Ir-rix u s-saqajn ikunu nodfa.

4.6.   Rabta:

4.6.1.   L-ispeċifiċità taż-żona

Iż-żona ġeografika tinsab fil-baċin fejn tiġi fi tmiemha l-Loire. L-effetti tal-Loire u tal-arja dieħla ġejja mill-baħar jipprovdu klima oċeanika li hija partikolarment favorevoli għat-tkabbir tal-ħaxix, tal-uċuħ tal-għalf u ċ-ċereali (ħaxix, qamħirrun, adattat bħala ikel għall-wiżż tar-ragħa). Iż-żona hija kkaratterizzata wkoll mid-densità tan-netwerk idrografiku tagħha.

Abbażi ta' dawn il-karattarestiki naturali in-nies tal-lokal żviluppaw produzzjoni veġetali diversifikata u fl-istess ħin attività tat-trobbija tal-annimali estensiva ħafna fiż-żona ġeografika (il-laħam taċ-ċanga, tjur). Il-pożizzjoni partikolari tal-Oie d’Anjou f'dan l-isfond huwa marbut mal-prattika storika tat-trobbija tal-wiżż f'dan ir-reġjun li tmur lura għas-seklu ħmistax.

L-għarfien espert ta' dawk li jrabbu l-wiżż illum, ikkaratterizzat b'mod partikolari mis-sengħa tat-trobbja tal-wiżż sa mit-twelid tagħhom, il-ġestjoni, id-disponibbiltà u d-diversità tal-għalf, ix-xogħol u l-attenzjoni tagħhom mal-wiżż matul il-perjodu twil tar-ragħa kif ukoll matul il-perjodu tal-aħħar, huma riflessi f'din it-tradizzjoni.

4.6.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Il-kwalità partikolari tal-Oie d’Anjou tiddependi fuq il-konformazzjoni tajba kif ukoll fuq it-tismin ottimu tal-karkassi.

Il-“Oie d’Anjou” hija magħrufa speċjalment għall-karkassi wesgħin u fl-istess ħin tondi bil-laħam iebes, b'sider żviluppat u bil-laħam tas-sider talanqas fil-livell tal-isternum, bil-ġilda safra u ratba u b'depożiti tax-xaħam taħt il-ġilda tas-sidra u tal-parti addominali, limitati fuq id-dahar u ineżistenti fuq is-saqajn kif ukoll mill-preżenza ta' għoqda ta' xaħam taħt il-ġwienaħ. L-aroma distinta tagħha ta' laħam abjad, il-konsistenza ratba u fl-istess ħin soda jżidu mal-kwalità speċifika tagħha.

4.6.3.   Rabta kawżali

L-ispeċifiċità tal-Oie d’Anjou hija dovuta għall-ħafna oqsma ta' għarfien espert tal-bdiewa li jrabbu l-wiżż fir-reġjun ta' Anjou fir-rigward tal-prattiki tradizzjonali tagħhom li jmorru lura għal ħafna snin, u li saħansitra wkoll f'dak iż-żmien kienu jisfruttaw il-karatteristiki naturali taż-żona ġeografika, b'mod partikolari l-klima tagħha:

Bl-attenzjoni partikolari tagħhom fir-ragħa tal-wiżż mill-bidu u matul il-ħajja kollha tagħhom, il-bdiewa li jrabbu l-wiżż ifittxu dejjem li jiksbu l-konformazzjoni tajba u t-tismin ottimu tal-“Oie d'Anjou”. Il-wiżż jeħtieġu li jikkunsmaw kwantitajiet kbar ta' ħxejjex biex jiżiluppaw il-kapaċità sħiħa tal-pajpijiet diġestivi tagħhom u b'hekk biex jakkwistaw, lejn it-tmiem tar-ragħa u fil-perjodu tal-aħħar, il-kapaċità li jiddiġerixxu kwantitajiet kbar fi żmien stipulat.

Biex dan ir-rekwiżit jintlaħaq, il-wiżż “Oie d'Anjou” jitħallew jirgħu fil-miftuħ minn età żgħira ħafna u malajr jibdew jieklu l-ħxejjex disponibbli fiż-żona bil-għan li jibdew b'dawn id-drawwiet ta' ragħa bikri f'ħajjithom. Il-wiżż igawdu minn perjodu ta' ragħa twil, li matulu jkun hemm disponibbli għalihom kwantità ta' ħxejjex li tikkonforma għall-bżonnijiet tagħhom (tintuża r-ragħa bir-rotazzjoni, qlib bejn għelieqi tal-ħaxix u meded imħawwla b'mod sistematiku bil-qamħirrun, li mbagħad jittieklu waqt li l-wiżż qed jikbru) u dan jippermetti l-ksib ta' sider sħiħ u l-karkassa wiesgħa, li jagħtu lill-“Oie d'Anjou” l-konformazzjoni ottima tagħha.

L-għarfien espert tar-raħħala, jiffoka fuq il-perjodu tal-aħħar fażi, fejn għandu jinkiseb it-tismin malajr tal-wiżż (l-aktar permezz tal-għalf ibbażat fuq iż-żrieragħ) u fl-istess ħin fuq l-iżvilupp tal-muskulatura u l-laħam tas-sidra tagħhom (l-għalf veġetali fid-dieta tagħhom u l-aċċess għall-miftuħ). Dan jirrikjedi monitoraġġ progressiv u partikolari mir-raħħala (kejl tal-piż fi stat ħaj, kontrolli viżwali u kontrolli bl-idejn tat-tjur ħajjin biex jitkejjel l-iżvilupp tal-għoqda ta' xaħam taħt il-ġwienaħ) u spezzjoni tal-karkassi wara l-qtil.

Wara t-tbiċċir, il-karkassi tal-“Oie d'Anjou” jiġu sseparati u kklassifikati, biex jiġu ċċekkjati viżwalment għall-karatteristiki mfittxija speċifikament tal-wiżż “Oie d'Anjou”.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Kunjom:

Qualité — France S.A.S.

Indirizz:

Le Guillaumet

92046 Paris la Défense Cedex

FRANCE

Tel.

+33 0141970074

Fax

+33 0141970832

Posta elettronika:

http://www.qualite-france.com

4.8.   Tikkettar:

It-tikkettar għandu jinkludi l-isem tal-IĠP “Oie d'Anjou” u s-simbolu Komunitarju tal-IĠP.

Jinżdied numru ta' tikkettar individwali, sabiex il-grupp tal-IĠP jkun jista' jistabbilixxi t-traċċabilità tal-prodott fil-każ ta' kwalunkwe ilment.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.