|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.CA2010.155.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Opinjonijiet |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 155A/01 |
||
|
2010/C 155A/02 |
||
REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI
Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.
Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.
|
5 |
(FR) |
|
9 |
|
|
19 |
(FR) |
|
23 |
(DE/ES/PT) |
|
28 |
|
|
48 |
|
|
53 |
|
|
56 |
|
|
57 |
|
|
60 |
|
|
61 |
(DE/EN/FR) |
|
62 |
|
|
64 |
|
|
66 |
(BG/RO) |
|
67 |
(ES) |
|
70 |
(PT) |
|
73 |
(FI) |
|
74 |
(SV) |
|
91 |
|
|
95 |
|
|
104 |
|
|
110 |
|
|
116 |
(ET) |
|
119 |
|
|
129 |
(EL) |
|
137 |
(LT/LV/MT) |
|
138 |
(BG/CS/LT/PL/RO/SK) |
|
143 |
(DE/EN/FR) |
|
144 |
(DE/EN/FR) |
|
146 |
(DA/FI/MT) |
|
147 |
(FI) |
|
149 |
(IT) |
|
150 |
(BG/CS/LT/PL/RO/SK) |
|
151 |
|
|
155 |
|
|
MT |
|
V Opinjonijiet
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 155/1 |
DĠ GĦALL-POLITIKA DWAR IL-KLIMA
Pubblikazzjoni ta' post vakanti għall-kariga ta' Konsulent Prinċipali (Grad AD 14)
(L-Artikolu 29 (2) tar-Regolamenti tal-Persunal)
COM/2010/10271
(2010/C 155 A/01)
Min aħna
Id-DĠ għall-Politika dwar il-Klima qiegħed ifittex Konsulent Prinċipali li se jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-DĠ:
|
— |
Li jżomm iż-żieda fit-temperatura medja globali taħt iż-2 gradi Celsius meta mqabbla mal-livelli pre-industrijali. |
|
— |
Li jiżviluppa l-istrateġija tal-UE dwar il-klima għal ekonomija u soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima, għat-tfassil tal-politika domestika kif ukoll għan-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima. |
|
— |
Li jaħdem sabiex jilħaq l-impenn tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b'mill-inqas 20 % sal-2020 permezz tal-implimentazzjoni ta' taħlita effiċjenti ta' strumenti ta' politika differenti. |
|
— |
Li jippromwovi l-integrazzjoni tal-aspetti kollha tal-politiki dwar il-klima, jiġifieri t-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-adattament għat-tibdil inevitabbli fil-klima fl-oqsma kollha ta' politika relevanti. |
|
— |
Li jinkoraġġixxi l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' xogħlijiet ġodda billi jippromwovi d-dimostrazzjoni u t-tixrid ta' teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju kif ukoll teknoloġiji ta' adattament. |
Għal aktar dettalji żur il-websajt tagħna (http://ec.europa.eu/dgs/environment/index_en.htm).
X'qegħdin noffru
Il-pożizzjoni ta' Konsulent Prinċipali, li għandu jaħdem f'diversi oqsma ta' politika koperti mid-DĠ u li għandu jressaq flimkien l-analiżi u l-konklużjonijiet dwar firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet u domandi inter-relatati. Il-kompitu ewlieni tal-Konsulent Prinċipali se jkun li jsaħħaħ u li jagħti pariri rigward in-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima u s-sħubijiet tal-UE ma' pajjiżi terzi dwar it-tibdil fil-klima. Huwa/Hija għandu/għandha jaħdem/taħdem f'kooperazzjoni u f'koordinazzjoni mill-qrib flimkien mad-Direttur responsabbli mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni għan-Negozjati Internazzjonali dwar il-Klima.
Barra minn hekk, il-Konsulent Prinċipali għandu jikkontribwixxi fil-koordinazzjoni interna tad-DĠ u fit-titjib tal-integrazzjoni tal-prijoritajiet tat-tibdil fil-klima f'politiki ta' Komunitajiet oħrajn, bħal per eżempju:
|
— |
il-politiki mal-UE kollha dwar it-tibdil fil-klima u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE relevanti, eċċ.; |
|
— |
is-sistemi ta' enerġija sostenibbli, enerġija li tiġġedded u effiċjenza fl-enerġija, eċċ.; |
|
— |
il-mobilità u t-trasport sostenibbli, eċċ.; |
|
— |
l-adattament effettiv għat-tibdil fil-klima, eċċ.; |
|
— |
it-tibdil fil-klima u l-kompetittività, per eżempju ħarsa lejn l-eko-effiċjenza, l-ispejjeż tal-ħsara ambjentali, il-kompromess bejn il-benefiċċji ambjentali u dawk ekonomiċi, ir-rabta mal-istrateġija tal-Ewropa tal-2020 għat-tkabbir u l-impjiegi eċċ. |
Qegħdin infittxu (kriterji tal-għażla)
Se tingħata preferenza lill-kandidati li:
|
— |
għandhom għarfien tajjeb u estensiv ta' kwistjonijiet ta' politika dwar it-tibdil fil-klima; |
|
— |
għandhom esperjenza internazzjonali ppruvata fil-koordinazzjoni ta' medda wiesgħa ta' kwistjonijiet ta' politika dwar it-tibdil fil-klima; |
|
— |
għandhom livell għoli ta' esperjenza fl-integrazzjoni tal-politiki dwar it-tibdil fil-klima f'oqsma politiċi oħra; |
|
— |
huma kapaċi juru:
|
|
— |
Esperjenza fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' politiki effiċjenti u effettivi hija neċessarja. |
Il-lingwi ta' ħidma tad-DĠ huma l-Ingliż u l-Franċiż. L-għarfien profond ta' dawn il-lingwi jkun ta' vantaġġ.
Il-Kandidati għandhom (kriterji ta' eliġibbiltà)
|
1. |
Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-UE. |
|
2. |
Ikollhom:
|
|
3. |
Ikollhom mill-inqas 15-il sena ta' esperjenza professjonali post-universitarja f'livell li l-kwalifiki msemmijin hawn fuq jagħtu aċċess għalih; mill-inqas 5 snin minn din l-esperjenza professjonali għandhom ikunu nkisbu f'funzjoni maniġerjali jew ta' konsulenza f'livell għoli (1). |
|
4. |
Ikollhom għarfien profond ta' tnejn mil-lingwi uffiċjali tal-UE u għarfien adegwat ta' lingwa oħra minnhom. |
|
5. |
Ikunu ta' età li taqa' taħt dik tal-irtirar li, għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, hi definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq 65 sena (ara l-Art.52 lit (a) tar-Regolamenti tal-Persunal). |
L-indipendenza u d-dikjarazzjoni tal-interessi
Il-kandidati huma mitluba jikkonfermaw il-volontà tagħhom li jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenn tagħhom li jaġixxu b'mod indipendenti fl-interess pubbliku u dikjarazzjoni ta' kwalunkwe interess li jista' jiġi kkunsidrat li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.
Il-ħatra u l-kundizzjonijiet tal-impjieg
Il-Konsulent Prinċipali se jintgħażel u jinħatar mill-Kummissjoni skont il-proċeduri tagħha tal-għażla u r-reklutaġġ (ara wkoll id-Dokument ta' Kumpilazzjoni dwar il-Politika dwar Uffiċjali Għolja). Bħala parti minn din il-proċedura tal-għażla, il-kandidati li jissejħu għal intervista mill-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni għall-Ħatriet, ikollhom qabel din l-intervista, jattendu għal ġurnata sħiħa, f'ċentru ta' valutazzjoni mmexxi minn konsulenti esterni ta' reklutaġġ.
Il-kandidati huma ġentilment mgħarrfa li l-proċeduri tal-għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż u/jew bil-Ġermaniż biss (2).
Ir-rimunerazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-uffiċjali fil-grad AD 14 tal-Komunitajiet Ewropej. Il-kandidati għandhom iqisu r-rekwiżit, skont ir-Regolamenti tal-Persunal, li kull membru ġdid tal-persunal irid jgħaddi b'suċċess minn perjodu ta' prova ta' disa' xhur.
Opportunitajiet indaqs:
L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.
Proċedura tal-applikazzjoni
Din il-pożizzjoni tista' tiġi ppubblikata fl-istess żmien ma' pożizzjonijiet oħra ta' uffiċjali għolja. Il-kandidati li jixtiequ japplikaw għal iżjed minn pożizzjoni waħda jridu jissottomettu applikazzjoni separata għal kull kariga.
Qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja b'attenzjoni jekk tissodisfax il-kriterji ta' eliġibilità kollha (“Il-kandidati għandhom”), b'mod partikolari dawk rigward it-tipi ta' diplomi u l-esperjenza professjonali meħtieġa. Min ma jissodisfax dawn il-kriterji tal-eliġibbiltà jiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tal-għażla.
Jekk trid tapplika, għandek tirreġistra permezz tal-Internet billi tmur fuq il-websajt
https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/
u ssegwi l-istruzzjonijiet li jikkonċernaw id-diversi stadji tal-proċedura.
Hija responsabbiltà tiegħek li r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek issir fil-ħin (3). Nirrakkomandaw bil-qawwi li ma tistenniex sal-aħħar ftit jiem biex tapplika, għaliex konġestjoni kbira fuq l-Internet jew xi difett fil-konnessjoni tal-Internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni onlajn tiġi tterminata qabel ma tkun lestejtha, u b'hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba jkun skada ż-żmien għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, ma tkun tista' ddaħħal l-ebda dejta. Bħala regola ġenerali, ir-reġistrazzjonijiet b'email normali li jaslu tard mhumiex se jiġu aċċettati.
Irid ikollok indirizz tal-email validu. Dan l-indirizz jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex tkun infurmat bir-riżultat tal-proċedura. Għalhekk, għandek tinforma lill-Kummissjoni Ewropea f'każ ta' xi bidla fl-indirizz tal-email tiegħek.
Biex l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, jeħtieġ li tapplowdja curriculum vitae f'format word jew PDF fl-applikazzjoni tiegħek u li timla', onlajn, ittra ta' motivazzjoni (mhux iktar minn 8 000 karattru). Kemm is-CV kif ukoll l-ittra għandhom ikunu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.
Meta tlesti r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek, inti tirċievi fuq l-iskrin in-numru tar-reġistrazzjoni li għandek tniżżel u tiftakar — dan ikun in-numru ta' referenza tiegħek f'kull kwistjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni tiegħek. Meta tirċievi dan in-numru, il-proċess tar-reġistrazzjoni jkun intemm — in-numru huwa l-konferma li aħna nkunu rreġistrajna l-informazzjoni li tkun daħħalt. Jekk ma tirċievi l-ebda numru, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!
Jekk jogħġbok innota li mhuwiex possibbli li ssegwi l-progress tal-applikazzjoni tiegħek onlajn. Inti tiġi kkuntattjat/a dwar l-istat tal-applikazzjoni tiegħek direttament mid-DĠ li qiegħed jirrekluta.
Jekk għandek diżabbiltà li minħabba fiha ma tistax tirreġistra onlajn, tista' tibgħat l-applikazzjoni (is-CV u l-ittra ta' motivazzjoni) permezz ta' posta reġistrata (4) , b'timbru postali b'data li ma tkunx aktar tard mid-data tal-għeluq tar-reġistrazzjoni. Kull komunikazzjoni sussegwenti bejnek u bejn il-Kummissjoni Ewropea tkun bil-posta. F'dan il-każ, mal-applikazzjoni tiegħek għandek tehmeż ċertifikat li jiċċertifika d-diżabbiltà tiegħek, maħruġ minn entità rikonoxxuta. Għandek issemmi wkoll, fuq karta separata, kull arranġament speċjali li taħseb li jkun meħtieġ biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tiegħek fl-għażla.
Għal aktar tagħrif u/jew fil-każ ta' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat email lil: HR-A2-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu.
Data tal-għeluq
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija t-13 ta' Lulju 2010. Ir-reġistrazzjoni onlajn mhux se tkun possibbli wara nofsinhar (12.00) ħin ta' Brussell.
(1) Fis-CV tagħhom, l-applikanti għandhom jindikaw għall-inqas għal dawn il-5 snin li fihom kisbu l-esperjenza maniġerjali: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kienu fihom, (2) in-numru ta' membri tal-persunal li kienu jiġġestjonaw f'dawn il-pożizzjonijiet, (3) id-daqs tal-baġits ġestiti, u (4) in-numru ta' livelli ġerarkiċi 'l fuq u 'l isfel u n-numru ta' membri tal-persunal fl-istess livell.
(2) Il-bordijiet tal-għażla se jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ lill-kelliema nattivi ta' dawn it-tliet lingwi.
(3) Mhux aktar tard min-nofsinhar (12:00), ħin ta' Brussell, tat-13 ta' Lulju 2010.
(4) Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali Riżorsi Umani u Sigurtà, Unità għall-Persunal Eżekuttiv u Segretarjat CCA, COM/2010/10271, SC 11 8/47, B-1049 Brussels.
|
15.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 155/6 |
DĠ ECFIN
Pubblikazzjoni ta' post vakanti għal kariga ta' Direttur (Grad AD 14)
Direttur Ġenerali ECFIN.EFC-EPC (il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju — il-Kumitat tal-Politika Ekonomika)
(L-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)
COM/2010/10272
(2010/C 155 A/02)
Min aħna
Ir-rwol ewlieni tad-DĠ ECFIN huwa li jrawwem is-suċċess tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja sew fi ħdan, kif ukoll barra, mill-Unjoni Ewropea, billi javvanza l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, iwettaq sorveljanza ekonomika u jipprovdi evalwazzjoni tal-politika.
Fi ħdan id-DĠ ECFIN, is-Segretarjat isostni l-ħidma tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC), il-Kumitat tal-Politika Ekonomika (EPC) u tal-Eurogroup. Is-Segretarjat qiegħed jorganizza u jħejji l-laqgħat tal-EFC u EPC u tas-Sotto-Kumitati u l-Gruppi ta' Ħidma tagħhom, li huma magħmulin minn Rappreżentanti mill-Ministerji tal-Finanzi u tal-Ekonomija u mill-Banek Nazzjonali Ċentrali. Id-DĠ jieħu ħsieb l-arranġamenti prattiċi ta' laqgħat bħal dawn, iħejji l-Presidenti permezz tal-forniment ta' materjal adattat li jagħti deskrizzjoni fil-qosor, iħejji noti dwar kwistjonijiet pendenti, termini ta' referenza u dokumenti oħra u jiżgura s-segwitu tal-laqgħat tal-Kumitat, b'mod partikolari vis-à-vis il-Kumsill Ecofin u l-Eurogroup.
X'qegħdin nipproponu
Il-pożizzjoni ta' Direttur tad-Direttorat ECFIN-EFC.EPC fid-Direttorat DĠ ECFIN. Ir-responsabbiltajiet tad-Direttur jinkludu:
|
— |
li jagħmilha Segretarju tal-EFC u l-EPC; |
|
— |
li jippromwovi l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fi ħdan l-UE; |
|
— |
li jiffaċilita t-tħejjija tal-ħidma tal-Eurogroup u tal-Kunsill fl-oqsma ta' kompetenza tal-Kumitati; |
|
— |
li jikkoordina l-ħidma tas-Segretarjat, li jsostni l-Presidenti tal-Kumitati u tal-gruppi ta' ħidma, iħejji rapporti, opinjonijiet u komunikazzjonijiet oħra tal-kumitati, jorganizza laqgħat u konsultazzjonijiet bil-miktub u jiżgura r-rappurtar dwar il-laqgħat tal-kumitat kif ukoll is-segwitu tagħhom; |
|
— |
li jikkoordina l-ippjanar strateġiku tal-programm ta' ħidma tal-Kumitati, il-gruppi ta' ħidma u l-Eurogroup b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Presidenti tal-Kumitati, il-Presidenzi, il-Kummissjoni, is-Segretarjat tal-Kunsill u l-BĊE. |
Id-Direttur imexxi l-iżvilupp tal-attivitajiet tad-direttorat, jiżgura l-ippjanar effettiv tagħhom, il-prijoritizzazzjoni u l-ġestjoni kif suppost; jikkontrolla l-prestazzjoni tad-Direttorat u l-użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi tiegħu u jagħmel superviżjoni fuqhom; jikkoordina l-proċeduri amministrattivi tad-Direttorat u jagħmel superviżjoni fuqhom.
Is-Segretarju jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tal-Kumitati meta jkun qiegħed iwettaq ir-responsabbilitajiet tiegħu għall-Kumitat.
X'qegħdin infittxu
Preferenza se tingħata lil dawk il-kandidati li huma kapaċi juru l-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
esperjenza estensiva ta' tmexxija f'pożizzjonijiet maniġerjali fejn tintwera kapaċità li timmotiva u tispira tim ta' persunal bi kwalifiki għoljin; |
|
— |
għarfien eċċellenti tal-qafas għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u t-tfassil istituzzjonali tal-EMU; |
|
— |
sfond tajjeb fil-makro-ekonomija u kwestjonijiet dwar is-suq finanzjarju; |
|
— |
esperjenza sostanzjali tal-metodi li bihom taħdem il-Kummissjoni u tar-relazzjonijiet interistituzzjonali; |
|
— |
ħiliet ta' komunikazzjoni u ta' netwerking tajbin ħafna u kapaċità tajba li tiżgura koordinazzjoni dinamika effettiva interna u esterna; |
|
— |
ġudizzju fil-politika tajjeb ħafna, fehmiet strateġiċi u kapaċità li jitressqu u jiġu implimentati ideat ġodda. |
Il-lingwi ta' ħidma tad-DĠ huma l-Ingliż u l-Franċiż. Għarfien eċċellenti ta' dawn il-lingwi se jservi ta' vantaġġ.
Il-kandidati jridu (kriterji tal-eliġibbiltà)
|
1. |
Ikunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
Ikollhom:
|
|
3. |
Ikollhom minn tal-inqas 15-il sena esperjenza professjonali wara l-lawrja f'livell li l-kwalifiki msemmijin hawn fuq jagħtu aċċess għalih. Mill-inqas 5 snin minn din l-esperjenza professjonali għandha tkun f'funzjoni maniġerjali ta' livell għoli (1) u għandha tkun direttament relatata mal-qasam relevanti għal din il-pożizzjoni. |
|
4. |
Ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' lingwa uffiċjali oħra. |
|
5. |
Ikunu ta' età li taqa' taħt dik tal-irtirar, li għal uffiċjali tal-Unjoni Ewropea hi definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq 65 sena (ara l-Art.52 lit (a) tar-Regolamenti tal-Persunal). |
Indipendenza u dikjarazzjoni tal-interessi
Il-kandidati huma mitluba jikkonfermaw il-volontà tagħhom li jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenn tagħhom li jaġixxu b'mod indipendenti fl-interess pubbliku u dikjarazzjoni ta' kwalunkwe interess li jista' jiġi kkunsidrat li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.
Il-ħatra u l-kundizzjonijiet tal-impjieg
Id-Deputat Direttur-Ġenerali se jintagħżel u jkun maħtur mill-Kummissjoni skont il-proċeduri ta' għażla u reklutaġġ tagħha (ara wkoll id-Dokument ta' Kompilazzjoni dwar il-Politika dwar Uffiċjali f'Kariga Għolja). Bħala parti minn dan il-proċess tal-għażla, il-kandidati li jissejħu għal intervista mill-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni għall-Ħatriet, ikollhom jgħaddu, qabel din l-intervista, ċentru ta' valutazzjoni ta' ġurnata sħiħa mmexxi minn konsulenti esterni ta' reklutaġġ.
Il-kandidati huma ġentilment mgħarrfa li l-proċeduri tal-għażla ser isiru bl-Ingliż, bil-Franċiż u/jew bil-Ġermaniż biss (2).
Is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali fil-grad AD 14 tal-Komunitajiet Ewropej. Il-kandidati għandhom iqisu r-rekwiżit għall-persunal ġdid kollu, taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, li jgħaddu b'suċċess żmien ta' prova ta' disa' xhur.
Opportunitajiet indaqs
L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.
Proċedura tal-applikazzjoni
Din il-pożizzjoni qed tiġi ppubblikata b'mod parallel ma' numru ta' pożizzjonijiet oħra għal uffiċjali għolja. Il-kandidati li jixtiequ japplikaw għal iżjed minn pożizzjoni waħda jridu jissottomettu applikazzjoni separata għal kull kariga.
Qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja b'attenzjoni jekk tissodisfax il-kriterji ta' eliġibilità kollha (“Il-kandidati jridu”), b'mod partikolari rigward it-tipi ta' diplomi u esperjenza professjonali meħtieġa. Min ma jissodisfax dawn il-kriterji tal-eliġibbiltà jiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tal-għażla.
Jekk trid tapplika, għandek tirreġistra permezz tal-Internet billi tmur fuq il-websajt
https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/
u ssegwi l-istruzzjonijiet li jikkonċernaw id-diversi stadji tal-proċedura.
Hija responsabbiltà tiegħek li r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek issir fil-ħin (3). Nirrakkomandaw bil-qawwi li ma tistenniex sal-aħħar ftit jiem biex tapplika, għaliex konġestjoni fuq l-Internet jew xi difett fil-konnessjoni tal-Internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni onlajn tiġi tterminata qabel ma tkun lestejtha, u b'hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba jiskadi ż-żmien għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet, ma tkunx tista' tibdel jew iżżid xi dejta. Bħala regola ġenerali, reġistrazzjonijiet bil-posta elettronika normali li jaslu tard mhumiex se jiġu aċċettati.
Irid ikollok indirizz tal-email validu. Dan l-indirizz jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex tkun infurmat bir-riżultat tal-proċedura. Għalhekk, għandek tinforma lill-Kummissjoni Ewropea f'każ ta' xi bidla fl-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.
Biex l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, jeħtieġ li tapplowdja CV fil-format ta' WORD jew PDF u li timla onlajn, ittra ta' motivazzjoni (massimu ta' 8 000 karattru). Kemm is-CV kif ukoll l-ittra jridu jkunu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.
Meta tlesti r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek, inti tirċievi fuq l-iskrin in-numru tar-reġistrazzjoni li għandek tiktbu u tiftakru — dan ikun in-numru ta' referenza tiegħek f'kull kwistjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni tiegħek. Meta tirċievi dan in-numru, il-proċess tar-reġistrazzjoni jkun intemm — in-numru huwa konferma li aħna nkunu rreġistrajna l-informazzjoni li tkun daħħalt. Jekk ma tirċievi l-ebda numru, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!
Ġentilment innota li mhuwiex possibbli li ssegwi l-progress tal-applikazzjoni tiegħek online. Inti tiġi kkuntattjat/a dwar l-istat tal-applikazzjoni tiegħek direttament mid-DĠ li qiegħed jirrekluta.
Jekk tbati minn diżabbiltà li ma tippermettilekx tirreġistra onlajn, tista' tibgħat l-applikazzjoni (is-CV u l-ittra ta' motivazzjoni) fuq karti permezz ta' posta reġistrata (4) , b'timbru postali b'data li ma tkunx aktar tard mid-data meta tagħlaq ir-reġistrazzjoni. Kull komunikazzjoni sussegwenti bejnek u bejn il-Kummissjoni Ewropea tkun bil-posta. F'dan il-każ, mal-applikazzjoni tiegħek għandek tehmeż ċertifikat li jiċċertifika d-diżabbiltà tiegħek, maħruġ minn entità rikonoxxuta. Għandek issemmi wkoll, fuq karta separata, kull arranġament speċjali li taħseb li jkun meħtieġ biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tiegħek fl-għażla.
Jekk teħtieġ aktar tagħrif u/jew tiltaqa' ma' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil HR-A2-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu.
Kuntatt
Il-persuna ta' kuntatt għal informazzjoni addizzjonali: Marco Buti, tel. +32 2 29622 46/61734, e-mail: Marco.Buti@ec.europa.eu jew Linda CORUGEDO STENEBERG, tel. +2932 2 96383/58622, e-mail: Linda.Corugedo-Steneberg@ec.europa.eu
Data tal-għeluq:
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija t-13 ta' Lulju 2010. Ir-reġistrazzjoni onlajn mhux ser tkun possibbli wara 12.00 nofsinhar ħin ta' Brussell.
(1) Fis-CV tagħhom, l-applikanti għandhom jindikaw għall-inqas għal dawk is-5 snin li fihom kisbu l-esperjenza maniġerjali: it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kienu fiha, (2) in-numru ta' membri tal-persunal li kienu jamministraw f'dawn il-pożizzjonijiet, (3) id-daqs tal-baġits ġestiti, u (4) in-numru ta' livelli ġerarkiċi 'l fuq u 'l isfel u n-numru ta' persunal fl-istess livell.
(2) Il-bordijiet tal-għażla se jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ lil kelliema nattivi ta' dawn it-tliet lingwi.
(3) Mhux aktar tard minn nofsinhar (12:00), ħin ta' Brussell, tat-13 ta' Lulju 2010.
(4) Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat-Ġenerali Riżorsi Umani u Sigurtà, Unità tal-Persunal Eżekuttiv u s-Segretarjat tas-CAA, COM/2010/10272, SC 11 8/47, B-1049 Brussell.