ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.152.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 152

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
11 ta' Ġunju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 152/01

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2010 li taħtar il-President, Il-Viċi-President, il-President tal-Bordijiet tal-Appell u tliet Presidenti ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji)

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 152/02

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 152/03

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall għajnuniet mill-Istat lill impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

4

2010/C 152/04

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

10

 

Rettifika

2010/C 152/05

Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (GU C 136, 26.5.2010)

14

MT

 


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

11.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Mejju 2010

li taħtar il-President, Il-Viċi-President, il-President tal-Bordijiet tal-Appell u tliet Presidenti ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji)

2010/C 152/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 125 u 136 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-kandidaturi ppreżentati mill-Bord Amministrattiv tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) tat-12 ta’ April 2010,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur António-Serge DE PINHO CAMPINOS, imwieled fi Poitiers (Franza), fl-24 ta’ Ottubru 1968, huwa b’dan maħtur President tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) għal mandat ta’ ħames snin.

Is-Sur Christian L.L.G. ARCHAMBEAU, imwieled f’Vielsalm (il-Belġju) fil-11 ta’ April 1960, huwa b’dan maħtur Viċi President tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) għal mandat ta’ ħames snin.

Is-Sur Paul Alexandre MAIER, imwieled fi Strasburgu (Franza) fl-4 ta’ Mejju 1958, huwa b’dan maħtur President tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) għal mandat ta’ ħames snin.

Is-Sur Théophilos MARGELLOS, imwieled f’Ateni (il-Greċja) fil-21 ta’ Novembru 1953, huwa b’dan maħtur President ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) għal mandat ta’ ħames snin.

Is-Sur Tomás DE LAS HERAS LORENZO, imwieled f’Zamora (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 1951, huwa b’dan maħtur President ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) għal mandat ta’ ħames snin.

Is-Sur Detlef Michael SCHENNEN, imwieled f’Münster (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Settembru 1956, huwa b’dan maħtur President ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) għal mandat ta’ ħames snin.

Artikolu 2

Id-dati li fihom għandhom jibdew il-mandati ta’ ħames snin imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu ddeterminati mill-Bord Amministrattiv tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SEBASTIÁN


(1)  ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

11.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Ġunju 2010

2010/C 152/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2045

JPY

Yen Ġappuniż

109,84

DKK

Krona Daniża

7,4390

GBP

Lira Sterlina

0,82520

SEK

Krona Żvediża

9,5775

CHF

Frank Żvizzeru

1,3788

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8650

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,965

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

282,04

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7077

PLN

Zloty Pollakk

4,1218

RON

Leu Rumen

4,2203

TRY

Lira Turka

1,9224

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4310

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2486

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3875

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7686

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6992

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 506,33

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,3345

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2277

HRK

Kuna Kroata

7,2335

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 128,38

MYR

Ringgit Malażjan

3,9732

PHP

Peso Filippin

56,241

RUB

Rouble Russu

38,0912

THB

Baht Tajlandiż

39,170

BRL

Real Brażiljan

2,2081

MXN

Peso Messikan

15,4266

INR

Rupi Indjan

56,5030


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

11.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/4


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall għajnuniet mill-Istat lill impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 152/03

Għajnuna Nru: XA 8/10

Stati Membri: Ir-Repubblika Slovakka

Reġjun: Ir-reġjuni kollha tar-Repubblika Slovakka, jiġifieri Bratislavský kraj, Západné Slovensko, Stredné Slovensko u Východné Slovensko

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Schéma štátnej pomoci na založenie a vedenie plemennej knihy a plemenárskej evidencie

Bażi legali:

§ 5 nariadenia vlády SR č. 264/2009 Z. z. o podporných opatreniach v pôdohospodárstve v znení neskorších predpisov (ďalej len ‘nariadenie vlády’),

zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov,

zákon č. 194/1998 Z. z. o šľachtení a plemenitbe hospodárskych zvierat a o zmene a doplnení zákona č. 455/1991 Zb. o živnostenskom podnikaní (živnostenský zákon) v znení neskorších predpisov,

l-Artikolu 16(1)(a) u (3) u l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (“ir-Regolament tal-Kummissjoni”),

l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008”).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont ta' fondi maħsub għall-implimentazzjoni tal-iskema se jkun ippubblikat minn min jagħti l-għajnuna fuq is-sit tal-internet tiegħu: http://www.land.gov.sk

Il-volum annwali ta' fondi ppjanati skont l-iskema mill-2010 ’l quddiem huwa ta’ EUR 995 817,57.

Il-volum totali ta' fondi ppjanati skont l-iskema bejn l-2010 u l-2013 huwa ta’ EUR 3 983 270,00.

Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna tista' tingħata sa 100 % tal-ispejjeż amministrattivi involuti fl-istabbilment u ż-żamma tal-kotba tal-merħliet u r-reġistri tat-trobbija tal-merħliet ta' organizzazzjoni rikonoxxuta ta' dawk li jrabbu l-bhejjem jew organizzazzjoni awtorizzata tat-trobbija tal-bhejjem.

Data tal-implimentazzjoni:

(a)

L-iskema se tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-applikazzjoni għall-eżenzjoni tingħata numru ta' identifikazzjoni u t-tagħrif sommarju jiġi ppubblikat fuq is-siti tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea (DG AGRI) u fuq is-sit tal-internet tal-Ministeru – http://www.mpsr.sk

(b)

L-emendi għal-iskema jistgħu jkunu fil-forma ta' addendi miktuba. L-emendi, minbarra dawk formali jew amministrattiva, se jkunu nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea fil-forma ta' tagħrif sommarju u se jidħlu fis-seħħ wara l-pubblikazzjoni tat-tagħrif sommarju fuq is-sit tal-internet tad-DG AGRI.

(c)

L-emendi għal-leġiżlazzjoni Ewropea msemmija fil-punt B tal-iskema jew tal-leġiżlazzjoni relatata, għandhom ikunu riflessi fl-iskema fi żmien sitt xhur wara li jidħlu fis-seħħ.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-iskema tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013.

Id-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna hija l-31 ta' Mejju 2013.

Id-data tal-iskadenza għall-approvazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna hija t-30 ta' Ġunju 2013.

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa biex jingħata appoġġ lis-settur tat-trobbija tal-bhejjem.

Settur jew setturi benefiċjarji: Taqsima A – L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd (skont il-kodiċi NACE Rev. 2).

Klassi

Diviżjoni 01 – Il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u l-annimali, il-kaċċa u l-attivitajiet ta' servizzi relatati.

Il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: L-għajnuna tingħata minn:

Ministerstvo pôdohospodárstva SR

Dobrovičova ul. 12

812 66 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Tel. +421 259266111

Sit tal-internet: http://www.land.gov.sk/sk/index.php?navID=161&id=1401

L-iskema tiġi implimentata minn:

Pôdohospodárska platobná agentúra

Dobrovičova ul. 12

815 26 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Tel. +421 259266111

Sit tal-internet: http://www.apa.sk/index.php?navID=27

Indirizz tal-Internet: —

Informazzjoni oħra: L-għan huwa li tiġi aġġornata l-bażi legali tal-iskema eżistenti tal-għajnuna mill-Istat għall-istabbilment u ż-żamma tal-kotba u r-reġistri tal-merħliet (XA 255/07), għaliex fl-2010 l-għajnuna mill-Istat se tingħata skont il-bażi legali nazzjonali l-ġdida – nariadenia vlády SR č. 264/2009 Z. z. o podporných opatreniach v pôdohospodárstve v znení neskorších predpisov (ir-Regolament tal-Gvern Nru 264/2009 dwar il-miżuri ta' appoġġ agrikolu, kif emendat).

Skont l-iskema oriġinali rreġistrata bin-Nru XA 255/07, l-għajnuna mill-Istat ingħatat biss sal-aħħar tal-2009. Skont l-iskema l-ġdida, li tieħu post l-iskema oriġinali Nru XA 255/07, l-għajnuna mill-Istat se tingħata wara l-15 ta' Marzu 2010.

Il-fondi pprovduti għall-iskema l-ġdida se jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(1)(a) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Approvat minn: Ing. Alexander ČARNÝ

riaditeľ odboru štátnej pomoci a národných podpôr

Ministerstvo pôdohospodárstva SR

Għajnuna Nru: XA 14/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Lombardia

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Programma straordinario di interventi per l'attuazione della direttiva “Nitrati” (Agricoltura)

Bażi legali:

Deliberazione della Giunta regionale n. 10890/2009 “Programma straordinario di interventi per l'attuazione della direttiva ‘Nitrati’”

L.R. 31/08

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 7 000 000 fis-sena.

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: 4 snin

Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna għall-investiment tal-impriżi agrikoli sabiex jiġi mħares u mtejjeb l-ambjent naturali.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tal-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Lombardia

DG Agricoltura

Via Pola 12/14

20124 Milano MI

ITALIA

Indirizz tal-Internet: http://www.regione.lombardia.it, imbagħad klikkja fuq “Settori e politiche”, “Agricoltura”, “Argomenti”, “Aiuti di stato nel settore agricolo: pubblicazione dei regimi di aiuto”

Informazzjoni oħra: Din l-iskema ta' għajnuna tirreferi għat-tipi ta' miżuri pprovduti permezz tad-Deċiżjoni Eżekuttiva Reġjonali (Deliberazione della Giunta regionale) Nru 10890/2009 għall-attivitajiet relatati mal-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli. It-tipi ta' miżuri pprovduti permezz ta' din id-Deċiżjoni li ma jikkonċernawx il-produzzjoni agrikola, ġew innotifikati separatament skont ir-Regolament (KE) Nru 800/2008.

Fir-rigward tal-garanziji, il-metodu użat għall-kalkolu tal-għajnuna ġie aċċettat fid-deċiżjonijiet li ġejjin: C(2007) 4663, C(2009) 10347, C(2005) 1741, C(2006) 812.

Għajnuna Nru: XA 15/10

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Catalunya

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para compensar el ganado ovino y caprino muerto en explotaciones ganaderas de Catalunya como consecuencia de factores agroclimáticos adversos que han provocado un incremento en las afecciones sanitarias en el ganado.

Bażi legali: Orden de 2009, del Departamento de Agricultura, Alimentación y Acción Rural, por la cual se aprueban las bases reguladoras de las ayudas para compensar los animales ovinos y caprinos muertos en algunas explotaciones ganaderas de Catalunya como consecuencia de factores agroclimáticos adversos que han provocado un incremento en las afecciones sanitarias en el ganado y se convocan las correspondientes al año 2010.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 300 336,74 kull sena

Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont ta' għajnuna ma jistax ikun iktar minn EUR 96 għal kull bhima mrobbija li tkun mietet jew inqatlet minħabba problemi ta' saħħa li jirriżultaw minn nutrizzjoni ħażina minħabba kundizzjonijiet agroklimatiċi ħżiena; in-numru ta' bhejjem li għalihom tingħata l-għajnuna naqas b'10 % tan-numru totali ta' bhejjem li kellhom iktar minn 6 xhur fis-sena ta' qabel. F'kull każ, l-għajnuna qiegħda fil-limiti stipulati fl-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006.

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema ta' għajnuna għandha tkun implimentata mid-data li fiha jkun ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-DĠ AGRI, in-numru tal-identifikazzjoni tat-talba għal eżenzjoni stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-Ordni tidħol fis-seħħ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Generalitat de Catalunya, li hija ppjanata għal Novembru 2009.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-pubblikazzjoni tal-iskema sal-31 ta' Diċembru 2010.

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li r-raħħala u dawk li fil-futur se jrabbu l-bhejjem f'ażjendi kbar għat-trobbija tal-bhejjem, ikunu kkumpensati għat-telf ikkawżat mit-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż minħabba nutrizzjoni ħażina kkawżata minn kundizzjonijiet agroklimatiċi ħżiena u biex tkun iffaċilitata s-sostituzzjoni ta' bhejjem biex in-numru ta' bhejjem imrobbija jilħaq in-numru li kien hemm qabel il-perjodu ta' nixfa estrema li laqtet lill-Katalunja.

Kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, din l-għajnuna qed tingħata bħala kumpens għat-telf ta' bhejjem ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi li jistgħu jkunu meqjusa bħala ekwivalenti għal diżastri naturali. In-nixfa fil-Katalunja kienet rikonoxxuta uffiċjalment b'Digriet 84/2007 tat-3 ta' April 2007 li adotta miżuri speċjali u ta' emerġenza rigward l-użu ta' riżorsi tal-ilma.

Settur jew setturi benefiċjarji: It-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż, il-kodiċi NACE 01.45 (It-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departamento de Agricultura, Alimentación y Acción Rural de la Generalitat de Catalunya

Gran Vía de les Corts Catalanes, 612-614

08007 Barcelona

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www20.gencat.cat/docs/DAR/TR_Tramits/TR01_Ajuts_subvencions/TR01_05_Ajus_pendents_publicacio/Documents/Fitxers_estatics/2009_ordre_ovi_cabrum.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 27/10

Stati Membri: Il-Latvja

Reġjun: Latvija

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Atbalsta shēma “Arodapmācības, informācijas un veicināšanas pasākumi (Atbalsts kredītgarantīju veidā)”

Bażi legali: Ministru kabineta 2009. gada 7. jūlija noteikumi Nr. 746 “Lauksaimniecības un lauku attīstības kredītu garantēšanas kārtība”;

Ministru kabineta noteikumu projekts grozījumi Ministru kabineta 2009. gada 7. jūlija noteikumos Nr. 746 “Lauksaimniecības un lauku attīstības kredītu garantēšanas kārtība”.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont kumplessiv skont l-iskema tal-għajnuna fl-2010 LVL 500 000

Ammont kumplessiv skont l-iskema tal-għajnuna fl-2011 LVL 500 000

Ammont kumplessiv skont l-iskema tal-għajnuna fl-2012 LVL 500 000

Ammont kumplessiv skont l-iskema tal-għajnuna fl-2013 LVL 500 000

Intensità massima tal-għajnuna: Intensità massima tal-għajnuna ta' 100 % fil-forma ta' garanziji tal-kreditu.

Data tal-implimentazzjoni: 1 ta' April 2010.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Provvediment ta' appoġġ tekniku (l-Artikolu 15(2)(a), (c), (d), (e) u (f) tar-Regolament (EC) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE:

A – Agrikoltura, Forestrija u Sajd.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Lauku atbalsta dienests

Republikas laukums 2

Rīga, LV-1050

LATVIJA

Indirizz tal-Internet: http://www.mk.gov.lv/lv/mk/tap/?pid=40163605

http://www.zm.gov.lv/index.php?sadala=1245&id=9630

Informazzjoni oħra: Emenda għall-iskema tal-għajnuna N 204/08 – “Għajnuna fil-forma ta' garanziji tal-kreditu” li tipprovdi għal attività ġdida tal-għajnuna – “Taħriġ vokazzjonali, tagħrif u miżuri ta' promozzjoni”. Il-baġit tal-iskema tal-garanzija tal-kreditu (LVL 250 000 000) u t-tul ta' żmien jibqgħu l-istess.

L-għajnuna tingħata għal miżuri agrikoli u tal-iżvilupp rurali mfassla biex jappoġġaw il-produzzjoni tal-prodotti primarji agrikoli fil-forma ta' garanziji tal-kreditu. Fejn jinstab li benefiċjarju li qiegħed ifittex self minn istituzzjoni tal-kreditu, m'għandux sigurta suffiċjenti, il-Fond għall-Iżvilupp Rurali tal-Istat (LAF) se jipprovdi l-garanziji lill-istituzzjonijiet tal-kreditu skont il-kuntratt konkluż, u l-istituzzjonijiet tal-kreditu wara jagħtu s-self lill-bdiewa jew lill-produtturi tal-prodotti agrikoli li m'għandhomx kollateral suffiċjenti tas-self għal miżuri agrikoli u tal-iżvilupp rurali. Sabiex wieħed jikseb garanzija tal-kreditu, għandu jitħallas primjum ta' darba meta l-istituzzjoni tal-kreditu tiġi pprovduta bil-garanzija tal-kreditu,.

Il-garanziji se jingħataw għal self marbut mal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa u l-ħaddiema tal-azjendi agrikoli (spejjeż eliġibbli li jirriżultaw mill-organizzazzjoni tal-programmi ta' taħriġ, vjaġġar u spejjeż ta' sostenn għall-parteċipanti), għal servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi, tariffi ta' servizzi li jikkostitwixxu attività li mhix kontinwa jew perjodika jew marbuta man-nefqa tal-operat normali tal-intrapriża, bħal servizzi ta' konsulenza fiskali ta' rutina, servizzi legali regolari jew reklamar, l-organizzazzjoni ta' forums tal-kummerċ, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri u l-parteċipazzjoni fihom (spejjeż eliġibbli li jkopru t-tariffi tal-parteċipazzjoni, l-ispejjeż għall-ivvjaġġar, l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni, il-kiri tal-faċilitajiet tal-wirjiet). Sakemm l-intrapriżi individwali jew il-marki tal-kummerċ ma jissemmewx, tingħata għajnuna għat-tagħrif fattwali dwar is-sistemi ta' kwalità li jistgħu jinkludu prodotti minn pajjiżi oħrajn, dwar prodotti ġeneriċi, il-benefiċċji nutrittivi tagħhom u l-użu ssuġġerit (l-għajnuna tista' tingħata biex tkopri nefqa bħal din jekk il-prodotti saru denominazzjoni tal-oriġini koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 u l-Artikoli 54 sa 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1433/1999, sakemm dik id-denominazzjoni tal-oriġini tikkonforma b'mod preċiż mad-denominazzjonijiet reġistrati mal-Komunità), u għal pubblikazzjonijiet, eż. katalgi jew siti tal-internet li jipprovdu tagħrif fattwali dwar il-produtturi minn reġjuni speċifiċi jew produtturi ta' prodotti speċifiċi, bil-kundizzjoni li t-tagħrif u l-mod li jiġi ppreżentat fiha, ikunu newtrali u l-produtturi kollha eliġibbli jkollhom ċans indaqs li jkunu inklużi f'dawn il-pubblikazzjonijiet.

Il-volum massimu tal-garanzija huwa 70 % jew LVL 70 000.

L-intensità massima tal-għajnuna hija 100 %.

Is-self jista' jinħareġ minn kwalunkwe istituzzjoni tal-kreditu li topera fis-suq (inklużi istituzzjonijiet tal-kreditu barranin). L-istituzzjoni tal-kreditu għandha tikkonkludi ftehim ta' kooperazzjoni mal-Fond. Il-maturità ppjanata għall-garanziji hija 10 snin, iżda f'ċerti ċirkustanzi dan il-perjodu jista' jiġi estiż jekk din l-estensjoni ma żżidx ir-riskju tal-operat tal-Fond. L-istituzzjoni tal-kreditu tista' titlob kumpens għal mhux aktar minn 70 % tas-self pendenti skont il-parti tal-kreditu li taqa' taħt il-garanzija.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni agrikola primarja. L-għajnuna se tingħata in natura fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tistax tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi. Se tkun aċċessibli għal dawk kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv. L-ebda għajnuna ma tibqa fl-intrapriża intermedjarja, minħabba li l-għajnuna kollha tkun għaddiet għand il-benefiċjarji aħħarin. L-għajnuna mhix se tingħata retroattivament għal attivitajiet li jkunu diġà saru mill-benefiċjarju.

Għajnuna Nru: XA 30/10

Stati Membri: Il-Latvja

Reġjun: Latvija.

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Atbalsta shēma “Atbalsts transmisīvās sūkļveida encefalopātijas (TSE) testu izmaksu segšanai”

Bażi legali: Lauksaimniecības un lauku attīstības likums 5.pants (24.4.2004.) (Publicēts: Latvijas Vēstnesis Nr. 64: 23.4.2004.).

Ministru kabineta noteikumu projekts “Noteikumi par ikgadējo valsts atbalstu lauksaimniecībai un tā piešķiršanas kārtību” 1.pielikuma XII sadaļas 109-113. punkts.

Tip ta' għajnuna: Skema ta' għajnuna.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont kumplessiv skont l-iskema ta' għajnuna għall-2010: LVL 500 000

Ammont kumplessiv skont l-iskema ta' għajnuna għall-2011: LVL 500 000

Ammont kumplessiv skont l-iskema ta' għajnuna għall-2012: LVL 500 000

Ammont kumplessiv skont l-iskema ta' għajnuna għall-2013: LVL 500 000

Intensità massima tal-għajnuna: Għajnuna ta' 100 % għall-ispejjeż tat-tneħħija u l-qerda tal-bhejjem mejta fejn ikun hemm obbligu li jitwettqu testijiet TSE fuq il-bhejjem mejta kkonċernati, u għajnuna b'rata sa 100 % għall-ispejjeż biex isiru t-testijiet TSE.

Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta' April 2010.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sat-30 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Settur tal-bhejjem (Artikolu 16(f) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE:

A – L-Agrikoltura, il-Forestrija u s-Sajd.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Lauku atbalsta dienests

Republikas laukums 2

Rīga, LV-1050

LATVIJA

Indirizz tal-Internet: http://www.zm.gov.lv/index.php?sadala=1546&id=9992

Informazzjoni oħra: Il-benefiċjarji tal-għajnuna huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni agrikola primarja. L-għajnuna ma għandhiex tingħata fi flus imma fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti fi flus lill-produtturi. Għandha tkun aċċessibbli għal dawk kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata, ibbażata fuq kondizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv. L-ebda għajnuna mhi se tibqa' fl-intrapriża intermedjarja, l-għajnuna kollha għandha tgħaddi lill-benefiċjarji finali. L-għajnuna mhix se tingħata retroattivament fir-rigward tal-attivitajiet li jkunu diġà twettqu mill-benefiċjarju. L-għajnuna hi għall-“Programm ta' Sorveljanza tal-Enċefalopatija Sponġiforma Li Tittieħed (TSE)” (ħolqa: http://www.pvd.gov.lv/eng/left_menu/veterinary_surveillance/ skatīt “Transmissible spongiform encephalopaties (TSE) surveillance programme for 2010”).


11.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/10


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 152/04

Għajnuna Nru: XA 32/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Lombardia

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Prestazioni di assistenza tecnica alle aziende agricole per l'utilizzo dei benefici della politica agricola

Bażi legali: L.R. 31/08 — Testo unico delle leggi regionali in materia di agricoltura, foreste, pesca e sviluppo rurale — art. 13

Deliberazione Giunta regionale n. 11290/2010 «Servizi di assistenza tecnica alle aziende agricole per l’utilizzo dei benefici delle politiche agricole»

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 1 000 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tan-nefqa eliġibbli, fis-sens tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sat-30 Ġunju 2015

Għan tal-għajnuna: Għajnuna biex ikunu koperti l-ispejjeż ammissibbli għall-attività tal-assistenza teknika

Settur jew setturi benefiċjarji: A – Agrikoltura, Forestrija u Sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Lombardia

DG Agricoltura

Via Pola 12/14

20124 Milano MI

ITALIA

Indirizz tal-Internet: http://www.regione.lombardia.it, u kklikkja fuq “Settori e politiche”, “Agricoltura”, “Argomenti”, “Aiuti di stato nel settore agricolo: pubblicazione dei regimi di aiuto”

Informazzjoni oħra: L-iskema tal-għajnuna għandha tkun applikabbli mid-data tar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha mill-KE.

Għajnuna Nru: XA 33/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Lombardia

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Innovazione ed efficienza energetica per le micro e piccole imprese

Bażi legali: L.R. n. 1/2007 — Strumenti di competitività per le imprese e per il territorio della Lombardia

Deliberazione di Giunta regionale n. 11236/2010 «Intervento regionale a supporto dell’innovazione e dell’efficienza energetica nelle imprese — sostegno agli investimenti per l’acquisto di macchinari/attrezzature/apparecchiature»

L.R. 31/08 — Testo unico delle leggi regionali in materia di agricoltura, foreste, pesca e sviluppo rurale

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 50 000 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 40 % tan-nefqa eliġibbli, fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 Diċembru 2011

Għan tal-għajnuna: L-innovazzjoni u l-effiċjenza enerġetika għat-tnaqqis tan-nefqa għall-produzzjoni, it-titjib tal-produzzjoni u l-ħarsien tal-ambjent

Settur jew setturi benefiċjarji: A – Agrikoltura, Forestrija u Sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Lombardia

Via Fabio Filzi 22

20124 Milano MI

ITALIA

Indirizz tal-Internet: http://www.regione.lombardia.it, u kklikkja fuq “Settori e politiche”, “Agricoltura”, “Argomenti”, “Aiuti di stato nel settore agricolo: pubblicazione dei regimi di aiuto”

Informazzjoni oħra: L-iskema ta' għajnuna għandha tibda tapplika mid-data tar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha mill-KE.

B'mod ġenerali, din l-iskema tapplika għal kull settur produttiv. Dan l-avviż jirrigwarda l-għajnuniet mogħtija lill-intrapriżi attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli.

L-għajnuniet għall-intrapriżi ta' setturi oħra jingħataw b'applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-KE “Qafas ta' Riferiment temporanju Komunitarju għall-miżuri ta' għajnuna mill-istat għall-aċċess għall-iffinanzjar fis-sitwazzjoni attwali ta' kriżi finanzjarja u ekonomika” tat-22 ta' Jannar 2009.

Għajnuna Nru: XA 34/10

Stati Membri: L-Estonja

Reġjun: Eesti

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Turuarendustoetus

Bażi legali:

(1)

Maaelu ja põllumajandusturu korraldamise seadus § 11 lõike 1 ja § 18 lõike 1 alusel;

(2)

Põllumajandusministri 26 märtsi 2008. a määrus nr 26 „Turuarendustoetuse taotlemise ja taotluse menetlemise kord, nende kulude loetelu, mille hüvitamiseks turuarendustoetust antakse, ning toetuse määr”

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Madwar EEK 23,5 miljun kull sena

Intensità massima tal-għajnuna: sa 85 %

Data tal-implimentazzjoni: it-8 ta' Marzu 2010

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Biex jiżdiedu s-swieq ġodda għall-prodotti agrikoli jew jiġu applikati r-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp għall-prodotti agrikoli.

L-appoġġ tekniku jingħata lill-bdiewa skont l-Artikolu 15. In-nefqa eliġibbli hija skont l-Artikolu 15(2)(a), (c), (d), (e) u (f) (għajnuna għar-riċerka fis-suq, għajnuna għall-promozzjoni tal-prodotti agrikoli; għajnuna għall-parteċipazzjoni f'fieri, kompetizzjonijiet u wirjiet u għall-organizzazzjoni tagħhom; għajnuna għat-taħriġ).

L-għajnuna qed tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti lill-produtturi.

Settur jew setturi benefiċjarji: Produtturi agrikoli (kodiċi NACE A1)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Põllumajandusministeerium

Lai tn 39/Lai tn 41

15056 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Indirizz tal-Internet: http://www.agri.ee/?id=10600

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 35/10

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Illes Balears

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para consolidar procesos de integración de cooperativas agrarias

Bażi legali: Orden de la consejera de Agricultura y Pesca de 10 de marzo de 2005, por la que se establecen las bases reguladoras de las subvenciones en el sector agrario y pesquero (BOIB no 43 de 17 de marzo de 2005).

Proyecto de Resolución de la Presidenta del Fondo de Garantía Agraria y Pesquera de las Illes Balears (FOGAIBA) por la que se convocan las ayudas para el fomento de la intercooperación y la concentración de las cooperativas.

La medida es la prevista en el punto 1.1 del apartado cuarto del Proyecto.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa annwali ppjanata inizjalment hija ta' EUR 400 000,00, bil-possibbiltà li jiżdiedu l-ħlasijiet

Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna se tonqos maż-żmien, fl-ewwel sena se tkun ta' 100 % tan-nefqa eliġibbli u mbagħad se tonqos b'20 punti perċentwali kull sena matul is-snin ta' wara, jiġifieri se tingħata għajnuna massima ta' 100 %, 80 %, 60 %, 40 % u 20 % matul il-perjodu tal-miżura ta' integrazzjoni, u għal kull benefiċjarju se jkun hemm il-limiti massimi tal-għajnuna li ġejjin matul il-perjodu sħiħ ta' ħames snin:

(a)

Qligħ totali li ġej mill-integrazzjoni li ma jkunx ta’ iktar minn EUR 1 000 000,00: EUR 100 000,00

(b)

Qligħ totali li ġej mill-integrazzjoni li jkun ta’ bejn EUR 1 000 001,00 u EUR 4 000 000,00: EUR 200 000,00

(c)

Qligħ totali li ġej mill-integrazzjoni li jkun ta’ iktar minn EUR 4 000 001,00: EUR 400 000,00.

(a)

Qligħ totali li ġej mill-integrazzjoni li ma jkunx ta’ iktar minn EUR 1 000 000,00: EUR 100 000,00.

(b)

Qligħ totali li ġej mill-amalgamazzjoni li jkun ta’ bejn EUR 1 000 001,00 u EUR 4 000 000,00: EUR 300 000,00.

(c)

Qligħ totali li ġej mill-amalgamazzjoni li jkun ta’ iktar minn EUR 4 000 001,00: EUR 400 000,00.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data li fiha n-numru tal-identifikazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni jkun ippubblikat fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Hu mistenni li l-miżuri pprovduti skont l-iskema tal-għajnuna se jibqgħu jitwettqu sa Diċembru 2014. Madankollu, dan il-perjodu jista' jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2015 jekk neċessarju sabiex ikun żgurat li l-għajnuna tkun tista' tingħata għas-snin kollha li huma pprovduti

Għan tal-għajnuna: Din il-miżura hija msejsa fuq l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u hija maħsuba biex tippromwovi u tikkonsolida l-integrazzjoni tal-kooperattivi agrikoli permezz tal-amalgamazzjonijiet li bihom jinħolqu kooperattivi ġodda, permezz tal-amalgamazzjonijiet li jsiru b'assorbiment u/jew permezz tal-konsolidazzjoni tal-kooperattivi tat-tieni grad

Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Fondo de Garantía Agraria y Pesquera de las Illes Balears (FOGAIBA)

C/ Foners, 10

07006 Palma

Illes Balears

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: https://intranet.caib.es/sacmicrofront/archivopub.do?ctrl=MCRST469ZI66706&id=66706

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 39/10

Stati Membri: Ir-Repubblika Slovakka

Reġjun: ir-reġjuni kollha tar-Repubblika Slovakka, jiġifieri Bratislavský kraj, Západné Slovensko, Stredné Slovensko u Východné Slovensko

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Schéma štátnej pomoci na platby poistného v znení Dodatku č. 1

Bażi legali:

§ 12 nariadenia vlády SR č. 264/2009 Z. z. o podporných opatreniach v pôdohospodárstve v znení neskorších predpisov,

zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov,

L-Artikoli 12 u 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001,

l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Il-volum ta' fondi ppjanat skont l-iskema għall-2010 huwa ta’ EUR 3 990 000.

Il-baġit annwali kumplessiv ippjanat biex tingħata l-għajnuna mill-2010 huwa ta' EUR 3 990 000.

Il-baġit kumplessiv ppjanat biex tingħata l-għajnuna għall-perjodu 2010-2013 huwa ta' EUR 15 960 000.

Intensità massima tal-għajnuna: Għajnuna għall–ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni agrikola jistgħu jingħataw sa 50 % tal-primjum annwali.

Data tal-implimentazzjoni: Marzu 2010

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa biex ikun hemm rimborż parzjali tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-bdiewa u dawk li jrabbu l-bhejjem

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat KE.

Taqsima A – Agrikoltura, forestrija u sajd

Diviżjoni 01 – Il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u tal-annimali, il-kaċċa u l-attivitajiet ta' servizzi relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna: L-għajnuna qed tingħata minn:

Ministerstvo pôdohospodárstva SR

Dobrovičova ul. 12

812 66 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Tel. +421 259266111

Sit tal-internet: http://www.land.gov.sk/sk/index.php?navID=161&id=901

L-iskema għandha tiġi implimentata minn:

Pôdohospodárska platobná agentúra

Dobrovičova ul. 12

815 26 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Tel. +421 259266111

Sit tal-internet: http://www.apa.sk/index.php?navID=27

Indirizz tal-Internet: —

Informazzjoni oħra: Il-bażi legali għal skema eżistenti ta' għajnuna mill-Istat għall-ħlas tal-primjums tal-assigurazzjoni agrikola (XA 258/07) ġiet immodifikata għaliex fl-2010 l-għajnuna mill-Istat trid tingħata skont ir-Regolament tal-Gvern (KE) Nru 264/2009 dwar il-miżuri tal-appoġġ agrikolu (Nariadenia vlády SR č. 264/2009 Z. z. o podporných opatreniach v pôdohospodárstve), kif emendat.

Skont l-iskema oriġinali, irreġistrata bin-numru XA 258/07, l-għajnuna mill-Istat ingħatat sal-aħħar tal-2009 biss. L-iskema l-ġdida tieħu post l-iskema oriġinali (XA 258/07). L-għajnuna mill-Istat se tingħata skont l-iskema l-ġdida wara l-1 ta' Marzu 2010.

Il-ħlasijiet mogħtija skont l-iskema l-ġdida se jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 12 u 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Approvat minn: Ing. Alexander ČARNÝ

riaditeľ odboru štátnej pomoci a národných podpôr

Ministerstvo pôdohospodárstva SR


Rettifika

11.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/14


Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE

( Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Europea C 136 tas-26 ta’ Mejju 2010 )

2010/C 152/05

F’paġna 32:

flok:

“CEN

EN ISO 13849-1:2008

Sigurtà ta' makkinarju - Partijiet relatati ma' sigurtà ta' sistemi ta' kontroll - Parti 1: Prinċipji ġenerali għad-disinn (ISO 13849-1:2006)

8.9.2009

 

 

EN ISO 13849-1:2008/AC:2009

8.9.2009”

 

 

aqra:

“CEN

EN ISO 13849-1:2008

Sigurtà ta' makkinarju - Partijiet relatati ma' sigurtà ta' sistemi ta' kontroll - Parti 1: Prinċipji ġenerali għad-disinn (ISO 13849-1:2006)

8.9.2009

EN ISO 13849-1:2006

EN 954-1:1996

31.12.2011

EN ISO 13849-1:2008/AC:2009”