ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.147.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
2010/C 147/01 |
||
|
II Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 147/02 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 ) |
|
2010/C 147/03 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 ) |
|
2010/C 147/04 |
Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.5658 – Unilever/Sara Lee Body Care) ( 1 ) |
|
|
IV Avviżi |
|
|
AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2010/C 147/05 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 147/06 |
||
2010/C 147/07 |
||
|
AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2010/C 147/08 |
||
|
V Opinjonijiet |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 147/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5838 – Bertelsmann/Planeta/Círculo) ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/1 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar in-negozjati attwali tal-Unjoni Ewropea dwar Ftehim Kummerċjali Kontra l-Iffalsifikar (ACTA)
2010/C 147/01
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (1),
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (2),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta’ tali dejta (3), u b’mod partikolari tal-Artikolu 41 tiegħu,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA
I. DAĦLA
1. |
L-Unjoni Ewropea qed tieħu sehem f’negozjati dwar l-abbozzar ta’ Ftehim Kummerċjali Kontra l-Iffalsifikar (ACTA). Dawn in-negozjati tnedew fl-2007 fost grupp inizjali ta’ partijiet interessati u mbagħad tkomplew bejn grupp usa’ ta’ parteċipanti; sa llum dawk jinkludu l-Awstralja, il-Ġappun, l-Iżvizzera, l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Korea, il-Marokk, il-Messiku, New Zealand, Singapur u l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mandat mill-Kunsill biex tibda dawn in-negozjati fl-2008. |
2. |
L-EDPS jagħraf li l-kummerċ transkonfinali ta’ oġġetti ffalsifikati huwa tħassib li qed jikber u ta’ spiss jinvolvi netwerks kriminali organizzati, u dan jitlob l-adozzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ koperazzjoni xierqa fil-livell internazzjonali biex tkun miġġielda din il-forma ta’ kriminalità. |
3. |
L-EDPS jispjega li n-negozjati tal-Unjoni Ewropea dwar ftehim multilaterali li l-qofol tiegħu huwa l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jnissel kwistjonijiet sinifikanti fir-rigward tal-impatt tal-miżuri mwettqa biex tkun miġġielda l-falsifikazzjoni fuq id-drittijiet fundamentali tal-individwi, u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. |
4. |
F’dan ir-rigward, l-EDPS jiddispjaċih b’mod partikolari li ma kienx ikkonsultat mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-kontenut ta’ tali ftehim. Għaldaqstant, fuq inizjattiva tiegħu stess, l-EDPS adotta l-opinjoni attwali bbażata fuq l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 bil-għan li jipprovdi gwida lill-Kummissjoni dwar l-aspetti relatati mal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta li għandhom jitqiesu fin-negozjati tal-ACTA. |
II. IS-SITWAZZJONI ATTWALI U L-KONTENUT PREVIST TAL-ACTA
5. |
Is-7 sessjoni tan-negozjati seħħet fil-Messiku mis-26 sad-29 ta’ Jannar 2010, bil-għan li jintlaħaq ftehim matul l-2010. Madankollu, sa llum ma nħareġ l-ebda abbozz uffiċjali tal-ftehim. |
6. |
In-negozjati jimmiraw li jadottaw ftehim multilaterali ġdid imfassal biex isaħħaħ l-infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IPR) u biex tkun miġġielda l-falsifikazzjoni. Jekk ikun adottat, dan il-ftehim il-ġdid joħloq standards internazzjonali mtejba rigward kif tkun l-azzjoni kontra l-ksur tal-IPR fuq skala kbira. Id-DĠ Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea spjega b’mod partikolari li “il-fokus maħsub huwa fuq l-attivitajiet ta’ falsifikazzjoni u piratezza li b’mod sinifikanti jaffettwaw l-interessi kummerċjali, aktar milli fuq l-attivitajiet ta’ ċittadini ordinarji” (4). |
7. |
Rigward il-kontenut tal-ftehim, is-Sommarju tal-elementi ewlenin li qegħdin jiġu diskussi maħruġ mid-DĠ Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea f’Novembru 2009 jindika li l-mira tal-ACTA li tiġġieled il-falsifikazzjoni se tkun segwita permezz ta’ tliet komponenti primarji: (i) il-koperazzjoni internazzjonali, (ii) il-prattiki tal-infurzar, u (iii) id-definizzjoni ta’ qafas legali għall-infurzar tal-IPR f’diversi oqsma identifikati, u b’mod partikolari fl-ambjent diġitali (5). Il-miżuri previsti l-iktar li sejrin jittrattaw il-proċeduri legali (bħall-impożizzjonijiet, il-miżuri provviżorji), l-irwol u r-responsabiltajiet tal-Fornituri tas-Servizz tal-Internet (ISPs) biex jiskoraġġixxu l-ksur tad-drittijiet tal-awtur fuq l-Internet, u l-miżuri ta’ koperazzjoni transkonfinali biex l-oġġetti ma jitħallewx jaqsmu l-fruntieri. Madankollu, l-informazzjoni li ngħatat lill-pubbliku tagħti biss il-linji ġenerali tal-ftehim u ma tidħolx fid-dettall ta’ miżuri speċifiċi u konkreti. |
8. |
L-EDPS jinnota li anki jekk l-objettiv intenzjonat tal-ACTA huwa li jsegwi l-ksur tal-liġi fuq skala kbira biss, huwa ma jistax jeskludi li l-attivitajiet taċ-ċittadini ordinarji jistgħu jinqabdu taħt l-ACTA, speċjalment meta l-miżuri tal-infurzar iseħħu fl-ambjent diġitali. L-EDPS jenfasizza li dan sejjer ikun jeħtieġ li jiġu stabbiliti garanziji xierqa biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-individwi. Barra minn hekk, il-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta jkopru lill-individwi kollha nklużi dawk li potenzjalment huma involuti f’attivitajiet ta’ falsifikazzjoni; il-ġlieda kontra l-ksur tal-liġi fuq skala kbira ċertament sejra tinvolvi wkoll l-ipproċessar tad-dejta personali. |
9. |
F’dan ir-rigward, l-EDPS jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi djalogu pubbliku u trasparenti dwar l-ACTA, possibbilment permezz ta’ konsultazzjoni pubblika, li jgħin ukoll biex ikun żgurat li l-miżuri li sejrin jiġu adottati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-liġi tal-UE dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. |
III. IL-FIRXA TAL-KUMMENTI TAL-EDPS
10. |
L-EDPS jistieden b’mod qawwi lill-UE, u b’mod partikolari lill-Kummissjoni Ewropea li rċeviet il-mandat biex tasal fi ftehim, biex tikseb bilanċ tajjeb bejn it-talbiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-drittijiet tal-individwi għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. |
11. |
L-EDPS jenfasizza li l-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta huma valuri ċentrali tal-Unjoni Ewropea, rikonoxxuti fl-Artikolu 8 tal-ECHR u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (6) tal-UE skont l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU). |
12. |
Barra minn hekk, l-EDPS jenfasizza li kwalunkwe ftehim milħuq mill-Unjoni Ewropea dwar l-ACTA jrid ikun konformi mal-obbliġi legali imposti fuq l-UE fir-rigward tal-liġi dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta, kif stabbilit b’mod partikolari fid-Direttiva 95/46/KE, fid-Direttiva 2002/58/KE (7) u fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (8) u tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (9). |
13. |
Il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta jridu jitqiesu mill-bidu nett tan-negozjati, mhux meta jkunu ġew definiti u mifthiema l-iskemi u l-proċeduri u għaldaqstant ikun tard wisq biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi konformi mal-privatezza. |
14. |
Minħabba l-ftit informazzjoni disponibbli pubblikament, l-EDPS jinnota li mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti analiżi tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-ACTA. Għaldaqstant, f’din l-opinjoni l-EDPS sejjer jiffoka fuq deskrizzjoni tat-theddida potenzjali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta ta’ miżuri konkreti potenzjali li l-ftehim, kif kien irrapportat, jista’ jistabbilixxi fiż-żewġ oqsma li ġejjin: l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-ambjent diġitali (Kapitolu IV), u l-mekkaniżmi għall-koperazzjoni internazzjonali (Kapitolu V). |
IV. L-INFURZAR TAD-DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI FL-AMBJENT DIĠITALI
IV.1. Il-ħtieġa li jkunu analizzati l-implikazzjonijiet tal-“politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali” għall-privatezza/protezzjoni tad-dejta
15. |
Skont il-Kummissjoni Ewropea, l-ACTA sejjer joħloq qafas ġuridiku għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni fl-ambjent diġitali (10). Dan il-qafas sejjer jistabbilixxi l-kundizzjonijiet skont liema l-ISPs u intermedjarji (11) oħrajn fuq l-Internet jistgħu jinżammu responsabbli bħala riżultat ta’ ksur tal-liġi rigward materjal kopert mid-dritt tal-awtur permezz tal-faċilitajiet tagħhom. Il-qafas jista’ jipprevedi wkoll miżuri u rimedji li jkunu imposti fuq l-utenti tal-Internet minħabba li jkunu tellgħu jew niżżlu materjal li jikser id-dritt tal-awtur. Waqt li d-dettalji ta’ tali qafas ma ħarġux b’mod uffiċjali, abbażi tal-informazzjoni disponibbli minn kanali differenti, wieħed jista’ jipprevedi li jista’ jkun li jinkludi l-impożizzjoni ta’ obbligi fuq l-ISPs biex jadottaw “politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali”, li jissejħu wkoll skemi ta’ “rispons gradwat”. Tali skemi jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur li jissorveljaw l-utenti tal-Internet u jidentifikaw lil min allegatament jikser il-liġijiet tad-dritt tal-awtur. Wara li jikkuntattjaw l-ISPs ta’ min allegatament ikun qed jikser il-liġijiet tad-dritt tal-awtur, l-ISPs sejrin iwissu lill-utent identifikat bħala li qiegħed jikser il-liġi; huwa jinqata’ mill-aċċess għall-Internet wara li l-ewwel ikun irċieva tliet twissijiet. |
16. |
Fl-istess waqt tan-negozjati tal-ACTA, politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali qegħdin jiġu implimentati f’xi Stati Membri bħal Franza. Huma qegħdin jiġu diskussi wkoll f’diversi fora tal-UE bħal ma huwa d-Djalogu tal-Partijiet Interessati rigward l-uplowding u d-downlowding illegali, li qed isir attwalment animat mid-DĠ MARKT, b’rabta mal-adozzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li sseddaq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern (12). Diskussjonijiet dwar dan is-suġġett iseħħu wkoll fil-Parlament Ewropew fl-ambitu tad-dibattitu pendenti dwar l-abbozz ta’ Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern (imsejjaħ ir-“Rapport Gallo”). |
17. |
Tali prattiki huma invażivi ħafna fl-isfera privata tal-individwi. Huma jinvolvu sorveljanza ġeneralizzata tal-attivitajiet tal-utenti tal-Internet, inklużi dawk perfettament legali. Huma jaffettwaw miljuni ta’ utenti tal-Internet li jsegwu l-liġijiet, inklużi t-tfal u l-adolexxenti. Huma jitwettqu permezz ta’ partijiet privati, mhux mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Barra minn hekk, illum l-Internet għandu rwol ċentrali kważi fl-aspetti kollha tal-ħajja moderna, u b’hekk, l-effetti tal-qtugħ tal-aċċess għall-Internet jistgħu jkunu enormi, bil-qtugħ ta’ individwi mix-xogħol, il-kultura, l-applikazzjonijiet tal-eGovernment, eċċ. |
18. |
Quddiem dan l-isfond, huwa rilevanti li jkun evalwat sa fejn dawn il-politiki huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza, u b’mod aktar partikolari, jekk il-politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali jikkostitwixxux miżura meħtieġa biex ikunu nfurzati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, f’dak il-kuntest, għandu jkun analizzat jekk jeżistux metodi oħra, inqas invażivi. |
19. |
Għadu mhuwiex ċar jekk il-politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali humiex sejrin ikunu parti mill-ACTA. Madankollu, dawn il-politiki qed ikunu kkunsidrati wkoll f’oqsma oħrajn u għandhom – potenzjalment – impatt enormi fuq il-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza. Għal dawn ir-raġunijiet, l-EDPS iħoss li huwa meħtieġ li jiddiskutihom f’din l-opinjoni. Qabel iwettaq l-analiżi li għadha kemm issemmiet, l-EDPS sejjer jiddeskrivi fil-qosor il-qafas legali applikabbli tal-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza. |
20. |
Għandu jkun innutat li minbarra l-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza, il-politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali jnisslu tħassib rigward valuri oħrajn bħalma huma l-proċess dovut u l-libertà tal-kelma. Madankollu, din l-opinjoni sejra tindirizza biss dawk il-kwistjonijiet li huma relatati mal-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza tal-individwi. |
IV.2. Il-politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali u l-applikazzjoni tal-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta/privatezza tal-UE
Kif jistgħu jkunu stabbiliti l-politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali
21. |
Fil-qosor, taħt il-politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali, id-detenturi tad-dritt tal-awtur jużaw mezzi tekniċi awtomatizzati, possibbilment fornuti minn partijiet terzi, biex jidentifikaw l-allegat ksur tad-dritt tal-awtur billi jwettqu sorveljanza tal-attivitajiet tal-utenti tal-Internet, pereżempju, permezz tas-sorveljanza tal-forums, il-bloggs jew billi jippużaw ta’ kondiviżuri tal-fajls f’netwerks peer-to-peer biex jidentifikaw il-kondiviżuri tal-fajls li allegatament jiskambjaw materjal kopert bid-dritt tal-awtur (13). |
22. |
Wara li jidentifikaw l-utenti tal-Internet li allegatament iwettqu vjolazzjonijiet tad-dritt tal-awtur billi jiġbru l-indirizzi tal-Protokoll tal-Internet (indirizzi IP), id-detenturi tad-dritt tal-awtur jibagħtu l-indirizzi IP ta’ dawk l-utenti lill-Fornitur(i) tas-Servizz tal-Internet rilevanti li mbagħad iwissi(u) lill-abbonat b’dak l-indirizz IP rigward it-twettiq potenzjali tiegħu ta’ ksur tad-dritt tal-awtur. Meta jkun ġie mwissi mill-ISP ċertu numru ta’ drabi, dan awtomatikament jirriżulta fit-terminazzjoni jew is-sospensjoni mill-ISP tal-konnessjoni tal-abbonat mal-Internet (14). |
Il-qafas legali applikabbli tal-protezzjoni tad-dejta/privatezza tal-UE
23. |
Il-politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti li jitnisslu mid-dritt għall-privatezza, kif stabbilit fl-Artikolu 8 tal-ECHR u l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u li jitnisslu mid-dritt għall-protezzjoni tad-dejta kif stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFEU, u kif elaborat fid-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE. |
24. |
Fil-fehma tal-EPDS, is-sorveljanza tal-imġiba tal-utenti tal-Internet u aktar ġbir tal-indirizzi IP tagħhom jammontaw għal interferenza fid-drittijiet tagħhom għal rispett tal-ħajja privata tagħhom u tal-korrispondenza tagħhom; fi kliem ieħor, hemm interferenza fid-dritt tagħhom għal ħajja privata. Din il-fehma hija konformi mal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (15). |
25. |
Id-Direttiva 95/46/KE hija applikabbli (16) minħabba li l-politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali jinvolvu l-ipproċessar tal-indirizzi IP li – fi kwalunkwe każ taħt iċ-ċirkostanzi rilevanti – għandhom jitqiesu bħala dejta personali. L-indirizzi tal-IP huma identifikaturi li jixbħu sensiela ta’ numri sseparati bit-tikek, bħal 122.41.123.45. Abbonament ma’ fornitur ta’ aċċess għall-Internet jagħti lill-abbonat aċċess għall-Internet. Kull darba li abbonat ikun jixtieq jidħol fl-Internet, huwa jingħata indirizz tal-IP permezz tal-apparat li jkun qiegħed juża biex jidħol fl-Internet (pereżempju, il-kompjuter) (17). |
26. |
Jekk utent iwettaq attività partikolari, pereżempju jtella’ materjal fuq l-Internet, l-utent jista’ jiġi identifikat minn partijiet terzi permezz tal-indirizz tal-IP li jkun uża. Pereżempju, l-utent li jkun id-detentur tal-indirizz tal-IP 122.41.123.45 tella’ materjal li allegatament jikser id-dritt tal-awtur fuq servizz P2P fit-3 PM fl-1 ta’ Jannar 2010. Wara, l-ISP ikun jista’ jikkonnettja tali indirizz tal-IP mal-isem tal-abbonat li jkun ingħata dan l-indirizz u b’hekk jaċċerta l-identità tiegħu. |
27. |
Jekk wieħed iqis id-definizzjoni tad-dejta personali mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE, “kull dejta li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli (suġġett tad-dejta); persuna identifikabbli hija waħda li tkun tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità” (18), huwa possibbli biss li wieħed jikkonkludi li l-indirizzi tal-IP u l-informazzjoni rigward l-attivitajiet marbuta ma’ tali indirizzi jikkostitwixxu dejta personali fil-każijiet kollha rilevanti hawnhekk. Tabilħaqq, indirizz tal-IP iservi bħala numru ta’ identitifikazzjoni li jippermetti li jinstab l-isem tal-abbonat li jkun ingħata tali indirizz tal-IP. Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura rigward l-abbonat li jkun id-detentur ta’ tali indirizz tal-IP (“huwa tella’ ċertu materjal fil-Websajt ZS fit-3 PM fl-1 ta’ Jannar 2010”) għandha x’taqsam ma’, jiġifieri hija b’mod ċar dwar l-attivitajiet ta’ individwu identifikabbli (id-detentur tal-indirizz tal-IP), u għaldaqstant għandha wkoll titqies bħala dejta personali. |
28. |
Dawn il-fehmiet huma kondiviżi b’mod sħiħ mill-Grupp tax-Xogħol tal-Artikolu 29 li, f’dokument dwar kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, iddikjara li l-indirizzi tal-IP miġbura biex ikunu infurzati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jiġifieri biex ikunu identifikati l-utenti tal-Internet li allegatament kisru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, huma dejta personali sa fejn jintużaw għall-infurzar ta’ tali drittijiet kontra individwu partikolari (19). |
29. |
Id-Direttiva 2002/58/KE hija applikabbli wkoll, minħabba li l-politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali jinvolvu l-ġbir tad-dejta tat-traffiku u l-komunikazzjoni. Id-Direttiva 2002/58/KE tirregola l-użu ta’ tali dejta u tipprevedi l-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet imwettqa permezz ta’ netwerks tal-komunikazzjoni pubbliċi u tad-dejta inerenti f’dawk il-komunikazzjonijiet. |
IV.3. Jekk il-politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali jikkostitwixxux miżura meħtieġa
30. |
L-Artikolu 8 tal-ECHR jistabbilixxi l-prinċipju tan-neċessità li skont dan il-prinċipju kwalunkwe miżura li tikser id-dritt tal-privatezza tal-individwi hija permessa biss jekk tikkostitwixxi miżura meħtieġa f’soċjetà demokratika minħabba l-fini leġittima tagħha (20). Il-prinċipju tan-neċessità jista’ jinstab ukoll fl-Artikoli 7 u 13 tad-Direttiva 95/46/KE u fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58/KE (21). Il-prinċipju jirrikjedi analiżi tal-proporzjonalità tal-miżura, li trid tkun evalwata abbażi ta’ bilanċ bejn l-interessi involuti, li jitqiegħed fil-kuntest tas-soċjetà demokratika fl-intier tagħha (22). Barra minn hekk jimplika evalwazzjoni dwar jekk jeżistux miżuri alternattivi li huma inqas intrużivi. |
31. |
Għalkemm l-EDPS jagħraf l-importanza tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, huwa jqis li l-politika ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali kif inhi magħrufa attwalment – li tinvolvi ċerti elementi ta’ applikazzjoni ġenerali – tikkostitwixxi miżura sporporzjonata u għaldaqstant tista’ ma titqisx bħala miżura meħtieġa. Barra minn hekk, l-EDPS huwa konvint li jeżistu soluzzjonijiet alternattivi, inqas intrużivi jew li l-politiki previsti jistgħu jitwettqu b’mod inqas intrussiv jew b’firxa aktar limitata. Barra minn hekk, fuq livell ġuridiku aktar iddettaljat, il-mudell ta’ tliet atti illegali jnissel ċerti problemi. Dawn il-konklużjonijiet sejrin jiġu spjegati hawn taħt. |
Politiki abbażi tal-mudell ta’ tliet atti illegali huma sproporzjonati
32. |
L-EDPS jixtieq jenfasizza n-natura mifruxa tal-miżuri imposti. L-elementi li ġejjin jeħtieġ li jissemmew f’dan ir-rigward:
|
33. |
L-EDPS mhuwiex konvint li l-benefiċċji tal-miżuri jegħlbu l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali tal-individwi. Il-protezzjoni tad-dritt tal-awtur hija l-interess tad-detenturi ta’ dan id-dritt u tas-soċjetà. Madankollu, il-limitazzjonijiet fuq id-drittijiet fundamentali ma jidhirx li huma ġġustifikati, jekk wieħed jibbilanċja l-gravità tal-interferenza, jiġifieri l-iskala tal-intrużjoni fil-privatezza kif enfasizzata mill-elementi ta’ hawn fuq, mal-benefiċċji mistennija, l-iskoraġġiment tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali magħmul – fil-parti l-kbira – minn ksur tal-liġi tal-proprjetà intellettwali fuq skala żgħira. Kif indikat mill-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Kokott f’Promusicae: “Mhuwiex … ċar li l-kondiviżjoni privata tal-fajls, b’mod partikolari meta sseħħ mingħajr l-intenzjoni li jsir qligħ, thedded il-protezzjoni tad-dritt tal-awtur b’mod tant serju li tiġġustifika r-rikors għal din l-eċċezzjoni. Fil-fatt huwa kkontestat kemm il-kondiviżjoni privata tal-fajls ġenwinament tikkawża danni” (25). |
34. |
F’dan il-kuntest, jiswa li wieħed jiftakar fir-reazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-“iskemi tat-tliet atti illegali” fl-ambitu tal-analiżi tal-pakkett tat-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari l-Emenda 138 għad-Direttiva Qafas (26). F’din l-Emenda kien stabbilit li kwalunkwe restrizzjoni tad-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tista’ tkun imposta biss jekk tkun adatta, proporzjonata u meħtieġa f’soċjetà demokratika, u l-implimentazzjoni tagħha għandha tkun soġġetta għal salvagwardji proċedurali adegwati f’konformità mal-ECHR u mal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, inklużi l-protezzjoni ġuridika effettiva u l-proċess dovut (27). |
35. |
F’din il-fehma, l-EDPS ikompli jenfasizza li kwalunkwe limitazzjoni tad-drittijiet fundamentali sejra tkun soġġetta għal skrutinju bir-reqqa kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali. F’dan il-kuntest, jista’ jinġibed parallel mad-Direttiva għaż-Żamma tad-Dejta 2006/24/KE (28), li tidderoga, mill-prinċipju ġenerali tal-protezzjoni tad-dejta, it-tneħħija tad-dejta meta ma tibqax aktar meħtieġa għall-fini li għaliha tkun inġabret. Din id-Direttiva tirrikjedi li d-dejta tat-traffiku tinżamm għall-fini tal-ġlieda kontra r-reati gravi. Wieħed għandu jinnota li ż-żamma hija permessa biss għal “reati gravi”, li ż-żamma hija limitata għad-“dejta tat-traffiku” li fil-prinċipju teskludi l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-komunikazzjonijiet, u li jkunu pprovduti garanziji b’mod strett. Madankollu, feġġew dubji dwar il-kompatibilità tagħha mal-istandards tad-drittijiet fundamentali; il-Qorti Kostituzzjonali tar-Rumanija ddeċidiet li żamma totali hija inkompatibbli mad-drittijiet fundamentali (29), u attwalment hemm kawża pendenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ġermanja (30). |
L-eżistenza ta’ mezzi oħrajn, inqas intrużivi
36. |
Ir-riżultati ta’ hawn fuq huma msaħħa mill-fatt li jeżistu mezzi inqas intrużivi biex jintlaħaq l-istess skop. L-EDPS jinsisti li tali mudelli inqas intrużivi għandhom ikunu investigati u ppruvati. |
37. |
F’dan il-kuntest, l-EDPS jiftakar li d-Direttiva 2002/22/KE emendata dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (imsejħa d-“Direttiva tad-Drittijiet taċ-Ċittadini”), li hija parti mill-pakkett tat-telekomunikazzjonijiet irriformat riċentement, fiha ċerti regoli u proċeduri biex ikun limitat il-ksur tal-liġi tad-dritt tal-awtur fuq skala żgħira fost il-konsumaturi (31). Tali proċeduri jinkludu l-obbligu tal-Istati Membri li jipproduċu informazzjoni ta’ interess pubbliku standardizzata dwar diversi suġġetti, li speċifikament issemmi l-ksur tal-liġi tad-dritt tal-awtur u drittijiet irrelatati, u l-konsegwenzi (32) legali ta’ dan. Imbagħad, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-ISPs biex iqassmuha lill-klijenti kollha tagħhom, u biex jinkluduha fil-kuntratti tagħhom. |
38. |
Is-sistema hija intenzjonata li tinforma u tiskoraġġixxi lill-individwi milli jferrxu informazzjoni li jkollha d-dritt tal-awtur u milli jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ ksur tal-liġi, waqt li tevita s-sorveljanza tal-użu tal-Internet u t-tħassib relatat mal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Id-Direttiva tad-Drittijiet taċ-Ċittadini trid tkun implimentata f’Mejju 2011; b’hekk, tali proċeduri, s’issa għadhom mhumiex fis-seħħ. Għaldaqstant, sa issa għad ma kienx hemm opportunitajiet biex ikunu ttestjati l-benefiċċji tagħhom. B’hekk jidher prematur li wieħed jinjora l-potenzjal ta’ riżultat ta’ benefiċċju minn dawn il-proċeduri ġodda u minflokhom iħaddan “politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali”, li jillimitaw ħafna aktar id-drittijiet fundamentali. |
39. |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, wieħed għandu jiftakar li d-Direttiva 2004/48/KE tat-28 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tipprevedi diversi għodod għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali quddiem il-qrati (diskussi hawn taħt fil-paragrafi 43 u s.) (33). |
40. |
Id-Direttiva IPRE kienet trasposta fil-liġijiet tal-Istati Membri riċentement biss. S’issa ma kienx hemm żmien biżżejjed biex ikun evalwat jekk id-dispożizzjonijiet tagħha humiex adatti għall-finijiet tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għaldaqstant, huwa ferm dubjuż il-bżonn li tinbidel is-sistema attwali, ibbażata fuq il-proċeduri fil-qorti, li għadha ma ġietx ittestjata. Dan ta’ hawn fuq inissel il-mistoqsija inevitabbli ta’ għaliex il-ksur tal-liġi eżistenti ma jistax ikun indirizzat b’mod xieraq bil-penali ċivili u kriminali eżistenti għall-ksur tal-liġi tad-dritt tal-awtur. Għaldaqstant, qabel ma tipproponi tali miżuri tal-politika, il-Kummissjoni għandha tipproduċi informazzjoni kredibbli li turi li l-qafas legali attwali naqas milli jipproduċi l-effetti intenzjonati tiegħu. |
41. |
Barra minn hekk, mhuwiex ċar jekk ingħatatx kunsiderazzjoni serja lil mudelli alternattivi ta’ negozju ekonomiku li ma jkunux jinvolvu s-sorveljanza sistematika tal-individwi. Pereżempju, jekk id-detenturi tad-dritt tal-awtur juru t-telf tagħhom minħabba l-użu tal-P2P, id-detenturi tad-dritt u l-ISPs jistgħu, pereżempju, jippruvaw abbonamenti ta’ aċċess għall-Internet iddifferenzjat, fejn parti mill-prezz ta’ abbonament b’aċċess mingħajr limitu, titqassam lid-detenturi tad-dritt tal-awtur. |
Il-possibbiltà li jitwettaq monitoraġġ immirat b’mod inqas intrużiv
42. |
Minbarra l-użu ta’ mudelli kompletament differenti, li kif kien indikat għandu jiġi investigat u ttestajt, monitraġġ immirat jista’ fi kwalunkwe każ jiġi operat b’mod inqas intrużiv. |
43. |
L-għan tal-infurzar tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali jista’ wkoll jinkiseb permezz tal-monitoraġġ ta’ numru limitat biss ta’ individwi ssuspettati li jipparteċipaw fil-ksur mhux trivjali tad-dritt tal-awtur. Id-Direttiva IPRE tipprovdi xi gwida f’dan ir-rigward. Hija tistabbilixxi l-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet jistgħu jordnaw li d-dejta miżmuma minn fornituri tal-aċċess għall-Internet tinkixef għal raġunijiet ta’ infurzar tal-propjetà intellettwali. L-Artikolu 8 jipprovdi li l-ISPs jistgħu jiġu ordnati minn awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti biex jipprovdu informazzjoni personali li jżommu dwar dawk allegati li wettqu l-ksur (pereżempju informazzjoni dwar in-netwerks ta’ oriġini u distribuzzjoni tal-merkanija jew servizzi li jiksru dritt tal-propjetà intellettwali) b’risposta għal talba ġġustifikata u proporzjonata f’każijiet ta’ ksur fuq skala kummerċjali (34). |
44. |
Għalhekk, il-kriterju tal-“iskala kummerċjali” huwa deċiżiv. Skont dan il-kriterju, il-monitoraġġ jista’ jkun proporzjonat fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet limitati, speċifiċi u ad hoc fejn ikunu jeżistu suspetti b’bażi tajba ta’ abbuż mid-dritt tal-awtur fuq skala kummerċjali. Dan il-kriterju jista’ jinkludi sitwazzjonijiet ta’ abbuż ċar mid-dritt tal-awtur minn individwi privati bl-għan li jinkisbu benefiċċji kummerċjali ekonomiċi diretti jew indiretti. |
45. |
Fil-prattika, biex dan ta’ hawn fuq ikun effettiv, detenturi tad-dritt tal-awtur jistgħu jipparteċipaw f’monitoraġġ immirat ta’ ċerti indirizzi IP sabiex tiġi vverifikata l-iskala tal-vjolazzjoni tad-dritt tal-awtur. Dan ikun ifisser li detenturi tad-dritt tal-awtur ikunu wkoll permessi jżommu rekord tar-rapporti li jallegaw ksur għall-istess għanijiet. Tali informazzjoni għandha tintuża biss wara li tiġi vverifikata l-importanza tal-ksur. Per eżempju, każijiet ċari ta’ ksur kbir kif ukoll ksur mhux sinifikanti iżda kontinwu, fuq ċertu perijodu ta’ żmien, għall-iskop ta’ vantaġġ kummerċjali jew qligħ finanzjarju. Il-ħtieġa ta’ kontinwità fi ħdan ċerti perijodi ta’ żmien hija enfasizzata u spjegata aktar hawn taħt fid-diskussjoni relatata mal-prinċipju ta’ konservazzjoni. |
46. |
Dan ifisser li f’tali każijiet, il-ġbir ta’ informazzjoni għall-iskopijiet li jintwera abbuż allegat bl-Internet jista’ jitqies proporzjonat u neċessarju għall-iskopijiet ta’ preparazzjoni ta’ proċedimenti legali, inkluża kawża. |
47. |
L-EDPS jikkunsidra, bħala garanzija oħra, li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta mmirati sabiex jiġbru tali tip ta’ evidenza għandhom jiġu ċċekkjati minn qabel u awtorizzati minn awtoritajiet ta’ protezzjoni tad-dejta nazzjonali. Dawn l-opinjonijiet huma bbażati fuq il-fatt li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ individwi fid-dawl tal-għanijiet tagħhom, jiġifieri li jwettqu azzjonijiet ta’ infurzar li jistgħu eventwalment ikunu kriminali u fid-dawl tan-natura sensittiva tad-dejta miġbura. Il-fatt li l-ipproċessar jinvolvi monitoraġġ ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi huwa fattur ieħor li jirrikjedi superviżjoni mtejba. |
48. |
L-EDPS jikkunsidra li l-“iskala kummerċjali” inkorporata fid-Direttiva IPRE hija element xieraq ħafna biex ikunu stabbiliti l-limiti tal-monitoraġġ sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Barra minn hekk, ma jidhrix li hemm evidenza affidabbli li turi taħt il-kriterji stabbiliti skont l-IPRE li azzjoni legali effettiva kontra l-ksur tad-dritt tal-awtur tirriżulta mhux possibbli jew ineffettiva. Per eżempju, rapporti bħal mill-Ġermanja, fejn mill-2008, wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva IPRE, kien hemm madwar 3 000 mandat tal-qorti skont liema, l-ISPs kixfu lill-qrati informazzjoni dwar 300 000 abbonat relatata mal-abbonati stess, jidhru li jissuġġerixxu l-oppost. |
49. |
Fil-qosor, minħabba li d-Direttiva IPRE ilha biss fis-seħħ sentejn, huwa diffiċli li jiġi mifhum għaliex il-leġiżlaturi għandhom jgħaddu mill-kriterji inkorporati f’din id-Direttiva għal metodi aktar intrużivi meta l-UE għadha tibda tittestja dawk adottati riċentament. Għall-istess raġuni huwa wkoll diffiċli li tiġi mifhuma l-ħtieġa li s-sistema attwali bbażata fuq il-qorti tinbidel b’tipi ta’ miżuri oħrajn (flimkien mat-tqajjim ta’ mistoqsijiet fir-rigward ta’ proċess xieraq, li mhumiex indirizzati hawn). |
IV.4. Konformità ta’ qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali b’dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta aktar dettaljati
50. |
Hemm raġunijiet legali aktar speċifiċi oħrajn għaliex l-approċċ ta’ tliet atti illegali huwa problematiku mill-perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta. L-EDPS jogħġbu jenfasizza l-bażi legali dubjuża għall-ipproċessar, li huwa meħtieġ mid-Direttiva 95/46/KE, u l-obbligu li jinsab fid-Direttiva 2002/58/KE li jintremew il-log fajls. |
Bażi legali għall-ipproċessar
51. |
L-iskemi tal-approċċ ta’ tliet atti illegali jinvolvu l-ipproċessar ta’ dejta personali, li xi ftit minnha tintuża għall-proċeduri legali jew amministrattivi għall-qtugħ tal-aċċess għall-Internet lil dawk li jirrepetu l-ksur. Minn din il-perspettiva, tali dejta tikkwalifika bħala dejta sensittiva skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE. L-Artikolu 8(5) jistabbilixxi li “L-ipproċessar ta’ data dwar offiżi, kundanni kriminali jew miżuri ta’ sigurtà jista’ jsir biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali, jew jekk tkun hemm provduta protezzjoni speċifiċa xierqa taħt il-liġi nazzjonali…” |
52. |
F’dan il-kuntest, huwa pertinenti li wieħed jiftakar fl-Artikolu 29 tad-dokument tal-Grupp ta’ Ħidma msemmi qabel, li jiddiskuti l-kwistjoni tal-ipproċessar ta’ dejta ġudizzjarja (35). Il-Grupp ta’ Ħidma jgħid li “Filwaqt li kwalunkwe individwu ovvjament għandu d-dritt għall-ipproċessar ta’ dejta ġudizzjarja fil-proċess tal-kawża tiegħu/tagħha, il-prinċipju ma jasalx li jippermetti investigazzjoni profonda, ġbir u ċentralizzazzjoni ta’ dejta personali minn pajjiżi terzi, inkluża partikolarment, riċerka sistematika fuq skala ġenerali bħall-iskanjar tal-Internet (…). Tali investigazzjoni taqa’ fi ħdan il-kompetenza ta’ awtoritajiet ġudizzjarji” (36). Filwaqt li l-ġbir ta’ evidenza mmirata u speċifika, b’mod partikolari f’każijiet ta’ ksur serju jista’ jkun neċessarju biex tiġi stabbilita u eżerċitata pretensjoni legali, l-EDPS jaqbel bis-sħiħ mal-opinjonijiet ta’ Artikolu 29 tal-Grupp ta’ Ħidma dwar in-nuqqas ta’ leġittimità ta’ investigazzjonijiet fuq firxa wiesgħa li jinvolvu l-ipproċessar ta’ ammonti massivi ta’ dejta minn utenti tal-Internet. |
53. |
Id-diskussjoni dwar il-prinċipju ta’ proporzjonalità deskritt hawn fuq u l-kriterju tal-“iskala kummerċjali” huma rilevanti biex ikun stabbilit f’liema kundizzjonijiet il-ġbir ta’ indirizzi IP u l-informazzjoni relatata sejrin ikunu leġittimizzati. |
54. |
L-ISPs jistgħu jippruvaw jilleġittimaw l-ipproċessar imwettaq mid-detenturi tad-dritt tal-awtur billi jdaħħlu klawżoli fil-kuntratti tal-klijenti tagħhom biex jippermettu l-monitoraġġ tad-dejta tagħhom u l-qtugħ tal-abbonament tagħhom. Bid-dħul f’tali kuntratti, il-klijenti jitqiesu li jkunu qablu mal-monitoraġġ. Madankollu, din il-prattika tqajjem l-ewwel id-domanda bażika dwar jekk l-individwi jistgħux jagħtu kunsens lill-ISPs għall-ipproċessar tad-dejta li jitwettaq mhux mill-ISPs iżda minn terzi msieħba li mhumiex taħt l-“awtorità” tal-ISPs. |
55. |
It-tieni nett, hemm id-domanda dwar il-validità tal-kunsens. L-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE jiddefinixxi l-kunsens bħala “indikazzjoni speċifika u infurmata tax-xewqa tiegħu mogħtija liberament li biha s-suġġett tad-dejta jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru”. Punt importanti huwa li sabiex ikun validu, il-kunsens, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi fejn jingħata, għandu jkun indikazzjoni mogħtija liberament, speċifika u infurmata tax-xewqat tas-suġġett tad-dejta, kif definit fl-Artikolu 2(h) tad-Direttiva. L-EDPS għandu dubji serji dwar jekk l-individwi mitluba l-kunsens għall-monitraġġ tal-attivitajiet fuq l-Internet tagħhom ikollhomx l-opportunità li jagħmlu għażla ġenwina – speċjalment għaliex l-alternattiva tkun li ma jkunx hemm aċċess għall-Internet, u b’hekk potenzjalment jiġu pperikolati ħafna oqsma oħrajn ta’ ħajjithom. |
56. |
It-tielet nett, huwa ferm dubjuż jekk kwalunkwe tali monitoraġġ jistax qatt jiġi kkunsidrat neċessarju għat-twettiq ta’ kuntratt li fih ikun parti s-suġġett tad-dejta, kif meħtieġ mill-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 95/46/KE, minħabba li l-monitoraġġ huwa ovvjament mhux oġġett tal-kuntratt li jkun daħal fih is-suġġett tad-dejta, iżda biss mezz biex l-ISP iservi interessi oħrajn. |
Rimi ta’ log fajls
57. |
Skont id-Direttiva 2002/58/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, dejta tat-traffiku bħall-indirizzi ISP tista’ biss tinġabar u tinħażen għal raġunijiet direttament relatati mal-komunikazzjoni fiha nfisha, inkluż għal raġunijiet ta’ kontijiet, ġestjoni tat-traffiku u prevenzjoni ta’ frodi. Wara, id-dejta għandha titħassar. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta li, kif diskuss, tirrikjedi l-konservazzjoni ta’ dejta tat-traffiku u r-rilaxx tagħha lill-pulizija u l-prosekuturi għall-għajnuna fl-investigazzjoni ta’ reat serju biss (37). |
58. |
Skont dan ta’ hawn fuq, il-fornituri ta’ servizzi tal-Internet għandhom jarmu kwalunkwe log fajl li jikxef l-attivitajiet ta’ utenti tal-Internet li ma jkunx għadu meħtieġ għall-iskopijiet ta’ hawn fuq. B’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-log fajls mhumiex neċessarji għal skopijiet ta’ kontijiet, jidher li tlieta jew erba’ ġimgħat għandhom ikunu biżżejjed għall-ISPs għal skopijiet ta’ ġestjoni tat-traffiku (38). |
59. |
Dan ifisser li, meta kkuntattjati minn detenturi tad-dritt tal-awtur, sakemm tali kuntatt seħħ fi ħdan il-perijodu limitat deskritt hawn fuq, l-ISPs ma għandhomx ikollhom il-log fajls li jgħaqqdu l-indirizzi IP mal-abbonati rilevanti. Iż-żamma tal-log fajls wara tali perijodu għandha ssir biss għal raġunijiet iġġustifikati fi ħdan l-iskop tal-għanijiet ipprovduti mil-liġi. |
60. |
F’termini prattiċi dan ifisser li, sakemm mhux iwettqa b’mod mgħaġġel ħafna, it-talbiet tad-detenturi tad-dritt tal-awtur indirizzati lill-IPS ma jkunux jistgħu jiġu sodisfatti, sempliċement minħabba li l-ISP ma jkunx għad għandu l-informazzjoni. Dan jistabbilixxi minnu stess il-konfini ta’ x’jiġifieri prattiki ta’ monitraġġ aċċettabbli deskritti fis-sezzjoni ta’ hawn fuq. |
Riskji ta’ effetti kollaterali
61. |
Barra minn hekk, l-EDPS huwa imħasseb mhux biss dwar l-impatt tal-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta ta’ politiki ta’ qtugħ ta’ konnessjoni tal-Internet wara tliet atti illegali iżda wkoll dwar l-effetti kollaterali tagħhom. Jekk il-politiki ta’ qtugħ tal-konnessjoni tal-Internet wara tliet atti illegali jiġu permessi, dawn jistgħu jkunu niżla tiżloq għal-leġittimizzazzjoni ta’ sorveljanza saħansitra iktar massiva tal-attivitajiet tal-utenti tal-Internet, f’oqsma differenti u għal skopijiet differenti. |
62. |
L-EDPS jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-ACTA ma jkomplix u ma jmurx kontra l-għanijiet attwali tal-UE għall-infurzar tal-IPR, li jirrispetta d-drittijiet u libertajiet fundamentali u l-libertajiet ċivili, bħall-protezzjoni tad-dejta personali. |
V. TĦASSIB DWAR IL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA FIR-RIGWARD TAL-MEKKANIŻMI TA’ KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI
63. |
Wieħed mill-mezzi mressqa mill-parteċipanti fl-ACTA sabiex jittrattaw il-kwistjoni tal-infurzar tal-IPR huwa li titjieb il-koperazzjoni internazzjonali, b’numru ta’ miżuri li jippermettu l-infurzar effettiv tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali fil-ġurisdizzjonijiet tal-firmatarji tal-ACTA. |
64. |
Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, jista’ jiġi previst li numru ta’ miżuri ppjanati biex jiġi żgurat l-infurzar tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali jinvolvu l-iskambju internazzjonali ta’ informazzjoni dwar ksur allegat tal-IPR bejn awtoritajiet pubbliċi (bħal awtoritajiet doganali, pulizija u ġustizzja) iżda wkoll bejn atturi pubbliċi u privati (bħal ISPs u organizzzazzjonijiet detenturi tad-drittijiet tal-IP). Tali trasferimenti ta’ dejta iqajmu numru ta’ kwistjonijiet mill-perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta. |
V.1. L-iskambji tad-dejta kkunsidrati fil-kuntest tal-ACTA huma leġittimi, neċessarji u proporzjonati?
65. |
Fl-istat attwali tal-proċess ta’ negozjati li fih numru ta’ elementi għall-ipproċessar ta’ dejta konkreta baqgħu jew mhux definiti jew mhux magħrufa, huwa impossibbli li jiġi vverifikat jekk il-qafas propost ta’ miżuri huwiex skont il-prinċipji ta’ protezzjoni tad-dejta fundamentali u l-liġi tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE. |
66. |
Jista’ wieħed jistaqsi l-ewwel nett jekk it-trasferimenti tad-dejta għal pajjiżi terzi fil-kuntest tal-ACTA humiex leġittimi. Ir-relevanza tal-adozzjoni ta’ miżuri fuq livell internazzjonali f’dak il-qasam tista’ tiġi kkuntestata sakemm mhemmx qbil fi ħdan l-Istati Membri tal-UE dwar l-armonizzazzjoni tal-miżuri ta’ infurzar fl-ambjent diġitali u t-tipi ta’ sanzjonijiet kriminali li għandhom jiġu applikati (39). |
67. |
Skont dan ta’ hawn fuq, jidher li l-prinċipji ta’ neċessità u proporzjonalità tat-trasferimenti tad-dejta taħt l-ACTA jintlaħqu aktar faċilment li kieku l-qbil ikun limitat speċifikament għall-ġlieda kontra l-aktar reati serji ta’ ksur tal-IPR, minflok jitħallew trasferimenti tad-dejta bil-massa relatati ma’ kwalunkwe suspett ta’ ksur tal-IPR. Dan jirrikjedi li jiġi definit b’mod preċiż l-iskop ta’ x’jikkostitwixxi l-“aktar reati serji ta’ ksur tal-IPR” li għalihom jistgħu jseħħu trasferimenti tad-dejta. |
68. |
Barra minn hekk, għandha tingħata attenzjoni partikolari għal persuni involuti fl-iskambji tad-dejta, u jekk id-dejta tkunx sejra tiġi kondiviża biss bejn l-awtoritajiet pubbliċi jew jekk hemmx involut ukoll skambji bejn atturi privati u l-awtoritajiet pubbliċi. Kif deskritt qabel f’din l-opinjoni, l-involviment ta’ atturi privati f’qasam li fil-prinċipju huwa taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jqajjem numru ta’ punti ta’ tħassib (40). Il-kundizzjonijiet skont liema s-setturi privati jkunu involuti fil-ġbir u l-iskambju mal-awtoritajiet pubbliċi ta’ dejta personali relatata mal-ksur tal-IPR għandhom ikunu limitati strettament għal ċirkostanzi speċifiċi, b’garanziji xierqa. |
V.2. Liġi ta’ protezzjoni tad-dejta applikabbli li tirregola t-trasferimenti tad-dejta fil-kuntest tal-ACTA
Reġim ġenerali għat-trasferimenti tad-dejta
69. |
Il-qafas tal-protezzjoni tad-dejta ġenerali applikabbli fl-UE huwa stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE. L-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva 95/46/KE jiddefinixxu l-għanijiet applikabbli għal trasferimenti tad-dejta lil pajjiżi terzi. L-Artikolu 25 jeħtieġ li t-trasferimenti jsiru biss lejn pajjiżi li jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni, jew inkella tali trasferimenti huma fil-prinċipju pprojbiti. |
70. |
Il-livell ta’ adegwatezza li jista’ jiġi offrut minn pajjiżi terzi huwa vvalutat fuq il-bażi ta’ każ b’każ mill-Kummissjoni Ewropea, li ħarġet diversi deċiżjonijiet li jirrikonoxxu l-adegwatezza lil numru ta’ pajjiżi wara analiżi profonda mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (41). |
71. |
L-EDPS jinnota li l-biċċa l-kbira tal-parteċipanti tal-ACTA mhumiex parti mil-lista ta’ pajjiżi li jipprovdu protezzjoni tad-dejta adegwata mfassla mill-Kummissjoni: bl-eċċezzjoni tal-Iżvizzera u – f’ċirkostanzi speċifiċi – il-Kanada u l-Istati Uniti, il-parteċipanti l-oħrajn kollha tal-ACTA mhumiex rikonoxxuti bħala li jipprovdu livell adegwat ta’ protezzjoni. Dan ifisser li biex tiġi trasferita d-dejta mill-UE għal dawn il-pajjiżi waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE għandha tiġi ssodisfata jew inkella għandhom jintużaw salvagwardji xierqa mill-imsieħba fit-trasferiment tad-dejta skont l-Artikolu 26(2) tad-Direttiva. |
Għanijiet speċifiċi għal trasferimenti tad-dejta fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali
72. |
Filwaqt li d-Direttiva 95/46/KE tikkostitwixxi l-istrument ewlieni għall-protezzjoni tad-dejta fl-UE, l-iskop tagħha huwa attwalment limitat minħabba li hija teskludi speċifikament attivitajiet li jikkonċernaw, inter alia, l-attivitajiet tal-Istat fil-qasam tal-liġi kriminali (Artikolu 3). Skambji ta’ dejta għall-għanijiet ta’ infurzar tal-liġi kriminali għandhom għaldaqstant jaqgħu barra mill-iskop tad-Direttiva 95/46/KE u għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta’ protezzjoni tad-dejta ġenerali stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Nru 108 u l-Protokoll addizzjonali li l-Istati Membri tal-UE kollha huma msieħba fih (42). Barra minn hekk, japplikaw ir-regoli adottati mill-UE li jikkonċernaw il-koperazzjoni tal-pulizija u l-ġustizzja fil-qasam ta’ kwistjonijiet kriminali stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill 2008/877/JHA (43). |
73. |
Dawn l-istrumenti joħolqu wkoll bħala prinċipju li għandu jkun hemm livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta fil-pajjiż terz li lejh għandha tiġi trasferita d-dejta. Hemm ipprovdut numru ta’ derogi, partikolarment meta l-pajjiż terz jipprovdi salvagwardji adegwati. Bħal fl-iskambji tad-dejta skont id-Direttiva 95/46/KE, l-iskambji tad-dejta fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali jirrikjedu għaldaqstant li jintużaw salvagwardji xierqa bejn l-imsieħba fit-trasferiment tad-dejta biex tali trasferiment iseħħ. |
Lejn għanijiet ġodda għal trasferimenti tad-dejta
74. |
Fil-futur qrib, jista’ jkun mistenni li jiġu adottati regoli komuni ġodda għall-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-oqsma kollha tal-attivitajiet tal-UE mill-UE fuq il-bażi tal-Artikolu 16 tat-TFEU. Dan ifisser li fi żmien ftit snin jista’ jkun hemm qafas komprensiv ta’ protezzjoni tad-dejta tal-UE li jistabbilixxi regoli koerenti għall-ipproċessar tad-dejta madwar l-oqsma kollha tal-attivitajiet tal-UE, li jimponi l-istess livell ta’ salvagwardji u garanziji fuq l-attivitajiet ta’ pproċessar tad-dejta kollha. Kif kien deskritt minn Viviane Reding (44), il-Kummissarju għall-Ġustizzja, Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza, dan il-qafas ġdid għandu jaħdem bħala “strument legali modern u komprensiv” uniku għall-protezzjoni tad-dejta fl-UE. Tali qafas huwa partikolarment apprezzat minħabba li jġib miegħu aktar ċarezza u konsistenza rigward ir-regoli applikabbli fl-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. |
75. |
F’kuntest internazzjonali, l-EDPS jirrimarka wkoll ir-Riżoluzzjoni dwar l-Istandards Internazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza adottata riċentament mill-awtoritajiet ta’ protezzjoni tad-dejta, li hija l-ewwel pass lejn l-istabbiliment ta’ standards ta’ protezzjoni tad-dejta globali (45). L-Istandards Internazzjonali jinkludu għadd ta’ salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta simili għal dawk iddikjarati fid-Direttiva 95/46/KE u l-Konvenzjoni Nru 108. Għalkemm l-istandards internazzjonali għad ma għandhomx forza vinkolanti, huma jipprovdu gwida bżonnjuża rigward il-prinċipji ta’ protezzjoni tad-dejta li jistgħu jiġu volontarjament applikati minn pajjiżi terzi biex il-qafas legali tagħhom ikun kompatibbli mal-istandards tal-UE. L-EDPS jemmen li l-firmatarji tal-ACTA għandhom iqisu l-prinċipji mfassla fl-Istandards Internazzjonali meta tiġi pproċessata dejta personali mill-UE. |
V.3. Ħtieġa li jiġu implementati salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tat-trasferimenti ta’ dejta mill-UE għal pajjiżi terzi
Liema forom jieħdu s-salvagwardji sabiex jiġu protetti effettivament it-trasferimenti ta’ dejta lejn pajjiżi terzi?
76. |
Jekk il-ħtieġa ta’ trasferiment ta’ dejta personali għal pajjiżi terzi tintwera, l-EDPS jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tinnegozja mar-riċevituri ta’ pajjiżi terzi – flimkien mal-qbil dwar l-ACTA fih innifsu – strumenti speċifiċi li fihom garanziji xierqa ta’ protezzjoni tad-dejta biex jirregolaw l-iskambju ta’ dejta personali. |
77. |
Salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dejta għandhom normalment jiġu stabbiliti fi qbil vinkolanti bejn l-UE u r-riċevitur tal-pajjiż terz, li permezz tiegħu, il-parti riċevitriċi tintrabat li tirrispetta l-liġi ta’ protezzjoni tad-dejta tal-UE u li tipprovdi lill-individwi bl-istess drittijiet u rimedji kif permess skont il-liġi tal-UE. Il-ħtieġa għal qbil vinkolanti tinbet mill-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 13(3) tad-Deċiżjoni ta’ Qafas u hija barra minn hekk appoġġjata mill-prattika eżistenti tal-UE li tikkonkludi qbil speċifiku sabiex ikunu permessi trasferimenti ta’ dejta speċifiċi lejn pajjiżi terzi (46). |
78. |
B’mod simili, taħt l-abbozz tal-Istandards Internazzjonali, ir-riċevitur jista’ jintalab li jiggarantixxi li huwa jista’ joffri l-livell meħtieġ ta’ protezzjoni biex it-trasferiment iseħħ. Dawn il-garanziji jistgħu jieħdu l-forma wkoll ta’ impenn kuntrattwali. |
Il-kontenut tas-salvagwardji li għandhom jiġu evidenzati mill-firmatarji tal-ACTA rigward it-trasferimenti ta’ dejta personali
79. |
L-EDPS jenfasizza partikolarment li l-iskambji internazzjonali ta’ informazzjoni għall-infurzar tal-liġi huma partikolarment sensittivi mill-perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta, minħabba li tali qafas jista’ jilleġittima traferimenti massivi ta’ dejta f’qasam fejn l-impatt fuq l-individwi huwa partikolarment serju, u fejn salvagwardji stretti u affidabbli huma kollha meħtieġa sew. |
80. |
L-EDPS jiddeskrivi li kundizzjonijiet u salvagwardji speċifiċi jistgħu biss jiġu definiti fuq bażi ta’ każ b’każ fid-dawl tal-parametri kollha tal-iskambji tad-dejta. Għall-iskopijiet ta’ gwida, l-EDPS qiegħed jenfasizza hawn taħt xi wħud mill-prinċipji u salvagwardji li għandhom jintużaw minn riċevituri ta’ parti terza biex iseħħu t-trasferimenti ta’ dejta:
|
VI. KONKLUŻJONIJIET
81. |
L-EDPS jinkoraġġixxi bis-sħiħ lill-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi djalogu pubbliku u trasparenti dwar l-ACTA, possibbilment permezz ta’ konsultazzjoni pubblika, li tgħin ukoll biex jiġi żgurat li l-miżuri li għandhom jiġu adottati huma konformi mar-rekwiżiti tal-liġi tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta tal-UE. |
82. |
Matul l-andament tan-negozjati dwar l-ACTA, l-EDPS jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex toħloq bilanċ tajjeb bejn domandi għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-dritt għall-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta. L-EDPS jenfasizza li huwa partikolarment kruċjali li l-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta jitqiesu sa mill-bidunett tan-negozjati qabel ma jintlaħaq qbil dwar kwalunkwe miżura sabiex aktar ’il quddiem ma jkunx hemm għalfejn jinstabu soluzzjonijiet alternattivi għall-ilmenti dwar il-privatezza. |
83. |
Filwaqt li l-proprjetà intellettwali hija importanti għas-soċjetà u għandha tiġi protetta, din ma għandhiex titqiegħed ’il fuq mid-drittijiet fundamentali tal-individwi għall-privatezza, protezzjoni tad-dejta, u drittijiet oħrajn bħall-preżunzjoni ta’ innoċenza, il-protezzjoni ġudizzjarja effikaċi u l-libertà tal-espressjoni. |
84. |
Minħabba li l-abbozz attwali tal-ACTA jinkludi jew tal-inqas jinkoraġġixxi indirettament il-politiki tal-qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali, l-ACTA jkun qed jirrestrinġi profondament id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet taċ-ċittadini Ewropej, b’mod l-aktar partikolari l-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza. |
85. |
L-EDPS huwa tal-fehma li l-politiki tal-qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali mhumiex meħtieġa biex jintlaħaq l-għan tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. L-EDPS huwa konvint li soluzzjonijiet alternattivi u inqas intrużivi jeżistu jew, tal-inqas, li l-politiki kkunisdrati jistgħu jitwettqu b’mod inqas intrużiv jew bi skop inqas limitat, b’mod partikolari permezz tal-forma ta’ monitoraġġ immirat ad hoc. |
86. |
Il-politiki tal-qtugħ tal-konnessjoni mal-Internet wara tliet atti illegali huma wkoll problematiċi fuq livell legali aktar dettaljat partikolarment minħabba li l-ipproċessar ta’ dejta ġudizzjarja, b’mod partikolari minn organizzazzjonijiet privati, għandhom ikunu bbażati fuq bażi legali xierqa. L-operazzjoni tal-iskemi ta’ tliet atti illegali tista’ barra minn hekk tinvolvi li jinħażnu log fajls għal perjodu ta’ żmien itwal, li jmur kontra l-leġiżlazzjoni eżistenti. |
87. |
Barra minn hekk, sakemm l-ACTA jinvolvi skambji ta’ dejta personali bejn l-awtoritajiet u/jew l-organizzazzjonijiet privati li jinsabu fil-pajjiżi firmatarji, l-EDPS jistieden lill-UE sabiex timplementa s-salvagwardji meħtieġa. Dawn is-salvagwardji għandhom japplikaw għat-trasferimenti tad-dejta kollha mwettqa fil-kuntest tal-ACTA – irrelevanti minn jekk humiex fil-qasam tal-infurzar tal-liġi ċivili, kriminali jew diġitali – u għandhom ikunu skont il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta stabbiliti f’Konvenzjoni Nru 108 u d-Direttiva 95/46/KE. L-EDPS jirrakkomanda li tali salvagwardji jieħdu l-forma ta’ ftehim vinkolanti bejn dawk li jibagħtu mill-UE u r-riċevituri minn pajjiżi terzi. |
88. |
L-EDPS jixtieq ukoll jiġi kkonsultat fuq il-miżuri li għandhom jiġu implementati fir-rigward tat-trasferimenti tad-dejta li jitwettqu skont l-ACTA sabiex tiġi vverifikata l-proporzjonalità tagħhom, u li jiggarantixxu livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta. |
Magħmula fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2010.
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(2) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(4) Ara http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2009/november/tradoc_145271.pdf, pġ. 2.
(5) Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq.
(6) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.
(7) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Id-Direttiva fuq il-privatezza u komunikazzjoni elettronika), ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(8) Li tinterpreta l-elementi u l-kundizzjonijiet ewlenin stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR) adottata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, minħabba li japplikaw għal diversi oqsma. Ara b’mod partikolari l-każistika msemmija band’oħra f’din l-opinjoni.
(9) Ara b’mod partikolari: Il-Każ C-275/06, Productores de Música de España (Promusicae), ECR [2008], pġ. I-271 u l-Każ C-557/07, LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten, nyr.
(10) Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq.
(11) L-intermedjarji differenti tal-Internet jistgħu jiġu ddefiniti skont l-irwoli funzjonali tagħhom. Madankollu, fid-dinja reali l-intermedjarji ġeneralment iwettqu diversi minn dawn il-funzjonijiet. L-intermedjarji tal-Internet jinkludu: (a) il-fornituri tal-aċċess: l-utenti jikkonnettjaw man-netwerk billi jikkonnettjaw ma’ server tal-fornitur tal-aċċess; (b) fornituri ta’ netwerk: Huma jipprovdu r-routers, jiġifieri l-faċilitajiet tekniċi meħtieġa għat-trażmissjoni tad-dejta; (c) il-fornituri tal-host: huma jikru l-ispazju fuq is-server tagħhom, fejn l-utenti jew il-fornituri tal-kontenut jistgħu jtellgħu il-kontenut. L-utenti jistgħu jtellgħu jew iniżżlu l-materjal għal servizz fuq l-Internet, bħal ma huma n-netwerks tal-bulletin jew tal-P2P.
(12) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex jisseddaq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern, Brussell, il-11 ta’ Settembru 2009, COM(2009) 467 finali.
(13) It-teknoloġija P2P hija arkitettura ta’ softwer għall-komputing iddistribwita li tippermetti lil kompjuters individwali li jikkonnettjaw ma’, u jikkomunikaw direttament ma’, kompjuters oħra.
(14) Eżempji ta’ sanzjonijiet alternattivi jistgħu jinkludu l-limitazzjoni tal-funzjonalità tal-konnessjoni mal-Internet, pereżempju, il-veloċità tal-konnessjoni, il-volum, eċċ.
(15) Ara b’mod partikolari l-ECHR tas-26 ta’ Ġunju 2006, Weber u Saravia v. Il-Ġermanja (deċ.), Nru 54934/00, il-paragrafu 77 u l-ECHR tal-1 ta’ Lulju 2008, Liberty u oħrajn v Ir-RU, nru 58243/00.
(16) Il-Qorti tal-Ġustizzja tieħu pożizzjoni wiesgħa rigward l-applikabilità tad-Direttiva 95/46/KE, li d-dispożizzjonijiet tagħha jridu jkunu interpretati fid-dawl tal-Artikolu 8 ECHR. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat fis-sentenza tagħha tal-20 ta’ Mejju 2003, Rundfunk, każijiet konġunti C-465/00, C-138/01 u C-139/01, ECR [2003], pġ. I-4989, il-paragrafu 68, li “id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE, inkwantu jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali li potenzjalment jista' jikser il-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza, iridu bi ħtieġa jkunu interpretati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali, li, skont il-każistika stabbilita, jiffurmaw parti integrali mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li l-osservanza tiegħu hija assigurata mill-Qorti”.
(17) L-indirizz tal-IP li l-ISP jagħti lil individwu jista’ dejjem ikun l-istess kull meta jisserfja l-Internet (imsejħa indirizzi IP statiċi). Indirizzi IP oħra huma dinamiċi, li jfisser li l-fornitur tal-aċċess għall-Internet jagħti indirizz tal-IP differenti lill-klijenti tiegħu kull meta huma jikkonnettjaw mal-Internet. Ovvjament, l-ISP jista’ jikkonnettja l-indirizz tal-IP mal-kont tal-abbonat lil min ikun ta l-indirizz (dinamiku jew statiku) tal-IP.
(18) Premessa 26 tikkumplimenta din id-definizzjoni: “Billi l-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom ikunu applikabbli għal kull informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ persuna identifikata jew identifikabbli; billi, biex ikun stabbilit jekk persuna tkunx identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn persuna oħra biex tkun identifikata l-imsemmija persuna; billi l-prinċipji ta’ protezzjoni m’għandhomx ikunu applikati għal dejta mogħtija b’mod anonimu tant illi s-suġġett tad-dejta ma jkunx aktar identifikabbli; …”.
(19) Il-Grupp tax-Xogħol tal-Artikolu 29, Dokument tax-Xogħol dwar kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (WP 104), adottat fit-18 ta’ Jannar 2005. Dan il-Grupp tax-Xogħol kien stabbilit taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE. Huwa korp konsultattiv Ewropew indipendenti dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza. Il-kompiti tiegħu huma deskritti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58/KE. Ara wkoll l-opinjoni 4/2007 tal-Grupp tax-Xogħol dwar il-kunċett ta’ dejta personali (WP 136), adottata fl-20 ta’ Ġunju 2007, b’mod partikolari fil-paġni 16.
(20) Artikolu 8 tal-ECHR jirreferi espressament għar-rekwiżit li kwalunkwe interferenza jew restrizzjoni trid tkun “meħtieġa f’soċjetà demokratika”.
(21) Artikolu 13 tad-Direttiva 95/64/KE jippermetti restrizzjoni biss meta tikkostitwixxi “miżura meħtieġa li tagħti protezzjoni lil: (a) is-sigurtà nazzjonali; (b) id-difiża; (ċ) is-sigurtà pubblika; (d) il-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien u prosekuzzjoni ta’ offiżi kriminali, jew il-ksur ta’ etika ta’ professjonijiet irregolati; (e) l-interess ekonomiku jew finanzjarju ta’ importanza għal Stat Membru jew għall-Unjoni Ewropea, magħduda affarijiet monetarji, baġitarji jew tat-tassazzjoni; (f) il-monitoraġġ, spezzjoni jew funzjoni regolatorja marbuta, ukoll jekk kull tant, mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali fil-każijiet imsemmija f’(ċ), (d) u (e); (g) il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta jew tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn”. L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58/KE jeħtieġ li “tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura neċessarja, xierqa u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà nazzjonali (jiġifieri s-sigurtà tal-Istat), id-difiża, is-sigurtà pubblika, u l-prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew ta' użu mhux awtorizzat tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46/KE”.
(22) Ara wkoll l-ECHR tat-2 ta’ Awissu 1984, Malone v. Ir-Renju Unit, Serje A Nru 82, pġ. 32, il-paragrafi 81 u s. u l-ECHR tal-4 ta’ Diċembru 2008, Marper v. Ir-Renju Unit [GC], nri 30562/04 u 30566/04, il-paragrafi 101 u s.
(23) Il-Qrati jista’ jkollhom jevalwaw jekk il-materjal huwiex tabilħaqq protett mid-dritt tal-awtur, liema drittijiet inkisru, jekk l-użu jistax jitqies bħala każ ta’ użu ġust, il-liġi applikabbli, id-danni, eċċ.
(24) L-Opinjoni tal-EDPS tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni li tistabbilixxi programm Komunitarju multiannwali għall-protezzjoni tat-tfal li jużaw l-Internet u teknoloġiji tal-komunikazzjoni oħra, ĠU C 2, 7.1.2009, p. 2.
(25) Ara l-Każ imsemmi fin-nota 8 f’qiegħ il-paġna, pt. 106.
(26) Ara d-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37.
(27) Il-kliem finali tal-hekk imsejħa emenda 138 jinqara kif ġej: “Artikolu 1.3a. Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri fir-rigward tal-aċċess ta’, jew użu minn, utenti aħħarija ta’ servizzi u applikazzjonijiet permezz tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u mill-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja. Kwalunkwe waħda minn dawn il-miżuri fir-rigward tal-aċċess ta’, jew użu minn, utenti aħħarija ta’ servizzi u applikazzjonijiet permezz tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika li jkollhom il-possibilità li jirrestrinġu dawk id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu adegwati, proporzjonati u meħtieġa fi ħdan soċjetà demokratika, u l-implimentazzjoni tagħhom għandha ssir soġġetta għal salvagwardji proċedurali adegwati b’mod konformi mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, inklużi dawk tal-protezzjoni ġudizzjarja effikaċi u tal-proċess kif dovut. B’mod konformi, dawn il-miżuri jittieħdu biss b’rispett kif dovut għall-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza u għad-dritt tal-privatezza. Għandha tiġi ggarantita, minn qabel, proċedura ġusta u imparzjali, inkluż id-dritt tas-smigħ tal-persuna jew persuni konċernati, soġġett għall-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet xierqa u arranġamenti proċedurali xierqa f’każijiet ta’ urġenza ssostanzjati kif dovut konformement mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Għandu jkun iggarantit id-dritt ta’ rieżami ġudizzjarju li jkun effikaċi u tempestiv.”
(28) Id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006, ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.
(29) http://www.legi-internet.ro/english/jurisprudenta-it-romania/decizii-it/romanian-constitutional-court-decision-regarding-data-retention.html
(30) http://www.bundesverfassungsgericht.de/pressemitteilungen/bvg09-124.html
(31) Ara d-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11.
(32) B’mod partikolari, l-Artikolu 21(4) tad-Direttiva 2009/136/KE jipprevedi li “L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li impriżi msemmijin fil-paragrafu 3 jiddistribwixxu informazzjoni ta’ interess pubbliku mingħajr ħlas lill-abbonati eżistenti u ġodda fejn ikun il-każ, permezz tal-istess mezzi li normalment jintużaw minnhom għall-komunikazzjonijiet tagħhom mal-abbonati. F’dak il-każ tali informazzjoni għandha tiġi prodotta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti f’format standardizzat u għandha, inter alia, tkopri s-suġġetti li ġejjin: (a) l-użu l-aktar komuni ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerrdu kontenut dannuż, b’mod partikolari fejn huwa jista’ jippreġudika r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż ksur ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-konsegwenzi legali tagħhom (…)”. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 20(2), “L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-kuntratt jinkludi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiġi pprovduta mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għal dan l-iskop dwar l-użu ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi biex jidħlu f’attivitajiet illegali jew biex ixerrdu kontenut dannuż, u dwar il-mezzi ta’ protezzjoni kontra riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u dejta personali, imsemmija fl-Artikolu 21(4) u rilevanti għas-servizz ipprovdut.”
(33) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45 (aktar: Id-Direttiva IPRE).
(34) Dan huwa kkonfermat aktar fi Premessa 14 tad-Direttiva IPRE.
(35) Ara paragrafu 28 ta’ din l-Opinjoni.
(36) Enfasi miżjuda.
(37) Ara paragrafu 35 ta’ din l-Opinjoni.
(38) Il-ġestjoni tat-traffiku tinkludi l-analiżi tat-traffiku tan-netwerk tal-kompjuter sabiex tiġi ottimizzata jew iggarantita l-prestazzjoni, latenza iktar baxxa u/jew tiżdied il-firxa tal-banda li tista’ tintuża.
(39) Proposta dwar is-sanzjonijiet kriminali qiegħda attwalment tiġi diskussa fil-Kunsill, COM(2006) 168 tas-26 ta’ April 2006.
(40) Ara l-paragrafi 32 u 52 ta’ din l-Opinjoni. Ara wkoll l-Opinjoni tal-EDPS tal-11 ta’ Novembru 2008 dwar ir-Rapport Finali mill-Grupp tal-Kuntatt ta’ Livell Għoli UE-SU dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta personali, ĠU C 128, 6.6.2009, p. 1.
(41) Ara d-Deċiżjonijiet ta’ adegwatezza permessi mill-Kummissjoni Ewropea lill-Arġentina, il-Kanada, l-Iżvizzera, is-Safe Harbor tal-Istati Uniti u l-awtoritajiet tal-Istati Uniti fil-kuntest tal-PNR, Guernsey, Isle of Man, u Jersey; disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/thridcountries/index_en.htm
(42) Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta’ Individwi rigward l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Dejta Personali, adottata fi Strasburgu fit-28 ta’ Jannar 1981, u l-Kunsill tal-Ewropa, il-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta’ Individwi rigward l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Dejta Personali rigward l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-flussi transkonfinali tad-dejta, Strasburgu, 8 ta’ Novembru 2001.
(43) Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill 2008/877/JHA tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali pproċessata fil-qafas ta’ koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
(44) Ara r-Risposti għall-kwestjonarju tal-Parlament Ewropew għall-Kummissarju-nominat Viviane Reding, p. 5, http://www.europarl.europa.eu/hearings/static/commissioners/answers/reding_replies_en.pdf
(45) Riżoluzzjoni adottata f’Madrid f’Novembru 2009.
(46) Pereżempju qbil tal-Ewropol u l-Eurojust mal-Istati Uniti, il-qbil PNR, il-qbil Swift, il-qbil bejn l-UE u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment lis-servizz doganali tal-Awstralja ta’ dejta tar-reġistrazzjoni tal-isem tal-passiġġier li jkun ħiereġ mill-Unjoni Ewropea (PNR) permezz tat-trasportaturi bl-ajru.
(47) Ara l-Artikolu 29 tal-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma 4/2003 dwar il-Livell ta’ Protezzjoni żgurat fl-Istati Uniti għat-Trasferiment tad-Dejta tal-Passiġġieri, WP78, 13 ta’ Ġunju 2003.
(48) Ara l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta fuq ir-Rapport Finali mill-Grupp tal-Kuntatt ta’ Livell Għoli UE-US dwar l-iskambju tal-informazzjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta personali, 11.11.2008.
II Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/14 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 147/02
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
21.4.2010 |
||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 284/09 |
||||
Stat Membru |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
||||
Reġjun |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Fonds voor scholpromotie (Plaice promotion fund) |
||||
Il-bażi legali |
Verordening financiering scholpromotie 2008; Instellingsbesluit Productschap Vis; Wet op de bedrijfsorganisatie; Verordening tot instelling van een fonds voor de groothandelssector 2007 |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta’ għajnuna |
||||
L-għan |
Għajnuna għall-attivtajiet kollettivi ta' promozzjoni |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotjiet individwali u rifużjoni tal-ispejjeż |
||||
L-estimi |
Madwar EUR 200 000 kull sena |
||||
L-intensità |
Massimu ta’ 100 % |
||||
It-tul ta' żmien |
Bla limitu |
||||
Setturi ekonomiċi |
Is-settur tas-sajd |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
Rapport annwali Din l-iskema se tiġi nnotifikata mill-ġdid sa mhux iktar tard minn xahrejn qabel it-3 ta' Awwissu 2014 |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/15 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 147/03
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
22.3.2010 |
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 316/09 |
Stat Membru |
Franza |
Reġjun |
— |
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Régime cadre des aides en faveur de la protection de l'environnement mises en œuvre par les agences de l'eau. |
Il-bażi legali |
Article 20 de la Constitution de 1958; circulaire du premier ministre du 26 janvier 2006 rappelant la réglementation communautaire de la concurrence applicable aux aides publiques aux entreprises; textes législatifs et réglementaires présentant les compétences des autres organismes publics. |
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
L-għan |
Il-ħarsien tal-ambjent |
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta, Għotja rimborsabbli, Self b'rata ta' imgħax baxxa |
L-estimi |
Baġit globali: EUR 619 miljun |
L-intensità |
100 % |
It-tul ta' żmien |
2010-2014 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Agences de l'eau françaises (par bassin) |
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
10.12.2009 |
||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 448/09 |
||||
Stat Membru |
Il-Polonja |
||||
Reġjun |
Dolnośląskie |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Crisil Irevna Sp. z o.o. |
||||
Il-bażi legali |
Projekt umowy ramowej o udzielenie dotacji celowej pomiędzy Ministrem Gospodarki a Crisil Irevna Poland sp. z o.o.; Projekt uchwały Rady Ministrów w sprawie ustanowienia programu wieloletniego pod nazwą „Wsparcie finansowe inwestycji realizowanej przez Crisil Irevna Poland sp. z o.o. we Wrocławiu pod nazwa: Finansowe Centrum Badawczo-Rozwojowe w latach 2010–2014”; art. 117 Ustawy z dnia 30 czerwca 2005 r. o finansach publicznych |
||||
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||
L-għan |
Żvilupp reġjonali, Impjiegi |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
L-estimi |
Baġit globali: PLN 1,56 miljun |
||||
L-intensità |
9,27 % |
||||
It-tul ta' żmien |
2010-2014 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Il-kompjuter u attivitajiet relatati |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
22.4.2010 |
|||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 127/10 |
|||
Stat Membru |
L-Iżvezja |
|||
Reġjun |
— |
|||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Ändringar i stödordning om garantier till banker |
|||
Il-bażi legali |
Förordning om ändring i förordningen (2008:819) om statliga garantier till banker m.fl. |
|||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
|||
Il-forma tal-għajnuna |
Garanzija |
|||
L-estimi |
Baġit globali: SEK 1 500 000 miljun |
|||
L-intensità |
— |
|||
It-tul ta' żmien |
1.5.2010-30.6.2010 |
|||
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
|||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/18 |
Bidu ta' proċeduri
(Każ COMP/M.5658 – Unilever/Sara Lee Body Care)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 147/04
Fil-31 Mejju 2010, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301 / 22967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5658 – Unilever/Sara Lee Body Care, fl-indirizz li ġej:
Kummissjoni Ewropea |
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet |
J-70 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
IV Avviżi
AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-31 ta' Mejju 2010,
li taħtar u tissostwixxi l-membri tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali
2010/C 147/05
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern GRIEG,
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Ħaddiema,
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-rappreżentanti ta' Min Iħaddem,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2009 sas-17 ta' Settembru 2012. |
(2) |
Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern sar vakanti b'segwitu għar-riżenja tas-Sur Konstantinos TSOUTSOPLIDIS. |
(3) |
Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Ħaddiema sar vakanti b'segwitu għar-riżenja tas-Sinjura Santa OZOLINA (LV). |
(4) |
Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti ta' Min Iħaddem sar vakanti b'segwitu għar-riżenja tas-Sur Józef Jacek HORDEJUK (PL). |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħturin membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2012:
|
RAPPREŻENTANT TAL-GVERN
|
|
RAPPREŻENTANTI TAl-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA:
|
|
RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM:
|
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2010
Għall-Kunsill
Il-President
M. SEBASTIÁN
(2) ĠU C 226, 19.9.2009, p. 2.
Il-Kummissjoni Ewropea
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/20 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta’ Ġunju 2010
2010/C 147/06
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2060 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
111,73 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4398 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,82745 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,5495 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,3951 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8510 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,055 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
288,80 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7084 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1950 |
RON |
Leu Rumen |
4,2135 |
TRY |
Lira Turka |
1,9228 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4364 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,2595 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3984 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7737 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6995 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 449,55 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,3395 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,2355 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,2633 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 075,21 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9503 |
PHP |
Peso Filippin |
55,840 |
RUB |
Rouble Russu |
37,7450 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,328 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,2087 |
MXN |
Peso Messikan |
15,4645 |
INR |
Rupi Indjan |
56,5010 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/21 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantità li għaliha ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Komunità għal prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur
2010/C 147/07
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (1) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti mis-setturi tal-laħam tat-tjur. L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li tressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' April 2010 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2010, għall-kwoti 09.4212, 09.4214, 09.4217 u 09.4218, kienu jkopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 7(4) it-tieni frażi, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma sarux talbiet, ġew miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2010, u jidhru fl-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Nru tal-ordni tal-kwota |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 (f'kg) |
09.4212 |
27 783 000 |
09.4214 |
2 658 100 |
09.4217 |
7 690 000 |
09.4218 |
3 478 800 |
AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/22 |
Proċedura ta’ stralċ
Deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta' stralċ tal-Progress Assicurazioni SpA
(Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)
2010/C 147/08
Impriża tal-assigurazzjoni |
|
||||||
Data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta' deċiżjoni. |
Digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku nru 18659 tad-29 ta' Marzo 2010 – Revoca dell’autorizzazione all’esercizio dell’attività in tutti i rami e di liquidazione coatta amministrativa ai sensi dell’articolo 245 del Decreto Legislativo 209/2005 |
||||||
Awtoritajiet kompetenti |
|
||||||
Awtorità superviżorja |
|
||||||
Likwidatur maħtur |
|
||||||
Liġi applikabbli |
Articolo 245 del Decreto Legislativo 209/2005. |
Bid-Digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku nru 18659 tad-29 ta' Marzu 2010 ġie deċiż l-irtirar, skont l-Artikolu 245 tad-Digriet Leġiżlattiv tas-7 ta' Settembru 2005, nru 209 – tal-awtorizzazzjoni tal-eżerċitar tal-attività fl-oqsma kollha u l-istralċ amministrattiv mandatorju ta' Progress Assicurazioni SpA, bid-domiċilju Piazza Alberico Gentili 3, 90143 Palermo PA, ITALIA.
V Opinjonijiet
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/23 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5838 – Bertelsmann/Planeta/Círculo)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 147/09
1. |
Fil-31 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Media Finance Holding S.L. ikkontrollata minn Bertelsmann AG (“Bertelsmann”, il-Ġermanja) u Editorial Planeta S.A. ikkontrollata minn Planeta Corporación S.R.L. (“Planeta”, Spanja), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Círculo de Lectores S.A. (“Círculo”, Spanja) permezz tax-xiri ta' ishma fil-kumpanija l-ġdida li tikkostitwixxi intrapriża konġunta. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5838 – Bertelsmann/Planeta/Círculo, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).