ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.143.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 143

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
2 ta' Ġunju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kunsill

2010/C 143/01

Opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Belġju, 2009-2012

1

2010/C 143/02

Opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' konverġenza aġġornat tal-Litwanja, 2009-2012

6

2010/C 143/03

Opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Lussemburgu, 2009-2014

12

2010/C 143/04

Opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta’ konverġenza aġġornat tal-Polonja, 2009-2012

17

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 143/05

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

22

2010/C 143/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5874 – Barclays/Blackstone/Portfolio Hotels) ( 1 )

25

2010/C 143/07

Komunikazzjoni skond l-Artikolu 12 (5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92, dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

26

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 143/08

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 1,00 % fl-1 ta’ Ġunju 2010 – Rata tal-kambju tal-euro

27

 

AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 143/09

Avviż ta' applikazzjoni għal permess ta' tiftix ta' idrokarbonji likwidi u gassużi bl-isem Costa del Sole – Repubblika Taljana – Reġjun ta' Sqallija – Ministeru Reġjonali għall-Enerġija u s-Servizzi Pubbliċi – Dipartiment Reġjonali tal-Enerġija – Servizz – Uffiċċju Reġjonali għall-Idrokarbonji u l-Enerġija Ġeotermika (U.R.I.G.)

28

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 143/10

Avviż li jikkonċerna l-miżuri tal-antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti friġġijiet b'żewġ bibien li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea: bdil tal-indirizz ta' kumpanija suġġetta għad-dazju individwali tal-antidumping

30

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 143/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5818 – Ericsson/LG Electronics/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

32

2010/C 143/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5808 – JSA/Jacquet Metals/IMS) ( 1 )

33

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kunsill

2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/1


OPINJONI TAL-KUNSILL

dwar il-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Belġju, 2009-2012

2010/C 143/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPNJONI:

(1)

Fis-26 ta' April 2010 l-Kunsill eżamina l-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Belġju, li jkopri l-perijodu 2009 sa 2012.

(2)

Il-waqgħa tal-kummerċ dinji flimkien mal-fiduċja li dejjem qiegħda tonqos, l-effetti fuq il-ġid u kundizzjonijiet ta’ kreditu aktar stretti wasslu għal tnaqqis qawwi tal-ekonomija tal-Belġju lejn l-aħħar tal-2008. Waqt li r-riċessjoni kienet ħażina ferm, kienet segwita minn qabża lura relattivament b'saħħitha fit-tieni nofs tal-2009, li kienet parzjalment ir-riżultat ta' fatturi temporanji, inkluż il-pakketti ta' stimulu (domestiċi u barranin) u kontribuzzjoni pożittiva mill-inventarji.

Kurrenti kontinwi li ġejjin mir-ristrutturar tal-istituzzjonijiet finanzjarji u aktar żieda fil-qgħad flimkien ma' utilizzazzjoni baxxa tal-kapaċità huma mistennija li jerġgħu jnaqqsu r-ritmu tat-tkabbir fl-ewwel nofs tal-2010. Filwaqt li minħabba l-grad għoli ħafna ta' ftuħ tal-ekonomija Belġjana l-irkupru jkun jista' jibbenefika konsiderevolment mill-qabża lura tal-kummerċ dinji, il-miżura ta' dan l-istimulu tista' tkun limitata bħala riżultat tat-telf tal-kompetittività tal-kost tal-Belġju fis-snin riċenti. Ir-riċessjoni ser ikollu wkoll impatt negattiv sinifikanti fuq il-finanzi pubbliċi. L-iżbilanċ ġenerali tal-gvern mar għall-agħar minn 1,2 % tal-PDG fl-2008 għal 5,9 % tal-PDG fl-2009. Minbarra dan, filwaqt li l-proporzjon tad-dejn tal-gvern meta mqabbel mal-PDG naqas bejn l-2000 u l-2007 bis-saħħa ta' politiki fiskali ġeneralment prudenti, il-proporzjon beda jerġa' jiżdied fl-2008 bħala riżultat tal-interventi fis-settur finanzjarju (għal 97,9 % fl-2009). Fit-2 ta' Diċembru 2009 il-Kunsill iddeċieda li kien jeżisti żbilanċ eċċessiv fil-Belġju u ħareġ rakkomandazzjoni biex jikkoreġi l-iżbilanċ sal-2012 permezz ta' sforz fiskali annwali medju ta' 0,75 % tal-PDG. Id-deterjorazzjoni qawwija tal-finanzi pubbliċi flimkien mal-impatt baġitarju ogħla mill-medja tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u obbligi kontinġenti sinifikanti b'segwitu tal-operazzjonijiet biex tiġi stabbilizzata s-sistema finanzjarja jissarfu bħala ħtieġa għal tisħiħ baġitarju kontinwu u riformi strutturali biex tiġi assigurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq medda twila taż-żmien.

(3)

Għalkemm ħafna mit-tnaqqis osservat fil-PDG reali fil-kuntest tal-kriżi huwa ċikliku, il-livell ta' produzzjoni potenzjali ukoll ġie affettwat negattivament. B'żieda ma' dan, il-kriżi tista' taffettwa wkoll tkabbir potenzjali għall-perijodu medju permezz ta' investiment aktar baxx, limitazzjonijiet fid-disponibbiltà tal-kreditu u qgħad strutturali li jiżdied. Barra dan, l-impatt tal-kriżi ekonomika jaggrava l-effetti negattivi tat-tixjiħ demografiku fuq il-produzzjoni potenzjali u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. F'dan l-isfond ser ikun essenzjali li r-ritmu tar-riformi strutturali jiġi aċċellerat bl-għan li t-tkabbir potenzjali jiġi sostnut. B'mod partikolari, huwa importanti li l-Belġju jagħmel riformi li jtejbu l-kompetizzjoni, b'mod partikolari fl-industrija tan-netwerk, u li jżidu l-provvista tax-xogħol, inklużi riformi tas-suq tax-xogħol (fost l-oħrajn is-sistema tal-formazzjoni tal-pagi u l-inċentivi biex wieħed jibda jaħdem) u s-sistema tal-pensjoni.

(4)

Ix-xenarju makroekonomiku li fuqu huwa mibni l-programm jipprevedi li, wara tnaqqis ta' 3,1 % fl-2009, il-PDG reali ser jikber b'1,1 % fl-2010 u jaċċelera għal 1,7 % fl-2011 u sa jkompli jitla sa 2,2 % fl-2012. Skont il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2009, it-tkabbir annwali fil-PDG huwa mistenni li jsir kemmxejn pożittiv fl-2010 (0,6 %) u li jiżdied għal 1,5 % fl-2011. Madankollu, dawn il-previżjonijiet jidhru li qegħdin kemxejn baxxi fid-dawl ta' tagħrif aktar riċenti, inkluż il-produzzjoni aħjar milli mistennija għat-tieni nofs tal-2009. Il-kompożizzjoni tat-tkabbir imbassra tidher li tagħti kemxejn aktar importanza lill-kontribuzzjoni tad-domanda domestika għat-tkabbir fl-2010, imma tidher realistika wara dan il-perijodu. Għaldaqstant, meta vvalutati fl-isfond tat-tagħrif attwalment disponibbli (2), l-assunzjonijiet dwar it-tkabbir tal-programm huma ġeneralment plawżibbli, filwaqt li l-kompożizzjoni tat-tkabbir hija favorevoli fl-2010. Il-previżjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni jidher realistiku. Min-naħa l-oħra, is-suppożizzjonijiet dwar iż-żieda fil-pagi jidhru pjuttost għoljin peress li ż-żieda fit-tnaqqis tal-ispiża tal-pagi f’pajjiżi oħra tal-euro għandha tagħmel pressjoni biex jitnaqqsu l-pagi Belġjani fil-kuntest ta’ qgħad għoli. B'żieda ma' dan, iż-żieda mbassra fl-ispiża tal-pagi għal kull impjegat teċċedi konsiderevolment it-tkabbir imbassar fil-produttività.

(5)

Skont l-istima tal-programm l-iżbilanċ ġenerali tal-gvern fl-2009 kien 5,9 % tal-PDG. Id-deterjorazzjoni sinifikanti minn żbilanċ ta' 1,2 % tal-PDG fl-2008 tirrifletti fil-biċċa l-kbira l-impatt tal-kriżi fuq il-finanzi tal-gvern, iżda dan seħħ ukoll minħabba miżuri ta' stimulu li jammontaw għal 0,5 % tal-PDG li l-gvern adotta skont il-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (PERE). Id-deterjorazzjoni tirrifletti l-aktar żieda fil-proporzjoni tan-nefqa meta mqabbla mal-PDG. Skont il-programm, il-politika fiskali hija ppjanata li ssir restrittiva fl-2010 u fl-2011 u b'mod aktar sinifikanti fl-2012, bl-għan li tikkoreġi l-iżbilanċ eċċessiv sal-2012 u terġa' twassal għal pożizzjoni ta' finanzi pubbliċi sostenibbli. B'mod ġenerali dan huwa f'konformità mal-istrateġija ta' ħruġ irrakkomandata mill-Kunsill, li tqis ukoll il-proporzjon ta' dejn pubbliku għoli meta mqabbel mal-PDG u l-impatt baġitarju tat-tixjiħ li huwa 'l fuq mill-medja.

(6)

Il-programm jimmira lejn żbilanċ ġenerali tal-gvern ta' 4,8 % tal-PDG fl-2010 li huwa f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-2 ta' Diċembru 2009. Il-baġit federali għall-2010 bassar żbilanċ ta' 5,6 % tal-PDG. Ir-reviżjoni 'l isfel tal-mira baġitarja għall-2010 tirrifletti l-prospetti makro-ekonomiċi l-aktar favorevoli fl-aġġornament (li l-iżbilanċ jitnaqqas b'madwar 0,3 % tal-PDG) kif ukoll il-fatt li l-baġit federali ma jqisx il-miżuri ta' konsolidazzoni ppjanati li jissarrfu f'0,5 % tal-PDG ta' livelli oħra ta' gvern. Skont l-aġġornament, il-proporzjon tad-dħul jiżdied minn 47,7 % tal-PDG fl-2009 għal 49,1 % fl-2010, filwaqt li l-proporzjon tan-nefqa jiżdied minn 53,7 % għal 53,9 % tal-PDG. L-iżbilanċ strutturali fil-programm (jiġifieri l-bilanċ nett aġġustat ċiklikament b'miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħra, ikkalkulat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-tagħrif fil-programm skont il-metodoloġija bi qbil komuni) juri titjib minn 3,8 % tal-PDG fl-2009 għal 3,4 % tal-PDG fl-2010. Meta wieħed iqis li l-programm ikklassifika xi wħud mill-miżuri ta' stimulu temporanji fl-2009 (0,2 % tal-PDG) bħala miżuri ta' darba, l-aġġustament ġenerali jkun jammonta għal 0,5 % tal-PDG. It-titjib fil-bilanċ strutturali fl-2010 jirrifletti miżuri ta' konsolidazzjoni li jammontaw għal madwar 1 % tal-PDG. Dawn il-miżuri jinkludu żieda fit-taxxi fuq id-dħul personali fi Flanders, żieda fid-dazji tas-sisa, taxxi korporattivi ogħla, dħul mhux fiskali li ġej mis-settur bankarju u l-produtturi tal-enerġija nukleari, u t-tfaddil fuq il-konsum intermedju u l-kont tal-pagi. Dan iseħħ parzjalment minħabba xejra ta' żieda fin-nefqa bħala riżultat ta' miżuri li ttieħdu fil-passat u l-impatt baġitarju tat-tixjiħ tal-popolazzjoni (madwar 0,5 % tal-PDG). Ir-rwol ta' miżuri ta' darba huwa limitat ħafna (taħt l-0,1 % tal-PDG).

(7)

L-għan ewlieni tal-istrateġija baġitarja fuq medda medja ta' żmien huwa li jikkoreġi l-iżbilanċ eċċessiv sal-2012, b'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-2 ta' Diċembru 2009 u biex jinkiseb baġit bilanċjat sal-2015, kemm fit-termini nominali kif ukoll dawk strutturali. Għal dan il-għan, il-programm jimmira titjib fl-iżbilanċ bażiku minn 5,9 % tal-PDG fl-2009 għal 4,8 % fl-2010, 4,1 % fl-2011 u 3 % fl-2012. Il-bilanċ primarju juri titjib kemxejn aktar b'saħħtu peress li n-nefqa bl-interessi hija ppjanata li tiżdied b'0,2 % tal-PDG matul il-perijodu tal-programm. L-iżbilanċ strutturali (ikkalkulat mill-ġdid abbażi tal-tagħrif fil-programm), jitjieb minn 3,8 % tal-PDG fl-2009 għal 3,4 % tal-PDG fl-2010, 2,9 % tal-PDG fl-2011 u 2,2 % tal-PDG fl-2012. Wara l-aġġustament li jammonta għal 0,5 % tal-PDG fl-2010, il-programm jippjana aġġustament ta' 0,5 % u 0,75 % tal-PDG fl-2011 u 2012 rispettivament, biex b'hekk jammonta għal medja ta' aktar minn 0,5 % tal-PDG fis-sena matul il-perijodu tal-programm. Dan hu pjuttost aktar baxx mill-isforz fiskali medju ta' 0,75 % tal-PDG irrakkomandat skont l-Artikolu 126(7), minħabba li l-pjan huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet makroekonomiċi aħjar. L-aġġustament jidher li b'xi mod għadu lura u huwa bbażat aktar fuq żidiet fid-dħul milli fuq limitazzjoni tan-nefqa. L-aġġustament huwa msejjes fuq tnaqqis qawwi tal-iżbilanċ tal-gvern federali u tnaqqis iżgħar fl-iżbilanċi tas-sistema ta' sigurtà soċjali u r-Reġjuni u l-Komunitajiet. Il-gvern mhux qed jippjana miżuri ta' darba. Il-miżuri li jsostnu l-mira għall-2011 mhumiex kompletament speċifikati u l-ebda miżura ma ġiet speċifikata għall-2012. Il-programm jikkonferma l-impenn għall-objettiv għall-perijodu medju (MTO), li huwa bilanċ pożittiv baġitarju ta' 0,5 % tal-PDG f'termini strutturali. Minħabba l-previżjonijiet l-aktar reċenti u l-livell tad-dejn, l-MTO jirrifletti l-għanijiet tal-Patt; madankollu, il-programm ma jipprevedix li jikseb dan matul il-perijodu tal-programm.

(8)

Ir-riżultati baġitarji jistgħu jkunu agħar minn dawk imbassra fil-programm. Fl-2010, dan jista' jiġri minħabba stima żejda possibbli tat-taxxi korporattivi. Barra minn dan, il-miżuri li fuqhom huwa msejjes il-pjan baġitarju mhumiex kompletament speċifikati għall-2011 u l-ebda miżura ma ġiet speċifikata għall-2012. B'żieda ma' dan, ix-xenarju makroekonomiku kemmxejn favorevoli, bi previżjonijiet ta' żieda relattivament għolja fil-pagi, jista' jwassal għal riżultati baġitarji agħar milli mistennija. Fl-aħħar nett, il-gvern offra garanziji mdaqqsa lis-settur bankarju u dan jista’ jwassal għal żieda fl-iżbilanċi u d-dejn fil-ġejjieni b'tali manjiera li jiġu msejħa lura, għalkemm xi parti mill-ispiża tas-sostenn li l-gvern qed jagħti lis-settur finanzjarju tista’ wkoll tiġi rkuprata fil-ġejjieni. Finalment, il-kisba tal-miri u l-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv sal-2012 jistgħu ma jinkisbux totalment peress li l-pjan għadu sa ċertu punt mhux prijoritarju u l-mira ta' 3 % tal-PDG fl-2012 ma jħalli l-ebda marġni, minħabba s-suċċess fit-tul ta' konformità mal-miri fiskali.

(9)

Id-dejn gross tal-Gvern huwa stmat għal 97,9 % tal-PDG fl-2009, ogħla minn 89,8 % fis-sena ta' qabel. Din iż-żieda hija spjegata miż-żieda qawwija fl-iżbilanċ u fit-tkabbir negattiv tal-PDG. Il-proporzjon tad-dejn gross tal-gvern, għaldaqstant, kien ogħla sew mill-valur ta' referenza tat-Trattat fl-2009, u skont il-programm ix-xejra hi li ser ikompli jiżdied sal-2011 (biex b'hekk jilħaq 101,4 % tal-PDG). Fl-2012 ser jonqos kemxejn għal 100,6 %. L-iżbilanċi għoljin kontinwi tal-gvern huma primarjament il-kawża taż-żieda ulterjuri. Fid-dawl tar-riskji negattivi għall-miri baġitarji, l-evoluzzjoni tal-proporzjon tad-dejn tista' tkun anqas favorevoli minn dik imbassra fil-programm, speċjalment mill-2011 'il quddiem. Ir-riskji relatati mal-ħtieġa possibbli għal aktar sostenn fis-settur finanzjarju jidhru li huma limitati fl-istadju attwali.

(10)

Il-previżjonijiet tad-dejn għall-perijodu medju li jassumi li r-rati tat-tkabbir tal-PDG ser jirkupraw gradwalment għall-valuri previsti qabel il-kriżi, li l-proporzjonijiet tat-taxxa ser jitreġġgħu lura għal-livelli ta' qabel il-kriżi, u jinkludi ż-żieda prevista fl-infieq relatat mat-tixjieħ juri li l-istrateġija baġitarja prevista fil-programm, meħuda b'valur nominali u mingħajr aktar tibdil fil-politika, ma tkunx biżżejjed biex tistabbilizza l-proporzjon tad-dejn mal-PDG sal-2020 u għaldaqstant il-konsolidazzjoni għandha tissokta wara l-perijodu tal-programm.

(11)

Jidher ċar li l-impatt baġitarju tat-tixjiħ għall-perijodu twil huwa ogħla mill-medja tal-UE, l-aktar b'riżultat ta' żieda relattivament għolja fin-nefqa tal-pensjonijiet bħala proporzjon tal-PDG tul id-deċenni li ġejjin. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2009 kif ivvalutata fil-programm, tkompli tkabbar l-impatt baġitarju tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fuq il-lakuna fis-sostenibbiltà. Li jiġu assigurati bilanċi pożittivi primarji għall-perijodu medju u li jsiru riformi fis-suq tax-xogħol u s-sistema ta' sigurtà soċjali, b'mod partikolari riforma oħra fil-pensjoni mmirata biex twaqqaf iż-żieda sostanzjali mbassra fin-nefqa tal-pensjoni, jikkontribwixxi biex jitnaqsu r-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi li ġew ivvalutati fir-Rapport tas-Sostenibbiltà tal-Kummissjoni 2009 (3) bħala medji.

(12)

Il-qafas fiskali fil-Belġju jibbenefika mill-eżistenza ta' istituzzjonijiet fiskali indipendenti. Madankollu, ir-regoli fiskali numeriċi u l-oqsfa baġitarji għall-perijodu medju jidhru li huma dgħajfa, u dan wassal għal nuqqas ta' lħuq ta' miri frekwenti fil-passat. Il-programm iħabbar titjib, inkluż il-konklużjoni ta' ftehimiet baġitarji multiannwali fost il-gvernijiet, xi miżuri lejn baġitjar multiannwali fil-livell federali, eżerċizzji ta' kontroll baġitarju frekwenti u stretti u l-pjan biex tittejjeb is-sistema ta' rappurtaġġ tal-gvernijiet lokali. Minkejja dan, għad fadal x'jista' jsir biex jitjieb il-qafas fiskali. B'mod partikolari, ma jeżistux limitazzjonijiet fuq in-nefqa multiannwali li jistgħu jiġu infurzati.

(13)

Il-Belġju huwa kkonfrontat b'piż ta' taxxa għolja ħafna flimkien ma' livell għoli ta' nefqa tal-gvern. Il-gvern ħa diversi miżuri biex jirriforma s-sistema tat-taxxa, inkluż tnaqqis importanti fit-taxxi fuq il-pagi u sa livell inqas għall-intrapriżi. Minkejja dawn il-miżuri, is-suq tax-xogħol ikompli jinkludi, anki bħala riżultat tal-interazzjonijiet tiegħu mas-sistema ta' benefiċċji tal-qgħad, inattivita' sinifikanti, qgħad u vantaġġi apparenti relatati mal-paġi baxxi. F'kuntest ta' konsolidazzjoni baġitarja stretta, għandu jkun hemm kumpens sħiħ għal aktar tnaqqis fit-taxxi tal-ħaddiema. Min-naħa tan-nefqa, it-tkabbir fin-nefqa primarja kien akbar mit-tkabbir nominali tal-PDG matul il-perijodu 2000-2009. Ir-riforma ppjanata tas-sistema tal-pensjoni huwa pass milqugħ tajjeb li jista' jwassal għal impatt pożittiv sinifikanti fuq il-baġit u t-tkabbir potenzjali.

(14)

B'mod ġenerali, fl-2010 l-istrateġija baġitarja stipulata fil-programm hija konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7). Mill-2011 'il quddiem, filwaqt li jiġu meqjusa r-riskji, l-istrateġija baġitarja tista' ma tkunx konsistenti b'mod sħiħ mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7). B'mod partikolari, il-miżuri li fuqhom ġiet imfassla l-mira għall-2011 mhumiex kompletament speċifikati u m'hemm l-ebda miżura speċifikata għall-2012. Ix-xenarju makroekonomiku pjuttost ottimist flimkien mal-isforz fiskali annwali kemxejn iżgħar minn dak irrakkomandat, jikkostitwixxi riskju ieħor għas-snin li ġejjin. L-istrateġija li tqis ir-riskji tista' ma tkunx biżżejjed biex iġġib il-proporzjon tad-dejn gross tal-gvern lura b'mod li jqarreb il-valur ta' referenza b'pass sodisfaċenti. Għaldaqstant, l-istrateġija għandha bżonn tkun appoġġata minn miżuri kompletament speċifikati mill-2011 'il quddiem u jeħtieġ li miżuri addizzjonali jiġu kkunsidrati biex jassiguraw il-kisba ta' miri jekk jimmaterjalizzaw ir-riskji. Dan jgħin ukoll fid-dawl tal-proporzjon tad-dejn pubbliku għoli tal-Belġju meta mqabbel mal-PDG, in-nefqa baġitarja marbuta mat-tixjiħ li hija ogħla mill-medja, u r-responsabbilitajiet konsiderevolment kontinġenti tal-gvern fid-dawl tal-garanziji pprovduti lis-settur finanzjarju.

(15)

Fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data speċifikati fil-kodiċi tal-imġiba għal programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm fih xi lakuni limitati fid-data meħtieġa u xi lakuni fid-data mhux obbligatorja (4). Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 126(7) tat-2 ta' Diċembru 2009 bl-għan li jġib fit-tmiem is-sitwazzjoni ta' żbilanċ eċċessiv, il-Kunsill stieden ukoll lill-Belġju biex jirrapporta l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill f'kapitolu separat fl-aġġornamenti tal-programmi ta' stabbilità. Il-Belġju mexa ma' din ir-rakkomandazzjoni permezz tal-kumplament tal-aġġornament tal-programm.

Il-konklużjoni ġenerali hi, li wara t-tkabbir tal-2009 b'konformità mal-PERE, il-pożizzjoni baġitarja ssir ristretta fl-2010 u fl-2011 u aktar minn hekk b'mod sinifikanti fl-2012. Minn dak li jidher, dan għandu jwassal għal korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv sal-2012, b'konformità mar-rakkomandazzjoni tat-2 ta' Diċembru 2009 skont l-Artikolu 126(7) tat-TFEU. Il-proporzjon tad-dejn gross tal-gvern meta mqabbel mal-PDG, li reġa’ żdied fl-2008 bħala riżultat tal-miżuri meħuda biex jistabbilizzaw is-sistema finanzjarja, ser jissokta jiżdied fl-2011 u jerġa' jibda jonqos fl-2012. Dan iwassal biex jerġa' jibda jitnaqqas id-dejn. Madankollu, il-pjan baġitarju huwa soġġett għal xi riskji negattivi. Fl-2010, stimi ta' taxxi potenzjalment ottimistiċi jistgħu jwasslu għal xi żbilanċ ogħla u jistgħu jappellaw għal miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu fil-kuntest tal-eżerċizzji ta' kontroll baġitarju mbassra. Mill-2011 'il quddiem, ir-riskju ewlieni jirrilata mal-fatt li l-miżuri ta' sostenn tal-mira għall-2011 huma biss parzjalment speċifikati u li m'hemm l-ebda miżura speċifikata għall-2012. B'żieda ma' dan, is-suppożizzjonijiet makroekonomiċi kemxejn favorevoli flimkien ma' sforz fiskali annwali medju li hu kemxejn taħt 0,75 % tal-PDG irrakkomandat mill-Kunsill, huma ta' aktar riskji negattivi għall-miri. Il-gvern Belġjan madankollu huwa impenjat li fil-programm jieħu l-miżuri eċċezzjonali neċessarji jekk it-tkabbir ekonomiku ma jkunx biżżejjed biex jikseb it-3 % tal-mira tal-iżbilanċ tal-PDG fl-2012, li jista' verament ikun meħtieġ. L-aġġustament jista' wkoll jibbenefika minn konċentrazzjoni akbar fuq il-limitazzjoni tan-nefqa. Finalment,filwaqt li l-programm iħabbar titjib fil-qafas fiskali, hemm bżonn ta' aktar x'isir biex l-isforz ta' konsolidazzjoni jkun sostnut, b'mod partikolari fir-rigward tal-introduzzjoni ta' limiti ta’ nfiq multiannwali li jistgħu jiġu infurzati.

Fid-dawl tal-valutazzjoni t'hawn fuq u wkoll fid-dawl tar-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 126 TFEU tat-2 ta' Diċembru 2009, il-Belġju huwa mistieden biex:

(i)

jassigura li tintlaħaq il-mira tal-iżbilanċ tal-programm għall-2010; jispeċifika l-miżuri li jsostnu l-miri baġitarji mill-2011 'il quddiem sabiex jinksieb l-isforz fiskali annwali medju rakkomandat ta' 0,75 % tal-PDG f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Artikolu 126(7); u jkun lest biex isaħħaħ l-isforz fiskali f'każ li r-riskji relatati mal-fatt li x-xenarju tal-programm ikun aktar favorevoli mix-xenarju li fuqu ġiet imsejsa r-Rakkomandazzjoni tal-Artikolu 126(7) jimmaterjalizzaw; jaħtfu, kif preskritt fir-rakkomandazzjoni tal-EDP, kull opportunità lil hinn mill-isforz fiskali, inkluż minn kondizzjonijiet ekonomiċi aħjar, biex jaċċelleraw it-tnaqqis tal-proporzjon ta’ dejn gross lejn il-valur ta’ referenza ta' 60% tal-PDG.

(ii)

jassigura bilanċi pożittivi primarji għolja għall-perijodu medju u jwettaq riformi strutturali sabiex itejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi;

(iii)

itejjeb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi billi jadotta qafas baġitarju aktar strett, li jinkludi l-ħolqien ta' limiti ta’ nfiq multiannwali li jistgħu jiġu infurzati.

Tqabbil ta' previżjonijiet ewlenin makroekonomiċi u dawk baġitarji

 

2008

2009

2010

2011

2012

PDG reali

(% ta' bidla)

PS Jan 2010

1,0

–3,1

1,1

1,7

2,2

COM Nov 2009

1,0

–2,9

0,6

1,5

m.d.

PS Settembru 2009

1,1

–3,1

0,4

1,9

2,4

Inflazzjoni HICP

(%)

PS Jan 2010

4,5

0,0

1,5

1,7

1,8

COM Nov 2009

4,5

0,0

1,3

1,5

m.d.

PS Settembru 2009

4,5

0,0

1,5

1,6

1,6

Lakuna bejn il-prodott effettiv u dak potenzjali (5)

(% tal-PDG potenzjali)

PS Jan 2010

1,8

–2,4

–2,5

–2,2

–1,4

COM Nov 2009 (6)

1,7

–2,3

–2,8

–2,4

m.d.

PS Settembru 2009

2,0

–2,3

–2,9

–2,3

–1,5

Self mogħti/meħud nett vis-à-vis il-bqija tad-dinja

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

COM Nov 2009

–0,2

0,1

0,4

0,3

m.d.

PS Settembru 2009

–1,6

–1,9

–2,1

–2,3

m.d.

Dħul tal-Gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

48,8

47,7

49,1

49,5

49,8

COM Nov 2009

48,8

47,7

48,0

48,2

m.d.

PS Settembru 2009

48,7

47,9

48,1

48,5

49,2

Nefqa tal-Gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

50,0

53,7

53,9

53,6

52,8

COM Nov 2009

50,0

53,6

53,8

54,0

m.d.

PS Settembru 2009

49,9

53,8

54,1

53,9

53,6

Bilanċ tal-Gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

–1,2

–5,9

–4,8

–4,1

–3,0

COM Nov 2009

–1,2

–5,9

–5,8

–5,8

m.d.

PS Settembru 2009

–1,2

–5,9

–6,0

–5,5

–4,4

Bilanċ primarju

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

2,6

–2,3

–1,10

–0,4

0,8

COM Nov 2009

2,6

–2,0

–1,8

–1,7

m.d.

PS Settembru 2009

2,5

–2,0

–1,9

–1,2

–0,1

Bilanċ aġġustat b'mod ċikliku (5)

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

–2,2

–4,6

–3,4

–2,9

–2,2

COM Nov 2009

–2,1

–4,6

–4,3

–4,5

m.d.

PS Settembru 2009

–2,3

–4,7

–4,4

–4,2

–3,6

Bilanċ strutturali (7)

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

–2,2

–3,8

–3,4

–2,9

–2,2

COM Nov 2009

–2,2

–4,2

–4,4

–4,5

m.d.

PS Settembru 2009

–2,3

–4,7

–4,4

–4,2

–3,6

Dejn gross tal-gvern

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

89,8

97,9

100,6

101,4

100,6

COM Nov 2009

89,8

97,2

101,2

104,0

m.d.

PS Settembru 2009

89,7

97,5

101,9

103,9

104,3

Programm ta’ Stabbiltà (PS); Il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009 (COM); Il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fuq il-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/index_en.htm

(2)  Il-valutazzjoni notevolment tqis il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2009, imma wkoll tagħrif ieħor li sar disponibbli minn dak iż-żmien 'l hawn.

(3)  Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill mill-10 ta' Novembru 2009 dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi “il-Kunsill jappella lill-Istati Membri biex jiffokaw l-attenzjoni fuq strateġiji orjentati lejn is-sostenibbiltà fil-programmi ta' stabbiltà u konverġenza li ġejjin” u jkompli billi “jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Kumitat għall-Politika Ekonomika u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, biex jiġu żviluppati ulterjorment metodoloġiji għall-valutazzoni tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq medda twila ta' żmien fil-ħin għar-rapport ta' Sostenibbiltà li jmiss”, li huwa previst fl-2012.

(4)  B’mod partikolari, id-data dwar il-bilanċi settorjali mhijiex ipprovduta.

(5)  Lakuni fil-produzzjoni u bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tat-tagħrif fil-programmi.

(6)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 1,7 %, 1,1 %, 1,0 % u 1,2 % rispettivament fil-perijodu 2008-2011.

(7)  Bilanċ aġġustat ċiklikament bl-esklużjoni ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn. Miżuri ta’ darba u oħrajn temporanji huma 0,8 % tal-PDG li jżid l-iżbilanċ fl-2009 skont l-aktar programm riċenti; u 0,1 % tal-PDG li jnaqqas l-iżbilanċ fl-2008 u fl-2010 u 0,5 % tal-PDG li jżid l-iżbilanċ fl-2009 fil-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni ta' Novembru 2009.

Sors:

Programm ta’ Stabbiltà (PS); Il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009 (COM); Il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/6


OPINJONI TAL-KUNSILL

dwar il-programm ta' konverġenza aġġornat tal-Litwanja, 2009-2012

2010/C 143/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPINJONI:

(1)

Fis-26 ta' April 2010 l-Kunsill eżamina l-programm ta' konverġenza aġġornat tal-Litwanja, li jkopri l-perijodu bejn l-2009 u l-2012.

(2)

Il-Litwanja ħierġa minn waħda mill-eqqel reċessjonijiet fl-UE. Id-diversi snin ta' tkabbir rapidu dejjem aktar insostenibbli, misjuq l-aktar mid-domanda domestika u minn splużjoni fil-proprjetà, waqfu ħesrem fl-2008 meta t-tifqigħ tal-bużżieqa domestika kien imsaħħaħ mill-impatt tal-kriżi finanzjarja globali hekk li naqset id-domanda esterna u ġie ristrett sew l-aċċess għall-kreditu. It-tnaqqis kbir fid-domanda domestika u l-ftuħ tal-kapaċità żejda għenet biex jiċkienu n-nuqqas ta' bilanċi eżistenti, titnaqqas l-inflazzjoni u jiġi eliminat l-iżbilanċ estern, l-aktar permezz ta' kollass fl-importazzjoni.

Il-bilanċ tal-kont kurrenti, sostanzjalment negattiv fis-snin tal-prosperità u ffinanzjat minn importazzjoni ta' kapital assoċjat mas-settur bankarju, li wassal għal żieda rapida fir-responsabbiltajiet esterni netti, fl-2009 laħaq bilanċ pożittiv stmat għal 3,1 % tal-PDG. It-tnaqqis kbir fid-dħul tal-gvern li rriżulta minn kontrazzjoni ekonomika, flimkien mal-konsegwenzi ta' politika fiskali espansjonarja qabel l-elezzjonijiet parlamentari fl-2008, madankollu ħallew lil-Litwanja wiċċ imb'wiċċ ma' sfidi fiskali sinifikanti. Il-gvern introduċa tweġiba ta' politika b'saħħitha li tirsisti għall-konsolidazzjoni fiskali u trażżan id-deterjorament tal-finanzi pubbliċi u tillimita l-akkumulazzjoni tad-dejn, biex b'hekk tappoġġja fost l-oħrajn il-kredibbiltà tal-arranġament tal-bord tal-valuta. Minħabba n-nuqqas ta' bilanċi interni u esterni wiesgħa li akkumulaw matul is-snin tal-prosperità u d-diffikultà biex jiġi assikurat finanzjament internazzjonali ġdid ladarba faqqgħet il-kriżi finanzjarja globali, din kienet tweġiba prudenti f'konformità mal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku (PERE). Madankollu, il-Litwanja kienet soġġetta għall-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv (PŻE), bil-Kunsill jiddeċiedi fis-7 ta' Lulju 2009 li kien jeżisti żbilanċ eċċessiv. Ir-rakkomandazzjonijiet riveduti tal-Kunsill (l-Artikolu 126(7), maħruġa fis-16 ta' Frar 2010), appellaw għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv sal-2012. Għalhekk hemm bżonn ta' konsolidazzjoni fiskali ambizzjuża (sforz fiskali medju ta' 2,25 % tal-PDG kull sena), mirfud minn riformi strutturali. Sabiex tipprovdi ftit appoġġ lill-ekonomija magħdura, il-Litwanja żiedet u qassmet minn qabel l-assorbiment tal-fondi strutturali tal-UE. Matul il-kriżi l-ekonomija wriet grad għoli ta' flessibbiltà minħabba li saru aġġustamenti sinifikanti permezz ta' tnaqqis fil-prezzijiet u fil-pagi. Madankollu, żidiet kbar fil-qgħad, li jistgħu jsiru strutturali, ipoġġu riskji kbar fuq il-konverġenza għall-perijodu twil. Bil-ħsieb li jiġi restawrat tkabbir pożittiv u sostenibbli u jiġi evitat li wieħed jaqa' lura għal nuqqas ta' bilanċi interni u esterni insostenibbli, l-isfidi ekonomiċi ewlenin huma marbuta mal-iżgurar li l-iżviluppi fil-pagi huma konformi mal-produttività, it-tijib fil-kompetittività u l-promozzjoni ta' trasformazzjoni settorjali lejn setturi kummerċjabbli kif ukoll l-inkoraġġiment ta' riorjentazzjoni ulterjuri lejn prodotti ta' teknoloġija medja jew għolja. Diġà ngħata bidu għal aġġustament kbir tal-finanzi pubbliċi għat-tkabbir aktar baxx mistenni fis-snin li ġejjin, imma għad irid jiġi assigurat progress ulterjuri fuq perijodu medju.

(3)

Minkejja li ħafna mit-tnaqqis osservat fil-PDG attwali fil-kuntest tal-kriżi huwa ċikliku, il-livell ta' produzzjoni potenzjonali ġie affettwat ukoll b'mod negattiv. Barra minn hekk, il-kriżi tista' taffettwa wkoll it-tkabbir potenzjali fuq perijodu medju permezz ta' investiment aktar baxx, trażżin fid-disponibbiltà tal-kreditu u żieda fil-qgħad strutturali. Barra dan, l-impatt tal-kriżi ekonomika jingħaqad mal-effetti negattivi tat-tixjiħ demografiku fuq il-produzzjoni potenzjali u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. F'dan l-isfond, ser ikun essenzjali li jiġi aċċellerat il-pass tar-riformi strutturali bl-għan li jiġi appoġġjat it-tkabbir potenzjali. B'mod partikolari, fil-każ tal-Litwanja huwa importanti li titjieb il-kapaċità amministrattiva, titħaffef l-implimentazzjoni tar-riformi fl-oqsma tal-kura tas-saħħa u s-sistema tas-sigurtà soċjali kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni għolja u t-tagħlim tul il-ħajja biex jitjiebu l-livelli tal-ħiliet u tiżdied il-produttività.

(4)

Ix-xenarju makroekonomiku li jirfed il-programm jipprevedi li l-PDG reali, wara li waqa' bi 15,0 % fl-2009, jiżdied b'1,6 % fl-2010, jaċċelera għal 3,2 % fl-2011, imma jerġa' jmajna għal 1,2 % biss fl-2012. Dan ix-xenarju jipprevedi li d-domanda domestika tiċkien ulterjorment fl-2010, minħabba li s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol se jibqa' mrażżan, il-kondizzjonijiet tal-kreditu ser jibqgħu ebsin u li l-konsolidazzjoni fiskali hija mistennija tibqa' għaddejja. Għalhekk it-tkabbir fl-2010 jiddependi fuq irkupru qawwi tad-domanda esterna, bl-għajnuna ta' gwadanji fis-sehem mis-suq, u rkupru fl-investiment fiss, appoġġjat fil-biċċa l-kbira mill-assorbiment aċċellerat tal-fondi strutturali tal-UE. Il-konsolidazzjoni fiskali li għadha għaddejja mill-gvern hija riflessa fix-xenarju makroekonomiku. Id-domanda domestika mistennija tikkontribwixxi b'mod pożittiv għat-tkabbir mill-2011. Ivvalutat skont l-informazzjoni disponibbli bħalissa (2), dan ix-xenarju jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta’ tkabbir favorevoli għall-2010. Filwaqt li r-rata medja ta' tkabbir ta' 2,2 % prevista għall-aħħar sentejn tal-programm fiha nnifisha tidher plawsibbli, il-profil u l-kompożizzjoni tat-tkabbir bejn is-sentejn huma ħafna anqas pożittivi. Il-previżjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni jidhru realistiċi. It-tnaqqis nominali attwali fil-prezzijiet u l-pagi domestiċi huma mistennija li jibqgħu għaddejjin fl-2010 kemm skont il-programm kif ukoll skont il-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009.

Minħabba l-kollass tal-importazzjoni bħala riżultat tar-reċessjoni, l-iżbilanċ estern preċedentement għoli nbidel f'bilanċ pożittiv, li mistenni jibqa' l-istess anki fl-2011, qabel ma l-bilanċ jaqleb ftit lejn in-negattiv kawża tad-domanda domestika li tkun qed tirkupra. Dan huwa ġeneralemnt plawsibbli, għalkemm id-daqs tal-bilanċ pożittiv estern previst għall-2010 hu ħafna ogħla milli kien previst mis-servizzi tal-Kummissjoni. Hu mistenni li l-qgħad ikompli jiżdied fl-2010 qabel ma jibda jonqos mill-2011 'il quddiem. Is-suppożizzjonijiet monetarji u tar-rati tal-kambju tal-programm huma konsistenti mal-bqija tax-xenarju makroekonomiku.

(5)

Il-programm jistima l-iżbilanċ tal-amministrazzjoni pubblika fl-2009 għal 9,1 % tal-PDG. Id-deterjorament sinifikanti minn żbilanċ ta' 3,2 % tal-PDG fl-2008 prinċipalment jirrifletti nuqqas sostanzjali ta' taxxa dovut għal riżultat ekonomiku konsiderevolment agħar (kontrazzjoni stmata tal-PDG nominali ta' 16,9 % kontra l-aspettattiva ta' tkabbir ta' 0,9 % fl-aġġornament preċedenti tal-programm) u minkejja l-miżuri mdaqqsa ta' konsolidazzjoni baġitarja ta' madwar 8 % tal-PDG adottati matul is-sena. Id-dħul waqa' sostanzjalment, rifless ta' attività ekonomika li kienet aktar baxxa milli kien mistenni, għalkemm id-dħul waqa' aktar minn dak li kien ikun issuġġerit mill-elastiċitajiet standard. Bħala riżultat ta' tnaqqis sinifikanti tal-konsum tal-gvern, inklużi l-pagi tas-settur pubbliku, b'mod ġenerali l-infiq kien aktar baxx meta mqabbel mal-livell tal-2008. Il-pożizzjoni restrittiva dwar l-infiq għalhekk ma kenitx biżżejjed biex tpatti għall-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika min-naħa tad-dħul. Id-deterjorament stmat tal-bilanċ strutturali fl-2009 għandu jitqies b'attenzjoni minħabba li l-klima ekonomika eċċezzjonalment volatili tista' twassal għal elastiċitajiet standard li ma jaqbdux tajjeb biżżejjed l-impatt tat-tnaqqis enormi fir-ritmu ekonomiku. Skont il-programm, hu ppjanat li l-politika fiskali tibqa' restrittiva fl-2010 u aktar 'il quddiem. Fid-dawl tas-sitwazzjoni bagitarja u ekonomika relattivament mhux favorevoli tal-Litwanja, it-tkomplija tal-awsterità fiskali fl-2010 hi adegwata u konformi mal-PERE. F'konformità mal-istrateġija ta' ħruġ imressqa mill-Kunsill, u bil-ħsieb tal-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv sal-2012, din għandha tikkontribwixxi biex tinkiseb pożizzjoni aktar stabbli tal-finanzi pubbliċi.

(6)

Il-programm jipprevedi li l-iżbilanċ nominali jinżel għal 8,1 % tal-PDG fl-2010; dan jikkumpara ma' żbilanċ ta' 9,5 % tal-PDG immirat fil-baġit adottat f'Diċembru tal-2009, li jirrifletti titjib minn dakinhar fil-perspettiva makroekonomika prevista. It-titjib imqabbel mar-riżultati stmati tal-2009 huwa attribwibbli l-aktar għal tnaqqis sostanzjali ulterjuri fl-infiq ta' madwar 4 % tal-PDG, partikolarment fl-infiq kurrenti tal-gvern, inklużi l-ispejjeż tal-pagi tas-settur pubbliku, u l-benefiċċji soċjali. Madankollu l-proporzjon bejn in-nefqa u l-PDG hu previst li jiżdied b'madwar 1 pp. fil-programm, l-aktar minħabba żieda ppjanata fl-investimenti u pagamenti b'interessi ogħla, filwaqt li kategoriji oħra ta' nfiq mistennija jinżlu ulterjorment. Mil-lat tad-dħul, il-bidliet huma limitati għal tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq id-dħul korporattiv u xi żidiet fid-dħul mhux fiskali. Barra minn hekk, il-baġit tal-2010 jirrifletti wkoll l-impatt ta' sena sħiħa ta' miżuri ta' konsolidazzjoni ta' dħul u nfiq implimentati fit-tieni nofs tal-2009. Is-sehem ta' dħul mhux taxxabbli fil-programm hu previst li jiżdied sostanzjalment, l-aktar minħabba assorbiment akbar tal-fondi strutturali tal-UE. Filwaqt li l-proporzjon tat-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni mal-PDG mistenni li jibqa' ta' livell simili għal dak tal-2009, il-proporzjon tat-taxxi attwali fuq id-dħul u l-ġid mistenni jonqos ulterjorment, minħabba t-tnaqqis kontinwu tal-pagi nominali u l-waqgħa fil-profitti. Miżuri ta' natura temporanja u ta' darba fl-2010 jinkludu s-sospenzjoni ta' parti mit-trasferimenti tal-fondi tal-pensjonijiet tat-tieni pilastru. Il-pożizzjoni ġenerali fiskali fl-2010, kif imkejla mill-bidla fil-bilanċ strutturali, mistennija li tibqa' restrittiva u turi titjib ta' 0,5 punt perċentwali. Madankollu, dan jidher li qed jissottovaluta b'mod sinifikanti l-isforzi ta' konsolidazzjoni tal-gvern li jammontaw għal 4,0 % tal-PDG. L-istima tal-konsolidazzjoni bbażata fuq il-bilanċ strutturali għadha tiġi ttrattata b'kawtela kbira, minħabba li din tiddependi minn stimi ta' differenzi fil-produzzjoni xejn robusti fiċ-ċirkostanzi attwali.

(7)

L-istrateġija baġitarja tal-programm fuq perijodu medju hi li jitnaqqas l-iżbilanċ taħt il-limitu massimu ta' 3 % sal-2012, b'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fis-16 ta' Frar 2010. Il-bilanċ strutturali kkalkulat skont il-metodoloġija miftiehma b'mod komuni se jitjieb skont il-programm bi 2,25 % tal-PDG kull sena matul il-perijodu 2011-2012 għalkemm l-aġġustament jidher li għadu lura. It-tijib prinċipalment ser jinkiseb permezz ta' tnaqqis sostanzjali ulterjuri tal-proporzjon tal-infiq (b'madwar 4,75 pp.), bi tnaqqis nominali mistenni fil-biċċa l-kbira tal-kategoriji primarji tal-infiq, partikolarment il-kumpens għall-impjegati u l-ħlasijiet soċjali, filwaqt li l-proporzjoni ta' dħul mal-PDG hu mistenni li jiżdied (b'madwar 1,5 pp.). Il-programm espliċitament jirrikonoxxi li biex jintlaħqu l-miri bagitarji tiegħu u jiġi kkoreġut l-iżbilanċ eċċessiv sal-2012 jeħtieġu miżuri addizzjonali ta' madwar 4,5 % tal-PDG. Il-programm jagħti d-dettalji sa ċertu punt tal-miżuri wesgħin maħsuba biex jappoġġjaw il-kisba tal-miri bagitarji lil hinn mill-2010. Dan l-aġġustament qed iseħħ fl-istess waqt li l-kondizzjonijiet ċikliċi qed jitjiebu gradwalment, għalkemm id-differenza fil-produzzjoni negattiva (ikkalkulata mill-ġdid) mhix ser tingħalaq sa tmiem il-perijodu tal-programm. L-objettiv fuq perijodu medju (MTO) issaħħaħ b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-aġġornament preċedenti tal-programm, għal bilanċ strutturali favorevoli tal-amministrazzjoni pubblika ta' 0,5 % tal-PDG, sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fl-arranġament tal-bord tal-valuta, tiġi limitata ż-żieda tad-dejn tal-gvern u titjieb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Madankollu, il-programm ma jsemmix sena sa meta għandu jintlaħaq l-MTO. Minħabba l-previżjonijiet l-aktar riċenti u l-livell tad-dejn, il-MTO jirrifletti l-objettivi tal-Patt b'mod aktar minn adegwat.

(8)

Ir-riżultati baġitarji jistgħu jkunu agħar minn dawk previsti fil-programm tul il-perijodu kollu tal-programm. Fl-2010, dan kien l-aktar dovut għal dipendenza fuq irkupru aktar rapidu tal-attività ekonomika minn dak li kien probabbli. Il-miri bagitarji lil hinn mill-2010 huma soġġetti għar-riskji minħabba l-firxa limitata ta' informazzjoni pprovduta fil-programm fir-rigward tal-miżuri li jirfdu l-ksib ta' dawn il-miri u l-ħtieġa ta' miżuri addizzjonali biex dawn il-miri jintlaħqu. Barra min hekk, id-dipendenza fuq tnaqqis sostanzjali ulterjuri fl-infiq tal-gvern u sa ċertu punt limitat fuq miżuri li jżidu d-dħul fl-aħħar snin tal-programm tidher li hi soġġetta għal riskji ta' implimentazzjoni. Hu ppjanat li l-kumpens lill-impjegati tas-servizz pubbliku jonqos ulterjorment bi 3 pp matul l-2011-2012, wara li ġie adottat tnaqqis sostanzjali tal-pagi fl-2009 u fl-2010 u dan jista' jkun diffiċli li jintlaħaq. Mil-lat pożittiv, ir-rekord relattivament tajjeb tal-awtoritajiet Litwani li jlaħħqu mal-miri, b'eċċezzjoni notevoli fl-2008 li kien l-aktar dovut għaċ-ċiklu elettorali, u l-konsolidazzjoni deċiżiva implimentata matul l-2009 minkejja kontrazzjoni ekonomika mingħajr preċedent, tnaqqas dawn ir-riskji. Barra minn hekk, il-gvern għandu aġenda ambizzjuża ta' riforma għall-2010 u s-snin ta' wara, li għandha tgħin ukoll biex jintlaħqu l-miri fiskali ambizzjużi meħtieġa. Il-projjezzjoni makroekonomika apparentement dgħajfa għall-2012 iġġorr ukoll il-possibbiltà ta' tkabbir pjuttost aktar b'saħħtu f'dik is-sena, jekk il-programm ikun appoġġjat minn miżuri konkreti matul il-perijodu sħiħ tal-programm.

(9)

Id-dejn gross tal-gvern huwa stamt li hu 29,5 % tal-PDG fl-2009, sostanzjalment 'il fuq minn 15,6 % fis-sena ta' qabel. Minbarra ż-żieda fl-iżbilanċ u t-tnaqqis fit-tkabbir tal-PDG nominali, iż-żieda fil-proporzjon tirriżulta wkoll minn aġġustament sinifikanti tal-fluss tal-istokk li jirrifletti finanzjament ta' parti mill-iżbilanċ tal-2008 fl-2009. Il-proporzjon tad-dejn hu previst li jiżdied ulterjorment bi 11.5 pp. fuq il-perijodu tal-programm għal 41 % tal-PDG fl-2012, misjuq prinċipalment mit-tkomplija ta' żbilanċi għoljin tal-gvern. Fid-dawl tar-riskji negattivi għall-miri baġitarji flimkien mal-inċertezza dwar l-aġġustament tal-fluss tal-istokk, l-evoluzzjoni tal-proporzjon tad-dejn jista’ jkun ukoll anqas favorevoli milli previst fil-programm. Madankollu, il-livell tad-dejn hu previst li jibqa' 'l isfel mill-valur ta' referenza tat-Trattat matul il-perijodu tal-programm.

(10)

Il-previżjonijiet tad-dejn fuq perijodu medju li jassumu li r-rati ta' tkabbir tal-PDG ser jirkupraw gradwalment għall-valuri previsti qabel il-kriżi, il-proporżjonijiet tat-taxxa ser jerġgħu lura għal-livelli ta' qabel il-kriżi, u jinkludu ż-żieda prevista fl-infiq relatat mat-tixjiħ juru li l-istrateġija baġitarja prevista fil-programm, minn dak li jidher superfiċjalment u mingħajr bidla ulterjuri fil-politika, mhix biżżejjed biex tistabbilizza l-proporzjon tad-dejn sal-2020.

(11)

L-impatt baġitarju fit-tul tat-tixjiħ hu xi ftit ogħla mill-medja tal-UE, prinċipalment minħabba żieda għolja prevista fin-nefqa fuq il-pensjonijiet tul id-deċennji li ġejjin. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2009, kif previst fil-programm, tkompli tgħarraq l-impatt baġitarju tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fuq il-lakuna tas-sostenibbiltà. Il-mira biex jitjieb il-bilanċ primarju matul il-perijodu medju, kif previst fil-programm, u r-riforma fis-sistema tas-sigurtà soċjali, inkluża riforma fil-pensjonijiet, immirati biex irażżnu ż-żieda prevista fin-nefqa marbuta mal-età, għandhom jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li kienu vvalutati fir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà tal-Kummissjoni tal-2009 bħala għoljin (3).

(12)

Fis-snin ta' tkabbir kbir ta' qabel it-tnaqqis preżenti fir-ritmu ekonomiku, il-qafas baġitarju għal perijodu medju tal-Litwanja naqas milli jipprevjeni infiq aktar milli ppjanat. It-tkabbir b'suċċess fid-dħul iffaċilita reviżjonijiet ripetuti pożittivi tal-miri għall-infiq. Bil-ħsieb li jissaħħaħ il-qafas, ġiet adottata Liġi dwar id-Dixxiplina Fiskali għall-gvern ċentrali f'Novembru 2007. Il-liġi tiffoka fuq it-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-baġit annwali u bħala tali ma daħħlitx aktar elementi li jħarsu ’l quddiem fuq perijodu medju. Il-mekkaniżmu tal-infurzar hu dgħajjef ħafna u nieqes minn sanzjonijiet. B'mod ġenerali, id-dgħufijiet sinifikanti huma relatati man-nuqqas ta' trasparenza tal-proċess bagitarju, inkluż rappurtar adatt tal-esekuzzjoni tad-dħul u l-infiq u l-komparabbiltà tal-indikaturi baġitarji dwar il-bażijiet tal-likwidità u tad-dovuti.

Il-programm ta' konverġenza tal-2010 jipproponi numru ta' miżuri biex iżidu t-trasparenza, inkluż l-irrappurtar ta' data u sorveljanza tat-tijib fit-twettiq tal-baġit. Jekk ikunu implimentati, dawn il-proposti jistgħu jtejbu sostanzjalment il-karatteristiċi istituzzjonali tal-finanzi pubbliċi.

(13)

Il-kompożizzjoni tan-nefqa pubblika fil-Litwanja tagħti appoġġ għat-tkabbir, peress li n-nefqa produttiva bħall-investiment pubbliku u n-nefqa fl-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa hija relattivament għolja. Madankollu, riżultati medji jew foqra u indikaturi ta' prestazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa jissuġġerixxu li hemm ambitu sinifikanti biex ikun hemm kisbiet fl-effiċjenza. Għal dan il-għan ġew imnedija riformi strutturali importanti fis-sistemi edukattivi u tal-kura tas-saħħa. Barra minn hekk, it-tneħħija tal-eżenzjonijiet tat-taxxa u r-rati preferenzjali implimentati fl-2009, u sforzi kontinwi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u s-simplifikazzjoni ulterjuri tal-amministrazzjoni tat-taxxa jikkontribwixxu lejn it-titjib tal-kwalità tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll biex irażżnu r-riskji għall-perspettiva bagitarja.

(14)

L-istrateġija li tiżgura parteċipazzjoni bla problemi fl-ERM II hi bbażata fuq l-iżgurar tal-istabbiltà tar-rata tal-kambju billi wieħed iżomm ilqugħ monetarji suffiċjenti, stabbiltà finanzjarja u fiskali u l-preservazzjoni tal-flessibbiltà tas-swieq tax-xogħol u tal-prodotti. Sa minn tmiem l-2008, ir-rispons ta' politika biex tinżamm l-istabbiltà makroekonomika fil-Litwanja kien b'saħħtu; madankollu, is-sitwazzjoni għadha diffiċli. Bejn tmiem l-2008 u tmiem l-2009, il-gvern wettaq konsolidazzjoni fiskali b'saħħitha billi adotta bosta pakketti ta' konsolidazzjoni mdaqqsin, li jammontaw għal madwar 12 % tal-PDG. Il-grad għoli ta' flessibbiltà fil-pagi u l-prezzijiet qed jikkontribwixxi wkoll għal irkupru ta' parti mil-kompetiittività tal-ekonomija li ddeterjorat. Minkejja t-telf li sar mit-telf imħassar tal-assi, is-settur bankarju baqa' kkapitalizzat tajjeb. Il-gvern nieda wkoll riformi strutturali kbar fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-sigurtà soċjali. Il-Litwanja rrevediet il-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol biex issaħħaħ il-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol, biex b'hekk jiġi ffaċilitat l-aġġustament tal-ekonomija. L-isfidi għall-ġejjieni huma li jiġi evitat kull pass lura lejn nuqqas ta' bilanċi sinifikanti interni jew esterni ladarba l-irkupru jistabbilixxi ruħhu.

(15)

B'mod ġenerali, fl-2010 l-istrateġija bagitarja stabbilita fil-programm hija ġeneralment konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tas-16 ta' Frar 2010. Mill-2011 'il quddiem, b'kont meħud tar-riskji, l-istrateġija bagitarja tista' ma tkunx konsistenti mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill. B'mod partikolari, ir-riskji huma relatati ma' perspettiva makroekonomika possibilment ottimistika għall-2010 u speċifikazzjoni inkompleta ta' miżuri biex tinkiseb il-konsolidazzjoni ppjanata fl-aħħar sentejn, mgħarrqa mill-inċertezzi tal-implimentazzjoni fir-rigward tat-tnaqqis ippjanat tal-infiq. L-isforz fiskali medju ppjanat ta' 1⅔ % matul il-perijodu 2010-12 ukoll ma jissodisfax għal kollox ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) u ser ikun hemm bżonn li jissaħħaħ permezz ta' miżuri addizzjonali f'każ li t-tkabbir relattivament b'saħħtu previst għall-2010 u l-2011 ma jimmaterjalizzax, sabiex tiġi żgurata korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv sal-2012 kif rakkomandat mill-Kunsill.

(16)

Fir-rigward tar-rekwiżiti dwar id-data speċifikati fil-kodiċi ta’ kondotta għal programmi ta’ stabbiltà u konverġenza, il-programm għandu xi lakuni fid-data fakultattiva. Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 126(7) tas-16 ta' Frar 2010 bil-ħsieb li tiġi fi tmiemha s-sitwazzjoni ta' żbilanċ eċċessiv, il-Kunsill stieden ukoll lil-Litwanja biex tirrapporta dwar il-progress magħmul fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill f'kapitlu separat fl-aġġornamenti tal-programmi ta' konverġenza. B'xi lakuni fil-provvediment ta' data fakultattiva, il-Litwanja b'mod ġenerali ikkonformat ma' din ir-rakkomandazzjoni.

Il-konklużjonijiet ġenerali hija li l-Litwanja implimentat konsolidazzjoni deċiżiva tal-finanzi pubbliċi fl-2009 kontra tmermir sinifikanti tas-sitwazzjoni ekonomika li kkontribwiet għall-aġġustament kontinwu fl-ekonomija u appoġġjat il-parteċipazzjoni bla skossi fl-ERM II u għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv. Bħalissa l-ekonomija ħierġa minn reċessjoni gravi, filwaqt li t-tkabbir medju huwa previst li jibqa' konsiderevolment aktar baxx matul il-perijodu medju milli kien fl-aħjar snin taċ-ċiklu reċenti. Il-konsolidazzjoni implimentata fl-2009 diġa tikkostitwixxi aġġustament kbir tal-finanzi pubbliċi għat-tkabbir aktar baxx mistenni fuq perijodu medju. Kontroll aktar strett tan-nefqa flimkien ma' tisħiħ tal-qafas baġitarju fuq perijodu medju ikun ta' sostenn għall-konsolidazzjoni ulterjuri meħtieġa. Fil-mira tal-programm hemm it-tnaqqis gradwali tal-iżbilanċ nominali tal-amministrazzjoni pubblika mill-2010, bil-ħsieb li l-iżbilanċ eċċessiv jiġi kkoreġut sal-2012 kif irrakkomandat mill-Kunsill, għalkemm dawn ir-riżultati baġetarji huma soġġetti għal riskji negattivi matul il-perijodu kollu tal-programm.

Bil-ħsieb tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq u wkoll fid-dawl tar-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 126 TFUE tas-16 ta' Frar 2010, u minħabba l-ħtieġa li tkun żgurata konverġenza sostenibbli u parteċipazzjoni bla problemi fl-ERM II, il-Litwanja hija mistiedna biex:

(i)

tikkunsidra miżuri korrettivi addizzjonali fl-2010, jekk meħtieġ, sabiex tinkiseb il-konsolidazzjoni prevista, apparti l-implimentazzjoni rigoruża tal-miżuri korrettivi ppjanati fil-baġit;

(ii)

tispeċifika l-miżuri meħtieġa biex tirfed b'mod sħiħ l-aġġustament neċessarju tul il-perijodu tal-programm kif irrakkomandat mill-Kunsill skont l-Artikolu 126(7), u tkun lesta tadotta miżuri ta' konsolidazzjoni ulterjuri f'każ li jimmaterjalizzaw ruħhom riskji marbuta mal-fatt li x-xenarju makroekonomiku tal-programm huwa aktar favorevoli mix-xenarju li fuqu tistrieħ ir-Rakkomandazzjoni tal-Artikolu 126(7);

(iii)

timplimenta r-riformi ppjanati tas-sistema tas-sigurtà soċjali, inkluża r-riforma tal-pensjonijiet, sabiex jitnaqqsu r-riskji għolja għas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi dovuti għal żidiet sinifikanti previsti fin-nefqa tal-pensjonijiet matul id-deċennji li ġejjin;

(iv)

issaħħaħ il-governanza fiskali u t-trasparenza, billi jissaħħaħ il-qafas baġitarju fuq perijodu medju u jittejjeb ir-rappurtar tad-data bagitarja, u b'hekk tiżgura komparabbiltà tal-indikaturi bagitarji dwar il-bażijiet tal-likwidità u tad-dovuti.

Tqabbil tal-previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji ewlenin

 

2008

2009

2010

2011

2012

PDG reali

(bidla f'%)

PK Jan 2010

2,8

–15,0

1,6

3,2

1,2

COM Nov 2009

2,8

–18,1

–3,9

2,5

m.d.

PK Jan 2009

3,5

–4,8

–0,2

4,5

m.d.

Inflazzjoni tal-IAPK

(%)

PK Jan 2010

11,1

4,2

–1

1

1,5

COM Nov 2009

11,1

3,9

–0,7

1,0

m.d.

PK Jan 2009

11,2

5,4

3,6

–0,1

m.d.

Differenza fil-produzzjoni (4)

(% tal-PDG potenzjali)

PK Jan 2010

8,8

–7,7

–5,9

–2,9

–1,7

COM Nov 2009 (5)

11,8

–8,2

–10,8

–8,2

m.d.

PK Jan 2009

5,4

–2,8

–5,7

–4,0

m.d.

Tislif/self nett fir-rigward tal-bqija tad-dinja

(% tal-PDG)

PK Jan 2010

–10,2

3,7

7,5

5,3

4,3

COM Nov 2009

–10,6

3,3

4,8

4,3

m.d.

PK Jan 2009

–10,2

–1,8

–4,7

–5,7

m.d.

Dħul tal-amministrazzjoni pubblika

(% tal-PDG)

PK Jan 2010

34,2

34,3

36,2

35,6

35,7

COM Nov 2009

34,2

36,1

36,8

36,3

m.d.

PK Jan 2009

33,8

35,8

37,3

36,4

m.d.

Infiq tal-amministrazzjoni pubblika

(% tal-PDG)

PK Jan 2010

37,4

43,4

44,3

41,4

38,7

COM Nov 2009

37,4

45,9

46,0

46,0

m.d.

PK Jan 2009

36,7

37,8

38,3

36,4

m.d.

Bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika

(% tal-PDG)

PK Jan 2010

–3,2

–9,1

–8,1

–5,8

–3,0

COM Nov 2009

–3,2

–9,8

–9,2

–9,7

m.d.

PK Jan 2009

–2,9

–2,1

–1,0

0,0

m.d.

Bilanċ ewlieni

(% tal-PDG)

PK Jan 2010

–2,6

–7,8

–6,2

–3,6

–0,6

COM Nov 2009

–2,6

–8,4

–7,0

–7,1

m.d.

PK Jan 2009

–2,3

–1,2

0,0

1,1

m.d.

Bilanċ aġġustat ċiklikament (6)

(% tal-PDG)

PK Jan 2010

–5,6

–7,0

–6,5

–5,0

–2,6

COM Nov 2009

–6,4

–7,6

–6,3

–7,5

m.d.

PK Jan 2009

–4,4

–1,3

0,5

1,1

m.d.

Bilanċ strutturali (6)

(% tal-PDG)

PK Jan 2010

–6,0

–7,2

–6,8

–4,8

–2,3

COM Nov 2009

–6,3

–8,0

–7,0

–7,5

m.d.

PK Jan 2009

–4,9

–1,8

0,1

1,1

m.d.

Dejn gross tal-gvern

(% tal-PDG)

PK Jan 2010

15,6

29,5

36,6

39,8

41,0

COM Nov 2009

15,6

29,9

40,7

49,3

m.d.

PK Jan 2009

15,3

16,9

18,1

17,1

m.d.

Programm ta' konverġenza (PK); Il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009 (COM); Il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmijin f'dan it-test jistgħu jinsabu fuq il-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/index_en.htm

(2)  Il-valutazzjoni tqis notevolment il-previżjoni tas-serivzzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa tal-2009, iżda wkoll informazzjoni oħra li saret disponibbli minn dak iż-żmien.

(3)  Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2009 dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi “il-Kunsill jappella lill-Istati Membri biex jagħtu importanza lil strateġiji orjentati lejn is-sostenibbiltà fil-programmi tagħhom ta' stabbiltà u konverġenza li ġejjin” u jkompli “jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Kumitat tal-Politika Ekonomika u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, biex ikomplu jiżviluppaw metodoloġiji għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi fil-ħin għar-rapport li jmiss dwar is-sostenibbiltà”, li hu previst fl-2012.

(4)  Differenzi fil-produzzjoni u bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tat-tagħrif fil-programmi.

(5)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 3,0 %, – 0,2 %, – 1,2 % u –0,3 % rispettivament fil-perijodu 2008-2011.

(6)  Bilanċ aġġustat ċiklikament bl-esklużjoni ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra. Miżuri ta' darba u oħrajn temporanji huma 0,5 % tal-PDG fl-2008, 0,2 % tal-PDG fl-2009 u 0,3 % fl-2010; kollha għat-tnaqqis tad-defiċit; u 0,3 % tal-PDG fl-2011 u 0,3 % tal-PDG fl-2012; kollha għat-tnaqqis tad-defiċit skont il-programm l-aktar riċenti u 0,1 % tal-PDG fl-2008, 0,6 % fl-2009 u 0,7 % fl-2010; ilkoll għat-tnaqqis tad-defiċit fit-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009.

Sors:

Programm ta' konverġenza (PK); Il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009 (COM); Il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni


2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/12


OPINJONI TAL-KUNSILL

dwar il-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Lussemburgu, 2009-2014

2010/C 143/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPINJONI:

(1)

Fit-26 ta’ April 2010 l-Kunsill eżamina l-programm ta’ stabbiltà aġġornat tal-Lussemburgu, li jkopri l-perijodu mill-2009 sal-2014.

(2)

L-ekonomija Lussemburgiża ntlaqtet ħażin ħafna mill-kriżi: skont l-iktar stimi reċenti, il-PDG reali, wara tkabbir żero fl-2008, waqa' għal 3,9 % f'termini reali fl-2009, hekk kif il-komponenti kollha tad-domanda għajr l-infiq pubbliku ċkienu. Il-kontribuzzjoni tal-esportazzjonijiet netti baqgħet waħda pożittiva hekk kif l-importazzjonijiet naqsu saħansitra aktar mill-esportazzjonijiet, aktarx minħabba l-waqgħa fl-investiment fit-tagħmir. Is-settur finanzjarju jidher li ntlaqat inqas mill-kriżi milli kien mistenni, anki jekk ma' tmiem l-2008 l-awtoritajiet Lussemburgiżi kellhom jorganizzaw operazzjoni ta' sostenn għal tnejn mill-ikbar banek tal-pajjiż li jappartjenu lil gruppi internazzjonali. Il-qgħad xorta kiber b'medja ta' 1,2 % fl-2009, iżda dan ġara esklussivament bis-saħħa tat-tkabbir ferm qawwi rreġistrat fl-2008 (+ 4,7 %). Dan naqas biss ftit fis-settur finanzjarju, iżda b'mod iktar qawwi fl-industrija. Il-qgħad żdied minn medja ta' 4,9 % fl-2008 għal 5,7 % fl-2009, minkejja r-rikors qawwi għax-xogħol għal żmien qasir imħeġġeġ mill-awtoritajiet. L-isfida ewlenija għal-Lussemburgu fil-punt attwali hija li jinżammu u jiġu żviluppati l-kondizzjonijiet favorevoli li għamluha possibbli għat-tkabbir impressjonanti esperjenzat tul l-aħħar 25 sena msejjes fuq l-ispeċjalizzazzjoni dejjem tiżdied tal-pajjiż fl-attivitajiet li joffru s-servizzi, speċjalment is-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, fir-rigward tal-politika baġitarja, il-perspettiva għall-perijodu fit-tul jixirqilha kull attenzjoni. L-ewwel nett, iż-żieda fl-infiq kienet pjuttost qawwija f'dawn l-aħħar snin u l-bilanċi pożittivi rikorrenti saru essenzjalment possibbli bi dħul abbundanti, li mhihiex ħaġa żgura jekk ikomplix sejjer hekk. Barra minn hekk, prinċipalment minħabba l-ġenerożità tas-sistema tal-pensjoni tal-pajjiż, iż-żieda fl-infiq relatat mat-tixjiħ hija prevista li tkun waħda mill-aktar qawwija fl-UE.

(3)

Għalkemm ħafna mit-tnaqqis osservat fil-PDG reali fil-kuntest tal-kriżi hija ċiklika, il-livell tal-produzzjoni potenzjali wkoll ġiet affettwata b'mod negattiv. Barra minn hekk, il-kriżi tista' tolqot ukoll it-tkabbir potenzjali fil-perijodu medju minħabba investiment iktar baxx, limiti fid-disponibbiltà tal-kreditu, żieda fil-qgħad strutturali u tnaqqis li jdum fit-tkabbir tal-attivitajiet finanzjarji madwar id-dinja kollha. Barra minn hekk, l-impatt tal-kriżi ekonomika jaggrava l-effetti negattivi tat-tixjiħ demografiku fuq il-produzzjoni potenzjali u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. F’dan il-kuntest ser ikun essenzjali li jitħaffef il-pass tar-riformi strutturali bil-għan li jiġi sostnut it-tkabbir potenzjali. B'mod partikulari, huwa importanti għal-Lussemburgu li jżid ir-rata tal-impjiegi tal-popolazzjoni residenti, li jtejjeb l-attrazzjoni tal-ambjent tan-negozju, li jrawwem imġiba tal-pagi li tqis iż-żieda mdaqqsa fl-ispejjeż tax-xogħol osservati fis-snin reċenti, u li jkompli bl-isforzi tiegħu ħalli jżid l-attivitajiet ta' Riċerka u Żvilupp fil-pajjiż.

(4)

Ix-xenarju makroekonomiku li fuqu huwa bbażat il-programm jipprevedi li l-PDG reali jikber bi 2,5 % fl-2010, wara tnaqqis ta' 3,9 % fl-2009, u ta' 2,9 % kull sena bħala medja tul il-bqija tal-perijodu tal-programm. Meta mqabbel mal-informazzjoni disponibbli attwalment (2), dan ix-xenarju jidher li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir kemxejn favorevoli għall-2010 anke jekk jittieħed kont ta' data li wriet riżultat aħjar milli previst għat-tielet kwart tal-2009. Għall-perijodu 2011-2014, il-previżjonijiet tat-tkabbir tal-programm huma bejn wieħed u ieħor plawsibbli fl-isfond tal-estimi tas-servizzi tal-Kummissjoni tat-tkabbir potenzjali u s-suppożizzjoni tal-għeluq gradwali tad-differenza bejn il-produzzjoni reali u dik potenzjali. Il-previżjonijiet tal-programm għall-impjiegi, il-qgħad u l-inflazzjoni wkoll jidhru realistiċi.

(5)

Il-programm jistima l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali fl-2009 għal 1,1 % tal-PDG. Dan id-deterjorament sinifikanti minn bilanċ pożittiv ta' 2,5 % tal-PDG fl-2008 essenzjalment jirriżulta minn żieda ta' kważi 5 punti perċentwali tal-PDG fl-infiq pubbliku, ikkompensat biss parzjalment minn żieda fil-proporzjon tad-dħul (li rriżulta biss mill-fatt li l-PDG nominali naqas anke iktar mid-dħul). Iż-żieda fil-proporzjon tal-infiq tirrifletti fil-biċċa l-kbira l-impatt tal-kriżi fuq il-finanzi tal-gvern permezz tal-istabbilizzaturi awtomatiċi, iżda sar ukoll minħabba l-miżuri ta' stimolu li jammontaw għal 1,75 % tal-PDG li l-gvern adotta f'konformità mal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku (PERE). Dawn il-miżuri prinċipalment inkludew aċċellerazzjoni sinifikanti fil-programmi ta' investiment tal-gvern, kif ukoll tnaqqis importanti fit-taxxi, speċjalment fit-taxxa fuq id-dħul personali, li huma ta' natura permanenti. Skont il-programm, il-politika fiskali hija ppjanata li tkompli toffri appoġġ fl-2010, li, fid-dawl tal-fatt li l-qagħda ekonomika u baġitarja tal-Lussemburgu hija relattivament favorevoli li huwa konformi mal-PERE. Madankollu, mill-2011, il-previżjonijiet tal-programm taħt suppożizzjoni ta' ebda-bidla fil-politika, ma jirriflettux qagħda ristrettiva f'konformità mal-istrateġija ta' ħruġ issuġġerita mill-Kunsill, anke jekk il-programm jirrikonoxxi li l-awtoritajiet jippjanaw li jieħdu passi korrettivi.

(6)

L-iżbilanċ tal-gvern ġenerali huwa previst li jiżdied għal 3,9 % tal-PDG fl-2010, deterjorazzjoni li għandha tirriżulta minn żieda fl-infiq b'0,9 punti perċentwali tal-PDG u tnaqqis fid-dħul b'2 punti perċentwali tal-PDG. Iż-żieda fl-infiq ser jirriżulta prinċipalment minn infiq ikbar fl-oqsma tal-edukazzjoni (0,3 punti perċentwali tal-PDG), il-politika tal-familja (0,25 punti perċentwali tal-PDG) u l-infrastrutturi pubbliċi (0,5 punti perċentwali tal-PDG). It-tnaqqis fid-dħul ikun riżultat ta' tnaqqis fid-dħul minn taxxa diretta (b'1,4 punti perċentwali tal-PDG) essenzjalment minħabba l-effetti tal-kriżi, speċjalment fuq it-taxxa korporattiva. Barra minn hekk, ir-rata ta' din it-taxxa mnaqqsa minn 22 % għal 21 %, b'impatt ex ante ta' madwar 0,1 punt perċentwali tal-PDG. It-tnaqqis fid-dħul jirriżulta wkoll, b'inqas qawwa, minn tnaqqis fit-taxxi indiretti u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali relattivi mal-PDG (b'0,4 u 0,2 punt perċentwali tal-PDG, rispettivament). Billi l-iżbilanċ għall-2009 ġie revedut 'l isfel b'1,2 punti perċentwali tal-PDG fir-rigward tal-istima provduta mill-baġit, filwaqt li l-mira tal-iżbilanċ għall-2010 ġiet reveduta 'l isfel b'0,5 punti perċentwali, id-deterjorament fil-bilanċ tal-gvern ġenerali fl-2010 issa huwa previst mill-programm li jilħaq 2,8 punti perċentwali tal-PDG (imqabbel mat-2,1 punti perċentwali fil-baġit). Il-bilanċ strutturali (jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament ikkalkulat skont il-metodoloġija bi qbil komuni, abbażi tal-informazzjoni mogħtija fil-programm, u nett ta' miżuri ta' darba biss u miżuri oħrajn temporanji) jiddeterjora b'madwar tliet 3 punti perċentwali tal-PDG minn bilanċ pożittiv ta' madwar 1 % tal-PDG fl-2009.

(7)

Għall-perijodu wara l-2010, il-programm jippreżenta xenarju baġitarju komplet abbażi ta' ipotesi ta' ebda bidla fil-politika, fejn l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali l-ewwel jiżdied għal 5,0 % tal-PDG fl-2011 u mbagħad jonqos bil-mod sa 4,6 % tal-PDG fl-2012 u 4,3 % tal-PDG fl-2013 qabel ma jilħaq it-3,1 % tal-PDG fl-2014 hekk kif l-effetti tal-kriżi jmajnaw progressivament. Dan ix-xenarju għaldaqstant jimplika li l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali jibqa’ 'l fuq sew minn 3 % tal-PDG sa tmiem il-perijodu kopert. It-tnaqqis awtomatiku fl-iżbilanċ jirriżulta kemm mill-irkupru gradwali fid-dħul kif ukoll minn tnaqqis żgħir fil-proporzjon tal-infiq. Il-proporzjon tad-dħul huwa previst li jiżdied ftit mill-punt baxx dokumentat fl-2011 (38,1 % tal-PDG) sa 39,5 % tal-PDG, l-aktar minħabba żieda fit-taxxi diretti mill-2011, meta l-impatt ittardjat tal-kriżi fuq id-dħul suppost li jilħaq il-massimu tiegħu. Fl-istess waqt, il-proporzjon tal-infiq huwa previst li jonqos ftit minn massimu ta’ 43,6 % tal-PDG milħuq fl-2010 sa 42,7 % fl-2014, minħabba l-aċċellerazzjoni progressiva fit-tkabbir. L-iżbilanċ strutturali (kif ikkalkulat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni) l-ewwel jiżdied minn 2,25 % tal-PDG fl-2010 sa madwar 3,5 % fl-2011, meta l-iżbilanċ titulari ser jolqot punt massimu ta’ 5,0 % tal-PDG u mbagħad jonqos ftit sa 2,25 % tal-PDG fl-2014, wara t-tnaqqis fl-iżbilanċ titulari. Il-programm jirrikonoxxi li l-għan ewlieni tal-istrateġija baġitarja għall-perijodu medju hija li l-finanzi pubbliċi jiġu bbilanċjati mill-ġdid sal-2014 billi jitnaqqas l-iżbilanċ titulari b'madwar punt 1 punt perċentwali tal-PDG kull sena. Madankollu, kwalunkwe informazzjoni rigward il-livelli tad-dħul u l-infiq assoċjati ma’ dan il-pjan ta' aġġustament jew miżuri ta' appoġġ tiġi posposta sa wara li ssir konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali li mistennija tiġi konkluża sa tard f'April ta' din is-sena.

Il-programm jindika li minħabba l-importanza tar-responsabbiltajiet impliċiti marbuta mat-tixjiħ tal-popolazzjoni l-mira baġitarja għall-perijodu medju (MTO) ġiet modifikata minn żbilanċ strutturali ta’ 0,8 % tal-PDG għal bilanċ pożittiv strutturali ta’ 0,5 % tal-PDG. Minħabba l-previżjonijiet u l-livelli tad-dejn l-aktar reċenti, dan l-MTO ma jidhirx li jieħu kont b’mod suffiċjenti tar-responsabbiltajiet impliċiti marbuta mat-tixjiħ, minkejja li d-dejn jinsab taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat. Il-programm ma jipprevedix li dan l-MTO jinkiseb fil-perijodu kopert mill-programm.

(8)

L-eżitu baġitarju għall-2010 jista' jkun kemxejn aħjar minn dak previst fil-programm. Madankollu dan bl-ebda mod ma jibdel ir-razzjonal għall-proċediment bil-konsolidazzjoni fiskali ppjanata għas-snin 2011-2014. It-titjib possibbli tal-eżitu tal-2010 huwa relatat mal-effett bażiku li jirriżulta mir-reviżjoni 'l isfel b’1,2 % punti perċentwali tal-PDG fl-iżbilanċ tal-2009 (fir-rigward tal-previżjoni oriġinali tal-iżbilanċ fil-baġit tal-2010), li ma ġiex tradott kompletament f'eżitu aħjar fl-2010. Konsegwentement, id-deterjorament fil-bilanċ tal-gvern ġenerali fl-2010 issa huwa previst li jilħaq it-2,8 % tal-PDG, filwaqt li kien previst li jammonta għal 2,1 % fil-baġit. Qabel il-kriżi, l-eżiti baġitarji fil-Lussemburgu spiss kienu aħjar minn dak li kien ġie ppjanat inizjalment. Għall-perijodu 2011-2014, ix-“xenarju ta' ebda bidla fil-politika” jippreżenta stampa plawsibbli tal-iżviluppi fil-finanzi pubbliċi, bl-effett bażiku pożittiv possibbli jkun xi ftit jew wisq ibbilanċjat mir-riskji negattivi marbuta mal-perspettiva makroekonomika. Sa fejn jirrigwarda il-pjan ta’ aġġustament alternattiv immirat lejn tnaqqis fil-bilanċ tal-gvern għal anqas minn 3 % sal-2014, fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni dwar il-livelli ta' dħul u nfiq assoċjati mal-iżbilanċi ppjanati u l-miżuri meħtieġa biex tinkiseb il-konsolidazzjoni prevista, mhux possibbli li jkun hemm valutazzjoni.

(9)

Il-proporzjon tad-dejn irdoppja minn 6,6 % tal-PDG fl-2007 għal 13,5 % fl-2008, essenzjalment bħala riżultat tas-sostenn finanzjarju lis-settur finanzjarju. Il-programm jipprevedi żieda ulterjuri minn 14,9 % tal-PDG fl-2009, għal 37,4 % fl-2014. Din iż-żieda ser taqbeż is-somma tal-iżbilanċi previsti, minħabba t-trasferimenti mdaqqsa mill-gvern ċentrali għas-sigurtà soċjali. Filwaqt li l-proporzjon tad-dejn qed jiżdied, għadu sew taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat matul il-perjodu kollu tal-programm. Is-sistema tas-sigurtà soċjali u, xi ftit inqas, il-gvern ċentrali, jippossedu assi mdaqqsa ġġenerati mill-bilanċi pożittivi rikorrenti tal-passat. Madankollu, dawk l-assi mhumiex biżżejjed biex ikopru l-obbligi futuri tas-sigurtà soċjali.

(10)

Il-previżjonijiet tad-dejn għall-perijodu medju sal-2010 li jassumu li r-rati tat-tkabbir tal-PDG ser jirkupraw gradwalment sal-valuri previsti qabel il-kriżi, il-proporzjonijiet tat-taxxa ser jirritornaw għal-livelli ta' qabel il-kriżi u jinkludu ż-żieda prevista fl-infiq relatat mat-tixjiħ, juru li l-iżvilupp baġitarju previst fil-programm, meħud b'valur nominali u mingħajr iktar bidla fil-politika, mhuwiex biżżejjed biex jistabbilizza d-dejn sal-2020.

(11)

L-impatt baġitarju fit-tul tat-tixjiħ huwa ogħla b'mod sinifikanti mill-medja tal-UE, influwenzat partikolarment b'żieda konsiderevoli prevista fl-infiq fuq il-pensjonijiet. L-assi sinifikanti akkumulati fis-sistema tas-sigurtà soċjali ser jgħinu biex jiffinanzjaw parzjalment iż-żieda prevista fl-infiq fuq il-pensjonijiet, filwaqt li l-pjanijiet baġitarji sal-2014 jimplikaw li l-bilanċ pożittiv primarju strutturali mhux ser jibqa' suffiċjenti biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż li dejjem qed jiżdiedu tat-tixjiħ. Il-kisba ta' bilanċi pożittivi primarji għolja fil-perijodu medju u, kif rikonoxxut mill-awtoritajiet, l-implimentazzjoni ta' miżuri mmirati li jrażżnu ż-żieda sostanzjali fl-infiq tal-pensjonijiet għandhom jikkontribwixxu biex jitnaqqsu r-riskji tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li ġew ivvalutati bħala medji fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar is-Sostenibbiltà tal-2009 (3).

(12)

Ir-regoli fiskali numeriċi u l-oqfsa baġitarji għall-perijodu medju (għajr il-programm ta' nfiq kapitali multiannwali tal-Istat) ma jidhrux li għandhom xi rwol sinifikanti fil-Lussemburgu. Madankollu, dan ma jidhirx li wassal għal devjazzjonijiet baġitarji sinifikanti fil-passat, anki jekk seta' kellu rwol fir-reviżjonijiet rikorrenti u sostanzjali fid-data finanzjarja pubblika osservata fis-snin reċenti (b'mod ġenerali lejn eżitu aktar pożittiv). Il-progamm ma jħabbar l-ebda pjanijiet f'dan ir-rigward.

(13)

L-istruttura tal-finanzi pubbliċi tidher komparattivament favorevoli fil-Lussemburgu: in-nefqa tal-gvern u l-piż tat-taxxi huma relattivament baxxi meta mqabbla ma' Stati Membri oħra. B'mod partikolari, it-tassazzjoni tad-dħul mix-xogħol u l-konsum mill-gvern huma komparattivament baxxi. Barra minn hekk, l-investimernt pubbliku huwa fost l-ogħla fl-UE kollha. Hemm, iżda, lok għal titjib fl-effettività tal-infiq pubbliku inkluż fil-qasam tal-edukazzjoni. Barra minn hekk, l-interazzjoni tal-benefiċċji soċjali ġenerużi u t-taxxi fuq id-dħul mix-xogħol, għalkemm komparattivament baxxi, ma jidhrux li jipprovdu inċentivi biżżejjed lil dawk bil-possibbiltà ta' paga medja jew baxxa sabiex jaħdmu. Fl-aħħar nett, ser ikunu meħtieġa riformi fis-sistema tal-pensjoni relattivament ġeneruża biex ipattu għall-piż tat-tixjiħ tal-popolazzjoni.

(14)

B'mod ġenerali, b'kont meħud tal-pożizzjoni baġitarja favorevoli li l-Lussemburgu kien fiha meta bdiet il-kriżi u l-livell baxx tad-dejn tal-gvern, il-pożizzjoni ta' appoġġ fiskali ppjanata fl-2010 hija waħda adatta u konformi mal-PERE. Mill-2011 ’il quddiem, il-previżjoni tal-programm abbażi ta’ ebda bidla fil-politika mhix konformi mar-rekwiżiti tal-Patt billi ma tinkludix l-isforzi ta' konsolidazzjoni meħtieġa li jkunu meħtieġa biex l-iżbilanċ jitnaqqas għal anqas minn 3 % tal-PDG u biex jinkiseb b'pass adegwat MTO ta' bilanċ pożittiv ta' 0,5 % tal-PDG. Lanqas ma hemm konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru dwar l-istrateġija ta’ ħruġ fiskali. Min-naħa l-oħra, l-intenzjoni mħabbra mill-gvern li jniedi l-konsolidazzjoni mill-2011 'il quddiem u li jnaqqas l-iżbilanċ strutturali b'madwar 0,75 punti perċentwal tal-PDG kull sena mill-2011 'il quddiem ma tistax tiġi vvalutata billi ebda informazzjoni ma hi pprovduta dwar il-miżuri li fuqhom ser isserraħ din l-istrateġija ta' konsolidazzjoni.

(15)

Fir-rigward tar-rekwiżiti ta' data speċifikati fil-kodiċi tal-kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm fih xi lakuni fid-data rekwiżita u dik mhux obbligatorja (4).

Il-konklużjoni ġenerali hija li fid-dawl tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u l-pożizzjoni baġitarja inizjali soda tal-Lussemburgu, id-deterjorazzjoni temporanja fil-bilanċ tal-gvern ġenerali fl-2009 u l-2010, li jirrifletti parzjalment l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ stimolu, huwa wieħed adatt. Madankollu, mill-2011 ’il quddiem il-pożizzjoni fiskali kif tidher fix-“xenarju ta' ebda bidla fil-politika” tal-programm ma tistax titqies bħala konformi mar-rekwiżiti tal-Patt, billi l-iżbilanċ tal-gvern jibqa' ’l fuq minn 3 % tal-PDG sal-2014; għaldaqstant ma jkun hemm ebda sforz ta' konsolidazzjoni li jiżgura li l-iżbilanċ jinġieb taħt it-3 % tal-PDG, filwaqt li lanqas il-progress lejn l-MTO ma jkun wieħed adegwat. Filwaqt li l-awtoritajiet jindikaw l-intenzjoni tagħhom li jsegwu pjan ta' konsolidazzjoni aktar ambizzjuż bil-ħsieb li jwasslu biex il-finanzi pubbliċi jiġu bbilanċjati mill-ġdid fl-2014 u biex jinkiseb l-objettiv għall-perijodu medju fis-snin ta’ wara, dan il-pjan ta’ aġġustament ma jistax jiġi vvalutat b'mod adatt fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni inkluż dwar il-miżuri li jservu ta' bażi. Għalhekk, iktar informazzjoni dwar dawn il-miżuri tintlaqa' tajjeb. Jifdal tħassib dwar is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, li jridu jerfgħu piż ferm tqil fid-deċennji li ġejjin hekk kif iż-żieda fl-infiq relatat mat-tixjiħ, mistennija li tkun fost l-eqqel fl-UE kollha.

Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, il-Lussemburgu huwa mistieden biex:

(i)

jibda l-konsolidazzjoni fiskali mill-2011 bil-ħsieb li jġib l-iżbilanċ taħt il-limitu massimu ta’ 3 % tal-PDG u minn hemm 'il quddiem jagħmel progress lejn l-MTO u jispeċifika għal dan l-effett il-miżuri li ser ikunu meħtieġa sabiex tinkiseb din il-konsolidazzjoni; u

(ii)

fid-dawl taż-żieda sinifikanti prevista fl-infiq relatata mat-tixjiħ, itejjeb is-sostenibbiltà tal-perijodu fit-tul tal-finanzi pubbliċi billi jirriforma s-sistema tal-pensjonijiet u jistabbilixxi MTO li jieħu biżżejjed kont tar-responsabbiltajiet impliċiti relatati mat-tixjiħ.

Tqabbil tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju ewlieni

 

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

PDG reali

(bidla f’%)

PS Jan 2010

0,0

–3,9

2,5

3,0

2,7

2,9

3,1

COM Nov 2009

0,0

–3,6

1,1

1,8

m.d.

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

1,0

–0,9

1,4

4,5

m.d.

m.d.

m.d.

Inflazzjoni tal-IAPK

(%)

PS Jan 2010

4,1

4,1

0,0

2,1

1,8

m.d.

m.d.

COM Nov 2009

4,1

0,0

1,8

1,7

m.d.

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

4,1

0,6

2,5

2,9

m.d.

m.d.

m.d.

Id-differenza bejn il-produzzjoni reali u dik potenzjali (5)

(% tal-PDG potenzjali)

PS Jan 2010

1,9

–4,0

–3,4

–2,8

–2,4

–2,0

–1,7

COM Nov 2009 (6)

1,7

–3,9

–4,6

–5,0

m.d.

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

1,1

–2,3

–3,5

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

Tislif/self nett fir-rigward tal-bqija tad-dinja

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

COM Nov 2009

4,9

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

Dħul tal-gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

40,2

41,6

39,6

38,3

38,5

39,0

39,5

COM Nov 2009

40,2

41,1

39,7

39,4

m.d.

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

43,2

42,8

42,8

40,3

m.d.

m.d.

m.d.

Infiq tal-gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

37,7

42,6

43,5

43,2

43,2

43,3

42,6

COM Nov 2009

37,7

43,3

43,9

43,6

m.d.

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

41,2

43,4

44,3

39,4

m.d.

m.d.

m.d.

Bilanċ tal-gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

2,5

–1,1

–3,9

–5,0

–4,6

–4,3

–3,1

COM Nov 2009

2,5

–2,2

–4,2

–4,2

m.d.

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

43,2

42,8

42,8

40,3

m.d.

m.d.

m.d.

Bilanċ ewlieni

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

2,8

–0,5

–3,3

–4,3

–3,7

–3,3

–2,1

COM Nov 2009

2,7

–1,6

–3,6

–3,6

m.d.

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

2,3

–0,3

–1,2

1,5

m.d.

m.d.

m.d.

Bilanċ aġġustat ċiklikament (5)

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

1,6

0,9

–2,2

–3,6

–3,4

–3,3

–2,3

COM Nov 2009

1,6

–0,3

–2,0

–1,8

m.d.

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

2,4

1,6

0,3

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

Bilanċ strutturali (7)

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

1,6

0,9

–2,2

–3,6

–3,4

–3,3

–2,3

COM Nov 2009

1,6

–0,3

–2,0

–1,8

m.d.

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

2,4

1,6

0,3

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

Dejn gross tal-gvern

(% tal-PDG)

PS Jan 2010

13,5

14,9

18,3

23,9

29,3

34,1

37,4

COM Nov 2009

13,5

15,0

16,4

17,7

m.d.

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

14,4

14,9

17,0

14,3

m.d.

m.d.

m.d.

Programm ta’ Stabbiltà (PS); It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fuq il-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/index_mt.htm

(2)  Din il-valutazzjoni tieħu kont b'mod speċjali l-previżjoni tal-Ħarifa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, iżda wkoll informazzjoni oħra li saret disponibbli minn dak iż-żmien 'il hawn.

(3)  Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill mill-10 ta' Novembru 2009 dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi “il-Kunsill jappella lill-Istati Membri biex fil-programi tagħhom ta’ konverġenza u stabbiltà li jmiss jiffokaw l-attenzjoni fuq l-istrateġiji orjentati lejn is-sostenibbiltà” u jkompli billi “jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Kumitat tal-Politika Ekonomika u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, biex tkompli tiżviluppa metodoloġiji għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà fit-tul ta’ żmien tal-finanzi pubbliċi qabel ir-rapport li jmiss dwar is-Sostenibbiltà”, li huwa previst fl-2012.

(4)  B'mod partikolari, ma hemm l-ebda data dwar bilanċi settorjali bl-eċċezzjoni tal-gvern ċentrali.

(5)  Id-differenza bejn il-produzzjoni reali u dik potenzjali u l-bilanċi aġġustati ċiklikament mill-programm kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-programmi.

(6)  Abbażi tat-tkabbir potenzjali stmat ta' 3,6 %, 2,0 %, 1,9 % u 2,2 % rispettivament fil-perijodu 2008-2011.

(7)  Bilanċ aġġustat ċiklikament u jeskludi miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn. Ma hemmx miżuri ta' darba jew miżuri temporanji oħrajn mis-sena 2010 sas-sena 2014 skont l-aktar programm reċenti u skont it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa tal-2009.

Sors:

Programm ta’ Stabbiltà (PS); It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/17


OPINJONI TAL-KUNSILL

dwar il-programm ta’ konverġenza aġġornat tal-Polonja, 2009-2012

2010/C 143/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPINJONI:

(1)

Fis-26 ta’ April 2010 l-Kunsill eżamina l-programm ta’ konverġenza aġġornat tal-Polonja, li jkopri l-perijodu mill-2009 sal-2012.

(2)

Bil-PDG reali stmat li żdied b'1,7 %, il-Polonja kienet l-unika pajjiż tal-UE li rreġistrat tkabbir pożittiv fl-2009. Din il-prestazzjoni tirrifletti ġabra ta' fatturi favorevoli li jinkludu pedamenti sodi fil-bidu tal-kriżi, settur finanzjarju sod u kapitalizzat tajjeb, grad relattivament baxx ta' ftuħ tal-ekonomija, waqgħa konsiderevoli tal-munita Pollakka fi stadju bikri tal-kriżi, kif ukoll politiki akkomodattivi monetarji, u fiskali f'waqthom.

Waqt li xi fatturi li appoġġaw it-tkabbir huma ta' natura temporanja – il-marġini għal politika fiskali ta' appoġġ fil-biċċa l-kbira għebet u r-rata tal-kambju issa qiegħda togħla – il-viżjoni ekonomika Pollakka tjiebet b'mod sinifikanti fl-aħħar xhur. L-isfidi ewlenin għas-snin li ġejjin ser ikunu li l-finanzi tal-gvern jinġabu lura għal pożizzjoni sostenibbli u li jiġi żgurat proċess kontinwu ta' rkupru mingħajr kompromessi fuq l-istabbiltà fiskali u makroekonomika. Il-Polonja ma użatx iż-żmien ekonomikament tajjeb (2006-2008) biex tikkonsolida l-finanzi pubbliċi tagħha, u l-iżbilanċ strutturali tal-gvern (jiġifieri l-bilanċ nett aġġustat ċiklikament minn miżuri ta' darba, u oħrajn temporanji kkalulati f'konformità mal-metodu bi qbil komuni abbażi tad-data fil-programm aġġornat) huwa stmat li laħaq 7 % tal-PDG fl-2009. Abbażi tan-notifikazzjoni tal-Proċedura ta' Żbilanċ Eċċessiv (EDP) ta' April 2009 mill-awtoritajiet Pollakki ta' żbilanċ tal-gvern ta' 3,9 % tal-PDG għall-2008, fis-7 ta' Lulju 2009 il-Kunsill iddeċieda li kien jeżisti żbilanċ eċċessiv u rrakkomanda li jiġi kkoreġut sal-2012.

(3)

Għalkemm il-biċċa kbira mit-tnaqqis osservat fil-PDG attwali fil-kuntest tal-kriżi huwa ċikliku, il-livell tal-potenzjal ukoll ġie affettwat b'mod negattiv. Barra minn hekk, il-kriżi tista' taffettwa wkoll it-tkabbir potenzjali fil-perijodu medju permezz ta' investiment aktar baxx, restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta' kreditu u żieda fil-qgħad strutturali, għalkemm l-effetti għandhom ikunu anqas severi fil-Polonja minħabba l-iskala iżgħar tad-distruzzjoni tal-kapital u s-suq flessibbli tax-xogħol tagħha. Barra minn hekk, l-impatt tal-kriżi ekonomika jaggrava l-effetti negattivi tat-tixjiħ demografiku fuq il-produzzjoni potenzjali u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. F’dan il-kuntest ser ikun essenzjali li jitħaffef il-pass tar-riformi strutturali bil-għan li jiġi sostnut it-tkabbir potenzjali. B'mod partikulari, minħabba r-rata baxxa tal-impjieg tal-Polonja u l-ħtieġa għal riformi b'appoġġ għal proċess li għaddej ta' rkupru, ser ikun importanti li jittieħdu miżuri ulterjuri li jrawmu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, itejbu l-ambjent kummerċjali, u jistimolaw l-infiq fir-Riċerka u l-Iżvilupp.

(4)

Ix-xenarju makroekonomiku ta' bażi li fuqu huma bbażati l-previżjonijiet baġitarji fil-programm jipprevedi li t-tkabbir reali fil-PDG ser jiżdied minn 1,7 % fl-2009 għal 3 % fl-2010, 4,5 % fl-2011 u 4,2 % fl-2012. Meta vvalutata mal-informazzjoni attwalment disponibbli (2), l-assunzjoni għal tkabbir reali tal-PDG tidher kemxejn favorevoli u l-assunzjonijiet għall-2011 u l-2012 jidhru favorevoli. Il-programm jippreżenta alternattiva, “xenarju ta' riskju” bi tkabbir reali tal-PDG aktar baxx ta' 2,7 % fl-2010, 3,7 % fl-2011 u 3,5 % fl-2012, li aktar jidher plawsibbli. Meta jittieħed kont tal-informazzjoni reċenti, il-previżjoni fil-programm ta' rkupru gradwali fl-impjieg matul il-perijodu 2010-1012 jidher plawsibbli, speċjalment billi l-aġġustament pront tal-pagi reali jidher li qed ipatti għall-effetti ta' tnaqqis fl-impjiegi. Il-previżjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni, li juru tnaqqis ta' madwar 2 % fl-2010 flimkien ma' valur ta' munita li qed jogħla u pressjoni kkontrollata ta' pagi b'segwitu ta' rkupru moderat li jkompli f'konformità ma' sitwazzjoni ekonomika li qed titjieb, huma realistiċi.

(5)

Fil-programm l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali fl-2009 huwa ta' 7,2 % tal-PDG. Id-deterjorazzjoni sinifikanti minn żbilanċ ta' 3,6 % tal-PDG fl-2008 tirrifletti b'mod ġenerali l-impatt tal-kriżi fuq il-finanzi tal-gvern, iżda kienet riżultat ukoll ta' miżuri ta' stimolu li jammontaw għal madwar 2 % tal-PDG li l-gvern implimenta fl-2009 f'konformità mal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku (PERE). Tnaqqis fit-taxxa tad-dħul personali (deċiż fl-2007), żieda f'investiment pubbliku u indiċizzazzjoni ta' trasferimenti soċjali kienu l-elementi ewlenin tal-stimolu. Min-naħa l-oħra, l-iżbilanċ imġarrab fl-2009 kien ikun ħafna agħar kieku ma ġewx implimentati miżuri għal tnaqqis stmati għal madwar 1,5 punti perċentwali (tnaqqis fl-infiq amministrattiv u żieda fid-dividend minn intrapriżi tal-istat). Minkejja dawn il-miżuri, il-bilanċ strutturali iddeterjora b'aktar minn 2 punti perċentwali tal-PDG fl-2009, li jirrifletti wkoll infiq żejjed f'xi setturi sekondarji (3) tal-gvern ġenerali u kompożizzjoni ta' tkabbir xejn favorevoli.

Minkejja l-livell għoli milħuq mill-iżbilanċ strutturali u l-irkupru qawwi previst fl-attività ekonomika, il-programm ibassar strateġija ta' ħruġ gradwali, b'konsolidazzjoni fiskali moderata ppjanata fl-2010-2011.

(6)

Il-programm jipprevedi tnaqqis żgħir fl-iżbilanċ tal-gvern għal 6,9 % tal-PDG fl-2010. Dan għandu jintlaħaq permezz ta' żieda kbira fil-proporzjon tad-dħul (ta' 2,2 punti perċentwali) li għandha tpatti sew għal żieda għolja fil-proporzjon tal-infiq (ta' 1,9 punti perċentwali), prinċipalment minħabba żieda fl-infiq kapitali (parzjalment iffinanzjata mill-fondi tal-UE). Il-miżuri ta' konsolidazzjoni ewlenin huma żieda f'xi dazji tas-sisa u kważisisa (madwar 0,2 % tal-PDG) u tnaqqis fiż-żieda fil-pagi u fis-salarji fil-baġit ċentrali (0,3 % tal-PDG) li flimkien jammontaw għal 0,5 % tal-PDG. It-titjib fil-bilanċ strutturali huwa stmat għal 0,8 punti perċentwali tal-PDG, u għandu jirrifletti wkoll kompożizzjoni favorevoli ta' tkabbir li twassal għal elastiċità tat-taxxa ogħla min-normal. L-isforz fiskali implikat mill-pjanijiet attwali huwa iżgħar mill-medja annwali rrakkomandata mill-Kunsill f'Lulju 2009 għall-perijodu 2010-2012 (talanqas 1,25 % tal-PDG).

(7)

L-għan ewlieni tal-istrateġija baġitarja tal-programm għall-perijodu medju huwa li jitnaqqas l-iżbilanċ għal anqas mill-valur ta' referenza tal-iżbilanċ ta' 3 % tal-PDG sal-2012, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 104(7) TKE. Madankollu, l-aġġustament ippjanat huwa kkunsidrat bħala deferit għal iktar tard: huwa previst li l-bilanċ prinċipali ser jitjieb b'0,3 punti perċentwali tal-PDG fl-2010, b'1 punt perċentwali tal-PDG fl-2011 u bi 3 punti perċentwali tal-PDG fl-2012. Il-bilanċ strutturali għandu jitjieb b'0,8-0,9 punti perċentwali tal-PDG kull sena fl-2010-2011, u bi 3 punti perċentwali tal-PDG fl-2012. Biex jikkumpensa għal pożizzjoni tal-bidu tal-iżbilanċ prinċipali fl-2009 li kien agħar minn dak previst fil-waqt tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, l-isforz strutturali annwali medju għall-perijodu 2010-2012 jkun madwar 1,5 perċentwal tal-PDG, kemxejn ogħla minn dak irrakkomandat fir-rakkomandazzjoni mill-Kunsill taħt il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv. Il-konsolidazzjoni fis-snin 2011-2012 hija primarjament ibbażata fuq l-infiq iżda ma għandhiex appoġġ suffiċjenti minn miżuri konkreti L-impatt totali nett tal-miżuri mħabbra, jiġifieri dawk inklużi fil-“Pjan għall-Iżvilupp u l-Konsolidazzjoni tal-Finanzi” tad-29 ta' Jannar 2010, li għalih jirreferi sikwit il-programm ta' konverġenza, ma jaqbiżx in 0,5 % tal-PDG matul il-perijodu 2011-2012 (4). Il-programm jikkonferma l-impenn għall-objettiv għall-perijodu medju (MTO) ta' bilanċ tal-gvern ta' –1 % tal-PDG f'termini strutturali. Fid-dawl tal-previżjonijiet l-iktar reċenti u l-livell tad-dejn, l-MTO jirrifletti tajjeb ferm l-objettivi tal-Pattt. Madankollu, il-programm ma jipprevedix li dan jinkiseb fil-perijodu tal-programm.

(8)

Ir-riżultati baġitarji jistgħu jkunu agħar minn dawk previsti fil-programm tul il-perijodu kollu tal-programm. L-ewwel nett, it-tkabbir reali tal-PDG jista' jkun anqas favorevoli minn dak previst, li jiġi jfisser dħul mit-taxxa aktar baxx minn dak mistenni. Skont il-programm, jekk isseħħ l-alternattiva, xenarju aktar kawtel u plawsibbli, l-iżbilanċ fl-2012 ikun qrib il-5 % tal-PDG, u l-iżbilanċ eċċessiv ma għandux jiġi kkoreġut fid-data tal-iskadenza stipulata mill-Kunsill. It-tieni nett, il-miri fiskali għall-2011 u l-2012 ma għandhomx appoġġ minn miżuri konkreti. Il-kalendarju elettorali mimli għas-sentejn li ġejjin (elezzjonijiet presidenzjali u lokali fil-ħarifa tal-2010, l-elezzjonijiet parlamentari fil-ħarifa tal-2011), iqajmu mistoqsijiet dwar meta dawn il-miżuri ser jiġu speċifikati u implimentati. It-tielet, il-Polonja għandha storja mħallta dwar il-kisba tal-miri tal-infiqa tal-gvern ġenerali speċifikati fl-aġġornamenti sussegwenti tal-Programmi ta' Konverġenza, u l-inizjattivi ġodda biex isaħħu l-qafas fiskali jistgħu ma jkunux suffiċjenti biex ibiddlu dan ir-ritmu matul iż-żmien kopert mil-programm. Ir-regola tal-infiq “temporanja” ġdida li għandha tiġi implimentata sakemm tiġi introdotta r-regola tal-infiq “fil-mira”, tkopri parti żgħira ħafna mill-infiq tal-gvern (anqas minn 15 %) u għandha tirriżulta f'aġġustament annwali żgħir, anke jekk tiġi implimentata kompletament (anqas minn 0,2 % tal-PDG kull sena fl-2011-2012) (5). B'mod ġenerali, ir-riżultati baġitarji jistgħu jkunu agħar minn dawk previsti fil-programm.

(9)

Id-dejn gross tal-gvern huwa stmat li laħaq 50,7 % tal-PDG fl-2009, 'il fuq minn 47,2 % fl-2008. Dan il-proporzjon huwa previst li jiżdied b'5 punti perċentwali matul il-perijodu tal-programm, u jilħaq il-livell ta' madwar 56 % tal-PDG fl-2012 iżda jibqa' taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat, xprunat prinċipalment minn żbilanċi għoljin tal-gvern. Huwa previst dħul importanti minn privatizzazzjoni ppjanata għall-2010 li ser trażżan iż-żieda fil-proporzjon tad-dejn. Madankollu, fid-dawl ta' kondizzjonijiet tas-suq li għadhom batuti u prestazzjoni aktar baxxa minn dik prevista fil-pjanijiet tal-privatizzazzjoni tal-passat, id-dħul jista' jkun anqas milli mistenni. Taħt xenarju makroekonomiku differenti u politiki mhux mibdula, is-servizzi tal-Kummissjoni pprevedew fil-previżjoni tagħhom tal-Ħarifa 2009, proporzjon ta' dejn li jikser il-limitu massimu ta' 60 % tal-PDG fl-2011. Waqt li fid-dawl ta' data reċenti din il-previżjoni tidher aktarx għolja, il-proporzjon ta' dejn fis-snin li ġejjin jista' jkun ogħla minn dak previst fil-programm.

(10)

Il-previżjonijiet tad-dejn għall-perijodu medju sal-2020, li jassumu li r-rati tat-tkabbir tal-PDG ser jirkupraw gradwalment għall-valuri previsti qabel il-kriżi, li l-proporzjonijiet tat-taxxa ser jerġgħu lura għal-livelli ta' qabel il-kriżi u li jinkludu żieda prevista fl-infiq relatat mat-tixjiħ juru li l-iżvilupp baġitarju previst fil-programm, meqjus b'valur nominali u b'ebda bidla fil-politika, huwa aktar milli biżżejjed biex jistabbilizza l-proporzjon tad-dejn sal-2020. Il-programm jirreferi għal riformi li jappoġġaw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fit-tul (ġew inklużi l-professjonijiet bl-uniformi fil-pensjonijiet ġenerali riformati, l-età tal-irtirar, il-fond tas-sigurtà soċjali tal-bdiewa, u t-tnaqqis fil-benefiċji tad-diżabbiltà). Dawn il-miżuri waqt li huma importanti ħafna għall-bilanċ tal-gvern u għall-iżvilupp fis-suq tax-xogħol fit-tul, huma intenzjonati biex jiġu implimentati gradwalment, u għalhekk, ma għandux ikollhom effetti sinifikanti fuq il-bilanċ tal-gvern fil-perijodu tal-programm.

(11)

L-impatt baġitarju tat-tixjiħ għall-perijodu fit-tul huwa sinifikament aktar baxx mill-medja tal-UE, li jirrifletti t-tnaqqis ippjanat fl-infiq pubbliku fuq il-pensjonijiet. Madankollu, il-qagħda baġitarja fl-2009 tikkawża lakuna ċara fis-sostenibbiltà għall-perijodu fit-tul. L-iżgurar ta’ bilanċi pożittivi primarji għola fil-perijodu medju, kif diġà previst fil-programm, għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi li ġew ivvalutati bħala medji fir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà tal-Kummissjoni għall-2009 (6).

(12)

Hemm lok ta' titjib fil-qafas fiskali tal-Polonja. Il-Polonja għandha tip wieħed ta' regola fiskali, ibbażata fuq tliet limiti massimi ta' dejn (50 %, 55 % u 60 % tal-PDG, l-aħħar wieħed inkorporat fil-Kostituzzjoni), li meta jinkiser iwassal għal miżuri fiskali ta' konsolidazzjoni dejjem akbar. F'dak li jirrigwarda l-infiq, il-qafas istituzzjonali ma jiżgurax kontroll suffiċjenti tal-infiq u jirriżulta f'nuqqasijiet rikorrenti fl-infiq. L-awtoritajiet ħadu azzjoni biex itejbu l-qafas fiskali fl-2009. Huma għamlu r-regola eżistenti tad-dejn iktar restrittiva, bl-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi addizzjonali fuq it-tip ta' miżuri li jridu jiġu implimentati ladarba d-dejn pubbliku jaqbeż il-55 % tal-PDG (definizzjoni nazzjonali, mhux-ESA95). Il-perijodu tal-ippjanar fiskali għall-baġit ċentrali tal-istat ġie estiż minn 3 għal 4 snin. Saret xi riorganizzazzjoni tal-amministrazzjoni ġenerali bl-għan li tiżdied it-trasparenza tal-kontijiet pubbliċi. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet qed jippjanaw it-tisħiħ tal-qafas fiskali, li jinkludu regoli dwar l-infiq “temporanju” u “fil-mira”. Madankollu r-regola dwar it-“temporanju” tkopri biss il-parti mhix obbligatorja tal-baġit ċentrali tal-istat (li teskludi l-investiment pubbliku), li attwalment huwa anqas minn 15 % tal-infiq tal-gvern ġenerali. Waqt li dawn l-azzjonijiet ser jiffaċilitaw l-isforzi ta' konsolidazzjoni futuri, mhumiex sostituti għal miżuri meħtieġa biex tkun appoġġata t-triq ta' konsolidazzjoni inkluża fil-programm.

(13)

Meta wieħed jeżamina l-kompożizzjoni tal-infiq pubbliku, il-Polonja għandha sehem relattivament għoli tal-infiq pubbliku allokat għal protezzjoni soċjali li jirriżulta fi nfiq relattivament baxx f'xi kategoriji li jixprunaw it-tkabbir (innovazzjoni, Riċerka u Żvilupp) u l-kura tas-saħħa. Barra minn hekk, jidher li hemm lok għal titjib fl-effiċjenza tal-infiq pubbliku f'oqsma bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni. Fir-rigward tad-dħul, il-piż tat-taxxa huwa qrib il-medja tal-UE, iżda s-sistema komplessa tat-taxxa u l-ġbir tat-taxxi għandha tibbenefika jekk tiġi ssimplifikata aktar. Mill-2005, l-awtoritajiet Pollakki fasslu, u implimentaw gradwalment l-ibbaġitjar tal-prestazzjoni, li huwa mistenni li jtejjeb kemm l-effiċjenza u l-effettività tal-infiq tal-gvern fis-snin li ġejjin. Il-baġit għall-2010 kabbar il-kamp ta' applikazzjoni għall-ibbaġitjar tal-prestazzjoni, peress li huma koperti partijiet addizzjonali tas-settur tal-gvern ġenerali huma koperti u ġew inklużi kategoriji addizzjonali tal-infiq. L-ewwel baġit ċentrali li huwa kopert kompletament mill-ibbaġitjar tal-prestazzjoni huwa mistenni li jiġi implimentat fl-2013.

(14)

B'mod ġenerali, l-istrateġija baġitarja għall-2010 stipulata fil-programm hija ġeneralment konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skont l-Artikolu 104(7) tat-TKE tas-7 ta' Lulju 2009. Madankollu, b'kont meħud tar-riskji, l-istrateġija baġitarja, mill-2011, ma tidhirx konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. L-isforz strutturali annwali medju ppjanat għall-perijodu 2010-2012 huwa 1½ % tal-PDG, kemxejn ogħla minn dak irrakkomandat fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv. Madankollu, il-konsolidazzjoni fiskali hija konsiderevolment deferita għal iktar tard, il-miri tal-iżbilanċ huma bbażati fuq assunzjonijiet ta' tkabbir favorevoli, u t-tfaddil ippjanat fuq l-infiq mhux appoġġat b'miżuri konkreti biżżejjed. Fid-dawl tal-prestazzjoni ekonomika tajba tal-Polonja matul il-kriżi, l-irkupru previst mill-awtoritajiet mill-2010 'l quddiem, l-iżbilanċ strutturali għoli tal-gvern, u l-objettiv tal-awtoritajiet biex jikkoreġu l-iżbilanċ eċċessiv sal-2012, strateġija fiskali ta' konsolidazzjoni bi ħlas bil-quddiem għandha tkun adatta. Fl-2010, il-baġit għandu jiġi implimentat b'mod rigoruż, kull fejn possibbli għandu jkun hemm esekuzzjoni mnaqqsa tal-pjanijiet għall-infiq kurrenti primarju, u d-dħul mhux mistenni jiġi allokat għat-tnaqqis tal-iżbilanċ. Il-miri tal-gvern għall-iżbilanċ fl-2011-2012 għandhom ikunu appoġġati b'miżuri mdaqqsa addizzjonali, li għandhom jiżguraw ukoll marġini adegwat f'każ li x-xenarju makroekonomiku ta' bażi inkluż fil-programm ma jseħħx.

(15)

Fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ data speċifikati fil-kodiċi tal-imġiba għal programmi ta’ stabbiltà u konverġenza, il-programm jipprovdi d-data meħtieġa kollha u l-parti l-kbira tad-data fakultattiva (7). Il-Kunsill, fir-rakkomandazjonijiet tiegħu, skont l-Artikolu 104(7) TKE tas-7 ta' Lulju 2009, stieden ukoll lill-Polonja biex tirrapporta dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill f'kapitolu separat fl-aġġornamenti tal-programmi ta' konverġenza. Il-Polonja kkonformat parzjalment ma' din ir-rakkomandazzjoni. B'mod partikolari, il-miżuri dettaljati li huma meħtieġa biex inaqqsu l-iżbilanċ 'l isfel mill-valur ta' referenza sal-2012 u r-riformi biex jikkontrollaw l-infiq attwali primarju fis-snin li ġejjin, mhumiex spjegati biżżejjed.

Fl-aħħar nett, il-konklużjoni hija li waqt li l-Polonja qed tippjana biex tikkoreġi l-iżbilanċ eċċessiv tagħha sal-2012 f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv, l-aġġustament fiskali huwa konsiderevolment deferit għal iktar tard, il-parti l-kbira tat-tnaqqis tal-iżbilanċ huwa previst li jseħħ fl-2012, u l-miri għall-iżbilanċ fil-programm huma soġġetti għal riskji sinifikanti potenzjalment negattivi, kemm għad-dħul kif ukoll għall-infiq. Bil-ħsieb tal-irkupru previst mill-awtoritajiet mill-2010 u l-iżbilanċ strutturali kbir tal-gvern, tkun adatta strateġija fiskali ta' konsolidazzjoni bi ħlas bil-quddiem. Ir-riskji għall-miri fiskali jirriflettu b'mod favorevoli tkabbir reali fil-PDG, nuqqas ta' miżuri mdaqqsa konkreti b'appoġġ għal miri fiskali mill-2011 'il quddiem, storja ta' nuqqasijiet fl-infiq kurrenti meta mqabbla mal-pjanijiet u l-impatt taċ-ċiklu elettorali. Huma mixtieqa pjanijiet għat-tisħiħ tal-qafas fiskali, b'mod partikulari permezz ta' regoli dwar l-infiq. Fir-rigward tar-regola dwar l-infiq “temporanja”, ikun adatt grad ogħla ta' ambizzjoni, notevolment f'termini tas-sehem tal-finanzi tal-gvern koperti mir-regola.

Minħabba l-valutazzjoni ta’ hawn fuq u wkoll fid-dawl tar-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 104(7) TKE tas-7 ta’ Lulju 2009, kif ukoll minħabba l-ħtieġa li tkun żgurata konverġenza sostenibbli, il-Polonja hija mistiedna biex:

(i)

timplimenta l-baġit għall-2010 b'mod rigoruż, kull fejn possibbli tnaqqas l-esekuzzjoni tal-pjanijiet għall-infiq kurrenti primarju u talloka dħul mhux mistenni għat-tnaqqis tal-iżbilanċ;

(ii)

issaħħaħ l-aġġustament baġitarju ppjanat fl-2011 sabiex tikseb l-isforz fiskali annwali medju ta' 1,25 % tal-PDG f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Artikolu 104(7) u tkun lesta biex tadotta aktar miżuri ta' konsolidazzjoni fl-2011 u l-2012 f'każ li r-riskji relatati mall-fatt li x-xenarju tal-programm ikun aktar favorevoli mix-xenarju li fuqu hija bbażata r-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 104(7) TKE;

(iii)

tipproċedi bit-tisħiħ tal-qafas fiskali, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta' regola għall-infiq li tkopri sehem akbar mill-infiq primarju tal-gvern ġenerali mir-regola “temporanja” ppreżentata fil-Programm ta' Konverġenza, b'mekkaniżmi ta' monitoraġġ u infurzar adatti. Dan ikun jirrikjedi t-tnaqqis tal-proporzjon tal-infiq statutorju mill-infiq totali.

Il-Polonja hija wkoll mistiedna biex iżżid, fl-aġġornament tagħha li jmiss tal-programm ta' konverġenza, tagħrif iktar preċiż fil-kapitolu separat dwar il-progress milħuq biex tintemm is-sitwazzjoni ta' żbilanċ eċċessiv, kif mitlub mill-Kunsill fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 104(7) tas-7 ta' Lulju 2009.

Tqabbil tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju ewlieni

 

2008

2009

2010

2011

2012

PDG reali

(bidla f’%)

PK Frar 2010

5,0

1,7

3,0

4,5

4,2

COM Nov 2009

5,0

1,2

1,8

3,2

m.d.

PK Diċ 2008

5,1

3,7

4,0

4,5

m.d.

Inflazzjoni tal-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur –(IAPK)

(%)

PK Frar 2010

4,2

4,0

2,1

2,7

3,2

COM Nov 2009

4,2

3,9

1,9

2,0

m.d.

PK Diċ 2008

4,2

2,9

2,5

2,5

m.d.

Differenza fil-produzzjoni (attwali/potenzjali) (8)

(% tal-PDG potenzjali)

PK Frar 2010

2,4

–0,4

–1,7

–1,5

–1,5

COM Nov 2009 (9)

2,6

–0,4

–2,2

–2,3

m.d.

PK Diċ 2008

1,0

–0,1

–0,6

–0,5

m.d.

Tislif/self nett fir-rigward tal-bqija tad-dinja

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

–4,0

–0,1

–1,1

–0,0

–0,8

COM Nov 2009

–4,0

–0,2

–0,3

–0,7

m.d.

PK Diċ 2008

–4,0

–1,8

–1,3

–1,5

m.d.

Dħul tal-amministrazzjoni pubblika

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

39,6

37,4

39,6

40,3

40,3

COM Nov 2009

39,6

37,6

38,6

38,3

m.d.

PK Diċ 2008

39,8

40,7

40,0

39,7

m.d.

Nefqa tal-amministrazzjoni pubblika

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

43,3

44,6

46,5

46,2

43,3

COM Nov 2009

43,3

44,0

46,1

45,9

m.d.

PK Diċ 2008

42,6

43,2

42,4

41,7

m.d.

Bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

–3,6

–7,2

–6,9

–5,9

–2,9

COM Nov 2009

–3,6

–6,4

–7,5

–7,6

m.d.

PK Diċ 2008

–2,7

–2,5

–2,3

–1,9

m.d.

Bilanċ ewlieni

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

–1,4

–4,8

–4,2

–3,1

–0,2

COM Nov 2009

–1,4

–3,8

–4,6

–4,6

m.d.

PK Diċ 2008

–0,3

0,1

0,2

0,5

m.d.

Bilanċ aġġustat ċiċlikament (8)

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

–4,6

–7,0

–6,2

–5,3

–2,3

COM Nov 2009

–4,7

–6,3

–6,6

–6,7

m.d.

PK Diċ 2008

–3,1

–2,5

–2,1

–1,7

m.d.

Bilanċ strutturali (10)

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

–4,6

–7,0

–6,2

–5,3

–2,3

COM Nov 2009

–4,7

–6,4

–6,6

–6,7

m.d.

PK Diċ 2008

–3,1

–2,5

–2,3

–1,7

m.d.

Dejn gross tal-gvern

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

47,2

50,7

53,1

56,3

55,8

COM Nov 2009

47,2

51,7

57,0

61,3

m.d.

PK Diċ 2008

45,9

45,8

45,5

44,8

m.d.

Programm ta' konverġenza (PK); Il-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa (COM); Il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fuq il-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/index_mt.htm

(2)  Il-valutazzjoni tieħu notevolment kont tat-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009, kif ukoll informazzjoni oħra li saret disponibbli minn dakinhar, partikolarment il-previżjoni interim tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ Frar 2010.

(3)  Dan jeskludi s-settur sekondarju tal-gvern ċentrali fejn kien hemm esekuzzjoni nieqsa tan-nefqa minkejja dħul ogħla.

(4)  In 0,5 % tal-PDG jinkludi l-impatt tar-regola tal-infiq kif speċifikat fl-ewwel pakkett ta' riformi ppreżentat lill-President.

(5)  Fil-programm hemm ippjanat l-introduzzjoni ta' żewġ regoli tal-infiq: l-ewwel regola “temporanja” li tkopri biss parti żgħira tal-infiq tal-gvern ġenerali. Din ir-regola ser tidħol fis-seħħ sakemm l-iżbilanċ strutturali tal-gvern ġenerali jilħaq l-MTO (żbilanċ ta' 1 % tal-PDG). Imbagħad, l-awtoritajiet qed jippjanaw li jintroduċu regola tal-infiq “fil-mira” (l-objettiv ikun li l-iżbilanċ strutturali jinżamm f'1 % tal-PDG), li għandu jkopri sehem akbar mill-infiq tal-gvern.

(6)  Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2009 dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi “il-Kunsill appella lill-Istati Membri biex jiffokaw l-attenzjoni fuq strateġiji mmirati lejn is-sostenibbiltà fil-programmi futuri tagħhom tal-istabbiltà u l-konverġenza” u kompla biex “stieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Kumitat tal-Politika Ekonomika u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, biex jissoktaw fl-iżvilupp ta' metodoloġiji għal valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq medda twila taż-żmien fil-ħin għar-rapport ta' Stabbiltà li jmiss” (traduzzjoni mhux uffiċjali), li huwa previst għall-2012.

(7)  B'mod partikulari, l-estimi tal-kontribuzzjonijiet minn fatturi ta' produzzjoni individwali għat-tkabbir potenzjali u l-previżjonijiet għall-perijodu fit-tul ma ngħatawx.

(8)  Id-differenzi fil-produzzjoni reali u potenzjali u l-bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-programmi.

(9)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat għal 5,0 %, 4,2 %, 3,7 % u 3,3 % rispettivament fil-perijodu 2008-2011

(10)  Bilanċ aġġustat ċiklikament li jeskludi miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn. Skont il-programm l-aktar riċenti ma hemmx miżuri ta' darba, u, skont il-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa 2009, fl-2009 kien hemm 0,1 % tal-PDG, bħala tnaqqis fl-iżbilanċ.

Sors:

Programm ta' konverġenza (PK); Il-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa (COM); Il-kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/22


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 143/05

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

25.1.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 194/09

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Liquidation aid to Bradford & Bingley

Il-bażi legali

Banking (Special Provisions) Act 2008

The Bradford & Bingley plc Transfer of Securities and Property etc. Order 2008

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija, Għajnuna tal-għeluq

Il-forma tal-għajnuna

Self b'rata ta' imgħax baxxa, Garanzija, Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

25.1.2010 – It-tmiem tal-likwidazzjoni

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

The Commissioners for Her Majesty's Treasury

1 Horse Guards Road

London

SW1A 2HQ

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

30.3.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 11/10

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Rescue measure in favour of INBS

Il-bażi legali

Building Societies Act 1989, CIFS Act 2008

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 2 700 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Irish Minister for Finance

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.4.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 41/10

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Rīga

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Investīciju atbalsts VAS “Starptautiskā lidosta “Rīga” ”

Il-bażi legali

15.12.2009. MK noteikumi Nr. 1476 “Noteikumi par darbības programmas “Infrastruktūra un pakalpojumi” papildinājuma 3.3.1.4. aktivitāti “Lidostu infrastruktūras attīstība” ”

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp settorjali, Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 124 miljun

L-intensità

75 %

It-tul ta' żmien

1.5.2010–31.12.2020

Setturi ekonomiċi

Trasport tal-ajru

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Satiksmes ministrija

Gogoļa iela 3

Rīga, LV-1743

LATVIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

10.5.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 116/10

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Änderung der Regelung für Innovationsbeihilfen an den Schiffbau

Il-bażi legali

Richtlinie des Bundesministeriums für Wirtschaft und Technologie zum Förderprogramm „Innovativer Schiffbau sichert wettbewerbsfähige Arbeitsplätze“

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Innovazzjoni

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: EUR 22 miljun

Baġit globali: EUR 45 miljun

L-intensità

20 %

It-tul ta' żmien

1.5.2010–31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Bini ta' vapuri

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Wirtschaft und Technologie

Scharnhorststr. 34-37

10115 Berlin

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/25


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5874 – Barclays/Blackstone/Portfolio Hotels)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 143/06

Fil-21 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5874. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/26


Komunikazzjoni skond l-Artikolu 12 (5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92, dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

2010/C 143/07

Informazzjoni Tariffarja Obbligatorja ma tibqax valida minn dan il-jum jekk issir inkompatibbli mal-interpretazzjoni tan-nomenklatura doganali bħala riżultat tal-miżuri tariffarji internazzjonali li ġejjin:

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata u l-Kompendju ta' Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni, approvati mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (dok CCC NC1500 – rapport tal-44 Sessjoni tal-Kumitat HS):

EMENDI TAN-NOTI TA' SPJEGAZZJONI LI JRIDU JSIRU SKONT IL-PROĊEDURA TAL-ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI HS U L-OPINJONIJIET DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI EDITJATI MILL-KUMITAT HS TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI

(IS-44 SESSJONI TAL-HSC – OTTUBRU 2009)

DOK. NC1500

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura fl-anness tal-Konvenzjoni HS

84.15

K/16

84.19

K/18

84.33

K/2

85.36

K/1

90.28

K/4

95.04

K/17


Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni approvati mill-Kumitat HS

3002.10/4

K/9

3002.10/5

K/9

3404.90/1

K/10

3504.00/2

K/11

3824.90/18

K/12

3923.90/1

K/13

4014.90/1

K/14

4016.93/2

K/15

9503.00/9 (Emenda tal-bażi legali)

K/5

Informazzjoni dwar il-kontenut ta' dawn il-miżuri tista' tinkiseb mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni Ewropea (rue de la Loi/Wetstraat 200, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË) jew tista' titniżżel mis-sit tal-internet tad-Direttorat-Ġenerali:

http://ec.europa.eu/comm/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/harmonised_system/index_en.htm


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/27


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

1,00 % fl-1 ta’ Ġunju 2010

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta’ Ġunju 2010

2010/C 143/08

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2155

JPY

Yen Ġappuniż

110,65

DKK

Krona Daniża

7,4393

GBP

Lira Sterlina

0,83470

SEK

Krona Żvediża

9,6163

CHF

Frank Żvizzeru

1,4183

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9420

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,628

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

276,62

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,1140

RON

Leu Rumen

4,1868

TRY

Lira Turka

1,9288

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4595

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2766

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4720

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8056

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7193

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 478,29

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,3929

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3021

HRK

Kuna Kroata

7,2590

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 249,90

MYR

Ringgit Malażjan

4,0203

PHP

Peso Filippin

56,709

RUB

Rouble Russu

38,0290

THB

Baht Tajlandiż

39,607

BRL

Real Brażiljan

2,2262

MXN

Peso Messikan

15,7893

INR

Rupi Indjan

57,3170


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/28


AVVIŻ TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PERMESS TA' TIFTIX TA' IDROKARBONJI LIKWIDI U GASSUŻI BL-ISEM COSTA DEL SOLE

REPUBBLIKA TALJANA – REĠJUN TA' SQALLIJA

MINISTERU REĠJONALI GĦALL-ENERĠIJA U S-SERVIZZI PUBBLIĊI – DIPARTIMENT REĠJONALI TAL-ENERĠIJA

SERVIZZ – UFFIĊĊJU REĠJONALI GĦALL-IDROKARBONJI U L-ENERĠIJA ĠEOTERMIKA (U.R.I.G.)

2010/C 143/09

Il-kumpanija Apennine Energy s.r.l. bl-uffiċċju rreġistrat f'Ruma, via Alberico II 31 CAP 00193 (C.F./P.IVA 01348720358) u rreġistrata fil-Kamra tal-Kummerċ ta' Ruma bin-numru 01348720358, f'applikazzjoni bid-data tat-18 ta' Diċembru 2009 indirizzata lill-ex Ministru Reġjonali għall-Industrija, l-awtorità kompetenti għall-għoti ta' permessi minerarji fir-Reġjun ta' Sqallija, bl-uffiċċju reġistrat tagħha fl-indirizz via Ugo La Malfa Nru 87/89, kodiċi postali 90146 Palermo, talbet biex jingħatalha, skont il-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14 tat-3 ta' Lulju 2000, bi traspożizzjoni u applikazzjoni tad-Direttiva 94/22/KE, il-liċenzja għat-tiftix ta' idrokarbonji likwidi u gassużi tradizzjonalment imsejħa “Costa del Sole”, f'żona ta' estensjoni ta' 4 152 ettaru (Km2 41,52) li tinsab fuq il-kosta tan-Nofsinhar ta' Sqallija, fil-provinċja ta' Caltanissetta. Il-muniċipalitajiet ikkonċernati minnha huma Butera u Gela.

Min-naħa tan-Nofsinhar, iż-żona msemmija hawn fuq tmiss mal-baħar matul il-kosta bejn il-vertiċi “D” u “E” u ma' żoni liberi fid-direzzjonijiet l-oħra.

Iż-żona tar-riċerka hija ddelimitata minn linja kontinwa identifikata minn 7 vertiċi, u parti mil-linja tal-kosta bejn il-vertiċi “D” u “E”.

Dawn il-vertiċi huma definiti hekk:

A.

AIl-punt tax-xifer tal-Lbiċ ta' Casa Savorni f'altitudni ta' 100 metru (F. 272 III NE).

B.

Il-punt trigonometriku f'altitudni ta' 289 metru tar-Rocca d’Adamo (F.272 III NE).

C.

Il-punt trigonometriku f'altitudni ta' 75 metru tat-Torre Manfria(F.272 III NE).

D.

Il-punt fejn l-estensjoni tal-linja li tgħaqqad il-vertiċi B-C tiltaqa' mal-linja tal-kosta (F.272 III NE).

E.

Il-punt fejn l-estensjoni tal-linja li tgħaqqad il-vertiċi F-G tiltaqa' mal-linja tal-kosta(F.272 III NO).

F.

Il-punt trigonometriku f'altitudni ta' 18-il metru tal-Kastell ta' Falconara (F. 272 III NO).

G.

Il-punt tax-xifer tal-Lbiċ tad-djar La Tenutella f'altitudni ta' 59 metru (F. 272 III NE).

Koordinati ġeografiċi

Vertiċi

Lonġitudini E (M.Mario)

Latitudni Tramuntana

A

1° 42′ 23,39″

37° 09′ 49,46″

B

1° 43′ 35,59″

37° 09′ 41,35″

C

1° 41′ 11,19″

37° 05′ 59,19″

D

1° 41′ 08,14″

37° 05′ 53,11″

E

1° 35′ 57,97

37° 06′ 25,14″

F

1° 36′ 03,05″

37° 06′ 29,39″

G

1° 38′ 33,56″

37° 08′ 41,63″

Dawk kollha li huma interessati jistgħu jressqu l-applikazzjoni tagħhom għal liċenzja fl-istess żona fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; l-applikazzjonijiet li jaslu wara dak iż-żmien ma jintlaqgħux. Id-Digriet li jagħti l-liċenzja għall-esplorazzjoni se jinħareġ fi żmien sitt xhur mid-data tal-għeluq għat-tressiq tal-a 94/22/KE, qed jiġi mgħarraf ukoll li l-kriterji li fuqhom jingħataw il-liċenzji għat-tiftix, il-liċenzji ta' riċerka u l-konċessjonijiet ta' sfruttament diġà ġew ippubblikati fil-ħarġa ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea Nru C 396 tad-19 ta' Diċembru 1998, b'referenza għad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv tal-President tar-Repubblika Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996 (ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana, Nru 293, tal-14 ta' Diċembru 1996), li tittrasponi u timplimenta fl-ordinament ġuridiku Taljan id-Direttiva msemmija hawn fuq, u speċifikati mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 ta' Lulju 2000, li diġà ssemmiet (ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 32, tas-7 ta' Lulju 2000).

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mal-eżerċizzju jew il-waqfien tal-attività huma stabbiliti mil-Liġi tar-Reġjun ta' Sqallija Nru 14, tat-3 ta' Lulju 2000, li ssemmiet hawn fuq, kif ukoll mill-Ispeċifikazzjoni Standard (id-Disciplinare Tipo) maħruġa bid-Digriet Nru 91 tat-30 ta’ Ottubru 2003 u d-Digriet Nru 88 tat-20 ta’ Ottubru 2004, mil-Ministru Reġjonali għall-Industrija, u ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Reġjun ta' Sqallija rispettivament fl-14 ta' Novembru 2003 l-Parti I Nru 49 u fil-5 ta' Novembru 2004 l-Parti I Nru 46.

Id-dokumentazzjoni tal-applikazzjoni hija disponibbli mill-Ufficio Regionale per gli Idrocarburi e la Geotermia, del Dipartimento Regionale dell’Energia, via Ugo La Malfa 101, 90146 Palermo PA, ITALIA, għall-użu ta' dawk interessati u li jixtiequ jarawha.

Palermo, il 21 ta’ April 2010

L-Inġinier prinċipali

Dr. Ing. Salvatore GIORLANDO


V Opinjonijiet

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/30


Avviż li jikkonċerna l-miżuri tal-antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti friġġijiet b'żewġ bibien li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea: bdil tal-indirizz ta' kumpanija suġġetta għad-dazju individwali tal-antidumping

2010/C 143/10

L-importazzjonijiet ta' ċerti friġġijiet b'żewġ bibien li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea huma suġġetti għal dazju tal-antidumping definittiv, impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1289/2006 (1) (ir-“Regolament (KE) Nru 1289/2006”).

Il-Kumpanija Daewoo Electronics Corporation li tinsab fir-Repubblika tal-Korea, li l-esportazzjonijiet tagħha ta' ċerti friġġijiet b'żewġ bibien huma suġġetti għal dazju tal-antidumping ta' 3,4 % impost mill-Artikolu 1(2) tar-Regolamen (KE) Nru 1289/2006, infurmat lill-Kummissjoni li fit-8 ta' Awwissu 2008, biddlet l-indirizz tagħha.

Il-kumpanija sostniet li l-bidla fl-indirizz ma taffettwax id-dritt li l-kumpanija tibbenefika mir-rata individwali ta’ dazju applikata lill-kumpanija fl-indirizz preċedenti tagħha jiġifieri:

686 Ahyeon-dong

Mapo-gu

Seoul

SOUTH KOREA

Il-kumpanija ssottomettiet biżżejjed evidenza li turi li l-bidla fl-indirizz kienet minħabba riorganizzazzjoni interna tal-kumpanija li wasslet għal trasferiment tal-kwartieri ġenerali tal-kumpanija.

Il-Kummissjoni analizzat it-tagħrif mogħti u kkonkludiet li l-bidla fl-indirizz bl-ebda mod ma taffettwa s-sejbiet tar-Regolament (KE) Nru 1289/2006. Għaldaqstant, ir-referenza fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (EC) Nru 1289/2006 għal:

Daewoo Electronics Corporation

686 Ahyeon-dong

Mapo-gu

Seoul

SOUTH KOREA

għandha tinqara:

Daewoo Electronics Corporation

Narakeyum Jeodong Building 1

Jeo-dong1(il)-ga

Jung-gu

Seoul

SOUTH KOREA

Il-kodiċi addizzjonali Taric A733 għandha tapplika għal:

Daewoo Electronics Corporation

Narakeyum Jeodong Building 1

Jeo-dong1(il)-ga

Jung-gu

Seoul

SOUTH KOREA


(1)  ĠU L 236, 31.8.2006, p. 11.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5818 – Ericsson/LG Electronics/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 143/11

1.

Fis-26 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Telefonaktiebolaget LM Ericsson (“Ericsson”, l-Isvezja) u LG Electronics Inc. (“LG Electronics”, il-Korea t'Isfel) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża LG-Nortel Co. Ltd. (“LG-Nortel”, il-Korea t'Isfel) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Ericsson: il-manifattura u l-bejgħ ta' tagħmir tat-telekomunikazzjoni u ta' servizzi marbuta ma' operaturi ta' netwerks fissi u ta' netwerks mobbli,

Għal LG Electronics: il-manifattura u l-bejgħ ta' tagħmir elettroniku għall-konsumatur, prodotti tad-dar, komunikazzjoni bit-telefonija ċellulari, u prodotti tal-IT,

Għal LG-Nortel: il-manifattura u l-bejgħ ta' prodotti u soluzzjonijiet ta' netwerks għall-operaturi, u ta' prodotti u soluzzjonijiet tat-telefonija għall-Intrapriżi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5818 – Ericsson/LG Electronics/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/33


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5808 – JSA/Jacquet Metals/IMS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 143/12

1.

Fis-26 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4, u wara referenza skont l-Artikolu 4(5), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża JSA S.A. (“JSA”, il-Belġju) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet l-impriża International Metal Service (“IMS”, Franza).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

JSA S.A. għandha l-kontroll esklussiv tal-kumpanija Jacquet Metals, attiva fis-settur tad-distribuzzjoni ta' prodotti tal-ħadid u tal-azzar, l-aktar fil-forma ta' folji ħoxnin, imsejħa “quarto”, magħmula minn azzar li ma jissaddadx,

IMS: id-distribuzzjoni ta' prodotti tal-azzar u tal-ħadid.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5808 – JSA/Jacquet Metals/IMS, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).