ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.138.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 138

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
28 ta' Mejju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kunsill

2010/C 138/01

Opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta’ konverġenza aġġornat tar-Repubblika Ċeka, 2009-2012

1

2010/C 138/02

Opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' konverġenza aġġornat tad-Danimarka, 2009-2015

6

2010/C 138/03

Opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Finlandja, 2009-2013

11

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 138/04

Rata tal-kambju tal-euro

15

2010/C 138/05

Avviż tal-Kummissjoni – Linji gwida supplimentari dwar restrizzjonijiet vertikali f' akkordji dwar il-bejgħ u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur ( 1 )

16

 

AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 138/06

Informazzjoni fil-qosor dwar għajnuna kkommunikata mill-Istati Membri mogħtija f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd ( 1 )

28

2010/C 138/07

Estratt mid-deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċeduri tal-istralċ rigward il-Banco Privado Português, S.A skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (Pubblikazzjoni stipulata mill-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva u mill-Artikolu 21 tad-Digriet-Liġi Nru 199/2006 tal-25 ta' Ottubru 2006)

29

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 138/08

Sejħa għall-proposti – EACEA/14/10 – Il-Programm ICI ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni – Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Ogħla u t-Taħriġ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea – Sejħa għall-Proposti 2010 għal Proġetti Konġunti dwar il-Mobilità (JMP) u Proġetti Konġunti dwar il-Lawrji (JDP)

30

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 138/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5885 – Altarea/Predica/ABP/Aldeta) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

33

2010/C 138/10

Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.398 – Visa MIF ( 1 )

34

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 138/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

37

2010/C 138/12

Avviż ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

40

2010/C 138/13

Avviż ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

42

2010/C 138/14

Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu minn pajjiżi terzi

44

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kunsill

28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/1


OPINJONI TAL-KUNSILL

dwar il-programm ta’ konverġenza aġġornat tar-Repubblika Ċeka, 2009-2012

2010/C 138/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPINJONI:

(1)

Fis-26 ta’ April 2010 l-Kunsill eżamina l-programm ta’ konverġenza aġġornat tar-Repubblika Ċeka, li jkopri l-perijodu mill-2009 sal-2012.

(2)

Il-kriżi globali kellha impatt qawwi fuq l-ekonomija Ċeka. Wara perijodu ta' tliet snin ta' tkabbir ta' 'l fuq minn 6 %, il-PDG reali kiber b'2,5 % biss fl-2008 u naqas b'4 % fl-2009, skont il-programm ta' konverġenza aġġornat. L-ekonomija kienet affettwata l-aktar fejn jidħol il-kummerċ, iżda wkoll permezz tal-effetti ta' kunfidenza, restrizzjoni ta' kondizzjonijiet ta' kreditu, u deterjorament tad-dħul ta' investiment minn barra. L-awtoritajiet irreaġixxew b'determinazzjoni għall-kriżi.

Il-Bank Nazzjonali Ċek naqqas ir-rata tal-imgħax tal-politika ewlenija tiegħu minn 3,75 % f'nofs l-2008 għal 1 % fil-preżent u l-gvern fassal u implimenta pakkett ta' stimulu fiskali mdaqqas f'konformità mal-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (PERE), li jammonta għal 2,2 % tal-PDG fl-2009. Il-koruna Ċeka naqqset il-valur b'madwar wieħed minn ħamsa kontra l-euro bejn nofs Lulju 2008 u nofs Frar 2009 (din imbagħad għolliet il-valur b'madwar 14 % sa nofs Frar 2010). Fil-perijodu attwali immedjat ta' wara l-kriżi, l-ekonomija Ċeka mhijiex issofri minn vulnerabbiltajiet makroekonomiċi importanti. L-isfida ewlenija hi li jitnaqqas id-defiċit għoli strutturali tal-gvern, li hu stmat għal madwar 6 % tal-PDG fl-2009, għal livell sostenibbli. Barra minn dan, huwa importanti wkoll li jkun żgurat aġġustament rapidu tas-suq tax-xogħol għat-tnaqqis u l-progress lejn konverġenza għal tul ta' żmien. Fit-2 ta' Diċembru 2009, minħabba d-defiċit ippjanat għall-2009, il-Kunsill iddeċieda dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv u ħareġ rakkomandazzjonijiet biex iġibu d-defiċit taħt it-3 % tal-livell massimu tal-PDG sal-2013.

(3)

Għalkemm ħafna mid-deterjorament li ġie osservat fil-PDG attwali fil-kuntest tal-kriżi huwa ċikliku, il-livell ta' produzzjoni potenzjali ġie wkoll affettwat b'mod negattiv. Barra minn hekk, il-kriżi tista’ taffettwa wkoll it-tkabbir potenzjali fuq il-perijodu medju kawża ta' inqas investiment u żieda fil-qgħad strutturali. Barra minn hekk, l-impatt tal-kriżi ekonomika jaggrava l-effetti negattivi tat-tixjiħ demografiku fuq il-produzzjoni potenzjali u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. F’dan il-kuntest se jkun essenzjali li jitħaffef il-pass tar-riformi strutturali bil-għan li jiġi sostnut it-tkabbir potenzjali. B’mod partikolari, għar-Repubblika Ċeka huwa importanti li jsiru riformi mmirati lejn it-tkabbir fil-produttività (titjib fir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-innovazzjoni, l-ambjent kummerċjali u l-kompetizzjoni) kif ukoll il-provvista tax-xogħol u l-ħiliet.

(4)

Ix-xenarju makroekonomiku li fuqu huwa bbażat il-programm jipprevedi li t-tkabbir reali fil-PDG ser ikun 1,3 % fl-2010, 2,6 % fl-2011 u 3,8 % fl-2012. Evalwat skont l-informazzjoni disponibbli attwalment, dan ix-xenarju jidher li huwa plawsibbli sal-2011 u huwa konsistenti ma' suppożizzjonijiet ta' rati ta' kambju u dawk monetarji.

Il-previżjoni tal-programm ta' tkabbir tal-PDG reali għall-2012, li jipprevedi żieda ta' tkabbir għal livell li hu 'l fuq mill-potenzjal tiegħu, jidher li hu fuq in-naħa favorevoli. L-inflazzjoni hi mistennija li tiżdied b'mod moderat fl-2010, l-aktar minħabba żidiet fit-taxxi indiretti, u biex tibqa’ moderata matul il-perijodu tal-programm. Il-programm jipprevedi deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol fl-2010. B'mod ġenerali, il-previżjonijiet tal-inflazzjoni u tas-suq tax-xogħol jidhru plawsibbli u konsistenti mal-previżjonijiet tat-tkabbir tal-PDG reali.

(5)

Il-programm jistma d-defiċit tal-gvern ġenerali fl-2009 għal 6,6 % tal-PDG. Id-deterjorament sinifikanti minn defiċit ta' 2,1 % tal-PDG fl-2008 jirrifletti ħafna l-impatt tal-kriżi fuq il-finanzi tal-gvern, iżda li kien ukoll riżultat ta' miżuri ta' stimulu sinifikanti li jammonta għal 2,2 % tal-PDG fl-2009 adottat mill-gvern f'konformità mal-PERE. Il-miżuri ewlenin inkludew nuqqas fil-kontribuzzjonijiet soċjali, żidiet fl-investiment pubbliku tal-infrastruttura, u sostenn finanzjarju lin-negozji u l-impjiegi. Wieħed ta' min jinnotya li fl-2009, l-infiq tal-gvern ġenerali żdied inqas milli ppjanat fl-aġġornament preċedenti tal-programm ta' konverġenza. L-iżbilanċ strutturali (jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament nett mill-miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħra skont il-metodoloġija li kulħadd jaqbel magħha fuq il-bażi tad-data fil-programm) iddeterjora b'madwar 2 punti perċentwali tal-PDG fl-2009. Skont il-programm, l-awtoritajiet Ċeki jippjanaw konsolidazzjoni antiċipata li tibda fl-2010, li minħabba d-defiċit strutturali kbir tar-Repubblika Ċeka u t-titjib imbassar fil-kondizzjonijiet ekonomiċi hi konformi mal-istrateġija ta' ħruġ irrakkomandata mill-Kunsill.

(6)

Il-programm ibassar id-defiċit tal-gvern ġenerali għal 5,3 % tal-PDG fl-2010. Dan jimplika titjib fil-bilanċ strutturali b'2 punti perċentwali tal-PDG, li hu aktar milli rrakkomandat mill-Kunsill f'Diċembru 2009 – ir-rakkomandazzjoni kienet li tintlaħaq medja ta' sforz annwali strutturali ta' 1 punt perċentwali tal-PDG matul l-2010–2013. Fl-2010, il-konsolidazzjoni se tkun ibbażata fuq iż-żieda tal-proporzjon tad-dħul b'1,5 punti perċentwali tal-PDG.

Il-miżuri ta' bażi jinkludu żidiet fil-VAT, dazji tas-sisa u taxxi tal-proprjetà (madwar 0,8 % tal-PDG ). Dan jirrifletti wkoll irtirar bikri ta' tnaqqis temporanju tal-kontribuzzjonijiet soċjali u żieda fil-limiti tas-sigurtà soċjali. Miżuri fuq in-naħa tal-infiq jinkludu tnaqqis fil-benefiċċji soċjali li jkopru l-mard u l-leave tal-maternità (madwar 0,1 % tal-PDG ) u l-possibbiltà mhux użata ta' indiċjar tal-pensjonijiet (madwar 0,2 % tal-PDG ).

(7)

L-għan ewlieni tal-istrateġija baġitarja għall-perijodu medju huwa l-kontinwazzjoni tal-konsolidazzjoni wara l-2010 u li jitnaqqas id-defiċit tal-gvern taħt it-3 % tal-PDG sal-2013, f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Diċembru. Skont il-programm, id-defiċit se jiżdied minn 5,3 % tal-PDG fl-2010 għal 4,8 % u 4,2 % tal-PDG fl-2011 u fl-2012 rispettivament. Minkejja l-irkupru ekonomiku mistenni, it-titjib fil-bilanċ strutturali se jonqos notevolment meta mqabbel mal-2010, u mhux se jaqbeż iż-0.6 punti perċentwali tal-PDG matul l-2011–2012. Il-biċċa l-kbira tal-aġġustament se jsir min-naħa tal-infiq. Il-programm jindika li nofs it-tnaqqis tal-infiq jinvolvi infiq operattiv u n-nofs l-ieħor infiq mandatorju, iżda ma jipprovdix biżżejjed dettalji dwar kif jinkiseb dan it-tnaqqis. Il-miżuri fuq in-naħa tad-dħul huma żgħar iżda speċifikati aħjar u jinkludu kontribuzzjonijiet ta' sigurtà soċjali ogħla u taxxa tad-dħul personali ogħla. Għas-sena 2013, il-programm jipprovdi l-mira għad-defiċit tal-gvern (3 % tal-PDG) iżda l-ebda dettall dwar kif dan jintlaħaq (inklużi s-suppożizzjonijiet ta' bażi ta' tkabbir), li għal din ir-raġuni mhux possibbli li jkun iddeterminat l-isforz fiskali annwali medju għall-perijodu tal-2010–2013. Kif ikkomunikat mill-awtoritajiet, l-MTO tar-Repubblika Ċeka huwa bilanċ tal-gvern ta' – 1,0 % tal-PDG f'termini strutturali. Minħabba l-previżjonijiet l-aktar reċenti u l-livell tad-dejn, l-MTO jirrifletti l-għanijiet tal-Patt. Madankollu, il-programm ma jipprevedix li dan jinkiseb fi żmien il-perijodu tal-programm.

(8)

Ir-riżultati baġitarji fl-2010 jistgħu jkunu xi ftit inqas milli previst fil-programm. Id-dħul mill-VAT u d-dazji tas-sisa jistgħu jkunu xi ftit aktar baxxi milli mistenni minħabba l-konsum privat dgħajjef possibbli.

Min-naħa tal-infiq, dan jista' jiżdied minħabba l-pressjonijiet tal-infiq qabel l-elezzjonijiet parlamentari. L-inċertezzi dwar il-miri fiskali huma akbar għas-snin imbiegħda. Il-miri tal-infiq stabbiliti fl-aġġornament attwali għall-2011 u l-2012 mhumiex sostnuti b'miżuri konkreti, li jagħmlu l-ksib tagħhom inċert, u l-previżjonijiet tad-dħul għall-2012 huma bbażati fuq suppożizzjoni ta' tkabbir tal-PDG reali favorevoli. Finalment, il-programm ma jipprovdix informazzjoni dwar kif id-defiċit għandu jinġieb minn 4,2 % fl-2012 għal taħt it-3 % tal-PDG fl-2013.

(9)

Id-dejn gross tal-gvern huwa stmat għal 35 % tal-PDG fl-2009, ’il fuq minn 30 % fis-sena ta' qabel. Il-proporzjon tad-dejn hu maħsub li jiżdied b'7 pp. aktar matul il-perijodu tal-programm, li jilħaq 42 % tal-PDG fl-2012, li hu kkawżat l-aktar minħabba defiċit tal-gvern relattivament għoli. L-evoluzzjoni tal-proporzjon tad-dejn x'aktarx tkun anqas favorevoli milli mbassra fil-programm, speċjalment wara l-2010, minħabba r-riskji identifikati għall-konsolidazzjoni baġitarja li komplew jiggravaw bil-possibbiltà ta' tkabbir tal-PDG reali inqas favorevoli fl-2012 milli maħsub fil-programm. Il-proporzjon tad-dejn tal-gvern madankollu se jibqa’ taħt is-60 % tal-livell massimu tal-PDG matul il-perijodu sħiħ tal-programm.

(10)

Il-previżjonijiet tad-dejn fuq perijodu medju li jassumu r-rati ta' tkabbir tal-PDG biex jirkupraw gradwalment għall-valuri previsti qabel il-kriżi, il-proporzjonijiet tat-taxxi biex jerġgħu lura għal-livell ta' qabel il-kriżi u jinkludu ż-żieda prevista fin-nefqa relatata mal-età, juru li l-istrateġija baġitarja imfassla fil-programm, minn dak li jidher superfiċjalment u mingħajr aktar tibdil fil-politika, mhix biżżejjed biex tistabbilizza l-proporzjon tad-dejn sal-2020.

(11)

L-impatt baġitarju fit-tul tat-tixjiħ tal-popolazzjoni huwa b'mod ċar ogħla mill-medja fl-UE, l-iktar b'riżultat ta' żieda relattivament għolja fl-infiq fuq il-pensjonijiet bħala proporzjon tal-PDG tul id-deċennji li ġejjin. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2009, kif stmata fil-programm, tkompli tkabbar l-impatt baġitarju ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ minħabba l-lakuna li hemm fis-sostenibbiltà.

Jekk ikun hemm bilanċ primarju pożittiv matul it-terminu l-medju u twettiq ta' riformi ta' pensjoni u sistemi tal-kura tas-saħħa bl-għan li titrażżan iż-żieda fil-futur f'dan l-infiq, dan jikkontribwixxi biex jitntaqqsu r-riskji lis-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi li fir-Rapport tas-Sostenibbiltà tal-2009 tal-Kummissjoni kienu ġew ivvalutati bħala kbar. F'Jannar tal-2010 ġie stabbilit grupp ta' konsulenza esperta tal-Ministru tal-Finanzi u tal-Ministru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali bl-għan li jitħejjew proposti alternattivi għar-riforma tal-pensjoni. Dawn ser jiġu ffinalizzati sal-aħħar ta' Mejju 2010 u se jintbagħtu lill-gvern il-ġdid.

(12)

Fir-rigward ta' proċeduri baġitarji, it-tħejjija għall-baġit hija deċentralizzata ħafna iżda fl-istess ħin mhix irregolata minn regoli fiskali sodi. Fl-2004, ir-Repubblika Ċeka introduċiet qafas baġitarju għall-medda medja taż-żmien li jiffissa l-massimi annwali għal infiq nominali għall-baġit statali matul tliet snin. Madankollu, l-esperjenza turi li l-livelli massimi ġew riveduti 'l fuq diversi drabi fil-passat lil hinn mir-reviżjonijiet permessi mir-regoli baġitarji. In-nuqqasijiet ewlenin tas-sistema attwali jinkludi infurzar dgħajjef, monitoraġġ limitat ex post, kumplessità operattiva u skrutinju pubbliku limitat tal-proċess. Fit-2 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill irrakkomanda lir-Repubblika Ċeka biex “tinforza b'mod rigoruż il-qafas baġitarju għall-medda medja taż-żmien u ttejjeb il-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-baġit matul is-sena biex jiġi evitat infiq żejjed meta mqabbel mal-pjanijiet multiannwali u tal-baġit.” Il-programm ma jinkludix biżżejjed proposti f'din id-direzzjoni. Madankollu qed isir xi progress biex titjieb il-governanza fiskali. L-implimentazzjoni kontinwa ta' tibdil sinifikanti fil-ġbir tat-taxxa u l-immaniġġjar tat-taxxa kif ukoll it-tibdil mgħaġġel għal sistema tat-teżor ta' ġestjoni tal-baġit se jikkontribwixxu għal ġestjoni aktar effiċjenti ta' finanzi pubbliċi.

(13)

Hemm xi ftit wisa’ għal titjib tal-kwalità tal-infiq pubbliku fir-Repubblika Ċeka. B'mod partikolari, l-infiq fuq l-R&D hu aktar baxx mill-medja tal-UE u l-effiċjenza tal-infiq pubbliku f'oqsma bħall–kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-akkwist pubbliku jistgħu jitjiebu.

B’kuntrast, il-livell tal-investiment tal-gvern huwa għoli meta mqabbel mal-medja tal-UE u r-reġjuni simili (qrib il-5 % tal-PDG matul l-aħħar erba’ snin). Fuq in-naħa tad-dħul, l-awtoritajiet Ċeki implimentaw diversi riformi mill-2007 bil-mira ta' tibdil gradwali minn tassazzjoni diretta għal dik indiretta. Madankollu, aktar riformi tas-sistemi tat-taxxa u l-benefiċċji ikunu meħtieġa biex jiżdiedu l-inċentivi għax-xogħol u jitnaqqas il-qgħad. Barra minn dan, is-sistema ta' tassazzjoni diretta u l-ġbir tat-taxxa hi kumplessa u tibbenefika minn simplifikazzjoni ulterjuri.

(14)

B’mod ġenerali, fl-2010 l-istrateġija baġitarja stipulata fil-programm hija konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7). Il-mira tad-defiċit tidher xierqa u hi sostnuta b'miżuri ta' konsolidazzjoni speċifiċi. Mill-2011 ’il quddiem, meta jitqiesu r-riskji msemmija hawn fuq, l-istrateġija baġitarja ma tistax tkun konsistenti b’mod sħiħ mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skont l-Artikou 126(7). B'mod partikolari, il-pjanijiet ta' konsolidazzjoni għas-snin 2011 u 2012 mhumiex ambizzjużi biżżejjed, b'aġġustament fiskali medju ta' 0,3 % tal-PDG kull sena, u soġġetti għar-riskji. Il-miri tal-infiq mhumiex sostnuti minn miżuri speċifiċi, il-previżjonijiet tad-dħul għall-2012 hu bbażat fuq suppożizzjonijiet makroekonomiċi favorevoli, u l-ebda dettall mhu pprovdut dwar kif id-defiċit se jitnaqqas minn 4,2 % tal-PDG fl-2012 għal taħt it-3 % tal-PDG fl-2013. L-informazzjoni dwar l-istrateġija baġitarja għall-2013 hija nieqsa. L-isforz fiskali annwali matul il-perijodu tal-programm (2010–2012) jammonta għal medja ta' 0,8 %, li hu qrib iżda taħt il-1 % tal-isforz fiskali annwali medju rrakkomandat mill-Kunsill. Biex tiġi ssodisfata r-rakkomandazzjoni se tkun meħtieġa implimentazzjoni ta' miżuri ta' konsolidazzjoni ulterjuri matul il-perijodu tal-2011-2013 biex ikun żgurat l-isforz fiskali rrakkomandat ta' medja ta' 1 %.

(15)

Fir-rigward tar-rekwiżiti dwar id-dejta speċifikati fil-kodiċi ta’ kondotta għal programmi ta’ stabbiltà u konverġenza, il-programm għandu xi lakuni fid-dejta meħtieġa (2). Fir-rakkomandazzjonijiet tagħha skont l-Artikolu 126(7) tat-2 ta' Diċembru 2009 bil-ħsieb li tiġi fi tmiemha s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv, il-Kunsill stieden ukoll lir-Repubblika Ċeka biex tirrapporta dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill f'kapitlu separat fl-aġġornamenti tal-programmi ta' konverġenza. Ir-Repubblika Ċeka kkonformat b'mod parzjali ma' din ir-rakkomandazzjoni.

Il-konklużjoni ġenerali hi li l-istrateġija baġitarja tar-Repubblika Ċeka għall-2010 tkun xierqa u konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) TFUE. L-istrateġija fiskali għas-snin li ġejjin hi nieqsa mill-ambizzjoni u l-miri fiskali huma soġġetti għal riskji kemm fuq id-dħul u fuq in-naħa tal-infiq. Partikolarment, il-miri tal-infiq mhumiex sostnuti minn miżuri speċifiċi mill-2011 ’il quddiem u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi favorevoli jpoġġu ftit dubji fuq il-previżjonijiet tad-dħul għall-2012. Barra minn dan, filwaqt li d-data mmirata biex id-defiċit tal-gvern jinġieb taħt it-3 % tal-PDG (2013) hi konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, mhuwiex possibbli li tiġi vvalutata l-istrateġija baġitarja kollha minħabba li l-programm ma jipprovdix dettalji dwar il-miżuri ta' konsolidazzjoni li huma neċessarji biex jinkiseb l-aġġustament sinifikanti ppjanat f'dik is-sena. Għaldaqstant, aktar informazzjoni dwar l-istrateġija wiesgħa li ssostni il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b'mod partikolari fl-2013, tintlaqa’ tajjeb. Fir-rigward tal-qafas fiskali, hemm dgħufijiet notevoli f'diversi oqsma, b'mod partikolari fil-proċeduri baġitarji, l-infurzar tal-qafas baġitarju fuq medda medja ta' żmien. Barra minn hekk, l-impatt baġitarju għal perijodu fit-tul tal-popolazzjoni li qed tixjieħ hu b'mod ċar 'il fuq mill-medja tal-UE li jibqa’ wieħed ta' tħassib għal sostenibbiltà fuq terminu ta' żmien twil tal-finanzi pubbliċi u jisħaq għall-ħtieġa għal riformi fl-oqsma tal-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa.

Minħabba l-valutazzjoni ta’ hawn fuq u wkoll fid-dawl tar-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 126 TFUE tat-2 ta’ Diċembru 2009 u wkoll minħabba l-ħtieġa li tkun żgurata konverġenza sostenibbli, ir-Repubblika Ċeka hija mistiedna li:

(i)

timplimenta l-baġit tal-2010 b'mod rigoruż u tevita l-laxkar tal-infiq; f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7), timmira fil-kuntest tal-baġit tal-2011 u l-2012, aġġustament baġitarju akbar minn dak ippjanat fil-programm u tispeċifika f'aktar dettall il-miżuri li huma neċessarji biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv mhux aktar tard mill-2013;

(ii)

tieħu azzjoni biex ittejjeb il-proċeduri baġitarji u tinforza u tissorvelja b'mod aktar rigoruż il-miri baġitarji fuq medda medja ta' żmien; b'mod partikolari, reviżjonijiet ’il fuq ta' limiti ta' nfiq lil hinn mir-reviżjonijiet permessi mir-regoli baġitarji;

(iii)

timplimenta r-riformi neċessarji sabiex ittejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.

Ir-Repubblika Ċeka hi mistiedna wkoll biex fl-aġġornament tal-programm ta' konverġenza li jmiss iżżid informazzjoni sostanzjali f'kapitlu separat dwar il-progress li sar biex ittemm is-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv, kif mitlub mill-Kunsill fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 126(7) tat-2 ta' Diċembru 2009.

Tqabbil tal-previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji ewlenin

 

2008

2009

2010

2011

2012

PDG reali

(% ta’ bidla)

PK Frar 2010

2,5

–4,0

1,3

2,6

3,8

COM Nov 2009

2,5

–4,8

0,8

2,3

m.a.

PK Ottubru 2008

4,4

3,7

4,4

5,2

m.a.

Inflazzjoni HICP

(%)

PK Frar 2010

6,3

0,6

1,8

1,5

1,8

COM Nov 2009

6,3

0,6

1,5

1,8

m.a.

PK Ottubru 2008

6,4

2,9

3,0

2,5

m.a.

Differenza fil-produzzjoni (3)

(% tal-PDG potenzjali)

PK Frar 2010

4,8

–2,0

–2,9

–2,6

–1,1

COM Nov 2009 (4)

5,6

–1,8

–2,9

–2,5

m.a.

PK Ottubru 2008

1,9

0,4

–0,4

–0,2

m.a.

Tislif/self nett fir-rigward tal-bqija tad-dinja

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

–2,4

–0,2

1,0

0,2

0,6

COM Nov 2009

–2,2

–1,5

–0,7

–0,4

m.a.

PK Ottubru 2008

–1,0

–0,5

0,4

1,2

m.a.

Introjtu tal-amministrazzjoni pubblika

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

40,9

39,0

40,5

40,8

40,5

COM Nov 2009

40,9

40,3

41,0

40,9

m.a.

PK Ottubru 2008

41,0

40,6

39,6

39,0

m.a.

Infiq tal-amministrazzjoni pubblika

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

43,0

45,5

45,8

45,6

44,7

COM Nov 2009

43,0

46,9

46,5

46,6

m.a.

PK Ottubru 2008

42,2

42,2

41,1

40,2

m.a.

Bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

–2,1

–6,6

–5,3

–4,8

–4,2

COM Nov 2009

–2,1

–6,6

–5,5

–5,7

m.a.

PK Ottubru 2008

–1,2

–1,6

–1,5

–1,2

m.a.

Bilanċ primarju

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

–1,0

–5,3

–3,5

–2,8

–2,0

COM Nov 2009

–1,0

–5,2

–3,9

–4,1

m.a.

PK Ottubru 2008

0,0

–0,4

–0,4

–0,1

m.a.

Bilanċ aġġustati ċiklikament (3)

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

–3,8

–5,9

–4,2

–3,8

–3,8

COM Nov 2009

–4,1

–6,0

–4,5

–4,8

m.a.

PK Ottubru 2008

–2,0

–1,7

–1,4

–1,1

m.a.

Bilanċ strutturali (5)

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

–3,7

–6,1

–4,1

–3,7

–3,5

COM Nov 2009

–4,1

–6,3

–4,7

–4,9

m.a.

PK Ottubru 2008

–1,9

–1,7

–1,3

–1,1

m.a.

Dejn gross tal-gvern

(% tal-PDG)

PK Frar 2010

30,0

35,2

38,6

40,8

42,0

COM Nov 2009

30,0

36,5

40,6

44,0

m.a.

PK Ottubru 2008

28,8

27,9

26,8

25,5

m.a.

Programm ta' konverġenza (PK); Il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-Ħarifa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jistgħu jinsabu fuq il-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/index_en.htm

(2)  B’mod partikolari, id-dejta dwar l-infiq tal-gvern ġenerali skont il-funzjoni u fuq assi likwidi finanzjarji u dejn finanzjarju nett mhijiex pprovduta.

(3)  Differenzi fil-produzzjoni u bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni fuq il-bażi tat-tagħrif fil-programmi.

(4)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 2,4 %, 2,0 %, 2,0 % u 2,2 % rispettivament fil-perijodu 2009–2012.

(5)  Bilanċ aġġustat ċiklikament bl-esklużjoni ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn. Miżuri ta’ darba u miżuri temporarji oħrajn huma 0,2 % tal-PDG fl-2009 (tnaqqis tad-defiċit) u – 0,1 % fl-2010 u 2011 (żieda fid-defiċit) skont l-aktar programm reċenti u 0,3 % tal-PDG fl-2009, 0,2 % fl-2009 tal-PDG fl-2010 u 0,1 % tal-PDG fl-2011(kollha kemm huma jnaqqsu l-iżbilanċ) skont il-previżjoni tal-Ħarifa tal-2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni.

Sors:

Programm ta' konverġenza (PK); Il-previżjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-Ħarifa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/6


OPINJONI TAL-KUNSILL

dwar il-programm ta' konverġenza aġġornat tad-Danimarka, 2009-2015

2010/C 138/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPINJONI:

(1)

Fis-26 ta' April 2010 l-Kunsill eżamina l-programm ta' konverġenza aġġornat tad-Danimarka, għall-perjiodu mill-2009 sal-2015.

(2)

Il-kriżi ekonomika laqtet lill-ekonomija Daniża bil-qawwa fl-2009, u tefgħet lid-Danimarka fl-agħar reċessjoni tagħha minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn. Id-Danimarka daħlet fil-kriżi minn pożizzjoni relattivament komda wara perijodu ta' tkabbir qawwi sostnut minn bilanċi pożittivi sostanzjali fil-kont kurrenti u l-finanzi tal-gvern u dejn pubbliku baxx. It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku beda fl-2008 meta nfaqgħet il-bużżieqa tal-proprjetà u saret iktar ħsara minħabba tnaqqis fl-esportazzjonijiet, li rrifletta l-kollass tal-kummerċ dinji u l-investiment dejjem jonqos fuq l-isfond ta' domanda finali li dejjem tonqos u kondizzjonijiet finanzjarji aktar issikkati. Minkejja li baqgħu telgħin il-pagi, il-konsum individwali ddgħajjef b'mod sinifikanti, hekk kif il-prospettiva ekonomika mwiegħra, il-waqgħa tal-prezzijiet tal-proprjetà u l-qgħad dejjem jiżdied affettwaw il-fiduċja tal-konsumatur. Bħala reazzjoni għall-waqgħa f'daqqa fil-produzzjoni, l-awtoritajiet Daniżi adottaw diversi miżuri fiskali ta' stimolu kbar f'konformità mal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku (PERE) inkluż tnaqqis fit-taxxi, proġetti ta' investiment u ż-żieda fl-infiq tal-konsum pubbliku. Barra mill-appoġġ fiskali għall-attività ekonomika, ġew adottati żewġ pakketti ta' salvataġġ bankarju, li pprovdew garanziji u injezzjonijiet ta' kapital. Dawn il-miżuri mistennija jdawru baġit pożittiv tajjeb fl-2008 fi żbilanċ mill-2009 lil hinn li mistenni jaqbeż it-3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir bejn l-2010 u l-2012. Id-dejn pubbliku, għalkemm qiegħed jiżdied b'mod parallel, għadu mistenni jibqa’ taħt is-60 % tal-valur ta' referenza tal-PDG. Ir-rata tal-kambju ilha stabbli tul l-2009 kollha u l-medda tar-rata tal-imgħax fil-konfront tal-BĊE niżlet b'mod sostanzjali. Biex jiġi żgurat żvilupp sostenibbli tal-finanzi pubbliċi, l-isfida ewlenija ser tkun li tiġi żgurata riforma bla waqfien biex jiżdied l-għadd tal-ħaddiema. Sfida oħra għall-awtoritajiet Daniżi ser tkun dik li jiżguraw li t-tnaqqis gradwali tal-miżuri ta' stimulu jseħħ f'waqtu hekk kif l-irkupru jkun f'qagħda li jsostni lilu nnifsu.

(3)

Għalkemm ħafna mid-deterjorament li ġie osservat fil-PDG attwali fil-kuntest tal-kriżi huwa ċikliku, il-livell tal-produzzjoni potenzjali ukoll ġie affettwat b'mod negattiv. Barra minn hekk, il-kriżi tista’ taffettwa wkoll it-tkabbir potenzjali fuq il-perijodu medju minħabba inqas investiment, restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta' kreditu u żieda fil-qgħad strutturali. Barra minn hekk, l-impatt tal-kriżi ekonomika ser jgħaqqad l-effetti negattivi tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fuq il-produzzjoni potenzjali mas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. F’dan il-kuntest ser ikun essenzjali li jitħaffef il-pass tar-riformi strutturali bil-għan li jiġi sostnut it-tkabbir potenzjali. B’mod partikolari, huwa importanti li d-Danimarka tidħol għal riformi fl-oqsma tas-suq tax-xogħol u l-benefiċċji għal pensjoni qabel il-waqt biex iżżid l-għadd tal-ħaddiema.

(4)

Ix-xenarju ta' referenza makroekonomiku fl-isfond tal-programm jipprevedi li t-tkabbir reali fil-PDG, wara tnaqqis ta' – 4,3 % fl-2009, ser jerġa’ jiżdied għal 1,3 % fl-2010, b'aċċellerazzjoni lejn rata medja ta' 2,2 % matul il-bqija tal-perijodu tal-programm. Dan ix-xenarju, ivvalutat skont l-informazzjoni disponibbli attwalment (2), jidher li hu msejjes fuq suppożizzjonijiet ta' tkabbir plawsibbli sal-2011 u suppożizzjonijiet favorevoli minn hemm 'il quddiem. Hemm differenzi bejn il-programm u l-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa tal-2009 f'dik li hija l-kompożizzjoni tat-tkabbir. Il-programm jassumi li l-irkupru ser jiġi mit-talba domestika, primarjament mill-konsum privat mill-2010 u wara dan mill-formazzjoni ta' kapital fiss gross mill-2011 lil hemm, bit-tkabbir tal-konsum pubbliku jsib l-ekwilibriju mill-2011 lil hemm u l-kontribuzzjoni esterna tispiċċa kemxejn fin-negattiv. Il-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa tal-2009 tassumi li l-irkupru ser jiġi kemm mill-konsum privat kif ukoll mill-esportazzjonijiet netti. Il-previżjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni u l-qgħad jidhru realistiċi. Ix-xenarju makroekonomiku huwa meqjus konsistenti mal-politika Daniża ta' rata tal-kambju fissa.

(5)

Il-programm jistma l-iżbilanċ tal-ġvern ġenerali fl-2009 bħala 2,9 % tal-PDG. Il-qabża kbira minn bilanċ pożittiv ta' 3,4 % tal-PDG fl-2008 tirrifletti fil-biċċa l-kbira l-impatt tal-kriżi fuq il-finanzi tal-gvern, iżda ġejja wkoll minn miżuri ta' stimolu li jammontaw għal 2,2 % tal-PDG li l-gvern adotta f'konformità mal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku (PERE). Id-deterjorament kien ġej l-aktar minn żieda fl-infiq minħabba l-effett tal-istabbilizzaturi awtomatiċi, għalkemm il-miżuri ta' stimolu tal-gvern inkludew ukoll tnaqqis sinifikanti fit-taxxi. Skont il-programm, il-politika fiskali hija ppjanata li tibqa’ ta' sostenn fl-2010 qabel ma ssir waħda restrittiva fis-snin imbiegħda tal-programm. Fid-dawl tal-qagħda ta' bidu relattivament favorevoli tad-Danimarka l-espansjoni fiskali bla waqfien fl-2010 hija adatta u konformi mal-PERE. Biex isir ritorn lejn qagħda ta' finanzi pubbliċi sostenibbli, il-programm jassumi li l-konsolidazzjoni fiskali tibda mill-2011 u jistqarr li l-miżuri meħtieġa biex dan iseħħ - minbarra dak li jsegwi mid-dħul ta' elementi finanzjarji fir-riforma tat-taxxa tal-2010 u investiment pubbliku li jinġieb lura għan-normal - ser ikunu speċifikati aktar 'il quddiem.

(6)

Il-pjanijiet tal-programm biex l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali jikber sa 5,3 % tal-PDG fl-2010 kemm bis-saħħa ta' proporzjon tad-dħul li dejjem jonqos kif ukoll ta' proporzjon ta' nfiq dejjem jiżdied. Il-proporzjon ta' dħul li dejjem jonqos jirrifletti d-dħul fis-seħħ tar-riforma fiskali tal-2010 filwaqt li s-sehem ta' infiq tal-PDG li dejjem jiżdied jirrifletti l-effett tal-istabbilizzaturi awtomatiċi u miżuri addizzjonali ta' stimolu tal-gvern. Il-miżuri ta' stimolu u t-tnaqqis fit-taxxi mistennija li jammontaw għal 1,3 % tal-PDG, filwaqt li l-elementi mhux stabbli rrappurtati fil-programm, inkluż id-dħul mit-tħaffir għaż-żejt fil-Baħar ta' Fuq u s-sussidji lil-Greenland u l-Gżejjer Faroe jammontaw għal – 1,7 % tal-PDG fl-2010 (3). Il-bilanċ strutturali, jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament ikkalkolat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni bl-użu tal-metodoloġija bi qbil komuni, mistenni jiħżien b' 2,5 p.p. u dan jikkonferma b'mod sinifikanti pożizzjoni fiskali ta' espansjoni. Id-differenza mqabbla mad-daqs tal-miżuri ta' stimolu u t-tnaqqis fit-taxxa hija riflessa minn dħul ta' taxxa inqas milli mistenni.

(7)

L-għanijiet tal-istrateġija baġitarja tal-programm fil-perijodu medju huma baġit ibbilanċjat b'mod strutturali sal-2015, indikatur minimu ta' żero tas-sostenibbiltà fit-tul (4), u titjib tal-bilanċ strutturali b'total ta' 1,5 % tal-PDG mill-2010 sal-2013. Il-programm jipprevedi li l-iżbilanċi nominali u primarji jonqsu bil-mod il-mod mill-2011 'il quddiem, bil-bilanċ primarju mistenni li jsir pożittiv mill-2013 u l-bilanċ nominali jilħaq iż-żero fl-2015. Il-pjan korrispondenti tal-bilanċ strutturali kkalkolat mill-ġdid skont il-metodoloġija bi qbil komuni abbażi tal-informazzjoni fil-programm, juri li l-pożizzjoni fiskali hija xi ftit jew wisq espansjonarja fl-2015 b'– 0,4 % tal-PDG, li huwa naqra inqas mill-mira stabbilita fil-programm. Barra milli jassumi tkabbir reali ta' żero fl-infiq fil-konsum pubbliku mill-2011 sal-2013, u normalizzazzjoni tal-investiment pubbliku u l-implimentazzjoni tal-elementi finanzjarji fir-riforma tat-taxxa, il-konsolidazzjoni prevista għal darb’oħra huwa msejjes fuq miżuri mhux speċifikati, filwaqt li l-programm jistqarr li l-konsolidazzjoni għandha tkun imsejsa fuq it-trażżin tal-infiq, filwaqt li jeskludi żieda fit-taxxa. L-aġġornament tal-programm jiffissa l-objettiv għall-perijodu medju (MTO) għall-pożizzjoni baġitarja fuq baġit strutturalment ibbilanċjat. Minħabba l-previżjonijiet l-aktar reċenti u l-livelli tad-dejn attwali l-MTO jirrifletti b'mod aktar milli adegwat l-objettivi tal-Patt.

(8)

Filwaqt li l-previżjonijiet baġitarji fil-programm jidhru plawsibbli għall-2010, ir-riżultat għall-2011 u lil hinn jista' jkun agħar milli previst. Il-previżjonijiet dwar id-dħul fl-aġġornament jibqgħu mhux realistiċi u soġġetti għal riskji negattivi u l-konsolidazzjoni ppjanata fin-naħa tal-infiq mhux mirfud b'miżuri. Barra minn dan, ix-xenarju makroekonomiku fl-isfond tal-previżjonijiet baġitarji jassumi tkabbir qawwi fil-konsum privat u trażżin fil-konsum pubbliku. Minħabba li fl-imgħoddi l-infiq ta' spiss qabeż il-miri, is-suppożizzjoni ta' tkabbir reali ta' żero fl-infiq fil-konsum pubbliku bejn l-2011 u l-2013 tidher ottimistika. Is-settur finanzjarju jidher stabbli, iżda l-miżuri ta' rkupru finanzjarju stipulati matul il-kriżi żiedu r-riskju ta' espożizzjoni tal-gvern għas-settur.

(9)

Id-dejn gross tal-gvern huwa stmat bħala 38,5 % tal-PDG fl-2009 u mistenni jiżdied sa 48,3 % fl-2012 qabel ma jonqos sa 45,5 % tal-PDG fl-2015. Dan l-aktar ġej miż-żieda f'daqqa fl-iżbilanċ u t-tnaqqis fil-PDG fl-2009. Fid-dawl tar-riskji negattivi għall-miri baġitarji, il-proporzjon tad-dejn jista’ jiżdied aktar milli proġettat fil-programm. Iżda, il-qagħda finanzjarja netta tal-gvern ġenerali hija pożittiva fil-bidu tal-perijodu tal-programm iżda ser issir xi ftit negattiva matul il-perijodu tal-programm. Il-proporzjon ta' dejn gross huwa previst li jibqa’ taħt is-60 % tal-valur ta' referenza tal-PDG stipulat mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

(10)

Il-previżjonijiet tad-dejn għall-perijodu medju li jassumu li r-rati tat-tkabbir tal-PDG ser jirkupraw biss gradwalment għall-valuri previsti qabel il-kriżi, u l-proporzjonijiet tat-taxxa ser jitreġġgħu għal-livelli ta' qabel il-kriżi, u li jinkludu ż-żieda prevista fl-infiq relatat mal-età li juru li l-istrateġija baġitarja prevista fil-programm, meta titqies b'valur nominali u mingħajr bidla ulterjuri fil-politika, tkun aktar minn biżżejjed biex tistabbilizza l-proporzjon tad-dejn mal-PDG sal-2020.

(11)

L-impatt baġitarju fuq perijodu fit-tul tat-tixjiħ tal-popolazzjoni huwa kjarament inqas mill-medja tal-UE. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2009, kif stmata fil-programm, tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-dejn gross. L-iżgurar ta' bilanċi pożittivi primarji għoljin fuq perijodu medju jikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskji fis-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi li ġew ivvalutati bħala baxxi fir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà tal-Kummissjoni tal-2009 (5).

(12)

Kif huwa rifless mill-baġits tal-imgħoddi, id-Danimarka bbenefikat minn qafas fiskali relattivament b'saħħtu, magħruf għall-kopertura wiesgħa tiegħu u t-trasparenza u l-viżibbiltà tar-regoli fiskali tiegħu. Madankollu, in-nefqa tal-konsum tal-gvern kellha tendenza li taqbeż il-miri. Inizjattivi reċenti li jinvolvu sanzjonijiet ekonomiċi jistgħu jtejbu l-inċentivi għal gvernijiet lokali biex iżommu mal-miri maqbula. Mill-2002 lil hawn il-politika fiskali Daniża ġiet iċċentrata fuq l-iffriżar tat-taxxa, li permezz tagħha l-ebda taxxa indiretta jew diretta ma tista' togħla. L-iffriżar tat-taxxa jista' jitqies bħala strument għall-kontroll tal-infiq pubbliku. L-iffriżar tat-taxxa ma fixkilx riforma tat-taxxa maġġuri fl-2009, iżda osservanza stretta tal-iffriżar tat-taxxa jista' jagħmilha diffiċli li jkun hemm aktar riformi fiskali u jistabbilixxi ċertu nuqqasijiet ta' effiċjenza fl-istruttura tat-taxxa, speċjalment fir-rigward tat-taxxi fuq il-proprjetà.

(13)

Billi waħda mill-isfidi ewlenin fit-tul tal-ekonomija Daniża hija li jiżdied l-għadd tal-ħaddiema, il-gvern beda miżuri ta' tisħiħ tal-inċentivi għax-xogħol u ta' qtigħ il-qalb għal min joqgħod lura mix-xogħol. Fl-2009, bħala riżultat tal-kriżi ekonomika globali u fi ħdan il-limiti tal-iffriżar tat-taxxa, għaddiet riforma tat-taxxa b'effett mill-2010, li tnaqqas b'mod sinifikanti l-piż tat-taxxa fuq ix-xogħol. L-elementi differenti tar-riforma tat-taxxa ser jiġu gradwalment implimentati fil-perijodu mill-2010 sal-2019. Fl-2010, it-telf mid-dħul nett huwa stmat għal madwar 0,6 % tal-PDG, iżda l-elementi ta' finanzjament iwasslu biex ir-riforma tkun totalment iffinanzjata fil-medda t-twila f'termini ta' dħul dirett (b’impatt newtrali fl-2013 u pożittiv sal-2015). Barra minn hekk, l-inċentivi mtejba għall-provvista tax-xogħol huma stmati mill-awtoritajiet Daniżi li jsaħħu l-finanzi pubbliċi fuq perijodu fit-tul (b’madwar 0,3 pct. tal-PDG).

(14)

Kollox ma' kollox, l-istrateġija biex tinżamm il-politika fiskali ta' sostenn fl-2010 wkoll tista' tiqies li hija konformi mal-PERE. Wara l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika, l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali huwa previst li jaqbeż il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG fl-2010, l-2011 u l-2012. Iżda, minħabba r-riskji fil-previżjonijiet baġitarji fis-snin imbiegħda tal-programm, ir-ritorn ippjanat għal baġit ibbilanċjat jista' ma jinkisibx u l-korrezzjoni ppjanata tal-bilanċ strutturali tal-baġit ta' 1,5 % sal-2013 tista' ma tintlaħaqx. Il-pożizzjoni fiskali prevista, kif imkejla mill-bidla fil-bilanċ strutturali, tindika li l-konsolidazzjoni fiskali ser taqbad sewwa mill-2011, minkejja li b'pass moderat li jilħaq il-valur ta' referenza ta' 0,5 % tal-PDG (6). Il-programm isemmi li l-konsolidazzjoni permezz ta' miżuri ġodda ser titwettaq fuq in-naħa tal-infiq, iżda, dan mhux mirfud minn miżuri speċifiċi ta' konsolidazzjoni apparti s-suppożizzjoni li t-tkabbir reali ta' żero fil-konsum pubbliku ser ikun il-bażi għall-ippjanar tal-baġit fl-2011-13. Għalhekk, l-istrateġija baġitarja tkun teħtieġ tisħiħ biex tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Patt. Barra minn hekk, filwaqt li l-programm għandu l-għan li jikseb il-bilanċ strutturali sal-2015, il-bilanċ strutturali, kif ikkalkolat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni bl-użu tal-metodu aċċettat bi qbil komuni, huwa previst li jkun kemxejn negattiv b'-0,4 % fl-2015, u huwa soġġett għall-istess riskji kif imsemmi hawn fuq.

(15)

Fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data speċifikati fil-kodiċi tal-kondotta għall-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza, il-programm jipprovdi d-data meħtieġa kollha u l-parti l-kbira ta’ dik mhux obbligatorja (7).

Il-konklużjoni ġenerali hi li l-kriżi ekonomika qawwija sostanzjalment affettwat il-finanzi pubbliċi. Il-previżjonijiet tal-programm, ibbażati fuq il-politiki attwali, juru li l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali ser jaqbeż il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG mill-2010 sal-2012. Filwaqt li l-pjan ta' konsolidazzjoni previst ibassar li l-MTO ta' baġit strutturalment ibbilanċjat jintlaħaq sa tmiem il-perijodu tal-programm fl-2015, il-bilanċ strutturali, kif ikkalkolat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni bl-użu tal-metodu bi qbil komuni, huwa previst li ser ikun kemxejn negattiv. B'kont meħud ukoll tar-riskji negattivi marbuta ma' dawn il-previżjonijiet, ikun mixtieq kieku li l-gvern jispeċifika l-miżuri ta' konsolidazzjoni li jridu jittieħdu.

Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq id-Danimarka hija mistiedna biex:

(i)

issaħħaħ l-isforzi filwaqt li tiżgura li l-ilħuq ippjanat tal-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG jibqa’ mrażżan kif ukoll tikkoreġi malajr l-eċċess previst tal-iżbilanċ fuq il-valur ta' referenza, u biex

(ii)

tispeċifika l-miżuri li jirfdu t-tisħiħ fiskali għall-MTO li jrid jintlaħaq sal-2015 kif ippjanat.

Tqabbil tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju ewlieni

 

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

PDG reali

(bidla f’%)

PK Feb 2010

–0,9

–4,3

1,3

1,6

2,0

2,3

2,6

2,6

COM Nov 2009

–1,2

–4,5

1,5

1,8

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PK Ott 2008

0,2

–0,2

0,7

1,9

1,7

1,6

1,6

1,6

Inflazzjoni tal-IAPK

(%)

PK Feb 2010

3,6

0,8

2,1

1,5

2,3

2,1

1,9

1,9

COM Nov 2009

3,6

1,1

1,5

1,8

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PK Ott 2008

3,6

1,3

2,1

1,4

1,8

1,9

1,9

1,8

Differenza fil-produzzjoni reali/potenzjali (8)

(% tal-PDG potenzjali)

PK Feb 2010

0,3

–4,5

–3,9

–3,1

–2,0

–0,9

0,1

0,7

COM Nov 2009 (9)

–0,1

–5,1

–4,1

–3,2

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PK Ott 2008

0,0

–1,4

–1,8

–1,2

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

Tislif/self nett fir-rigward tal-bqija tad-dinja

(% tal-PDG)

PK Feb 2010

2,2

2,9

2,4

2,4

2,6

2,9

3,2

3,5

COM Nov 2009

2,2

2,0

0,5

1,0

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PK Ott 2008

1,7

1,8

2,3

2,6

2,6

2,4

2,1

1,8

Dħul tal-gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PK Feb 2010

54,3

53,3

52,4

52,4

51,8

51,8

51,9

52,0

COM Nov 2009

55,3

53,9

52,8

53,0

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PK Ott 2008

53,2

51,2

51,5

52,1

51,8

51,7

51,6

51,5

Infiq tal-gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PK Feb 2010

50,9

56,3

57,7

56,5

54,9

53,6

52,8

52,0

COM Nov 2009

51,9

55,9

57,6

56,4

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PK Ott 2008

50,2

51,2

52,8

51,8

51,7

51,6

51,6

51,6

Bilanċ tal-gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PK Feb 2010

3,4

–2,9

–5,3

–4,1

–3,1

–1,8

–0,8

0,0

COM Nov 2009

3,4

–2,0

–4,8

–3,4

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PK Ott 2008

3,0

0,0

–1,2

0,3

0,1

0,1

0,0

–0,1

Bilanċ primarju

(% tal-PDG)

PK Feb 2010

4,8

–1,3

–3,7

–2,3

–1,2

0,3

1,3

2,1

COM Nov 2009

4,8

–0,5

–3,3

–1,9

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PK Ott 2008

–4,2

–1,5

–0,2

–1,6

–1,3

–1,2

–0,9

–0,7

Bilanċ aġġustat ċiklikament (8)

(% tal-PDG)

PK Feb 2010

3,2

0,0

–2,8

–2,1

–1,7

–1,1

–0,8

–0,4

COM Nov 2009

3,4

1,3

–2,1

–1,3

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PK Ott 2008

3,0

0,9

0,0

1,1

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

Bilanċ strutturali (10)

(% tal-PDG)

PK Feb 2010

3,2

1,4

–1,1

–1,0

–0,8

–0,3

–0,5

–0,4

COM Nov 2009

3,4

1,4

–1,5

–1,3

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PK Ott 2008

4,0

2,6

1,7

1,3

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

Dejn gross tal-gvern

(% tal-PDG)

PK Feb 2010

33,4

38,5

41,8

46,2

48,3

48,1

46,1

45,0

COM Nov 2009

33,5

33,7

35,3

35,2

m.d.

m.d.

m.d.

m.d.

PK Ott 2008

30,3

27,9

26,3

25,4

24,6

23,8

23,2

22,6

Programm ta' konverġenza (PK); It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fuq il-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/index_mt.htm

(2)  Il-valutazzjoni notevolment tieħu kont tat-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa tal-2009, iżda wkoll tagħrif ieħor li laħaq sar disponibbli minn dakinhar.

(3)  L-aġġornament tal-programm iqis li għal dawn is-sorsi ta' dħul u nfiq mhux stabbli, id-devjazzjonijiet mil-livell strutturali huma “miżuri temporanji jew ta' darba”. Apparti t-trasferiment ta' kapital ta' 0,3 % tal-PDG fl-2010 li ġejjin minn riforma tat-tassazzjoni tal-benefiċċju tal-pensjoni, dawn il-miżuri ma jikkwalifikawx bħala miżuri ta' darba skont id-definizzjoni tas-Servizzi tal-Kummissjoni. Skont id-definizzjoni tas-Servizzi tal-Kummissjoni tal-miżuri ta' darba, il-bilanċ strutturali huwa – 2,5 % tal-PDG fl-2010 u ugwali għall-bilanċ aġġustat ċiklikament fis-snin li jifdal tal-perijodu tal-programm.

(4)  L-indikatur Daniż tas-sostenibbiltà fit-tul huwa komparabbli mal-indikatur S2 użat mis-servizzi tal-Kummissjoni.

(5)  Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill mill-10 ta' Novembru 2009 dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi “il-Kunsill jappella lill-Istati Membri biex jikkonċentraw l-attenzjoni fuq strateġiji orjentati lejn is-sostenibbiltà fil-programmi li jmiss tagħhom ta' stabbiltà u konverġenza” u barra minn hekk “jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Kumitat dwar l-Ekonomija Politika u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, tiżviluppa aktar il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi fil-ħin għar-rapport dwar is-Sostenibbiltà li jmiss,” li huwa previst għall-2012.

(6)  Il-bidla fil-bilanċ strutturali kkalkulat mill-ġdid skont il-metodoloġija bi qbil komuni, bl-użu ta' operazzjonijiet ta' darba skont id-definizzjoni tas-Servizzi tal-Kummissjoni tindika titjib strutturali ppjanat qrib in-0,5 % tal-PDG fl-2011, li jwassal għal total ta' 1,5 % tal-PDG fl-2011-2013.

(7)  B’mod partikolari, id-data dwar il-kategoriji fid-dettall tal-aġġustamenti tal-istokk mhumiex ipprovduti, u minħabba dan sar iktar diffiċli li sseħħ valutazzjoni oġġettiva.

(8)  Id-differenzi fil-produzzjoni reali u dik potenzjali u l-bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-programmi.

(9)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta’ 1,4 %, 0,6 %, 0,5 % u 0,9 % rispettivament fil-perijodu 2008-2011.

(10)  Bilanċ aġġustat ċiklikament u jeskludi miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn. Miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħra huma 1,4 % tal-PDG fl-2009, 1,7 % fl-2010, 1,1 % fl-2011, 0,9 % fl-2012, 0,8 % fl-2013 u 0,0 % fl-2015; kollha jnaqqsu l-iżbilanċ skont il-programm l-aktar riċenti u 0,1 % tal-PDG fl-2009 u 0,6 % fl-2010; kollha jnaqqsu l-iżbilanċ skont it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2009. Minħabba d-differenzi fil-metodoloġija, il-miżuri ta' darba rrappurtati fil-programm ma jikkwalifikawx bħala miżuri ta' darba skont id-definizzjoni tas-Servizzi tal-Kummissjoni. Skont din id-definizzjoni, il-miżuri ta' darba huma 0,3 % tal-PDG li jnaqqsu l-iżbilanċ fl-2010 u żero fis-snin li jibqa’.

Sors:

Programm ta' konverġenza (PK); It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/11


OPINJONI TAL-KUNSILL

dwar il-programm ta' stabbiltà aġġornat tal-Finlandja, 2009-2013

2010/C 138/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

TA DIN L-OPINJONI:

(1)

Fit-26 ta’ April 2010 l-Kunsill eżamina l-programm ta’ stabbiltà aġġornat tal-Finlandja, li jkopri l-perijodu bejn l-2009 u l-2013.

(2)

Filwaqt li l-Finlandja daħlet fil-kriżi globali fl-2008 minn pożizzjoni relattivament b'saħħitha, minħabba li bniet bilanċ pożittiv sostanzjali fil-kont kurrenti u fil-finanzi tal-gvern, il-kriżi globali kellha impatt partikolarment qawwi fuq l-industrija orjentata ferm lejn l-esportazzjoni, kif ukoll fuq is-setturi domestiċi minħabba l-effetti negattivi fuq il-fiduċja. Il-Finlandja ppermettiet it-tħaddim sħiħ tal-istabbilizzaturi awtomatiċi u, barra minn hekk, ipprovdiet għal stimolu fiskali diskrezzjonali kbir. Għaldaqstant, il-finanzi tal-gvern ġenerali ddgħajfu b'aktar minn 6,5 % tal-PDG fl-2009. Filwaqt li matul l-2009 l-fiduċja tal-konsumatur reġgħet żdiedet malajr għal livelli ogħla mill-medja fuq medda twila ta' żmien, u l-indikaturi tal-fiduċja tal-industriji ttjiebu wkoll moderatament, it-titjib fl-ekonomija reali kien aktar gradwali. S'issa s-suq tax-xogħol irreaġixxa għall-kriżi b'mod aktar moderat milli kien mistenni mit-tnaqqqis qawwi fil-produzzjoni.

(3)

Għalkemm il-biċċa l-kbira tat-tnaqqis osservat fil-PDG attwali fil-kuntest tal-kriżi huwa ċikliku, il-livell tat-tkabbir fil-produzzjoni potenzjali kien ukoll affettwat b'mod negattiv. Barra minn hekk, il-kriżi tista’ taffettwa wkoll it-tkabbir potenzjali għall-perijodu medju minħabba inqas investiment, restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta' kreditu u żieda fil-qgħad strutturali. Barra minn hekk, l-impatt tal-kriżi ekonomika jaggrava l-effetti negattivi tat-tixjiħ demografiku fuq il-produzzjoni potenzjali u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. F'dan l-isfond ser ikun essenzjali li jitħaffef il-pass tar-riformi strutturali bl-għan ta' sostenn tat-tkabbir potenzjali. B'mod partikolari, għall-Finlandja hu importanti li jitwettqu riformi biex tiżdied il-provvista tal-ħaddiema fuq medda itwal ta' żmien sabiex jingħelbu l-effetti negattivi fuq is-suq tax-xogħol dovuti għat-tixjiħ tal-popolazzjoni.

(4)

Ix-xenarju makroekonomiku li hu l-bażi tal-programm ibassar li wara tnaqqis qawwi b'7,6 % fl-2009, it-tkabbir reali tal-PDG ser jerġa' jibda jiżdied għal 0,7 % fl-2010, filwaqt li jiżdied għal 2,4 % u 3,5 % fl-2011 u 2012 rispettivament, qabel ma jimmodera għal 3 % fl-2013. Meta jitqies fil-kuntest tal-informazzjoni disponibbli bħalissa (2), dan ix-xenarju jidher li hu msejjes fuq suppożizzjonijiet ta’ tkabbir plawżibbli sal-2011 u fuq suppożizzjonijiet ta’ tkabbir deċiżament favorevoli minn hemm ’il quddiem, minħabba li r-rati ta' tkabbir ipproġettati huma sostanzjalment ogħla mit-tkabbir potenzjali stmat għall-perijodu medju. Il-projezzjonijiet tal-programm għall-inflazzjoni jidhru li huma realistiċi tul il-perijodu tal-programm.

(5)

Il-programm jagħti stima tal-iżbilanċ tal-gvern ġenerali fl-2009 ta' 2,2 % tal-PDG. Id-deterjorament sinifikanti minn bilanċ pożittiv ta' 4,4 % tal-PDG fl-2008 jirrifletti sa ċertu punt l-impatt tal-kriżi tal-finanzi tal-gvern u l-miżuri ta' stimolu li jammontaw għal kważi 2 % tal-PDG li l-gvern adotta b'konformità mal-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku (PERE). Id-deterjorament fil-finanzi pubbliċi kien dovut primarjament minn dħul aktar dgħajjef, speċjalment minħabba tnaqqis qawwi fid-dovuti tat-taxxa fuq id-dħul, partikolarment it-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji. Skont il-programm, il-politika fiskali hi ppjanata li tibqa' ta' sostenn fl-2010 qabel ma ssir waħda ġeneralment newtrali fl-aħħar snin tal-programm. Billi l-miżuri ta' stimolu fiskali huma fil-biċċa l-kbira tagħhom ta' natura permanenti, l-ikkompletar tagħhom mhuwiex ser iwassal awtomatikament għall-konsolidament fiskali. B'konformità mal-istrateġija ta' ħruġ mitluba mill-Kunsill, u bil-ħsieb li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, jeħtieġ li wieħed jissikka l-qagħda fiskali għall-perijodu medju. Il-programm jiddikjara li l-gvern ser jiddeċiedi aktar tard fuq il-miżuri ta' konsolidament baġitarju, li huma ppjanati li jiġu speċifikati fil-baġit tal-2011 u fl-aġġornament tal-programm ta' stabbiltà li jmiss.

(6)

Il-programm ibassar li l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali ser jikber għal 3,6 % tal-PDG fl-2010, u b'hekk jaqbeż b'mod temporanju l-limitu tal-iżbilanċ ta' 3 % tal-PDG stabbilit fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Iż-żieda proġettata fl-iżbilanċ hi dovuta għal stimolu ulterjuri li jammonta għal xi ftit aktar minn 1 % tal-PDG, prinċipalment fil-forma ta' tnaqqis fiskali, iżda wkoll ħlasijiet ta' benefiċċji soċjali ogħla, dovuti prinċipalment għaż-żieda mistennija fil-qgħad. Il-bilanċ strutturali, jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament nett minn miżuri ta' darba, ikkalkolat mill-ġdid skont il-metodoloġija maqbula komunement, hu previst li jonqos b'aktar minn 1 % fl-2010 meta mqabbel mas-sena ta' qabel, li jikkorrispondi sostanzjalment għad-daqs tal-miżuri ta' stimolu fis-seħħ fl-2010.

(7)

L-għan ewlieni tal-istrateġija baġitarja fuq medda medja ta' żmien tal-programm hu li ssostni l-attività ekonomika u s-suq tax-xogħol matul il-kriżi ekonomika, u fl-istess waqt tqis ir-restrizzjonijiet fiskali imposti mill-ħtiġijiet ta' sostenibbiltà fuq medda twila ta' żmien. Filwaqt li l-programm jenfasizza l-importanza li tinkiseb pożizzjoni fiskali sostenibbli, dan jiddikjara wkoll li l-previżjonijiet fiskali attwali msejsa fuq il-politika eżistenti ma jissodisfawx dan l-għan. Il-programm jipprevedi li l-iżbilanċi nominali u primarji ser jonqsu gradwalment mill-2011 'il quddiem, u l-iżbilanċ nominali ser ikun ta' madwar 2 % tal-PDG fl-2013. L-andament korrispondenti tal-bilanċ strutturali jindika li l-qagħda tal-politika fiskali ser ssir newtrali mill-2011 'il quddiem. Dan hu konformi max-xenarju tal-programm mibni fuq is-suppożizzjoni li ma jkunx hemm bidla fil-politika u fuq il-fatt li l-gvern għadu ma ħabbar l-ebda miżura importanti ta' konsolidament għall-perijodu medju. L-aġġornament tal-programm jistabbilixxi l-objettiv għall-perijodu medju (MTO) għall-pożizzjoni baġitarja ta' bilanċ pożittiv strutturali ta' 0,5 % tal-PDG. Minħabba l-aktar projezzjonijiet reċenti u l-livell ta' dejn, jidher li l-MTO jirrifletti l-objettivi tal-Patt. Madankollu, skont il-politika attwali, il-programm ta' stabbiltà aġġornat ma jbassarx li ser jinkiseb l-objettiv baġitarju għall-perijodu medju fil-perijodu tal-programm.

(8)

Ir-riżultati baġitarji jistgħu jkunu agħar minn dawk imbassra fil-programm. Filwaqt li r-riskji għall-prospettiva tat-tkabbir aktar immedjat huma limitati billi l-aħħar indikaturi orjentati lejn il-ġejjieni jikkonfermaw irkupru pjuttost b'saħħtu u kontinwu tal-fiduċja tal-konsumatur kif ukoll, anki jekk b'mod inqas qawwi, tal-fiduċja tan-negozju, ir-riżultat baġitarju fl-aħħar snin tal-programm jista' jkun agħar minn kif proġettati minħabba s-suppożizzjonijiet ta’ tkabbir deċiżament favorevoli sottostanti għall-projezzjonijiet baġitarji. Ir-riskji għall-miri huma kemxejn kontrobilanċjati mill-impenn tal-gvern li jispeċifika miżuri ta' ħruġ fil-baġit tal-2011 u fl-aġġornament tal-programm ta' stabbiltà li jmiss.

(9)

Id-dejn gross tal-gvern hu stmat għal 41,8 % tal-PDG fl-2009, ogħla mill-34,2 % fis-sena ta' qabel. Dan hu dovut prinċipalment għaż-żieda rapida fl-iżbilanċ u għat-tnaqqis fil-PDG. Il-proporzjon ta' dejn hu proġettat li jiżdied ulterjorment b'14,6 pp. tul il-perijodu tal-programm, għal 56,4 % tal-PDG sal-2013, dovut l-aktar għat-tkomplija ta' żbilanċi għoljin tal-gvern. Fid-dawl tar-riskji negattivi għall-miri baġitarji, il-proporzjon tad-dejn jista' jiżdied anki aktar minn dak proġettat fil-programm. Kif suġġerit mill-analiżi tas-sensittività mwettqa fil-programm, il-proporzjon tad-dejn mhuwiex proġettat li jaqbeż is-60 % tal-livell massimu tal-PDG stipulat mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Bħal fis-snin ta' qabel, il-fondi tas-sigurtà soċjali jkomplu jakkumulaw l-assi finanzjarji, li ammontaw għal madwar 52,4 % tal-PDG fl-2008, u għalhekk bħalissa jaqbżu d-dejn gross tal-gvern.

(10)

Previżjonijiet dwar id-dejn għall-perijodu medju li jassumu li r-rati tat-tkabbir tal-PDG gradwalment ser jirkupraw għall-valuri previsti qabel il-kriżi, il-proporzjonijiet fiskali jirritornaw għal-livelli ta' qabel il-kriżi, u jinkludu ż-żieda prevista fl-infiq relatat mat-tixjiħ juru li l-istrateġija baġitarja prevista fil-programm, meqjus b'valur nominali u mingħajr ebda tibdil ieħor fil-politika, ma tkunx biżżejjed biex tistabbilizza l-proporzjon tad-dejn mal-PDG sal-2020.

(11)

Filwaqt li l-impatt baġitarju tax-xjuħija għall-perijodu twil huwa xi ftit ogħla mill-medja fl-UE, ir-riformi tal-pensjonijiet li ddaħħlu fis-seħħ għenu biex jitrażżan it-tkabbir proġettat fin-nefqa għall-pensjonijiet matul l-għexieren ta' snin li ġejjin. Barra minn hekk, l-assi kbar akkumulati mill-fondi tal-pensjonijiet pubbliċi se jgħinu biex jiffinanzjaw parti miż-żieda futura fin-nefqa tal-pensjonijiet. Il-pożizzjoni baġitarja fl-2009, kif stmata fil-programm, tkompli tkabbar l-impatt baġitarju tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fuq il-lakuna tas-sostenibbiltà. L-iżgurar ta' bilanċi pożittivi primarji għolja għall-perijodu medju u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali adatti jikkontribwixxu biex jiġu limitati r-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi li ġew evalwati fir-Rapport ta' Sostenibbiltà tal-Kummissjoni tal-2009 (3) bħala baxxi.

(12)

L-għodda ewlenija biex tiġi kkontrollata n-nefqa tal-gvern ċentrali tibqa' tkun il-limiti tal-infiq multiannwali, li jeskludu l-entrati tal-infiq sensittivi ċiklikament u għalhekk ippermettew it-tħaddim sħiħ tal-istabbilizzaturi awtomatiċi. Filwaqt li din l-impostazzjoni sostniet l-attività ekonomika u l-koeżjoni soċjali tul il-perijodu tal-kriżi, din wasslet ukoll għal deterjorament relattivament qawwi tal-finanzi pubbliċi. Meta jitqiesu r-riżultati tajbin irreġistrati s'issa, l-istrument tal-livelli massimi tal-infiq jista' jkun mistenni li jibqa' għodda effettiva biex titrażżan in-nefqa mhux ċiklika tal-gvern ċentrali. Il-programm jirrikonoxxi li għandha ssir enfasi fuq l-istrateġija ta' ħruġ ta' wara l-kriżi u biex jiġu żviluppati regoli ta' politika fiskali li jiżguraw is-sostenibbiltà għall-perijodu twil tal-finanzi pubbliċi. Il-gvern ċentrali jipprova jikseb ukoll żidiet fil-produttività għal servizzi pprovduti muniċipalment, li jistgħu, min-naħa tagħhom, irażżnu l-pressjonijiet fuq in-nefqa. Għal dan l-għan, il-Parlament għadda liġi qafas fl-2007.

(13)

Il-gvern ma biddilx sostanzjalment l-istrateġija ta' riforma li għaddejja bħalissa dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-għoti tas-servizzi kemm fil-livell tal-gvern ċentrali kif ukoll dak lokali, li t-tnejn mexjin skont il-pjan. Madankollu, iż-żidiet mixtieqa fil-produttività fil-livell muniċipali x'aktarx li jseħħu sostanzjalment biss fil-perijodu medju għal dak twil.

(14)

B'mod ġenerali, meta jitqiesu r-riskji għall-miri baġitarji msemmija hawn fuq, l-istrateġija biex il-politika fiskali ta' sostenn tinżamm ukoll fl-2010, tista' titqies konformi mal-PERE. Wara l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika, il-limitu tal-iżbilanċ tal-gvern ġenerali ta' 3 % tal-PDG hu previst li jinqabeż temporanjament fl-2010, filwaqt li jerġa' lura gradwalment għal taħt il-valur ta' referenza minn hemm 'il quddiem. Madankollu, fid-dawl tar-riskji tal-previżjonijiet tat-tkabbir fl-aħħar snin tal-programm, anki t-tnaqqis moderat ippjanat fl-iżbilanċ jista' ma jinkisibx. Il-qagħda fiskali proġettata, kif imkejla mill-bidla fil-bilanċi strutturali, ma tindikax li l-konsolidament fiskali ser iseħħ fil-perijodu medju u l-programm ma jbassarx li se jsir progress lejn l-MTO tiegħu fil-perijodu tal-programm. Filwaqt li l-programm jiddikjara li qed tkun ippjanata strateġija ta' konsolidament, dan ma jispeċifikax l-objettivi preċiżi jew l-elementi ewlenin tagħha. Ser tinħtieġ implimentazzjoni f'waqtha ta' strateġija komprensiva mmirata lejn konsolidament fiskali strutturali biex l-istrateġija baġitarja tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Patt.

(15)

Fir-rigward tar-rekwiżiti tad-dejta speċifikati fil-kodiċi ta' kondotta għall-programmi ta' stabbiltà u konverġenza, il-programm fih xi lakuni fid-dejta mitluba u f'dik fakultattiva (4).

Il-konklużjoni ġenerali hi li l-kriżi ekonomika gravi dgħajfet sostanzjalment il-finanzi pubbliċi, inkluża l-pożizzjoni ta' sostenibbiltà għall-perijodu twil. Il-politika fiskali espansjonarja ppjanata fl-2010 hija konformi mal-PERE. Madankollu, il-previżjonijiet tal-programm, imsejsa fuq il-politika attwali, jindikaw li l-iżbilanċ tal-gvern ġenerali ser jaqbeż il-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG fl-2010. Madankollu, it-triq lejn konsolidament fiskali kajman proġettat għall-perijodu medju ma jiżgurax li ser ikun hemm progress lejn l-MTO tal-programm. Meta jitqiesu wkoll ir-riskji ta' ċaqliq 'l isfel marbuta ma' dawn il-previżjonijiet, ikun ferm mixtieq li l-Gvern jieħu azzjoni f'waqtha biex jispeċifika strateġija fiskali komprensiva u konkreta għall-perijodu medju mmirata lejn konsolidament mill-2011 'il quddiem. Fid-dawl tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, il-Finlandja qed tiġi mistiedna biex:

(i)

timplimenta l-politika fiskali tal-2010 kif ippjanata b'konformità mal-PERE, filwaqt li tiżgura li l-ksur tal-valur ta' referenza ta' 3 % tal-PDG jibqa' mrażżan u temporanju;

(ii)

tieħu azzjoni f'waqtha biex tiddefinixxi strateġija fiskali komprensiva u konkreta għall-perijodu medju mmirata lejn il-konsolidament mill-2011 'il quddiem, bl-għan ukoll li tikseb l-MTO u biex terġa' tikseb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi għall-perijodu twil.

Tqabbil ta' previżjonijiet ewlenin makroekonomiċi u baġitarji

 

 

2008

2009

2010

2011

2012

2013

PDG reali

(% ta’ bidla)

PS Frar 2010

1,0

–7,6

0,7

2,4

3,5

3,0

COM Nov 2009

1,0

–6,9

0,9

1,6

m.d.

m.d.

PS Diċ 2008

2,6

0,6

1,8

2,4

2,2

m.d.

Inflazzjoni tal-HICP

(%)

PS Frar 2010

3,9

1,7

1,8

1,7

2,0

2,0

COM Nov 2009

3,9

1,8

1,6

1,5

m.d.

m.d.

PS Ott 2008

4,0

2,3

1,9

2,0

2,0

m.d.

Differenza fil-produzzjoni reali u potenzjali (5)

(% tal-PDG potenzjali)

PS Frar 2010

3,7

–5,0

–5,0

–4,0

–2,2

–1,2

COM Nov 2009 (6)

3,5

–4,5

–4,3

–3,8

m.d.

m.d.

PS Diċ 2008

1,3

–0,6

–1,0

–1,2

m.d.

m.d.

Tislif/self nett fir-rigward tal-bqija tad-dinja

(% tal-PDG)

PS Frar 2010

2,7

0,8

1,2

1,5

1,8

2,0

COM Nov 2009

3,0

1,1

1,2

1,3

m.d.

m.d.

PS Diċ 2008

4,0

3,6

3,7

3,9

3,9

m.d.

Dħul tal-Gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PS Frar 2010

53,4

53,1

52,6

53,4

53,2

52,8

COM Nov 2009

53,4

51,5

50,5

50,6

m.d.

m.d.

PS Diċ 2008

51,4

50,3

49,7

49,4

49,4

m.d.

Infiq tal-Gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PS Frar 2010

49,0

55,3

56,2

56,4

55,5

54,7

COM Nov 2009

48,9

54,3

55,0

55,0

m.d.

m.d.

PS Diċ 2008

47,0

48,2

48,6

48,4

48,5

m.d.

Bilanċ tal-Gvern ġenerali

(% tal-PDG)

PS Frar 2010

4,4

–2,2

–3,6

–3,0

–2,3

–1,9

COM Nov 2009

4,5

–2,8

–4,5

–4,3

m.d.

m.d.

PS Diċ 2008

4,4

2,1

1,1

1,0

0,9

m.d.

Bilanċ primarju

(% tal-PDG)

PS Frar 2010

5,9

–0,8

–2,3

–1,2

–0,2

0,4

COM Nov 2009

5,9

–1,4

–3,1

–2,9

m.d.

m.d.

PS Diċ 2008

5,4

4,0

3,3

2,8

2,4

m.d.

Bilanċ aġġustat ċiklikalment (5)

(% tal-PDG)

PS Frar 2010

2,6

0,3

–1,1

–1,0

–1,2

–1,3

COM Nov 2009

2,7

–0,5

–2,3

–2,4

m.d.

m.d.

PS Diċ 2008

3,7

2,4

1,7

1,6

m.d.

m.d.

Bilanċ strutturali (7)

(% tal-PDG)

PS Frar 2010

2,6

0,3

–0,9

–1,0

–1,2

–1,3

COM Nov 2009

2,7

–0,5

–2,2

–2,4

m.d.

m.d.

PS Diċ 2008

3,7

2,4

1,7

1,6

m.d.

m.d.

Dejn gross tal-gvern

(% tal-PGD)

PS Frar 2010

34,2

41,8

48,3

52,2

54,4

56,4

COM Nov 2009

34,1

41,3

47,4

52,7

m.d.

m.d.

PS Diċ 2008

32,4

33,0

33,7

34,1

34,6

m.d.

Programm ta’ Stabbiltà (SP); It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1. Id-dokumenti msemmija f'dan it-test jinsabu fuq il-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/index_en.htm

(2)  Il-valutazzjoni tqis notevolment it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-Ħarifa tal-2009, iżda wkoll tagħrif ieħor li laħaq sar disponibbli minn dakinhar.

(3)  Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2009 dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi “il-Kunsill jappella lill-Istati Membri biex jiffukaw l-attenzjoni tagħhom fuq strateġiiji orjentati lejn is-sostenibbiltà fil-programmi ta' stabbiltà u konverġenza li ġejjin” u “jistieden ulterjorment lill-Kummissjoni, flimkien mal-Kumitat għall-Politika Ekonomika u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, biex jiġu żviluppati ulterjorment metodoloġiji għall-valutazzoni tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi fil-ħin għar-rapport ta' Sostenibbiltà li jmiss,” li huwa previst fl-2012.

(4)  B'mod partikolari, mhumiex ipprovduti suppożizzjonijiet esterni għall-aħħar snin tal-perijodu tal-programm.

(5)  Differenzi fil-produzzjoni reali u potenzjali u bilanċi aġġustati ċiklikament skont il-programmi kif ikkalkulati mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-programmi.

(6)  Ibbażat fuq it-tkabbir potenzjali stmat ta' 2,1 %, 1 %, 0,7 % u 1,1 % rispettivament fil-perijodu 2008-2011.

(7)  Bilanċ aġġustat ċiklikament bl-esklużjoni ta' miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn. Miżuri ta’ darba biss u miżuri temporanji oħra jikkonċernaw biss l-2010 meta jammontaw għal 0,2 % tal-PDG u jkunu ta' żieda għall-iżbilanċ skont il-programm l-aktar reċenti u t-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2009.

Sors:

Programm ta’ Stabbiltà (SP); It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2009 (COM); Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni.


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/15


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Mejju 2010

2010/C 138/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2255

JPY

Yen Ġappuniż

110,79

DKK

Krona Daniża

7,4396

GBP

Lira Sterlina

0,84625

SEK

Krona Żvediża

9,6660

CHF

Frank Żvizzeru

1,4164

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9860

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,629

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

276,86

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7079

PLN

Zloty Pollakk

4,0848

RON

Leu Rumen

4,1465

TRY

Lira Turka

1,9255

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4620

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2919

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,5437

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8252

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7219

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 500,26

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,4074

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3720

HRK

Kuna Kroata

7,2654

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 356,57

MYR

Ringgit Malażjan

4,0374

PHP

Peso Filippin

56,951

RUB

Rouble Russu

37,7950

THB

Baht Tajlandiż

39,908

BRL

Real Brażiljan

2,2556

MXN

Peso Messikan

15,8347

INR

Rupi Indjan

57,4270


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/16


Avviż tal-Kummissjoni

Linji gwida supplimentari dwar restrizzjonijiet vertikali f' akkordji dwar il-bejgħ u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur u d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 138/05

I.   INTRODUZZJONI

1.   Skop tal-Linji gwida

(1)

Dawn il-Linji gwida jistabbilixxu l-prinċipji għall-evalwazzjoni taħt l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) ta’ kwistjonijiet partikolari li jqumu fil-kuntest tar-restrizzjonijiet vertikali f'akkordji dwar il-bejgħ u t-tiwsija ta’ vetturi bil-mutur u d-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil. Huma jakkumpanjaw ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur (2) (minn issa 'l quddiem “Eżenzjoni ta' Kategorija dwar il-Vetturi bil-Mutur”) u għandhom l-għan li jgħinu kumpaniji sabiex jagħmlu l-evalwazzjoni tagħhom stess ta' dawn l-akkordji.

(2)

Dawn il-Linji gwida jipprovdu kjarifikazzjoni dwar kwistjonijiet li huma partikolarment rilevanti għas-settur tal-vetturi bil-mutur, inkluż l-interpretazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta' April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (3) (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta' Kategorija Vertikali Ġenerali”). Dawn huma mingħajr preġudizzju għall-applikabbilità tal-Linji gwida dwar Restrizzjonijiet Vertikali (4) (minn hawn 'il quddiem “Linji gwida Vertikali Ġenerali”) u għalhekk għandhom jinqraw flimkien ma' u bħala suppliment lil-Linji gwida Vertikali Ġenerali.

(3)

Dawn il-Linji gwida japplikaw kemm għall-akkordji vertikali kif ukoll għall-prattiċi miftiehma relatati mal-kundizzjonijiet li skonthom il-partijiet jistgħu jixtru, ibiegħu jew ibiegħu mill-ġdid partijiet tal-bdil u/jew jipprovdu servizzi ta' tiswija u manutenzjoni għall-vetturi bil-mutur, u għall-akkordji vertikali u prattiċi mifthiema relatati mal-kundizzjonijiet li skonthom il-partijiet jistgħu jixtru, ibiegħu, jew ibiegħu mill-ġdid vetturi bil-mutur. Kif spjegat fit-tieni Taqsima ta' dawn il-Linji gwida, il-kategorija tal-aħħar tal-akkordji u prattiċi miftiehma se tibqa' soġġetta għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi mifthiema fis-settur tal-vetturi bil-mutur (5) sal-31 ta' Mejju 2013. Għalhekk, dawn il-Linji gwida se japplikaw biss mill-1 ta' Ġunju 2013 fir-rigward tal-akkordji vertikali u prattiċi mifthiema għax-xiri, bejgħ jew bejgħ mill-ġdid ta' vetturi bil-mutur ġodda. Dawn il-Linji gwida ma japplikawx għal akkordji vertikali fis-setturi minbarra tal-vetturi bil-mutur, u l-prinċipji stabbilti hawnhekk mhux neċessarjament jintużaw għall-evalwazzjoni ta' akkordji f'setturi oħra.

(4)

Dawn il-Linji gwida huma mingħajr ħsara għall-applikazzjoni parallela possibbli tal-Artikolu 102 tat-Trattat lil akkordji vertikali fis-settur tal-vetturi bil-mutur, jew l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jistgħu jagħtu relatata mal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat lit-tali akkordji vertikali.

(5)

Sakemm mhux dikjarat mod ieħor, l-analiżi u l-argumenti f'dawn il-Linji gwida japplikaw għal-livelli kollha ta’ kummerċ. It-termini “fornitur” u “distributur” (6) jintużaw għal-livelli kollha ta’ kummerċ. L-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali u l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur huma kollettivament imsejħa bħala “ir-Regolamenti dwar l-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija”.

(6)

L-istandards stabbiliti f’dawn il-Linji gwida għandhom jiġu applikati għal kull każ b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi individwali fattwali u legali. Il-Kummissjoni għandha tapplika (7) dawn il-Linji gwida b’mod raġonevoli u flessibbli, u b’kunsiderazzjoni tal-esperjenza li tikseb matul l-attivitajiet ta’ infurzar u monitoraġġ tas-suq.

(7)

L-istorja tal-infurzar tal-kompetizzjoni f’dan is-settur turi li ċerti restrizzjonijiet jistgħu jaslu għalihom jew bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali diretti u espliċiti jew permez ta’ obbligi indiretti jew mezzi indiretti li xorta jiksbu l-istess riżultat antikompetittiv. Fornituri li jixtieq jinfluwenza l-aġir kompetittiv ta' distributur jista', pereżempju, juża theddid jew intimidazzjoni, twissijiet jew pieni. Huma jistgħu wkoll itawwlu jew jissospendu l-kunsinnja jew jheddu li jitterminaw il-kuntratti tad-distributuri li jbiegħu lill-klijenti barranin jew ma jżommux mal-livell ta' prezz mogħti. Ir-relazzjonijiet trasparenti bejn il-partijiet kontraenti normalment għandhom inaqqsu r-riskju għall-manifatturi li jinżammu responsabbli tal-użu tat-tali forom indiretti ta’ pressjoni li għandhom l-għan li jiksbu riżultati antikompetittivi. Adeżjoni ma' Kodiċi ta' Kondotta hu mezz wieħed sabiex tinkiseb aktar trasparenza fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-partijiet. Kodiċijiet bħal dawn jistgħu, inter alia, jipprovdu għal perjodi ta' notifika għat-terminazzjoni tal-kuntratt, li jista' jkun determinat skont it-tul tal-kuntratt; għal kumpens li għandu jingħata għal investimenti pendenti li huma speċifiċi għar-relazzjoni li saru mill-operatur ekonomiku f'każ ta' terminazzjoni minn qabel mingħajr kawża ġusta; kif ukoll għall-arbitraġġ bħala mekkaniżmu alternattiv għar-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet. Jekk il-fornitur jinkorpora Kodiċi ta' Kondotta bħal dan fil-akkordji tiegħu mad-distributuri u mal-garaxxijiet għat-tiswija, jagħmlu disponibbli għall-pubbliku u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tiegħu, dan jiġi meqjus bħala fattur rilevanti sabiex tiġi vvalutata l-kondotta tal-fornitur f'każijiet individwali.

2.   Struttura tal-Linji gwida

(8)

Dawn il-Linji gwida huma strutturati kif ġej:

(a)

Ambitu tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur u relazzjoni mar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali (Taqsima II)

(b)

L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet addizzjonali fir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur (Taqsima III)

(c)

It-trattament ta’ restrizzjonijiet speċifiċi: immarkar uniku u distribuzzjoni selettiva (Taqsima IV)

II.   AMBITU TAL-EŻENZJONI TA’ KATEGORIJA GĦALL-VETTURI BIL-MUTUR U RELAZZJONI MAR-REGOLAMENT DWAR L-EŻENZJONI TA’ KATEGORIJA VERTIKALI ĠENERALI

(9)

Skont l-Artikolu 4 tiegħu, ir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur tkopri akkordji vertikali dwar ix-xiri, il-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ partijiet tal-bdil għall-vetturi bil-mutur u s-servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni għall-vetturi bil-mutur.

(10)

L-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur jestendi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002 sal-31 ta' Mejju 2013 f'dak li jirrigwarda akkordji vertikali dwar ix-xiri, l-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi ġodda bil-mutur. Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta' Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur, mill-1 ta’ Ġunju 2013, akkordji vertikali dwar ix-xiri, l-bejgħ u l-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi bil-mutur ġodda għandhom ikunu koperti mir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali (8).

(11)

Id-distinzjoni li ssir mill-qafas il-ġdid bejn is-swieq għall-bejgħ ta’ vetturi ġodda bil-mutur, u s-swieq ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur tirrifletti l-kondizzjonijiet kompetittivi eżistenti f' dawn is-swieq.

(12)

Abbażi ta’ analiżi fil-fond tas-suq fir-Rapport tal-Evalwazzjoni tal-operat tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tat-28 ta’ Mejju 2008 (9) u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-Qafas Ġejjieni tal-Liġi tal-Kompetizzjoni applikabbli għas-settur tal-vetturi bil-mutur tat-22 ta’ Lulju 2009 (10) magħmula fir-Rapport ta' Evalwazzjoni Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Il-Qafas Ġejjieni tal-Liġi tal-Kompetizzjoni applikabbli għas-settur tal-vetturi bil-mutur, jidher li, fir-rigward tas-settur ta’ distribuzzjoni tal-vetturi bil-mutur ġodda, m’hemmx nuqqasijiet tal-kompetizzjoni sinifikanti li jistgħu jiddistingwuh minn setturi ekonomiċi oħra u li jistgħu jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ regoli differenti u aktar stretti minn dawk fir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-limitu tas-sehem tas-suq ta' 30 % (11), in-nuqqas ta’ eżenzjoni għal ċerti akkordji vertikali għad-distribuzzjoni u l-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali normalment jiżguraw li l-akkordji vertikali dwar id-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat mingħajr ilbżonn għal rekwiżiti addizzjonali għal dawk applikabbli għal setturi oħra.

(13)

Madankollu, sabiex l-operaturi kollha jkollhom żmien jaddattaw ruħhom għar-reġim ġenerali, b’mod partikolari minħabba l-investimenti bbażati fuq relazzjonijiet speċifiċi li saru fit-tul, il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002 qed jiġi estiż bi tliet snin sal-31 ta’ Mejju 2013 fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti li huma relatati b’mod speċifiku ma’ akkordji vertikali dwar ix-xiri, il-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ vetturi ġodda bil-mutur. Mill-1 ta' Ġunju 2010 sal-31 ta' Mejju 2013, dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002 li huma relatati kemm ma’ akkordji dwar id-distribuzzjoni ta’ vetturi ġodda u akkordji dwar ix-xiri, il-bejgħ u l-bejgħ mill-ġdid ta’ partijiet tal-bdil awtomotivi u/jew provvista ta' servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni, għandhom japplikaw matul il-perjodu ta’ titwil biss fir-rigward ta’ dawk ta’ qabel. Matul dak il-perjodu dawn il-Linji gwida attwali għandhom jintużaw għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002. Minflok, għandha ssir referenza għall-Ktejjeb Spjegattiv dwar dak ir-Regolament (12).

(14)

Fir-rigward ta’ akkordji vertikali relatati mal-kondizzjonijiet li taħthom il-partijiet jistgħu jixtru, ibiegħu jew ibiegħu mill-ġdid partijiet tal-bdil għal vetturi bil-mutur u/jew provvista ta' servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni għal vetturi bil-mutur, tapplika l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur mill-1 ta’ Ġunju 2010. Dan ifisser li, sabiex jiġu eżentati skont l-Artikolu 4 tagħha, dawk il-akkordji mhux biss għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal eżenzjoni taħt l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali, iżda wkoll m’għandux ikun fihom restrizzjonijiet serji fuq il-kompetizzjoni, komunement imsejħa restrizzjonijiet fundamentali kif elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur.

(15)

Minħabba l-għamla speċifika għal marki tas-swieq ġenerali għas-servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni u għad-distribuzzjoni tal-partijiet tal-bdil, kompetizzjoni f’dawn is-swieq fiha nnifisha hija anqas intensa paragunata ma’ dik fis-suq għall-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur ġoddda. Waqt li l-affidabilità tjiebet u l-intervalli bejn is-servizzi twalu permezz tat-titjib teknoloġiku, din l-evoluzzjoni hija superata minn tendenza ta’ żieda fil-prezzijiet għal xogħolijiet ta’ tiswija u manutenzjoni individwali. Fis-swieq tal-partijiet tal-bdil, il-partijiet li fihom il-marka tal-manifattur tal-vettura bil-mutur jiffaċċjaw kompetizzjoni minn dawk forniti mill-fornituri tat-tagħmir oriġinali (OES) u minn partijiet oħra. Dan iżomm pressjoni fuq il-prezzijiet f’dawk is-swieq, li mbagħad ipoġġu pressjoni fuq il-prezzijiet fis-swieq tat-tiswija u manutenzjoni, peress li l-partijiet tal-bdil għandhom perċentwal kbir tal-ispiża tat-tiswija medja. Barra minn hekk, it-tiswija u l-manutenzjoni in ġenerali jirrapreżentaw proporzjon għoli ħafna tal-infiq totali tal-konsumatur fuq il-vetturi bil-mutur, li fih innifsu jammonta għal biċċa sinifikanti tal-baġit medju tal-konsumatur.

(16)

Sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni partikolari fis-swieq ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur, ir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali hija supplimentata minn tliet restrizzjonijiet fundamentali addizjonali fl-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur li japplikaw għal akkordji dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur u l-provvista tal-partijiet tal-bdil. Aktar gwida dwar dawk ir-restrizzjonijiet fundamentali addizzjonali hi mogħtija fit-Taqsima III ta' dawn il-Linji gwida.

III.   L-APPLIKAZZJONI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI FIR-REGOLAMENT DWAR L-EŻENZJONI TA' KATEGORIJA GĦALL-VETTURI BIL-MUTUR

(17)

L-Akkordji ma jibbenefikawx mill-eżenzjoni ta’ kategorija jekk fihom restrizzjonijiet fundamentali. Dawn ir-restrizzjonijiet huma elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali u l-Artikolu 5 tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur. L-inklużjoni ta’ kwalunkwe restrizzjonijiet bħal dawn fi ftehim jista’ jwassal għal preżunzjoni li l-ftehim jaqa’ taħt l-Artikolu 101(1). Dan iwassal ukoll għal preżunzjoni li l-ftehim diffiċli li jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 101(3), li għalhekk l-eżenzjoni ta’ kategorija ma tapplikax. Madankollu, din hija preżunzjoni konfutabbli li tħalli miftuħa l-possibbiltà għall-impriżi li jużaw id-difiża tal-effiċjenza taħt l-Artikolu 101(3) tat-Trattat f’każ individwali.

(18)

Wieħed mill-għanijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-politika tal-kompetizzjoni għas-settur tal-vetturi bil-mutur huwa l-protezzjoni tal-aċċess għall-manifatturi tal-partijiet tal-bdil għas-swieq ta’ wara l-bejgħ tal-vetturi bil-mutur, li jiżgura li l-marki kompetittivi tal-partijiet tal-bdil jibqgħu disponibbli għall-garaxxijiet tat-tiswija indipendenti u awtoritzzati, kif ukoll għall-bejjiegħa bl-ingrosssa tal-partijiet. Id-disponibbiltà tat-tali partijiet hija ta’ benefiċċju konsiderevoli għall-konsumaturi, b’mod partikolari għaliex ħafna drabi jkun hemm differenzi kbar fil-prezzijiet bejn partijiet mibjugħa jew mibjugħa mill-ġdid mill-manifattur u marki alternattivi. Alternattivi għal partijiet li għandhom it-trademark tal-manifattur (partijiet OEM) jinkludu partijiet oriġinali b'manifatturazzjoni u distribuzzjoni minn fornituri ta' apparat oriġinali (partijiet OES), filwaqt li partijiet oħra li jaqblu mal-kwalità tal-komponenti oriġinali huma forniti minn manifatturi ta' partijiet li “jaqblu mal-kwalita' ”.

(19)

Partijiet jew tagħmir oriġinali tfisser partijiet jew tagħmir manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta' produzzjoni pprovduti mill-manifattur tal-vettura bil-mutur għall-produzzjoni ta' partijiet jew tagħmir għall-assemblaġġ tal-vettura bil-mutur in kwistjoni. Dan jinkludi partijiet jew tagħmir manifatturati fl-istess linja ta’ produzzjoni bħal dawn il-partijiet jew tagħmir. Huwa preżunt sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, li partijiet ikunu partijiet oriġinali jekk il-manifattur tal-partijiet jiċċertifika li l-partijiet huma ta' kwalità pariġġ għall-komponenti użati fl-assemblaġġ tal-vettura in kwistjoni u ġew manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta' produzzjoni tal-vettura (ara l-Artikolu 3(26) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (13)).

(20)

Sabiex jiġu kkunsidrati li “jaqblu mal-kwalità”, il-partijiet iridu jkunu ta' kwalità suffiċjentement għolja li l-użu tagħhom ma tipperikolax ir-reputazzjoni tan-netwerk awtorizzata in kwestjoni. Bħal kull standard ta' selezzjoni ieħor, il-manifattur tal-vettura jista' jġib evidenza li partijiet tal-bdil in kwestjoni ma jissodisfawx dan ir-rekwiżit.

(21)

L-Artikolu 4(e) tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta' Kategorija Vertikali Ġenerali jiddeskriviha bħala restrizzjoni fundamentali għal ftehim bejn fornitur tal-komponenti u xerrej li jinkorpora dawk il-komponenti, għall-prevenzjoni jew ir-restrizzjoni tal-kompetenza tal-fornitur milli jbiegħ il-komponenti tiegħu lill-utenti aħħarin, lill-garaxxijiet tat-tiswija indipendenti jew lill-fornituri oħra tas-servizzi li mhux fdati mix-xerrej bit-tiswija jew isservisjar tal-oġġetti tiegħu. L-Artikoli 5(a) sa (c) tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni tal-Vetturi bil-Mutur jniżżlu tlitt restrizzjonijiet fundamentali addizzjonali relatati mal-akkordji għall-forniment tal-partijiet tal-bdil.

(22)

L-Artikolu 5(a) tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur għandu x’jaqsam mar-restrizzjoni fuq il-bejgħ tal-partijiet tal-bdil għall-vetturi bil-mutur minn membri ta’ sistema tad-distribuzzjoni selettiva lil garaxxijiet tat-tiswija indipendenti. Din id-dispożizzjoni hija rilevanti l-aktar għal kategorija partikolari ta’ partijiet, kultant imsejħa bħala partijiet ta’ użu ma’ oġġetti oħra, li jistgħu jinkisbu biss mill-manifattur tal-vetturi jew minn membri tan-netwerks awtorizzati tiegħu. Jekk fornitur u distributur jiftehmu li t-tali partijiet ma jistgħux jiġu forniti lil garaxxijiet tat-tiswija indipendenti, dan il-ftehim probabbilment jeskludi t-tali garaxxijiet tat-tiswija mis-suq għas-servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni u jmur kontra l-Artikolu 101 tat-Trattat.

(23)

L-Artikolu 5(b) tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur għandu x’jaqsam ma’ kwalunkwe restrizzjoni diretta jew indiretta miftiehma bejn fornitur ta’ partijiet tal-bdil, għodda tat-tiswija jew tagħmir dijanjostiku jew ieħor u manifattur ta’ vetturi bil-mutur, li tillimita l-kapaċità tal-fornitur li jbiegħ dawn l-oġġetti jew servizzi lil distributuri u garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati u/jew indipendenti. L'hekk imsejħa “arranġamenti dwar l-għodda” bejn fornituri ta’ komponenti u manifatturi ta’ vetturi bil-mutur huma eżempju wieħed ta’ restrizzjonijiet indiretti possibbli ta’ dan it-tip. Għandha ssir referenza f'dan ir-rigward lill-Avviż tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 1978 rigward l-evalwazzjoni tagħha ta' ċerti ftehim ta' sottokuntratti relatati ma' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat tal-KEE (14) (l-Avviż ta' Sottokuntratti). Normalment, l-Artikolu 101(1) ma japplikax għal arranġament fejn manifattur tal-vetturi bil-mutur jipprovdi għodda lil manifattur tal-komponenti li hi meħtieġa għall-produzzjoni ta’ ċerti komponenti, jaqsam l-ispejjeż tal-iżvilupp tal-prodott tiegħu, jew jikkontribwixxi d-drittijiet ta' proprejta' intellettwali meħtieġa (15) u konoxxenza essenzjali u ma jippermettix li l-għodda tintuża għall-produzzjoni ta' partijiet li għandhom jinbiegħu direttament fis-suq ta' wara. Madankollu, jekk manifattur tal-vetturi bil-mutur jobbliga lil fornitur tal-komponenti jittrasferixxi d-dritt tal-pussess jew id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' tali għodda jew għarfien, jeħel biss parti insinifikanti tal-ispejjeż tal-iżvilupp tal-prodott, jew ma jikkontribwixxix kwalunkwe għodda meħtieġa, drittijiet ta' propjetà intellettwali jew għarfien, il-ftehim ma jitqiesx bħala arranġament ta’ sotto-kuntratt ġenwin. Għalhekk, il-ftehim jista' jinqabad mill-Artikolu 101(1) tat-Trattat u jiġi eżaminat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti ta' Eżenzjoni ta' Kategorija.

(24)

L-Artikolu 5(c) tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur huwa relatat mar-restrizzjoni li tiġi miftehma bejn manifattur ta’ vetturi bil-mutur li juża komponenti għall-montatura inizjali tal-vetturi bil-mutur u l-fornitur tat-tali komponenti li tillimita l-kapaċità ta’ dan tal-aħħar li jġoġġi t-trejdmark jew logo tiegħu effettivament u b’mod li jkun viżibbli faċilment fuq il-komponenti forniti jew fuq il-partijiet tal-bdil. Sabiex titjieb l-għażla għall-konsumatur, il-garaxxiiet tat-tiswija u l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw liema partijiet tal-bdil minn fornituri alternattivi jaqblu mal-vettura konċernata, minbarra dawk li fihom il-marka tal-manifattur tal-karozza. It-tpoġġija tat-trejdmark jew il-logo fuq il-komponenti jew fuq il-partijiet tal-bdil tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-partijiet tas-sostituzzjoni kompatibbli li jistgħu jinkisbu mill-fornituri ta’ tagħmir oriġinali (OES). Jekk din il-possibilta' ma titħallix, manifatturi tal-vetturi jistgħu jirrestrinġu l-kummerċjalizzazzjoni ta' partijiet OES u jillimitaw l-għażla tal-konsumatur b'tali mod u manjiera li tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101 tat-Trattat.

IV.   L-EVALWAZZJONI TA’ RESTRIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

(25)

Il-Partijiet f' akkordji vertikali fis-settur tal-vetturi bil-mutur għandhom jużaw dawn il-Linji Gwida bħala suppliment għal u flimkien mal-Linji gwida Vertikali Ġenerali sabiex jivvaluta l-kompatibilità ta’ restrizzjonijiet speċifiċi mal-Artikolu 101 tat-Trattat. Din it-taqsima tagħti gwida partikolari dwar l-immarkar uniku u d-distribuzzjoni selettiva, li huma żewġ oqsma li jista’ jkollhom rilevanza partikolari għall-evalwazzjoni tal-kategorija ta’ akkordji imsemmija fit-Taqsima II hawn fuq.

1.   Obbligi ta’ mmarkar uniku

(i)   Evalwazzjoni tal-obbligi ta’ mmarkar uniku taħt ir-Regolamenti dwar l-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija

(26)

Skont Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur moqri flimkien mal-Artikolu 5(1)(a) ir-Regolament dwar l-Eżenzjonità Kategorija Vertikali Ġenerali, fornitur u distributur ta' vettura bil-mutur li għandhom sehem mis-suq rilevanti li mhux aktar minn 30 % jistgħu jiftiehmu fuq obbligu ta’ mmarkar uniku li jobbliga lid-distributur jixtri l-vetturi bil-mutur biss mill-fornitur jew minn impriżi oħra deżinjati mill-fornitur, sakemm id-dewmien tat-tali obbligi ta’ nonkompetizzjoni jkun limitat għal ħames snin jew anqas. L-istess prinċipji japplikaw għall-akkordji bejn il-fornituri u l-garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati tagħhom u/jew distributuri tal-partijiet tal-bdil. It-tiġdid wara l-ħames snin jeħtieġ kunsens espliċitu taż-żewġ partijiet, u m’għandu jeżisti l-ebda ostaklu li jimpedixxi lid-distributur milli jtemm effettivament l-obbligu ta’ nonkompetizzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Obbligi ta' nonkompetizzjoni mhumiex koperti mir-Regolamenti ta' Eżenzjoni ta' Kategorija meta t-tul tagħhom hu indefinit jew jeċċedi l-ħames snin, għalkemm f'dawn iċ-ċirkostanzi r-Regolamenti ta' Eżenzjoni ta' Kategorija jkomplu japplikaw lill-parti li jkun fadal tal-ftehim vertikali. L-istess japplika għall-obbligi nonkompetittivi li huma mġedda b'mod taċitu wara perjodu ta' ħames snin. Tfixkil, theddid ta' terminazzjoni, jew intimazzjonijiet li mmarkar uniku se jkun impost mill-ġdid qabel ma jkun skada perjodu suffiċjenti sabiex jippermettu jew lid-distributur jew lill-fornitur il-ġdid sabiex jammortizzaw l-investimenti tagħhom li fallew se jkunu jammontaw għal tiġdid taċitu tal-obbligu ta' immarkar uniku in kwistjoni.

(27)

Skont l-Artikolu 5(1)(c) tar-Regoalment ta' Eżenzjoni ta' Kategorija Vertikali u Ġenerali, kull obbligu dirett jew indirett li jġegħlu lil membri ta' sistema ta' distribuzzjoni silettiva sabiex ma jbiegħux il-marki ta' fornituri partikolari li qegħdin jikkompetu bejniethom, mhumiex koperti mill-eżenzjoni. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-manjiera li biha jiġu applikati l-obbligi tal-immarkar uniku lid-distributuri eżistenti tal-immarkar multiplu, sabiex jiġi assigurat li l-obbligi in kwistjoni ma jifformawx parti minn strateġija ġenerali mmirata sabiex telimina kompetizzjoni minn fornitur speċifiku wieħed jew aktar, u b'mod partikolari minn nies ġodda jew kompetituri vulnerabbli. Tipi ta' kwistjonijiet bħal dawn jistgħu jinħolqu b'mod partikolari jekk il-limiti tas-sehem fis-suq indikati f'paragrafu 34 ta' dawn il-Linji gwida jiġu eċċeduti u jekk il-fornitur li japplika tip ta' restrizzjoni bħal din għandu pożizzjoni fuq is-suq rilvenati li jippermettilu sabiex jikkonstribwixxi b'mod sinifikanti lill-effett ġenerali ta' għeluq (16).

(28)

L-obbligi ta’ nonkompetizzjoni fi akkordji vertikali ma jikkostitwixxux restrizzjonijiet fundamentali, iżda, skont iċ-ċirkostanzi tas-suq, jistgħu madanakollu jkollhom effetti negattivi li jistgħu jikkawżaw li l-akkordji jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat (17). Eżempju ta' dan l-effett li jagħmel il-ħsara jista' jinqala' jekk l-ixkiel għad-dħul jew espansjoni jinqalgħu u jeskludu fornituri mill-kompetizzjoni u jikkawżaw dannu lill-konsumaturi billi jżiedu l-prezzijiet jew jillimitaw l-għażla tal-prodotti, ibaxxu l-kwalità tagħhom jew inaqqsu l-livell tal-innovazzjoni tal-prodott.

(29)

Madankollu, l-obbligi ta’ nonkompetizzjoni jista’ jkollhom ukoll effetti pożittivi li jistgħu jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Jistgħu b'mod partikolari jgħinu sabiex tinteleb il-problema ta' “free-rider”, li permezz tiegħu fornitur jista' jibbenefika minn investimenti li saru minn ieħor. Fornitur jista', pereżempju, jinvesti fil-bini ta' distributur, iżda meta jkun qed jagħmel dan ikun qed jattira klijenti għal marka li qed tikkompeti li qed tiġi wkoll mibjugħa mill-istess bini. L-istess japplika għal tipi ta' investimenti oħra li jsiru mill-fornitur li jistgħu jintużaw mid-distributuri biex ibiegħu vetturi bil-mutur ta’ manifatturi f’kompetizzjoni, bħal investimenti fit-taħriġ.

(30)

Effett pożittiv ieħor tal-obbligi ta’ nonkompetizzjoni fis-settur tal-vetturi bil-mutur huwa relatat mat-titjib tal-immaġni u r-reputazzjoni tal-marka fin-netwerk tad-distribuzzjoni. Restrizzjonijiet bħal dawn jistgħu jgħinu biex tinħoloq u tiġi mantenuta immaġni ta’ marka billi timponi ċertu miżura ta’ uniformità u standardizzazzjoni tal-kwalità fuq id-distributuri, b'hekk dik il-marka issir aktar attraenti għall-konsumatur finali u żżid il-bejgħ tagħhom.

(31)

L-Artikolu 1(d) tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur jiddefinixxi obbligu ta’ nonkompetizzjoni bħala:

(a)

kwalunkwe obbligu dirett jew indirett li jġiegħel lix-xerrej ma jimmanifatturax, jixtri, jbiegħ jew ibiegħ mill-ġdid oġġetti jew servizzi li jikkompetu mal-oġġetti jew servizzi tal-kuntratt, jew

(b)

kwalunkwe obbligu dirett jew indirett fuq ix-xerrej li jixtri mill-fornitur jew minn impriża oħra magħżula apposta mill-fornitur aktar minn 80 % tax-xiri totali tiegħu tal-oġġetti jew servizzi tal-kuntratt u s-sostituti tagħhom fis-suq rilevanti.

(32)

Minbarra l-mezzi diretti li jorbtu d-distributur mal-marka(i) tiegħu stess, fornitur jista’ wkoll jagħmel rikors għal mezzi indiretti li għandhom l-istess effett. Fis-settur tal-vetturi bil-mutur, mezzi indiretti bħal dawn jistgħu jinkludu standards kwalitattivi mfassla speċifikament biex jiskoraġġixxu lid-distributuri milli jbiegħu prodotti ta’ marki f’kompetizzjoni (18), bonuses kondizzjonali meta d-distributur jaċċetta li jbiegħ esklużivament marka waħda, skontijiet ibbażati fuq miri jew ċerti rekwiżiti oħra bħar-rekwiżit li tiġi stabbilita entità legali separata għall-marka f’kompetizzjoni jew l-obbligu li l-marka f’kompetizzjoni addizjonali tiġi murija f’vetrina separata f’post ġeografiku fejn is-sodisfazzjon tat-tali rekwiżit ma jkunx vijabbli ekonomikament (per eżempju żoni b’popolazzjoni baxxa).

(33)

L-eżenzjoni ta’ kategorija stipulata fir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali tkopri l-forom kollha ta’ obbligi ta’ nonkompetizzjoni diretti jew indiretti sakemm is-sehem tas-suq tal-fornitur u d-distributur tiegħu ma jaqbiżx it-30 % u d-dewmien tal-obbligu ta’ nonkompetizzjoni ma jaqbiżx il-ħames snin. Madankollu, anke fil-każijiet fejn il-akkordji individwali jissodisfaw dawk il-kondizzjonijijet, l-użu ta’ obbligi ta’ nonkompetizzjoni jista’ jirriżulta f’effetti antikompetittivi li ma jiġux superati bl-effetti pożittivi tagħhom. Fl-industrija tal-vetturi bil-mutur, it-tali effetti netti antikompetittivi jistgħu b’mod partikolari jirriżultaw f’effetti kumulattivi li jwaslu għall-esklużjoni ta’ marki f’kompetizzjoni.

(34)

Għad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, esklużjoni ta’ din it-tip mhijiex probabbli fis-swieq fejn il-fornituri kollha għandhom ishma tas-suq taħt it-30 % u fejn it-total tal-persentaġġ tal-bejgħ kollu tal-vetturi bil-mutur li hu soġġett għall-obbligi ta' immarkar uniku fuq is-suq in kwistjoni (jiġifieri t-total ta’ sehem tas-suq marbut) huwa taħt l-40 % (19). F’sitwazzjoni fejn hemm fornitur wieħed dominanti b’sehem fis-suq ta’ aktar minn 30 % tas-suq rilevanti waqt li l-ishma tas-suq tal-fornituri l-oħra kollha huma taħt it-30 %, l-effetti antikompetittivi kumulattivi mhumiex probabbli sakemm is-sehem totali tas-suq marbut ma jaqbiżx it-30 %.

(35)

Jekk l-aċċess għas-suq rilevanti għall-bejgħ ta’ vetturi ġodda u l-kompetizzjoni fi ħdanu huma ristretti b’mod sinifikanti mill-effett kumulattiv ta’ netwerks paralleli ta’ akkordji vertikali simili li fihom obbligi ta’ mmarkar uniku, il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija jista’ jiġi rtirat mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni imsemmija fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (20). Deċiżjoni ta' irtir tista' tiġi indirizzata b'mod partikolari lil dawk il-fornituri li jikkontribwixxu b'manjiera sinifikanti għall-effet ta' esklużjoni kumulattiv fuq is-suq rilevanti. Fejn dan l-effett iseħħ fuq suq nazzjonali, l-Awtoritajiet Nazzjonali għall-Kompetizzjoni ta’ dak l-Istat Membru wkoll jistgħu jirtiraw il-benefiċċju tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija fir-rigward ta’ dak it-territorju.

(36)

Barra minn hekk, jekk netwerks paralleli ta' akkordji li fihom restrizzjonijiet vertikali simili u jkopru aktar minn 50 % ta' suq partikolari, il-Kummissjoni tista' tadotta Regolament li jiddikjara l-eżenzjoni ta' kategorija bħala mhux applikabbli għas-suq in kwistjoni fir-rigward ta' restrizzjonijiet bħal dawn. B'mod partikolari, sitwazzjoni bħal din tista' tinħoloq jekk effetti kumulattivi li jirriżultaw minn użu fuq firxa wiesa' ta' obbligi ta' immarkar uniku jwasslu għal dannu lill-konsumatur fuq dak is-suq.

(37)

Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-obbligi tax-xiri minimi kkalkulati fuq il-bażi tar-rekwiżiti totali annwali tad-distributur, hi tista' tkun ġustifikata li tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija jekk jinqalgħu effetti antikompetittivi kumulattivi anke jekk il-fornitur jimponi obbligu tax-xiri minimu li huwa inqas mil-limitu ta' 80 % stabbilit fl-Artikolu 1(d) tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali. Il-partijiet jeħtieġ jikkunsidraw jekk, fid-dawl taċ-ċirkostanzi fattwali rilevanti, l-obbligu fuq id-distributur li jiżgura li persentaġġ mogħti tax-xiri totali tal-vetturi tiegħu ikun fih il-marka tal-fornitur jimpedixxix lid-distributur milli jieħu wieħed jew aktar marki f’kompetizzjoni addizzjonali. Minn din il-perspettiva, anke rekwiżit minimu ta' xiri li ġie ssettjat fl-livell anqas minn 80 % tax-xiri totali annwali jkun jammonta għal obbligu ta' immarkar uniku jekk ikun jobbliga lid-distributur li jixtieq jieħu marka ġdida li jagħżel hu minn manifattur li qed jikkompetilu sabiex jixtri numru ta' vetturi bil-mutur tal-marka li attwalment qed ibiegħ li n-negozju tad-distributur ma jibqgħax sostenibbli ekonomikament (21). Obbligu minimu ta' xiri bħal dan se jammonta wkoll għal obbligu ta' immarkar uniku jekk iġiegħel lil fornitur li qed jikkompeti sabiex jaqsam il-volum ta' bejgħ maħsub f'territorju partikolari fuq diversi distributuri, li jwassal għal duplikazzjoni ta' investimenti u preżenza frammentarja ta' bejgħ.

(ii)   Evalwazzjoni tal-obbligi ta’ mmarkar uniku mhux koperti mir-Regolamenti dwar l-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija

(38)

Il-Partijiet jistgħu wkoll ikunu mitluba jivvalutaw il-kompatibilità mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-obbligi ta’ mmarkar uniku fir-rigward tal-akkordji li ma jikkwalifikawx għall-eżenzjoni ta’ kategorija minħabba li l-ishma tas-suq tal-partijiet jaqbżu t-30 % jew minħabba li l-perjodu tal-ftehim jaqbeż il-5 snin. Akkordji bħal dawn għalhekk se jiġu soġġetti għall-iskrutinju individwali biex jaraw jekk jaqgħux taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat u jekk iva, jekk jistgħux jiġu evidenzjati effiċjenzi ta’ tpaċija b’mod li jippermetti l-akkordji jibbenefikaw mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Għall-evalwazzjoni f’każ individwali għandhom japplikaw il-prinċipji ġenerali stabbiliti fit-taqsima VI.2.1 tal-Linji Gwida Vertikali Ġenerali.

(39)

B'mod partikolari, akkordji li saru bejn manifattur tal-vetturi bil-mutur jew l-importatur tiegħu, fuq naħa waħda, u distributuri tal-partijiet tal-bdil u/jew garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati, fuq in-naħa l-oħra, mhux se jkunu inklużi fir-Regolamenti għall-Eżenzjoni ta' Kategorija meta l-ishma tas-suq tal-partijiet jeċċedi l-limitu ta' 30 %, li wisq probabbli se jkun il-każ għal bosta minn dawn il-akkordji. Obbligi ta' immarkar uniku li għandhom bżonn jiġu vvalutati f'ċirkostanzi bħal dawn jinkludu t-tipi kollha ta' restrizzjonijiet li jillimitaw direttament jew indirettament il-kapaċità tad-distributuri u garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati sabiex jiksbu partijiet tal-bdil oriġinali jew ta' kwalità li taqbel minn partijiet terzi. Madanakollu, obbligu fuq garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati sabiex jużaw partijiet tal-bdil oriġinali forniti minn manifattur tal-vettura bil-mutur għat-tiswijiet li saru taħt garanzija, servizzjar b'xejn u xogħol fuq vettura bil-muturli jiġi rtirat, mhumiex se jiġu kkunsidrati li huma obbligu ta' immarkar uniku, iżda huma kkunsidrati bħala rekwiżit oġġettiv ġustifikat.

(40)

Obbligi ta' immarkar uniku fil-akkordji għad-distribuzzjoni ta' vetturi bil-mutur ġodda jistgħu wkoll jiġu vvalutati individwalment fejn id-dewmien taħghom jeċċedi ħames snin jew/u fejn is-sehem fis-suq tal-fornitur jeċċedi 30 %, li jista' jkun il-każ għal xi fornituri f'xi Stati Membri. F'ċirkostanzi bħal dawn, il-partijiet iridu jagħtu każ mhux biss tas-sehem fis-suq tal-fornitur u tax-xerrej, iżda wkoll għat-total tas-sehem fis-suq marbut filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-limiti indikati aktar 'il fuq f'paragrafu 34. 'L fuq minn dawn il-limiti, każijiet individwali se jiġu vvalutati skont il-prinċipji ġenerali msemmija f'taqsima VI.2.1. tal-Linji Gwida Ġenerali dwar Restrizzjonijiet Vertikali.

(41)

Barra mill-iskop tar-Regolamenti tal-Eżenzjoni ta' Kategorija, il-evalwazzjoni tal-obbligi minimi tax-xiri kkalkulati fuq il-bażi tar-rekwiżiti totali annwali tad-distributur se tieħu f'kunsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi rilevanti fattwali kollha. B'mod partikolari, rekwiżit minimu ta' xiri ssettjat f'livell aktar baxx minn 80 % tax-xiri totali annwali se jammonta għal obbligu ta' immarkar uniku jekk ikollu l-effet li ma jħallix lid-distributuri milli jinnegozjaw f'wieħed jew aktar marki addizzjonali li qegħdin f'kompetizzjoni.

2.   Distribuzzjoni selettiva

(42)

Id-distribuzzjoni selettiva hija fil-preżent il-forma predominanti ta’ distribuzzjoni fis-settur tal-vetturi bil-mutur. L-użu tagħha huwa estiż fid-distribuzzjoni tal-vetturi bil-mutur, kif ukoll għat-tiswija u l-manutenzjoni u d-distribuzzjoni tal-partijiet tal-bdil.

(43)

Fid-distribuzzjoni selettiva li hija purament kwalitattiva, id-distributuri u l-garaxxijiet tat-tiswija huma magħżula biss fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi meħtieġa minħabba t-tip ta’ prodott, bħall-kapaċitajiet tekniċi tal-persunal tal-bejgħ, l-arranġament tal-faċilitajiet tal-bejgħ, it-tekniki tal-bejgħ u t-tip ta’ servizz tal-bejgħ li jrid jiġi provdut mid-distributur (22). L-applikazzjoni ta’ tali kriterji ma tpoġġix limitu dirett fuq in-numru ta’ distributuri jew garaxxijiet tat-tiswija li jiġu aċċettati fin-netwerk tal-fornitur. Id-distribuzzjoni selettiva li hija purament kwalitattiva hija ġeneralment ikkunsidrata li ma taqax taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat minħabba n-nuqqas ta’ effetti antikompetittivi, sakemm jiġu sodisfatti tliet kondizzjonijiet. L-ewwel, it-tip ta’ prodott konċernat irid ikun jeħtieġ l-użu tad-distribuzzjoni selettiva, fis-sens li sistema bħal din trid tikkostitwixxi rekwiżit leġittimu, b’kunsiderazzjoni tat-tip ta’ prodott konċernat, għall-preservazzjoni tal-kwalità tiegħu u biex jiġi żgurat l-użu proprju tiegħu. It-tieni, id-distributuri u dawk li jsewwu jridu jintgħażlu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi ta’ tip kwalitattiv li huma stabbiliti b’mod uniformi għall-bejjiegħa mill-ġdid kollha potenzjali u ma jiġux applikati b’mod diskriminatorju. It-tielet, il-kriterji stabbiliti ma jridux imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju.

(44)

Billi d-distribuzzjoni selettiva kwalitattiva tinvolvi l-għażla ta’ distributuri jew garaxxijiet tat-tiswija biss fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi meħtieġa minħabba t-tip ta’ prodott jew servizz, l-għażla kwantitattiva żżid aktar kriterji għall-għażla li jillimitaw aktar direttament in-numru potenzjali ta’ distributuri jew garaxxijiet tat-tiswija jew billi jiffissaw direttament in-numru tagħhom, jew pereżempju, jeħtieġu livell minimu ta’ bejgħ. In-netwerks ibbażati fuq kriterji kwantitattivi huma ġeneralment meqjusin bħala aktar restrittivi minn dawk li jiddependu fuq għażla kwalitattiva biss, u għalhekk aktar jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat.

(45)

Jekk l-akkordji dwar id-distribuzzjoni selettiva jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, il-partijiet jeħtieġu jivvalutaw jekk il-akkordji tagħhom jistgħux jibbenefikaw tar-Regolamenti dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija, jew individwalment, mill-eċċezzjoni fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(i)   L-evalwazzjoni tad-distribuzzjoni selettiva taħt ir-Regolamenti dwar l-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija

(46)

Ir-Regolamenti dwar l-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija jeżentaw il-akkordji dwar id-distribuzzjoni selettiva, irrispettivament minn jekk jintużawx kriterji ta’ għażla kwantitattivi jew purament kwalitattivi, sakemm l-ishma tas-suq tal-partijiet ma jaqbżux it-30 %. Madankollu, din l-eżenzjoni hija soġġetta għall-ftehimient li ma jkun fihom l-ebda restrizzjoni fundamentali stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur u l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Vetturi bil-Mutur, lanqas kwalunkwe restrizzjonijiet esklużi deskritti fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali Ġenerali.

(47)

Tlieta mir-restrizzjonijiet fundamentali fir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali huma relatati speċifikament mad-distribuzzjoni selettiva. L-Artikolu 4(b) jiddeskrivi bħala fundamentali r-restrizzjoni tat-territorju, jew il-klijenti, li fih u lilhom il-parti xerreja tal-ftehim tista’ tbiegħ l-oġġetti jew is-servizzi tal-kuntratt, minnbarra ir-restrizzjoni tal-bejgħ mill-membri ta’ sistema tad-distribuzzjoni selettiva lil distributuri mhux awtorizzati fis-swieq fejn sistema bħal din qed tiġi operata. L-Artikolu 4(c) jiddeskrivi bħala fundamentali l-akkordji li jirrestrinġu l-bejgħ attiv jew passiv lill-utenti aħħarin minn membri ta’ sistema tad-distribuzzjoni selettiva li topera fil-livell kummerċjali tal-bejgħ bl-imnut, mingħajr ħsara għall-possibbiltà ta’ projbizzjoni lil membru tas-sistema milli jopera minn post mhux awtorizzat ta’ stabbiliment, waqt li l-Artikolu 4(d) huwa relatat mar-restrizzjoni ta’ fornimenti ta’ użu mifrux (cross supplies) bejn distributuri fi ħdan sistema ta’ distribuzzjoni selettiva, inkluż bejn distributuri li joperaw f’livelli differenti ta’ kummerċ. Dawk it-tliet restrizzjonijiet fundamentali għandhom rilevanza speċjali għad-distribuzzjoni tal-vetturi bil-mutur.

(48)

Is-Suq Uniku ppermetta lill-konsumaturi jixtru vetturi bil-mutur fi Stati Membri oħra u jieħdu vantaġġ mid-differenzi fil-prezzijiet bejniethom, u l-Kummissjoni tqis il-protezzjoni tal-kummerċ parallel f’dan is-settur bħala għan importanti ta’ kompetizzjoni. Il-kapaċità ta’ konsumatur li jixtri oġġetti fi Stat Membru ieħor huwa b’mod partikolari importanti safejn huma konċernati l-vetturi bil-mutur, minħabba l-valur għoli tal-oġġett u l-benefiċċji diretti fil-forma ta’ prezzijiet aktar baxxi li jakkumulaw għall-konsumaturi li jixtru vetturi bil-mutur minn post ieħor fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk hija mħassba li l-akkordji dwar id-distribuzzjoni m’għandhomx jirrestrinġu l-kummerċ parallel, minħabba li wieħed ma jistax jistenna li jissodisfa l-kondizzjonijiet imniżżla tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat (23).

(49)

Il-Kummissjoni qajmet diversi każijiet kontra manifatturi tal-vetturi bil-mutur talli ostakolaw kummerċ bħal dan, u d-deċiżjonijiet tagħha kienu fil-maġġoranza konfermati mill-Qrati Ewropej (24). Din l-esperjenza turi li r-restrizzjonijiet fuq kummerċ parallel jistgħu jieħdu numru ta’ forom. Fornitur jista’, pereżempju, jpoġġi pressjoni fuq id-distributuri, jheddidhom bit-terminazzjoni tal-kuntratt, jonqos milli jħallas il-bonus, jirrifjuta li jonora l-garanziji fuq vetturi bil-mutur importati minn konsumatur jew fornimenti ta’ użu mifrux bejn distributuri stabbiliti fi Stati Membri differenti, jew iħalli distributur jistenna ħafna iżjed għall-kunsinna ta’ vettura identika meta l-konsumatur konċernat huwa resident fi Stat Membru ieħor.

(50)

Eżempju wieħed partikolari ta’ restrizzjonijiet fundamentali fuq il-kummerċ parallel huwa meta distributur ma jkunx kapaċi jikseb vetturi bil-mutur ġodda bl-ispeċifikazzjonijiet xierqa meħtieġa għall-bejgħ traskonfinali. F’dawk iċ-ċirkostanzi speċifiċi, il-benefiċċju tal-eżenzjoni ta' kategorija jista’ jiddependi fuq jekk il-fornitur jipprovdix lid-distributuri tiegħu b’vetturi bi speċifikazzjonijiet identiċi għal dawk mibjugħin fi Stati Membri oħra għall-bejgħ lill-konsumaturi minn dawk il-pajjiżi (l-hekk imsejħa “klawsola ta’ disponibbiltà”) (25).

(51)

Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija, u b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(c) tar-Regolament tal-Eżenzjoni ta’ Kategorija Vertikali, in-nozjoni tal-“utenti aħħarin” tinkludi kumpaniji tal-kiri. Dan ifisser b'mod partikolari li d-distributuri f'sistemi ta' distribuzzjoni silettiva jridu jitħallew ibiegħu vetturi bil-mutur ġodda lill-kumpaniji tal-kiri tal-għażla tagħhom. Madankollu, fornitur li juża d-distribuzzjoni selettiva jista’ jimpedixxi lid-distributuri milli jfornu vetturi bil-mutur ġodda lill-kumpaniji tal-kiri meta hemm riskju veritabbli li dawk il-kumpaniji se jbiegħhom waqt li għadhom ġodda. Fornitur għalhekk jista' jitlob lin-negozjanti sabiex jiċċekkja, qabel ma jbiegħ lill-impriża partikolari, il-kundizzjonijiet ġenerali ta' kiri li huma applikati sabiex jivverifka li l-kumpanija in kwistjoni hi infatti kumpanija tal-kiri u mhux xi ħadd li se jerġa jbiegħ mill-ġdid u li mhux awtorizzat. Madanakollu, obbligu fuq in-negozjant li jipprovdi lill-fornitur tiegħu b'kopji ta' kull ftehim ta' kiri qabel man-negozjant ikun biegħ vettura bil-mutur lill-kumpanija tal-kiri, jista' jammonta għal restrizzjoni indiretta fuq il-bejgħ.

(52)

Il-kunċett tal-“utenti aħħarin” jinkludi wkoll konsumaturi li jixtru permezz ta' intermedjarju. Intermedjarju huwa persuna jew impriża li jixtru vettura bil-mutur ġdida f’isem konsumatur imsemmi mingħajr ma jkunu membru ta’ netwerk tad-distribuzzjoni. Dawn l-operaturi għandhom rwol importanti fis-settur tal-vetturi bil-mutur, b'mod partikoalri billi jiffaċilitaw ix-xiri tal-vetturi tal-konsumatur fi Stati Membri oħra. L-evidenza ta' status intermedju għandha tkun bħala regola stabbilita minn mandat validu li jinkludi l-isem u l-indirizz tal-konsumatur miksuba qabel it-tranżazzjoni. L-użu tal-Internet bħala mezz sabiex jiġu attratti l-konsumaturi f'relazzjoni ta' firxa ta' vetturi u jiġu miġbura mandati mingħandhom ma jaffettwawx status intermedjarju. L-intermedjarji jridu jiġu distinti mill-bejjiegħa mill-ġdid indipendenti, li jixtru vetturi għall-bejgħ mill-ġdid u ma joperawx f’isem konsumaturi msemmija. Il-bejjiegħa mill-ġdid indipendenti m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala utenti aħħarin għall-iskopijiet tar-Regolamenti tal-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija.

(ii)   L-evalwazzjoni tad-distribuzzjoni selettiva barra l-ambitu tar-Regolamenti dwar l-Eżenzjonijiet ta’ Kategorija

(53)

Kif inhu spjegat fil-paragrafu 175 tal-Linji Gwida Vertikali Ġenerali, ir-riskji possibbli tal-kompetizzjoni li ġġib id-distribuzzjoni selettiva huma tnaqqis fil-kompetizzjoni bejn il-marki stess u, b’mod partikolari fil-każ ta’ effett kumulattiv, esklużjoni ta’ ċertu tip(i) ta’ distributuri u faċilitazzjoni ta’ kollużjoni bejn il-fornituri jew ix-xerreja.

(54)

Sabiex jiġu valutati l-effetti possibbli antikompetittivi tad-distribuzzjoni selettiva taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, trid issir distinzjoni bejn distribuzzjoni selettiva purament kwalitattiva u distribuzzjoni selettiva kwantitattiva. Kif imsemmi fil-paragrafu 43, id-distribuzzjoni selettiva kwalitattiva normalment ma taqax taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat.

(55)

Il-fatt li netwerk ta’ akkordji ma jibbenefikax mill-eżenzjoni ta’ kategorija minħabba li s-sehem tas-suq ta’ parti waħda jew aktar huwa aktar mil-limitu ta’ 30 % għall-eżenzjoni ma jimplikax li t-tali akkordji huma illegali. Minflok, il-partijiet ta’ tali akkordji għandhom jagħmlu analiżi individwali tagħhom biex jivverifikaw jekk jaqgħux taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat u, jekk iva, jekk xorta waħda jibbenefikawx mill-eċċezzjoni fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(56)

Fir-rigward tal-ispeċifiċità tad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġodda, id-distribuzzjoni selettiva kwantitattiva ġeneralment għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat jekk l-ishma tas-suq tal-partijiet ma jaqbżux l-40 %. Madankollu, il-partijiet f' tali akkordji għandhom jiftakru li l-preżenza ta’ standards tal-għażla partikolari jistgħu jaffettwaw il-kompatibilità tal-akkordji tagħhom mal-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Pereżempju, għalkemm l-użu ta’ klawsoli dwar il-lok f' akkordji dwar id-distribuzzjoni selettiva għal vetturi bil-mutur ġodda, cioe' akkordji li jipprojbixxu membru ta' sistema selettiva ta' distribuzzjoni milli jopera barra mill-post awtorizzat fejn hu stabbilit, normalment iġibu benefiċċji ta’ effiċjenza fil-forma ta’ loġistika aktar effiċjenti u kopertura ta’ netwerk li tista’ titbassar, dawk il-benefiċċji jistgħu jiġu ssuperati mill-iżvantaġġi jekk is-sehem tas-suq tal-fornitur huwa għoli ħafna, u f’dawk iċ-ċirkostanzi tali klawsoli hu possibbli li ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(57)

L-evalwazzjoni individwali tad-distribuzzjoni selettiva għall-garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati tqajjem ukoll kwistjonijiet speċifiċi. Sakemm jeżisti suq (26) għal servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni li huwa separat minn dak għall-bejgħ ta’ vetturi ġodda bil-mutur, dan huwa meqjus bħala speċifiku għall-marka. F' dak is-suq, is-sors prinċipali tar-riżultati ta' kompetizzjoni mill-interazzjoni kompetittiva bejn il-garaxxijiet tat-tiswija indipendenti u dawk awtorizzati tal-marka in kwistjoni.

(58)

Garaxxijiet tat-tiswija indipendenti b'mod partikolari jipprovdu pressjoni kompetittiva vitali, peress li l-mudell tan-negozju tagħhom u l-ispejjeż tal-operat relatati tagħhom huma differenti minn dawk tan-netwerks awtorizzati. Barra minn hekk, għal kuntrarju ta' garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati li bejn wieħed u ieħor jużaw partijiet ta' marka ta' manifattur, garaxxijiet indipendenti ġeneralment għandhom aċċess akbar għal marki oħra u għalhekk dan il-fatt jippermetti lil proprjetarju ta' vettura bil-mutur sabiex jagħżel bejn partijiet li huma f'kompetizzjoni. Barra minn hekk, peress li maġġoranza kbira ta' tiswijiet għal vetturi ġodda qed isiru attwalment fi ħwienet awtorizzati tat-tiswija, huwa importanti li l-kompetizzjoni bejn garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati tibqa' effettiva, li jista' jkun il-każ biss jekk aċċess għan-netwerks għal ġodda jibqa' miftuħ.

(59)

Il-qafas legali ġdid jagħmilha aktar faċli għall-Kummissjoni u għall-Awtoritajiet Nazzjonali dwar Kompetizzjoni sabiex jipproteġu l-kompetizzjoni bejn garaxxijiet indipendenti u garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati, kif ukoll bejn membri ta' kull wieħed min-netwerks tal-garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati. B'mod partikolari, it-tnaqqis fil-limitu tas-sehem fis-suq għall-eżenzjoni tas-distribuzzjoni selettiva kwalitattiva minn 100 % għal 30 % twessa' l-iskop sabiex l-awtoritajiet ta' kompetizzjoni jieħdu azzjoni.

(60)

Meta qed jiġi vvalutat l-impatt kompetittiv tal-akkordji vertikali fuq is-swieq ta' wara ta' vetturi bil-mutur, il-partijiet għandhom għalhekk ikunu konxji tad-determinazzjoni tal-Kummissjoni sabiex tippreżerva l-kompetizzjoni kemm bejn il-membri tan-netwerks tal-garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati u anke bejn dawk il-membri u garaxxijiet tat-tiswija indipendenti. Għal dan il-għan, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil tliet tipi ta' kondotti speċifiċi li jistgħu jirrestrinġu t-tali kompetizzjoni billi b'mod partikolari, jimpedixxu l-aċċess ta’ garaxxijiet tat-tiswija indipendenti għal informazzjoni teknika, jew billi jiġu użati ħażin il-garanziji legali u/jew estiżi sabiex jiġu esklużi l-garaxxijiet tat-tiswija indipendenti, jew billi l-aċċess għal netwerks ta’ garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati jkun soġġett għal kriterji mhux kwalitattivi.

(61)

Għalkemm it-tliet sotto-taqsimiet li ġejjin jirreferu speċifikament għad-distribuzzjoni silettiva, l-istess effetti ta' esklużjoni anti-kompetittivi jistgħu joħorġu minn tipi oħra ta' akkordji vertikali li jillimitaw direttament jew indirettament, in-numru ta' sħab fis-servizz li huma konessi b'kuntratt ma' manifattur għal vetturi bil-mutur.

Aċċess għal informazzjoni teknika minn garaxxijiet tat-tiswija indipendenti

(62)

Għalkemm id-distribuzzjoni selettiva purament kwalitattiva hija ġeneralment ikkunsidrata li ma taqax taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat minħabba n-nuqqas ta’ effetti anti-kompetittivi (27), l-akkordji dwar id-distribuzzjoni selettiva kwalitattiva konklużi bejn il-garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati u/jew id-distributuri tal-partijiet jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat jekk, fil-kuntest ta’ dawk l-akkordji, wieħed mill-partijiet jaġixxi b’mod li jeskludi l-operaturi indipendenti mis-suq, pereżempju billi jonqos milli jagħti informazzjoni teknika dwar it-tiswija u manutenzjoni lil dawn l-operaturi. F'dan il-kuntest, il-kunċett ta' operaturi indipendenti jinkludi sewwejja indipendenti, distributuri u produtturi ta' partijiet tal-bdil, manifatturi ta’ tagħmir ta’ tiswija jew għodda, pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, klabbs tal-karrozzi, assistenti operaturi tat-toroq, operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjonijiet u ttestjar u operaturi li joffru taħrig għas-sewwejja.

(63)

Il-fornituri jipprovdu lill-garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati tagħhom bil-firxa sħiħa ta’ informazzjoni teknika meħtieġa biex jagħmlu x-xogħol ta’ tiswija u manutenzjoni fuq il-vetturi tal-marki tagħhom u ħafna drabi huma l-uniċi impriżi kapaċi jipprovdu lill-garaxxijiet tat-tiswija bl-informazzjoni kollha teknika li għandhom bżonn dwar il-Dmarki konċernati. Fit-tali ċirkostanzi, jekk il-fornitur jonqos milli jipprovdi lill-operaturi indipendenti bl-aċċess xieraq għall-informazzjoni teknika dwar it-tiswija u l-manutenzjoni speċifika għall-marka tiegħu, l-effetti negattivi potenzjali li jirriżultaw mill-akkordji tiegħu ma’ garaxxijiet tat-tiswija u/jew distributuri tal-partijiet awtorizzati jistgħu jissaħħu, u b’riżultat ta’ dan l-akkordji jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat.

(64)

Barra minn hekk, nuqqas ta’ aċċess għal informazzjoni teknika meħtieġa jista’ jwassal biex il-pożizzjoni fis-suq tal-operaturi indipendenti taqa’ lura, li jwassal għal ħsara lill-konsumatur, fit-termini ta’ tnaqqis sinifikanti fl-għażla ta’ partijiet tal-bdil, prezzijiet aktar għoljin għas-servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni, tnaqqis fl-għażla ta’ garaxxijiet tat-tiswija u problemi potenzjali ta’ sigurezza. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-effiċjenzi li normalment huma mistennija li jirriżultaw mill-akkordji dwar it-tiswija u d-distribuzzjoni tal-partijiet awtorizzati ma jpaċux dawn l-effetti anti-kompetittivi, u l-akkordji konċernati b’konsegwenza jonqsu milli jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat.

(65)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (28) kif ukoll Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (29) jipprovdi għal sistema ta’ disseminazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni fir-rigward ta’ karozzi tal-passiġġieri li tpoġġew fis-suq mill-1 ta’ Settembru 2009, Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (30) u l-miżuri ta' implimentazzjoni ta' wara jipprovdu għal sistema bħal din fir-rigward ta’ vetturi kummerċjali li jitpoġġew fis-suq mill-1 ta' Jannar 2013. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra dawn ir-Regolamenti fl-evalwazzjoni ta’ każijiet ta’ suspett li tkun qed tinżamm lura informazzjoni teknika dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li għandha x’taqsam ma’ vetturi bil-mutur kummerċjalizzati qabel dawk id-dati. Meta jkun qed jiġi kkunsidrat jekk iż-żamma lura ta’ informazzjoni partikolari tistax twassal biex l-akkordji in kwistjoni jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, għandhom jiġu kkunsidrati numru ta’ fatturi, inkluż:

(a)

Jekk l-oġġett in kwistjoni hux informazzjoni teknika jew informazzjoni ta’ tip ieħor, bħal informazzjoni kummerċjali (31), li tista’ tinżamm lura leġittimament;

(b)

Jekk iż-żamma lura ta' din l-informazzjoni teknika għandhiex ikollha impatt sinifikanti fuq il-kapaċità tal-operaturi indipendenti li jagħmlu x-xogħol tagħhom u teżerċitax restrizzjoni kompetittiva fuq is-suq;

(ċ)

Jekk l-oġġett tal-informazzjoni teknika konċernata hijiex disponibbli għall-membri ta’ netwerk tat-tiswija rilevanti awtorizzat. Jekk hija disponibbli lin-netwerk awtorizzat fi kwalunkwe forma, għandha tkun disponibbli ukoll lill-operaturi indipendenti fuq bażi mhux diskriminatorja;

(d)

Jekk l-informazzjoni teknika kkonċernata fl-aħħar mill-aħħar (32) hijiex se tintuża għat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur, jew inkella għal skop ieħor (33), bħal pereżempju għall-manifatturazzjoni ta' partijiet tal-bdil jew għodda.

(66)

Progress teknoloġiku jimplika li n-nozzjoni ta' informazzjoni teknika hi fluwida. Fil-preżent, eżempji partikolari ta’ informazzjoni teknika jinkludu softwer, kodiċi tal-ħsara u parametri oħra, flimkien ma’ aġġornamenti li huma meħtieġa biex isir xogħol fuq l-unitajiet tal-kontroll elettroniċi (ECUs) bl-għan li jiġu introdotti jew irkuprati settings rakkomandati mill-fornituri, metodi ta’ identifikazzjoni tal-vetturi bil-mutur jew kwalunkwe metodu ta' identifikazzjoni ieħor ta' vettura bil-mutur, katalgi tal-partijiet, proċeduri ta' tiswija u manutenzjoni, soluzzjonijiet tax-xogħol li jirriżultaw minn esperjenza prattika u relatati ma’ problemi li tipikament jaffettwaw mudell jew lott partikolari, u notifiki ta’ sejħa lura kif ukoll notifiki oħra li jidentifikaw it-tiswijiet li jistgħu jsiru mingħajr ħlas fi ħdan netwerk ta’ tiswija awtorizzat. Il-kodiċi ta' parti u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa sabiex tidentifika l-parti tal-bdil ta' marka tal-manifattur koretta biex tiffitja f'vettura individwali (jiġifieri l-parti li l-produttur tal-vettura bil-mutur ġeneralment iforni lill-membri tan-netwerks ta' tiswija awtorizzati tiegħu sabiex isewwu l-vettura in kwistjoni) tikkostitwixxi wkoll informazzjoni teknika (34). Il-lista ta’ partiti stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament (KE) Nru 595/2009 għandha tintuża wkoll bħala gwida dwar dak li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala informazzjoni teknika għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat.

(67)

Il-mod kif l-informazzjoni teknika hi provvduta huwa wkoll importanti għall-evalwazzjoni tal-kompatibilità tal-akkordji dwar it-tiswija awtorizzati bl-Artikolu 101 tat-Trattat. L-aċċess għandu jingħata fuq talba u mingħajr dewmien mhux dovut, l-informazzjoni għandha tingħata f'forma li tista' tintuża, u l-prezz mitlub m'għandux jiskoraġġa aċċess għall-informazzjoni m’għandux jiskoraġġixxi l-aċċess għaliha billi ma tingħatax kunsiderazzjoni lill-punt sa fejn l-operatur indipendenti jużaha. Fornitur ta’ vetturi bil-mutur għandu jkun meħtieġ jagħti lill-operaturi indipendenti aċċess għal informazzjoni teknika dwar vetturi bil-mutur ġodda fl-istess ħin meta t-tali aċċess jingħata lill-garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati u m’għandux jobbliga lill-operaturi indipendenti jixtru aktar mill-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu x-xogħol konċernat. L-Artikolu 101 tat-Trattat madanakollu ma jobbligax lill-fornitur sabiex jipprovdi informazzjoni teknika f'format standardizzat jew permezz ta' sistema teknika definita, bħal eżempju l-istandard CEN/ISO u l-format OASIS kif provvdut fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 295/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (35).

(68)

Il-kunsiderazzjonijiet t’hawn fuq japplikaw ukoll għad-disponibbiltà tal-għodda u t-taħriġ lill-operaturi indipendenti. “Għodda” f’dan il-kuntest tinkludi għodda elettronika tad-dijanjostika u għodda oħra tat-tiswija, flimkien mas-software relatat, inklużi aġġornamenti perjodiċi ta’ dawn, u servizzi ta’ wara l-bejgħ għat-tali għodda.

Użu ħażin tal-garanziji

(69)

Akkordji ta' distribuzzjoni selettivi u kwalitattivi jistgħu wkoll jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat jekk il-fornitur u l-membri tan-netwerk awtorizzat tiegħu jirriżervaw b'mod espliċitu jew impliċitu tiswijiet dwar ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur għal membri ta' netwerk awtorizzat. Dan jista' jiġri, pereżempju, jekk il-garanzija tal-manifattur vis-a-vis ix-xerrej, sew jekk legali sew jekk estiża, tkun b'kundizzjoni fuq l-utenti aħħari li għandu xogħlijiet ta' tiswija u manutenzjoni li mhumiex koperti b'garanzija biex dawn isiru biss fi ħdan netwerks awtorizzati ta' garaxxijiet tat-tiswija. L-istess japplika għal kundizzjonijiet ta' garanzija li jippreskrivu l-użu tal-marka tal-manifattur tal-partijiet tal-bdil fir-rigward ta' tibdil mhux kopert mit-termini tal-garanzija. Huwa dubjuż ukoll li akkordji ta' distribuzzjoni selettiva li fihom prattiki bħal dawn jistgħu jġibu benefiċji lill-konsumaturi b’mod li l-akkordji konċernati jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Madankollu, jekk fornitur jirrifjuta b'mod leġittimu li jonora talba tal-garanzija minħabba li s-sitwazzjoni li wasslet għat-talba konċernata hija konnessa man-nuqqas min-naħa ta’ garaxx tat-tiswija li jagħmel operazzjoni tat-tiswija jew manutenzjoni partikolari b’mod korrett jew mal-użu ta' kwalità fqira tal-partijiet tal-bdil, dan ma jkollu l-ebda impatt fuq il-kompatibilità tal-akkordji dwar it-tiswija tal-fornitur mar-regoli tal-kompetizzjoni.

Aċċess għal netwerks ta’ garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati

(70)

Il-kompetizzjoni bejn il-garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati u dawk indipendenti mhijiex l-unika forma ta’ kompetizzjoni li trid tingħata kunsiderazzjoni fl-analiżi tal-kumpatibilità tal-akkordji dwar it-tiswija awtorizzata mal-Artikolu 101 tat-Trattat; il-partijiet għandhom jivvalutaw ukoll il-punt sa fejn il-garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati fi ħdan in-netwerk rilevanti huma kapaċi jikkompetu ma’ xulxin. Wieħed mill-fatturi ewlenin li jaffettwa din il-kompetizzjoni huwa relatat mal-kondizzjonijiet ta’ aċċess għan-netwerk stabbilit taħt akkordji standard tal-garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati. Minħabba l-pożizzjoni ġeneralment b’saħħitha fis-suq tan-netwerks ta’ garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati, l-importanza partikolari tagħhom għas-sidien ta’ vetturi aktar ġodda, u l-fatt li l-konsumaturi mhumiex ippreparati jivvjaġġaw distanzi twal biex isewwu l-karozzi tagħhom, il-Kummissjoni tikkunsidra importanti li l-aċċess għan-netwerks tat-tiswija awtorizzati jibqgħu ġeneralment miftuħa lill-impriżi kollha li jissodisfaw il-kriterji ta’ kwalità. Is-sottomissjoni tal-applikanti għall-għażla kwantitattiva probabbilment twassal biex il-ftehim jaqa’ taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat.

(71)

Każ partikolari jqum meta l-akkordji jobbligaw lill-garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati jbiegħu wkoll vetturi bil-mutur ġodda. Akkordji bħal dawn probabbilment jaqgħu taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, minħabba li l-obbligu konċernat mhux meħtieġ bl-għamla tas-servizzi tal-kuntratt. Barra minn hekk, għal marka stabbilita, il-akkordji li fihom obbligu bħal dan normalment ma jibbenefikawx mill-eċċezzjoni fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat, minħabba li l-impatt ikun li jiġi ristrett ħafna l-aċċess għan-netwerk tat-tiswija awtorizzata, li jnaqqas il-kompetizzjoni mingħajr ma jġib il-benefiċċji korrispondenti għall-konsumaturi. Madankollu, f’ċerti każijiet, fornitur li jkun jixtieq iniedi marka fuq suq ġeografiku partikolari jista’ inizjalment isibha diffiċli li jattira distributuri lesti li jagħmlu l-investiment neċessarju sakemm ma jkunux ċerti li ma jkunux se jiffaċċjaw kompetizzjoni minn garaxxijiet tat-tiswija awtorizzati “indipendenti” li jfittxu li japprofittaw b’xejn minn dawn l-investimenti inizjali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-konnessjoni kuntrattwali taż-żewġ attivitajiet għal perjodu limitat ta’ żmien jista’ jkollha effett pro-kompetittiv fuq is-suq tal-bejgħ tal-vetturi bil-mutur billi tippermetti l-illanċjar ta’ marka ġdida u ma jkollha l-ebda effett fuq is-suq potenzjali tat-tiswija ta' marka speċifika, li ma kinitx teżisti kieku l-vetturi bil-mutur ma setgħux jinbiegħu. Għalhekk mhux se jkun probabbli lil-akkordji konċernati se jinqabdu mill-Artikolu 101(1) tat-Trattat.


(1)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102 rispettivament tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza. Għall-għanijiet ta' dawn il-Linji gwida, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 rispettivament, tat-Trattat tal-KE fejn xieraq. It-TFUE introduċiet ukoll xi tibdiliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunita'” b'“Unjoni” u “suq komuni” b'“suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE se tiġi użata tul dawn il-Linji gwida.

(2)  ĠU L 129, 28.5.2010, p. 52.

(3)  ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1.

(4)  ĠU C 130, 19.5.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 203, 1.8.2002, p. 30.

(6)  Distributuri tal-livell tal-bejgħ bl-imnut jissejħu komunement fis-settur bħala “operaturi ekonomiċi”.

(7)  Mill-modernizzazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, ir-responsabbiltà primarja għal tali analiżi hija f’idejn il-partijiet għall-ftehimiet. Madankollu il-Kummissjoni tista’ tinvestiga l-kompatibilità tal-ftehimiet mal-Artikolu 101 tat-Trattat, fuq inizjattiva tagħha jew wara lment.

(8)  L-iskadenza tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002 u s-sostituzzjoni tiegħu bil-qafas legali l-ġdid li hu spjegat f'dawn il-Linji gwida fih innifsu ma jirrikjedix li kuntratti eżistenti jkollhom bżonn li jiġu tterminati. Ara pereżempju s-sentenza tal-Qorti tas-7 ta' Settembru 2006 fil-każ C-125/05 Vulcan Silkeborg A/S v Skandinavisk Motor Co. A/S.

(9)  SEC(2008) 1946.

(10)  COM(2009) 388.

(11)  Skont l-Artikolu 7 tal-Eżenzjoni ta' Kategorija Vertikali Ġenerali, il-kalkolu tal-limitu tas-sehem fis-suq hu normalment bbażat fuq dejta tal-valur tal-bejgħ fis-suq jew, jekk dejta bħal din mhix disponibbli, fuq informazzjoni dwar is-suq oħra li hi affidabbli, inkluż il-volumi tal-bejgħ fis-suq. F'dan il-każ, il-Kummissjoni tieħu nota tal-fatt li, għad-distribuzzjoni ta' vetturi bil-mutur ġodda, l-ishma fis-suq huma attwalment ikkalkulati mill-industrija fuq il-bażi tal-volum tal-vetturi mibjugħa mill-fornitur fuq is-suq rilevanti, li tinkludi l-vetturi kollha li l-bejjiegħ iqis li huma interkambjabbli jew sostitwibbli, minħabba l-karatteristiċi, il-prezzijiet u l-użu intenzjonat tal-prodott.

(12)  Ktejjeb spjegattiv għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002Distribuzzjoni u Servizjar ta' Vetturi bil-Mutur fl-Unjoni Ewropea.

(13)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(14)  ĠU C 1, 3.1.1979, p. 2.

(15)  Fejn il-manifattur ta' vettura bil-mutur jipprovdi għodda, drittijiet tal-propjetà intelletwali (IPR) u/jew konoxxenza lil fornitur tal-komponenti, dan l-arranġament mhux se jibbenefika mill-Avviż ta' Sotto-kuntratt jekk il-fornitur tal-komponent diġà għandu din l-għodda, IPR jew konoxxenza a dispożizzjoni tiegħu, jew li jista' jiksibhom taħt kundizzjonijiet raġonevoli, peress li taħt dawn iċ-ċirkostanzi l-kontribuzzjoni mhux se tkun meħtieġa.

(16)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ftehimiet ta' importanza minuri li ma jirrestrinġux b'mod apprezzabbli l-kompetizzjoni skont l-Artikolu 81(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (de minimis), ĠU C 368, 22.12.2001, p. 13.

(17)  Fir-rigward tal-fatturi rilevanti li jridu jiġu kkunsidrati biex titwettaq l-evalwazzjoni tal-obbligi ta’ nonkompetizzjoni taħt l-Artikolu 101(1) tat-Trattat, ara t-taqsima rilevanti fil-Linji Gwida Vertikali Ġenerali, b’mod partikolari paragrafi mill-129 sa 150.

(18)  Ara l-każijiet BMW IP/06/302 – 13.3.2006 u Opel 2006, IP/06/303 – 13.3.2006.

(19)  Ara l-para 141 tal-Linji Gwida Vertikali Ġenerali.

(20)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(21)  Per eżempju, jekk negozjant jixtri 100 karozza ta' marka A f'sena sabiex jlaħħaq mad-domanda, u jixtieq jixtri 100 karozza ta' marka B, obbligu ta' xiri minimu ta' 80 % fir-rigward ta' marka A jkun jimplika li s-sena ta' wara, in-negozjant ikollu jixtri 160 karozza tal-marka A. Peress li r-rati ta' penetrazzjoni se jkun probabbilment relativament stabbli, dan probabbilment se jħalli għand in-negozjant ammont kbir ta' merkanzija mhux mibjugħa ta' marka A. Hu jkollu għalhekk bilfors inaqqas drastikament x-xiri tiegħu ta' marka B sabiex jevita tali sitwazzjoni. Skont iċ-ċirkostanza partikolari tal-każ, prattika bħal din tista' tiġi meqjusa bħala obbligu ta' immarkar uniku.

(22)  Irid jiġi mfakkar madankollu li, skont każistika stabbilita tal-Qrati Ewropej, sistemi tad-distribuzzjoni selettiva purament kwalitattivi jistgħu xorta waħda jirrestrinġu l-kompetizzjoni fejn l-eżistenza ta’ ċertu numru ta’ sistemi bħal dawn ma jħallux spazju għal forom oħra ta’ distribuzzjoni bbażati fuq metodi differenti ta’ kompetizzjoni. Din is-sitwazzjoni ġeneralment ma sseħx fuq is-swieq għall-bejgħ ta' vetturi ġodda bil-mutur, fejn kiri u arranġamenti simili oħra huma alternattiva valida għal xiri ta' vettura bil-mutur, lanqas ma sseħħ fuq swieq għat-tiswija u manutenzjoni, sakemm garaxxijiet tat-tiswija indipendenti jipprovdu lill-konsumaturi b'kanal alternattiv għall-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur tagħhom. Ara pereżempju l-ġudizzju tal-Qorti tal-Ewwel Istanza fil-Każ T-88/92 Groupement d'achat Édouard Leclerc v Commission [1996] ECR II-1961.

(23)  Il-kunċett li restrizzjonijiet fuq il-kummerċ transkonfinali jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-konsumaturi ġiet konfermata mill-Qorti fil-każ C-551/03 P, General Motors, [2006] ECR I-3173, paragrafi 67-68; Il-Każ C-338/00 P, Volkswagen/Commission, 2003 ECR I-9189, paragrafi 44 u 49, u l-Każ T-450/05, Peugeot/Commission, ġudizzju tad-9 ta' Lulju 2009, għad mhux pubblikat, paragrafi 46-49.

(24)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/273/KE tat-28 ta’ Jannar 1998 (fil-Każ IV/35.733 – VW), Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/146/KE tal-20 ta’ Settembru 2000 (fil-Każ COMP/36.653 – Opel) ĠU L 59, 28.2.2001, p. 1, Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/758/KE tal-10 ta’ Ottubru 2001 (fil-Każ COMP/36.264 – Mercedes-Benz) ĠU L 257, 25.9.2002, p. 1, Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/431/KE tal-5 ta’ Ottubru 2005 (fil-Każijiet F-2/36.623/36.820/37.275 – SEP et autres/Peugeot SA).

(25)  Każijiet Konġunti 25 u 26/84 Ford - Werke AG u Ford ta’ Europe Inc. v. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1985] ECR 2725.

(26)  F'xi ċirkostanzi, suq ta' sistema li jinkludi vetturi bil-mutur u partijiet tal-bdil flimkien jistgħu jiġu mfissra, filwaqt li wieħed jieħu f'kunsiderazzjoni, inter alia, it-tul ta' ħajja ta' vettura bil-mutur kif ukoll il-preferenzi u l-imġieba dwar xiri tal-utenti. Ara Avviż tal-Kummissjoni dwar definizzjoni dwar suq rilevanti għal raġuni tal-liġi Komunitarja dwar il-Kompetizzjoni GU C 372, 9.12.1997, p. 5, f'paragrafu 56. Fattur wieħed importanti hu jekk proporzjoni sinifikanti ta' xerrejja jagħmlux l-għażla billi jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispejjeż ta' tul il-ħajja tal-vettura jew le. Per eżempju, imġiba ta' xiri jista' jkun differenti bejn xerrejja tat-trakkijiet li jixtru u joperaw armata, u jieħdu f'kunsiderazzjoni spejjeż ta' manutenzjoni fil-mument tax-xiri tal-vettura u xerrejja ta' vetturi individwali. Fattur rilevanti ieħor hu l-eżistenza u pożizzjoni relativa ta' fornituri ta' partijiet, garaxxijiet tat-tiswija u/jew distributuri ta' partijiet fis-suq ta' wara indipendentement minn manifatturi ta' vetturi. F'bosta każijiet, hemm il-probabbiltà li jkun hemm suq ta' wara l-bejgħ li hu speċifiku għal marka, b'mod partikolari minħabba li l-maġġoranza tax-xerrejja huma individwi privati jew impriżi ta' daqs żgħir u medju li jixtru vetturi bil-mutur u servizzi ta' wara s-suq separatament u m'għandhomx aċċess sistematiku għad-dejta li tippermettilhom li jivvalutaw l-ispejjeż ġenerali ta' propjetà ta' vettura minn qabel.

(27)  Kif imfakkar fin-nota f'paragrafu 54 aktar 'il fuq, dan ġeneralment jkun il-każ fis-swieq għat-tiswija u l-manutenzjoni sakemm il-garaxxijiet tat-tiswija indipendenti jipprovdu lill-konsumaturi b’kanal alternattiv għall-manutenzjoni tal-vetturi tagħhom.

(28)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(29)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

(30)  ĠU L 188,18.7.2009, p. 1.

(31)  Informazzjoni kummerċjali tista' titqies bħal informazzjoni li hi użata għan-negozju ta' tiswijiet u manutenzjoni iżda mhix meħtieġa sabiex issewwi jew tagħmel manutenzjoni ta' vetturi. Eżempji jinkludu softwer ta' kontijiet, jew informazzjoni dwar it-tariffi ta' kull siegħa ħlas użati fin-netwerk awtorizzat.

(32)  Bħal informazzjoni pprovduta lill-pubblikaturi għall-provvista mill-ġdid lil garaxxijiet tat-tiswija tal-vetturi bil-mutur.

(33)  L-informazzjoni użata sabiex tiġi mwaħħla parti tat-tibdil fuq vettura bil-mutur jew biex tiġi uħata fuqha għandha tiġi kkunsidrata bħala użata għat-tiswija u l-manutenzjoni, filwaqt li informazzjoni dwar id-disinn, proċess tal-produzzjoni jew il-materjali użati għall-manifattura ta' parti tat-tibdil m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala li jaqgħu f'din il-kategorija, u jistgħu għalhekk jiġu miżmuma.

(34)  L-operatur indipendenti m'għandux ikollu għalfejn jixtri l-parti tal-bdil in kwistjoni sabiex ikun jista' jikseb din l-informazzjoni.

(35)  ĠU L 95, 9.4.2009, p. 7.


AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/28


Informazzjoni fil-qosor dwar għajnuna kkommunikata mill-Istati Membri mogħtija f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 138/06

Għajnuna Nru: XF 14/09

Stat Membru: Franza

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: L-Istat Franċiż irrappreżentat mill-Ministru tal-Agrikoltura u s-Sajd

Titlu: Għajnuna mogħtija lill-groupement de défense sanitaire aquacole d'Aquitaine skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

Bażi legali: contrat de projet État-Région (CPER) Aquitaine 2007-2013

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew l-ammont tal-għajnuna mogħtija ad hoc: EUR 147 900

Intensità massima tal-għajnuna: 60 %

Data tad-dħul fis-seħħ: Mill-1 ta' Awwissu 2009

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014). Indika: Id-data tal-għeluq li wieħed jista' jressaq it-talba fiha biex jitħallas il-bilanċ tal-għajnuna hi l-30 ta' Ġunju 2012.

Għan tal-għajnuna: Li jinżamm stat tajjeb sanitarju u ambjentali għall-akkwakultura f'Aquitaine. L-azzjonijiet kollettivi mmexxijin mill-GDSAA jitwettqu favur l-akkwakulturi tar-reġjun.

Indika liema Artikolu/i japplika(w): L-Artikolu 17 – Għajnuna għal azzjonijiet kollettivi.

Attività kkonċernata: Akkwakultura, trobbija tal-ħut

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministère de l'agriculture et de la pêche

Direction des pêches maritimes et de ľaquaculture

Bureau de la pisciculture et de la pêche continentale

3 place de Fontenoy

75007 Paris

FRANCE

L-indirizz tas-sit tal-internet fejn jinsab it-test sħiħ tal-iskema tal-għajnuna jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna individwali mogħtija ad hoc huwa: http://www.aquitaine.pref.gouv.fr

jew

http://www.aquitaine.fr

Raġuni: L-għajnuna prevista fil-qafas tal-kuntratt tal-proġetti État-Région (CPER) tippermetti li tiġi ffinanzjata l-azzjoni prevista, mingħajr ma tintuża l-FEP.


28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/29


Estratt mid-deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċeduri tal-istralċ rigward il-Banco Privado Português, S.A skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

(Pubblikazzjoni stipulata mill-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva u mill-Artikolu 21 tad-Digriet-Liġi Nru 199/2006 tal-25 ta' Ottubru 2006)

2010/C 138/07

Fil-15 ta' April 2010, il-Banco de Portugal, l-awtorità amministrattiva kompetenti għall-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu skont it-tifsira tas-sitt subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE, iddeċieda, skont l-Artikolu 23 tar-Regoli Ġenerali dwar l-Istituzzjonijiet ta' Kreditu u l-Kumpaniji Finanzjarji (Regime Geral das Instituições de Crédito e Sociedades Financeiras), approvat mid-Digriet-Liġi Nru 298/92 tal-31 ta' Diċembru 1992, u b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 152 u l-Artikolu 22(1)(f) tal-istess Digriet-Liġi, li jirtira l-awtorizzazzjoni li jwettaq attività tal-Banco Privado Português, SA, minħabba li assikura li l-isforzi tar-rikapitalizzazzjoni u tal-irkupru ta' dik l-istituzzjoni fil-kuntest tal-miżuri ta' riorganizzazzjoni straordinarji adottati mill-Banco de Portugal ma kinux vijabbli. Skont il-liġi, id-deċiżjoni li ttieħdet twassal għax-xoljiment u l-istralċ tal-Banco Privado Português, SA.

Kien deċiż ukoll li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-Banco Privado Português, SA, għandha tidħol fis-seħħ min-12:00 tas-16 ta' April 2010, għall-iskopijiet b'mod partikolari tal-Artikolu 5(3) tad-Digriet-Liġi Nru 199/2006 tal-25 ta' Ottubru 2006.

Jista' jitressaq appell kontra d-deċiżjoni ta' hawn fuq billi jinbdew proċeduri quddiem il-Qorti Amministrattiva ta' Liżbona, Rua Filipe Folque, n.o 12-A, 1.o, PORTUGAL, fi żmien 90 jum min-notifika jew il-pubblikazzjoni tagħha.

Is-Segretarju tal-Bordijiet

Paulo Ernesto CARVALHO AMORIM


V Opinjonijiet

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/30


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/14/10

Il-Programm ICI ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni

Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Ogħla u t-Taħriġ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea

Sejħa għall-Proposti 2010 għal Proġetti Konġunti dwar il-Mobilità (JMP) u Proġetti Konġunti dwar il-Lawrji (JDP)

2010/C 138/08

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

L-għan ġenerali huwa li jittejjeb il-fehim reċiproku bejn il-popli tal-UE u tal-Pajjiżi Msieħba, inkluż tagħrif usa’ dwar il-lingwi, il-kulturi u l-istituzzjonijiet tagħhom, u li tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ billi jiġu stimulati sħubiji bilanċjati bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ fl-UE u fil-Pajjiżi Msieħba.

2.   Applikanti eliġibbli

Is-sottomissjoni tat-talbiet għall-għotjiet taħt din is-sejħa hija miftuħa għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ u għall-konsorzji tal-edukazzjoni ogħla u/jew l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ.

L-applikanti eliġibbli għandhom ikunu minn wieħed mill-Pajjiżi Msieħba u minn wieħed mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Din is-sena, il-programm jiffoka fuq il-kooperazzjoni mal-Awstralja u mar-Repubblika tal-Korea.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Hemm żewġ tipi ta’ azzjonijiet taħt din is-sejħa, jiġifieri l-Proġetti Konġunti dwar il-Mobilità u l-Proġetti Konġunti dwar il-Lawrji.

Għall-Proġetti Konġunti dwar il-Mobilità (JMP) jiġi pprovdut appoġġ sabiex jippermetti lill-konsorzji mill-UE u mill-Pajjiżi Msieħba ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ iwettqu programmi konġunti ta’ studju u taħriġ u sabiex jimplimentaw il-mobilità tal-istudenti u l-fakultajiet. L-appoġġ jinkludi finanzjament ta’ somma f’daqqa għall-amministrazzjoni, għotjiet għal studenti u membri tal-persunal akkademiku u amministrattiv. Konsorzju li japplika għal Proġett Konġunt tal-ICI-ECP dwar il-Mobilità għandu jinkludi mill-inqas 3 istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u/jew taħriġ minn 3 Stati Membri differenti tal-UE u mill-inqas 2 istituzzjonijiet bħal dawn mill-Pajjiż Imsieħeb. It-tul massimu tal-proġetti JMP huwa ta’ 36 xahar.

Għall-Proġetti Konġunti dwar il-Lawrji (JDP) jiġi pprovdut appoġġ sabiex jiġu żviluppati u implimentati programmi konġunti jew doppji dwar il-Lawrji. L-appoġġ jinkludi finanzjament ta’ somma f’daqqa għax-xogħol ta’ żvilupp u l-amministrazzjoni, għotjiet għal studenti u membri tal-persunal akkademiku u amministrattiv. Konsorzju li japplika għal Proġett Konġunt tal-ICI-ECP dwar il-Lawrji għandu jinkludi mill-inqas 2 istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u/jew taħriġ minn 2 Stati Membri differenti tal-UE u mill-inqas 2 istituzzjonijiet mill-Pajjiż Imsieħeb. It-tul massimu tal-proġetti JDP huwa ta’ 48 xahar.

L-attivitajiet huma ppjanati li jibdew f’Novembru 2010.

4.   Kriterji ta’ aġġudikazzjoni

Il-kriterji tal-kwalità li ġejjin sejrin jiġu applikati sabiex jiġi ddeterminat il-punteġġ globali tal-kwalità ta’ kull proposta eliġibbli:

Is-sinjifikanza tal-proġett għar-relazzjoni bejn l-UE u l-Pajjiżi Msieħba (li tirrappreżenta 25 % tal-punteġġ totali) sejra tiġi ddeterminata permezz ta’:

(a)

Ir-rilevanza tal-proposta għall-għanijiet tas-Sejħa;

(b)

Il-valur miżjud tal-programm ta’ studju fid-dixxiplina u l-professjoni proposti mill-perspettiva tar-relazzjonijiet bejn l-UE u Pajjiż Imsieħeb.

Il-kontribut għall-kwalità u l-eċċellenza (li tirrappreżenta 25 % tal-punteġġ totali) tiġi ddeterminata permezz ta’:

(a)

Il-kontribut li jista’ jagħti l-proġett għall-kwalità, l-eċċellenza u l-innovazzjoni tal-edukazzjoni;

(b)

L-importanza tal-proġett fir-rigward tat-titjib tal-metodi tat-tagħlim u tal-istudji ulterjuri/opportunitajiet professjonali tal-istudenti;

(c)

Il-firxa ta’ definizzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tal-kwalità akkademika u l-effiċjenza tagħha sabiex tiggarantixxi kontribut għall-eċċellenza akkademika.

Il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-proġetti (50 % tal-punteġġ totali) tiġi ddeterminata permezz ta’:

(a)

Mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni definiti sewwa u struttura amministrattiva ta’ sħubija li taħdem;

(b)

Il-bilanċ tal-integrazzjoni tal-iskema għall-mobilità u/jew il-lawrja fost l-istituzzjonijiet imsieħba; il-bilanċ tal-flussi tal-mobilità proposti;

(c)

Il-validità tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmi tal-għażla tal-istudenti bbażati fuq it-trasparenza, l-ugwaljanza, il-prinċipju tal-mertu u standards komuni li jintlaħaq qbil dwarhom mis-sħubija għall-proċedura konġunta tal-applikazzjoni, l-ammissjoni tal-għażla u l-eżamijiet;

(d)

Il-validità u ċ-ċarezza tal-arranġamenti għall-krediti akkademiċi u għat-trasferiment tal-krediti u l-firxa ta’ kompatibbiltà mal-ECTS;

(e)

Il-kwalità tar-riżorsi disponibbli biex jinżammu studenti u membri tal-fakultà barranin;

(f)

Il-kwalità ta’ pjan lingwistiku;

(g)

Il-kwalità ta’ sistema ta’ monitoraġġ u pjan ta’ evalwazzjoni;

(h)

Il-kwalità tal-attivitajiet ta’ tixrid u

(i)

Il-kwalità u l-iżvilupp ta’ pjan ta’ sostenibbiltà.

5.   Baġit

Il-baġit disponibbli huwa ta’ madwar EUR 2,45 miljun. Il-finanzjament komparabbli sejjer jiġi pprovdut mill-Pajjiżi Msieħba skont ir-regoli applikabbli għal kull wieħed minnhom. Huwa previst li fl-2010 sejrin jiġu ffinanzjati bejn tlieta u erba’ proġetti bejn l-UE u l-Awstralja u bejn tlieta u erba’ proġetti bejn l-UE u l-Korea, li mill-inqas tnejn minnhom huma ppjanati li jkunu Proġetti Konġunti dwar il-Lawrji.

L-ammont massimu ta’ finanzjament min-naħa tal-UE sejjer ikun ta’ EUR 465 000 għal proġett JDP ta’ erba’ snin, EUR 232 500 għal proġett JMP ta’ tliet snin ma’ tliet istituzzjonijiet tal-UE u EUR 310 000 għal proġett JMP ta’ tliet snin ma’ erba’ istituzzjonijiet tal-UE jew aktar.

6.   Data ta’ skadenza

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi kemm lill-UE kif ukoll lill-istituzzjonijiet ta’ implimentazzjoni fl-Awstralja (Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni fl-Awstralja – DEEWR) u fir-Repubblika tal-Korea (Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza u t-Teknoloġija – MEST).

L-Applikazzjonijiet f’isem l-istituzzjoni fit-tmexxija tal-UE għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura mhux aktar tard mit-6 ta' Settembru 2010. Dawk l-applikazzjonijiet li jkollhom il-bolla ttimbrata mill-posta wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Sejħa għall-Proposti 2010 tal-EU-ICI

Avenue du Bourget 1

BOUR 02/17

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-Applikazzjonijiet f’isem l-istituzzjoni fit-tmexxija tal-UE għandhom jiġu sottomessi fuq il-formola korretta, jimtlew kif suppost, u jiġu datati u ffirmati mill-persuna awtorizzata li tidħol f’impenji legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni applikanta.

L-applikazzjonijiet u d-dokumenti ta’ appoġġ mill-Awstralja għandhom jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata lil:

Is-Sur Steve Nerlich

Direttur

It-Taqsima tar-Riċerka, l-Analiżi u l-Ewropa (C72NB3)

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet fuq il-Post tax-Xogħol

GPO Kaxxa 9880

Canberra ACT 2601

AUSTRALIA

L-applikazzjonijiet u d-dokumenti ta’ appoġġ mill-Korea għandhom jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata lil:

Il-Programm ICI tal-Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni

Youngki YOON, Deputat Direttur

Id-Diviżjoni Globali tar-Riżorsi Umani

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza u t-Teknoloġija

55, Sejong-no, Jongno-gu, Seoul

IR-REPUBBLIKA TAL-KOREA 110-760

7.   Aktar tagħrif

Il-Linji Gwida u l-formoli ta’ applikazzjoni huma disponibbli fuq is-sit elettroniku li ġej:

http://eacea.ec.europa.eu/extcoop/ici-ecp/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi bl-użu tal-formola pprovduta u għandhom jinkludu l-annessi u l-informazzjoni kollha meħtieġa.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/33


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5885 – Altarea/Predica/ABP/Aldeta)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 138/09

1.

Fl-20 ta’ Mejju 2010 l-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi (“Altarea”, Francza), Predica (“Predica”, Franza) li huma proprejtà tal-grupp Crédit Agricole SA (“GCA”) u Stichting Pensioenfonds ABP (“ABP”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b), tar-Regoalment dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Aldeta (“Aldeta”, Franza), permezz l-akkwist ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Altarea: kumpanija possedenti tal-grupp Altarea Cogedim, prinċipalment attiva fil-proprjetà immobbli kummerċjali fi Franza. L-attività prinċipali tal-grupp tinvolvi ż-żamma u l-ġestjoni indipendenti ta' ċentri kummerċjali,

Predica: sussidjarja ta' GCA, grupp attiv fis-settur tas-servizzi bankarji u ta' assigurazzjoni. Predica hi attiva fiż-żamma u l-ġestjoni ta' attivitajiet immobbli indipendenti,

ABP: fondi ta' pensjonijiet min minn iħaddem u l-impjegati fil-Gvern Olandiż u fis-settur tal-edukazzjoni pubblika tal-Pajjiżi l-Baxxi. ABP għandha ishma notevoli fis-settur immobbli fi Franza,

Aldeta: impriża fejn l-unika attività tinvolvi ż-żamma u l-ġestjoni taċ-ċentru kummerċjali “Cap 3000” f'Saint-Laurent du Var (Alpes Maritimes, Franza).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5885 – Altarea/Predica/ABP/Aldeta, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/34


Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.398 – Visa MIF

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 138/10

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn ikollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jitwaqqaf ksur u fejn il-partijiet ikkonċernati joffru li jintrabtu biex jindirizzaw it-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha – li tagħmel dak l-irbit vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom sal-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   SOMMARJU TAL-KAŻ

(2)

Fit-3 ta' April 2009, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet kontra Visa Europe Limited (“Visa Europe”), Visa Inc. u Visa International Services Association.

(3)

Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, li tikkostitwixxi valutazzjoni preliminari fit-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, tispjega l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni li Visa Europe, li hi assoċjazzjoni ta' banek Ewropej, kisret l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE billi stabilixxiet Tariffi ta' Skambju Multilaterali (multilateral interchange fees — MIFs') li japplikaw għal tranżazzjonijiet transkonfinali u għal ċerti tranżazzjonijiet domestiċi (2) fil-punt tal-bejgħ meta jintużaw il-kards tal-ħlas tal-konsumatur tal-VISA, VISA Electron u V PAY fi ħdan iż-ŻEE.

(4)

Fil-fatt it-tariffi ta’ skambju jitħallsu minn bank kummerċjali (“l-akkwirent”) lil bank ta’ detentur ta’ kard (“l-emittent”) għal kull tranżazzjoni li tkun saret fi stabbiliment ta' negozju b'kard tal-ħlas. Meta detentur ta’ kard juża kard tal-ħlas biex jixtri oġġetti jew servizzi minn negozjant, fil-fatt in-negozjant iħallas tariffa għas-servizz lin-negozjant lill-akkwirent tiegħu. L-akkwirent iżomm parti minn din it-tariffa (il-marġni tal-akkwirent), parti tingħadda lill-emittent (l-MIF) u parti żgħira tingħadda lill-operatur tal-iskema (f'dan il-każ Visa). Fil-prattika, parti kbira mit-tariffa għas-servizz lin-negozjant hi ddeterminata mill-MIF.

(5)

Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet esprimiet tħassib li l-MIFs għandhom bħala għan u effett restrizzjoni apprezzabbli tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-akkwist b'detriment għan-negozjanti u indirettament għall-klijenti tagħhom. L-MIFs dehru li kienu qed jgħollu l-bażi li fuqha l-akkwirenti jistabbilixxu t-tariffi għas-servizzi lin-negozjant billi joħolqu element sostanzjali ta' spiża li hu komuni għall-akkwirenti kollha. Skont l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni, l-MIFs ta’ Visa Europe mhumiex oġġettivament bżonnjużi. L-effett restrittiv fis-swieq tal-akkwist qed jiġi msaħħaħ aktar bl-effett tal-MIFs fuq is-swieq tan-netwerk u dawk emittenti kif ukoll b‘regoli u prattiki oħrajn tan-netwerk (Regola li għandek Tonora l-Kards Kollha (Honour All Cards Rule — HACR), Regola tal-Ebda Diskriminazzjoni (No Discrimination Rule NDR), taħlit, u l-applikazzjoni ta' MIFs differenti għal akkwirenti transkonfinali meta mqabbla ma' akkwirenti domestiċi). Barra minn hekk, skont id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, l-MIFs ma' jissodisfawx ir-rekwiziti għal eżenzjoni taħt l-Artikolu 101(3) tat-TFUE għax jipprovdu effiċjenzi b'sehem ġust mill-benefiċċji li jirriżultaw minnhom li jgħaddu għand il-konsumatur.

(6)

Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet ġiet indirizzata wkoll lil Visa Inc. u lil Visa International Service Association fid-29 ta' Mejju 2009 partikolarment rigward l-applikazzjoni potenzjali tar-rati MIF Inter-Reġjonali b’mod awtomatiku (jiġifieri, safejn dawn it-tariffi tal-MIF jistgħu japplikaw għal tranżazzjonijiet transkonfinali u tranżazzjonijiet domestiċi bil-kards tal-konsumatur tal-VISA u tal-V PAY fi ħdan iż-ŻEE) u l-involviment tagħhom fl-istabbiliment tal-HACR u tal-NDR.

3.   IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IRBIT OFFRUT

(7)

Il-partijiet soġġetti għall-proċedimenti ma jaqblux mal-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Madankollu Visa Europe offriet irbit skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, biex tneħħi t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni fil-qasam tal-kards tad-debitu bi ħlas immedjat.

(8)

L-irbit huwa spjegat fil-qosor hawn taħt u ppubblikat bl-Ingliż fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni f':

http://ec.europa.eu/competition/index_en.html

(9)

Visa Europe timpenja ruħha li tillimita l-medja mwieżna ta’ kull sena tal-MIFs transkonfinali tagħha applikabbli għal tranżazzjonijiet li jsiru bil-kards tagħha tad-debitu tal-konsumatur bi ħlas immedjat, għal 20 punti bażi (0,2 %) xahrejn wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' impenn lil Visa Europe. Dan il-limitu se japplika wkoll separatament f'kull wieħed minn dawk il-pajjiżi taż-ŻEE li għalihom Visa Europe tistabblixxi direttament ir-rati tal-MIF domestiċi speċifiċi għad-debitu immedjat għall-konsumaturi u f'dawk il-pajjiżi taż-ŻEE fejn ir-rati tal-MIF transkonfinali japplikaw fin-nuqqas ta' MIFs oħrajn.

(10)

Abbażi studji li saru mill-banek ċentrali ta' bosta pajjiżi taż-ŻEEli jqabblu l-ispejjeż tal-kards ma' dawk tal-flus kontanti, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni preliminari li l-MIF li Visa Europe impenjat ruħha li tapplika għal tranżazzjonijiet li jsiru b'karti tad-debitu tal-konsumatur bi ħlas immedjat, hi konformi mal-“metodoloġija tal-indifferenza tan-negozjant” (jew it-“test tat-turist”) żviluppata fil-letteratura ekonomika (3). It-tariffa li tissodisfa dan it-test (magħrufa wkoll bħala t-tariffa ta' bilanċar) hi stabbilita f’livell tali li n-negozjanti jkunu indifferenti dwar jekk huma jitħallsux bil-kard jew bil-flus kontanti. L-ibbilanċjar hu b'tali mod li n-negozjanti ma jħallsux ammonti ta' ħlas ogħla meta mqabbla mal-benefiċċju tranżazzjonali li l-użu tal-kard jiġġeneralhom. Pereżempju, jirriżultaw benefiċċji tranżazzjonali bħal dawn meta l-ħlasijiet bil-kard inaqqsu l-ispejjeż tan-negozjanti meta mqabbla ma' ħlasijiet bi flus kontanti, (pereżempju, minħabba li l-ispejjeż ta' trasportazzjoni u ta' sigurtà għal flus kontanti jiġu ffrankati jew li l-ħin ta' stennija quddiem il-kaxxiera jitnaqqas). Taħt ċertu preżunzjonijiet (eżempju, il-parti tat-tariffa li tingħadda lid-detenturi tal-kard), dan jiżgura li d-detenturi tal-kard jagħmlu għażliet effiċjenti fost l-istrumenti varji ta' ħlas. F'dak il-każ, l-MIF tippermetti li d-detenturi tal-kard jingħataw indikazzjonijiet tajba ta' prezzijiet u li dawn jadattaw l-imġiba tagħhom skont dan.

(11)

Barra minn hekk, Visa Europe timpenja ruħha li tkompli timplimenta u ttejjeb aktar il-miżuri ta' trasparenza li ġew introdotti minn Visa Europe Board f'Marzu 2009. Partikolarment, Visa Europe timpenja ruħha li:

tkompli topera r-regola kontra t-taħlit tat-tariffi għas-servizzi tan-negozjant li tapplika għal aktar minn sistema waħda ta' kard tal-ħlas jew għal aktar minn tip wieħed mill-kards ta’ Visa Europe u li teħtieġ li l-akkwirenti jagħtu fattura għat-tariffi għas-servizzi tan-negozjant bid-dettalji skont it-tipi differenti ta' kards;

tkompli teħtieġ li l-membri ta' Visa Europe jirreġistraw ir-rati kollha tal-MIF u japplikawhom għal tranżazzjonijiet transkonfinali maħruġa u tranżazzjonijiet transkonfinali akkwistati;

tkompli tippubblika l-MIFs kollha domestiċi u intrareġjonali fuq il-websajt tagħha b'mod li tidentifika rata ta' skambju applikabbli għat-tipi kollha ta' tranżazzjonijiet u biex titlob lill-akkwirenti biex jinfurmaw lin-negozjanti dwar il-pubblikazzjoni;

tiżgura li kards kummerċjali maħruġa fiż-ŻEE jkunu totalment viżibbilment identifikabbli u li l-kards kollha bħal dawn jkunu jistgħu jiġu identifikati elettronikament fuq terminals POS mill-akkwirent jew min-negozjant jekk it-terminal jkollu l-kapaċità meħtieġa;

Visa Europe diġà għandha tipi separati ta’ Regoli HACR għall-kards tal-VISA, VISA Electron u V PAY, jiġifieri, in-negozjanti jistgħu jagħżlu bil-libertà kollha li jaċċetaw il-kards tal-VISA u/jew VISA Electron u/jew V PAY. Visa Europe ma hi se tagħmel l-ebda tibdiliet lill-HACR hekk kif tapplika għal trażazzjonijiet ta’ debitu immedjat. Barra minn dan, Visa Europe se teħtieġ li l-akkwirenti tagħha jinfurmaw lin-negozjanti li huma jistgħu jaċċettaw kards tal-VISA u/jew tal-VISA Electron u/jew tal-V PAY u/jew il-kards tal-iskemi konkorrenti.

iżżomm il-pożizzjoni attwali tagħha fejn in-negozjanti għandhom jistgħu jkollhom akkwirenti differenti biex jamministraw it-tranżazzjonijiet ma' kull tip ta' kard tal-ħlas fi ħdan is-sistema ta' Visa Europe u/jew tal-iskemi konkorrenti.

(12)

Visa Europe għandha taħtar Trustee ta' Monitoraġġ biex jissorvelja li Visa Europe tkun konformi mal-impenji tagħha. Qabel il-ħatra, il-Kummissjoni ser ikollha s-setgħa li tapprova jew tirrifjuta t-Trustee propost.

(13)

L-impenji ser ikunu validi għal perjodu ta' erba' snin mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni ta' impenn lil Visa Europe u jinkludu mekkaniżmu ta' valutazzjoni.

(14)

L-impenji ma jkoprux l-MIFs attwali ta' Visa Europe għat-tranżazzjonijiet li jsiru b'kards tal-kreditu u b'kards tad-debitu differit tal-konsumatur, li se jiġu inklużi fl-investigazzjoni li għaddejja tal-antitrust mill-Kummissjoni li tkopri l-MIFs preċedenti ta' Visa Europe għall-kreditu tal-konsumatur u għat-tranżazzjonijiet li jsiru b'kards tal-kreditu u b'kards tad-debitu differit L-impenji proposti huma mingħajr ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li tibda jew tkompli proċedimenti kontra r-regoli l-oħra tan-netwerk tal-Visa, bħall-HACR, l-MIFs ta' Visa Europe għat-tranżazzjonijiet ta' kard kummerċjali, jew l-MIFs Inter-Reġjonali.

(15)

Dawn l-impenji japplikaw biss għal Visa Europe. Konsegwentament, l-investigazzjoni attwali tal-antitrust (supra punt 6) kontra Visa Inc. u Visa International Service Association, inklużi l-MIFs dwar il-karti għad-debitu immedjat tal-konsumatur, se tibqa' miftuħa sakemm ma ssir valutazzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, li x'aktarx tinkludi kwlaunkwe kumment li jsir b'reazzjoni għal dan l-Avviż.

4.   STEDINA BIEX JITRESSQU KUMMENTI

(16)

Suġġett għall-kummenti b'reazzjoni għal dan l-Avviż, il-Kummissjoni biħsiebha tadotta deċiżjoni taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tiddikjara l-impenji li jinsabu fis-sommarju hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, bħala vinkolanti. Jekk ikun hemm xi tibdiliet sostanzjali fl-impenji jitnieda test ġdid tas-suq.

(17)

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mitluba li jissottomettu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, fejn għandhom jitħassru s-sigrieti kummerċjali u siltiet kunfidenzjali oħrajn u jiġu ssostitwiti kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. Talbiet leġittimi ser ikunu rispettati. Jekk ma tintbagħat l-ebda verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti, il-Kummissjoni tkun intitolata li tqis li l-kummenti ma jinkludu l-ebda informazzjoni kunfidenzjali.

(18)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni taħt in-numru ta' referenza “Case COMP/39.398 – Visa MIF”, bl-email (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), bil-faks (nru tal-faks no (+32 22950128) jew bil-posta f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Antitrust

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u, rispettivament, 102 tat-TFUE. Iż-żewġ sensieli ta' dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza. Għall-għanijiet ta' dan l-avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.

(2)  Bħalissa, ir-rati domestiċi tal-MIF huma stabbiliti minn Visa Europe f'disa' kontinenti. Fil-pajjiżi li jifdal taż-ŻEE, ir-rati domestiċi tal-MIF huma stabbiliti mill-membri ta‘ Visa Europe.

(3)  Ara Jean-Charles Rochet u Jean Tirole, “Must Take Cards and the Tourist Test”, Nru 496, Dokumenti ta’ Ħidma tal-IDEI mill-Institut d'Économie Industrielle (IDEI), Toulouse, http://idei.fr/doc/wp/2008/must_take_cards.pdf


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/37


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 138/11

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT WAĦDIENI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“HOFER RINDFLEISCHWURST”

Nru tal-KE: DE-PGI-0005-0722-10.10.2008

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Hofer Rindfleischwurst”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   It-tip ta’ prodott:

Il-kategorija 1.2

Il-prodotti tal-laħam

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1:

Il-prodott “Hofer Rindfleischwurst” huwa zalzett nej li jista’ jiddellek. Iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” huwa tawwali u jitqiegħed f’musrana sintetika (magħmula mis-selofejn) li jkollha dijametru minn ġewwa ta’ bejn l-40 u l-55 millimetru. Skont kemm ikun kbir id-dijametru minn ġewwa, iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” ikun twil mhux iktar minn 50 ċentimetru u jkun jiżen bejn 150 u 800 gramma. Iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” għandu lewn il-laħam, jiġifieri lewn aħmar skur li ma tistkerrhux.

Iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” jingħaraf mit-togħma tipika tiegħu, li hija togħma unika ta’ ħwawar fini, li fiha kemm kemm bżar. Barra minn hekk, l-affumikar fil-kesħa taz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” bil-fagu wkoll jagħtih riħa tfuħ tad-duħħan.

Iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” huwa zalzett nej li jista’ jiddellek li huwa mqatta’ rqiq, u li jingħaraf mill-freskezza tiegħu. It-togħma partikulari ta’ dan iz-zalzett u r-riħa unika tiegħu jżommu biss għal jumejn jew tlieta u b’hekk mhux maħsub biex jinħażen fit-tul.

Meta jinbiegħ bħala prodott ippakkjat f’pakkett mingħajr arja, iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” iżomm naqr’iktar, għal mill-inqas għaxart ijiem, dejjem jekk dan iz-zalzett ippakkjat f’pakkett mingħajr arja jinżamm ġol-friġġ.

Iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” irid ikollu wkoll kriterji oħrajn tal-kwalità, fosthom irid ikollu tħammir stabbli, irid ikun jista’ jiddellek sewwa, u jrid ikollu l-istess konsistenza.

Minħabba li fil-produzzjoni taz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” jintuża d-dgħif taċ-ċanga bħala l-materja prima, il-prodott aħħari jkollu livell għoli ta’ proteina tal-laħam mingħajr proteini fit-tessuti konnettivi. Fiz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” dan il-livell ta’ proteina tal-laħam ma jistax ikun inqas minn 10 %. Minn analiżi li saret, permezz ta’ testijiet indipendenti tal-kwalità u ta' verifiki tal-ħwienet tal-laħam involuti fil-bejgħ tal-laħam fil-Bavarja, ħarġu l-valuri li ġejjin bħala l-karatteristiċi tekniċi taz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst”: il-kontenut tal-ilma huwa ta’ bejn il-50 u l-55 %, il-kontenut tax-xaħam huwa ta’ bejn il-25 u t-30 % u l-ammont ta’ laħam tal-majjal u ta’ xaħam tad-dahar ma jaqbiżx it-30 %.

L-ingredjenti ewlenin li jintużaw huma l-melħ tan-nitritu għall-pikles, kif ukoll l-aċidu assorbiku bħala element ieħor għat-tħammir. Dawn l-addittivi jintużaw fl-ammonti li ġejjin: ammont ta’ 2,5 % għall-melħ tan-nitritu għall-pikles u ta’ 0,5 % għall-aċidu assorbiku (bħala element għat-tħammir). Il-ħwawar nejjin ewlenin li jintużaw fil-produzzjoni ta’ dan iz-zalzett huma l-melħ u l-bżar mitħun sewwa li jitħalltu miegħu. Sabiex iz-zalzett jingħata togħma individwali u rfinata, wieħed jista’ juża wkoll ammonti żgħar ta’ ħwawar u ta’ ħxejjex aromatiċi mħalltin.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Sabiex iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” jiġi prodott sewwa, huwa importanti ħafna li l-laħam u x-xaħam użati bħala materja prima jkunu ta’ kwalità tajba ferm. Tingħata preferenza lil-laħam tal-annimali għall-qatla li jkunu laħqu u li ma jkunux żgħar. F’dan il-każ, il-vantaġġi huma li l-laħam ikollu lewn skur u li jkun laħaq ċertu maturità. Fil-produzzjoni jintużaw kemm iċ-ċanga kif ukoll il-majjal. B’hekk, fil-produzzjoni taz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” ma jintużax il-laħam ta’ bovini żgħar. Il-materja prima ewlenija fiz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” hija ċ-ċanga tal-kategorija R I li m’għandhiex wisq tessut tax-xaħam u li ma fihiex għeruq (żewġ terzi) u x-xaħam tad-dahar tal-majjal tal-kategorija S VIII (terz). Għalkemm wieħed jista’ jżid ftit laħam tal-majjal tal-kategorija S I flimkien max-xaħam tad-dahar tal-majjal, ftit li xejn issib min jagħmilha din il-ħaġa.

Iċ-ċanga użata normalment tiġi mill-baqar, u rari ħafna li tiġi mill-barrin. Il-qatgħa laħam li għandha tintuża hija l-għolja tal-koxxa taċ-ċanga, li jkollha kontenut tax-xaħam ta’ madwar 5 %. Jekk jintuża l-laħam tal-majjal, il-qatgħa tittieħed mix-xikel tal-majjal, li jkollu kontenut tax-xaħam ta’ madwar 4 %. Ix-xaħam tad-dahar użat ikollu kontenut tax-xaħam ta’ madwar 70 %.

Iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” jingħaraf mill-freskezza u mill-kwalità tiegħu. Sabiex jiġi prodott dan it-tip ta' zalzett jintuża biss laħam ta’ annimali li jkun għadhom kemm inqatlu. B’hekk, fil-proċess tal-produzzjoni ma jintuża l-ebda laħam li jkun laħaq ċertu maturità, li jkun iddendel jew li jkun ġie ffriżat.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

Iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” jiġi prodott fiż-żona ġeografika identifikata.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-belt ta’ Hof u d-distrett rurali ta’ Hof.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Fiż-żona ġeografika identifikata, iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” għandu tradizzjoni li tmur lura għal iktar minn ħamsin sena.

Fl-1950, il-biċċier espert Hans Millitzer beda jipproduċi z-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” mid-dgħif taċ-ċanga għall-ewwel darba f’Hof. Gottfried Rädlein, li qabel kien l-apprendista tiegħu, kompla din it-tradizzjoni billi, mill-1962 sal-1993, ipproduċa z-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” fil-kumpanija tiegħu stess f’Hof u billi xerred isem dan iz-zalzett ferm lil hinn minn din il-belt.

Id-domanda għal dan iz-zalzett tant kienet kbira li Gottfried Rädlein kien juża sa ħmistax-il robbu ta’ wara taċ-ċanga fil-ġimgħa biex jipproduċi z-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst”, u xi kultant kien jaħdem anke l-Ħdud u l-festi pubbliċi sabiex jipproduċi dan iz-zalzett skont ir-riċetta speċjali tiegħu. Bħala zalzett nej fin li jista’ jiddellek, iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” kien prodott partikularment frisk u minħabba f’hekk, kellu togħma partikulari u riħa unika li kienu jżommu biss għal jumejn jew tlieta. Iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” għandu kontenut partikularment baxx ta’ xaħam u jista’ jkun iddiġerit faċilment, hekk li dak iż-żmien it-tobba kienu saħansitra jirrakkomandaw li jittiekel.

Fis-snin ta’ wara, kien hemm iktar biċċiera fir-reġjun li bdew jipproduċu z-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst”, u kollha kellhom ħeġġa kbira biex jipproduċu u joffru dan iz-zalzett tradizzjonali. F’Jannar tal-1993, Gottfried Rädlein għadda l-ħanut speċjalizzat tal-laħam tiegħu lill-bejjiegħ famuż tal-laħam minn Hof, Albert Schiller, li għadu sal-lum jispeċjalizza fil-produzzjoni taz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” bl-istess mod li kien jagħmlu Gottfried Rädlein. B’riżultat tal-isforzi tal-kap tal-Għaqda tal-biċċiera ta’ Hof (il-“Fleischer-Innung Hof”) ta’ dak iż-żmien, fl-1993 iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” iddaħħal fil-linji gwida tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar il-laħam u l-prodotti tal-laħam taħt il-linja gwida Nru 2.2120.1.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Kif deskritt hawn fuq, iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” huwa prodott ta’ kwalità għolja li għandu togħma partikulari, u li għandu isem tajjeb u huwa magħruf sew bħala speċjalità reġjonali, b’mod partikulari fil-belt ta’ Hof u fid-distrett rurali tal-madwar. Dan it-tip ta’ zalzett huwa popolari ferm mhux biss man-nies tal-post iżda wkoll mal-mistednin u mal-viżitaturi minn barra, u hemm domanda kbira għalih minnhom ilkoll. Il-fatt li dan it-tip ta’ zalzett iddaħħal fil-linji gwida tal-ktieb tal-prodotti tal-ikel Ġermaniżi ukoll juri kemm huwa importanti u kemm huwa magħruf.

Iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” diġà ngħata unuri u rebaħ il-premjijiet f’diversi kompetizzjonijiet taz-zalzett. Il-biċċiera taż-żona ġeografika identifikata jieħdu sehem kull sena fit-test tal-kwalità li tagħmel l-Għaqda tal-Biċċiera tal-Bavarja, li fih dejjem jippreżentaw iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst”. Fis-snin li għaddew, dan iz-zalzett prim dejjem rebaħ midalja tad-deheb jew tal-fidda. L-istess jgħodd għar-riżultati miksubin fil-livell nazzjonali fit-testijiet tal-kwalità li tagħmel l-Għaqda Ġermaniża tal-prodotti tal-ikel (id-DLG). Fl-aħħar wirja ta’ Oberfranken li saret f’Hof f’April tal-2009, sar test ta’ tidwiq taz-zalzett lill-pubbliku, u matulha l-mezzi lokali tax-xandir irrappurtaw fid-dettall dwar iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” u ddeskrivewh bħala prodott reġjonali eċċezzjonali.

5.3.   Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Iz-zalzett tat-tip “Hofer Rindfleischwurst” huwa prodott tipiku tar-reġjun ta’ Hof. Huwa ġej minn din iż-żona u ilu jiġi prodott b’mod tradizzjonali skont riċetta u tekniki speċjali mill-kumpaniji tal-lokal għal iktar minn ħamsin sena. B’hekk, il-fama u l-isem tajjeb tiegħu huma marbutin mill-qrib mal-oriġini tiegħu fiż-żona ġeografika identifikata.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

fit-taqsima 7a-aa tal-volum 16 tal-“Markenblatt” tat-18.4.2008, p. 31 817

(http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/106)


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/40


Avviż ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

2010/C 138/12

I.   SUĠĠETT

1.

Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum kopert bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1005 90 00 u li ġej minn pajjiżi terzi.

2.

Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 463/2010 (1).

II.   SKADENZI

1.

Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti jagħlaq fl-10 ta’ Ġunju 2010 fl-10:00, ħin ta’ Brussell.

Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali għall-offerti ta’ wara jagħlqu nhar ta’ Ħamis fid-dati t’hawn taħt, fl-10:00, ħin ta’ Brussell:

l-24 ta’ Ġunju 2010,

il-15 u d-29 ta’ Lulju 2010,

is-26 ta’ Awwissu 2010,

is-16 u t-30 ta’ Settembru 2010,

l-14 u t-28 ta’ Ottubru 2010,

il-11 u l-25 ta’ Novembru 2010,

id-9 u s-16 ta’ Diċembru 2010.

2.

Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew il-bdil tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-sejħiet parzjali kollha li jitwettqu matul il-perjodu ta’ validità ta’ din is-sejħa għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f’wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu kontra l-għoti ta’ riċevuta, jew inkella b’mezzi elettroniċi:

Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

Ministério das Finanças

Direcção Geral das Alfândegas e Impostos Especiais sobre o Consumo

Terreiro do Trigo — Edifício da Alfândega

1149-060 Lisbon

PORTUGAL

Numru tat-telefown +351 218814263

Numru tal-faks +351 218814261

L-offerti li ma jitressqux b’mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f’żewġ envelops issiġillati. L-envelop ta’ ġewwa, issiġillat ukoll, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum – ir-Regolament (KE) Nru 463/2010”.

L-ebda offerta ma tista’ tiġi rtirata qabel ma l-Istat Membru kkonċernat jgħarraf lill-offerent bir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

2.

L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isiru bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li l-korp kompetenti tiegħu jkun irċieva l-offerta.

IV.   GARANZIJA

Għandha tingħata garanzija lill-korp kompetenti b’rabta mas-sejħa għall-offerti.

V.   GĦOTI TAL-KUNTRATT

L-għoti tal-kuntratt jikkonferixxi:

(a)

id-dritt għall-ħruġ, fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta’ liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta u li tkun maħruġa għall-kwantità kkonċernata;

(b)

l-obbligu li titressaq applikazzjoni, fl-Istat Membru msemmi fil-punt a), għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


(1)  ĠU L 129, 27.5.2010, p. 60.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/42


Avviż ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

2010/C 138/13

I.   SUĠĠETT

1.

Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum kopert bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1005 90 00 u li ġej minn pajjiżi terzi.

2.

Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 462/2010 (1).

II.   SKADENZI

1.

Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti jagħlaq fl-10 ta’ Ġunju 2010 fl-10:00, ħin ta’ Brussell.

Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali għall-offerti ta’ wara jagħlqu nhar ta’ Ħamis fid-dati t’hawn taħt, fl-10:00, ħin ta’ Brussell:

l-24 ta’ Ġunju 2010,

il-15 u d-29 ta’ Lulju 2010,

is-26 ta’ Awwissu 2010,

is-16 u t-30 ta’ Settembru 2010,

l-14 u t-28 ta’ Ottubru 2010,

il-11 u l-25 ta’ Novembru 2010,

id-9 u s-16 ta’ Diċembru 2010.

2.

Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew il-bdil tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-sejħiet parzjali kollha li jitwettqu matul il-perjodu ta’ validità ta’ din is-sejħa għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f’wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu u jingħataw lura rċevuta, jew inkella b’mezzi elettroniċi:

Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

Fondo Español de Garantía Agraria (FEGA)

C/ Beneficencia, 8

28004 Madrid

ESPAÑA

Posta elettronika: intervec@fega.mapya.es

Fak +34 915219832 / 913476387

L-offerti li ma jitressqux b’mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f’żewġ envelops issiġillati. L-envelop ta’ ġewwa, issiġillat ukoll, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum – ir-Regolament (UE) Nru 462/2010”.

L-ebda offerta ma tista’ tiġi rtirata qabel ma l-Istat Membru kkonċernat jgħarraf lill-offerent bir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

2.

L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isiru bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li l-korp kompetenti tiegħu jkun irċieva l-offerta.

IV.   GARANZIJA

Għandha tingħata garanzija lill-korp kompetenti b’rabta mas-sejħa għall-offerti.

V.   GĦOTI TAL-KUNTRATT

L-għoti tal-kuntratt jikkonferixxi:

(a)

id-dritt għall-ħruġ, fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta’ liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta u li tkun maħruġa għall-kwantità kkonċernata;

(b)

l-obbligu li titressaq applikazzjoni, fl-Istat Membru msemmi fil-punt a), għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


(1)  ĠU L 129, 27.5.2010, p. 58.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/44


Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu minn pajjiżi terzi

2010/C 138/14

I.   SUĠĠETT

1.

Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu kopert mill-kodiċi tan-NM 1007 00 90 u li ġej minn pajjiżi terzi.

2.

Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 464/2010 (1).

II.   SKADENZA

1.

Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali jagħlaq fl-10 ta' Ġunju 2010 fl-10:00, ħin ta' Brussell.

Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali sussegwenti jagħlqu nhar ta' Ħamis fid-dati ta' hawn taħt, fl-10:00, ħin ta' Brussell:

l-24 ta' Ġunju 2010,

il-15 u d-29 ta’ Lulju 2010,

is- 26 ta’ Awwissu 2010,

is-16 u t-30 ta’ Settembru 2010,

l-14 u t-28 ta’ Ottubru 2010,

il-11 u l-25 ta’ Novembru 2010,

id-9 u s-16 ta’ Diċembru 2010.

2.

Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Mingħajr preġudizzju għall-emendar jew is-sostituzzjoni tiegħu, dan l-avviż japplika għas-seħjiet parzjali kollha li jsiru matul il-perjodu ta' validità ta' din is-sejħa għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

L-offerti li għandhom jitressqu bil-miktub għandhom jaslu f'wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu kontra l-għoti ta' riċevuta, jew inkella b'mezzi elettroniċi:

Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

Fondo Español de Garantía Agraria (FEGA)

C/ Beneficencia, 8

28004 Madrid

ESPAÑA

Posta elettronika: secreint@fega.mapya.es

Fax +34 915219832 / 913476387

L-offerti li ma jitressqux b'mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f'żewġ envelops ittimbrati. L-envelopp ta' ġewwa, ittimbrat, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu – ir-Regolament (UE) Nru 464/2010”.

L-offerti jibqgħu jgħoddu sa meta l-Istat Membru konċernat jikkomunika lill-offerent ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

2.

L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 għandhom isiru bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li organizzazzjoni kompetenti tiegħu tkun id-destinazzjoni tal-offerta.

IV.   GARANZIJA GĦALL-OFFERTA

Għandu jsir id-depożitu ta' garanzija għall-offerti mal-organizzazzjoni kompetenti.

V.   GĦOTI TAL-KUNTRATT

L-għoti tal-kuntratt jikkonferixxi:

(a)

id-dritt għall-ħruġ, fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta u maħruġa għall-kwantità kkonċernata;

(b)

l-obbligu li fl-Istat Membru msemmi fil-punt a) tintalab liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


(1)  ĠU L 129, 27.5.2010, p. 62.