ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.135.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 135

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
26 ta' Mejju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 135/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5816 – Oaktree/Aleris) ( 1 )

1

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 135/02

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2010 dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ

2

2010/C 135/03

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal 11 ta' Mejju 2010 dwar kompetenzi li jappoġġaw it-tagħlim tul il-ħajja u l-inizjattiva ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda

8

2010/C 135/04

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2010 dwar l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja

12

2010/C 135/05

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp reġjonali u lokali

15

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 135/06

Rata tal-kambju tal-euro

19

2010/C 135/07

Rata tal-kambju tal-euro

20

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 135/08

Sejħa għall-proposti – MOVE/SUB/01-2010 dwar is-Sikurezza fit-Toroq u s-Suq Intern: Trasport bil-mogħdijiet tal-ilmijiet interni

21

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 135/09

Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri antidumping

22

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 135/10

Avviż għall-attenzjoni ta' Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani u Qasim Yahaya Mahdi al-Rimi, li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 450/2010

23

2010/C 135/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

25

2010/C 135/12

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

29

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5816 – Oaktree/Aleris)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 135/01

Fit-18 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5816. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/2


Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2010 dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ

2010/C 135/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

WARA LI KKUNSIDRA:

1.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-14 ta' Novembru 2006, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-effiċjenza u l-ekwità fl-edukazzjoni u t-taħriġ (1), li stiednu lill-Istati Membri jiżguraw sistemi ekwi tal-edukazzjoni u t-taħriġ li għandhom l-għan li jipprovdu opportunitajiet, aċċess, trattament u riżultati li huma indipendenti mill-isfond soċjoekonomiku u minn fatturi oħrajn li jistgħu jwasslu għal żvantaġġ fl-edukazzjoni.

2.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi prinċipali għat-tagħlim tul il-ħajja (2), li tenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat il-provediment tal-kompetenzi prinċipali għal kulħadd u li jkun hemm provediment adatt għal dawk li minħabba żvantaġġi fl-edukazzjoni jeħtieġu appoġġ partikolari sabiex iwettqu l-potenzjal edukattiv tagħhom.

3.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda (3), li saħqet dwar il-ħtieġa li jkunu antiċipati l-ħtiġijiet ta' ħiliet u li jogħlew il-livelli ta' ħiliet ġenerali, fejn tingħata prijorità lill-edukazzjoni u t-taħriġ ta' dawk b'ħiliet baxxi u fir-riskju ta' esklużjoni ekonomika u soċjali.

4.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-immodernizzar tal-universitajiet għall-kompetittività tal-Ewropa f'ekonomija ta' għarfien globali (4), li affermet mill-ġdid l-importanza li jiżdiedu l-opportunitajiet għat-tagħlim tul il-ħajja, li jitwessa′ l-aċċess għall-edukazzjoni għolja biex tinkludi dawk li qed jitgħallmu b'mod mhux tradizzjonali u ta' età adulta u li tiġi żviluppata d-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-universitajiet.

5.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti (5), li saħqu dwar il-ħtieġa li jogħlew il-livelli tal-ħiliet ta' numru li għadu sinifikanti ta' ħaddiema b'ħiliet baxxi u li ssottolinjaw il-kontribut tat-tagħlim għall-adulti biex jitrawmu l-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp ekonomiku.

6.

Id-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (6), li tiddikjara li n-nuqqas ta' kompetenzi u kwalifiki bażiċi adatti għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol huwa ostakolu kbir għall-inklużjoni fis-soċjetà.

7.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-21 ta' Novembru 2008 dwar il-prijoritajiet futuri għall-kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) (7), li ssottolinjaw li l-ETV mhux biss jippromwovu l-kompetittività, il-prestazzjoni tan-negozju u l-innovazzjoni fil-kuntest ta' ekonomija globalizzata, iżda wkoll l-ekwità, il-koeżjoni, l-iżvilupp personali u ċ-ċittadinanza attiva, u li għandha tiġi promossa l-attrattiva tagħhom fost il-gruppi ta' mira kollha.

8.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-21 ta' Novembru 2008 dwar it-tħejjija taż-żgħażagħ għas-seklu 21: aġenda għall-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel (8), li stiednu lill-Istati Membri biex jiżguraw l-aċċess għal opportunitajiet u servizzi edukattivi ta' kwalità għolja, b'mod partikolari għat-tfal u ż-żgħażagħ li jistgħu jkunu żvantaġġati minħabba ċirkostanzi personali, soċjali, kulturali u/jew ekonomiċi.

9.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-edukazzjoni tat-tfal bi sfond ta' migrazzjoni (9), li stiednu lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri adatti fil-livell rikjest tagħhom ta' responsabbiltà – lokali, reġjonali jew nazzjonali – bil-ħsieb li jkun żgurat li t-tfal kollha jiġu offruti opportunitajiet ġusti u ndaqs, kif ukoll l-appoġġ meħtieġ biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, irrispettivament mill-isfond.

10.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) (10), li stiednet lill-Istati Membri jiżguraw aċċess ugwali għaż-żgħażagħ għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja f'kull livell, u biex jippromwovu rabtiet aħjar bejn l-edukazzjoni formali u t-tagħlim mhux formali,

U WARA LI KKUNSIDRA B'MOD PARTIKOLARI:

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (11), li identifikaw il-promozzjoni tal-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva bħala waħda mill-erba′ objettivi strateġiċi tiegħu u li ddefinixxew ħames livelli ta' referenza ta' prestazzjoni Ewropea medja (“punti ta' referenza Ewropej”) li jpoġġu wkoll enfasi qawwija fuq il-kisba tal-ekwità.

U FID-DAWL TA':

Il-konferenza dwar l-Edukazzjoni Inklużiva: mod kif nippromwovu l-koeżjoni soċjali li saret f'Madrid fil-11-12 ta' Marzu 2010.

WAQT LI JINNOTA LI:

Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE kollha jeħtieġ li jiżguraw kemm l-ekwità kif ukoll l-eċċellenza. It-titjib tal-kisbiet edukattivi u l-forniment ta' kompetenzi essenzjali għal kulħadd huma kruċjali mhux biss għat-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività, iżda anki biex jitnaqqas il-faqar u titrawwem l-inklużjoni soċjali.

L-inklużjoni soċjali permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tiżgura opportunitajiet indaqs għall-aċċess għall-edukazzjoni ta' kwalità, kif ukoll l-ekwità fit-trattament, inkluż bl-adattament tal-provediment għall-ħtiġijiet tal-individwi. Fl-istess ħin, hija għandha tiżgura opportunitajiet indaqs biex jinkisbu l-aħjar riżultati, billi tfittex li tipprovdi l-ogħla livell ta' kompetenzi prinċipali għal kulħadd.

KONXJU LI:

Is-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-trawwim tal-koeżjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva u s-sodisfazzjon personali fis-soċjetajiet Ewropej. Huma għandhom il-potenzjal biex jippromwovu l-mobbiltà soċjali 'l fuq u jfarrku ċ-ċiklu tal-faqar, l-iżvantaġġ soċjali u l-esklużjoni. Ir-rwol tagħhom jista' jissaħħaħ aktar billi jiġu adatti għad-diversità tal-isfond taċ-ċittadini f'termini ta' arrikkiment kulturali, għarfien u kompetenzi eżisteni, u ħtiġijiet ta' tagħlim.

L-edukazzjoni mhijiex l-unika kawża tal-esklużjoni soċjali, u lanqas mhija l-unika soluzzjoni għaliha. Miżuri edukattivi waħedhom x'aktarx li ma jtaffux l-impatt ta' żvantaġġi multipli, u għaldaqstant huma meħtieġa approċċi multisettorjali li jistgħu jartikulaw dawn il-miżuri flimkien ma' linji ta' politika soċjali u ekonomiċi usa′.

Iż-żieda tal-kompetittività internazzjonali teħtieġ ħiliet professjonali għolja kkombinati mal-abbiltà tal-ħolqien, l-innovazzjoni u l-ħidma f'ambjenti multikulturali u multilingwi. Flimkien mal-pressjoni demografika, dan jagħmilha saħansitra aktar importanti għas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jgħollu l-livelli milħuqa ġenerali, filwaqt li jiżguraw li n-nies kollha, żgħażagħ u adulti – irrispettivament mill-isfond soċjoekonomiku jew iċ-ċirkustanzi personali tagħhom – ikunu megħjuna jiżviluppaw il-potenzjali sħiħ tagħhom permezz tat-tagħlim tul il-ħajja. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet ta' persuni bi bżonnijiet edukattivi speċjali, dawk ta' persuni bi sfond migratorju u dawk tal-komunità Roma.

Hekk kif l-effetti soċjali tal-kriżi ekonomika jkomplu jinkixfu – u fil-kuntest tas-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (12), huwa ċar li t-tnaqqis fir-rittmu laqat b'mod qawwi lil dawk l-aktar żvantaġġati, filwaqt li fl-istess ħin ipperikola l-isforzi baġitarji li huma mmirati lejn dawn il-gruppi.

JIRRIKONOXXI LI:

Jekk l-Ewropa trid tikkompeti u tipprospera bħala ekonomija bbażata fuq l-għarfien ibbażata fuq livelli għolja sostenibbli ta' impjieg u koeżjoni soċjali msaħħa – kif previst fl-istrateġija Ewropa 2020, ir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ f'perspettiva ta′ tagħlim tul il-ħajja huwa kruċjali. Il-forniment ta' kompetenzi ewlenin għal kulħadd fuq bażi ta' tagħlim tul il-ħajja ser ikollu rwol kruċjali fit-titjib tal-impjegabbiltà taċ-ċittadini, u l-inklużjoni soċjali u s-sodisfazzjon personali tagħhom.

Fil-kuntest tal-punti ta' referenza Ewropej maqbula taħt il-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ET 2020, teżisti ħtieġa urġenti li jitnaqqas in-numru attwali ta' dawk b'livell baxx ta' ħiliet bażiċi - partikolarment fil-qari (fir-rigward ta' liema d-data attwali tindika li medja ta' student minn kull erbgħa mhux kapaċi jaqra u jikteb tajjeb) – u li jitnaqqas aktar in-numru ta' dawk li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ qabel iż-żmien, kif ukoll ħtieġa li tiżdied il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura kmieni fit-tfulija, li jiżdied in-numru ta' żgħażagħ bi kwalifika ta' livell terzjarju, u li tiżdied il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja. Bżonnijiet bħal dawn jinħassu partikolarment fil-każ ta' dawk li ġejjin minn sfond żvantaġġat, li statistikament għandhom tendenza ta' prestazzjoni sinifikattivament inqas tajba meta mqabbla ma' kull wieħed mill-punti ta' referenza. L-objettivi tal-Qafas Strateġiku jistgħu jintlaqgħu tajjeb unikament jekk jiġu indirizzati l-bżonnijiet ta' min jinsab fir-riskju tal-esklużjoni soċjali.

JIKKUNSIDRA LI:

Id-differenzi fil-livell tal-inklużjoni soċjali miksub mill-Istati Membri jindika li għad fadal ambitu sinifikati biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u l-esklużjoni fl-UE, kemm permezz ta' bidliet strutturali kif ukoll permezz ta' appoġġ addizzjonali għall-istudenti fir-riskju tal-esklużjoni soċjali. L-ekwità u l-eċċellenza mhumiex esklużivi reċiproċikament, iżda komplementari u wieħed għandu jfittex li jiksibhom kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew. Filwaqt li s-sitwazzjoni tal-Istati Membri hija differenti, il-kooperazzjoni Ewropea tista' tgħin biex jiġu identifikati modi biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u l-ekwità mingħajr ma tkun kompromessa l-eċċellenza.

Is-sistemi li jinvokaw standards għoljin ta' kwalità għal kulħadd u jsaħħu r-responsabbiltà, li jrawmu approċċi personalizzati u inklużivi, li jappoġġaw l-intervent bikri u li jimmiraw b′mod partikolari lejn studenti żvantaġġati, jistgħu jkunu fatturi b'saħħithom fit-trawwim tal-inklużjoni soċjali.

Skemi għall-appoġġ tal-istudenti bħal għotjiet, self, u benefiċċji addizzjonali mhux finanzjarji jista' jkollhom rwol importanti biex ikun faċilitat l-aċċess indaqs, b'mod partikolari fl-edukazzjoni għolja. Minħabba aktar pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji għall-edukazzjoni, ser ikun kruċjali li tinkiseb effettività msaħħa għall-investiment pubbliku; l-analiżi tat-tfassil u l-impatt ta' sistemi differenti ta' finanzjament tista' tgħin fl-informazzjoni għall-għażliet.

IKOMPLI JIKKUNSIDRA LI:

Fir-rigward tal-edukazzjoni bikrija u skolastika:

1.

Il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija ta' kwalità għolja fit-tfulija, b'persunal b'ħiliet għoljin u proporzjonijiet adegwati bejn it-tfal u l-personal, tipproduċi riżultati pożittivi għat-tfal kollha u għandha l-ogħla benefiċċji għal dawk l-aktar żvantaġġati. Il-provediment ta' inċentivi u appoġġ adegwati, l-adattament tal-provediment għall-ħtiġijiet u ż-żieda tal-aċċessibbiltà jistgħu jwessgħu l-parteċipazzjoni tat-tfal minn ambjenti żvantaġġati (13).

2.

L-iżgurar ta' edukazzjoni ta' kwalità għolja li tipprovdi kompetenzi essenzjali għal kulħadd huwa wieħed mill-modi l-aktar effettivi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali. Hu meħtieġ appoġġ addizzjonali għall-iskejjel bi proporzjon għoli ta' studenti minn ambjenti żvantaġġati.

3.

Il-prevenzjoni b'suċċess tat-tluq qabel iż-żmien mill-iskola teħtieġ l-iżvilupp tal-għarfien dwar gruppi li qegħdin fir-riskju li jabbandunaw l-istudji (pereżempju minħabba ċirkustanzi personali jew soċjoekonomiċi, jew minħabba diffikultajiet biex jitgħallmu) fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, u sistemi biex jiġu identifikati fi żmien bikri individwi li jinsabu f'tali riskju. Għandhom jiġu implimentati strateġiji transsettorjali komprensivi, li jipprovdu firxa ta' linji ta' politika madwar l-iskejjel u b'mod sistematiku mmirati lejn il-fatturi differenti li jwasslu għat-tluq qabel iż-żmien mill-iskola. L-appoġġ fuq bażi individwali għall-istudenti f'riskju jista' jinkludi l-għoti ta' tagħlim personalizzat, l-għoti ta' pariri, sistemi ta' konsulenza personali u tagħlim privat, appoġġ ta' sigurtà soċjali u attivitajiet barra mill-korsijiet regolari b'appoġġ għat-tagħlim.

4.

Fil-livell ta' kull istituzzjoni tal-edukazzjoni, l-istrateġiji għall-inklużjoni jeħtieġu tmexxija b'saħħitha, il-monitoraġġ sistematiku tar-riżultati u l-kwalità, tagħlim innovattiv u ta' kwalità għolja appoġġat minn taħriġ adatt tal-għalliema, ir-responsabbilizzazzjoni tas-setgħa u l-motivazzjoni, il-kooperazzjoni ma' professjonisti oħrajn u l-forniment tar-riżorsi adegwati. Il-provediment ta' appoġġ aktar integrat lill-istudenti fil-bżonn jeħtieġ il-kooperazzjoni mal-ġenituri u l-partijiet interessati fil-komunità, pereżempju f'oqsma bħall-attivitajiet ta' tagħlim mhux formali barra l-ħinijiet tal-iskola.

5.

Il-ħolqien tal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-inklużjoni b'suċċess ta' tfal bi bżonnijiet speċjali f'ambjenti ġenerali jibbenefika lill-istudenti kollha. Iż-żieda tal-użu ta' approċċi personalizzati, inklużi pjani ta' tagħlim fuq bażi individwali u l-utilizzazzjoni tal-valutazzjoni biex jiġi appoġġat il-proċess tat-tagħlim, il-provediment ta' għalliema b'ħiliet li jiġġestixxu u jibbenefikaw mid-diversità, waqt li jippromwovu l-użu ta' tagħlim kooperattiv u jwessgħu l-aċċess u l-parteċipazzjoni, huma modi kif tiżdied il-kwalità għal kulħadd.

Fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV):

Offerta vokazzjonali varjata, b'enfasi aktar qawwija fuq il-kompetenzi prinċipali, inklużi dawk trasversali, tista' tipprovdi rotot meħtiġin ħafna għall-individwi biex itejbu l-kwalifiki tagħhom u b'hekk ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol. Fil-każ ta' gruppi żvantaġġati, ir-relevanza tal-ETV tista' tiżdied billi l-provediment ikun imfassal għall-ħtiġijiet individwali, jissaħħu l-gwida u l-konsulenza, jiġu rikonoxxuti forom differenti ta' tagħlim minn qabel, u jiġu promossi skemi alternattivi għat-tagħlim fuq il-post tax-xogħol. Iż-żieda fil-parteċipazzjoni, b'mod partikolari ta' dawk b'livell baxx ta' ħiliet, fil-kontinwazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali hija ċentrali għal approċċ attiv ta' inklużjoni u biex jiġi limitat il-qgħad f'każijiet ta' bidla industrijali.

Fir-rigward tal-edukazzjoni għolja:

1.

Biex ikun hemm aspirazzjonijiet ogħla u żieda fl-aċċess għall-edukazzjoni għolja għal studenti minn ambjenti żvantaġġati jeħtieġ it-tisħiħ tal-iskemi ta' appoġġ finanzjarju u inċentivi oħra, u t-titjib tat-tfassil tagħhom. Is-self lill-istudenti li huwa abbordabbli, aċċessibbli, adegwat u portabbli kif ukoll għotjiet skont il-mezz jistgħu jżidu b'suċċess ir-rati ta' parteċipazzjoni għal dawk li ma jistgħux iħallsu l-ispejjeż tal-edukazzjoni għolja.

2.

Toroq ta' tagħlim aktar flessibbli u diversifikati – pereżempju li jkunu rikonoxxuti t-tagħlim minn qabel, l-edukazzjoni fuq bażi part-time, u tagħlim mill-bogħod – jistgħu jgħinu biex l-edukazzjoni għolja tkun rikonċiljata max-xogħol jew l-impenji tal-familja u biex titħeġġeġ parteċipazzjoni usa′. L-implimentazzjoni ta' miżuri li għandhom l-għan li jimmonitoraw u jżidu r-rata li wieħed jibqa′ fl-edukazzjoni għolja, jipprovdu appoġġ fuq bażi individwali, kif ukoll isaħħu l-gwida, il-konsulenza u t-taħriġ tal-ħiliet – b'mod partikolari matul l-istadji bikrija ta' kors universitarju – tista' ttejjeb ir-rata ta' dawk li jiggradwaw fost l-istudenti żvantaġġati.

3.

Huma meħtieġa sforzi speċjali, l-aktar fir-rigward tal-finanzjament, biex ikun żgurat li jittieħed kont sħiħ tal-ħtiġijiet ta' studenti żvantaġġati, li ħafna drabi ma jistgħux jibbenefikaw mill-iskemi ta' mobbiltà disponibbli.

4.

Il-ġlieda kontra l-inugwaljanza, il-faqar u l-esklużjoni soċjali tista' tissaħħaħ billi jkun rikonoxxut li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għandhom responsabbiltà soċjali biex jagħtu lura lis-soċjetà l-benefiċċji tal-għarfien, billi jqiegħdu l-għarfien għas-servizz tal-komunità usa′ – kemm fil-livell lokali kif ukoll dak globali – u biex jirrispondu għall-ħtiġijiet soċjali.

5.

L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jistgħu wkoll jeżerċitaw responsabbiltà soċjali billi jagħmlu r-riżorsi tagħhom disponibbli għall-istudenti adulti u dawk informali u mhux formali, isaħħu r-riċerka dwar l-esklużjoni soċjali, irawmu l-innovazzjoni u jaġġornaw ir-riżorsi u l-metodoloġija edukattiva.

Fir-rigward tal-edukazzjoni tal-adulti:

1.

It-twessigħ tal-aċċess għall-edukazzjoni tal-adulti jista' joħloq possibbiltajiet ġodda għall-inklużjoni attiva u l-parteċipazzjoni soċjali msaħħa, speċjalment għal dawk b'livell baxx ta' ħiliet, il-qegħda, l-adulti bi bżonnijiet speċjali, l-anzjani, u l-migranti. B'attenzjoni speċifika għal dawn tal-aħħar, it-tagħlim tal-lingwa jew il-lingwi tal-pajjiż ospitanti għandu rwol importanti fil-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali, kif ukoll fit-titjib tal-kompetenzi bażiċi u l-impjegabbiltà.

2.

It-tagħlim tal-adulti, offrut f'diversi ambjenti, li jinvolvi partijiet interessati multipli (inklużi s-settur pubbliku u dak privat, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, il-komunitajiet lokali u l-NGOs) u li jkopri t-tagħlim għall-finijiet personali, ċiviċi, soċjali u relatati mal-impjieg, huwa ċentrali biex jintlaħqu l-gruppi żvantaġġati u dawk f'riskju. Rigward speċifikament it-tagħlim relatat mal-impjiegi, in-negozji jistgħu juru responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji billi jantiċipaw aħjar it-tibdil strutturali u jipprovdu opportunitajiet għat-taħriġ mill-ġdid.

3.

Il-potenzjal tat-tagħlim interġenerazzjonali jista' jiġi studjat bħala mezz ta' kondiviżjoni ta' għarfien u kompetenza esperta, u ta' inkoraġġaiment għall-komunikazzjoni u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjoni żagħżugħa u dik adulta, b'hekk tiġi indirizzata d-diviżjoni diġitali dejjem tikber u jitnaqqas l-iżolament soċjali.

F′perspettiva ta′ tagħlim tul il-ħajja:

Is-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ b'toroq flessibbli, li jżommu l-opportunitajiet miftuħin sakemm huwa possibbli u li jevitaw “waqfien totali” (“dead end”), jgħinu biex jingħeleb l-iżvantaġġ. Huma jgħinu wkoll biex tiġi evitata marġinalizzazzjoni soċjoekonomika jew kulturali u li wieħed jinżamm lura minħabba aspettattivi baxxi. Il-provediment ta' gwida tul il-ħajja u l-validazzjoni ta' ħiliet akkwistati, inkluż ir-rikonoxximent ta' tagħlim u esperjenza minn qabel, id-diversifikazzjoni ta' mudelli ta' ammissjoni għal-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim tal-adulti, u l-għoti ta' aktar attenzjoni għall-kwalità u l-attrattiva tal-ambjenti ta' tagħlim, jistgħu jiffaċilitaw it-transizzjonijiet għall-istudenti. Huma meħtieġa modi innovattivi biex titwassal il-gwida u l-kollaborazzjoni ma' servizzi soċjali oħrajn u s-soċjetà ċivili biex jintlaħqu gruppi żvantaġġati barra s-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ.

GĦALDAQSTANT JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI:

Fir-rigward tal-edukazzjoni bikrija u skolastika, biex:

1.

Jiżguraw aċċess usa′ għal edukazzjoni u kura ta' kwalità għolja fit-tfulija bikrija, sabiex it-tfal kollha – b′mod partikolari dawk minn ambjenti żvantaġġati jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali – jingħataw bidu sod, kif ukoll biex tiżdied il-motivazzjoni biex jitgħallmu.

2.

Itejbu l-kwalità tal-provediment fl-iskejjel u jnaqqsu d-differenzi bejniethom u fi ħdanhom, bil-ħsieb li tiġi miġġielda l-marġinalizzazzjoni soċjoekonomika jew kulturali possibbli.

3.

Jiffukaw fuq il-kisba ta' ħiliet bażiċi essenzjali, speċjalment il-litteriżmu, in-numerazzjoni u - b′mod partikolari fil-każ ta' studenti bi sfond migratorju – ħiliet lingwistiċi.

4.

Iħeġġu attivitajiet ta' netwerking bejn l-iskejjel, sabiex jikkondividu l-esperjenza u eżempji ta' prattika tajba.

5.

Jintensifikaw l-isforzi għall-prevenzjoni tat-tluq qabel iż-żmien mill-iskola, abbażi tal-iżvilupp ta' sistemi ta' twissija bikrija li jidentifikaw studenti f'riskju; iħeġġu strateġiji tul l-iskejjel għall-inklużjoni, bl-iffokar fuq il-kwalità u appoġġati bi tmexxija adegwata u t-taħriġ tal-għalliema f'perspettiva tat-tagħlim tul il-ħajja.

6.

Jiżviluppaw approċċi aktar personalizzati u risponsi sistemiċi għall-appoġġ tal-istudenti kollha, kif ukoll jipprovdu għajnuna addizzjonali lil dawk bi sfondi żvantaġġati u dawk bi bżonnijiet speċjali.

7.

Isaħħu r-rilevanza tal-edukazzjoni fl-iskejjel, bil-għan li jiżdiedu l-aspirazzjonijiet tal-istudenti u jkunu stimulati mhux biss l-abbiltà tagħhom li jitgħallmu iżda wkoll il-motivazzjoni li jitgħallmu.

8.

Irendu t-tagħlim bħala professjoni aktar attraenti, jipprovdu taħriġ rilevanti fl-impjieg stess u jiżguraw tmexxija b'saħħitha tal-iskejjel.

9.

Irendu l-iskejjel aktar responsabbli lejn is-soċjetà in ġenerali, isaħħu s-sħubiji bejn l-iskejjel u l-ġenituri, in-negozji u l-komunitajiet lokali, u jintegraw ulterjorment l-attivitajiet formali u mhux formali.

10.

Jippromwovu approċċi ta' edukazzjoni inklużiva b'suċċess għat-tfal kollha, inklużi dawk bi bżonnijiet speċjali, billi l-iskejjel isiru komunitajiet ta' tagħlim fejn jitrawmu sens ta' inklużjoni u appoġġ reċiproku u fejn jiġu rikonoxxuti t-talenti tat-tfal kollha. Iwettqu monitoraġġ ta' approċċi bħal dawn, b′mod partikolari bil-ħsieb li jiżdiedu r-rati ta' aċċess u ta' dawk li jiggradwaw fost dawk bi bżonnijiet speċjali li qed jitgħallmu fil-livell kollha tas-sistema tal-edukazzjoni.

Fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, biex:

1.

Isaħħu l-kisba ta' kompetenzi ewlenin permezz tat-toroq u l-programmi vokazzjonali, u jindirizzaw aħjar il-ħtiġijiet tal-istudenti żvantaġġati.

2.

Jiżviluppaw aktar il-provediment ta' ETV li jippermetti lill-istudenti biex jibnu t-toroq individwalizzati tagħhom.

3.

Jistinkaw biex jiżguraw li s-sistemi tal-ETV huma integrati sew fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ ġenerali, inklużi toroq flessibbli li jippermettu lill-istudenti li jbidlu minn settur għall-ieħor, u għall-impjieg.

4.

Isaħħu l-attivitajiet ta' gwida u ta' pariri u t-taħriġ rilevanti tal-għalliema, sabiex ikunu appoġġati l-għażliet tal-istudenti fir-rigward tal-karriera tagħhom u t-transizzjonijiet fl-edukazzjoni jew mill-edukazzjoni għall-impjieg. Dan huwa partikolarment importanti għall-integrazzjoni b'suċċess fis-suq tax-xogħol u għall-inklużjoni tal-istudenti bi bżonnijiet speċjali.

Fir-rigward tal-edukazzjoni għolja, biex:

1.

Jippromwovu aċċess aktar mifrux, pereżempju bit-tisħiħ tal-iskema ta' appoġġ finanzjarju għall-istudenti u permezz ta' toroq ta' tagħlim flessibbli u diversifikati.

2.

Jiżviluppaw linji ta' politika bil-għan li jżidu r-rati ta' kkompletar tal-edukazzjoni għolja, inkluż permezz tat-tisħiħ ta' appoġġ fuq bażi individwali, gwida u konsulenza għall-istudenti.

3.

Ikomplu jeliminaw l-ostakoli, jespandu l-opportunitajiet, u jtejbu l-kwalità tal-mobbiltà tat-tagħlim, inkluż billi jiġu pprovduti inċentivi adegwati għall-mobbiltà tal-istudenti minn ambjenti żvantaġġati.

4.

Jippromwovu programmi speċifiċi għall-istudenti adulti u dawk mhux tradizzjonali.

Fir-rigward tal-edukazzjoni tal-adulti, biex:

1.

Isaħħu l-linji ta' politika biex dawk b'livelli baxxi ta' ħiliet, adulti qegħda u, fejn ikun il-każ, ċittadini bi sfond migratorju, jkunu jistgħu jakkwistaw kwalifika jew jagħmlu pass ieħor fil-ħiliet tagħhom (“pass 'il fuq”), u jwessgħu l-provediment tal-edukazzjoni li tagħti ċans ieħor lill-adulti żgħar fl-età.

2.

Jippromwovu miżuri biex jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għall-ħiliet bażiċi u l-kompetenzi prinċipali meħtieġa biex jgħix u jitgħallem fis-soċjetà tal-għarfien, b′mod partikolari l-litteriżmu u l-ħiliet tal-ICT.

U b'mod ġenerali jsaħħu d-dimensjoni soċjali tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ billi:

1.

Iżidu l-flessibbiltà u l-permeabbiltà tat-toroq tal-edukazzjoni u jneħħu l-ostakoli għall-parteċipazzjoni u għall-mobbiltà fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u bejniethom.

2.

Jiżviluppaw rabtiet eqreb bejn id-dinja tal-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol u s-soċjetà inġenerali, bil-għan li jitjiebu l-impjegabbiltà u ċ-ċittadinanza attiva.

3.

Jistabbilixxu sistemi għall-validazzjoni u r-rikonoxximent tat-tagħlim minn qabel, inkluż it-tagħlim informali u mhux formali, u jżidu l-użu tal-gwida tul il-ħajja fost l-istudenti żvantaġġati u ta' ħiliet baxxi.

4.

Jevalwaw l-impatt u l-effettività tal-miżuri ta' appoġġ finanzjarju li jimmiraw lejn dawk żvantaġġati, kif ukoll l-effetti tat-tfassil ta' sistemi u strutturi edukattivi fuq dawk żvantaġġati.

5.

Jikkunsidraw il-ġbir ta' data dwar eżiti, rati ta' tluq bikri mill-iskola u dwar l-isfond soċjoekonomiku tal-istudenti, b′mod partikolari fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni tal-adulti.

6.

Jikkunsidraw l-istabbiliment ta' objettivi kwantifikati fil-qasam tal-inklużjoni soċjali permezz tal-edukazzjoni li huma adatti għas-sitwazzjoni ta' kull Stat Membru.

7.

Jikkunsidraw l-iżvilupp ta' approċċ integrat għal dawn l-objettivi, f'koordinazzjoni ma' linji ta' politika oħrajn.

8.

Jiddedikaw riżorsi adegwati lill-istudenti u l-iskejjel żvantaġġati, u, skont il-każ, jestendu l-użu tal-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, sabiex titnaqqas l-esklużjoni soċjali permezz tal-edukazzjoni.

GĦALDAQSTANT JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

1.

Ikomplu bil-kooperazzjoni fir-rigward tal-prijorità strateġika li jiġu promossi l-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva, billi b'mod attiv jintuża l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-kuntest tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) u bl-implimentazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-proċess ta' Bologna u dak ta' Kopenħagen u bl-adozzjoni ta' miżuri konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2008 dwar it-tagħlim tal-adulti.

2.

Jistinkaw biex jagħmlu użu attiv tal-istrata kollha tal-Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja u, skont il-każ, tal-Fond Soċjali Ewopew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm ta' Progress, sabiex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u jinżamm iffokar b'saħħtu fuq din id-dimensjoni fil-proposti għall-ġenerazzjoni ta' programmi li jmiss.

3.

Jippromwovu u jappoġġaw il-parteċipazzjoni akbar ta' studenti minn ambjenti żvantaġġati, jew dawk bi bżonnijiet speċjali, fi skemi, sħubiji u proġetti ta' mobbiltà transnazzjonali, b′mod partikolari dawk stabbiliti taħt il-Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja.

4.

Jappoġġaw ir-riċerka komparattiva dwar l-effettività tal-linji ta' politika biex tiżdied l-ekwità fl-edukazzjoni u t-taħriġ, iwessgħu l-bażi tal-għarfien f'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn u jiżguraw tixrid wiesa′ tar-riżultati tar-riċerka.

5.

Jippromwovu r-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ bħala l-istrumenti prinċipali għall-kisba tal-objettivi tal-inklużjoni soċjali u l-proċess tal-protezzjoni soċjali.


(1)  ĠU C 298, 8.12.2006, p. 3.

(2)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(3)  ĠU C 290, 4.12.2007, p. 1.

(4)  Dok. 16096/1/07 REV 1.

(5)  ĠU C 140, 6.6.2008, p. 10.

(6)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 20.

(7)  ĠU C 18, 24.1.2009, p. 6.

(8)  ĠU C 319, 13.12.2008, p. 20.

(9)  ĠU C 301, 11.12.2009, p. 5.

(10)  ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.

(11)  ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.

(12)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 6.

(13)  Għall-finijiet ta' dan it-test, it-terminu “sfond żvantaġġat” ikopri wkoll, kif adatt, dawk bi ħtiġijiet edukattivi speċjali li qed jitgħallmu.


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/8


Konklużjonijiet tal-Kunsill tal 11 ta' Mejju 2010 dwar kompetenzi li jappoġġaw it-tagħlim tul il-ħajja u l-inizjattiva “ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda”

2010/C 135/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

WAQT LI JFAKKAR

1.

Fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi prinċipali għat-tagħlim tul il-ħajja (1), li tfittex li tiżgura li l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali joffru liż-żgħażagħ kollha l-mezzi biex jiżviluppaw il-kompetenzi prinċipali għal livell li jħejjijhom għal aktar tagħlim u l-ħajja tax-xogħol u li jippermetti lill-adulti li jiżviluppaw u jaġġornaw il-kompetenzi prinċipali tagħhom matul ħajjithom kollha.

2.

Fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda (2) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2009 dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda - l-antiċipar u t-tlaqqigħ tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet meħtieġa (3), li ffokaw fuq it-tħejjija tan-nies għal impjiegi ġodda fis-soċjetà tal-għarfien, u li rrikonoxxew li r-rekwiżiti għall-ħiliet, il-kompetenzi u l-kwalifiki jiżdiedu b'mod sinifikanti u f'kull tip u livell ta' professjoni, u li minn min iħaddem kien hemm domanda li kienet qed tikber għall-kompetenzi prinċipali trasversali.

3.

Fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (4), li tinkoraġġixxi bidla mill-enfasi tradizzjonali fuq “l-inputs tat-tagħlim” – bħat-tul ta' esperjenza tat-tagħlim, jew tip ta' istituzzjoni – u lejn approċċ ibbażat fuq “ir-riżultati tat-tagħlim” – jiġifieri x'jaf, x'jifhem u x'kapaċi jagħmel min ikun qed jitgħallem.

4.

Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tat-22 ta' Mejju 2008 dwar il-promozzjoni tal-kreattività u l-innovazzjoni permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ (5), li saħqu dwar l-importanza tal-qafas tal-kompetenzi prinċipali għat-tisħiħ tal-kreattività u l-innovazzjoni, u li wasslu għall-Manifest għall-kreattività u l-innovazzjoni fl-Ewropa [traduzzjoni mhux uffiċjali] li ġie ppreżentat mill-Ambaxxaturi għas-sena Ewropea 2009 tal-Kreattività u l-Innovazzjoni.

5.

Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti (6) li enfasizzaw l-importanza tat-tagħlim għall-adulti bħala komponent prinċipali tat-tagħlim tul il-ħajja.

6.

Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-21 ta' Novembru 2008 dwar it-tħejjija taż-żgħazagħ għall-21 seklu (7), li enfasizzaw li approċċ koerenti għall-iżvilupp tal-kompetenzi, ibbażat fuq il-qafas Ewropew ta' referenza tal-kompetenzi prinċipali għat-tagħlim tul il-ħajja implika l-ħtieġa għal sforzi aktar qawwija biex jittejbu l-ħiliet fil-qari u ħiliet bażiċi oħrajn.

7.

Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tal-21 ta' Novembru 2008 dwar il-prijoritajiet futuri għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV) (8), li ssottolinjaw li t-titjib tal-kreattività u l-innovazzjoni kien partikolarment importanti għall-ETV u li biex jinkiseb dan, il-ksib tal-kompetenzi prinċipali għat-tagħlim tul il-ħajja għandu jkun promoss b'mod attiv. Il-konklużjonijiet għandhom ukoll l-għan li jtejbu r-rabtiet bejn l-ETV u s-suq tax-xogħol billi jiffokaw fuq l-impjiegi u l-ħiliet.

8.

Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, tat-12 ta' Mejju 2009 dwar it-tisħiħ tas-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-imsieħba soċjali, partikolarment min iħaddem, fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja (9), li rrakkomandaw li fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tingħata attenzjoni suffiċjenti fil-livelli kollha għall-ksib tal-kompetenzi prinċipali utli fil-ħajja professjonali.

9.

Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-iżvilupp professjonali tal-għalliema u l-mexxejja tal-iskejjel (10), li rrikonoxxew li l-esiġenzi li tpoġġew fuq il-professjoni tal-għalliema qed jimponu l-ħtieġa għal approċċi ġodda u biex l-għalliema jieħdu responsabbiltà akbar għall-aġġornament u l-iżvilupp tal-għarfien u l-ħiliet tagħhom stess.

10.

Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2009, dwar l-iżvilupp tar-rwol tal-edukazzjoni fi trijangolu tal-għarfien li jiffunzjona kompletament (11), li inkoraġġixxew lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jiżguraw li l-kurrikuli, kif ukoll il-metodi tat-tagħlim u l-eżamijiet fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, jinkorporaw u jrawmu l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija.

U WAQT LI JFAKKAR B'MOD PARTIKOLARI

Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) (12), li jipprovdu mezz biex jiġu indirizzati l-isfidi involuti fl-implimentazzjoni sħiħa tal-kompetenzi prinċipali u biex jitjiebu l-ftuħ u r-rilevanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż permezz tad-definizzjoni tal-oqsma ta' ħidma ta' prijorità matul iċ-ċiklu ta' ħidma tal-2009-2011, l-iżvilupp possibbli ta' punt ta' riferiment dwar l-impjegabbiltà u l-aġġustament tal-qafas koerenti ta' indikaturi, b'attenzjoni speċjali għall-oqsma tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija.

KONXJU TAL-ISFIDI LI ĠEJJIN

1.

Il-kriżi ekonomika attwali, flimkien mal-pass rapidu tal-bidla soċjali, teknoloġika u demografika, jissottolinjaw l-importanza kruċjali li jiġi żgurat li – permezz tal-edukazzjoni tul il-ħajja u t-taħriġ ta' kwalità għolja, kif ukoll aktar mobbiltà - l-individwi kollha, b'mod partikolari ż-żgħażagħ, jakkwistaw sett b'saħħtu ta' kompetenzi.

2.

L-akkwist u l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetenzi huma kruċjali biex jitjiebu l-prospetti ta' impjieg u jikkontribwixxu għas-sodisfazzjon personali, l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva, peress li huma juru l-abbiltà tal-individwi biex jaġixxu b'mod awtoorganizzat f'kuntesti kumplessi, li jinbidlu u imprevedibbli. Kif imniżżel fir-Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Prinċipali, individwu kompetenti huwa kapaċi jikkombina l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet, u japplika u jagħmel użu mit-tagħlim preċedenti (sew jekk akkwistat formalment, mhux formalment jew informalment) f'sitwazzjonijiet ġodda.

3.

Ir-rapport ta' progress konġunt tal-2010 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma dwar “L-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010” jirrikonoxxi li:

Ħafna pajjiżi qed jirriformaw il-kurrikula bbażati espliċitament fuq il-qafas tal-kompetenzi prinċipali, partikolarment fis-settur skolastiku, iżda jeħtieġ li jiġu żviluppati u implimentati approċċi innovattivi għat-tagħlim fuq bażi usa', sabiex ikun żgurat li kull ċittadin ikun jista' jkollu aċċess għall-opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità għolja;

Hemm ħtieġa partikolari li jissaħħu dawk il-kompetenzi meħtieġa għall-involviment f'aktar tagħlim u fis-suq tax-xogħol, li spiss huma relatati mill-qrib ma' xulxin. Dan ifisser aktar żvilupp tal-approċċ tal-kompetenzi prinċipali lil hinn mis-settur skolastiku, fit-tagħlim għall-adulti u fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) b'rabta mal-proċess ta' Kopenħagen, u li jiġi żgurat li r-riżultati tal-edukazzjoni għolja jkunu aktar rilevanti għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Dan ifisser ukoll l-iżvilupp ta' modi ta' evalwazzjoni u reġistrazzjoni ta' kompetenzi trasversali prinċipali - li huma ddefiniti bħala li jinkludu t-tagħlim dwar kif titgħallem, kompetenzi soċjali u ċiviċi, it-teħid ta' inizjattivi u l-intraprenditorija, u s-sensibilizzazzjoni u l-espressjoni kulturali (13) – li huma rilevanti għall-aċċess għax-xogħol u aktar tagħlim;

Jeħtieġ li tiġi żviluppata “lingwa komuni” li sservi ta' pont bejn id-dinja tal-edukazzjoni/it-taħriġ u dik tax-xogħol, sabiex ikun aktar faċli għaċ-ċittadini u għal min iħaddem li jaraw kif il-kompetenzi u r-riżulati tat-tagħlim huma rilevanti għall-kompiti u l-impjiegi. Dan jiffaċilita aktar il-mobbiltà tal-impjieg u dik ġeografika taċ-ċittadini;

Sabiex jissaħħu l-kompetenzi taċ-ċittadini, u sabiex in-nies jiġu mħejjijin aħjar għall-ġejjieni, jeħtieġ li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jinfetħu aktar u jsiru aktar rilevanti għad-dinja esterna.

WAQT LI JENFASIZZA LI

L-isfidi ta' hawn fuq jappellaw għal azzjoni kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali, bħala parti mill-oqsma ta' ħidma ta' prijorità speċifikament ippjanati għall-ewwel ċiklu ta' ħidma 2009-2011 tal-ET 2020. L-approċċ tal-kompetenzi prinċipali jeħtieġ li jkun implimentat kompletament fis-settur skolastiku, partikolarment biex jiġu appoġġati l-ksib tal-kompetenzi prinċipali u r-riżultati tat-tagħlim ta' kwalità għal dawk f'riskju li jaqgħu lura fil-kisbiet edukattivi u ta' esklużjoni soċjali. Jeħtieġ li l-metodi ta' tagħlim u valutazzjoni jevolvu, u l-iżvilupp professjonali inizjali u kontinwu tal-għalliema, ta' dawk li jħarrġu u tal-mexxejja tal-iskejjel kollha jeħtieġ jiġi appoġġat, f'konformità mal-approċċ ibbażat fuq il-kompetenzi.

Madankollu, issa hemm il-ħtieġa wkoll biex jiġi kkjarifikat, u kkunsidrat l-iżvilupp, tar-rabta bejn id-diversi inizjattivi eżistenti Ewropej immirati lejn it-tisħiħ tal-kompetenzi taċ-ċittadini u li jkun ipprovdut iffokar akbar fuq ir-riżultati tat-tagħlim, kif ukoll li jiġi żgurat approċċ konsistenti f'dan il-qasam. Dan għandu jibni fuq il-progress li sar bl-implimentazzjoni kemm tar-Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Prinċipali kif ukoll il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) u għandu jorbot dawn mal-ksib tal-kompetenzi u r-riżultati tatl-tagħlim fis-sitwazzjonijiet rilevanti kollha u fil-livelli kollha. Dan għandu wkoll jimmira lejn it-titjib u t-tisħiħ sistematiku tal-ksib tal-kompetenzi fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, kif ukoll fuq il-post tax-xogħol.

GĦALHEKK JENFASIZZA L-IMPORTANZA TAL-AZZJONI FL-OQSMA LI ĠEJJIN

Jeħtieġ li jsiru sforzi biex jintwera kif il-kompetenzi prinċipali huma rilevanti fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fl-istadji u s-sitwazzjonijiet kollha tal-ħajja. Barra minn hekk, biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-kompetenzi prinċipali fl-oqsma identifikati mir-Rakkomandazzjoni tal-2006, għandha tingħata attenzjoni biex isir l-aħjar użu mir-Rakkomandazzjoni sabiex jiġi appoġġat it-tagħlim tul il-ħajja wara t-tmiem tal-edukazzjoni obbligatorja.

Għandha ssir aktar ħidma biex jiġu appoġġati l-ksib, l-aġġornar u l-iżvilupp ulterjuri tal-firxa sħiħa ta' kompetenzi prinċipali fl-oqsma tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ u tat-tagħlim tal-adulti.

Sabiex l-istudenti jitħejjew bil-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa mis-suq tax-xogħol u biex għalhekk tiżdied l-impjegabbiltà, għandha tingħata wkoll prijorità fl-edukazzjoni għolja għall-aġġornament, il-ksib u l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetenzi prinċipali. Huwa partikolarment importanti li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jipprovdu opportunitajiet għall-istudenti biex jiżviluppaw l-abilità li jikkomunikaw f'lingwi barranin, kif xieraq, kif ukoll sett b'saħħtu ta' kompetenzi prinċipali trasversali, minħabba li dawn huma essenzjali biex jinkisbu ħiliet oħrajn, biex wieħed jadatta għal ambjenti diversi ta' xogħol u jkun ċittadin attiv.

It-tfassil tal-kurrikulu, it-tagħlim, il-valutazzjoni u l-ambjenti tat-tagħlim għandhom ikunu bbażati b'mod konsistenti fuq ir-riżultati tat-tagħlim, jiġifieri l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li għandhom jinkisbu minn dawk li jkunu qed jitgħallmu. Għandha ssir enfasi partikolari fuq dawk il-kompetenzi prinċipali trasversali li jeħtieġu metodi trans-kurrikulari u innovattivi. Biex tinkiseb it-tranżizzjoni għal approċċ ibbażat fuq il-kompetenzi, għandhom isiru wkoll sforzi biex ikun żgurat li l-għalliema, min iħarreġ u l-mexxejja tal-iskejjel jitħejjew biex jassumu r-rwoli ġodda impliċiti f'tali approċċ. Dan il-proċess jista' jkun appoġġat permezz ta' sħubiji msaħħa bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u d-dinja esterna, speċjalment id-dinja tax-xogħol.

Jeħtieġ ukoll li jsir aktar biex b'mod adegwat jiġu vvalutati, reġistrati u tingħata prova tal-kompetenzi żviluppati miċ-ċittadini matul ħajjithom kollha f'ambjenti tat-tagħlim formali, mhux formali u informali għall-finijiet tal-impjieg u ta' aċċess għal aktar tagħlim, kif ukoll għall-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà. Perkorsi aktar flessibbli fl-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jtejbu l-opportunitajiet għall-impjiegi taċ-ċittadini, kif ukoll jiffaċilita l-identifikazzjoni tal-kompetenzi tagħhom li jevolvu u tal-ħtiġijiet futuri tat-tagħlim. L-effettività tal-għodod għall-identifikazzjoni u r-reġistrar tal-kompetenzi tkun tista' tittejjeb jekk ikunu jistgħu jiġu adottati terminoliġija u approċċ għall-klassifikazzjoni standardizzati mill-partijiet interessati kollha kemm fl-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll fis-suq tax-xogħol.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX

Jappoġġaw l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-inizjattivi nazzjonali li jirrelataw mal-oqsma msemmijin hawn fuq. F'konformità mal-oqsma ta' ħidma ppjanati għall-ewwel ċiklu ta' ħidma 2009-2011 tal-ET 2020, u filwaqt li jsir l-aħjar użu tal-esperjenza u l-appoġġ kontinwu tas-Cedefop, dan għandu jinkludi l-kunsiderazzjoni akbar tal-kompetenzi prinċipali trasversali fil-kurrikula, fil-valutazzjoni u fil-kwalifiki; il-promozzjoni tal-kreattività u l-innovazzjoni bl-iżvilupp ta' metodi tat-tagħlim speċifiċi; u l-iżvilupp ta' sħubijiet bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, in-negozji u s-soċjetà ċivili.

Jappoġġaw l-iżvilupp professjonali inizjali u dak kontinwu tal-għalliema, dawk li jħarrġu u tal-mexxejja tal-iskejjel kollha fl-edukazzjoni ġenerali, kif ukoll fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, inkluż għall-għan li jiġu mgħammra biex jassumu r-rwoli l-ġodda impliċiti f'approċċ ibbażat fuq il-kompetenza.

Jibdew il-ħidma biex jiċċaraw kif il-kompetenzi prinċipali jistgħu jiġu kontinwament żviluppati u adattati biex jilqgħu l-isfidi li jiffaċċjaw l-individwi matul il-ħajja tat-tagħlim u tax-xogħol tagħhom kollha billi jeżaminaw u jiżviluppaw, inter alia, il-valutazzjoni tal-kompetenzi prinċipali fid-diversi livelli tal-edukazzjoni u t-taħriġ. B'mod partikolari, għandu jiġi kkunsidrat jekk għandhiex tiġi stabbilita rabta bejn il-livelli ta' referenza bbażati fuq ir-riżultati tat-tagħlim promossi mill-implimentazzjoni tal-Istati Membri tal-QEK u tal-qafas tal-kompetenzi prinċipali.

F'kollaborazzjoni mal-imsieħba soċjali, is-servizzi pubbliċi tal-impjieg u partijiet interessati oħrajn, jaħdmu fuq l-iżvilupp ta' lingwa komuni - jew terminoloġija standardizzata - li tkopri ħiliet, kompetenzi u impjiegi Ewropej (ESCO). Din il-lingwa komuni għandha jkollha l-għan li ttejjeb l-artikulazzjoni bejn il-kompetenzi miksubin fi proċessi ta' tagħlim u l-ħtiġijiet tal-impjiegi u s-suq tax-xogħol, u b'hekk tgħaqqad id-dinja tal-edukazzjoni/taħriġ u dik tax-xogħol. Hija tista' kemm tappoġġa kif ukoll tibni fuq l-implimentazzjoni tal-QEK, billi tiffaċilita d-deskrizzjoni, il-kategorizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-għoti tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riżultati/l-esperjenzi tat-tagħlim, kif ukoll l-opportunitajiet tal-impjiegi relatati. L-għan ġenerali jkun li jsir aktar faċli għaċ-ċittadini, is-servizzi pubbliċi tal-impjieg, il-kunsillieri dwar il-karrieri, għal min jipprovdi gwida u għal min iħaddem li jaraw ir-rilevanza tar-riżultati tat-tagħlim fi kwalifiki nazzjonali għall-kompiti u l-impjiegi, u li jużaw il-lingwa komuni sabiex iqabblu aħjar il-ħtiġijiet tal-ħiliet għas-suq tax-xogħol.

Jiżviluppaw u jippromwovu aktar, f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, ir-rikonoxximent ta' tagħlim mhux formali u informali, bil-ħsieb li ċ-ċittadini jinvolvu ruħhom f'aktar tagħlim u s-suq tax-xogħol.

Jiżviluppaw il-qafas tal-Europass f'konformità mal-implimentazzjoni tal-QEK u bil-ħsieb tar-reġistrazzjoni u l-enfasizzar aktar effettiv tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksubin miċ-ċittadini tul ħajjitħhom f'varjetà ta' ambiti ta' tagħlim, inkluż bil-konsiderazzjoni tal-iżvilupp ta' “passaport ta' ħiliet personali” ibbażat fuq elementi eżistenti tal-Europass.

Ikomplu l-ħidma biex jiġu identifikati l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi emerġenti meħtieġa għal finijiet ta' ħidma u tagħlim, filwaqt li jittieħed kont tal-importanza ta' sistemi ta' gwida dwar il-karrieri, sabiex jiġu appoġġati ċ-ċittadini fl-isforzi tagħhom biex isibu u joħolqu impjiegi ġodda u aħjar, u sabiex jitkejjel u jiġi analizzat tqabbil tal-ħiliet potenzjalment ħażin.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI BIEX

Tirrapporta lura lill-Kunsill, sal-aħħar tal-2011, dwar kif l-aġenda stabbilita f'dawn il-konklużjonijiet tista' tiġi segwita ulterjorment, u taħdem flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni tagħha f'konformità mal-prijoritajiet stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għal kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020.


(1)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(2)  ĠU C 290, 4.12.2007, p.1.

(3)  Dok. 6479/09.

(4)  ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(5)  ĠU C 141, 7.6.2008, p.17.

(6)  ĠU C 140, 6.6.2008, p. 10.

(7)  ĠU C 319, 13.12.2008, p. 20.

(8)  ĠU C 18, 24.1.2009, p. 6.

(9)  Dok. 9876/09.

(10)  ĠU C 302, 12.12.2009, p. 6.

(11)  ĠU C 302, 12.12.2009, p. 3.

(12)  ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.

(13)  ĠU L 394, t30.12.2006, p. 10, u ĠU C 119, 28.5.2009, p. 4.


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/12


Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2010 dwar l-internazzjonalizzazzjoni (1) tal-edukazzjoni għolja

2010/C 135/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

BILLI:

1.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Bolonja tad-19 ta' Ġunju 1999 stabbilixxiet proċess intergovernattiv immirat lejn il-ħolqien ta’ Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja sal-2010 li hija appoġġata b’mod attiv mill-Unjoni Ewropea, u l-Ministri responsabbli għall-edukazzjoni għolja fis-46 pajjiż parteċipant, imlaqqgħin f'Leuven u Louvain-la-Neuve fit-28 u d-29 ta' April 2009, appellaw biex l-istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja jinternazzjonalizzaw l-attivitajiet tagħhom.

2.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-immodernizzar tal-universitajiet għall-kompetittività tal-Ewropa f'ekonomija tal-konoxxenza globali (2) stiednet lill-Istati Membri biex jippromwovu l-internazzjonalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja billi jinkoraġġixxu l-assigurazzjoni tal-kwalità permezz ta' evalwazzjoni indipendenti u reviżjoni bejn il-pari ta' universitajiet, filwaqt li jsaħħu l-mobbiltà, jippromwovu l-użu ta' diplomi konġunti u doppji u jiffaċilitaw ir-rikonoxximent ta' kwalifiki u perijodi ta' studju.

3.

L-Unjoni Ewropea għandha tradizzjoni twila ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi bbażata fuq sett ta' linji ta' politika u strumenti li fiha l-edukazzjoni għolja għandha rwol li dejjem jiżdied. Ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-isħab madwar id-dinja spiss jinkludu appoġġ għal programmi ta' infrastruttura u kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja, kif ukoll oqfsa għal djalogi ta' politika f'dan il-qasam. Il-kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja għandha prominenza wkoll f'oqfsa ta' kooperazzjoni multilaterali bħall-Unjoni għall-Mediterran, id-Dimensjoni tat-Tramuntana jew is-Sħubija tal-Lvant.

4.

Id-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 stabbilixxiet il-Programm ta’ Azzjoni Erasmus Mundus 2009-2013 għat-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni għolja u għall-promozzjoni tal-komprensjoni interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (3).

5.

Il-Programm Tempus IV (2007-2013) jappoġġa l-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja fil-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant, l-Asja Ċentrali, il-Balkani tal-Punent u r-reġjun tal-Mediterran, prinċipalment permezz ta' progetti ta' kooperazzjoni u sħubiji bejn l-universitajiet. Programmi oħra, bħall-programmi ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati, jew l-Edulink, in-Nyerere u l-Alfa, ikopru attivitajiet ta' kooperazzjoni akkademika ma' reġjuni oħra tad-dinja.

6.

L-azzjonijiet Marie Curie taħt is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku jippromwovu l-eċċellenza u l-mobbiltà fir-riċerka Ewropea u jipprovdu appoġġ wiesa' għall-iżvilupp ta' riżorsi umani ta' klassi dinjija fis-sistema ta' riċerka Ewropea, b'kont meħud tad-dimensjoni internazzjonali inerenti tar-riċerka.

WAQT LI JINNOTA LI:

1.

L-edukazzjoni għolja qed tikseb dimensjoni internazzjonali dejjem tikber, peress li aktar u aktar istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jaċċettaw studenti minn pajjiżi terzi, jiskambjaw studenti, persunal, proġetti u għarfien, u jimpenjaw ruħhom f'kooperazzjoni internazzjonali akkademika u ta' riċerka.

2.

Il-kwalità tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tal-Ewropa u l-firxa u l-profondità tal-istudji li joffru li m'hawnx aħjar minnhom jagħmlu lil dawk l-istituzzjonijiet ferm attraenti għad-dinja akkademika internazzjonali, kemm bħala postijiet għall-istudju kif ukoll bħala sħab għal proġetti konġunti fl-edukazzjoni u r-riċerka.

3.

Barra minn hekk, is-suċċess tal-Ewropa biex jinħolqu għodod bħall-qafas ta' referenza komuni li jgħaqqad flimkien sistemi u oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali ma' referenza Ewropea komuni (4), u fl-iżvilupp ta' intendiment komuni f'oqsma bħall-assigurazzjoni ta' kwalità (5), qed jiġġenera interess dejjem jikber fost l-imsieħba globali.

4.

Programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali u djalogi ta' politika ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja mhux biss jippermettu li l-għarfien jasal b'aktar libertà, iżda wkoll jikkontribwixxu biex jissaħħaħ il-livell tal-kwalità u dak internazzjonali tal-edukazzjoni għolja Ewropea, biex jagħtu spinta lir-riċerka u l-innovazzjoni, jitrawmu l-mobbiltà u d-djalogu interkulturali, kif ukoll jiġi promoss l-iżvilupp internazzjonali f'konformità mal-objettivi tal-politika esterna tal-UE.

FILWAQT LI JFAKKAR LI:

Il-Kunsill jagħti importanza kbira lill-promozzjoni tal-mobbiltà tat-tagħlim fl-edukazzjoni għolja għall-istudenti, l-persunal tat-tagħlim u r-riċerkaturi. Tali mobbiltà tipprovdi mezz ta' arrikkiment tal-kapital uman u ta' tisħiħ tal-impjegabbiltà permezz tal-akkwiżizzjoni u l-iskambju ta' għarfien, l-iżvilupp ta' kompetenzi lingwistiċi u interkulturali, u l-promozzjoni ta' kuntatti interpersonali. Barra minn dan, iż-żieda fil-fluss tal-għarfien b'dan il-mod tista' ssaħħaħ il-kapaċità għall-kreattività u l-innovazzjoni.

MADANKOLLU HUWA KONXJU LI:

Il-kompetizzjoni globali biex jiġi żgurat sehem dejjem akbar tal-popolazzjoni mobbli ta' studenti internazzjonali hija sfida dejjem tikber, bi sħab dinjija oħrajn isegwu wkoll b'mod attiv strateġiji sabiex jiġi promoss il-ftuħ għad-dinja usa' tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tagħhom u sabiex iħajru l-aħjar talenti.

JAQBEL LI:

1.

Il-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni għolja hija qasam importanti u li jagħti l-frott li jixraqlu l-appoġġ kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE. Tali kooperazzjoni tikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità u l-innovazzjoni tal-istruzzjoni, it-tagħlim u r-riċerka, u hija ta' benefiċċju għall-produzzjoni tal-għarfien. L-edukazzjoni għolja għandha rwol ċentrali fl-iżvilupp tal-individwi u s-soċjetajiet, peress li ssaħħaħ l-iżvilupp soċjali, kulturali u ekonomiku u tippromwovi ċ-ċittadinanza attiva u l-valuri etiċi. Waqt li tieħu kont speċjali tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, il-kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja għandha tifforma parti integrali mil-linji ta' politika tal-kooperazzjoni esterna tal-UE, u għandha fl-istess ħin tkun adatta għall-ħtiġijiet, l-interessi u l-istat tal-iżvilupp partikolari tal-pajjiżi sħab ikkonċernati.

2.

Huwa meħtieġ appoġġ għall-inizjattivi u l-programmi tal-UE li jippromwovu l-kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja b'dimensjoni Ewropea, u li jappoġġaw l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fil-ħidma dwar proġetti akkademiċi konġunti, fir-rinfurzar ta' netwerks Ewropej u b'hekk inaqqsu l-ostakoli bejn is-sistemi nazzjonali. L-appoġġ għall-istituzzjonijiet Ewropej tal-edukazzjoni għolja biex jikkooperaw mal-pari globali tagħhom għandu rwol importanti fil-promozzjoni tal-kwalità u l-eċċellenza. Il-kooperazzjoni ta' dan it-tip, pereżempju, ikkontribwixxiet għall-ħolqien ta' korsijiet innovattivi u fetħet it-triq għat-twaqqif ta' diplomi trasnazzjonali konġunti, doppji u multipli u konġunti. Il-programmi ta' kooperazzjoni akkademika tal-UE għandhom jiġu organizzati b'mod li huma jiżviluppaw mekkaniżmi ta' twassil li huma viżibbli u effiċjenti ħafna u jwasslu messaġġi ċari, konsistenti u konvinċenti mad-dinja kollha.

3.

Il-progress miksub sabiex l-istruttura tad-diplomi ssir u aktar kompatibbli u aktar komparabbli permezz tal-proċess pan-Ewropew ta' Bologna, kif ukoll is-suċċess tal-UE fl-adozzjoni ta' approċċi u għodod komuni fir-rigward tar-rikonoxximent ta' kwalifiki u assigurazzjoni tal-kwalità, tejbu l-attrattiva tal-edukazzjoni għolja fl-Unjoni. Hemm interess kondiviż fil-promozzjoni ta' dawn l-iżviluppi mad-dinja kollha u biex fir-rispons tal-interess dejjem jikber li qed juru pajjiżi terzi. Il-Forum dwar il-Politika ta' Bologna li jiffaċilita d-djalogu ta' politka bejn iż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja u partijiet oħra tad-dinja għandu jiġi milqugħ bħala għodda għal-skambju dwar kwistjonijiet konkreti ta' interess reċiproku.

4.

Inizjattivi li jagħmlu l-edukazzjoni għolja Ewropea aktar tinftiehem u trasparenti għall-partijiet interessati internazzjonali jistgħu jgħinu wkoll biex jagħmlu lill-Ewropa aktar attraenti bħala post ta' studju. Għandu jitkompla l-istudju li għaddej bil-għan li jagħti dehra tad-diversità tal-missjonijiet u l-prestazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u jivvaluta l-fattibbiltà ta' strument ta' trasparenza Ewropea bil-ħsieb li tittejjeb iċ-ċarezza u tingħata viżibbiltà akbar għall-punti sodi partikolari tal-edukazzjoni għolja Ewropea.

5.

Numru li qed jikber ta' pajjiżi terzi huma interessati fil-linji ta' politika u strumenti komuni żviluppati mill-UE għall-appoġġ tal-Istati Membri fl-immodernizzar tas-sistemi ta' edukazzjoni differenti tagħhom, bis-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (ECTS), u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) jkunu fost dawk li ġibdu attenzjoni partikolari. Din hija r-raġuni, flimkien mal-programmi ta' kooperazzjoni akkademika internazzjonali, li d-djalogu ta' politika fl-edukazzjoni għolja għandu jiġi żviluppat flimkien ma' numru ta' msieħba dinjija interessati, bil-ħsieb li jkunu kondiviżi l-esperjenza u l-prattika tajba, jinbnew kapaċitajiet lokali u jintużaw ir-reazzjonijiet pożittivi biex jittejbu l-linji ta' politika tal-UE.

6.

Il-kooperazzjoni akkademika internazzjonali għandha tkompli tkun mezz importanti għall-UE biex jiġu appoġġati l-isforzi ta' modernizzazzjoni tal-imsieħba tagħha, peress li bl-offerta ta' sħubiji strutturati bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja mill-UE u minn pajjiżi terzi, l-UE tista' tikkontribwixxi għall-bini ta' kapaċitajiet lokali - kemm fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja kif ukoll lil hinn minnhom - iżżomm persunal tal-università kwalifikat, u ssaħħaħ l-iskambji u l-mobbiltà akkademiċi internazzjonali.

GĦALDAQSTANT JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

Jadottaw, f'koordinazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u waqt li jirrikonoxxu l-awtonomija u l-prattika nazzjonali tagħhom, miżuri li għandhom l-għan li:

(1)

Iħaddnu kultura verament internazzjonali ma' dawk l-istituzzjonijiet, pereżempju billi:

(a)

jiġu promossi l-kooperazzjoni, in-netwerking u l-internazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, id-dinja tar-riċerka u s-settur tan-negozju fuq livell internazzjonali, bħala parti mill-kampanja lejn trijangolu tal-għarfien li jiffunzjona kompletament;

(b)

tiġi mrawma u appoġġata l-mobbiltà ta' studenti, għalliema u riċerkaturi internazzjonali u persunal ieħor;

(c)

jipprovdu lill-istudenti, l-għalliema, ir-riċerkaturi u partijiet interessati oħrajn fl-edukazzjoni għolja t-taħriġ u l-kompetenzi meħtieġa biex jaħdmu f'ambjent internazzjonali miftuħ;

(d)

jirreklutaw persunal b'esperjenza internazzjonali li jista' jħeġġeġ dehra aktar internazzjonali fost l-istudenti u l-persunal tat-tagħlim tal-pajjiż;

(e)

jiżguraw il-provvista ta' kurrikuli ta' kwalità għolja u l-applikazzjoni ta' metodi ta' tagħlim li jieħdu kont tad-dimensjoni internazzjonali;

(f)

jistabbilixxu ambjent istituzzjonali li jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta' studenti, persunal tat-tagħlim u riċerkaturi fi programmi internazzjonali, diplomi konġunti, doppji, u multipli, u proġetti ta' riċerka;

(g)

jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja biex jiżviluppaw strateġiji ta' internazzjonalizzazzjoni, u/jew biex jinkludu din id-dimensjoni fil-pjanijiet ta' żvilupp tagħhom.

(2)

Iżidu l-attrattiva internazzjonali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, pereżempju billi:

(a)

jippromwovu l-eċċellenza akkademika tal-kampus Ewropej, u jtejbu l-viżibbiltà internazzjonali tagħhom bħala postijiet interessanti fejn wieħed jistudja u jwettaq riċerka;

(b)

itejbu l-kwalità tas-servizzi li jappoġġaw l-akkoljenza, is-soġġorn u r-ritorn ta' studenti, persunal tat-tagħlim u riċerkaturi internazzjonali u persunal ieħor;

(c)

jipparteċipaw f'netwerks ta' kooperazzjoni internazzjonali, proġetti u programmi konġunti ta' edukazzjoni u riċerka;

(d)

jippromwovu l-iżvilupp ta' diplomi konġunti, doppji u multipli ta' kwalità tajba, kif ukoll il-monitoraġġ konġunt ta' teżijiet;

(e)

jiffaċilitaw, waqt li jieħdu kont dovut tal-mekkaniżmi tal-assigurazzjoni tal-kwalità, ir-rikonoxximent ta' kwalifiki u l-perijodi ta' studju barra mill-pajjiż.

(3)

Jippromwovu d-dimensjoni u s-sensibilizzazzjoni globali tar-responsabbiltà soċjali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, pereżempju billi:

(a)

jippromwovu forom ta' kooperazzjoni transnazzjonali ġodda u innovattivi fil-komunità tal-edukazzjoni għolja;

(b)

irawmu u jtejbu l-ekwità fl-aċċess għall-edukazzjoni għolja u skemi ta' mobbiltà internazzjonali permezz tal-provvista ta' inċentivi u appoġġ adegwati;

(c)

jirritornaw l-għarfien lis-soċjetà kemm fil-livell lokali, nazzjonali u kif ukoll f'dak globali, biex b'hekk jgħinu biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-soċjetà u l-isfidi soċjali importanti.

GĦALDAQSTANT JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

1.

Tiżviluppa, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri u waqt li tirrispetta bis-sħiħ l-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, strateġija internazzjonali tal-UE dwar l-edukazzjoni għolja li għandha l-għan li ttejjeb il-koerenza u l-komplimentarjetà bejn inizjattivi eżistenti ta' kooperazzjoni internazzjonali kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali, u li ser tkompli tippromwovi l-attrattiva tal-edukazzjoni għolja Ewropea, ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-attivitajiet esterni tal-UE, kif ukoll programmi ta' kooperazzjoni u linji ta' politika tal-UE f'dan il-qasam.

2.

Tiżgura li l-mobbiltà tat-tagħlim u r-riċerka bejn l-UE u d-dinja kollha tifforma parti minn dik l-istrateġija.

3.

Tkompli tappoġġa s-sħubiji tal-edukazzjoni għolja internazzjonali, il-kooperazzjoni akkademika internazzjonali u l-azzjonijiet għall-bini tal-kapaċità, u tiffaċilita d-djalogu dwar il-politika fl-edukazzjoni għolja ma' pajjiżi terzi interessati.

4.

Tippromwovi l-iskambju ta' esperjenza u prattika tajba f'dan il-qasam.


(1)  Għall-fini ta' dan it-test, it-terminu “internazzjonalizzazzjoni” huwa użat biex jirreferi għall-iżvilupp ta' attivitajiet internazzjonali ta' kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja fl-UE u dawk f'pajjiżi terzi.

(2)  16096/1/07 REV 1.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, pp. 83.

(4)  Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1).

(5)  pereżempju, ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja, u l-Istandards u l-Linji gwida Ewropej għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fil-Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni Għolja, it-tnejn stabbiliti skont il-Proċess ta' Bolonja.


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/15


Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp reġjonali u lokali

2010/C 135/05

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

WAQT LI JFAKKAR:

l-isfond politiku rilevanti kif imniżżel fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet.

l-isfidi, kemm ekonomiċi kif ukoll soċjali, iffaċċjati mill-Unjoni Ewropea u l-ħtieġa għal strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi.

il-valur intrinsiku tal-kultura, kif ukoll l-importanza tagħha bħala mutur ewlieni għall-ekonomija tas-suq kompetittiva, innovattiva u inklużiva u bħala mezz għall-koeżjoni soċjali.

ir-rikkezza kulturali u d-diversità partikolari tar-reġjuni u l-ibliet tal-Ewropa, minħabba l-prossimità tagħhom għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini u l-partijiet interessati lokali u tar-rwol tagħhom bħala pjattaformi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

il-kontribut tal-kultura u l-industriji kulturali u kreattivi għall-iżvilupp lokali u reġjonali billi jagħmlu r-reġjuni Ewropej aktar attraenti u jiżviluppaw it-turiżmu sostenibbli, waqt li joħolqu opportunitajiet ġodda ta' impjiegi u prodotti u servizzi innovattivi, u jgħinu fl-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi ġodda.

JAQBEL li:

hemm rabta evidenti bejn il-kultura, il-kreattività u l-innovazzjoni li tikkontribwixxi għall-progress soċjali u ekonomiku. Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm konsolidazzjoni tal-kontribut tal-kultura, speċjalment l-industriji kulturali u kreattivi, mal-“istrateġija Ewropa 2020” għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

JIKKUNSIDRA LI SABIEX JISSAĦĦAĦ IL-KONTRIBUT TAL-KULTURA GĦALL-IŻVILUPP LOKALI U REĠJONALI JEĦTIEĠ LI:

ikun hemm integrazzjoni tal-kultura bħala element strateġiku u trasversali fil-politiki Ewropej u nazzjonali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni u l-ibliet Ewropej.

jitħeġġeġ investiment strateġiku fil-kultura u fl-industriji kulturali u kreattivi, partikolarment l-SMEs, fil-livell lokali u reġjonali, sabiex jitrawmu soċjetajiet kreattivi u dinamiċi.

jitrawwem il-kontribut tal-kultura għat-turiżmu sostenibbli, bħala fattur prinċipali għall-attrazzjoni lokali u reġjonali u l-iżvilupp ekonomiku, kif ukoll bħala mutur biex tiġi enfasizzata l-importanza tal-wirt kulturali fl-Ewropa.

ikun hemm sensibilizzazzjoni fost dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar politiki lokali u reġjonali li jiżviluppaw kompetenzi ġodda permezz ta' kultura u kreattività adattati għall-ambjent attwali li qiegħed jinbidel b'mod mgħaġġel, bil-ħsieb li jiġu żviluppati ħiliet ġodda, jitjieb il-kapital uman u titrawwem il-koeżjoni soċjali.

jissaħħu inizjattivi kulturali transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali bħala mezz biex ikun hemm rabta bejn il-popli u r-reġjuni differenti tal-Ewropa u tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

JIDENTIFIKA L-OQSMA TA' PRIJORITÀ LI ĠEJJIN B'KONSIDERAZZJONI DOVUTA GĦALL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ:

1.   Integrazzjoni tal-kultura fil-politiki ta' żvilupp lokali u reġjonali

l-Istati Membri u l-Kummissjoni huma mistiedna biex:

(a)

Isaħħu r-rwol tal-kultura fil-politiki ta' żvilupp integrati lokali u reġjonali inklużi l-infrastruttura, ir-riġenerazzjoni urbana, id-diversifikazzjoni rurali, is-servizzi, l-intraprenditorija, it-turiżmu, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-titjib tal-kapital uman, l-inklużjoni soċjali u l-kooperazzjoni interreġjonali.

(b)

Isaħħu s-sinerġiji vertikali u orizzontali bejn is-settur kulturali u s-setturi l-oħra, kif ukoll is-sħubiji bejn il-partijiet interessati pubbliċi u privati.

(c)

Jappoġġaw approċċ ibbażat fuq l-evidenza għall-investiment kulturali fil-livell lokali u dak reġjonali, waqt li jsir użu tal-istrumenti ta' evalwazzjoni u tal-valutazzjoni tal-impatt.

(d)

Jippromwovu kooperazzjoni akbar u skambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni, l-ibliet u l-partijiet interessati Ewropej.

(e)

Jippromwovu informazzjoni u sensibilizzazzjoni akbar dwar il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp reġjonali u lokali.

(f)

Jiffaċilitaw intendiment aħjar tal-qafas regolatorju u tal-proċeduri ta' implimentazzjoni tal-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni, li jinvolvu speċifikament il-partijiet interessati kulturali f'setturi kemm pubbliċi kif ukoll privati, inkluża s-soċjetà ċivili, u li jgħinu biex ikun hemm sensibilizzazzjoni tad-dimensjoni kulturali fost dawk responsabbli għall-politiki lokali u reġjonali għall-iżvilupp.

L-Istati Membri huma mistiedna biex:

(a)

Jinkludu l-partijiet interessati kulturali f'approċċ integrat minn isfel għal fuq (bottom-up) għal għat-tfassil ta' programmi għall-iżvilupp lokali u reġjonali, inkluż fil-kuntest tal-politika Ewropea ta' koeżjoni kif adatt.

(b)

Jassoċjaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura sabiex il-politika dwar il-kultura twieġeb għall-aspettattivi u l-ħtiġijiet tar-reġjuni u l-ibliet Ewropej.

(c)

Iħeġġu strateġiji ta' żvilupp lokali integrati mmirati biex jikkumpensaw għal differenzi ġeografiċi fl-aċċess għall-kultura fost iċ-ċittadini.

Il-Kummissjoni hija mistiedna biex:

(a)

Tiġbor u xxerred l-aħjar prattiki fil-livell Ewropew u tiżviluppa strumenti għall-iskambju ta' informazzjoni fil-livell Ewropew.

2.   Tipprovdi stimolu għal ambjent favorevoli fil-livell lokali u dak reġjonali għal żvilupp aħjar ta' industriji kulturali u kreattivi, speċjalment l-SMEs

l-Istati Membri u l-Kummissjoni huma mistiedna biex:

(a)

Jieħdu vantaġġ aħjar tal-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni u programmi ta' finanzjament rilevanti oħra bil-ħsieb li jottimizzaw l-appoġġ għall-industriji kulturali u kreattivi, inkluż permezz tal-iffaċilitar tal-aċċess għall-informazzjoni dwar opportunitajiet ta' finanzjament u forniment ta' servizzi ta' konsulenza.

(b)

Jiffavorixxu l-ħolqien ta' inkubaturi tal-industrija kulturali u kreattivi fil-livell lokali u reġjonali, u b'hekk isaħħu l-intraprenditorija.

(c)

Jesploraw il-modi biex jippromwovu mudelli ġodda tan-negozju u biex jikkonsolidaw raggruppamenti kreattivi u ċentri ta' riċerka dwar in-negozju billi jittieħed vantaġġ mill-opportunitajiet offruti mill-applikazzjoni u l-użu tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT),

(d)

Jappoġġaw u jsaħħu l-aċċess ta' SMEs kulturali u kreattivi għal kanali ta' distribuzzjoni diġitali u fiżiċi, permezz ta' politika li tħeġġeġ l-aktar distribuzzjoni wiesgħa possibbli u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet, filwaqt li tkun żgurata rimunerazzjoni ġusta għall-atturi involuti fil-katina tal-ħolqien.

L-Istati Membri huma mistiedna biex:

(a)

Jinkoraġġixxu ambjent regolatorju favorevoli għal SMEs kulturali u kreattivi u biex jesploraw modi innovattivi għal aċċess għall-finanzjament, kemm pubbliku kif ukoll privat.

(b)

Jippromwovu komunikazzjoni aħjar bejn l-industriji kulturali u kreattivi u s-servizzi finanzjarji billi jinkoraġġixxu l-ġestjoni tan-negozju, ir-riċerka u l-innovazzjoni, taħriġ finanzjarju u ta' informazzjoni għall-kumpanniji, għal min jimpjega u għan-nies li jaħdmu fis-settur kulturali.

Il-Kummissjoni hija mistiedna biex:

(a)

Tagħti aktar importanza lill-industriji kulturali u kreattivi f'inizjattivi ta' politika ċentrali, strateġiji rilevanti u programmi tal-Unjoni Ewropea.

3.   Tapprofondixxi l-kontribut tal-kultura għat-turiżmu sostenibbli:

l-Istati Membri u l-Kummissjoni huma mistiedna biex:

(a)

Jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' turiżmu kulturali, bħala element prinċipali ta' turiżmu sostenibbli, u biex jagħtu l-attenzjoni dovuta għall-ħarsien tal-ambjent, il-wirt kulturali, il-pajżaġġ u l-kwalità tal-ħajja.

L-Istati Membri huma mistiedna biex:

(a)

Irawmu r-rivitalizzazzjoni tar-riżorsi li huma intrinsiki għal reġjun, b'attenzjoni speċjali fuq il-wirt kulturali (tanġibbli u intanġibbli), l-espressjonijiet kulturali u l-attivitajiet relatati.

(b)

Jippromwovu attivitajiet kulturali li jqisu u jirrispettaw l-ispeċifiċitajiet ta' reġjun u li jrawmu d-dehra tiegħu filwaqt li jippermettu l-involviment u l-parteċipazzjoni tal-popolazzjoni lokali.

(c)

Jiżviluppaw ulterjorment, fil-kuntest tal-edukazzjoni ambjentali, sensibilizzazzjoni akbar tal-ħtieġa tal-ħarsien tal-wirt kulturali u naturali, bil-ħsieb li jiġu inkoraġġuti attitudnijiet responsabbli fost it-turisti u dawk li jipprovdu servizzi turistiċi.

4.   Jippromwovu l-kreattività fl-edukazzjoni u t-taħriġ bil-ħsieb li jiġu żviluppati ħiliet ġodda, li jtejbu l-kapital uman u li jrawmu l-koeżjoni soċjali

l-Istati Membri u l-Kummissjoni huma mistiedna biex:

(a)

Jippromwovu l-kreattività u l-innovazzjoni fis-settur tal-edukazzjoni u dak tan-negozju permezz ta' netwerks bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, iċ-ċentri tar-riċerka, l-atturi kulturali u l-intrapriżi.

(b)

Jintensifikaw ir-rabtiet bejn is-setturi tal-kultura, tal-edukazzjoni u tan-negozju fil-livell lokali u reġjonali sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni taż-żgħażagħ u tan-nies b'anqas opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u jgħammruhom bil-ħiliet ta' komunikazzjoni u dawk intraprenditorjali li huma meħtieġa f'ambjent soċjoekonomiku li qed jevolvi.

L-Istati Membri huma mistiedna biex:

(a)

Flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti, jivvalutaw il-ħiliet potenzjali meħtieġa ta' reġjun u biex jidentifikaw modi li bihom il-kultura tista' tikkontribwixxi għal politiki mmirati lejn it-titjib tal-kapital uman lokali.

(b)

Irawmu edukazzjoni kulturali u tal-arti bħala elementi importanti fit-tagħlim tul il-ħajja.

Il-Kummissjoni hija mistiedna biex:

(a)

Telenka l-ħiliet u l-ħtiġijiet meħtieġa għas-setturi kulturali u kreattivi fil-kuntest tal-isfidi ġodda derivati mill-bidla diġitali, il-bidliet demografiċi, u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi li qed jevolvu.

(b)

Timmobilizza l-istrumenti eżistenti sabiex tappoġġa l-mobbiltà fit-tagħlim għall-professjonisti fis-setturi kulturali u kreattivi, inkluż għal intraprendituri żgħażagħ, u biex tinkoraġġixxi forom ġodda ta' tagħlim (jiġifieri inizjattivi ta' tagħlim transkonfinali u bejn il-pari).

5.   Tisħiħ tal-kooperazzjoni kulturali transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali

l-Istati Membri u l-Kummissjoni huma mistiedna biex:

(a)

Jiffaċilitaw il-kooperazzjoni kulturali u l-mobbiltà ta' operaturi kulturali fost ir-reġjuni differenti tal-Ewropa.

(b)

Jappoġġaw l-iżvilupp ta' proġetti u attivitajiet kulturali transkonfinali u interreġjonali li jenfasizzaw l-ispeċifiċitajiet lokali ta' territorju u jfittxu li jinvolvu liċ-ċittadini tagħhom.

L-Istati Membri huma mistiedna biex:

(a)

Irawmu l-użu ta' strumenti għall-politika ta' koeżjoni sabiex isaħħu l-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali.

Il-Kummissjoni hija mistiedna biex:

(a)

Tkompli tappoġġa inizjattivi kulturali fi ħdan strumenti għall-politika ta' koeżjoni li jaġixxu ta' katalista għal prattiki tajbin, skambji u laboratorji tal-innovazzjoni.

(b)

Ixxerred ma kullimkien fost il-partijiet interessati studji u eżempji ta' prattiki tajba rilevanti.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:

Jikkunsidraw dawn il-prijoritajiet meta jfasslu u jimplimentaw politiki għall-iżvilupp attwali u futuri, lokali u reġjonali, u meta jimplimentaw il-politika Ewropea ta' koeżjoni f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.


ANNESS

Fl-adozzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill ifakkar b'mod partikolari fl-isfond li ġej:

Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (20 ta' Ottubru 2005),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999,

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontribut tas-settur kulturali u kreattiv għall-kisba tal-objettivi ta' Lisbona (24 ta' Mejju 2007),

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni. Aġenda għal turiżmu Ewropew sostenibbli u kompetittiv (19 ta' Ottubru 2007),

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura (16 ta' Novembru 2007),

Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew (13-14 ta' Marzu 2008) fejn ġie rikonoxxut li fattur ewlieni għat-tkabbir fil-futur kien l-iżvilupp sħiħ tal-potenzjal għall-innovazzjoni u l-kreattività taċ-ċittadini Ewropej mibni fuq il-kultura Ewropea u l-eċċellenza Ewropea fix-xjenza (7652/08),

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Kompetenzi Interkulturali (22 ta' Mejju 2008),

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Pjan ta' Ħidma għall-Kultura 2008-2010,

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kultura bħala Katalista għall-Kreattività u l-Innovazzjoni (12 ta' Mejju 2009),

Ewropa 2020 – Strateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (3 ta' Marzu 2010),

Green Paper dwar it-tħeġġiġ tal-potenzjal ta' industriji kulturali u kreattivi (27 ta' April 2010).

Studji:

Applikazzjoni tal-Artikolu 151.4 tat-Trattat KE: Użu ta' fondi strutturali fil-qasam tal-kultura matul il-perijodu 1994-1999 (dok. 6929/04),

L-Ekonomija tal-Kultura fl-Ewropa. Editur: KEA European Affairs (13 ta' Novembru 2006),

L-Impatt tal-Kultura fuq il-Kreattività. Editur: KEA European Affairs (Ġunju 2009),

Il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp ekonomiku lokali u reġjonali bħala parti mill-politika reġjonali Ewropea (April 2010).


Il-Kummissjoni Ewropea

26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/19


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Mejju 2010

2010/C 135/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2360

JPY

Yen Ġappuniż

111,63

DKK

Krona Daniża

7,4421

GBP

Lira Sterlina

0,86080

SEK

Krona Żvediża

9,7960

CHF

Frank Żvizzeru

1,4339

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0848

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,664

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

278,34

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7074

PLN

Zloty Pollakk

4,1150

RON

Leu Rumen

4,1820

TRY

Lira Turka

1,9488

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4928

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3095

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6421

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8429

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7408

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 500,79

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7392

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,4400

HRK

Kuna Kroata

7,2715

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 446,75

MYR

Ringgit Malażjan

4,1029

PHP

Peso Filippin

57,547

RUB

Rouble Russu

38,4500

THB

Baht Tajlandiż

40,112

BRL

Real Brażiljan

2,3026

MXN

Peso Messikan

16,0745

INR

Rupi Indjan

58,0730


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/20


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Mejju 2010

2010/C 135/07

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2223

JPY

Yen Ġappuniż

109,53

DKK

Krona Daniża

7,4404

GBP

Lira Sterlina

0,85205

SEK

Krona Żvediża

9,8275

CHF

Frank Żvizzeru

1,4244

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1270

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,647

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

280,38

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7074

PLN

Zloty Pollakk

4,1642

RON

Leu Rumen

4,1839

TRY

Lira Turka

1,9464

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5047

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3204

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,5370

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8474

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7345

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 529,06

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7373

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3495

HRK

Kuna Kroata

7,2733

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 428,04

MYR

Ringgit Malażjan

4,1124

PHP

Peso Filippin

57,591

RUB

Rouble Russu

38,5050

THB

Baht Tajlandiż

39,750

BRL

Real Brażiljan

2,3236

MXN

Peso Messikan

16,2297

INR

Rupi Indjan

58,3200


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Opinjonijiet

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/21


Sejħa għall-proposti – MOVE/SUB/01-2010 dwar is-Sikurezza fit-Toroq u s-Suq Intern: Trasport bil-mogħdijiet tal-ilmijiet interni

2010/C 135/08

Il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana li tagħti sussidji li jammontaw b'kollox għal ammont indikattiv ta' EUR 2 250 000 biex tippromwovi l-għanijiet tal-politika tat-trasport. Il-prijoritajiet tal-politika kienu ġew iffissati fil-Programm ta' Ħidma adottat mill-Kummissjoni Ewropea għas-sena 2010.

It-temi prinċipali magħżula jirrigwardaw is-sikurezza fit-toroq u s-suq intern tat-trasport bil-mogħdijiet tal-ilmijiet interni.

L-informazzjoni dwar din is-sejħa għall-proposti tinsab fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/transport/grants/index_en.htm


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/22


Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri antidumping

2010/C 135/09

Il-Kummissjoni tavża li l-miżura antidumping imsemmija hawn taħt se tiskadi dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Prodott

Pajjiż(i) ta' oriġini jew ta' esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Id-data ta' skadenza

Magnesium oxide

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 778/2005 (ĠU L 131, 25.5.2005, p. 1)

26.5.2010


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/23


Avviż għall-attenzjoni ta' Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani u Qasim Yahaya Mahdi al-Rimi, li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 450/2010

2010/C 135/10

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/CFSP (1) ssejjaħ lill-Komunità sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' Usama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Taliban u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom oħrajn, imsemmija fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

Al Qaida, it-Talibani u Usama bin Laden;

persuni naturali jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-Al Qaida, it-Talibani u Usama bin Laden;

kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' jew huma kkontrollati minn, jew jappoġġjaw mod ieħor, kwalunkwe minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hi “assoċjata ma” Al-Qaida, Usama bin Laden jew it-Talibani jinkludu:

(a)

parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, ippjanar, iffaċilitar, tħejjija jew twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, jew flimkien ma', f'isem, jew bħala għajnuna lil, Al Qaida, it-Talibani jew Usama bin Laden, jew kwalunkwe ċellola, affiljata jew grupp li joħroġ minnhom jew li jidderiva minnhom;

(b)

forniment, bejgħ jew trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' xi wieħed minnhom;

(c)

reklutaġġ għal xi wieħed minnhom;

jew

(d)

inkella xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Il-Kumitat tan-NU iddeċieda fil-11 ta' Mejju 2010 li jżid Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani u Qasim Yahaya Mahdi al-Rimi ma' din il-lista rilevanti. Huwa jista' jissottometti fi kwalunkwe żmien talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li tinkludih fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq. Talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni kkonsulta: http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

3.

Bħala segwitu għad-deċiżjoni tan-NU msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni adottat Regolament (UE) Nru 450/2010 (2), li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk tal-Al-Qaida u t-Talibani (3). L-emenda, magħmula f'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani u Qasim Yahaya Mahdi al-Rimi mal-lista f'Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

Għalhekk, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni li jinsabu f'Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew huma proprjetà ta' jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmlu disponibbli finanzjament u riżorsi ekonomiċi lill-persuni kwalunkwe mill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, sew jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a (4));

kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament u kif ukoll indirettament (Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprovdi għal proċess ta' reviżjoni fejn osservazzjonijiet fuq bażi ta' reġistrazzjoni jiġu sottomessi minn dawk li qegħdin fil-lista. L-individwi u l-entitajiet miżjuda f'Anness I mir-Regolament (UE) Nru 450/2010 jistgħu jagħmlu talba għar-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni. Din it-talba għandha tintbagħat lill:

European Commission

‘Restrictive measures’

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

L-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati hija wkoll miġbuda għall-possibbiltà li jisfidaw Regolament (UE) Nru 450/2010 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Dejta personali tal-individwi kkonċernati se tkun trattata f'konformità mar-regoli li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità (issa tal-Unjoni) u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (6). Kwalunkwe talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar 'il fuq.

7.

Biex ikun hemm ordni, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet miżjuda f'Anness I għall-possibiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru(i) rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni li jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għall-bżonnijiet speċjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4. Pożizzjoni Komuni kif l-aħħar emendata mill-Pożizzjoni Komuni 2003/140/CFSP (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 62).

(2)  ĠU L 217, 26.5.2010, p. [8].

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(4)  L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/25


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel

2010/C 135/11

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“LIMONE DI SIRACUSA”

Nru tal-KE.: IT-PGI-0005-0502-11.10.2005

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat membru:

Isem:

Ministero delle Politiche Agricole e Forestali

Indirizz:

Via XX Settembre 20

00187 Roma RM

ITALIA

Tel.

+39 0646455104

Feks

+39 0646655306

Posta elettronika:

saco7@politicheagricole.gov.it

2.   Grupp:

Isem:

Consorzio di Limone di Siracusa

Indirizz:

c/o SOAT 30 — viale Teracati 39

96100 Siracusa SR

ITALIA

Tel.

+39 093138234

Feks

+39 093138234

Posta elettronika:

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6:

Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti permezz tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Limone di Siracusa”

4.2.   Deskrizzjoni:

L-indikazzjoni ġeografika protetta “Limone di Siracusa” hija riżervata għall-varjetà “Femminello” u l-kloni tagħha, li jirreferu għall-ispeċi botanika Citrus limon (L) Burm ikkultivati fi strutturi speċjalizzati fit-territorju tal-provinċja ta' Siracusa definit fil-punt 4.3.

L-elementi li jikkaratterizzaw it-tipi ta' frott skont iż-żmien tal-qtugħ huma dawn li ġejjin:

Primofiore: huwa l-frott maqtugħ mill-1 ta' Ottubru sal-14 ta' April u li jikkorrispondi għall-karatteristiċi li ġejjin:

Kulur tal-qoxra: bejn aħdar ċar u isfar ħadrani

Forma: elittika

Daqs: bejn medju u kbir

Piż tal-frott: mhux inqas minn 100 g

Polpa: ta' kulur aħdar ċar jew isfar ħadrani

Meraq: ta' kulur isfar ħadrani

Livell minimu ta' meraq imsaffi: > 34 % tal-piż

Grad Brix tal-polpa: > 7

Aċidità: > 6 %

Bianchetto jew Maiolino (jew limone primverile): huwa l-frott maqtugħ mill-15 ta' April sat-30 ta' Ġunju u li jikkorrispondi għall-karatteristiċi li ġejjin:

Kulur tal-qoxra: isfar ċar

Forma: elittika jew ovali

Daqs: kbir

Piż tal-frott: mhux inqas minn 100 g

Polpa: ta' kulur isfar

Meraq: ta' kulur isfar ħadrani

Livell minimu ta' meraq imsaffi: > 30 % tal-piż

Grad Brix tal-polpa: > 6,5

Aċidità: > 5,5 %

Verdello (jew limone d'estate): huwa l-frott maqtugħ mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru u li jikkorrispondi għall-karatteristiċi li ġejjin:

Kulur tal-qoxra: aħdar ċar

Forma: elittika-sferika

Daqs: medju-kbir

Piż tal-frott: mhux inqas minn 100 g

Polpa: isfar ħadrani

Meraq: ta' kulur isfar ħadrani

Livell minimu ta' meraq imsaffi: > 25 % tal-piż

Grad Brix tal-polpa: > 6

Aċidità: > 5,5 %

Il-frott li jġib l-isem tal-Indikazzjoni ġeografika protetta “Limone di Siracusa” għandu jiġi kkummerċjalizzat frisk fil-kategoriji Extra u Prima. Id-daqsijiet awtorizzati huma: 3, 4, 5.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tal-kultivazzjoni tal-“Limone di Siracusa” I.Ġ.P, tinkludi fiha il-muniċipalitajiet ta' Augusta, Melilli, Siracusa, Avola, Noto, Rosolini, Floridia, Solarino, Sortino u Priolo Gargallo.

Din iż-żona ġeografika testendi għal mhux iktar minn 10 km mill-baħar Jonju u ma taqbiżx il-210 metru ta' altitudini 'l fuq mill-livell tal-baħar u min-naħa tat-Tramuntana tikkonfina mal-widien huma esposti għan-Nofsinhar tan-nixxiegħa Porcaria u min-naħa tan-Nofsinhar, din iż-żona ġeografika tmiss mal-widien li huma esposti għan-Nofsinhar tax-xmara Tellaro.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Kull fażi tal-proċess produttiv għandha tkun immonitorjata billi jiġu ddokumentati għal kull waħda mill-fażijiet, il-prodotti li jidħlu u dawk li joħorġu. It-traċċabilità tal-prodott tiġi ggarantita b'dan il-mod, u permezz ta' tniżżil f'listi speċifiċi, ġestiti mill-organu ta' spezzjoni, tal-ħbula tal-art fejn issir il-kultivazzjoni skont ir-reġistru tal-artijiet, tal-produtturi u l-bdiewa u ta' dawk responsabbli mill-ippakkjar, kif ukoll permezz tan-notifika immedjata lill-organu ta' spezzjoni tal-kwantitajiet prodotti. Il-persuni kollha, fiżiċi jew legali, imniżżla fil-listi relatati, se jkunu suġġetti għall-kontroll mill-organu ta' spezzjoni, skont kif provdut mill-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni u tal-pjan ta' kontroll relatat.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Id-distanza tat-tħawwil, il-mod tat-tkabbir u s-sistemi taż-żbir għandhom ikunu b'tali mod li jinżamm bilanċ u żvilupp perfett tal-pjanta kif ukoll ventilazzjoni normali, filwaqt li din tkun esposta għax-xemx. Id-densità massima taż-żrigħ hija ta' 400 pjanta għal kull ettaru. L-intensità massima awtorizzata taż-żrigħ dinamiku hija ta' 850 pjanta għal kull ettaru.

Il-ħażniet tal-għeruq huma kif ġej: “Arancio amaro”, “Poncirus trifoliata”, “Citrange Troyer”, “Citrange Carrizo” u “Citrus macrophylla”, li għandhom stabbiltà ġenetika għolja ħafna.

Il-qtugħ tal-frott għandu jsir bl-idejn.

Il-qtugħ tal-frott għandu jsir permezz ta' mqass tal-qtugħ sabiex jinqata' z-zokk. Il-ġbir isir direttament mill-pjanta skont il-metodi tradizzjonali meta l-frott ikun laħaq livell ta' żvilupp li jiggarantixxi kwalitajiet organolettiċi u estetiċi tajbin.

Il-produzzjoni massima ta' lumi awtorizzata hija ffissata għal 29 tunellata għal kull ettaru għas-sena kummerċjali kollha u li tinkludi frott minn kull darba li jagħmlu ż-żahar.

4.6.   Rabta:

Il-“Limone di Siracusa” huwa kkaratterizzat mil-livell għoli ta' rendiment ta' meraq, mid-daqs kbir u mill-kalendarju tal-qtugħ li jkopri ż-żmien ta' matul sena sħiħa. Dawn il-partikolaritajiet huma ġejjin mill-kundizzjonijiet pedoklimatiċi tat-territorju u mill-kultivazzjonijiet preżenti fiż-żona tal-produzzjoni. Il-“Limone di Siracusa” jiġi kkultivat matul il-kosta u f'xi wħud miż-żoni interni, li jinsabu fil-widien tan-nixxiegħat tal-ilma li jgħaddu mill-provinċja ta' Siracusa. Minn analiżi ta' temperaturi medji għal kull sena fil-pjanura tal-kosta ta' Siracusa wieħed jista' jara biċ-ċar, fil-fatt, li l-ambjent ta' Siracusa jippreżenta kundizzjonijiet ta' klima moderata minn Ottubru sa Marzu, u klima xotta minn April sa Settembru. Fiż-żona kollha kemm hi, il-ħamrija hija fertili ħafna, pjuttost fonda u fiha ħafna elementi nutrittivi u ħafna sustanzi organiċi.

L-ilma huwa fattur li jiddetermina l-kultivazzjoni tal-lumi. Fiż-żona tal-produzzjoni tal-“Limone di Siracusa” id-disponibbiltà tal-ilma hija ggarantita minn baċin kbir ta' ilma ta' taħt l-art tal-plateau tal-muntanji Iblei, li jikkostitwixxi l-iktar ħażna importanti ta' ilma naturali fi Sqallija kollha, u tan-nixxiegħat tal-ilma tal-wiċċ. Id-disponibbiltà tal-ilma flimkien mal-umdità atmosferika għandhom ir-rwol deċisiv fid-determinazzjoni tal-kwalità tal-frott tal-“Limone di Siracusa”. Fil-fatt, in-nuqqas tal-problemi marbutin mal-ilma u l-atmosfera b'umdità medja jippermettu l-kisba ta' frott iktar immerraq, b'forma regolari, b'qoxra fina, u li jista' jinqata' matul it-12-il xahar tas-sena.

Sqallija għandha tradizzjoni storika twila fil-kultivazzjoni taċ-ċitru u tgawdi mir-rispett tat-tradizzjonijiet antiki fil-kultivazzjoni ta' dawn il-pjanti. Din it-tradizzjoni, li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra, għadha għaddejja sal-lum fiż-żona ta' Siracusa, u għalhekk inħolqot tabilħaqq skola ta' esperti fil-kultivazzjoni tal-“Limone di Siracusa”.

4.7.   Organu ta'spezzjoni:

L-organu ta' spezzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mal-istandard EN 45011.

Isem:

Det Norske Veritas Italia

Indirizz:

Viale A. De Gasperi 187

95127 Catania CT

ITALIA

Tel.

+39 095370020

Feks

+39 095372871

Posta elettronika:

4.8.   Tikkettar:

Fil-każ tal-frott ippakkjat, huwa obbligatorju li fuq mill-inqas naħa waħda tal-pakkett, ikun hemm indikazzjoni b'tipa li tidher u li tinqara, permezz ta' stampar dirett u li ma jitħassarx jew permezz tat-tikketta integrata fil-pakkett jew imwaħħla miegħu tal-: varjetà, oriġini, kategorija, daqs, lott.

Fil-każ tal-frott li jinbigħ bil-kwantità huwa obbligatorju li jkollu tikketta fuq 100 % tal-frott.

Il-materjali tal-ippakkjar huma: kartun, injam, plastik. L-użu ta' plastik riċiklat għall-ippakkjar mikri huwa awtorizzat. Il-pakketti awtorizzati huma: xbieki u basktijiet bi strixxa tal-plastik imwaħħla max-xibka. Kull pakkett irid ikollu l-logo tal-“Limone di Siracusa”.

Il-logo jikkonsisti f'forma ovali mimduda li fiha xbieha bl-abjad u l-iswed tat-Teatru Grieg ta' Siracusa b' żewġ lumijiet poġġuti fuq in-naħa tal-lemin tal-ġenb tat-teatru. Minn dawn iż-żewġ lumijiet, waħda hija sħiħa u għandha werqa li tidher fl-isfond u l-oħra hija maqsuma u tgħatti parti mill-lumija s-sħiħa. Il-lumija tal-werqa għandha zokk, u l-werqa hija ta' kulur aħdar li jvarja f'erba sfumaturi. Il-werqa tħares lejn iċ-ċentru tat-tikketta u tgħatti parti mill-istess lumija li qiegħda mwaħħla maz-zokk tagħha.

Fuq in-naħa ta' ġewwa tal-forma ovali tidher il-kitba “Limone di Siracusa”.

Iż-żieda ta' kwalunwe kwalifikazzjoni jew kliem ieħor differenti minn dak provdut b'mod espliċitu fl-ispeċifikazzjoni, li jinkludu aġġettivi “fine (fin), superiore (aqwa), selezionato (selezzjonat), scelto (magħżul)” u kliem ieħor simili mhijiex awtorizzata. Mhux awtorizzat l-użu ta' kliem ta' tifħir.

Image


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/29


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 135/12

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ARANCIA DI RIBERA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0005-0669-07.01.2008

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Arancia di Ribera”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6:

Frott, ħaxix u ċereali friski u pproċessati.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

Id-Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta “Arancia di Ribera” hija rriżervata għall-produzzjonijiet li ġejjin mill-varjetajiet: Brasiliano bil-kloni: Brasiliano comune, Brasiliano risanato; Washington Navel, Washington navel comune, Washington Navel risanato, Washington Navel 3033, Navelina bil-kloni: Navelina comune, Navelina risanata u Navelina ISA 315. Meta jinħareġ għall-konsum, id-DPO “Arancia di Ribera” jippreżenta l-karatteristiċi li ġejjin: frott (taċ-ċitru) b'dijametru trasversali minimu ta' 70 mm;( kalibrat minimu ta' 6 skont il-klassifika Europea; forma tipika sferika elissojdali (ovali jew iċċattjata jew elittika) biż-żokra fuq ġewwa; kulur tal-qoxra: oranġjo uniformi, b'tendenza li jagħti fl-aħmar lejn l-aħħar tax-xitwa; polpa oranġjo uniformi, konsistenza fina u soda, mingħajr żerriegħa; meraq: ta' kulur oranġjo; rendiment tal-meraq mhux inqas minn 40 %; il-kontenut ta' solidi li jinħallu għandu jkun bejn 9 u 15 Brix; aċidità bejn 0,75 u 1,50; proporzjon ta' solidi solubbli/aċidi organiċi titrattabbli ta' mhux inqas minn 8. L-“Arancia di Ribera” DPO hija riżervata għal-larinġ li jagħmel parti mill-kategorija kummerċjali “Extra” u “I”.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Il-fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

Sabiex titħares il-kwalità u l-integrità tal-produzzjonijiet tad-“DPO”, l-operazzjoniet kollha tal-ippakkjar għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni delimitata fil-punt 4, minħabba li t-trasport fit-tul u manipolazzjoni suċċessiva jistgħu jikkawżaw fenomeni patoġeni u kontaminazzjoni tal-prodott.

Fil-fatt l-“Arancia di Ribera” ma tkunx soġġetta għall-ebda trattament kimiku la qabel, la wara l-qtugħ u lanqas fil-fażi tal-ippakkjar. Minħabba li l-“Arancia di Ribera” ma jkollhiex konservanti fuq il-qoxra, din tkun iktar sensittiva waqt it-trasport u l-manipolazzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

L-“Arancia di Ribera DPO” tinħareġ għall-konsum fil-pakketti li ġejjin:

kaxxi u/jew tilari tal-injam, tal-plastik u tal-kartun sa piż massimu ta' 25 kg;

basktijiet tax-xibka ta' piż massimu ta' 5 kg.;

kontenituri (bins) imtaqqbin ta' piż massimu ta' 40 kg.;

L-ippakkjar, il-boroż u l-kontenituri għandhom ikunu ssiġillati b'tali mod li jżommu milli l-kontenut jinħareġ mingħajr ma jinkiser is-siġill.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Huwa obbligatorju li l-pakketti jkollhom fuq it-tikketta b'ittri stampati ċari u li jinqraw sew:

l-isem “Arancia di Ribera” D.O.P. u l-Logo, b'ittri ikbar mill-kliem l-ieħor li jkun hemm fuq it-tikketta;

Il-varjetajiet tal-larinġ: Brasiliano, Washington navel u Navelina;

L-isem, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz tal-azjenda tal-produzzjoni u/jew dik responsabbli mill-ippakkjar.

Il-kategorija kummerċjali li għaliha jappartjeni l-prodott “Extra” jew “I”.

Ma tista' tiżdied l-ebda kwalifikazzjoni li ma tkunx espressament prevista. Madankollu, huwa permess l-użu ta' ismijiet li jagħmlu referenza għal ditti privati, sakemm dawn ma jkollhomx sinifikat ta' tifħir jew ikunu b'mod li jingannaw lill-konsumatur, għall-isem tal-azjenda li l-prodott ikun ġej minnha, kif ukoll referenzi oħra li huma veri u li jistgħu jiġu dokumentati u li huma awtorizzati bir-regola fis-seħħ. L-indikazzjoni tal-ġimgħa ta' meta sar il-qtugħ tal-prodott mhix obbligatorja.

Il-logo tal-“Arancia di Ribera DOP” huwa kompost kif ġej:

Il-kitba “Arancia di Ribera DOP. Denominazione Di Origine Protetta” (Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini) b'tipa Textile. Il-parti “Arancia di Ribera”, tinkiteb b'ittri kbar fil-bidu ta' kull kelma u l-bqija b'ittri żgħar, ħlief għall-artiklu “di”. Id-“DOP” tinkiteb b'ittri kbar u b'unt bejn ittra u oħra u “Denominazione di Origine Protetta” tinkiteb kollha b'ittri kbar. Fuq il-kitba “Arancia di Ribera” jidhru traċċi tax-xbieha tal-frotta li tidher bħala l-linja tas-sema, bil-forma u l-kuluri tipiċi tal-larinġa ta' Ribera: daqs kbir, qoxra oranġjo u weraq wisgħin. Fuq in-naħa tax-xellug tal-kitba “D.O.P” tidher il-mappa stilizzata ta' Sqallija. Fuq it-tikketti li jitpoġġew fuq l-ippakkjar għandu jkun hemm, b'tipa ċara u li tinqara, il-kliem li ġej:

Image

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Arancia di Ribera” hija mifruxa fuq il-ġnub imżerżqa tax-xmajjar Verdura, Magazzolo, Platani u Carboj u tinkludi fiha ż-żoni tal-Provinċja ta' Agrigento li tinkludi fiha l-Muniċipalitajiet ta': Bivona, Burgio, Calamonaci, Caltabellotta, Cattolica Eraclea, Cianciana, Lucca Sicula, Menfi, Montallegro, Ribera, Sciacca, Siculiana u Villafranca Sicula u dawk tal-Provinċja ta' Palermo fil-Muniċipalitajiet Chiusa Sclafani.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona fejn tiġi kkultivata l-“Arancia di Ribera” hija tassew “oażi tal-larinġ”, maqtugħa għalkollox mill-kuntest tal-larinġ reġjonali. Fil-fatt il-ġonna tal-larinġ, jinsabu mal-ġnub imżerżqa tax-xmajjar Verdura, Magazzolo, Plantani u Carboj. Il-ħamrija, li hija tat-tip Vertisols u Inceptisol (tikkonsisti f'tafal, ħama u lom), għandha kapaċità agronomika kbira, kemm minħabba li fiha ħafna minerali kif ukoll minħabba l-konsistenza tagħha.

Matul is-sajf, minħabba n-nuqqas ta' xita, is-siġar taċ-ċitru li jinsabu fiż-żona tal-“Arancia di Ribera” jissaqqew permezz ta' sistema ta' kanali bl-użu ta' ilma li jinġabar fid-digi ta' Castello, Arancio u Prizzi, li ġejjin mix-xmajjar Magazzolo, Carboj u Verdura rispettivament.

Ix-xmajjar imsemmija hawn fuq jipprovdu abbundanza ta' ilma ta' kwalità eċċellenti, b'kompożizzjoni bbilanċjata, b'konduttività baxxa, u ma fih l-ebda element li jniġġes.

Il-preżenza tal-baħar tiddetermina l-kundizzjonijet termali u igrometriċi tas-sena kollha, li jikkumplimentaw tajjeb ħafna l-ħtiġijiet u l-esiġenzi ekofiżjoloġiċi tas-siġar tal-larinġ. Fil-fatt, rarament issir ħsara minħabba d-diżastri naturali bħalma huma l-ġlata u l-irjieħ tax-Xlokk li jikkawżaw ħsara notevoli fil-kultivazzjonijiet.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-ispeċifiċità tal-“Arancia di Ribera”, hija rappreżentata minn perċezzjoni ċara ta' meraq u minn reżistenza baxxa għal magħad tal-membrana li tagħlaq kull felli u ċellola; din is-sensazzjoni hija kważi dejjem marbuta mal-perċezzjoni ġenerika tad-delikwixxenza tal-istess membrana.

Barra minn hekk, l-“Arancia di Ribera” hija kkaratterizzata ukoll mir-rabta qawwija bejn is-solidi li jinħallu u l-aċidi, it-tqarmiċ tajjeb u t-togħma li tippersisti. Minħabba f'hekk il-prodott huwa partikolarment addattat sabiex jiġi kkonsmat bħala frott frisk, b'livell ta' “ħlewwa” għoli ħafna u mhux aċiduż. Elementi oħrajn li jiddistingwu l-“Arancia di Ribera” mill-bqija huma l-kulur oranġjo qawwi tal-qoxra u tal-meraq.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DOP) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-karatteristiċi tal-“Arancia di Ribera” huma r-riżultat tar-rabta storika li teżiżti bejn il-fatturi naturali bħalma huma l-klima, il-ħamrija, l-ilma u l-ħila professjonali tal-bdiewa ta' Ribera.

Il-ħamrija fiha kontenut għoli ta' minerali primarji li huma lesti biex jiġu assimilati, il-kapaċità għolja tal-iskambju katjoniku (> 20 meq/100 g.), li hija l-karatteristika li tikkontribwixxi għaż-żieda notevoli tal-kontenut ta' potassju skambjabbli u disponibbli għall-pjanta. Id-disponibbiltà għolja tal-potassju, li tiffavorixxi ċ-ċaqliq taz-zokkor mill-għeruq, mill-weraq u miz-zkuk sal-frott, flimkien mal-kundizzjonijiet klimatiċi tipiċi taż-żona tal-Mediterran, jikkontribwixxu b'mod deċisiv għaż-żieda tal-kontenut taz-zokkor u tal-kwalità tat-togħma tal-“Arancia di Ribera.”

F'dawn iż-żoni, il-ħamrija, hija magħmula minn sediment alluvjonali, hija kkaratterizzata minn struttura bbilanċjata, marbuta ma' kontenut għoli ta' tafal, b'kontenut moderat ta' ramel u spiss anke ta' ġebel. Dawn jiggarantixxu passaġġ ħieles għall-arja u għall-ilma u jippermettu l-bidu tal-proċessi bijoloġiċi, flimkien mal-istabbiliment tal-mikroflora “pożittiva”, li filwaqt li tiffavorixxi s-sinteżi tas-sustanzi organiċi, tiffaċilita l-assimilazzjoni tal-elementi nutrittivi u tal-ilma li jikkontribwixxu għall-ammont tal-meraq fil-frott. Il-kwalità eċċellenti u l-abbundanza tal-ilma provdut mix-xmajjar Magazzolo, Carboj u Verdura, u n-nuqqas ta' elementi li jniġġsu fil-ħamrija, jippermettu li ssir tisqija perfetta, ideali sabiex jittejbu l-kwalitajiet organolettiċi ta' dan il-prodott. Huma propju dawn il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima li jagħtu lill-prodott il-kulur oranġjo skur, u fuq kollox, l-ammont ta' meraq li jikkwalifikaw lill-prodott bħala larinġa tal-meraq.

Din it-tip ta' larinġa ilha magħrufa mill-1950 bl-isem ta' “Arancia di Ribera” fuq is-swieq nazzjonali. Permezz tal-organizzazzjoni tal-Fiera Mercato (fiera tas-suq) fl-1966 u li mbagħad fl-1985 saret is-“Sagra dell’Arancia di Ribera”, il-prodott ingħata spinta 'l quddiem sabiex jistabbilixxi ruħu aħjar. Fil-wied tax-xmara Verdura, dokumenti storiċi jixhdu l-kultivazzjoni ta' produzzjonijiet eċċellenti ta' larinġ sa mill-bidu tal-1800, u fihom jiġi deskritt territorju rikk, b'ilma mill-oħla u bi prodotti li kienu jiġu ttrasportati lejn Palermo u esportati saħansitra lejn l-Amerika.

L-attur ewlieni ta' dawn il-produzzjonijiet minn dejjem kien il-bidwi li għaraf jisfrutta bl-aħjar mod possibbli l-klimatizzazzjoni perfetta tal-varjetajiet għat-territorju u l-użu ta' mezzi sempliċi ġodda imma effikaċi li ppermettew li l-kultivazzjoni tal-“Arancia di Ribera” tadatta ruħha għaż-żminijiet u għall-ħtiġijiet il-ġodda tal-kultivazzjoni mingħajr ma ħoloq prodott li ma jaqbilx mat–tradizzjonijiet tal-kultura lokali. Għal dan il-għan, infirex l-użu ta' dawk l-innovazzjonijiet li matul iż-żmien iddeterminaw l-iffrankar tal-ġestjoni, bħal pereżempju t-tisqija b'sistema ta' tubi bi pressjoni baxxa, li tiffranka l-ilma u l-użu ta' mqassijiet tal-gomma għaż-żbir. Għal deċenji ta' snin, it-territorju agrikolu ta' Ribera kien jirrapreżenta l-punt ta' riferiment l-iktar avvanzat tat-territorju kollu reġjonali u f'xi każijiet anke f'livell nazzjonali. Dan huwa dovut għall-kapaċità professjonali tal-esperti, t-tekniki avvanzati li ġew żviluppati mill-bdiewa, u għall-kwalità tal-produzzjonijiet miksuba li għadhom jirnexxu b'mod notevoli.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab disponibbli fuq is-sit tal-internet:

fuq il-link li ġej: http://www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm? txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg

jew:

billi wieħed jidħol direttament fuq il-paġna ewlenija tas-sit tal-Ministeru (http://www.politicheagricoe.it) u wara jikklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar fuq “Disciplinari di Produzione all' esame dell' UE [regolamento (CE) n. 510/2006]”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.