ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.134.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 134

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
22 ta' Mejju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2010/C 134/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 113, 1.5.2010

1

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 134/02

Kawża C-236/08 sa C-238/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tat-23 ta’ Marżu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Google France Google, Inc. vs Louis Vuitton Malletier (C-236/08), Viaticum SA, Luteciel SARL (C-237/08), Centre national de recherche en relations humaines (CNRRH) SARL, Pierre-Alexis Thonet, Bruno Raboin, Tiger SARL (C-238/08) (Trade marks — Internet — Mutur ta’ riċerka — Reklamar fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali (keyword advertising) — Wiri, fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali li jikkorrispondu għal trade marks, ta’ links għal siti ta’ kompetituri tal-proprjetarji tal-imsemmija trade marks jew għal siti li fuqhom huma proposti prodotti ta’ imitazzjoni — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 5 — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 9 — Responsabbiltà tal-operatur tal-mutur ta’ riċerka — Direttiva 2000/31/KE (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)

2

2010/C 134/03

Kawża C-278/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Die BergSpechte Outdoor Reisen und Alpinschule Edi Koblmüller GmbH vs Günter Guni, trekking.at Reisen GmbH (Trade marks — Internet — Reklami fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali (keyword advertising) — Wiri, fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali identiċi għal jew li jixbhu lil trade marks, ta’ links għal siti ta’ kompetituri tal-proprjetarji tal-imsemmija trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 5(1))

3

2010/C 134/04

Kawżi magħquda C-317/08 sa C-320/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di Pace di Ischia — l-Italja) — Rosalba Alassini (C-317/08) u Filomena Califano vs Wind SpA (C-318/08) u Lucia Anna Giorgia Iacono vs Telecom Italia SpA (C-319/08) u Multiservice Srl vs Telecom Italia SpA (C-320/08) (Talba għal deċiżjoni preliminari — Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/22/KE — Servizz Universali — Disputi bejn l-utenti finali u fornituri — Tentattiv obbligatorju ta’ konċiljazzjoni extra ġudizzjarja)

3

2010/C 134/05

Kawża C-325/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Société Olympique Lyonnais vs Olivier Bernard, Société Newcastle UFC (Artikolu 39 KE — Moviment liberu tal-ħaddiema — Restrizzjoni — Plejers tal-futbol professjonali — Obbligu li l-ewwel kuntratt bħala plejer professjonali jiġi ffirmat mal-klabb li jkun ta t-taħriġ — Plejer ordnat iħallas kumpens għad-danni minħabba ksur ta’ dan l-obbligu — Ġustifikazzjoni — Għan li jiġu inkoraġġuti r-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ plejers żgħażagħ)

4

2010/C 134/06

Kawża C-392/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/82/KE — Kontroll tal-perikoli ta’ inċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi — Artikolu 11(1)(ċ) — Obbligu ta’ tfassil ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni — Terminu)

5

2010/C 134/07

Kawża C-414/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Sviluppo Italia Basilicata SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Sussidju ġenerali għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn favur l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju — Data limitu għall-implementazzjoni tal-investimenti — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni)

5

2010/C 134/08

Kawża C-419/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 — Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Dumping — Regolament (KE) Nru 2320/97 li jimponi taxxi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Dannu — Rabta kawżali)

6

2010/C 134/09

Kawża C-440/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — F. Gielen vs Staatssecretaris van Financiën (Tassazzjoni diretta — Artikolu 43 KE — Persuna taxxabbli mhux residenti — Imprenditur — Dritt għal tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom — Kriterju tas-sigħat — Diskriminazzjoni bejn il-persuni taxxabbli residenti u dawk li mhumiex residenti — Għażla ta’ assimilazzjoni)

6

2010/C 134/10

Kawża C-451/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Helmut Müller GmbH vs Bundesanstalt für Immobilienaufgaben (Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Kunċett — Bejgħ ta’ art minn korp pubbliku li fuqha x-xerrej jixtieq li ulterjorment jeżegwixxi xogħlijiet — Xogħlijiet li jissodisfaw l-għanijiet ta’ żvilupp urbanistiku ddefiniti minn awtorità territorjali)

7

2010/C 134/11

Kawża C-3/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmiem Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Beroep te Gent — il-Belġju) — Erotic Center BVBA vs Belgische Staat (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 12(3)(a) — Anness H — Rata mnaqqsa ta’ VAT — Kunċett ta’ dħul għal swali taċ-ċinema’ — Kabina individwali għall-wiri ta’ filmati fuq talba)

7

2010/C 134/12

Kawża C-79/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 13 u 132 — Korpi rregolati mid-dritt pubbliku — Vesti ta’awtoritajiet pubbliċi — Attivitajiet — Nuqqas ta’ ssuġġettar — Eżenzjonijiet — Setturi soċjo-kulturali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni — Ewroreġjuni — Promozzjoni tal-mobilità professjonali — Provvista ta’ persunal — Oneru tal-prova)

8

2010/C 134/13

Kawża C-218/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel — il-Belġju) — SGS Belgium NV, Firme Derwa NV, Centraal Beheer Achmea NV vs Belgisch Interventie- en Restitutiebureau, Firme Derwa NV, Centraal Beheer Achmea NV, SGS Belgium NV, Belgisch Interventie- en Restitutiebureau (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni — Artikolu 5(3) — Kundizzjonijiet għall-għoti — Eċċezzjoni — Kunċett ta’ forza maġġuri — Prodotti li tħassru matul it-trasport)

8

2010/C 134/14

Kawża C-55/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca do Porto — il-Portugall) — Santa Casa da Misericórdia de Lisboa vs Liga Portuguesa de Futebol Profissional, Bwin Intrnational Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd, Betandwin.Com Interactive Entertainment (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Inammissibbiltà)

9

2010/C 134/15

Kawża C-432/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Kopertura tal-ispejjeż mediċi — Ċaħda impliċita tat-talba intiża għar-rimbors sħiħ tal-ispejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrentt — Appell parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat)

9

2010/C 134/16

Kawżi magħquda C-478/08 u C-479/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia — l-Italja) — Buzzi Unicem SpA, ISAB Energy srl, Raffinerie Mediterranee SpA (ERG) (C-478/08), Dow Italia Divisione Commerciale Srl (C-479/08) vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d’Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Sviluppo Italia SpA, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico, Ministero della Salute, Regione siciliana, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti u Tutela Acque (Sicilia) (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas — Direttiva 2004/35/KE — Responsabbiltà ambjentali — Applikabbiltà ratione temporis — Tniġġis li seħħ qabel id-data stabbilita għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva u li tkompla wara din id-data — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timputa l-ispejjeż tar-rimedju għad-dannu marbuta ma’ dan it-tniġġis fuq diversi impriżi — Rekwiżit ta’ tort jew ta’ negliġenza — Rekwiżit ta’ rabta kawżali — Miżuri ta’ rimedju — Obbligu ta’ konsultazzjoni mal-impriżi kkonċernati — Anness II tal-imsemmija direttiva)

10

2010/C 134/17

Kawża C-23/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Jannar 2010 — ecoblue AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark preċedenti BLUE — Sinjal verbali Ecoblue — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali)

11

2010/C 134/18

Kawża C-24/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Högsta domstolen — l-Isvezja) — Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening vs AB Fortum Värme samägt med Stockholms stad (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3), tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 85/337/KE — Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Direttiva 96/61 — Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis — Parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ambjentali — Dritt ta’ appell mid-deċiżjonijiet dwar permess għal żvilupp għal proġetti li x’aktarx ikollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent)

12

2010/C 134/19

Kawża C-43/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Jannar 2010 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar tnaqqis tal-għanjuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond ta’ Koezjoni għall-proġett ta’ ajruport internazzjonali ġdid ta’ Ateni fi Spata — Rikors għal annullament — Prinċipji ta’ retroattività, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità — Appell pazjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

13

2010/C 134/20

Kawża C-68/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Jannar 2010 — Georgios Karatzoglou vs Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, aventi kawża tal-AER (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Servizz pubbliku — Kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal perijodu mhux determinat — Xoljiment)

13

2010/C 134/21

Kawża C-150/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 2010 — Iride SpA, Iride Energia SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna ddikkjarata kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li għajnuna preċedenti ddikkjarata illegali tiġi rrimborsata — Kompatibbiltà mal-Artikolu 87(1) KE — Żbalji ta’ liġi — Żnaturament tal-argument tar-rikorrenti — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

14

2010/C 134/22

Kawża C-408/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Município de Barcelos (il-Portugall) fit-23 ta’ Ottubru 2009 — Município de Barcelos vs L-Istat Portugiż

14

2010/C 134/23

Kawża C-509/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2009 — eDate Advertising GmbH vs X

14

2010/C 134/24

Kawża C-20/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja) fit-13 ta’ Jannar 2010 — Vino Cosimo Damiano vs Poste Italiane SpA

15

2010/C 134/25

Kawża C-76/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd ta’ Prešov (lr-Repubblika Slovakka) fid-9 ta’ Frar 2010 — POHOTOVOSŤ sro vs Iveta Korčkovská

16

2010/C 134/26

Kawża C-85/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo fit-12 ta’ Frar 2010 — Telefónica Móviles España S.A. vs Administración del Estado (Secretaría de Estado de Telecomunicaciones)

17

2010/C 134/27

Kawża C-93/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Frar 2010 — Finanzamt Essen-NordOst vs GFKL Financial Services AG

18

2010/C 134/28

Kawża C-101/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission (l-Awstrija) fit-23 ta’ Frar 2010 — Gentcho Pavlov u Gregor Famira vs Ausschuss der Rechtsanwaltskammer Wien

18

2010/C 134/29

Kawża C-104/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland fl-24 ta’ Frar 2010 — Patrick Kelly vs National University of Ireland

19

2010/C 134/30

Kawża C-107/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administradiven Sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Frar 2010 — Enel Maritsa Iztok 3 AD vs Direktor na Direktsiya Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite

20

2010/C 134/31

Kawża C-108/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Venezia (l-Italja) fis-26 ta’ Frar 2010 — Ivana Scattolon vs Ministero dell’Università e della Ricerca

21

2010/C 134/32

Kawża C-113/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Marzu 2010 — Zuckerfabrik Jülich AG vs Hauptzollamt Aachen

21

2010/C 134/33

Kawża C-114/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-3 ta’ Marzu 2010 — Belpolis Benelux SA vs Belgische Staat

22

2010/C 134/34

Kawża C-115/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Marzu 2010 — Bábolna Mezőgazdasági Termelő, Fejlesztő és Kereskedelmi Zrt., fi stralċ vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

22

2010/C 134/35

Kawża C-119/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Marzu 2010 — Frisdranken Industrie Winters BV vs Red Bull GmbH

23

2010/C 134/36

Kawża C-121/10: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

24

2010/C 134/37

Kawża C-126/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-10 ta’ Marzu 2010 — FOGGIA-Sociedade Gestora de Participações Sociais SA vs Secretário de Estado dos Assuntos Fiscais

25

2010/C 134/38

Kawża C-128/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-11 ta’ Marzu 2010 — Naftiliaki Etaireia Thasou AE vs Ypourgos Emporikis Naftilias

25

2010/C 134/39

Kawża C-129/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-11 ta’ Marzu 2010 — Amaltheia I Naftiki Etaireia vs Ypourgos Emporikis Naftilias

26

2010/C 134/40

Kawża C-130/10: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2010 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

26

2010/C 134/41

Kawża C-132/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Leuven (il-Belġju) fil-15 ta’ Marzu 2010 — 1. Olivier Paul Louis Halley, 2. Julie Jacqueline Marthe Marie Halley u 3. Marie Joëlle Armel Halley vs Belgische Staat (l-Istat tal-Belġju)

27

2010/C 134/42

Kawża C-135/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Torino (l-Italja) fil-15 ta’ Marzu 2010 — SCF Consorzio Fonografici vs Marco Del Corso

27

2010/C 134/43

Kawża C-139/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden tas-17 ta’ Marzu 2010 — Prism Investments BV vs J.A. van der Meer, fil-kwalità tiegħu ta’ kuratur ta’ proċedura ta’ falliment ta’ Arilco Holland BV.

28

2010/C 134/44

Kawża C-316/08: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Latex srl vs Agenzia delle Entrate, Amministrazione dell’economia e delle Finanze

28

2010/C 134/45

Kawża C-290/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo per la Sardegna — l-Italja) — Telecom Italia SpA vs Regione autonoma della Sardegna, fil-preżenza ta’ Space SpA u Passamonti Srl et

28

2010/C 134/46

Kawża magħquda C-364/09 P u C-365/09P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Frar 2010 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), Schwarzbräu GmbH

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 134/47

Kawża T-50/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta’ servizzi kompjuterizzati dwar sistemi telematiċi ta’ sorveljanza ta’ movimenti ta’ prodotti soġġetti għas-sisa — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Konsorzju offerent — Ammissibbiltà — Prinċipji ta’ trattament ugwali tal-offerenti u ta’ trasparenza — Kriterji għal għoti — Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ diliġenza — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

29

2010/C 134/48

Kawża T-42/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Gollnisch vs Il-Parlament (Privileġġi u immunitajiet — Membri tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni li ma jiġux imħarsa l-privileġġi u l-immunitajiet — Rikors għal annullament — Telf tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għad-danni — Aġir li huwa akkużat bih il-Parlament — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Rabta kawżali)

29

2010/C 134/49

Kawża T-338/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Bianchi vs ETF (Appell — Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal perijodu determinat — Deċiżjoni li tiċħad it-tiġdid tal-kuntratt — Artikolu 47(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg)

30

2010/C 134/50

Kawża T-427/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Mirto Corporación Empresarial vs UASI Maglificio Barbara (Mirtillino) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurativa Mirtillino — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MIRTO — Raġuni relativa għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

30

2010/C 134/51

Kawżi magħquda T-5/08 sa T-7/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2010 — Nestlé vs UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle u Golden Eagle Deluxe) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattivi Golden Eagle u Golden Eagle Deluxe — Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw kikkra u kafeni — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

31

2010/C 134/52

Kawża T-363/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — 2nine vs UASI — Pacific Sunwear of California (nollie) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva nollie — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti NOLI — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

31

2010/C 134/53

Kawża T-364/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — 2nine vs UASI — Pacific Sunwear of California (nollie) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva nollie — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti NOLI — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009))

32

2010/C 134/54

Kawża T-423/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Inter-Nett 2000 vs UASI — Unión de Agricultores (HUNAGRO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva HUNAGRO — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti UNIAGRO — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8 (1)(b), u Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

32

2010/C 134/55

Kawża T-577/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — Proges vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Programm ta’ mudellar għall-użu tal-art — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Kriterji għall-għoti)

33

2010/C 134/56

Kawża T-130/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Eliza vs UASI — Went Computing Consultancy Group (eliza) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li fiha l-kelma eliza — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ELISE — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Reġistrazzjoni rrifjutata — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

33

2010/C 134/57

Kawża T-105/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2010 — MarketTools vs UASI — Optimus-Telecomunicações (ZOOMERANG) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2010/C 134/58

Kawża T-516/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Eriksen vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni — Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-aċċident nukleari ta’ Thule [il-Groenlandja] — Direttiva 96/29/KEEA — Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri kontra Stat Membru — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

34

2010/C 134/59

Kawża T-5/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Lind vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni — Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-aċċident nukleari f’Thule (il-Groenlandja) — Direttiva 96/29/Euratom — Nuqqas ta’ adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta’ miżuri kontra Stat Membru — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

35

2010/C 134/60

Kawża T-6/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Hansen vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni — Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika minħabba l-inċident nukleari ta’ Thule (il-Groenlandja) — Direttiva 96/29/Euratom — Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu miżuri kontra Stat Membru — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

35

2010/C 134/61

Kawża T-155/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2010 — Maxcom vs UASI — Maxdata Computer (maxcom) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

36

2010/C 134/62

Kawża T-1/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — SNF vs ECHA (Proċeduri għal miżuri provviżorji — REACH — Identifikazzjoni tal-akrilamidu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

36

2010/C 134/63

Kawża T-6/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — Sviluppo Globale vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għall-miżuri provviżorji — Telf ta’ opportunità — Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli — Nuqqas ta’ urġenza)

37

2010/C 134/64

Kawża T-16/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — Alisei vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Programm li jistabbilixxi faċilità tal-ikel iddestinat għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw — Sejħa ghal proposti għall-għoti ta’ sussidji — Rifjut ta’ sussidju — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Ksur ta’ rekwiżiti formali — Inammissibbiltà)

37

2010/C 134/65

Kawża T-104/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2010 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

37

2010/C 134/66

Kawża T-107/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2010 — Procter & Gamble Manufacturing Cologne vs UASI Natura Cosméticos (NATURAVIVA)

38

2010/C 134/67

Kawża T-109/10: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2010 — Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

39

2010/C 134/68

Kawża T-110/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2010 — Insula vs Il-Kummissjoni

40

2010/C 134/69

Kawża T-114/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2010 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

40

2010/C 134/70

Kawża T-116/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2010 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

41

2010/C 134/71

Kawża T-120/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2010 — ClientEarth et vs Il-Kummissjoni

42

2010/C 134/72

Kawża T-121/10: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2010 — Conte et vs Il-Kunsill

43

2010/C 134/73

Kawża T-123/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2010 — Hartmann vs UASI (Complete)

45

2010/C 134/74

Kawża T-124/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2010 — Lidl Stiftung vs UASI — Vinotasia (VITASIA)

45

2010/C 134/75

Kawża T-130/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2010 — Lux Mamagement vs UASI — Zeis Excelsa (KULTE)

46

2010/C 134/76

Kawża T-135/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2010 — Pieno žvaigždės vs UASI — Fattoria Scaldasole (Iogurt.)

47

2010/C 134/77

Kawża T-138/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

47

2010/C 134/78

Kawża T-143/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2010 — Ben Ri Electrónica vs UASI — Sacopa (LT LIGHT-THECNO)

48

2010/C 134/79

Kawża T-144/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2010 — Space Beach Club vs UASI — Flores Gómez (SpS space of sound)

49

2010/C 134/80

Kawża T-303/94: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — de Jong vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

50

2010/C 134/81

Kawża T-312/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Ellinikos Niognomon vs Il-Kummissjoni

50

2010/C 134/82

Kawża T-350/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Marzu 2010 — Papierfabrik Hamburger-Spremberg vs Il-Kummissjoni

50

2010/C 134/83

Kawża T-428/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Berenschot Groep vs Il-Kummissjoni

50

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 134/84

Kawża F-7/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Frar 2010 — Faria vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2006/2007 — Talba għal annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Kumpens għad-danni morali)

51

2010/C 134/85

Kawża F-26/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 — N vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Talba għad-danni — Ammissibbiltà — Fastidju psikoloġiku — Dmir ta’ premura — Dannu morali)

51

2010/C 134/86

Kawża F-33/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 — Tzvetanova vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal termporanju — Remunerazzjoni — Allowance ta’ espatrijazzjoni — Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Residenza abitwali qabel id-dħul fil-funzjonijiet — Residenza bħala student fil-post ta’ assenjazzjoni matul il-perijodu ta’ rifereriment — Stages barra mill-post ta’ assenjazzjoni matul il-perijodu ta’ riferiment — Teħid inkunsiderazzjoni tar-residenza attwali)

52

2010/C 134/87

Kawża F-47/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Buschak vs EUROFOUND (Servizz pubbliku — Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol — Deskrizzjoni tal-impjieg ta’ viċi direttur — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Interess ġuridiku — Inammissibbiltà manifesta)

52

2010/C 134/88

Kawża F-99/09: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — Papathanasiou vs UASI

52

2010/C 134/89

Kawża F-13/10: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2010 — Nicola vs BEI

53

2010/C 134/90

Kawża F-14/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

54

2010/C 134/91

Kawża F-15/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2010 — Andres et vs BĊE

54

2010/C 134/92

Kawża F-16/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2010 — M. Almeida Campos et vs Il-Kunsill

55

2010/C 134/93

Kawża F-17/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2010 — Daake vs UASI

56

2010/C 134/94

Kawża F-18/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2010 — Capidis vs Il-Kummissjoni

56

MT

 


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/1


2010/C 134/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 113, 1.5.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 100, 17.4.2010

ĠU C 80, 27.3.2010

ĠU C 63, 13.3.2010

ĠU C 51, 27.2.2010

ĠU C 37, 13.2.2010

ĠU C 24, 30.1.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Opinjonijiet

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tat-23 ta’ Marżu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Google France Google, Inc. vs Louis Vuitton Malletier (C-236/08), Viaticum SA, Luteciel SARL (C-237/08), Centre national de recherche en relations humaines (CNRRH) SARL, Pierre-Alexis Thonet, Bruno Raboin, Tiger SARL (C-238/08)

(Kawża C-236/08 sa C-238/08) (1)

(Trade marks - Internet - Mutur ta’ riċerka - Reklamar fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali (“keyword advertising”) - Wiri, fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali li jikkorrispondu għal trade marks, ta’ links għal siti ta’ kompetituri tal-proprjetarji tal-imsemmija trade marks jew għal siti li fuqhom huma proposti prodotti ta’ imitazzjoni - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 5 - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 9 - Responsabbiltà tal-operatur tal-mutur ta’ riċerka - Direttiva 2000/31/KE (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”)

2010/C 134/02

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Google France, Google, Inc.

Konvenuti: Louis Vuitton Malletier (C-236/08), Viaticum SA, Luteciel SARL (C-237/08), Centre national de recherche en relations humaines (CNRRH) SARL, Pierre-Alexis Thonet, Bruno Raboin, Tiger SARL (C-238/08)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(a) u (b) u (2) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KE, tal-21 ta’ Diċembru 1998, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92 — 98), tal-Artikolu 9(1)(a) sa (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146 — 180) u tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399) — Kunċett ta’ “użu” tat-trade mark u drittijiet tal-proprjetarju ta’ din tal-aħħar — Fornitur ta’ servizzi ta’ referenzar bi ħlas fuq l-Internet li ma jagħmel ebda reklamar għal prodotti jew servizzi tiegħu, iżda jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ min jirreklama kliem ewlieni li jipproduċi jew jimita trade marks irreġistrati u jorganizza, permezz tal-kuntratt ta’ referenzar, il-ħolqien u l-wiri privileġġat, fuq il-bażi ta’ dan il-kliem ewlieni, ta’ links pubbliċitarji għal siti li fuqhom huma proposti prodotti foloz — Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi li jżomm informazzjoni pprovduta minn dawk li jirċievu dawn is-servizzi

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 5(1)(a) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks u l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarju, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark huwa intitolat li jipprojbixxi lil min jirreklama milli juri, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għall-imsemmija trade mark li dan min jirreklama, mingħajr il-kunsens tal-imsemmi proprjetarju, għażel fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-Internet, reklam għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu ma’ dawk li għalihom l-imsemmija trade mark hija rreġistrata, meta l-imsemmi reklam ma jippermettix lill-utent tal-Internet medju, jew jippermettilu biss b’mod diffiċli, li jkun jaf jekk il-prodotti jew is-servizzi msemmija fir-reklam humiex ġejjin mill-proprjetarju tat-trade mark jew minn impriża konnessa miegħu jew, kuntrarjament, minn terz;

(2)

Il-fornitur ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-Internet li jżomm sinjal identiku għal trade mark bħala kelma prinċipali u jorganizza l-wiri ta’ reklami fuq il-bażi tagħhom, ma jużax dan is-sinjal fis-sens tal-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 89/104 jew tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 40/94.

(3)

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola stabbilita fih tapplika għal fornitur ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-Internet meta dan il-fornitur ma kellux rwol attiv ta’ natura li jagħtih tagħrif jew kontroll tad-data miżmuma. Fil-każ li ma kellux tali rwol, l-imsemmi fornitur ma jistax jitqies responsabbli għad-data li huwa żamm fuq it-talba ta’ min jirreklama sakemm, wara li sar jaf bin-natura illegali ta’ din id-data jew tal-attivitajiet ta’ dan min jirreklama, huma ma aġġixxix mingħajr dewmien biex ineħħi jew iwaqqaf l-aċċess għall-imsemmi data


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Die BergSpechte Outdoor Reisen und Alpinschule Edi Koblmüller GmbH vs Günter Guni, trekking.at Reisen GmbH

(Kawża C-278/08) (1)

(Trade marks - Internet - Reklami fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali (“keyword advertising”) - Wiri, fuq il-bażi ta’ kliem prinċipali identiċi għal jew li jixbhu lil trade marks, ta’ links għal siti ta’ kompetituri tal-proprjetarji tal-imsemmija trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 5(1))

2010/C 134/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Die BergSpechte Outdoor Reisen und Alpinschule Edi Koblmüller GmbH

Konvenuta: Günter Guni, trekking.at Reisen GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) — Riżerva ta’ sinjal simili jew identiku għal trade mark minn provditur ta’ servizzi li uża mutur ta’ riċerka tal-internet sabiex, wara li tittajpja l-imsemmi sinjal bħala kelma ta’ riċerka, fuq l-iskrin jidher awtomatikament riklam għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixbhu lil dawk li għalihom it-trade mark inkwistjoni hija rreġistrata (“keyword advertising”) — Klassifikazzjoni ta’ dan l-użu tat-trade mark bħala użu li l-proprjetarju tagħha għandu dritt jipprojbixxi

Dispożittiv

L-Artikolu (5)(1) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark huwa intitolat jipprojbixxi lil min jirreklama milli jagħmel, fuq il-bażi ta’ kelma prinċipali identika għal jew li tixbah lill-imsemmija trade mark, li min jirreklama jkun għażel mingħajr il-kunsens tal-imsemmi proprjetarju fil-kuntest ta’ servizz ta’ referenzar fuq l-internet, riklam għal prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom l-imsemmija trade mark hija rreġistrata, meta l-imsemmi reklam ma jħallix, jew iħalli b’mod diffiċli biss, lill-utent tal-internet medju li jsir jaf jekk il-prodotti jew is-servizzi msemmija mir-riklam joriġinawx mill-proprjetarju tat-trade mark jew minn impriża li għandha rabta ekonomika miegħu jew, għall-kuntrarju, minn terzi.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di Pace di Ischia — l-Italja) — Rosalba Alassini (C-317/08) u Filomena Califano vs Wind SpA (C-318/08) u Lucia Anna Giorgia Iacono vs Telecom Italia SpA (C-319/08) u Multiservice Srl vs Telecom Italia SpA (C-320/08)

(Kawżi magħquda C-317/08 sa C-320/08) (1)

(“Talba għal deċiżjoni preliminari - Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/22/KE - Servizz Universali - Disputi bejn l-utenti finali u fornituri - Tentattiv obbligatorju ta’ konċiljazzjoni extra ġudizzjarja”)

2010/C 134/04

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Ischia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rosalba Alassini (C-317/08), Filomena Califano (C-318/08), Lucia Anna Giorgia Iacono (C-319/08), Multiservice Srl (C-320/08)

Konvenuti: Telecom Italia SpA (C-317/08), Wind SpA (C-318/08) Telecom Italia SpA (C-319/08), Telecom Italia SpA (C-320/08)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di Pace di Ischia — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367), tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4 p. 223) u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem — Disputi fil-qasam tal-kommunikazzjonijiet elettroniċi bejn utenti finali u operaturi, li jirrigwardaw kumpens għad-danni subiti minħabba l-allegat nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett is-servizz tat-telefonija pprovdut mill-operatur — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal tentattiv ta’ konċiljazzjoni obbligatorja qabel il-preżentata ta’ rikors ġudizzjarju — Possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors ġudizzjarju mingħajr ma jkun sar tentattiv ta’ konċiljazzjoni

Dispożittiv

L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li disputi fil-qasam tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bejn utenti finali u fornituri tal-imsemmija servizzi, li jaqgħu taħt id-drittijiet mogħtija minn din id-direttiva, għandhom ikunu s-suġġett ta’ tentattiv obbligatorju ta’ konċiljazzjoni extra ġudizzjarja sabiex ikunu ammessi bħala rikorsi ġudizzjarji.

Il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività kif ukoll il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva lanqas ma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq it-tali disputi l-ewwel nett l-implementazzjoni ta’ proċeduri ta’ konċiljazzjoni extra ġudizzjarji meta dawn il-proċeduri ma jwasslux għal deċiżjoni vinkolanti fuq il-partijiet, ma jikkawżawx dewmien sinjifikattiv biex rikors ġudizzjarju jiġi ppreżentat, jissospendu l-preskrizzjoni tad-drittijiet ikkonċernati u ma jiġġenerawx spejjeż, jew spejjeż insinjifikanti, għall-partijiet, sa fejn, madankollu, il-mezz elettroniku ma jikkostitwixxix l-uniku mezz ta’ aċċess għall-imsemmija proċedura ta’ konċiljazzjoni u li miżuri provviżorji huma possibbili f’każijiet eċċezzjonali fejn minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni dawn ikunu meħtieġa.


(1)  ĠU C 236, 13.09.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Société Olympique Lyonnais vs Olivier Bernard, Société Newcastle UFC

(Kawża C-325/08) (1)

(Artikolu 39 KE - Moviment liberu tal-ħaddiema - Restrizzjoni - Plejers tal-futbol professjonali - Obbligu li l-ewwel kuntratt bħala plejer professjonali jiġi ffirmat mal-klabb li jkun ta t-taħriġ - Plejer ordnat iħallas kumpens għad-danni minħabba ksur ta’ dan l-obbligu - Ġustifikazzjoni - Għan li jiġu inkoraġġuti r-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ plejers żgħażagħ)

2010/C 134/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Société Olympique Lyonnais

Konvenuti: Olivier Bernard, Société Newcastle UFC

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 39 KE — Dispożizzjoni nazzjonali li tobbliga lil plejer tal-futbol iħallas kumpens lill-klabb li jkun ħarrġu jekk, meta jtemm il-perijodu ta’ taħriġ tiegħu, jiffirma kuntratt bħala plejer professjonali ma’ klabb ta’ Stat Membru ieħor — Ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema — Ġustifikazzjoni possibbli għal restrizzjoni bħal din minħabba l-ħtieġa li jiġu inkoraġġuti r-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ plejers professjonali żgħażagħ.

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE ma jipprekludix sistema li, sabiex jintlaħaq l-għan li jiġu inkoraġġuti r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-plejers żgħażagħ, tiggarantixxi li l-klabb li jħarreġ jirċievi kumpens fil-każ li plejer żagħżugħ jiffirma, meta jtemm il-perijodu ta’ taħriġ tiegħu, kuntratt bħala plejer professjonali ma’ klabb ta’ Stat Membru ieħor, sakemm din is-sistema tkun adegwata sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq dan l-għan u sakemm ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan.

Sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq dan l-għan mhijiex meħtieġa sistema, bħal dik inkwistjoni fil kawża prinċipali, fejn plejer “espoir” li jiffirma, meta jtemm il-perijodu ta’ taħriġ tiegħu, kuntratt bħala plejer professjonali ma’ klabb ta’ Stat Membru ieħor ikun jista’ jiġi kkundannat iħallas kumpens għad-danni li l-ammont tiegħu jkun ikkalkolat mingħajr konnessjoni mal-ispejjeż veri tat-taħriġ.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-392/08) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/82/KE - Kontroll tal-perikoli ta’ inċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi - Artikolu 11(1)(ċ) - Obbligu ta’ tfassil ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni - Terminu”)

2010/C 134/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A. Sipos, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 410) — Nuqqas ta’ żvilupp ta’ ċerti pjanijiet ta’ emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra mill-istabbilimenti.

Dispożittiv

(1)

Billi ma fassalx pjanijiet ta’ emerġenza esterni għall istabbilimenti kollha previsti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti [inċidenti] kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) tagħha.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Sviluppo Italia Basilicata SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-414/08 P) (1)

(“Appell - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Sussidju ġenerali għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn favur l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju - Data limitu għall-implementazzjoni tal-investimenti - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni”)

2010/C 134/07

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Sviluppo Italia basilicata SpA (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, aġent, A. dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Lulju 2008, Sviluppo Italia Basilicata vs Il-Kummissjoni (T-176/06), li permezz tagħha l-imsemmija qorti ċaħdet, minn naħa, it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1706, tal-20 ta’ April 2006, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali mogħtija għas-sussidji globali għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn favur impriżi żgħar u medji li joperaw fir-Reġjun ta’ Basilicata fl-Italja, fil-kuntest tal-qafas ta’ appoġġ Komunitarju għall-għajnuna strutturali fir-reġjuni tal-Italja skont l-Oġġettiv Nru 1, u min-naħa l-oħra, it-talba għal kumpens għad-danni li allegatament ġew ikkawżati minn din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Sviluppo Italia Basilicata SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 — Trubowest Handel GmbH, Viktor Makarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-419/08) (1)

(Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 2320/97 li jimponi taxxi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu - Rabta kawżali)

2010/C 134/08

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trubowest Handel GmbH (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, E. Petritsi, dikigoroi), Viktor Makarov (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, E. Petritsi, dikigoroi)

Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hix, aġent, G. Berrisch u G. Wolf, Rechtsanwälte), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008, Trubowest Handel GmbH u Makarov vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-429/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għad-danni allegatament imġarrba mill-appellanti wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97, tas-17 ta’ Novembru 1997, li jimponi taxxi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 329-352).

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Trubowest Handel GmbH u Makarov huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 8.11.2008


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — F. Gielen vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-440/08) (1)

(Tassazzjoni diretta - Artikolu 43 KE - Persuna taxxabbli mhux residenti - Imprenditur - Dritt għal tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom - Kriterju tas-sigħat - Diskriminazzjoni bejn il-persuni taxxabbli residenti u dawk li mhumiex residenti - Għażla ta’ assimilazzjoni)

2010/C 134/09

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: F. Gielen

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-imprendituri indipendenti d-dritt li jnaqqsu mill-profitt tagħhom ammont stabbilit minn qabel bil-kundizzjoni li jkunu ddedikaw mill-inqas 1 225 siegħa kull sena għall-attivitajiet ta’ impriża — Nuqqas ta’ kunsiderazzjoni, fil-każ biss ta’ persuna taxxabbli mhux residenti, tas-sigħat ta’ attività ddedikati għal impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-għoti ta’ vantaġġ fiskali, bħat-tnaqqis favur persuni li jaħdmu għal rashom inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha effetti diskriminatorji fir-rigward ta’ persuni taxxabbli mhux residenti, anki jekk dawn il-persuni taxxabbli jistgħu, fir-rigward ta’ dan il-vantaġġ, jagħżlu s-sistema applikabbli għall-persuni taxxabbli residenti.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Helmut Müller GmbH vs Bundesanstalt für Immobilienaufgaben

(Kawża C-451/08) (1)

(“Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Kunċett - Bejgħ ta’ art minn korp pubbliku li fuqha x-xerrej jixtieq li ulterjorment jeżegwixxi xogħlijiet - Xogħlijiet li jissodisfaw l-għanijiet ta’ żvilupp urbanistiku ddefiniti minn awtorità territorjali”)

2010/C 134/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Helmut Müller GmbH

Konvenuta: Bundesanstalt für Immobilienaufgaben

Fil-preżenza ta’: Gut Spascher Sand Immobilien GmbH, Belt ta’ Wildeshausen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(b) u (3) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Kunċett ta’ “kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet” u ta’ “konċessjoni ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet” — Obbligu li l-bejgħ ta’ art lil terzi jkun suġġett għal proċedura għall-għoti ta’ kuntratti, fejn ix-xerrej għandu jagħmel xogħlijiet ulterjuri fuq din l-art skont għanjiet ta’ żvilupp urban stabbiliti minn awtorità reġjonali u li l-proġett tagħhom ġie approvat minn din l-awtorità qabel ma ġie konkluż il-kuntratt tal-bejgħ

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ “kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet]”, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], ma jirrikjedix li x-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt jiġu eżegwiti materjalment jew fiżikament mill-awtorità kontraenti, ladarba dawn ix-xogħlijiet jiġu eżegwiti fl-interess ekonomiku dirett ta’ din l-awtorità. L-eżerċizzju ta’ kompetenzi regolatorji minn din tal-aħħar fil-qasam tal-urbaniżmu mhuwiex biżżejjed biex tiġi sodisfatta din l-aħħar kundizzjoni.

(2)

Il-kunċett ta’ “kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet]” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18, jirrikjedi li l-kuntrattur jassumi direttament jew indirettament l-obbligu li jwettaq ix-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt kif ukoll li l-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu tista’ tiġi inforzata legalment skont il-metodi stabbiliti mid-dritt nazzjonali.

(3)

Il-“kondizzjonijiet meħtieġa li huma speċifikati mill-awtorità kuntrattwali [awtorità kontraenti]”, fis-sens tat-tielet ipoteżi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18, ma jistgħux jikkonsistu fis-sempliċi fatt li awtorità pubblika teżamina ċerti pjanijiet ta’ kostruzzjoni ppreżentati lilha jew tieħu deċiżjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha fil-qasam tal-regolamentazzjoni urbanistika.

(4)

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, konċessjoni għal xogħlijiet pubbliċi, fis-sens tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2004/18, hija eskluża.

(5)

F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18 ma japplikawx għal sitwazzjoni li fiha awtorità pubblika tbigħ art lil impriża filwaqt li awtorità pubblika oħra jkollha l-intenzjoni li tagħti kuntratt għal xogħlijiet fuq din l-art minkejja li din ma tkunx għadha formalment iddeċidiet li tipproċedi sabiex tagħti dan il-kuntratt.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmiem Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Beroep te Gent — il-Belġju) — Erotic Center BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-3/09) (1)

(“Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 12(3)(a) - Anness H - Rata mnaqqsa ta’ VAT - Kunċett ta’ ‛dħul għal swali taċ-ċinema’ - Kabina individwali għall-wiri ta’ filmati fuq talba”)

2010/C 134/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Erotic Center BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Beroep te Gent — Interpretazzjoni tal- kategorija 7 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, p. 1) (sadanittant il-punt 7 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Taxxa mnaqqsa applikabbli għal ċerti provvisti ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi — Ċinemas — Kunċett — Kabina individwali għall-wiri ta’ filmati fuq talba

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ dħul għal swali taċ-ċinema li jinsab fl-ewwel subparagrafu tal-kategorija 7 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/4/KE, tad-19 ta’ Jannar 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirreferix għall ħlas magħmul minn konsumatur sabiex ikunu jista’ jgawdi minn wiri individwali ta’ filmat jew filmati jew ukoll ta’ siltiet ta’ filmati f’żona privata, bħall-kabini inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-79/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 13 u 132 - Korpi rregolati mid-dritt pubbliku - Vesti ta’awtoritajiet pubbliċi - Attivitajiet - Nuqqas ta’ ssuġġettar - Eżenzjonijiet - Setturi soċjo-kulturali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni - “Ewroreġjuni” - Promozzjoni tal-mobilità professjonali - Provvista ta’ persunal - Oneru tal-prova)

2010/C 134/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u W. Roels, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels, D.J.M. de Grave u Y. de Vries, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2(1)(ċ), 13, 24(1) u 132 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Provvista ta’ persunal fis-setturi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u dak soċjo-kulturali — Promozzjoni tal-mobilità tax-xogħol — Ewroreġjun

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 6.6.2006.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel — il-Belġju) — SGS Belgium NV, Firme Derwa NV, Centraal Beheer Achmea NV vs Belgisch Interventie- en Restitutiebureau, Firme Derwa NV, Centraal Beheer Achmea NV, SGS Belgium NV, Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

(Kawża C-218/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Artikolu 5(3) - Kundizzjonijiet għall-għoti - Eċċezzjoni - Kunċett ta’ “forza maġġuri” - Prodotti li tħassru matul it-trasport)

2010/C 134/13

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SGS Belgium NV, Firme Derwa NV, Centraal Beheer Achmea NV

Konvenuti: Belgisch Interventie- en Restitutiebureau, Firme Derwa NV, Centraal Beheer Achmea NV, SGS Belgium NV, Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1) — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni — Eċċezzjoni — Prodott li tħassar matul it-trasport minħabba każ ta’ forza maġġuri

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/95, tad-19 ta’ Ġunju 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deterjorament subit minn tagħbija ta’ laħam taċ-ċanga u tal-vitella, fil-kundizzjonijiet deskritti mill-qorti tar-rinviju, ma jikkostitwixxix każ ta’ forza maġġuri fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca do Porto — il-Portugall) — Santa Casa da Misericórdia de Lisboa vs Liga Portuguesa de Futebol Profissional, Bwin Intrnational Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd, Betandwin.Com Interactive Entertainment

(Kawża C-55/08) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà)

2010/C 134/14

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Santa Casa da Misericórdia de Lisboa

Konvenuti: Liga Portuguesa de Futebol Profissional, Bwin Intrnational Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd, Betandwin.Com Interactive Entertainment

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Judicial da Comarca do Porto — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43, 49 u 56 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva għal ċerta organizzazzjoni d-dritt li torganizza, b’mod esklużiv, il-logħob tal-ażżard u tal-lotteriji u li tikkunsidra bħala att kriminali l-attività ta’ organizzazzjoni, promozzjoni u ġbir, inkluż bl-internet, ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi — Projbizzjoni imposta fuq impriża li teżerċita l-attività ta’ organizzazzjoni ta’ mħatri u ta’ lotteriji on line li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor milli tippromwovi, torganizza u tamministra dawn l-imħatri u lotteriji bl-Internet u li tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-rebbieħa l-valur tal-premjijiet.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto (il-Portugall), permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2007, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-432/08 P) (1)

(“Appell - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Kopertura tal-ispejjeż mediċi - Ċaħda impliċita tat-talba intiża għar-rimbors sħiħ tal-ispejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrentt - Appell parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat”)

2010/C 134/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġent, A. dal Ferro, avvocato)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-296/05 u T-408/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet impliċiti tal-uffiċċju ta’ ħlasijiet tal-iskema komuni tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Komunitajiet Ewropej, li jirrifjuta li jħallas lura 100 % ta’ ċerti spejjeż mediċi sostnuti mill-appellant kif ukoll talba sabiex tinkiseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas favur l-appellant tal-ammonti ta’ ċerti spejjeż mediċi.

Dispożittiv

(1)

L-Appell huwa miċħud.

(2)

M. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.


(1)  GU C 313, 06.12.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia — l-Italja) — Buzzi Unicem SpA, ISAB Energy srl, Raffinerie Mediterranee SpA (ERG) (C-478/08), Dow Italia Divisione Commerciale Srl (C-479/08) vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d’Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Sviluppo Italia SpA, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico, Ministero della Salute, Regione siciliana, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti u Tutela Acque (Sicilia)

(Kawżi magħquda C-478/08 u C-479/08) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Applikabbiltà ratione temporis - Tniġġis li seħħ qabel id-data stabbilita għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva u li tkompla wara din id-data - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timputa l-ispejjeż tar-rimedju għad-dannu marbuta ma’ dan it-tniġġis fuq diversi impriżi - Rekwiżit ta’ tort jew ta’ negliġenza - Rekwiżit ta’ rabta kawżali - Miżuri ta’ rimedju - Obbligu ta’ konsultazzjoni mal-impriżi kkonċernati - Anness II tal-imsemmija direttiva)

2010/C 134/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Buzzi Unicem SpA, ISAB Energy srl, Raffinerie Mediterranee SpA (ERG) (C-478/08), Dow Italia Divisione Commerciale Srl (C-479/08)

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d’Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Sviluppo Italia SpA, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico, Ministero della Salute, Regione siciliana, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti u Tutela Acque (Sicilia)

fil-preżenza ta’: ENI Divisione Exploration and Production SpA, ENI SpA, Edison SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia — Interpretazzjoni tal-Artikolu 174 KE u tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8 p. 357) u tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni s-setgħa li tordna lill-impriżi privati jimplementaw miżuri ta’ rimedju, indipendentement minn jekk ikunx hemm investigazzjoni xierqa li tiddetermina r-responsabbiltà għat-tniġġis inkwistjoni

Dispożittiv

(1)

F’sitwazzjoni ta’ tniġġis ambjentali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali:

meta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ratione temporis u/jew ratione materiæ tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, mhumiex sodisfatti, din is-sitwazzjoni taqa’ taħt id-dritt nazzjonali, fl-osservanza tar-regoli tat-Trattat u bla ħsara għal atti legali sekondarji oħra;

id-Direttiva 2004/35 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtorità kompetenti, meta taġixxi fil-kuntest ta’ din id-diretttiva, li tippresupponi l-eżistenza ta’ rabta kawżali, anki fil-każ ta’ tniġġis ta’ natura mifruxa, bejn l-operaturi u t-tniġġis ikkonstatat, u dan minħabba l-prossimità tal-installazzjonijiet tagħhom maż-żona mniġġsa. Madankollu, skont il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, sabiex tiġi preżunta t-tali rabta kawżali, din l-awtorità għandha jkollha indizji plawżibbli li fuqhom tista’ tibbaża l-preżunzjoni tagħha, bħalma huma l-prossimità tal-installazzjoni tal-operatur mat-tniġġis ikkonstatat u l-korrispondenza bejn is-sustanzi li jniġġsu misjuba u l-komponenti użati mill-imsemmi operatur fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu;

l-Artikoli 3(1), 4(5) u 11(2) tad-Direttiva 2004/35 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tiddeċiedi li timponi miżuri ta’ rimedju għal danni ambjentali fuq operaturi li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu taħt l-Anness III ta’ din id-direttiva, l-awtorità kompetenti la hija marbuta li tistabbilixxi t-tort, la n-negliġenza u saħansitra lanqas id-dolo fi ħdan l-operaturi li l-attivitajiet tagħhom huma meqjusa bħala responsabbli għad-danni kkawżati lill-ambjent. Min-naħa l-oħra, din l-awtorità għandha, minn naħa, l-ewwel nett tfittex l-oriġini tat-tniġġis ikkonstatat u, f’dan ir-rigward, l-imsemmija awtorità għandha marġni ta’ diskrezzjoni f’dak li jikkonċerna l-proċeduri, il-mezzi li għandhom jintużaw u t-tul ta’ tali riċerka. Min-naħa l-oħra, din l-awtorità għandha tistabbilixxi, skont ir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-prova, rabta kawżali bejn l-attivitajiet tal-operaturi kkonċernati mill-miżuri ta’ rimedju u dan it-tniġġis;

sa fejn l-operaturi għandhom l-obbligu ta’ rimedju biss minħabba l-kontribuzzjoni tagħhom għat-tniġġis jew għar-riskju ta’ tniġġis, l-awtorità kompetenti għandha, bħala prinċipju, tistabbilixxi l-livell ta’ kontribuzzjoni ta’ kull wieħed minn dawn l-operaturi għat-tniġġis li għalih hija qed tipprova tirrimedja u tieħu inkunsiderazzjoni l-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom fil-kalkolu tal-ispejjeż tal-azzjonijiet ta’ rimedju li din l-awtorità timponi fuq l-imsemmija operaturi, bla ħsara għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/35.

(2)

L-Artikoli 7 u 11(4) tad-Direttiva 2004/35, moqrija flimkien mal-Anness II tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-awtorità kompetenti għandha s-setgħa li tbiddel b’mod sostanzjali miżuri ta’ rimedji għad-danni ambjentali li jkunu ġew deċiżi wara proċedura kontradittorja li saret b’kooperazzjoni mal-operaturi kkonċernati u li diġà twettqu jew bdew jitwettqu. Madankollu, sabiex tadotta deċiżjoni bħal din:

din l-awtorità hija obbligata tisma’ lill-operaturi li fuqhom ġew imposti tali miżuri, ħlief meta l-urġenza tas-sitwazzjoni ambjentali titlob azzjoni immedjata tal-awtorità kompetenti;

l-imsemmija awtorità hija wkoll obbligata ssejjaħ il-persuni li tagħhom hija l-art li fuqha għandhom jitwettqu dawn il-miżuri sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, u li teħodhom inkunsiderazzjoni;

din l-awtorità għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-kriterji elenkati fil punt 1.3.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2004/35 u tindika fid-deċiżjoni tagħha r-raġunijiet li jimmotivaw l-għażla tagħha kif ukoll, jekk ikun il każ, ir-raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw il-fatt li ma kellux għalfejn isir jew ma setax isir eżami ddettaljat fid-dawl tal-imsemmija kriterji minħabba, pereżempju, l-urġenza tas-sitwazzjoni ambjentali;

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 2004/35 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtorità kompetenti li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt li l-operaturi kkonċernati minn miżuri ta’ rimedju ambjentali għandhom li jużaw l-artijiet tagħhom għall-kundizzjoni li huma jwettqu x-xogħlijiet rikjesti minnha, u dan anki fil-każ fejn l-imsemmija artijiet ma jkunux affettwati minn dawn il-miżuri minħabba l-fatt li huma diġà kienu s-suġġett ta’ miżuri preċedenti ta’ risanament jew li qatt ma kienu mniġġsa. Madankollu, tali miżura għandha tkun iġġustifikata mill-għan li jiġi evitat li s-sitwazzjoni ambjentali tal-post fejn il-miżuri jiġu implementati tmur għall-agħar, jew, skont il-prinċipju ta’ prekawzjoni, mill-għan tal-prevenzjoni tal-okkorrenza jew ir-rikorrenza ta’ danni ambjentali oħra fl-imsemmija artijiet tal-operaturi, li jmissu mal kosta kollha tal-baħar li hija s-suġġett ta’ dawn il miżuri ta’ rimedju.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Jannar 2010 — ecoblue AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA

(Kawża C-23/09 P) (1)

(“Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark preċedenti BLUE - Sinjal verbali “Ecoblue” - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali”)

2010/C 134/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ecoblue AG (rappreżentant: C. Osterrieth, Rechtsanwalt)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Novembru 2008, ecoblue AG vs UASI (T-281/07) — li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “Ecoblue”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 38, kontra d-deċiżjoni R 844/2006-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-25 ta’ April 2007, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “BLUE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38, kif ukoll trade marks verbali Komunitarji oħra li fihom il-kelma “BLUE”

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

ecoblue AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 90, 18.04.2009.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Högsta domstolen — l-Isvezja) — Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening vs AB Fortum Värme samägt med Stockholms stad

(Kawża C-24/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3), tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 85/337/KE - Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Direttiva 96/61 - Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis - Parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ambjentali - Dritt ta’ appell mid-deċiżjonijiet dwar permess għal żvilupp għal proġetti li x’aktarx ikollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent)

2010/C 134/18

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening

Konvenuta: AB Fortum Värme samägt med Stockholms stad

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2), 6(4) u 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p.248), kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent, u li temenda, rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, id-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(14) u 15a, tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p.80), kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-assoċjazzjonijiet lokali mingħajr skop ta’ lukru li jipparteċipaw fil- proċedura preliminari ta’ permess ta’ attivitajiet li huma ta’ periklu għall ambjent, iżda li tissuġġetta d-dritt ta’ tali assoċjazzjonijiet li jappellaw deċiżjonijiet ta’ permess għall-kundizzjoni li jkollhom bħala għan statutorju l-protezzjoni tal-ambjent, li jkunu jeżerċitaw attività matul tal-inqas tliet snin u li jkollhom mhux inqas minn 2 000 membru.

Dispożittiv

(1)

Il-membri tal-pubbliku kkonċernat, fis-sens tal-Artikoli 1(2) u 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, kif ukoll fis-sens tal-Artikoli 2(14) u 15a tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, kif emendat bid-Direttiva 2003/35, liema dispożizzjonijiet ġew riprodotti fl-Artikoli 2(15) u 16 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw rikors kontra deċiżjoni li permezz tagħha, tribunal, li jappartjeni għall-organizzazzjoni ġudizzjarja ta’ Stat Membru, ikun iddeċieda dwar talba għal permess ta’ proġett, ikun liema jkun ir-rwol li seta’ kellhom fl-eżami ta’ din it-talba, billi jkunu ħadu sehem fil-proċedura quddiem dan it-tribunal u billi jkunu sostnew il-pożizzjoni tagħhom f’din l-okkażjoni.

(2)

L-Artikoli 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, u 15a tad-Direttiva 96/61, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, liema dispożizzjoni ġiet riprodotta fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/1, jipprekludu dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva d-dritt li jitressaq rikors kontra deċiżjoni li tirrigwarda operazzjoni li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, u 96/61, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, rispettivament, biss għal assoċjazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent li jkollhom mhux inqas minn 2 000 membru.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Jannar 2010 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-43/09 P) (1)

(Appell - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar tnaqqis tal-għanjuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond ta’ Koezjoni għall-proġett ta’ ajruport internazzjonali ġdid ta’ Ateni fi Spata - Rikors għal annullament - Prinċipji ta’ retroattività, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità - Appell pazjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2010/C 134/19

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: C. Meïdanis u M. Tassopoulou, aġenti)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u B. Conte, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Novembru 2008, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-404/05) li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E(2005) 3243, tal-1 ta’ Settembru 2005, dwar tnaqqis tal-għanjuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond ta’ Koezjoni għall-proġett Nru 95/09/65/040, dwar l-ajruport internazzjonali l-ġdid ta’ Ateni fi Spata.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 69, 21.03.2009.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Jannar 2010 — Georgios Karatzoglou vs Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, aventi kawża tal-AER

(Kawża C-68/09 P) (1)

(“Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Servizz pubbliku - Kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal perijodu mhux determinat - Xoljiment”)

2010/C 134/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Georgios Karatzoglou (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Appellata: Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, aventi kawża tal-AER (rappreżentanti: D. Martin u J. Currall, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li mill-1 ta’ Diċembru 2009 saret il-Qorti Ġenerali) (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2008, Karatzoglou vs Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) (T-471/04) — Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament — Ċaħda ta’ rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AER li xxolji l-kuntratt tal-appellant bħala membru tal-persunal temporanju — Obbligu ta’ motivazzjoni — Abbuż ta’ poter — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

G. Karatzoglou huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  GU C 82, 04.04.2009


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 2010 — Iride SpA, Iride Energia SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-150/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikkjarata kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li għajnuna preċedenti ddikkjarata illegali tiġi rrimborsata - Kompatibbiltà mal-Artikolu 87(1) KE - Żbalji ta’ liġi - Żnaturament tal-argument tar-rikorrenti - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2010/C 134/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Iride SpA, Iride Energia SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola u T. Ubaldi, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Frar 2009, Iride SpA u Iride Energia SpA (T-25/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/941/KE, tat-8 ta’ Novembru 2006, rigward l-għajnuna mill-Istat C 11/06 (ex N 127/05) li r-Repubblika Taljana għandha intenzjoni teżegwixxi favur AEM Torino (ĠU L 366, p. 62) taħt forma ta’ sussidji intiżi li jirrimborsaw l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati fis-settur tal-enerġija, sa fejn, minn naħa, tipprovdi li din hija għajnuna mill-Istat u sa fejn, min-naħa l-oħra, tissuġġetta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni għall-kundizzjoni li AEM Torino tirrimborsa l-għajnuna illegali preċedenti li ngħatat fil-kuntest ta’ skema favur impriżi magħrufa bħala “muniċipalizzati”.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Iride SpA u Iride Energia SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Município de Barcelos (il-Portugall) fit-23 ta’ Ottubru 2009 — Município de Barcelos vs L-Istat Portugiż

(Kawża C-408/09)

2010/C 134/22

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Município de Barcelos

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Município de Barcelos.

Konvenuta: L-Istat Portugiż

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Frar 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tiddikjara li b’mod manifest hija ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domanda mressqa mill-Município de Barcelos


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2009 — eDate Advertising GmbH vs X

(Kawża C-509/09)

2010/C 134/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: eDate Advertising GmbH

Konvenuta: X

Domandi preliminari

(1)

Il-frażi “il-post fejn l-effett tal-ħsara […] jista’ jitwettaq” li tinsab fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 44/2001”) għandha, fil-każ (eventwali) ta’ ksur tad-drittijiet tal-personalità minn kontenut f’sit Internet, tiġi interpretata fis-sens

li l-persuna kkonċernata tista’ tinvoka mandat ta’ inibizzjoni kontra l-operatur tas-sit Internet quddiem il-qrati tal-Istati Membri li fihom jista’ jiġi kkonsultat is-sit Internet, indipendentement mill-Istat Membru li fih huwa stabbilit l-operatur,

jew

il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru li fih l-operatur ta’ sit Internet ma huwiex stabbilit teħtieġ rabta partikolari (rabta mal-Istat inkwistjoni) bejn il-kontenut ikkontestat jew is-sit Internet u l-qorti domestika, li tmur lilhinn mill-possibbiltà teknika ta’ konsultazzjoni?

(2)

Jekk tali rabta hija meħtieġa:

 

Liema huma l-kriterji li jiddeterminaw tali rabta?

 

Huwa rilevanti li, skont l-intenzjoni tal-operatur, is-sit Internet ikkontestat ikun indirizzat speċifikament (ukoll) għall-utenti tal-Internet tal-Istat domestiku jew huwa biżżejjed li l-informazzjoni li tista’ tiġi kkonsultata fuq is-sit Internet tkun oġġettivament marbuta mal-Istat domestiku fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi inkwistjoni, b’mod partikolari minħabba l-kontenut tas-sit Internet ikkontestat, kunflitt tal-interessi diverġenti — l-interess tal-applikant fl-osservanza tad-drittijiet tal-personalità tiegħu u l-interess tal-operatur fit-tfassil tas-sit Internet tiegħu u fl-għoti ta’ informazzjoni — seta’ effettivament twettaq jew jista’ jitwettaq fl-Istat domestiku?

 

Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta partikolari, in-numru ta’ konsultazzjonijiet tas-sit Internet ikkontestat li jsiru mill-Istat domestiku huwa ta’ natura deċiżiva?

(3)

Jekk ebda rabta partikolari ma hija neċessarja għall-ammissjoni ta’ ġurisdizzjoni jew jekk huwa biżżejjed, sabiex tiġi stabbilita tali rabta, li l-informazzjoni kkontestata hija oġġettivament marbuta mal-Istat domestiku fis-sens li seta’ twettaq jew jista’ jitwettaq kunflitt ta’ interessi diverġenti fl-Istat domestiku, skont iċ-ċirkustanzi inkwistjoni, minħabba b’mod partikolari l-kontenut tas-sit Internet ikkontestat, u li l-eżistenza ta’ rabta partikolari ma timplikax il-konstatazzjoni ta’ numru minimu ta’ konsultazzjonijiet tas-sit Internet ikkontestat mill-Istat domestiku:

 

L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (2) għandu jiġi interpretat fis-sens

 

li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jingħataw in-natura ta’ regoli ta’ kunflitt ta’ liġi fis-sens li fid-dritt ċivili jeħtieġu wkoll l-applikazzjoni esklużiva tad-dritt applikabbli fil-pajjiż tal-oriġini, bl-esklużjoni ta’ regoli nazzjonali ta’ kunflitt ta’ liġi,

jew

 

dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu korrettiv fuq livell sostantiv li permezz tiegħu r-riżultat dwar il-mertu tal-liġi ddikjarata applikabbli skont ir-regoli nazzjonali ta’ kunflitt ta’ liġi jinbidel u jiġi aġġustat skont ir-rekwiżiti tal-pajjiż tal-oriġini?

Fil-każ li l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku jkun ta’ natura ta’ regola ta’ kunflitt ta’ liġi:

Id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq sempliċement jeħtieġu l-applikazzjoni esklużiva tad-dritt materjali fis-seħħ fil-pajjiż tal-oriġini jew ukoll l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kunflitt ta’ liġi applikabbli f’tali pajjiż, bil-konsegwenza li referenza fid-dritt tal-pajjiż tal-oriġini għad-dritt tal-pajjiż ta’ destinazzjoni tibqa’ possibbli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4 p. 42

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25 p. 399


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja) fit-13 ta’ Jannar 2010 — Vino Cosimo Damiano vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-20/10)

2010/C 134/24

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Trani.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vino Cosimo Damiano.

Konvenuta: Poste Italiane SpA.

Domandi preliminari

(1)

Il-Klawżola 8(3) tal-ftehim qafas li hemm fid-Direttiva 1999/70/KE (1) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik li tinsab fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv 368/2001) li, fit-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, introduċiet fl-ordni ġuridika nazzjonali każ ta’ kuntratt għal żmien fiss li ma jispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien fiss tal-impjegati ta’ SpA Poste Italiane (sistema introdotta fl-Italja bl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet leġiżlattiv 368/2001)?

(2)

Sabiex jiġi ġġustifikat reformatio in pejus tal-leġiżlazzjoni preċedenti dwar kuntratt għal żmien fiss u sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni tal-projbizzjoni prevista fil-Klawżola 8(3) tal-ftehim qafas stabbilit mid-Direttiva 1999/70/KE, huwa suffiċjenti li l-leġiżlatur nazzjonali jsegwi għan, ikun x’ikun, għajr dak li tiġi implementata d-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, jew huwa neċessarju li dan l-għan ikun mhux biss xieraq ta’ protezzjoni tal-inqas ekwa għal dak ippenalizzat, iżda għandu jkun ukoll “iddikjarat” espressament?

(3)

Il-Klawżola 3 tal-ftehim qafas li jinsab fid-Direttiva 1999/70/KE tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik li tinsab fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv 368/2001) li, fit-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, introduċiet fis-sistema legali Taljana każ ta’ kuntratt għal żmien mhux determinat li ma jispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien fiss tal-impjegati ta’ SpA Poste Italiane?

(4)

Il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza stabbilit fid-dritt Komunitarju jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik li tinsab fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv 368/2001) li, fit-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP introduċiet fis-sistema legali Taljana każ ta’ kuntratt għal żmien mhux determinat li ma jispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien fiss tal-impjegati ta’ SpA Poste Italiane, li jqiegħed l-impjegati ta’ SpA Poste Italiane fi żvantaġġ, kif ukoll, mhux biss fil-konfront ta’ din il-kumpannija, iżda wkoll impriżi oħra tal-istess settur jew ta’ settur ieħor?

(5)

L-Artikoli 82(1) u 86(1) u (2) KE, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik li tinsab fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv 368/2001) li, fit-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, introduċiet każ ta’ kuntratt għal żmien mhux determinat li ma jispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien fiss għall-benefiċċju ta’ SpA Poste Italiane biss (impriża b’kapital kollu kemm hu pubbliku), u li jippermetti b’hekk l-istabbiliment u l-iskruttament ta’ pożizzjoni dominanti?

(6)

Jekk id-domandi preċedenti jingħataw risposta affermattiva, il-qorti nazzjonali hija marbuta twarrab (jew ma tapplikax) il-leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għad-dritt Komunitarju?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd ta’ Prešov (lr-Repubblika Slovakka) fid-9 ta’ Frar 2010 — POHOTOVOSŤ sro vs Iveta Korčkovská

(Kawża C-76/10)

2010/C 134/25

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd ta’ Prešov (Slovakkja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: POHOTOVOSŤ sro

Konvenuta: Iveta Korčkovská

Domandi preliminari

(1)   L-ewwel domanda preliminari

(a)

L-informazzjoni f’punti perċentwali tal-ispiża totali mħallsa mill-konsumatur (ir-rata perċentwali annwali — RPA) għandha titqies li hija daqshekk determinanti li, jekk hija mhijiex stipulata fil-kuntratt, l-ispiża ta’ kreditu tal-konsumatur titqies li ġiet indikata b’mod mhux trasparenti u mhux biżżejjed ċara?

(b)

Is-sistema ta’ protezzjoni tal-konsumatur, kif stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, tippermetti li klawżola f’kuntratt ta’ kreditu għall-konsum marbuta mal-ispiża titqies bħala abbużiva peress li din ma tkunx biżżejjed trasparenti u li ma tinftiehemx sew, fil-każ fejn il-kuntratt ma jindikax il-punti perċentwali tal-ispiża globali tal-kreditu għall-konsum u fejn il-prezz ikun ipprovdut biss f’somma ta’ flus ikkostitwita mid-diversi spejjeż stipulati, minn naħa, fil-kuntratt, u, min-naħa l-oħra, fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ?

(2)   It-tieni domanda preliminari

(a)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandha tiġi interpretata fis-sens li qorti nazzjonali li quddiemha tressaq rikors għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija b’arbitraġġ li tkunres judicata u fejn il-konsumatur ikun kontumaċi, għandha, hekk kif ikollha f’dan ir-rigward l-elementi dwar is-sitwazzjoni legali u fattwali meħtieġa, tevalwa — anki ex officio — in-natura sproporzjonata tal-penali stabbilita f’kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn persuna li tipprovdi l-kreditu u konsumatur, peress li, skont ir-regoli tal-proċedura nazzjonali, hija tista’ wkoll tipproċedi b’evalwazzjoni ta’ dan it-tip fil-kuntest ta’ proċeduri simili abbażi tad-dritt nazzjonali?

(b)

Fil-każ ta’ klawżola penali sproporzjonata li tissanzjona n-nuqqas ta’ osservanza tal-impenji adottati mill-konsumatur, l-imsemmija qorti għandha tislet il-konsegwenzi kollha skont id-dritt nazzjonali sabiex tiżgura li l-imsemmija klawżola ma tkunx vinkolanti fuq il-konsumatur inkwistjoni?

(ċ)

Tista’ klawżola li tistabbilixxi penali ta’ 0,25 % mill-ammont tal-kreditu għal kull jum ta’ dewmien, jiġifieri 91,25 % fis-sena, titqies bħala abbużiva minħabba n-natura sproporzjonata tagħha?

(3)   It-tielet domanda preliminari

Is-sistema ta’ protezzjoni tal-konsumatur li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni (Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE) għall-kuntratti ta’ kreditu għall-konsum, tippermetti lill-qorti, fil-każ fejn id-dispożizzjonijiet ta’ ħarsien fil-qasam tal-kreditu għall-konsum ikunu ġew injorati permezz ta’ kuntratt u fejn talba għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni adottata bis-saħħa ta’ sentenza mogħtija b’arbitraġġ tkun diġà tressqet, li twaqqaf l-eżekuzzjoni jew li tawtorizzaha bi spejjeż tal-kreditur, biss sal-ammont li jkun baqa’ dovut abbażi tal-kreditu kkonsentit, sa fejn ir-regoli tad-dritt nazzjonali jippermettulha tipproċedi għal tali evalwazzjoni tas-sentenza mogħtija b’arbitraġġ u sa fejn ikollha l-elementi meħtieġa li jirrigwardaw is-sitwazzjoni legali u fattwali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo fit-12 ta’ Frar 2010 — Telefónica Móviles España S.A. vs Administración del Estado (Secretaría de Estado de Telecomunicaciones)

(Kawża C-85/10)

2010/C 134/26

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telefónica Móviles España S.A.

Konvenut: Administración del Estado (Secretaría de Estado de Telecomunicaciones)

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 97/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ April 1997, dwar kwadru komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u l-liċenzi individwali fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet (1) […] u, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi skarsi u li jiġu promossi servizzi innovattivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissepara miżata miġbura fuq dan it-tip ta’ riżorsa (it-taxxa fuq ir-riżervazzjoni tal-frekwenzi pubbliċi tar-radju) mill-għan speċifiku li għalih hija kienet preċedentement allokata (il-finanzjament tar-riċerka u tat-taħriġ fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet kif ukoll it-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku), mingħajr ma tallokaha għal għan ieħor?

(2)

L-imsemmi Artikolu 11(2) u, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi skarsi u li jiġu promossi servizzi innovattivi, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ebda ġustifikazzjoni apparenti u b’mod kunsiderevoli, iżżid l-ammont tat-taxxa fir-rigward ta’ sistema numerika DCS-1800, mingħajr ma żżidha wkoll fir-rigward tas-sistemi analoġiċi tal-ewwel ġenerazzjoni bħalma hija s-sistema TACS?


(1)  ĠU L 117, p. 15.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Frar 2010 — Finanzamt Essen-NordOst vs GFKL Financial Services AG

(Kawża C-93/10)

2010/C 134/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Essen-NordOst

Konvenuta: GFKL Financial Services AG

Domandi preliminari

(1)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (77/388/KEE) (1):

Fil-każ ta’ bejgħ (xiri) ta’ dejn dubjuż li jwassal sabiex tittieħed responsabbiltà għall-irkupru u għar-riskju ta’ falliment mix-xerrej, dan tal-aħħar għandu jiġi kkunsidrat bħala li qed jagħmel provvista bi ħlas u li qed iwettaq attività ekonomika anki meta l-prezz tax-xiri huwa bbażat

mhux fuq il-bażi tal-valur nominali tad-dejn, wara tnaqqis ta’ somma ffissata bi ftehim sabiex tkopri t-teħid ta’ responsabbiltà għall-irkupru u għar-riskju ta’ falliment, iżda

fuq il-bażi tar-riskju ta’ falliment stmat għal kull dejn u meta l-irkupru għandu biss importanza subordinata meta mqabbel mat-tnaqqis magħmul taħt ir-riskju ta' falliment?

(2)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 13B(d)(2) u (3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (77/388/KEE), fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

(a)

It-teħid ta’ responsabbiltà għar-riskju ta’ falliment mix-xerrej fil-każ ta’ akkwist ta’ dejn dubjuż bi prezz ferm inqas mill-valur nominali tiegħu huwa eżenti billi jikkostitwixxi sigurtà jew garanzija oħra?

(b)

Jekk it-teħid ta’ responsabbiltà għar-riskju huwa eżenti: L-irkupru tad-dejn huwa eżenti bħala parti minn servizz wieħed jew bħala provvista anċillari jew huwa intaxxat bħala provvista separata?

(3)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (77/388/KEE), fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u jekk ma hemmx provvista eżentata: Il-kunsiderazzjoni għal servizz taxxabbli għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-ispejjeż ta’ rkupru li fil-fatt intefqu jew fuq il-bażi tal-istima li ġiet magħmula mill-partijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Volum 1, p. 23


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission (l-Awstrija) fit-23 ta’ Frar 2010 — Gentcho Pavlov u Gregor Famira vs Ausschuss der Rechtsanwaltskammer Wien

(Kawża C-101/10)

2010/C 134/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gentcho Pavlov, Gregor Famira

Konvenut: Ausschuss der Rechtsanwaltskammer Wien

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 38(1) tal-Ftehim ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra (1) kellu jiġi applikat direttament, għall-perijodu bejn it-2 ta’ Jannar 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2006, fil-kuntest tal-proċedura għall-iskrizzjoni ta’ ċittadin Bulgaru fil-lista tal-avukati stagiaires?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

(2)

L-Artikolu 38(1) Ftehim ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, jipprekludi, minn naħa, l-applikazzjoni tal-Artikolu 30(1) u (5) tal-Österreichische Rechtsanwaltsordnung (Liġi Awstrijaka dwar l-avukati) li teżiġi, fost l-oħrajn, bħala kundizzjoni għall-iskrizzjoni, il-prova taċ-ċittadinanza Awstrijaka jew ta’ ċittadinanza li titqies ekwivalenti, fir-rigward tat-talba għall-iskrizzjoni fil-lista tal-avukati stagiaires Awstrijaċi u għall-kisba ta’ ċertifikat li jawtorizza r-rappreżentanza legali fis-sens tal-Artikolu 15(3) tal-Liġi Awstrijaka dwar l-avukati, imressqa fit-2 ta’ Jannar 2004, minn ċittadin Bulgaru impjegat ma’ avukat Awstrijak, u, min-naħa l-oħra, iċ-ċaħda ta’ din it-talba bbażata biss fuq iċ-ċittadinanza, minkejja l-osservanza tal-kundizzjonijiet l-oħra u minkejja l-fatt li l-applikant ġie awtorizzat jistabbilixxi ruħu u għandu permess ta’ xogħol?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 59, p. 201


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland fl-24 ta’ Frar 2010 — Patrick Kelly vs National University of Ireland

(Kawża C-104/10)

2010/C 134/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Patrick Kelly

Konvenuta: National University of Ireland

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/80/KE (1) jagħti d-dritt lil kandidat jew kandidata għal taħriġ professjonali, li jemmen jew li temmen li huwa jew hija ġew imċaħħda l-aċċess għal taħriġ professjonali peress li l-prinċipju ta’ trattament ugwali ma ġiex applikat għalih jew għaliha, għal informazzjoni dwar il-kwalifiki rispettivi tal-kandidati l-oħra li ma ġewx imċaħħda l-aċċess għal taħriġ professjonali sabiex il-kandidat ikun jista’ jistabilixxi, “quddiem qorti jew awtorità kompetenti, fatti li minnhom jista’ jiġi presunt li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta”?

(2)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE (2) jagħti d-dritt lil kandidat jew kandidata għal taħriġ professjonali li jemmen jew li temmen li huwa jew hija ġew imċaħħda l-aċċess għal taħriġ professjonali “fuq il-bażi ta’ l-istess kriterji” u li saret diskriminazzjoni kontrih “minħabba s-sess” f’termini ta’ aċċess għal taħriġ professjonali għal informazzjoni li kellu l-offerent tal-kors dwar kwalifiki rispettivi tal-kandidati l-oħra għall-kors inkwistjoni u b’mod partikolari l-kandidati li ma ġewx imċaħħda l-aċċess għat-taħriġ professjonali?

(3)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/73/KE (3) jipprojbixxi “diskriminazzjoni diretta jew indiretta fuq il-bażi ta’ sess” fir-rigward ta’ “aċċess” għal taħriġ professjonali jagħti dritt lil kandidat għal taħriġ professjonali li jsostni li saret diskriminazzjoni kontrih “fuq il-bażi ta’ sess” f’termini ta’ aċċess għal taħriġ professjonali għal informazzjoni li kellu l-offerent tal-kors dwar kwalifiki rispettivi tal-kandidati l-oħra għall-kors inkwistjoni u b’mod partikolari l-kandidati li ma ġewx imċaħħda l-aċċess għat-taħriġ professjonali?

(4)

In-natura tal-obbligu taħt l-Artikolu 267(3) TFUE huwa differenti fi Stat Membru b’sistema legali kontradittorja (u mhux inkwiżittiva) u, jekk iva, kif?

(5)

Id-dritt għal taħriġ professjonali taħt id-direttivi msemmija iktar ’il fuq jista’ jiġi affettwat minn liġijiet nazzjonali jew Ewropej dwar il-kunfidenzjalità?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 97/80/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar il-piż tal-prova f’każijiet ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq is-sess (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 264).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187).

(3)  Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 255).


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administradiven Sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Frar 2010 — Enel Maritsa Iztok 3 AD vs Direktor na Direktsiya “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite

(Kawża C-107/10)

2010/C 134/30

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administradiven Sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enel Maritsa Iztok 3 AD

Konvenut: Direktor na Direktsiya “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite

Domandi preliminari

L-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li fiċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jippermettu:

(1)

li, minħabba emenda leġiżlattiva introdotta bħala parti mill-ġlieda kontra l-frodi fiskali, it-terminu għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud jiġi estiż sad-data tal-adozzjoni ta’ avviż rettifikattiv, peress li tkun ġiet introdotta proċedura ta’ kontroll fiskali fir-rigward tal-persuna taxxabbli fi żmien 45 jum mid-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali, mingħajr ma jkunu dovuti interessi matul dan il-perjodu fuq is-somma li għandha tiġi rimborsata, filwaqt li jkunu sodisfatti fl-istess waqt il-kundizzjonijiet segwenti:

(a)

qabel l-emenda inkwistjoni, it-terminu ta’ 45 jum previst mil-liġi għar-rimbors tat-taxxa jkun skada u l-interessi dovuti fuq is-somma jkunu bdew jiddekorru, indipendentement mill-fatt li ġiet introdotta l-proċedura għall-kontroll fiskali;

(b)

il-kontroll fiskali jikkonferma l-eżattezza tat-taxxa li għandha tiġi rimborsata kif speċifikata fid-dikjarazzjoni;

(c)

l-unika possibbiltà legali għall-persuna taxxabbli li tqassar it-terminu inkwistjoni hija billi tipprovdi sigurtà permezz ta’ likwidità, ta’ bonds tal-gvern, jew ta’ garanzija bankarja irrevokabbli u pagabbli fuq l-ewwel talba, għal perijodu determinat, ta’ ammont ekwiparabbli għas-somma li għandha tiġi rimborsata.

(2)

li l-liġi tipprovdi terminu għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ 45 jum mid-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali dwar l-imsemmija taxxa, kif ukoll il-possibbiltà li jiġi sospiż dan it-terminu, u sussegwentement li jiġi estiż billi tiġi introdotta proċedura ta’ kontroll fiskali matul it-terminu inkwistjoni, meta l-perijodu ta’ kalkolu ta’ din it-taxxa huwa ta’ xahar?

(3)

li r-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud isir permezz ta’ avviż rettifikattiv, billi ssir tpaċija tas-somma li għandha tiġi rimborsata mad-djun relatati mal-imsemmija taxxa kif ukoll ma’ taxxi oħra kkonstatati fl-istess avviż rettifikattiv u ma’ kreditu tal-Istat relatat ma’ perijodi ta’ impożizzjoni differenti, kif ukoll mal-interessi dovuti fuq dawn is-somom, ikkalkolati b’effett mid-data tal-adozzjoni tal-avviż rettifikattiv, filwaqt li l-kontroll jikkonferma l-eżattezza tat-taxxa li għandha tiġi rimborsata kif speċifikata fid-dikjarazzjoni u filwaqt li jkunu sodisfatti fl-istess waqt il-kundizzjonijiet segwenti:

(a)

matul il-proċedura ta’ kontroll fiskali, ma ġietx aċċettata s-sigurtà provviżorja fir-rigward tal-kreditu futur tal-Istat li jista’ jiġi stabbilit matul il-proċedura sal-preżentata tad-dikjarazzjoni tat-taxxa,

(b)

it-tpaċija tal-kreditu tal-Istat mhijiex prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali bħala mezz ta’ eżekuzzjoni obbligatorja jew bħala miżura kawtelatorja,

(c)

il-perijodi ta’ rikors jew ta’ ħlas, fuq bażi volontarja, tas-somom prinċipali u tal-interessi paċuti ma skadewx, peress li ġew evalwati permezz tal-istess avviż rettifikattiv, u li parti minnhom kienet diġà ġiet ikkontestata quddiem il-qorti.

(4)

li, filwaqt li l-kontroll ikkonferma l-eżattezza tat-taxxa li għandha tiġi rimborsata kif speċifikata fid-dikjarazzjoni fiskali, l-Istat iwettaq tpaċija mad-diversi djun fiskali kkonstatati fl-avviż rettifikattiv dwar il-perijodi preċedenti fid-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali inkwistjoni, kif ukoll mal-interessi fuq dawn id-djun, fid-data tal-adozzjoni tal-imsemmi avviż rettifikattiv milli fid-data tal-imsemmija dikjarazzjoni, filwaqt li l-Istat ma għandux iħallas interessi matul it-terminu legali għar-rimbors tas-somom dovuti u japplika l-interessi fuq it-taxxi paċuti bejn id-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali u d-data tal-adozzjoni tal-avviż rettifikattiv?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 23

(2)  ĠU L 347, p. 1


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Venezia (l-Italja) fis-26 ta’ Frar 2010 — Ivana Scattolon vs Ministero dell’Università e della Ricerca

(Kawża C-108/10)

2010/C 134/31

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Venezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ivana Scattolon

Konvenut: Ministero dell’Università e della Ricerca

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE (1), tal-14 ta’ Frar 1977, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji u/jew id-Direttiva 2001/23/KE (2), tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji jew kull leġiżlazzjoni Komunitarja oħra applikabbli għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jistgħu jiġu applikati għal każ ta’ trasferiment ta’ persunal responsabbli minn servizzi awżiljarji ta’ tindif u manutenzjoni tal-iskejjel tal-istat minn entitajiet pubbliċi lokali (komuni u provinċi) għall-impjieg mal-istat, fejn it-trasferiment wassal għall-assunzjoni mhux biss tal-attivitajiet inkwistjoni u ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol mal-persunal (purtinara) kollu impjegat, iżda anki għall-kuntratti ta’ appalt li saru ma’ impriżi privati sabiex jiġu ggarantiti dawn is-servizzi?

(2)

Il-kontinwità tar-relazzjoni ta’ xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 77/187/KEE ċċitata iktar ’il fuq (inkorporata, fid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE (3), tad-29 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva 77/187/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, fid-Direttiva 2001/23/KE ċċitata iktar ’il fuq) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kwantifikazzjoni tal-ħlasijiet mill-entità ġdida li tħaddem marbuta mal-anzjanità fis-servizz għandha tikkunsidra s-snin kollha li l-persunal ittrasferit ħadem, inkluż fihom dawk maħduma fis-servizz ta’ minn qed jittrasferixxi?

(3)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/187/KEE ċċitata iktar ’il fuq u/jew id-Direttivi tal-Kunsill 98/50/KE u 2001/23/KE ċċitati iktar ’il fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-drittijiet tal-impjegati ttrasferiti għand l-entità ġdida li tħaddem jinkludu wkoll il-vantaġġi kweżiti mill-impjegat meta kien jaħdem għand minn qed jittrasferixxi, bħal dawk tal-anzjanità, jekk id-drittijiet ta’ natura ekonomika huma marbuta magħha skont il-ftehim kollettiv fis-seħħ fi ħdan l-entità ġdida li tħaddem?

(4)

Il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju fis-seħħ li jirrigwardaw iċ-ċertezza legali, il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, l-ekwità proċedurali, il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, id-dritt għal qorti indipendenti, u b’mod iktar ġenerali is-smigħ xieraq, iggarantiti mill-Artikolu 6(2) tat-Trattat UE (kif emendat bl-Artikolu 1(8) tat-Trattat ta’ Lisbona u li għalih jirreferi l-Artikolu 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea) — moqri flimkien mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 u mal-Artikoli 46, 47 u 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nice fis-7 ta’ Diċembru 2000, kif inkluża fit-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu l-addozzjoni mill-Istat Taljan, wara perijodu kunsiderevoli (ħames snin) ta’ dispożizzjoni li għandha interpretazzjoni awtentika differenti tal-kliem li għandu jiġi interpretat u tmur kontra l-interpretazzjoni stabbilita tal-istituzzjoni responsabbli mill-funzjoni tal-garanzija ta’ interpretazzjoni uniformi tal-liġi, dispożizzjoni li barra minn hekk hija rilevanti sabiex jiġu deċiżi kwistjonijiet li fihom huwa involut l-Istat Taljan stess?


(1)  ĠU L 61, p. 26

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98

(3)  ĠU L 201, p. 88


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Marzu 2010 — Zuckerfabrik Jülich AG vs Hauptzollamt Aachen

(Kawża C-113/10)

2010/C 134/32

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zuckerfabrik Jülich AG

Konvenut: Hauptzollamt Aachen

Domanda preliminari

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (1) huwa validu?


(1)  ĠU L 321, p. 1.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-3 ta’ Marzu 2010 — Belpolis Benelux SA vs Belgische Staat

(Kawża C-114/10)

2010/C 134/33

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belpolis Benelux SA

Konvenut: Belgische Staat

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE, jipprekludi regoli bħal dawk li jinsabu fl-Artikoli 1 u 1a tad-Digriet Irjali Belġjan Nru 20 tal-20 ta’ Lulju 1970, li jistabbilixxu li r-rata mnaqqsa tal-VAT (6 %) għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tista’ tiġi applikata biss meta l-fornitur tas-servizz ikun irreġistrat fil-Belġju bħala kuntrattur skont l-Artikoli 400 u 401 tal-Wetboek van Inkomstenbelastingen (Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul Belġjan) 1992?

(2)

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 1 u 1a tad-Digriet Irjali Nru 20 tal-20 ta’ Lulju 1970 jiksru l-pinċipju ta’ newtralità fiskali u/jew il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ trattament ugwali peress li jippermettu li r-rata mnaqqsa tal-VAT (6 %) għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tapplika biss jekk il-fornitur tas-servizz ikun irreġistrat fil-Belġju bħala kuntrattur skont l-Artikoli 400 u 401 tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul 1992?


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Marzu 2010 — Bábolna Mezőgazdasági Termelő, Fejlesztő és Kereskedelmi Zrt., fi stralċ vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

(Kawża C-115/10)

2010/C 134/34

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság (l-Ungerija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bábolna Mezőgazdasági Termelő, Fejlesztő és Kereskedelmi Zrt. fi stralċ

Konvenut: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

Domandi preliminari

(1)

Jista’ wieħed jiddistingwi bejn il-kundizzjonijiet li għalihom huma suġġetti, minn naħa, l-għajnuna Komunitarja (tal-FAEGG) li taqa’ taħt il-politika agrikola komuni u, min-naħa l-oħra, l-għajnuna nazzjonali komplementari, jew — fi kliem ieħor — il-kundizzjonijiet ta’ għajnuna nazzjonali komplementari jistgħu jiġu previsti minn regoli oħra, iktar stretti minn dawk li jirregolaw l-għajnuna ffinanzjata mill-FAEGG?

(2)

Il-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit, għal dak li jikkonċerna l-benefiċjarji tal-għajnuna, mill-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta' Novembru 1992 li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità (1), u mill-Artikolu 10(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika agrikola komuni (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għajnuna hija, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-benefiċjarji tagħha, suġġetta għal żewġ kundizzjonijiet biss: jiġifieri li għandha tingħata a) lil grupp ta’ produtturi agrikoli (jew produttur agrikolu individwali) b) li l-ażjenda tiegħu tkun fit-territorju tal-Komunità?

(3)

Ir-regolamenti ċċitati iktar ’il fuq jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-produttur agrikolu li l-ażjenda tiegħu tkun fit-territorju tal-Komunità, iżda li jrid iwaqqaf l-attività tiegħu fil-futur (wara li juża s-sussidju), ma għandux id-dritt li jibbenefika minn għajnuna?

(4)

Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ status ġuridiku mogħti skont id-dritt nazzjonali, fis-sens taż-żewġ regolamenti ċċitati iktar ’il fuq?

(5)

L-istatus ġuridiku mogħti skont id-dritt nazzjonali jinkludi wkoll l-istatus ġuridiku marbut mal-mod tax-xoljiment eventwali tal-attività tal-produttur agrikolu (jew tal-grupp ta’ produtturi)? Fil-fatt, id-dritt Ungeriż jipprevedi status ġuridiċi distinti għal diversi sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal xoljiment (proċeduri ta’ sospensjoni ta’ pagamenti, ta’ falliment u ta’ stralċ volontarju).

(6)

Jistgħu jiġu previsti b’mod distint, u b’mod kompletament indipendenti minn xulxin, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjonijiet, minn naħa, tal-pagament uniku ibbażat fuq iż-żona (skema Komunitarja) u, min-naħa l-oħra, tal-għajnuna nazzjonali komplementari? Liema huma r-relazzjonijiet li jeżistu (jew li jistgħu jeżistu) bejn il-prinċipji, l-iskema u l-għanijiet taż-żewġ tipi ta’ sussidji?

(7)

Jista’ grupp (jew produttur individwali) li jissodisfa, barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tal-iskema Komunitarja ta’ pagament uniku bbażat fuq iż-żona jiġi eskluż mill-benefiċju tal-għajnuna nazzjonali komplementari?

(8)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament 1259/1999 jestendi wkoll, skont l-Artikolu 1(4) tiegħu, għall-għajnuna nazzjonali komplementari, fid-dawl tal-fatt li meta l-FAEGG tiffinanzja parzjalment biss, l-għajnuna nazzjonali komplementari tiffinanzja kif xieraq?

(9)

Produttur agrikolu li l-ażjenda tiegħu, li qed topera effettivament u legalment, tkun fit-territorju tal-Komunità, għandu dritt għal għajnuna nazzjonali komplementari?

(10)

Jekk id-dritt nazzjonali jirregola l-proċess ta’ xoljiment tal-kumpanniji kummerċjali permezz ta’ leġiżlazzjoni distinta, din għandha rilevanza għall-għajnuna Komunitarja (u l-għajnuna nazzjonali relatata magħha)?

(11)

Ir-regoli Komunitarji u nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tal-politika agrikola komuni jistgħu jiġu interpretati fis-sens li dawn għandhom joħolqu sistema ġuridika kumplessa li tista’ tiġi interpretata b’mod uniformi u li taħdem skont prinċipji u taħt kundizzjonijiet identiċi?

(12)

Il-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit mill-Artikolu 1(4) tar-Regolament Nru 3508/92 u mill-Artikolu 10(a) tar-Regolament Nru 1259/1999 jista’ jiġi interpretat fis-sens li, mill-aspett tas-sussidju, l-intenzjoni tal-produttur agrikolu li jwaqqaf l-attivitajiet tiegħu fil-futur, jew ukoll l-istatus ġuridiku li joħroġ minnha, hija kompletament irrilevanti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 223

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 424


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Marzu 2010 — Frisdranken Industrie Winters BV vs Red Bull GmbH

(Kawża C-119/10)

2010/C 134/35

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Frisdranken Industrie Winters BV

Konvenuta: Red Bull GmbH

Domandi preliminari

(1)

(a)

Għandu s-sempliċi “mili” ta’ pakketti li għandhom sinjal (kif imsemmi fil-paragrafu 3.1 (iv) iktar ’il fuq) jitqies bħala użu fl-eżerċizzju tal-kummerċ fis-sens tad-Direttiva dwar it-trade marks, anki meta dan il-mili jsir bħala provvista ta’ servizz għal terzi u fuq talba tat-terzi, sabiex jiddistingwi l-prodotti tal-persuna li ħarġet din l-ordni?

(b)

Għandha d-domanda 1(a) tingħata risposta differenti fil-każ tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) jew (b)?

(2)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1(a) hija fl-affermattiv, l-użu tas-sinjal jista’ jiġi pprojbit ukoll fil-Benelux skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar it-trade marks, fil-każ li l-prodotti li għandhom sinjal huma intiżi esklużivament għall-esportazzjoni barra (a) it-territorju tal-Benelux jew (b) l-Unjoni Ewropea u li ma jistgħux jiġu apprezzati mill-pubbliku, ħlief fl-impriża fejn isir il-mili?

(3)

Jekk ir-risposta għad-domanda 2 (a jew b) hija fl-affermattiv, skont liema kriterju għandha tiġi evalwata l-eżistenza tal-ksur: skont il-kriterju bbażat fuq il-perspettiva tal-konsumatur (medju, normalment informat u raġonevolment attent u diliġenti) rispettivament fil-Benelux u fl-Unjoni Ewropea, li, fil-fatti mogħtija, tista’ tiġi stabbilita biss b’mod teoretiku jew astratt, jew, f’dan ir-rigward, għandu jkun hemm kriterju ieħor, pereżempju l-perspettiva tal-konsumatur fil-pajjiż ta’ fejn il-prodotti huma esportati?


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/24


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-121/10)

2010/C 134/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Flynn, A. Stobiecka-Kuik, K. Walkerová, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1017/UE, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Ungerija għax-xiri ta’ art agrikola bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013 (1)

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Meta adotta d-deċiżjoni inkwistjoni, il-Kunsill ħassar l-iskop tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li rriżultat mill-approvazzjoni inkundizzjonata mir-Repubblika tal-Ungerija tal-proposta ta’ miżuri utli prevista fil-punt 196 tal-linji gwida (2) li jobbligaw lil din tal-aħħar sabiex tħassar qabel il-31 ta’ Diċembru 2009 l-għajnuna mogħtija għall-akkwist ta’ art agrikola. Taħt il-pretest ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kunsill fil-fatt ippermetta lir-Repubblika tal-Ungerija żżomm fis-seħħ din l-għajnuna matul il-perijodu kopert mil-linji gwida li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013. Iċ-ċirkustanzi evokati mill-Kunsill sabiex jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu ma jidhrux prima facie ta’ natura eċċezzjonali daqstant li jiġġustifika d-deċiżjoni meħuda, u ma jippermettux li ssir deroga mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq dan il-punt.

Il-Kummissjoni tqajjem erba’ motivi insostenn tar-rikors tagħha:

(a)

L-ewwel nett, hija tikkunsidra li l-Kunsill ma kienx kompetenti sabiex jaġixxi skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE, sa fejn l-għajnuna li huwa awtorizza kienet għajnuna eżistenti li r-Repubblika tal-Ungerija kienet intrabtet li tħassar qabel it-tmiem tal-2009 billi aċċettat il-miżuri utli li pproponiet il-Kummissjoni.

(b)

It-tieni nett, il-Kunsill wettaq abbuż ta’ poter, billi pprova jinnewtralizza l-idea li l-għajnuna li l-Ungerija setgħat iżomm fis-seħħ sat-tmiem tal-2009, iżda mhux wara din id-data setgħat tinżamm fis-seħħ sal-2013.

(c)

It-tielet nett, id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali li japplika għall-Istati Membri iżda wkoll bejn l-istituzzjonijiet. Bid-deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill ħeles lir-Repubblika tal-Ungerija mill-obbligu tagħha biex tikkoopera mal-Kummissjoni fil-mużuri utli aċċettati minn dan l-Istat Membru minflok l-għajnuna eżistenti għall-akkwist ta’ art agrikola fil-kuntest tal-kooperazzjoni stabbilita mill-Artikolu 108(1) TFUE.

(d)

Fl-aħħar motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn ikkunsidra li jeżistu ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-adozzjoni tal-miżura approvata.


(1)  ĠU L 348, p. 55.

(2)  Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu u forestali 2007-2013 (2006/C 319/01) ĠU 2006, C 319, p. 1.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-10 ta’ Marzu 2010 — FOGGIA-Sociedade Gestora de Participações Sociais SA vs Secretário de Estado dos Assuntos Fiscais

(Kawża C-126/10)

2010/C 134/37

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FOGGIA-Sociedade Gestora de Participações Sociais SA.

Konvenut: Secretário de Estado dos Assuntos Fiscais

Intervenjent: Ministério Público

Domandi preliminari

(1)

X’inhi t-tifsira u l-portata tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 90/434/KEE (1), tat-23 ta’ Lulju 1990, u b’mod partikolari x’jinkludu l-kunċetti “raġunijiet ekonomiċi validi” u “ristrutturazzjoni mill-ġdid jew ir-razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet” tal-kumpanniji li jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt id-Direttiva 90/434/KE?

(2)

L-interpretazzjoni, mogħtija mill-amministrazzjoni tat-taxxi, dwar in-nuqqas ta’ raġunijiet ekonomiċi serji li jiġġustifikaw it-talba ta’ trasferiment ta’ telf fiskali min-naħa tal-kumpannija li qed tinkorpora, li fir-rigward tagħha hija ma qisitx li l-interess ekonomiku tal-inkorporazzjoni kien evidenti, mill-perspettiva tal-kumpannija li qed tinkorpora, fid-dawl tal-fatt li l-kumpannija li kienet qed tiġi inkorporata ma żviluppat ebda attività bħala kumpannija li tamministra ishma f’kumpannija, u lanqas ma kellha ishma finanzjarji, iżda kienet tittrasferixxi telf għoli, minkejja li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-inkorporazzjoni setgħet tipproduċi effett pożittiv fir-rigward tal-istruttura tal-ispejjeż tal-grupp, hija kompatibbli ma’ din ir-regola Komunitarja?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142)


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-11 ta’ Marzu 2010 — Naftiliaki Etaireia Thasou AE vs Ypourgos Emporikis Naftilias

(Kawża C-128/10)

2010/C 134/38

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Naftiliaki Etaireia Thasou AE

Konvenuta: Ypourgos Emporikis Naftilias

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1, 2 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 10), interpretati skont il-prinċipju tal-libertà li jiġu provduti servizzi, jippermettu l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li bis-saħħa tagħhom is-sidien tal-bastimenti ma jistgħux jipprovdu servizzi ta’ kabotaġġ marittimu ħlief wara li jkunu kisbu awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel, meta: a) din is-sistema ta’ awtorizzazzjoni hija intiża sabiex tivverifika jekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni eżistenti f’port speċifiku, l-iskedi ddikjarati minn sid ta’ bastiment jistgħux jiġu operati f’kundizzjonijiet li jiggarantixxu s-sigurtà tal-vapur u l-osservanza tal-ordni fil-port u jekk il-vapur li jopera servizz regolari jistax jidħol f’port speċifiku mingħajr ostaklu fil-ħin li sid il-bastiment ikun iddikjara bħala l-aħjar ħin sabiex iwettaq servizz speċifiku, mingħajr, madankollu, ma jkun hemm definizzjoni minn qabel, permezz ta’ dispożizzjoni legali, tal-kriterji li abbażi tagħhom l-awtoritajiet jiddeċiedu dwar dawn il-kwistjonijiet, b’mod partikolari, fil-każ fejn diversi sidien tal-bastimenti jkunu jixtiequ jidħlu fl-istess port fl-istess ħin; b) din is-sistema ta’ awtorizzazzjoni tikkostitwixxi, fl-istess ħin, mezz ta’ kif jiġu imposti obbligi ta’ servizz pubbliku li għandu, f’dan ir-rigward, il-karatteristiċi li ġejjin: i) huwa jkopri, mingħajr eċċezzjoni, ir-rotot marittimi kolha li jservu l-gżejjer; ii) huwa jagħti lill-awtorità amministrattiva awtorizzata sabiex tagħti l-awtorizzazzjoni setgħa diskrezzjonali kbira ħafna li tippermettilha timponi obbligi ta’ servizz pubbliku, mingħajr definizzjoni minn qabel, permezz ta’ dispożizzjoni legali, tal-kriterji li jirregolaw l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa u mingħajr ma l-kontenut tal-obbligi ta’ servizz pubbliku li jistgħu jiġu imposti, ikunu ġew stabbiliti minn qabel?


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-11 ta’ Marzu 2010 — Amaltheia I Naftiki Etaireia vs Ypourgos Emporikis Naftilias

(Kawża C-129/10)

2010/C 134/39

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amaltheia I Naftiki Etaireia

Konvenuta: Ypourgos Emporikis Naftilias

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 10), interpretati skont il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, jippermettu l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li bis-saħħa tagħhom is-sidien tal-bastimenti ma jistgħux jipprovdu servizzi ta’ kabotaġġ marittimu ħlief wara li jkunu kisbu awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel, mogħtija fil-kuntest ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni li għandha l-għan, fost oħrajn, li tivverifika jekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni eżistenti f’port speċifiku, l-iskedi ddikjarati minn sid ta’ bastiment jistgħux jiġu operati f’kundizzjonijiet li jiggarantixxu s-sigurtà tal-vapur u l-osservanza tal-ordni fil-port u jekk il-vapur li jopera servizz regolari jistax jidħol f’port speċifiku mingħajr ostaklu fil-ħin li sid il-bastiment ikun iddikjara bħala l-aħjar ħin sabiex iwettaq servizz speċifiku, mingħajr, madankollu, ma jkun hemm definizzjoni minn qabel, permezz ta’ dispożizzjoni legali, tal-kriterji li abbażi tagħhom l-awtoritajiet jiddeċiedu dwar dawn il-kwistjonijiet, b’mod partikolari, fil-każ fejn diversi sidien tal-bastimenti jkunu jixtiequ jidħlu fl-istess port fl-istess ħin?


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/26


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2010 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-130/10)

2010/C 134/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Perillo, K. Bradley, A. Auersperger Matić, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2002 (2) li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban;

tordna li l-effetti tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 jinżammu fis-seħħ sakemm jiġi ssostitwit;

tordna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban huwa invalidu minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

fir-rigward tal-għan u l-kontenut tiegħu, il-bażi legali korretta għar-regolament hija l-Artikolu 75 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

sussidjarjament, il-kundizzjonijiet tal-użu tal-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma ġewx sodisfatti, peress li l-ebda proposta ma ġiet ippreżentata b’mod validu, u l-Kunsill ma kienx adotta preċedentement deċiżjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tannulla r-regolament ikkontestat, il-Parlament xorta jipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha sabiex iżomm fis-seħħ l-effetti tar-regolament ikkontestat, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, sakemm dan jiġi ssostitwit.


(1)  ĠU L 346, p. 42.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 294.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Leuven (il-Belġju) fil-15 ta’ Marzu 2010 — 1. Olivier Paul Louis Halley, 2. Julie Jacqueline Marthe Marie Halley u 3. Marie Joëlle Armel Halley vs Belgische Staat (l-Istat tal-Belġju)

(Kawża C-132/10)

2010/C 134/41

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Leuven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Olivier Paul Louis Halley, Julie Jacqueline Marthe Marie Halley, u Marie Joëlle Armel Halley

Konvenut: Belgische Staat (l-Istat tal-Belġju)

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 2 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 137 tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 111 ta’ dan l-istess kodiċi huma kompatibbli mal-Artikoli 26, 49, 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li t-terminu ta’ preskrizzjoni tat-taxxa tas-suċċessjoni dovuta fuq l-azzjonijiet irreġistrati huwa ta’ sentejn meta l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija jinsab fil-Belġju, filwaqt li dan l-istess terminu ta’ preskrizzjoni huwa ta’ għaxar snin meta l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija ma jinsabx fil-Belġju?


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Torino (l-Italja) fil-15 ta’ Marzu 2010 — SCF Consorzio Fonografici vs Marco Del Corso

(Kawża C-135/10)

2010/C 134/42

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Appello di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SCF Consorzio Fonografici

Konvenut: Marco Del Corso

Domandi preliminari

(1)

Il-Konvenzjoni ta’ Ruma fuq il-Protezzjoni tal-Artisti, tal-Produtturi tal-Fonogrammi u tal-Organizzazzjonijiet tax-Xandir tas-26 ta’ Ottubru 1961, il-Ftehim TRIPs (The Agreement on Trade Related Aspects of Intellectual Property Rights), u t-Trattat WIPO (World Intellectual Property Organization) fuq l-interpretazzjonijiet u l-eżekuzzjonijiet u fuq il-fonogrammi (WPPT) huma direttament applikabbli fis-sistema legali Komunitarja?

(2)

Is-sorsi msemmija iktar ’il fuq tad-dritt internazzjonali huma wkoll direttament applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi?

(3)

Il-kunċetti rispettivi ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” li jinsabu fit-testi li jirriżultaw mid-dritt tat-trattati msemmija iktar ’il fuq huma konformi ma’ dawk Komunitarji li jinsabu fid-Direttivi 100/92/KE (1) u 2001/29/KE (2), u fil-każ li ma jkunux, liema sors għandu jkollu preċedenza?

(4)

Ix-xandir b’xejn ta’ fonogrammi li jsir ġewwa l-kliniċi dentistiċi privati li jeżerċitaw attività ekonomika bħala attività professjonali, favur il-klijentela tagħhom li jibbenefikaw minn dan ix-xandir indipendentement mir-rieda tagħhom, jikkostitwixxi “komunikazzjoni lill-pubbliku”, jew “jagħmlu disponibbli lill-pubbliku” skont l-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE?

(5)

Din l-attività ta’ xandir tagħti dritt għall-ġbir ta’ remunerazzjoni favur il-produtturi fonografiċi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden tas-17 ta’ Marzu 2010 — Prism Investments BV vs J.A. van der Meer, fil-kwalità tiegħu ta’ kuratur ta’ proċedura ta’ falliment ta’ Arilco Holland BV.

(Kawża C-139/10)

2010/C 134/43

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prism Investments BV

Konvenuta: J.A. van der Meer, fil-kwalità tiegħu ta’ kuratur ta’ proċedura ta’ falliment ta’ Arilco Holland BV.

Domandi preliminari

L-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 44/2001 (1) jipprekludi lil qorti adita b’rikors previst fl-Artikolu 43 u 44 ta’ dan ir-regolament milli tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva minħabba motiv li huwa differenti minn dawk previsti fl-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament, li huwa invokat kontra l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ddikjarata eżekuttiva u li ġie invokat wara li din id-deċiżjoni ngħatat, bħall-motiv li din id-deċiżjoni diġà giet eżegwita?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/28


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Latex srl vs Agenzia delle Entrate, Amministrazione dell’economia e delle Finanze

(Kawża C-316/08) (1)

2010/C 134/44

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo per la Sardegna — l-Italja) — Telecom Italia SpA vs Regione autonoma della Sardegna, fil-preżenza ta’ Space SpA u Passamonti Srl et

(Kawża C-290/09) (1)

2010/C 134/45

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 233, 26.09.2009


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Frar 2010 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), Schwarzbräu GmbH

(Kawża magħquda C-364/09 P u C-365/09P) (1)

2010/C 134/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


Il-Qorti Ġenerali

22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-50/05) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta’ servizzi kompjuterizzati dwar sistemi telematiċi ta’ sorveljanza ta’ movimenti ta’ prodotti soġġetti għas-sisa - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Konsorzju offerent - Ammissibbiltà - Prinċipji ta’ trattament ugwali tal-offerenti u ta’ trasparenza - Kriterji għal għoti - Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ diliġenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

2010/C 134/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment L. Parpala u K. Kańska, sussegwentement L. Parpala u E. Manhaeve, u finalment L. Parpala, E. Manhaeve u M. Wilderspin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-18 ta’ Novembru 2004, li ma tilqax l-offerta ppreżentata mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u kumpannija oħra fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar provvista ta’ servizzi informatiċi li jikkonċernaw l-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u s-sostenn ta’ sistemi telematiċi ta’ sorveljanza tal-movimenti ta’ prodotti suġġetti għat-taxxa tas-sisa fil-Komunità Ewropea skont l-iskema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummmissjoni Ewropea


(1)  ĠU C 106, 30.4.2005.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-42/06) (1)

(“Privileġġi u immunitajiet - Membri tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li ma jiġux imħarsa l-privileġġi u l-immunitajiet - Rikors għal annullament - Telf tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Aġir li huwa akkużat bih il-Parlament - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Rabta kawżali”)

2010/C 134/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Limonest, Franza) (rappreżentanti: W. de Saint Just u G. Dubois, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, C. Karamarcos u A. Padowska, sussegwentement H. Krück, D. Moore u A. Padowska, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-13 ta’ Diċembru 2005, li tadotta r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-376/2005) u tiċħad it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta’ Bruno Gollnisch [2005/2072 (IMM)], u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-danni morali allegatament subiti mir-rikorrent wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament.

(2)

It-talba għad-danni hija miċħuda.

(3)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn Bruno Gollnisch, inklużi wkoll dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

(4)

B. Gollnisch għandu jbati terz tal-ispejjeż tiegħu, inklużi wkoll dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 86, 8.4.2006.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Bianchi vs ETF

(Kawża T-338/07) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal perijodu determinat - Deċiżjoni li tiċħad it-tiġdid tal-kuntratt - Artikolu 47(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg”)

2010/C 134/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Irène Bianchi (Torino, l-Italja) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: M. Dunbar, aġent, assistit minn G. Vandersanden, sussegwentement minn L. Levi, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-28 ta’ Ġunju 2007, Bianchi vs ETF (F-38/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra),u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud

(2)

I. Bianchi għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Mirto Corporación Empresarial vs UASI Maglificio Barbara (Mirtillino)

(Kawża T-427/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurativa Mirtillino - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MIRTO - Raġuni relativa għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 134/50

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Mirto Corporación Empresarial, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Maglificio Barbara Srl (Busto Arsizio, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 875/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Creaciones Mirto SA u Maglificio Barbara Srl.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Mirto Corporación Empresarial, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2010 — Nestlé vs UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle u Golden Eagle Deluxe)

(Kawżi magħquda T-5/08 sa T-7/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattivi Golden Eagle u Golden Eagle Deluxe - Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw kikkra u kafeni - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 134/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Von Mühlendahl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Master Beverage Industries Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: N. Clarembeaux, D. Vervaet u P. Maeyaert, avukati)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra tliet deċiżjonijiet tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Ottubru 2007 (Każijiet R 563/2006-2, R 568/2006-2 u R 1312/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société des produits Nestlé SA u Master Beverage Industries Pte Ltd.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ottubru 2007 (Każijiet R 563/2006-2, R 568/2006-2 u R 1312/2006-2) għandhom jiġu annullati.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI u Master Beverage Industries Pte Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti minn Société des produits Nestlé SA.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — 2nine vs UASI — Pacific Sunwear of California (nollie)

(Kawża T-363/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva nollie - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti NOLI - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”)

2010/C 134/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 2nine Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Palmer, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pacific Sunwear of California, Inc. (Anaheim, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1590/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn 2nine Ltd u Pacific Sunwear of California, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

2nine Ltd hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — 2nine vs UASI — Pacific Sunwear of California (nollie)

(Kawża T-364/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva nollie - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti NOLI - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)”)

2010/C 134/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 2nine Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Palmer, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pacific Sunwear of California, Inc. (Anaheim, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1591/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn 2nine Ltd u Pacific Sunwear of California, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

2nine Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Inter-Nett 2000 vs UASI — Unión de Agricultores (HUNAGRO)

(Kawża T-423/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva HUNAGRO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti UNIAGRO - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8 (1)(b), u Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 134/54

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Inter-Nett 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Inter-Nett 2000 kft) (Mόr, l-Ungerija) (rappreżentant: E. Petruska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment P. Sipos, sussegwentement P. Sipos u O. Montalto, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Unión de Agricultores, SA (El Ejido, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Lulju 2008 (Każ R 71/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unión de Agricultores, SA u Inter-Nett 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Inter-Nett 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Inter-Nett 2000 kft) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 6.12.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — Proges vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-577/08) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Programm ta’ mudellar għall-użu tal-art - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kriterji għall-għoti”)

2010/C 134/55

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Proges — Progetti di sviluppo Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Falcetta, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn de A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ottubru 2008, li tirrifjuta l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar l-implementazzjoni ta’ programm ta’ mudellar għall-użu tal-art, kif ukoll talba għall-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Proges — Progetti di sviluppo Srl hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Eliza vs UASI — Went Computing Consultancy Group (eliza)

(Kawża T-130/09) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li fiha l-kelma eliza - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ELISE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Reġistrazzjoni rrifjutata - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 134/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eliza Corporation (Beverly, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Köbbing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Went Computing Consultancy Group BV (Utrechtl, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Meijboom, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1244/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Went Computing Consultancy Group BV u Eliza Corp.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Eliza Corporation hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk inkorsi mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u minn Went Computing Consultancy Group BV.


(1)  ĠU C 153, 4.7.2009.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2010 — MarketTools vs UASI — Optimus-Telecomunicações (ZOOMERANG)

(Kawża T-105/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2010/C 134/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MarketTools, Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken, A. González Hähnlein, O. Günzel u A. Wenninger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Laitinen, sussegwentement minn G. Schneider u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Optimus-Telecomunicações, SA (Maia, il-Portugall) (rappreżentanti: T. Colaço Dias u J. Conceição Pimenta, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Jannar 2007 (Każ R 253/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Optimus-Telecomunicações, SA u MarketTools, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-konvenut.

(3)

L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Eriksen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-516/08) (1)

(“Rikors għad-danni - Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-aċċident nukleari ta’ Thule [il-Groenlandja] - Direttiva 96/29/KEEA - Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri kontra Stat Membru - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

2010/C 134/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Heinz Helmuth Eriksen (Ebeltoft, id-Danimarka) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: E. White u M. Patakia, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu sostnut minħabba li l-Kummissjoni allegatament naqset milli tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lir-Renju tad-Danimarka jadotta l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jippermettulu jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/KEEA, tat-13 ta’ Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u japplika dawn id-dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-inċident nukleari ta’ Thule (il-Groenlandja).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Heinz Helmuth Eriksen huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Lind vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-5/09) (1)

(“Rikors għad-danni - Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-aċċident nukleari f’Thule (il-Groenlandja) - Direttiva 96/29/Euratom - Nuqqas ta’ adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta’ miżuri kontra Stat Membru - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

2010/C 134/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Brigit Lind (Greve, id-Danimarka) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u M. Patakia, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu subit minħabba l-allegat nuqqas ta’ adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lir-Renju tad-Danimarka li jadotta l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jippermettulu li jikkonforma ruħhu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom, tat-13 ta’ Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u sabiex japplika dawn id-dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-aċċident nukleari ta’ Thule (il-Groenlandja)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

B. Lind hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 21.3.2009.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Hansen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-6/09) (1)

(“Rikors għad-danni - Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika minħabba l-inċident nukleari ta’ Thule (il-Groenlandja) - Direttiva 96/29/Euratom - Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu miżuri kontra Stat Membru - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

2010/C 134/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bent Hansen (Aarslev, id-Danimarka) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u M. Patakia, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent minħabba l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lir-Renju tad-Danimarka jadotta l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom, tat-13 ta’ Mejju 2006, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u sabiex jiġu applikati dawn id-dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-inċident nukleari ta’ Thule (il-Groenlandja).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Bent Hansen huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU 69, 21.03.2009.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2010 — Maxcom vs UASI — Maxdata Computer (maxcom)

(Kawża T-155/09) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2010/C 134/61

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Maxcom sp. z o.o. (Tychy, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kral, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Schimanek-Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Maxdata Computer GmbH & Co. KG (Marl, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1019/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Maxdata Computer GmbH & Co KG u Maxcom Sp. z o.o.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Maxcom Sp. z o. o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.


(1)  ĠU C 153, 4.7.2009.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/36


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — SNF vs ECHA

(Kawża T-1/10 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Identifikazzjoni tal-akrilamidu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

2010/C 134/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SNF SAS (Andrézieux-Bouthéon, Franza) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, R. Cana, avukati, u P. Sellar, solicitor)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkila u W. Broere, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tidentifika l-akrilamidu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna allegatament adottata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) fis-7 ta’ Diċembru 2009 skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1-850).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/37


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — Sviluppo Globale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-6/10 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għall-miżuri provviżorji - Telf ta’ opportunità - Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta’ urġenza”)

2010/C 134/63

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Sviluppo Globale GEIE (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, F. Erlbacher u P. Manzini, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji dwar il-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropAid/127843/D/SER/KOS, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ sostenn lill-amministrazzjonijiet doganali u fiskali tal-Kosovo.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/37


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — Alisei vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-16/10 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Programm li jistabbilixxi “faċilità tal-ikel” iddestinat għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw - Sejħa ghal proposti għall-għoti ta’ sussidji - Rifjut ta’ sussidju - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Ksur ta’ rekwiżiti formali - Inammissibbiltà”)

2010/C 134/64

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Alisei (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u P. van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji dwar l-għażla ta’ applikazzjonijiet għal sussidju ppreżentati fil-kuntest tal-programm “Faċilità ta’ risposta ta’ malajr għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw” (EuropeAid/128608/C/ACT/Multi).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huwa rriżervati.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/37


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2010 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-104/10)

2010/C 134/65

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u C. von Donat, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10561, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(95) 2539, tas-27 ta’ Novembru 1995 u, l-aħħar waħda, C(1999) 3557, tal-15 ta’ Novembru 1999, għall-programm Resider II rigward Saarland (1994-1999), fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni naqqset l-għajnuna totali mogħtija mill-FEŻR favur l-inizjattiva Komunitarja RESIDER II SAARLAND (1994-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq ħames motivi.

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li ma hemm l-ebda bażi legali għall-kalkolu b’rata fissa u għall-estrapolazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu finanzjarju 1994-1999.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tallega ksur tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 (1), għaliex mhumiex sodisfatti r-rekwiżiti għat-tnaqqis. F’dan ir-rigward, hija ssostni, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “irregolarità”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-amministrazzjoni tal-fondi strutturali ma kinux wettqu l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 4253/88. Sabiex tiġi allegata irregolarità sistematika jonqos determinazzjoni suffiċjenti tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll meħtieġa. L-affermazzjoni ta’ żbalji sistematiċi fl-amministrazzjoni u fil-kontroll hija bbażata, min-naħa l-oħra, fil-fehma tar-rikorrenti, fuq konstatazzjonijiet ta’ fatti żbaljati. Hija tallega wkoll li elementi importanti tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni ġew stabbiliti u evalwati b’mod żbaljat.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni bħala t-tielet motiv tagħha l-fatt li t-tnaqqis ordnat fid-deċiżjoni kkontestata huwa sproporzjonat. F’dan ir-rigward, hija ssostni li l-Kummissjoni ma eżerċitatx id-diskrezzjoni mogħtija lilha mill-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 4253/88. Barra minn hekk, il-korrezzjonijiet b’rata fissa applikati jeċċedu l-ħsara (potenzjali) lill-baġit Komunitarju. Ir-rikorrenti tqis ukoll li, min-naħa l-oħra, ġew akkumulati indiċi ta’ korrezzjoni mingħajr ma r-riżultat ma ġie kkunsidrat fid-daw tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-rikorrenti tikkunsidra wkoll li l-estrapolazzjoni ta’ żbalji magħmula mill-Kummissjoni kienet sproporzjonata minħabba li żbalji speċifiċi ma jistgħux jiġu trasposti għal assjem eteroġenu.

Permezz tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti tallega li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata mhijiex suffiċjenti. F’dan ir-rigward, hija tallega li d-deċiżjoni kkontestata ma tindikax kif u għaliex il-Kummissjoni ffissat l-ammont tal-kalkoli b’rata fissa li hija applikat. Barra minn hekk, ma jidhirx li l-Kummissjoni eżaminat suffiċjentement l-espożizzjoni tal-fatti tal-awtoritajiet Ġermaniżi. Minbarra dan, il-Kummissjoni ma ddeduċietx konsegwenzi mill-problemi osservati fil-verifiki tal-proġett imwettqa mill-awdituri esterni f’dak li jirrigwarda l-affidabbiltà tal-konklużjonijiet.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega permezz tal-ħames motiv tagħha li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ kooperazzjoni għaliex hija qiegħda tibbaża ruħha fuq id-“dokumenti dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż” li ġew stabbiliti biss fil-perijodu finanzjarju attwali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tibbaża d-deċiżjoni kkontestata fuq in-nuqqas sistematiku fis-sistema ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll indipendentement mill-fatt li ġiet ikkonfermata l-kapaċità funzjonali tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll matul il-perijodu finanzjarju.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jipprovdi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 dwar il-koordinazzjoni tad-diversi attivitajiet tal-Fondi Strutturali bejniethom u bejn dawn u l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji eżistenti l-oħra (ĠU L 374, p. 1).


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/38


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2010 — Procter & Gamble Manufacturing Cologne vs UASI Natura Cosméticos (NATURAVIVA)

(Kawża T-107/10)

2010/C 134/66

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Procter & Gamble Manufacturing Cologne GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Sandberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natura Cosméticos, SA (Itapecerica da Serra, il-Brażil

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Novembru 2009 fil-Każ R 1558/2008-2;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri; u

tordna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark “NATURAVIVA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjonijiet tat-trade mark Ġermaniża “VIVA” għal prodotti fil-klassi 3; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “VIVA” għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Rikors għal trade mark Komunitarja miċħud fl-intier tiegħu.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell b’mod żbaljat ikkonkluda li ma kienx hemm probabbilità ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/39


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2010 — Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-109/10)

2010/C 134/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: C. Schiltz, aġent u, P. Kinsch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija tapplika għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament, sa fejn hija tapplika għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, adottata fit-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja Interreg II/C “Inondation Rhin-Meuse” fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 3742 tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

Bl-ewwel motiv, ir-rikorrent isostni li fil-każ li jintlaqgħu r-rikorsi għal annullament ippreżentati mill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Ġermanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu konsegwentement jibbenefika minn dan. Jekk jiġi kkonstatat li l-iżbalji jew il-punti dgħajfa, allegatament sistematiċi, li l-verifika tal-Kummissjoni ħasbet li skopriet fil-funzjonament tal-programm inkwistjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi u fil-Ġermanja, fil-fatt ma jeżistux, il-bażi nfisha tar-raġunamenti tad-deċiżjoni taqa’ u magħha l-korrezzjoni finanzjarja lineari applikata għall-proġetti implementati fil-Lussemburgu.

It-tieni motiv tar-rikors huwa bbażat fuq l-illegalità tal-estensjoni, għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ta’ korrezzjoni finanzjarja li tista’ biss tiġi eventwalment ġġustifikata fir-rigward ta’ Stati Membri oħrajn. Ma ġiet ikkonstatata l-ebda anomalija fil-funzjonament tal-programm fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Il-fatt li l-Lussemburgu aċċetta li jipparteċipa fi proġett konġunt mal-Ġermanja, mal-Belġju, ma’ Franza u mal-Pajjiżi l-Baxxi, ma jiġġustifikax li jiġu sofruti l-effetti negattivi, f’dak li jirrigwarda l-korrezzjoni finanzjarja tal-proġetti tiegħu, ta’ żbalji jew ta’ punti dgħajfa li ġew skoperti waqt il-verifika tal-proġetti tal-Pajjiżi l-Baxxi jew tal-Ġermanja u li jikkonsistu kważi għal kollox f’allegat ksur tad-dispożizzjonijiet rigward il-proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Minkejja l-fatt li din hija parteċipazzjoni konġunta ta’ ħames Stati Membri fl-istess programm, il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jaqgħu taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/40


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2010 — Insula vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/10)

2010/C 134/68

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-D. Simonet u P. Marsal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tiddikjara li t-talba tal-Kummissjoni li tingħata lura s-somma ta’ EUR 84 120 hija infondata u, għaldaqstant, tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex toħroġ nota ta’ kreditu għall-ammont ta’ EUR 84 120;

tiddikjara li għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali, ir-rikors għandu jiġi magħqud, minħabba li din il-kawża hija relatata, mal-Kawża T-366/09;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors preżenti, ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ, ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkonstata n-nuqqas ta’ konformità tan-nota ta’ debitu tat-28 ta’ Jannar 2010, li biha l-Kummissjoni tordna, wara rapport ta’ verifika tal-OLAF, l-irkupru tal-ħlasijiet bil-quddiem mogħtija lir-rikorrent, mal-klawżoli tal-kuntratt EL HIERRO (NNE5/2001/950) konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka u żvilupp tekonoloġiku u ta’ dimostrazzjoni fuq l-Enerġija, l-Ambjent u l-Iżvilupp sostenibbli.

Ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

Permezz tal-ewwel motiv, huwa jikkontesta l-eżiġibbiltà tal-kreditu invokat mill-Kummissjoni wara l-verifika li saret fl-2005.

Permezz tat-tieni motiv, huwa jsostni li l-Kummissjoni, bil-ħruġ tan-nota ta’ debitu l-ġdida, tikser l-obbligi kuntrattwali tagħha li ma jippermettulhiex iktar li, sitt snin wara l-aħħar ħlas li sar lil Insula u fin-nuqqas ta’ notifika minn naħa tagħha fit-terminu previst mill-kuntratt, titlob dokumenti ta’ sostenn addizzjonali.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/40


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2010 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-114/10)

2010/C 134/69

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, C. Blaschke, aġenti u U. Karpenstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Inondation Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni naqqset l-għajnuna mogħtija mill-FEŻR għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1994 sal-31 ta’ Diċembru 1999 taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Inondation Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

Bl-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-kundizzjonijiet għall-korrezzjoni finanzjarja taħt l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 (1) mhumiex sodisfatti. Fil-fehma tar-rikorrenti, dan ma jawtorizzax lill-Kummissjoni tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji għal żbalji amministrattivi jew għal nuqqasijiet ikkonstatati fis-sistemi amministrattivi jew ta’ sorveljanza. Barra minn hekk, hija ssostni li anki jekk jinstabu żbalji amministrattivi jew nuqqasijiet ikkonstatati fis-sistemi amministrattivi jew ta’ sorveljanza taħt l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 4258/88, ma għandux ikun hemm kwistjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja. L-ewwel nett, “irregolaritajiet”, kif allegat mill-Kummissjoni, jistgħu jiġu korretti permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji biss jekk ikollhom jew kellhom effett negattiv fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea. Fil-fehma tar-rikorrenti, il-miżuri kkontestati mill-Kummissjoni ma kellhomx tali effett. It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li fil-każ ta’ serje ta’ proġetti li huma wkoll inkwistjoni, ma kienx hemm ksur tad-dritt tal-Unjoni.

It-tieni motiv jallega li l-Kummissjoni ma kinitx intitolata taħt ir-Regolament Nru 4253/88 li tapplika rata fissa u estrapolat korrezzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li skont il-kliem ċar tal-Artikolu 24 tal-imsemmi regolament dan jikkonċerna sitwazzjonijiet konkreti u ammonti kwantifikabbli.

Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti tallega ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ssostni li estrapolazzjoni fost l-Istati, li abbażi tagħha Stat Membru huwa meħtieġ jaċċetta responsabbiltà għall-iżbalji ta’ Stat Membru ieħor, mhijiex permessa.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Fondi Strutturali differenti, minn naħa waħda, bejniethom u mal-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji l-oħrajn li jeżistu, minn naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1).


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/41


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2010 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-116/10)

2010/C 134/70

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, aġent, u U. Karpenstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10675, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1120, għall-programm “Ziel 2-Programm Nordrhein-Westfalen (1997-1999)” fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni naqqset l-għajnuna tal-FEŻR għall-programm “Ziel 2-Programm Nordrhein-Westfalen (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja”.

Ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Fl-ewwel motiv, ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni evalwat is-sitwazzjoni b’mod żbaljat. Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni inkludiet ammonti żbaljati fil-kalkolu tar-rata ta’ żbalji użata.

Skont it-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 (1) għall-korrezzjoni finanzjarja ma ġewx sodisfatti. Hija tikkunsidra li din id-dispożizzjoni ma tawtorizzax lill-Kummissjoni tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji minħabba żbalji amministrattivi jew allegati nuqqasijiet fis-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll. Barra minn dan, hija ssostni li għal raġunijiet oħra wkoll, ma tistax tiġi kkunsidrata korrezzjoni finanzjarja tad-daqs ta’ dik applikata mill-Kummissjoni. Minn naħa, “irregolaritajiet”, bħal dawk ikkritikati hawnhekk mill-Kummissjoni, jistgħu jiġġustifikaw il-korrezzjonijiet finanzjarji biss jekk dawn għandhom jew kellhom effett negattiv fuq il-baġit tal-Unjoni. Skont ir-rikorrenti, dan ma kienx il-każ fir-rigward tal-aġir li ġie kkontestat mill-Kummissjoni. Hija ssostni wkoll li ma kienx hemm, lanqas fuq il-mertu, ksur tad-dritt Komunitarju fil-każ ta’ sensiela ta’ proġetti kkontestati.

Fit-tielet motiv, ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni ma kellha l-ebda dritt li tipproċedi permezz ta’ estrapolazzjoni għal korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa skont ir-Regolament (KEE) Nru 4253/88. Hija ssostni li l-ifformular ċar tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament japplika biss għal każijiet konkreti u għal somom li jistgħu jiġu kkwantifikati.

Taħt l-aħħar motiv, ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk jingħad li estrapolazzjoni għal korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa kienet leġittima, dawn il-korrezzjonijiet huma illegali f’dan il-każ. F’dan ir-rigward, hija tosserva li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi n-natura “inerenti fis-sistema” tal-aġir li hija tikkritika u li l-korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa ma kinux konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jipprovdi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 dwar il-koordinazzjoni tad-diversi attivitajiet tal-Fondi Strutturali bejniethom u bejn dawn u l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji eżistenti l-oħra [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 374, p. 1).


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/42


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2010 — ClientEarth et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-120/10)

2010/C 134/71

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit), Transport & Environment (Brussell, il-Belġju), European Environmental Bureau (Brussell, il-Belġju) u BirdLife International (Brussell, il-Belġju), (rappreżentanti: S. Hockman QC, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li l-konvenuta kisret ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2);

tiddikjara li r-raġunijiet għal rifjut għal aċċess għal dokument skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandhom jingħataw f’risposta bil-miktub fit-termini previsti mill-proċedura amministrattiva ta’ żewġ stadji, jew inkella jiġu rrifjutati bħala eċċezzjoni ta’ difiża invokati skont il-liġi, jew inkella jaqgħu barra l-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tad-9 ta’ Frar 2010 (SG.E3/MM/psi-Ares (2010)70321), li permezz tagħha l-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li ma tagħtix aċċess lir-rikorrenti għal ċerti dokumenti li fihom informazzjoni ambjentali;

tordna lill-konvenuta tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba kollha identifikati fil-proċess tal-eżami tal-applikazzjoni tagħha tal-15 ta’ Ottubru 2009, tal-applikazzjoni ta’ konferma tas-17 ta’ Diċembru 2009, u d-dokumenti kollha redatti fl-evalwazzjoni tagħha, mingħajr dewmin jew editjar skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001; u

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż ta’ kwalunkwe intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti jitolbu, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010, li permezz tagħha l-konvenuta ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tiċħad milli tagħti lir-rikorrenti aċċess għal ċerti dokumenti li fihom informazzjoni ambjentali dwar emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-produzzjoni ta’ bijokarburanti, prodotti u/jew użati mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2009/28/KE (3).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jippreżentaw is-segwenti motivi:

 

L-ewwel nett, ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 minħabba nuqqas milli tipprovdi aċċess għad-dokumenti fi żmien utli jew ir-raġunijiet għal dan in-nuqqas. L-applikazzjoni tressqet fil-15 ta’ Ottubru 2009. Il-konvenuta ħarġet rifjut parzjali, fejn tat aċċess għal erba’ dokumenti u fejn ma tatx aċċess għal bejn wieħed u ieħor mitejn dokument. Ir-rikorrenti kkontestaw il-bażi tar-rifjut. Fid-9 ta’ Frar 2010, id-data tal-iskadenza tat-terminu previst mir-regolament, il-Kummissjoni rrifjutat li tagħti aċċess għall-bqija tad-dokumenti jew milli tagħti raġunijiet validi għaliex ma tatx aċċess għalihom.

 

It-tieni nett, ksur tal-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 minħabba nuqqas milli tipprovdi raġunijiet dettaljati għar-rifjut ta’ aċċess għal kull dokument. Sabiex tingħata eċċezzjoni, iridu jingħataw raġunijiet dettaljati għalfejn ma ngħatax aċċess għal kull dokument permezz ta’ risposta bil-miktub fit-terminu previst. Fid-9 ta’ Frar 2010, id-data tal-iskadenza tat-teminu previst mir-regolament, il-Kummissjoni rrifjutat aċċess għall-bqija tad-dokumenti u ma tat l-ebda raġunijiet dettaljati għal rifjut ta’ aċċess kif meħtieġ mir-Regolament u mill-ġurisprudenza.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li kien hemm ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 minħabba nuqqas ta’ twettiq ta’ evalwazzjoni konkreta u individwali tal-kontenut ta’ kull dokument. Il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq evalwazzjoni konkreta u individwali tal-kontenut ta’ kull dokument meta tkun qed tistabbilixxi jekk id-dokument jew kwalunkwe parti minnu jaqax taħt eċċezzjoni għar-regola ġenerali li għandu jkun hemm aċċess għad-dokumenti kollha. Fid-9 ta’ Frar 2010, id-data tal-iskadenza tat-terminu previst mir-Regolament, il-Kummissjoni ammettiet li din l-analiżi ma kinitx twettqet fuq id-dokumenti mitluba u, sa fejn setgħet saret analiżi, din ma kinitx magħmula disponibbli għar-rikorrenti.

 

Minbarra dan, ir-rikorrenti jsostnu li kien hemm ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 għall-applikazzjoni illegali tal-eċċezzjoni prevista mill-Artikolu 4(3). Il-Kummissjoni oriġinarjament talbet l-eċċezzjoni prevista mill-Artikolu 4(3) għal bejn wieħed u ieħor mitejn dokument. Fid-9 ta’ Frar 2010, id-data tal-iskadenza tat-terminu previst fir-Regolament, il-Kummissjoni ma tatx aċċess għad-dokumenti. Sabiex tinvoka l-eċċezzjoni prevista mill-Artikolu 4(3), il-Kummissjoni għandha turi li d-dokument jew l-informazzjoni kontenuta fih jippreġudika serjament il-proċess tagħha ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Ir-rikorrenti jallegaw li d-dokumenti li fihom informazzjoni ambjentali dwar emissjonijiet fl-ambjent, ma jippreġudikawx serjament il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u, sa fejn kwalunkwe dokument jew informazzjoni oħra jista’ jew tista’ jikwalifika jew tikwalifika għal eċċezzjoni, hemm interess pubbliku sovran għall-iżvelar.

 

Fl-istess waqt, ir-rikorrenti jsostnu ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 minħabba nuqqas milli jiġu editjati dokumenti. Fil-każ fejn il-Kummissjoni tirrifjuta li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba, għandha tkkunsidra editjar, jekk possibbli, ta’ dawk is-sezzjonijiet li altrimenti jikkwalifikaw għal talba għall-eċċezzjoni u tagħti aċċess għal dawk il-partijiet li ma jaqgħux fl-eċċezzjoni. Ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra u twettaq editjar u, b’riżultat ta’ dan, żammet informazzjoni jew partijiet minn dokumenti li altrimenti kellhom ikunu żvelati.

 

Fl-aħħar nett, ġie sostnut li l-konvenuta kisret l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għal nuqqas milli tidentifika l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista mill-Artikolu 4(3). Fil-każ fejn il-Kummissjoni tirrifjuta milli tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba jew partijiet minnhom, hija għandha tidentifika l-perijodu li fih tapplika l-eċċezzjoni. Ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra u tikkomunika l-perijodu li fih tapplika kwalunkwe talba altrimenti valida għall-eċċezzjoni.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 331)

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13)

(3)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 140, p. 16)


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/43


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2010 — Conte et vs Il-Kunsill

(Kawża T-121/10)

2010/C 134/72

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti:Giovanni Conte (Pomezia, l-Italja), Casa del Pescatore Soc. coop. rl (Civitanova Marche, l-Italja), Guidotti Giovanni & Figli Snc (Termoli, l-Italja), Organizzazione di produttori della pesca di Civitanova Marche Soc. coop. rl (Civitanova Marche, l-Italja), Consorzio gestione mercato ittico Manfredonia Soc. coop. rl (Cogemim) (Manfredonia, l-Italja) (rappreżentanti: P. Cavasola, avukat, G. Micucci, avukat, V. Cannizzaro, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-regolament ikkontestat.

tikkundanna lill-konventu għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors preżenti jirrigwarda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006.

Ir-rikorrenti fil-kawża preżenti huma kollha sajjieda suġġetti għall-obbligi stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tar-regolament ikkontestat.

Insostenn tat-talbiet tagħhom, huma jsostnu l-motivi segwenti:

(1)

L-invalidità tal-Artikolu 9(2) u (3) u l-Artikolu 10(1) u (2) tar-regolament ikkontestat, inkwantu dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu, għal bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ 15-il metru jew aktar, l-obbligu inkundizzjonat li jkollhom sistema doppja ta’ kontroll: il-kontroll b’satellita, stabbilit bl-Artikolu 9, kif ukoll, addizzjonalment, is-sistema ta’ identifikazzjoni awtomatika. Dawn iż-żewġ sistemi ta’ kontroll differenti għandhom essenzjalment l-istess funzjoni. Dan l-obbligu mhuwiex motivat b’mod adegwat. Barra minn hekk, dan jidher li jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tan-neċessità tal-miżura u kemm din hija adegwata. Barra minn hekk, l-obbligu ta’ sistema doppja ta’ kontroll tinvolvi piż finanzjarju fuq ir-rikorrenti li ma huwa ġġustifikat mill-ebda rekwiżit raġonevoli.

(2)

L-invalidità tal-Artikolu 15 u l-Artikolu 17 tar-regolament ikkontestat, inkwantu dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu li bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar għandhom kuljum jibagħtu tagħrif determinat, anki qabel id-dħul fil-port jew saħansitra erba’ sigħat qabel id-dħul fil-port. Skont ir-rikorrenti, dan l-obbligu jidher li huwa irraġonevoli, sproporzjonat u saħansitra impossibbli li jiġi osservat. B’mod partikolari għall-bastimenti tas-sajd involuti f’attività ta’ qbid ta’ ħut fi kwantitajiet żgħar u li jistadu f’żoni b’distanza ta’ ftit sigħat ta’ navigazzjoni ’l bogħod mill-portijiet, dan l-obbligu huwa impossibbli li jiġi osservat sakemm il-bastimenti tas-sajd ma jinżammux barra l-port sabiex jistennew il-ħin jgħaddi.

(3)

L-invalidità tas-sistema ta’ sorveljanza u spezzjoni, inkwantu r-regolament ikkontestat jistabbilixxi obbligu inkundizzjonat li jingħata aċċess għall-faċilitajiet tal-bastiment, għall-fajls u għad-dokumenti elettroniċi kif ukoll li joqogħdu għal għamliet ta’ spezzjonijiet u interrogazzjonijiet minn uffiċjali li joperaw mingħajr l-ebda mandat tal-awtoritajiet ġudizzjarji u li mhumiex suġġetti għall-kontroll mill-korpi tal-pulizija ġudizzjarja. B’hekk, jinkisru d-drittijiet għal kunfidenzjalità, għal post tal-għajxien, għal ħajja privata u personali kif ukoll id-dritt ta’ difiża, fid-diversi forom tagħhom. Dan il-kontroll, barra li jikser id-drittijiet fundamentali msemmija iktar ’il fuq, jispiċċa biex iġib fix-xejn, minħabba n-natura invażiva tiegħu, id-dritt tas-sajjied li jeżerċita l-libertà ekonomika tiegħu, kif żgurata mit-Trattati fundaturi. Raġuni partikolari ta’ invalidità tirrigwarda l-Artikolu 82, peress li jagħti lill-uffiċjal tal-ispezzjoni s-setgħa li jadotta miżuri ta’ protezzjoni tal-provi ta’ ksur li jista’ jkun hemm.

(4)

L-invalidità tal-Artikolu 73(8) tar-regolament ikkontestat, inkwantu din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-libertà għall-Istati li jimponu fuq is-sajjieda l-ispejjeż finanzjarji tas-sistema ta’ sorveljanza. F’dan ir-rigward, għandu jingħad li d-dispożizzjoni tidher b’mod ċar li hija invalida peress li tikser il-prinċipju tat-tqassim soċjali tal-ispejjeż meħtieġa għat-twettiq tal-interessi pubbliċi.

(5)

L-invalidità tal-Artikolu 92 tar-regolament ikkontestat, inkwantu din id-dispożizzjoni tistabbilixxi sistema ta’ trasferiment tar-responsabbiltà għal istanzi ta’ ksur li jista’ jkun hemm, imwettqa minn kwalunkwe persuna, li jaslu sabiex jiġu imputati lis-sid tal-bastiment tas-sajd u l-eventwali aventi causa. F’dan ir-rigward, huma jsostnu li r-regola tmur kontra l-prinċipju tar-responsabbiltà personali, il-prinċipju tal-ħarsien tal-proprjetà privata u l-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li mhijiex razzjonalment intiża sabiex tevita li wieħed jaħrab is-sistema ta’ sanzjonijiet.

(6)

L-invalidità tal-Artikolu 103 tar-regolament ikkontestat, inkwantu din id-dispożizzjoni tistabbilixxi li n-nuqqas ta’ osservanza minn Stat tal-obbligi stabbiliti mill-istess regolament jista’ jwassal għas-sospenzoni tal-għajnuna finanzjarja stabbilita mir-Regolament 1198/2006 (1) u 861/2006 (2). Skont ir-rikorrenti, l-għajnuna twassal sabiex ir-responsabbiltà tal-Istat inkwistjoni tiġi ttrasferita fuq l-individwi li, b’hekk, għandhom ibatu l-konsegwenzi dannużi minħabba aġir tal-Istat. Din il-forma ta’ trasferiment tas-sanzjoni tikser il-prinċipju li s-sanzjoni għandha tingħata lil persuna responsabbli u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(7)

L-invalidità tal-Artikolu 14(1), (2), (3), (4) (5); tal-Artikolu 17(1); tal-Artikolu 58(1), (2), (3) u (5); tal-Artikolu 59(2) u (3); tal-Artikolu 60(4) u (5); tal-Artikolu 62(1); tal-Artikolu 63(1); tal-Artikoli 64, 65 u 66(1) u (3); tal-Artikoli 67(1) u 68 tar-regolament ikkontestat. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-imsemmi regolament huwa bbażat biss fuq l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, li jippermetti li tiġi stabbilita politika komuni tas-sajd u li l-miżuri misjuba fir-regolament ikunu leġittimi biss jekk japplikaw għall-politika tas-sajd stabbilita mill-istituzzjonijiet Komunitarji permezz ta’ diversi atti. Issa, id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq mhumiex marbuta ma’ oqsma u suġġetti speċifiċi li jaqgħu taħt il-politika komuni tas-sajd u, għalhekk, ma jaqgħux fl-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 37 KE.


(1)  Regolament (KE) Nr 1198/2006 tal-Kunsill, tas- 27 ta Lulju 2006, dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006, tat-22 ta’ Mejju 2006, li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/45


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2010 — Hartmann vs UASI (Complete)

(Kawża T-123/10)

2010/C 134/73

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 601/2009-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Complete” għal prodotti fil-klassijiet 5 u 10 (Applikazzjoni Nru 7 432 024)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), għaliex is-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni mhuwiex direttament deskrittiv tal-prodotti koperti mill-applikazzjoni, barra minn hekk ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, għaliex mhuwiex nieqes il-karattru distintiv meħtieġ minn dan is-sinjal.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/45


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2010 — Lidl Stiftung vs UASI — Vinotasia (VITASIA)

(Kawża T-124/10)

2010/C 134/74

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schaeffer u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vinotasia GmbH (Koblenz, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-14 ta’ Jannar 2010 fil-Każ R 1054/2008-4;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 1 027 947, ippreżentata fit-30 ta’ Ġunju 2006, sa fejn din l-oppożizzjoni ntlaqgħat permezz tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-30 ta’ Mejju 2008;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea u tal-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

sussidjarjament, tissospendi l-proċeduri sakemm tingħata deċiżjoni finali fil-kawża għat-tħassir tat-trade mark Ġermaniża preċedenti Nru 302 15 015 “VINOTASIA” imressqa quddiem il-Patent- und Markenamt Ġermaniż fis-17 ta’ Marzu 2010.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VITASIA” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30, 31, 32 u 33 (Applikazzjoni Nru 4 691 101)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Vinotasia GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “VINOTASIA” Nru 302 15 015 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 33 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/46


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2010 — Lux Mamagement vs UASI — Zeis Excelsa (KULTE)

(Kawża T-130/10)

2010/C 134/75

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lux Mamagement Holding SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Mas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zeis Excelsa SPA (Montegranaro, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 712/2008-4 ma għandux skop;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 712/2008-4 peress li ma ħax inkunsiderazzjoni l-provi prodotti mir-rikorrenti;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 712/2008-4 minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni dwar it-tolleranza tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għal dak li jikkonċerna t-trade mark Komunitarja koperta mit-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva “KULTE” għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva Taljana “CULT” għall-prodotti kollha fil-klassi 25; it-trade mark figurattiva internazzjonali “CULT” li għandha effetti fi Franza u fil-Benelux għall-prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Annullament parzjali tat-trade mark Komunitarja koperta mit-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Rikors miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 inkwantu l-Bord tal-Appell ma rrikonoxxix id-deċiżjoni tiegħu bħala nieqsa minn skop minħabba l-fatt li l-partijiet kienu laħqu ftehim dwar il-koeżistenza tat-trade marks inkwistjoni u dwar it-talba sussegwenti ta’ ċessjoni; ksur tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali inkwantu l-Bord tal-Appell irrifjuta li jaċċetta provi ġodda prodotti mir-rikorrenti; ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 inkwantu l-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni żbaljata tas-sens tal-provi prodotti u ma tax motivi rigward il-prova ta’ tolleranza, mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, tat-trade mark Komunitarja koperta mit-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/47


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2010 — Pieno žvaigždės vs UASI — Fattoria Scaldasole (Iogurt.)

(Kawża T-135/10)

2010/C 134/76

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AB “Pieno žvaigždės” (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentanti: I. Lukauskienė u R. Žabolienė, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fattoria Scaldasole Srl (Monguzzo, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tat-18 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 1070/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Iogurt.”, għal prodotti fil-klassi 29

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Litwana rreġistrata “jogurtas” għal prodotti fil-klassi 29; It-trade mark figurattiva Komunitarja rreġistrata “jogurt” għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell meqjus bħala li ma ġiex ippreżentat

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2869/95 (1), peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li l-miżata tal-appell ma kinitx tħallset fit-terminu previst ta’ xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni appellata.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2869/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995, dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trademarks u d-Disinji) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 291)


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/47


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-138/10)

2010/C 134/77

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez Cárcamo)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 337, tat-28 ta’ Jannar 2010, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-programm operattiv Komunità ta’ Valencia Objettiv 1 (1994-1999), fi Spanja, taħt id-Deċiżjoni C(1994) 3043/6, FEŻR Nru 94.11.09.011, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-Deċiżjoni C(94) 30436, tal-25 ta’ Novembru 1994, il-Kummissjoni tat għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għal programm operattiv fir-reġjun ta’ Valencia, li jagħmel parti mill-qafas Komunitarju ta’ sostenn għall-għajnuna strutturali fir-reġjuni Spanjoli taħt l-Objettiv 1, fil-perjodu 1994-1999, għal ammont massimu pagabbli mill-FEŻR ta’ ECU 1 207 941 000. Id-deċiżjoni kkontestata f’dan il-każ tqis li seħħu irregolaritajiet fi 23 mit-38 proġett inkwistjoni u tnaqqas l-għajnuna mogħtija inizjalment għal EUR 115 612 377,25.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi li ġejjin:

Ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988 (1), li jirriżulta mill-użu tal-metodu ta’ estrapolazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata, peress li din id-dispożizzjoni ma tipprevedix il-possibbiltà li jiġu estrapolati l-irregolaritajiet kkonstatati f’azzjonijiet speċifiċi għall-azzjonijiet kollha taħt il-programmi operattivi ffinanzjati mill-fondi FEŻR. Skont Spanja, il-korrezzjoni applikata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata ma għandha l-ebda bażi legali minħabba li l-Linji Gwida tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Ottubru 1997, dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji netti fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 ma jistgħux jipproduċu effetti legali fir-rigward tal-Istati Membri, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ April 2000, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-443/97 (2). Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, jipprevedi biss it-tnaqqis ta’ għajnuna li l-eżami tagħha jikkonferma l-eżistenza ta’ irregolarità, prinċipju li huwa miksur fil-każ tal-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet permezz ta’ estrapolazzjoni.

Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, moqri flimkien mal-attwali Artikolu 4(3) UE (prinċipju tal-koperazzjoni leali) minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni permezz ta’ estrapolazzjoni, għalkemm l-ebda nuqqas ma ġie identifikat fis-sistema ta’ amministrazzjoni, ta’ kontroll jew ta’ verifika b’konnessjoni mal-kuntratti emendati, peress li l-korpi amministrattivi applikaw il-liġi Spanjola, li ma kinitx iddikjarata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala li tikser id-dritt tal-Unjoni. Ir-Renju ta’ Spanja jikkunsidra li, għalkemm jista’ jkun il-kawża tal-konstatazzjoni mill-Kummissjoni, tal-eżistenza ta’ irregolaritajiet jew ta’ ksur konkret tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, l-osservanza tad-dritt nazzjonali mill-awtoritajiet amministrattivi ma tistax tipprovdi bażi għal estrapolazzjoni bbażata fuq in-nuqqas ta’ effikaċja tas-sistema ta’ amministrazzjoni, ladarba l-liġi applikata minn dawn il-korpi ma ġietx iddikjarata mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala li tikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea u ladarba l-Kummissjoni ma ppreżentat l-ebda rikors kontra l-Istat Membru fuq il-bażi tal-Artikolu 258 TFUE.

Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, minħabba fin-natura mhux rappreżentattiva tal-kampjun użat għall-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja permezz ta’ estrapolazzjoni. Il-Kummissjoni fformat il-kampjun għall-applikazzjoni tal-estrapolazzjoni b’numru żgħir ħafna ta’ proġetti (38 minn 7 862), mingħajr ma kopriet l-oqsma kollha tal-programm operattiv, inklużi spejjeż li l-awtoritajiet Spanjoli kienu neħħew qabel, billi bbażat ruħha fuq l-ispejjeż iddikjarati u mhux fuq l-għajnuna mogħtija u bl-applikazzjoni ta’ programm informatiku li kellu indiċi ta’ affidabbiltà taħt il-85 % għal dan il-kampjun. Konsegwentement, ir-Renju ta’ Spanja jikkunsidra li l-kampjun ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tan-natura rappreżentattiva meħtieġa sabiex iservi bħala bażi għal estrapolazzjoni.

Prekrizzjoni taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995. Fl-aħħar nett, ir-Renju ta’ Spanja jikkunsidra li l-komunikazzjoni tal-eżistenza ta’ irregolaritajiet lill-awtoritajiet Spanjoli (li saret f’Lulju 2004, fejn il-parti l-kbira tal-każijiet jirrigwardaw irregolaritajiet li seħħew fl-1997, 1998 u 1999) għandhom jagħtu lok għall-preskrizzjoni ta’ dawn bl-applikazzjoni tat-terminu ta’ 4 snin previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 (3).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jipprovdi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 dwar il-koordinazzjoni tad-diversi attivitajiet tal-Fondi Strutturali bejniethom u bejn dawn u l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji eżistenti l-oħra (ĠU L 374, p. 1).

(2)  Ġabra p. I-2415.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/48


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2010 — Ben Ri Electrónica vs UASI — Sacopa (LT LIGHT-THECNO)

(Kawża T-143/10)

2010/C 134/78

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ben Ri Electrónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Alejos Cutuli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sacopa, SAU [Sant Jaume de Llierca (Girona), Spanja]

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI li tirrifjuta t-trade mark Komunitarja Nru 4 520 193.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Sacopa, S.A.U.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li għandha l-element verbali “LT” (reġistratazzjoni Nru 4 520 193), għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-konvenut.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva Komunitarja (Nru 13 375) u trade marks figurattivi Spanjoli (Nru 1 719 729 u Nru 1 719 730) komposta minn tqegħid ħdejn xulxin ta’ “L” u “T” sovrapposti fuq ċirku, għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda.

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/49


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2010 — Space Beach Club vs UASI — Flores Gómez (SpS space of sound)

(Kawża T-144/10)

2010/C 134/79

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Space Beach Club SA [San Jorge (Ibiza), Spanja] (rappreżentant: A. Alejos Cutuli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Ángel Flores Gómez (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI u tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5683693;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Miguel Ángel Flores Gómez

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “SPS space of sound” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 683 693) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade marks figurattivi Spanjoli li jinkludu l-element verbali “SPACE” (Nru 2 021 783, Nru 2 610 677, Nru 2 644 838, Nru 2 644 839, Nru 2 654 511, Nru 2 694 428, Nru 2 583 870, Nru 3 175 742 u Nru 4 529 814) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — de Jong vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-303/94)

2010/C 134/80

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Ellinikos Niognomon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/08) (1)

2010/C 134/81

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Marzu 2010 — Papierfabrik Hamburger-Spremberg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-350/08) (1)

2010/C 134/82

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Berenschot Groep vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-428/09) (1)

2010/C 134/83

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 11, 16.1.2010.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/51


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Frar 2010 — Faria vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża F-7/09) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2006/2007 - Talba għal annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kumpens għad-danni morali”)

2010/C 134/84

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marie-Hélène Faria (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)

Suġġett tal-kawża

It-talba għal annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007, kif ukoll il-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tad-danni subiti mir-rikorrenti.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Faria, redatt mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007, huwa annullat.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI għandu jbati, barra mill-ispejjeż tiegħu, tliet kwarti mill-ispejjeż ta’ Faria.

(4)

Faria għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 69, 21.03.09, p. 55.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/51


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 — N vs Il-Parlament

(Kawża F-26/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għad-danni - Ammissibbiltà - Fastidju psikoloġiku - Dmir ta’ premura - Dannu morali)

2010/C 134/85

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: N (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament (rappreżentanti: K. Zejdová u R. Ignătescu, aġenti)

Suġġett

Il-kundanna tal-Parlament li jħallas lir-rikorrent is-somma ta’ Eur 12 000 bħala kumpens għad-danni mġarrba, minn naħa, minħabba fastidju psikoloġiku u professjonali li tiegħu kien vittma u, min-naħa l-oħra, minħabba n-nuqqas ta’ investigazzjoni amministrattiva interna minn korp indipendenti

Dispożittiv

(1)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil N kumpens ta’ Eur 2 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ N.

(4)

N għandu jbati kwart tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 153, 4.7.2009, p. 51


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 — Tzvetanova vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/09) (1)

(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal termporanju - Remunerazzjoni - Allowance ta’ espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Residenza abitwali qabel id-dħul fil-funzjonijiet - Residenza bħala student fil-post ta’ assenjazzjoni matul il-perijodu ta’ rifereriment - Stages barra mill-post ta’ assenjazzjoni matul il-perijodu ta’ riferiment - Teħid inkunsiderazzjoni tar-residenza attwali)

2010/C 134/86

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Aglika Tzvetanova (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad lir-rikorrenti l-allowance ta’ espatrijazzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Lulju 2008, li tiċħad lil A. Tzvetanova l-allowance ta’ espatrijazzjoni prevista fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa annullat.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009, p. 22.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/52


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Buschak vs EUROFOUND

(Kawża F-47/08) (1)

(“Servizz pubbliku - Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol - Deskrizzjoni tal-impjieg ta’ viċi direttur - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta”)

2010/C 134/87

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Willy Buschak (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u C. Ronzi, avukati, sussegwentement minn L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (rappreżentanti: C. Callanan, solicitor)

Suġġett

Servizz pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni li temenda d-deskrizzjoni tal-impjieg tar-rikorrent u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tikkumpensah għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

W. Buschak huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008, p. 52.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/52


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — Papathanasiou vs UASI

(Kawża F-99/09)

2010/C 134/88

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Elisavet Papathanasiou (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tal-klawżola fil-kuntratt tar-rikorrenti li tipprovdi x-xoljiment awtomatiku tal-kuntratt ta’ impjieg fil-każ li r-rikorrenti ma tintgħażilx f’kompetizzjoni esterna organizzata mill-UASI u, min-naħa l-oħra, dikjarazzjoni li l-kompetizzjonijiet OHMI/AD/01/07, OHMI/AD/02/07, OHMI/AST/01/07 u OHMI/AST/02/02 ma għandhom ebda effett fuq il-kuntratt tar-rikorrenti. Fl-aħħar nett, talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet tal-UASI li jinsabu fl-ittra tat-12 ta’ Marzu 2009 u li jipprevedu t-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg tar-rikorrenti b’perijodu ta’ avviż ta’ tmien xhur b’effett mis-16 ta’ Marzu 2009, u tikkonferma l-kontinwazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg bejn ir-rikorrenti u l-UASI u li ma ġietx xolta. Sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis neċessarju, ir-rikorrenti titlob l-annullament ta’ ittri oħra tal-UASI tat-3 ta’ Awwissu 2009 (sospensjoni ta’ tliet xhur tal-perijiodu ta’ avviż) u tad-9 ta’ Ottubru 2009 (ċaħda tal-ilment), ikklassifikati mir-rikorrenti bħala relatati;

jannulla jew jiddikjara n-nullità tal-klawżola ta’ xoljiment li tinsab fl-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti mal-UASI; sussidjarjament,

jiddikjara li fil-futur il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent ma jista’ jiġi xolt abbażi tal-klawżola ta’ xoljiment li tinsab f’dan il-kuntratt;

jikkonferma, b’mod iktar sussidjarju, li, fi kwalunkwe każ, il-kompetizzjonijiet indikati fl-ittra tal-UASI tat-12 ta’ Marzu 2009 ma setgħux jimplikaw l-effetti negattivi tal-klawżola ta’ xoljiment.

jikkundanna lill-UASI jikkumpensa lir-rikorrenti, f’ammont xieraq stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għad-danni immaterjali mġarrba minnha b’konsegwenza tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel punt ta’ dawn it-talbiet.

fil-każ li, minħabba l-aġir illegali tal-UASI, l-impjieg attwali tar-rikorrenti ikun diġà ntemm fid-data tad-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u/jew tal-ħlas tar-remunerazzjoni dovuta lir-rikorrenti mill-UASI, minkejja l-kontinwament tar-relazzjoni tal-impjieg:

jikkonstata li l-UASI għandu l-obbligu li jkompli jimpjega lir-rikorrenti taħt il-kundizzjonijiet preċedenti u li jerġa’ jintegraha fl-impjieg, u jordna lill-UASI jikkumpensa kompletament lir-rikorrenti għad-danni mġarrba minnha, b’mod partikolari billi jħallas d-dħul eventwali u l-ispejjeż kollha li hija sostniet minħabba l-aġir illegali tal-UASI (wara li jnaqqas il-benefiċċji ta’ qgħad li hija rċeviet);

sussidjarjament, fil-każ li, fis-sitwazzjoni preżenti, minħabba motivi ta’ dritt jew ta’ fatt ir-rikorrenti ma tkunx integrata mill-ġdid fis-servizz taħt il-kundizzjonijiet preċedenti, jikkundanna lill-UASI jikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu materjali mġarrab minnha minħabba t-terminazzjoni illegali tal-impjieg tagħha ekwiparabbli għad-differenza bejn id-dħul li hija mistenni tikseb matul ħajjitha u d-dħul li r-rikorrenti kienet tirċievi li kieku l-kuntratt ma ġiex xolt, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-drittijiet għall-pensjoni u benefiċċji oħra;

jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/53


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2010 — Nicola vs BEI

(Kawża F-13/10)

2010/C 134/89

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2008, fir-rigward kemm tal-parti li tikkonċerna l-obbjettivi kif ukoll tal-parti li tikkonċerna l-evalwazzjoni, u tal-promozzjonijiet deċiżi fit-18 ta’ Marzu 2009. Barra minn hekk, il-kundanna tal-konvenut sabiex jagħmel tajjeb għad-danni morali u materjali mġarrba mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-23 ta’ Settembru 2009 sa fejn il-Kumitat tal-Appelli ċaħad l-appell tar-rikorrent fir-rigward tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2008;

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2008, fir-rigward kemm tal-parti li tikkonċerna l-obbjettivi kif ukoll tal-parti li tikkonċerna l-evalwazzjoni;

tannulla l-atti konnessi, sussegwenti u preċedenti kollha, fosthom il-linji gwida tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani dwar kif l-evalwazzjoni għandha tiġi indikata b’waħda mill-ewwel ittri tal-alfabett u l-limiti kwantitattivi imposti fir-rigward tal-għoti tal-evalwazzjoni A jew B+, u l-promozzjonijiet deċiżi fit-18 ta’ Marzu 2009, sa fejn, fid-dawl tal-evalwazzjoni mogħtija mis-superjuri tar-rikorrent, il-BEI ma ħadux inkunsiderazzjoni fil-punt “Promotions from Function E to D”;

tikkundanna lil BEI sabiex jagħmel tajjeb għad-danni morali u materjali, kif ukoll għall-ispejjeż tal-kawża, għall-interessi u għall-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja fir-rigward tal-kreditu kkonstatat.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/54


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-14/10)

2010/C 134/90

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, Lecce) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġet u deskrizzjoni tal-kawża

Il-konstatazzjoni tat-tul eċċessiv tal-proċeduri ta’ rikonoxximent ta’ diżabbiltà parzjali u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallas id-danni kkawżati lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda, min-naħa tal-Kummissjoni, tat-talba tat-30 ta’ Jannar 2009;

jannulla l-att ta’ ċaħda tal-ilment tal-20 ta’ Lulju 2009 kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tat-30 ta’ Jannar 2009;

sa fejn meħtieġ, jannulla n-nota prot. ADMIN.B.2/MB/ls D(09) 29562, tas-6 ta’ Novembru 2009, li waslet għand ir-rikorrent fis-16 ta’ Diċembru 2009;

sa fejn meħtieġ, jikkonstata li l-proċeduri sabiex ir-rikorrent jikseb il-garanziji tal-liġi skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward ta’ inċident li huwa ġarrab fit-12 ta’ Settembru 2003, damu iktar minn ħames snin;

sa fejn meħtieġ, jiddikjara li t-tul tal-proċeduri inkwistjoni kien iktar minn dak raġonevoli;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għad-danni materjali u morali, imġarrba inġustament mir-rikorrent fir-rigward tat-tul mhux raġonevoli tal-proċeduri inkwistjoni, billi tagħtih is-somma ta’ EUR 10 000, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jidhirlu ġust u ekwu;

jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tagħti lir-rikorrent, mill-jum li jiġi dak eżatt wara dak il-jum li fih it-talba tat-30 ta’ Jannar 2009 waslet għand il-Kummissjoni u sal-ħlas effettiv tas-somma ta’ EUR 10 000 (għaxart elef), bl-interessi fuq din l-aħħar somma, bir-rata ta’ 10 % kull sena u kapitalizzat kull sena;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/54


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2010 — Andres et vs BĊE

(Kawża F-15/10)

2010/C 134/91

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carlos Andres et (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Vandenbussche u L. Levi, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti ta’ Ġunju 2009, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju sussegwenti u futuri, sa fejn dawn id-dikjarazzjonijiet jikkostitwixxu l-implementazzjoni tar-riforma tal-iskema ta’ pensjoni deċiża fl-4 ta’ Mejju 2009. Min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-dikjarazzjonijiet tas-salarju ta’ Ġunju 2009 sa fejn dawn id-dikjarazzjonijiet jikkostitwixxu l-ewwel implementazzjoni, fir-rigward tar-rikorrenti, tar-riforma tal-iskema ta’ pensjoni deċiża mill-Kunsill Governattiv fl-4 ta’ Mejju 2009, kif ukoll tannulla, bl-istess mod, id- dikjarazzjonijiet tas-salarju kollha sussegwenti kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tas-salarju futuri;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet li jiċħdu t-talbiet għal eżami mill-ġdid (“administrative review”) u l-ilmenti interni (“grievance procedure”), deċiżjonijiet tat-28 ta’ Awwissu u tas-17 ta’ Diċembru 2009 rispettivament;

għaldaqstant tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni u fil-pensjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq tal-Kunsill Governattiv tal-4 ta’ Mejju 2009 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-iskema preċedenti ta’ pensjoni; din id-differenza fir-remunerazzjoni u fil-pensjoni għandha tiġi miżjuda bl-interessi moratorji kurrenti li jibdew jiddekorru mill-15 ta’ Ġunju 2009 u, imbagħad fil-15 ta’ kull xahar, sal-ħlas kollu, liema interessi għandhom jiġu ffissati bir-rata tal-BĊE miżjuda bi 3 punti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni subiti minħabba t-telf tal-kapaċità ta’ xiri, li għandu jiġi valutat ex aequo et bono, u temporanjament, bħala 1 % tar-remunerazzjoni ta’ kull xahar ta’ kull rikorrent;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/55


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2010 — M. Almeida Campos et vs Il-Kunsill

(Kawża F-16/10)

2010/C 134/92

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: M. Almeida Campos (Brussell, il-Belġju) et (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad AD12 għall-proċedura ta’ promozzjoni tal-2009, u, jekk ikun meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, għall-istess proċedura ta’ promozzjoni, l-uffiċjali li isimhom jinsab fil-lista ta’ persuni promossi ppubblikata fis-CP Nru 97/09, tas-27 ta’ April 2009, u fis-CP Nru 93/09, tat-13 ta’ Mejju 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad AD12 għall-proċedura ta’ promozzjoni tal-2009;

Jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet li jippromwovu għall-grad AD12 għall-proċedura ta’ promozzjoni tal-2009, l-uffiċjali li isimhom jinsab fil-lista ta’ persuni promossi ppubblikata fis-CP Nru 97/09, tas-27 ta’ April 2009, u fis-CP Nru 93/09, tat-13 ta’ Mejju 2009;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/56


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2010 — Daake vs UASI

(Kawża F-17/10)

2010/C 134/93

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Simone Daake (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-UASI tal-4 ta’ Diċembru 2009 li tiċħad it-talba għad-danni tar-rikorrenti

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lill-UASI jikkumpensaha għal dannu materjali li jammonta għad-differenza bejn

minn naħa, il-paga attwali tagħha skont il-klassifikazzjoni preċedenti tagħha bħala membru tal-persunal bil-kuntratt skont l-Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg mill-1 ta’ Novembru 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008 u l-allowance tal-qgħad li ngħatalha mill-1 ta’ Novembru 2008 sal-lum, u

min-naħa l-oħra, il-paga li kienet intitolata għaliha bħala membru tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg mill-1 ta’ Novembru 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008 u l-allowance tal-qgħad li kienet intitolata għalih mill-1 ta’ Novembru 2008 sal-lum, ikkalkolata abbażi tal-paga tagħha ta’ Ottubru 2008 skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg –

flimkien mat-telf tal-pensjoni tal-irtirar u allowances, pagi u benefiċċji oħra b’kunsiderazzjoni għall-promozzjoni xierqa bbażata fuq il-qadi ta’ dmirijietha sal-1 ta’ April 2008,

u — sa fejn meħtieġ għad-danni mitluba — tannulla d-deċiżjonijiet tal-UASI tas-6 ta’ Mejju 2009 u tal-4 ta’ Diċembru 2009;

tordna lill-UASI jikkumpensaha għad-dannu mhux materjali kkawżat permezz ta’ diskriminazzjoni meta mqabbla ma’ impjegati oħra tal-UASI, f’ammont li għandu jiġi ddeterminat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.


22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/56


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2010 — Capidis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-18/10)

2010/C 134/94

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: M. Georges Capidis (Zellik, il-Belġju) et (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrenti l-miżura dixxiplinarja tat-tnaqqis bi grad.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrenti l-miżura dixxiplinarja tat-tnaqqis bi grad prevista fl-Artikolu 9(1)(f) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.