|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.CE2010.123.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123E |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2010/C 123E/01 |
||
|
2010/C 123E/02 |
||
|
2010/C 123E/03 |
Pożizzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 9/2010 fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra mill-prodotti marbutin mal-enerġija |
|
|
2010/C 123E/04 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
III Atti preparatorji
Il-Kunsill
|
12.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 123/1 |
POŻIZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 7/2010 FL-EWWEL QARI
bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bit-tneħħija tal-finanzjament ta’ ċerti azzjonijiet Komunitarji u bil-bidla tal-limiti għall-finanzjament ta’ dawn l-azzjonijiet
Adottata mill-Kunsill fil-25 ta’ Frar 2010
2010/C 123 E/01
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Il-politika tal-Unjoni dwar is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (is-SEKA), għandha l-għan, skont it-termini tal-Programm tal-Aja, li tistabbilixxi żona komuni ta’ asil, permezz ta’ proċedura armonizzata effettiva li tkun konsistenti mal-valuri u t-tradizzjoni umanitarja tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Sar progress kbir f’dawn l-aħħar snin lejn l-istabbiliment tas-SEKA bis-saħħa tal-introduzzjoni ta’ standards minimi komuni. Madankollu għad hemm diskrepanzi kbar bejn Stat Membru u ieħor fl-għoti tal-protezzjoni internazzjonali u fis-suriet diversi li tali protezzjoni tingħata. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni, fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar l-Asil adottat f’Ġunju 2008, ħabbret l-intenzjoni tagħha li tiżviluppa s-SEKA billi tipproponi reviżjoni tal-istrumenti legali eżistenti sabiex tinkiseb armonizzazzjoni akbar tal-istandards applikabbli u billi ssaħħaħ l-appoġġ għall-koperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri, partikolarment bil-preżentazzjoni ta’ proposta leġislattiva għall-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-Uffiċċju ta’ Appoġġ), sabiex tiżdied il-koordinazzjoni tal-koperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri għall-implimentazzjoni effikaċi tar-regoli komuni. |
|
(4) |
Fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil, adottat f’Settembru 2008, il-Kunsill Ewropew solennement tenna li kwalunkwe barrani ppersegwitat għandu d-dritt li jikseb għajnuna u protezzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-Konvezjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati, kif emendata bil-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967, u trattati oħra rilevanti. Ġie maqbul ukoll espressament li l-Uffiċċju jiġi stabbilit fl-2009. |
|
(5) |
Il-koperazzjoni prattika fil-qasam tal-asil għandha l-għan li żżid il-konverġenza u tiżgura li tinżamm il-kwalità attwali tal-proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Istati Membri f’dak is-settur, fi ħdan qafas leġislattiv Ewropew. Fis-snin reċenti diġà ttieħed numru sostanzjali ta’ miżuri ta’ koperazzjoni prattika, notevolment l-adozzjoni ta’ approċċ komuni fir-rigward ta’ informazzjoni dwar il-pajjiżi ta’ oriġini u dwar l-istabbiliment ta’ kurrikulu dwar l-asil Ewropew komuni. L-Uffiċċju ta’ Appoġġ għandu jiġi stabbilit għat-tisħiħ u għall-iżvilupp ta’ dawk il-miżuri ta’ koperazzjoni. |
|
(6) |
Fl-interess tas-simplifikazzjoni tal-azzjonijiet ta’ appoġġ għall-koperazzjoni prattika fil-qasam tal-asil, u safejn l-Uffiċċju ta’ Appoġġ għandu jkun responsabbli għal ċerti kompiti li huma attwalment iffinanzjati taħt il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, hu meħtieġ li r-responsabbilta’ għal ċerti azzjonijiet Komunitarji previsti fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE (2) tiġi trasferita mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati lill-Uffiċċju ta’ Appoġġ sabiex tkun żgurata l-aqwa koperazzjoni prattika fil-qasam tal-asil. |
|
(7) |
Sabiex jittieħed kont tat-tnaqqis tal-ambitu tal-azzjonijiet Komunitarji, il-limitu tal-finanzjament tagħhom stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE għandu jitnaqqas minn 10 % tar-riżorsi disponibbli tal-Fond għal 4 %. |
|
(8) |
Huwa xieraq li jitnaqqas il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE sabiex isiru disponibbli r-riżorsi għall-kontribuzzjoni għall-finanzjament tal-Uffiċċju ta’ Appoġġ. |
|
(9) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, fir-rigward tal-ispazju ta’ liberta’, sigurta’ u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u la hija marbuta biha u lanqas hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 12(1) jiġi sostitwit b’li ġej: “1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta’ EUR 614 miljun.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Artikolu 4
Din id- Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari ta’ … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
Fit-18 ta' Frar 2009, il-Kummissjoni adottat il-proposta li temenda d-Deċiżjoni dwar il-Fond Ewropew għar-Refuġjati (FER) (1), li akkumpanjat il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (2).
Fis-7 ta' Mejju 2009, il-Parlament Ewropew adotta Opinjonijiet fl-ewwel qari dwar rispettivament id-Deċiżjoni FER li għaliha ma ġiet ippreżentata l-ebda emenda (3) u r-Regolament EASO li stabbilixxa 40 emenda għall-proposta tal-Kummissjoni (4).
Fil-25 ta' Frar 2010, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar iż-żewġ proposti skont l-Artikolu 294 tat-Trattat.
Fil-5-7 ta' Ottubru 2009, il-Kumitat tar-Reġjuni adotta Opinjoni dwar is-Sistema Ewropea Komuni futura tal-Asil II (5), li fiha diversi rakkomandazzjonijiet dwar ir-Regolament EASO.
II. OBJETTIV TAL-PROPOSTA
Id-Deċiżjoni FER qed tiġi emendata biex tieħu kont tal-bidliet maħluqa mill-istabbiliment tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u b'mod partikolari, biex l-Uffiċċju jkun jista' jassumi r-responsabbiltà għal ċerti operazzjonijiet li sa issa kienu ffinanzjati mill-fond għar-refuġjati. L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għandu l-għan li jtejjeb l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, filwaqt li jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika dwar l-asil fl-Istati Membri kif ukoll il-forniment u/jew il-koordinazzjoni tal-appoġġ operattiv lill-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil nazzjonali tagħhom.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI
Ġenerali
In-negozjati seħħew f'kuntest ta' politika mfassla mill-programm tal-Aja li jistabbilixxi l-objettivi u l-istrumenti fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni għall-perijodu 2005-2010. Il-Kunsill Ewropew esprima l-impenn tiegħu biex jiżviluppa aktar is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil permezz tal-emendar tal-qafas leġiżlattiv u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni prattika u kollaborattiva, fost oħrajn, billi jiġi stabbilit Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil. Sussegwentement, fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil ta' Ottubru 2008, il-Kunsill Ewropew qabel li jiġi stabbilit tali uffiċċju fl-2009.
F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni FER u la mhi marbuta biha u lanqas soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar arranġamenti prattiċi għall-proċedura ta' kodeċiżjoni (6), ir-rappreżentanti tal-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni daħlu f'kuntatti bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim fl-istadju tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. Dawn il-kuntatti rriżultaw fi ftehim dwar it-testi rigward ir-Regolament EASO u d-Deċiżjoni FER.
IV. KONKLUŻJONI
Il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tirrifletti l-kompromess milħuq fin-negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, iffaċilitat mill-Kummissjoni. Fl-20 ta' Novembru 2009, il-Coreper approva dan il-kompromess billi adotta ftehim politiku dwar d-Deċiżjoni FER u r-Regolament EASO. Il-President tal-Kumitat LIBE tal-Parlament Ewropew minn dakinhar 'il hawn indika f'ittra lill-President tal-Coreper li jekk it-testi ta' kompromess ikunu ppreżentati lill-Parlament Ewropew bħala pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari, huwa ser jirrakkomanda lill-Membri tal-LIBE, u sussegwentement lill-plenarja, li l-pożizzjonijiet tal-Kunsill jiġu aċċettati mingħajr emendi fit-tieni qari tal-Parlament, soġġett għall-verifika tal-ġuristi-lingwisti taż-żewġ istituzzjonijiet. Ladarba d-Deċiżjoni FER u r-Regolament EASO jiġu adottati, ser titwitta t-triq għall-istabbiliment bikri tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil li ser ikun element ta' importanza ewlenija fit-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-asil.
(1) 6702/09 ASILE 6 CADREFIN 7 CODEC 213.
(2) 6700/09 ASILE 5 CODEC 212 + ADD 1, 2.
(3) T6-0375/2009, 7.5.2009.
(4) T6-0379/2009, 7.5.2009.
(5) CdR 90/2009 fin.
|
12.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 123/5 |
POŻIZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 8/2010 FL-EWWEL QARI
bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva 86/613/KEE
Adottata mill-Kunsill fit-8 ta’ Marzu 2010
2010/C 123 E/02
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 157(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Europea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività, inkluża l-agrikoltura, li fiha jaħdmu għal rashom, u dwar il-protezzjoni ta' nisa li jaħdmu għal rashom waqt it-tqala u waqt li qed irabbu t-tfal (3), tiżgura l-applikazzjoni fl-Istati Membri tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom, jew li qed jikkontribwixxu fl-eżerċizzju ta' tali attività. F'dak li jirrigwarda persuni li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi ta' persuni li jaħdmu għal rashom, id-Direttiva 86/613/KEE ma kinitx effettiva ħafna u l-kamp ta' applikazzjoni tagħha għandu jitqies mill-ġdid, minħabba li d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess u l-fastidju jseħħu wkoll f’oqsma barra mix-xogħol bis-salarju. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 86/613/KEE għandha tiġi sostitwita b'din id-Direttiva. |
|
(2) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha, tal-1 ta’ Marzu 2006, intitolata “Pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel”, il-Kummissjoni ħabbret li biex ittejjeb il-governanza għall-ugwaljanza bejn is-sessi, se tirrivedi l-leġislazzjoni attwali tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi li mhijiex inkluża fl-eżerċizzju ta’ tfassil mill-ġdid tal-2005 bil-għan li jkun hemm aġġornament, modernizzazzjoni u tfassil mill-ġdid fejn meħtieġ. Id-Direttiva 86/613/KEE ma kinitx inkluża fl-eżerċizzju ta’ tfassil mill-ġdid. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-5 u tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar “Rwoli bilanċjati tan-nisa u l-irġiel għall-impjiegi, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali”, il-Kunsill appella lill-Kummissjoni biex tqis il-ħtieġa li tirrivedi, jekk ikun meħtieġ, id-Direttiva 86/613/KEE biex tissalvagwardja d-drittijiet relatati mal-maternità u paternità ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u tal-konjuġi li jgħinuhom. |
|
(4) |
Il-Parlament Ewropew sejjaħ b’mod konsistenti lill-Kummissjoni biex tirrivedi d-Direttiva 86/613/KEE, b’mod partikolari biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-maternità ta' nisa li jaħdmu għal rashom u biex tittejjeb il-qagħda tal-konjuġi ta' persuni li jaħdmu għal rashom fl-agrikoltura. |
|
(5) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta' Lulju 2008 ntitolata “Aġenda Soċjali Mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21”, il-Kummissjoni affermat il-ħtieġa li tieħu azzjoni dwar id-differenza bejn is-sessi fl-intraprendenza kif ukoll biex ittejjeb ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja privatama' dik professjonali. |
|
(6) |
Diġà hemm għadd ta’ strumenti legali eżistenti għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali li jkopru l-attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (4) u d-Direttiva 2006/54/KE tal-5 ta’ Lulju 2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol (tfassil mill-ġdid) (5). Din id-Direttiva għalhekk ma għandhiex tapplika għall-oqsma li diġà huma koperti minn direttivi oħra. |
|
(7) |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom. Il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri fir-rigward tal-organizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom, tinkludi, fost oħrajn, deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment, il-finanzjament u l-ġestjoni ta' tali sistemi u istituzzjonijiet relatati, kif ukoll dwar is-sustanza u l-għoti ta' benefiċċji, il-livell tal-kontribuzzjonijiet u l-kondizzjonijiet għall-aċċess. |
|
(8) |
Din id-Direttiva għandha tapplika għal persuni li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi tagħhom jew, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, il-life partners tagħhom, meta dawn, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, abitwalment jipparteċipaw fl-attivitajiet tan-negozju. Sabiex titjieb il-qagħda għal dawn il-konjuġi u, meta u safejn huma rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, għal-life partners ta' persuni li jaħdmu għal rashom, ix-xogħol tagħhom għandu jiġi rikonoxxut. |
|
(9) |
Din id-Direttiva m' għandiex tapplika għal materji koperti minn Direttivi oħra li jimplimentaw il-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, partikolarment id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (6). Fost oħrajn, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/113/KE dwar l-assigurazzjoni u servizzi finanzjarji relatati jibqa’ applikabbli. |
|
(10) |
Biex tkun evitata d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, din id-Direttiva għandha tapplika kemm għad-diskriminazzjoni diretta kif ukoll għal dik indiretta. Il-fastidju u l-fastidju sesswali għandhom jitqiesu bħala diskriminazzjoni u għalhekk għandhom jiġu pprojbiti. |
|
(11) |
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li ġejjin mill-istat konjugali jew tal-familja kif definiti fil-liġi nazzjonali. |
|
(12) |
Il-prinċipju ta' trattament ugwali jkopri r-relazzjonijiet bejn il-persuni li jaħdmu għal rashom u partijiet terzi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, iżda mhux relazzjonijiet bejn persuna li taħdem għal rasha u l-konjuġi jew il-life partner tagħha. |
|
(13) |
Fil-qasam ta' persuni li jaħdmu għal rashom, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali tfisser li ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni abbażi ta' sess, pereżempju, b'rabta mal-istabbiliment, it-tagħmir jew l-estensjoni ta' negozju jew il-varar jew l-estensjoni ta' kwalunkwe forma oħra ta' attività ta' persuni li jaħdmu għal rashom. |
|
(14) |
L-Istati Membri jistgħu, taħt l-Artikolu 157(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iżommu jew jadottaw miżuri li jipprevedu vantaġġi speċifiċi, biex jagħmluha aktar faċli għas-sess li mhuwiex rappreżentat biżżejjed biex jipparteċipa f’attivitajiet ta' persuni li jaħdmu għal rashom jew biex jevita jew jikkumpensa għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali tiegħu. Fil-prinċipju, miżuri bħal azzjoni pożittiva mmirata biex tikseb l-ugwaljanza bejn is-sessi, fil-prattika, ma għandhomx jitqiesu li qed jiksru l-prinċipju legali ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa. |
|
(15) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta' kumpannija bejn il-konjuġi jew, meta u safejn huma rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, il-life partners, mhumiex aktar restrittivi mill-kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta' kumpannija ma' persuni oħrajn. |
|
(16) |
Bil-ħsieb tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tan-negozju tal-familja, il-konjuġi jew, meta u sa fejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, il-life partners ta' persuni li jaħdmu għal rashom, li għandhom aċċess għal sistema għal protezzjoni soċjali, għandhom ikunu intitolati wkoll li jibbenefikaw minn protezzjoni soċjali. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex din il-protezzjoni soċjali tiġi organizzata f'konformità mal-liġi nazzjonali. B'mod partikolari, huma l-Istati Membri li jridu jiddeċiedu jekk din il-protezzjoni soċjali għandhiex tiġi implimentata fuq bażi obbligatorja jew volontarja. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li din il-protezzjoni soċjali tista' tkun proporzjonali għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-ħaddiem li jaħdem għal rasu u/jew il-livell ta' kontribuzzjoni. Mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jżommu dispożizzjonijiet nazzjonali li jillimitaw l-aċċess għal skemi speċifiċi tal-protezzjoni soċjali, jew għal ċertu livell ta' protezzjoni, inklużi kondizzjonijiet speċjali tal-finanzjament, għal ċerti gruppi ta' ħaddiema jew professjonisti li jaħdmu għal rashom, sakemm jkun disponibbli l-aċċess għal xi skema ġenerali. |
|
(17) |
Il-vulnerabbiltà ekonomika u fiżika ta’ nisa tqal li jaħdmu għal rashom u ta’ konjuġi tqal u, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, ta’ life partners tqal ta' persuni li jaħdmu għal rashom, tirriżulta fil-ħtieġa tagħhom li jingħataw id-dritt tal-benefiċċji tal-maternità. L-Istati Membri jibqgħu kompetenti li jorganizzaw tali benefiċċji, inkluż l-istabbiliment tal-livell ta’ kontribuzzjonijiet u l-arranġamenti kollha li jikkonċernaw benefiċċji u ħlasijiet, sakemm jiġu mħarsa r-rekwiżiti minimi ta’ din id-Direttiva. B'mod partikolari, huma jistgħu jiddeterminaw f'liema perijodu qabel u/jew wara t-twellid jingħata d-dritt għall-benefiċċji tal-maternità. Barra minn dan, is-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna jew tal-familja inkwistjoni tista' tittieħed f'kont meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-kontribuzzjonijiet u/jew il-benefiċċji. |
|
(18) |
Biex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta’ attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, nisa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi nisa jew, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, il-life partners nisa ta' persuni li jaħdmu għal rashom, għandhom jingħataw aċċess, kemm jista’ jkun, għal kwalunkwe servizz eżistenti li jipprovdi sostituzzjoni temporanja li jippermettilhom li jinterrompu l-attività tax-xogħol tagħhom minħabba t-tqala jew minħabba li qed irabbu t-tfal jew għal kwalunkwe servizz soċjali nazzjonali eżistenti. L-aċċess għal dawk is-servizzi jista' jkun alternattiva għal, jew parti mill-allowance tal-maternità. |
|
(19) |
It-titjib fl-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ għajnuna soċjali, notevolment permezz ta’ inċentivi mtejba, amministrazzjoni u evalwazzjoni aħjar, u l-prijoritizzazzjoni ta’ programmi ta’ nfiq, sar kruċjali għas-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tal-mudelli soċjali Ewropej. Meta jkunu qed ifasslu l-miżuri meħtieġa biex tiġi implimentata din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lit-titjib u l-iżgurar tal-kwalità u s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom. |
|
(20) |
Il-persuni li kienu suġġetti għal diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess għandu jkollhom mezzi xierqa ta’ protezzjoni legali. Biex tingħata protezzjoni aktar effettiva, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra għandhom jingħataw is-setgħa li jinvolvu ruħhom fi proċedimenti, kif jiddeċiedu l-Istati Membri, jew f'isem jew b'appoġġ għal kull vittima, bla preġudizzju għar-regoli nazzjonali ta' proċedura dwar rappreżentazzjoni u difiża quddiem il-qrati. |
|
(21) |
Il-protezzjoni ta' persuni li jaħdmu għal rashom u konjuġi ta' persuni li jaħdmu għal rashom u, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, life partners ta' persuni li jaħdmu għal rashom, mid-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess għandha tissaħħaħ bl-eżistenza ta’ korp jew korpi f'kull Stat Membru b' kompetenza li janalizzaw il-problemi involuti, jistudjaw soluzzjonijiet possibbli u jagħtu assistenza prattika lill-vittmi. Il-korp jew korpi jistgħu jkunu l-istess bħal dawk b’responsabbiltà fuq livell nazzjonali għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem jew is-salvagwardja tad-drittijiet tal-individwi, jew għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali. |
|
(22) |
Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi, b'hekk tagħti lill-Istati Membri l-għażla li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli. |
|
(23) |
Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jkun żgurat livell għoli komuni ta’ protezzjoni mid-diskriminazzjoni fl-Istati Membri kollha, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit mill-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas sabiex isir effettiv, fl-Istati Membri, il-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom, jew li tikkontribwixxi għall-eżerċizzju ta’ tali attività, fir-rigward ta' dawk l-aspetti mhux koperti bid-Direttivi 2006/54/KE u 79/7/KEE.
2. L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' oġġetti u servizzi tibqa' koperta bid-Direttiva 2004/113/KE.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Din id-Direttiva tkopri:
|
(a) |
persuni li jaħdmu għal rashom, jiġifieri l-persuni kollha li jeżerċitaw attività bi qligħ għal rashom, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali; |
|
(b) |
il-konjuġi ta' persuni li jaħdmu għal rashom jew, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, il-life partners ta' persuni li jaħdmu għal rashom, li ma jkunux impjegati jew imsieħba fin-negozju, fejn huma abitwalment, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-persuna li taħdem għal rasha u jwettqu l-istess kompiti jew kompiti anċillari. |
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “diskriminazzjoni diretta”: fejn persuna waħda tiġi trattata b’mod inqas favorevoli minħabba raġunijiet ta’ sess milli hija, kienet jew tkun trattata persuna oħra f’sitwazzjoni komparabbli;
(b) “diskriminazzjoni indiretta”: fejn dispożizzjoni, kriterju jew prattika li jidhru newtrali jkunu jpoġġu lil persuni ta’ sess wieħed fi żvantaġġ partikolari meta mqabbla ma’ persuni tas-sess l-ieħor, sakemm dik id-dispożizzjoni, kriterju jew prattika mhumiex iġġustifikati oġġettivament minn għan leġittimu, u l-mezzi biex jintlaħaq dak l-għan huma adatti u meħtieġa;
(c) “fastidju”: fejn isseħħ imġiba mhix mixtieqa relatata mas-sess ta’ persuna bil-fini jew bl-effett ta' vjolazzjoni tad-dinjità ta’ dik il-persuna, u li jinħoloq ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv;
(d) “fastidju sesswali”: meta titwettaq kull forma ta’ mġiba verbali, mhux verbali jew fiżika mhux mixtieqa ta’ natura sesswali, bil-fini jew bl-effett ta' vjolazzjoni tad-dinjità ta’ persuna, b’mod partikolari meta jinħoloq ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv.
Artikolu 4
Prinċipju ta' trattament ugwali
1. Il-prinċipju ta’ trattament ugwali jfisser li ma għandu jkun hemm assolutament l-ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess fis-settur pubbliku u f'dak privat, kemm direttament kif ukoll indirettament, pereżempju fir-rigward tal-istabbiliment, it-tagħmir jew l-estensjoni ta’ negozju jew it-tnedija jew l-estensjoni ta’ kull forma oħra ta’ attività ta’ persuni li jaħdmu għal rashom.
2. Fl-oqsma koperti bil-paragrafu 1, il-fastidju u l-fastidju sesswali għandhom jitqiesu bħala diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess u għalhekk għandhom jiġu pprojbiti. Ir-rifjut ta' jew is-sottomissjoni għal tali mġiba minn persuna ma jistgħux jintużaw bħala bażi għal deċiżjoni li tolqot lil dik il-persuna.
3. Fl-oqsma koperti bil-paragrafu 1, ordni li tiddiskrimina kontra persuni fuq bażi ta’ sess għandha titqies bħala diskriminazzjoni.
Artkolu 5
Azzjoni pożittiva
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw mizuri fis-sens tal-Artikolu 157(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn l-irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol li tkun immirata, pereżempju, għall-promozzjoni tal-intraprenditorija fost in-nisa.
Artikolu 6
Stabbiliment ta' kumpannija
Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet speċifiċi għal aċċess għal ċerti attivitajiet li japplikaw ugwalment għaż-żewġ sessi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta' kumpannija bejn il-konjuġi, jew bejn il-life partners, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, mhumiex aktar restrittivi mill-kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta' kumpannija bejn persuni oħra.
Artikolu 7
Protezzjoni soċjali
1. Meta teżisti sistema għal protezzjoni soċjali ta' persuni li jaħdmu għal rashom fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-konjuġi u l-life partners msemmijin fl-Artikolu 2(b) jistgħu jibbenefikaw minn xi protezzjoni soċjali f'konformità mal-liġi nazzjonali.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk il-protezzjoni soċjali msemmija fil-paragrafu 1 hijiex implimentat fuq bażi obbligatorja jew volontarja. F'konformità ma' dan, huma jistgħu jipprevedu li din il-protezzjoni soċjali tingħata biss fuq talba tal-konjuġi u l-life partners msemmijin fl-Artikolu 2(b).
Artikolu 8
Benefiċċji tal-maternità
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li nisa li jaħdmu għal rashom u konjuġi u life partners nisa msemmijin fl-Artikolu 2 ikunu jistgħu, skont il-liġi nazzjonali, jingħataw allowance tal-maternità adegwata li jippermettilhom li jinterrompu l-attività tax-xogħol tagħhom minħabba t-tqala jew minħabba l-maternita' għal mhux inqas minn 14-il ġimgħa.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk l-allowance tal-maternità msemmija fil-paragrafu 1 hijiex mogħtija fuq bażi obbligatorja jew volontarja. F'konformità ma' dan, huma jistgħu jipprevedu li din l-allowance tingħata biss fuq talba ta' ħaddiema nisa li jaħdmu għal rashom u tal-konjuġi u l-life partners nisa msemmijin fl-Artikolu 2.
3. L-allowance imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jitqies adegwat jekk jiggarantixxi dħul għall-inqas ekwivalenti għal:
|
(a) |
l-allowance li l-persuna kkonċernata tirċievi f’każ li tieqaf temporanjament mill-attivitajiet tagħha għal raġunijiet marbuta mal-istat ta’ saħħa tagħha u/jew |
|
(b) |
it-telf medju ta' dħul jew ta' profitt fir-rigward ta' perijodu preċedenti komparabbli, suġġett għal kwalunkwe limitu stabbilit bil-liġi nazzjonali u/jew |
|
(c) |
kull allowance oħra relatata mal-familja stabbilita bil-liġi nazzjonali, suġġetta għal kwalunkwe limitu stabbilit bil-liġi nazzjonali. |
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li nisa li jaħdmu għal rashom u konjuġi u life partners nisa msemmijin fl-Artikolu 2 ikollhom aċċess kemm jista’ jkun għal kwalunkwe servizz eżistenti li jipprovdi sostituzzjonijiet temporanji jew għal kwalunkwe servizz soċjali nazzjonali eżistenti. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-aċċess għal dawk is-servizzi jkun alternattiva għal, jew parti mill-allowance imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 9
Difiża tad-drittijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi, inkluż, fejn l-Istati Membri jqisu li jkun xieraq, proċeduri ta’ konċiljazzjoni, għall-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva huma disponibbli għall-persuni kollha li jqisu li ġarrbu xi telf jew ħsara minħabba li l-prinċipju ta’ trattament ugwali ma ġiex applikat għalihom, anke wara li ntemmet ir-relazzjoni li fiha d-diskriminazzjoni hija allegata li saret.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra li għandhom, f'konformità mal-kriterji stabbiliti bil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li din id-Direttiva tiġi osservata, jistgħu jidħlu, f'isem jew b’appoġġ għal min jagħmel l-ilment, bl-approvazzjoni tiegħu jew tagħha, f’kull proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv previst għall-infurzar tal-obbligi taħt din id-Direttiva.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar limiti ta’ żmien biex issir azzjoni relatata mal-prinċipju ta’ trattament ugwali.
Artikolu 10
Kumpens jew riparazzjoni
L-Istati Membri għandhom jintroduċu tali miżuri fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom li huma meħtieġa biex jiżguraw kumpens jew riparazzjoni reali u effettivi, kif l-Istati Membri hekk jiddeterminaw, għat-telf jew il-ħsara mġarrbin minn persuna minħabba diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, b’mod li tali kumpens jew riparazzjoni tkun dissważivi u proporzjonati għat-telf jew il-ħsara mġarrbin. Tali kumpens jew riparazzjoni ma għandhomx ikunu limitati mill-iffissar ta' limitu ogħla minn qabel.
Artikolu 11
Korpi ta' ugwaljanza
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru u jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għal korp jew korpi għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ ta' trattament ugwali tal-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess. Tali korpi jistgħu jifformaw parti minn aġenziji b’responsabbiltà fuq livell nazzjonali għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem jew is-salvagwardja tad-drittijiet tal-individwi, jew għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompiti tal-korpi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu:
|
(a) |
l-għoti ta’ assistenza indipendenti lil vittmi ta’ diskriminazzjoni li jressqu l-ilmenti ta’ diskriminazzjoni tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' vittmi u assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra msemmijin fl-Artikolu 9(2); |
|
(b) |
it-twettiq ta’ stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni; |
|
(c) |
il-pubblikazzjoni ta' rapporti indipendenti u l-għoti ta' rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni relatata ma’ tali diskriminazzjoni; |
|
(d) |
l-iskambju, fil-livell adatt, ta' informazzjoni disponibbli mal-korpi korrispondenti Ewropej, bħall-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. |
Artikolu 12
Integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sess
L-Istati Membri għandhom jieħdu kont b'mod attiv tal-objettiv tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa meta jfasslu u jimplimentaw liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi, politiki u attivitajiet fl-oqsma msemmijin f'din id-Direttiva.
Artikolu 13
Disseminazzjoni ta' informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti li huma diġà fis-seħħ, jinġiebu permezz tal-mezzi kollha adatti għall-attenzjoni tal-persuni kkonċernati fit-territorju kollu tagħhom.
Artikolu 14
Livell ta' protezzjoni
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet, li huma aktar favorevoli għall-protezzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tikkostitwixxi raġuni għal tnaqqis fil-livell ta’ protezzjoni mid-diskriminazzjoni diġà applikat mill-Istati Membri fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.
Artikolu 15
Rapporti
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Kummissjoni sa … (7).
Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fil-qosor biex jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn … (8). Fejn ikun il-każ, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti biex tiġi emendata din id-Direttiva.
2. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jieħu kont tal-opinjonijiet tal-partijiet interessati.
Artikolu 16
Implimentazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn … (9). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. Fejn ikun ġustifikat minn diffikultajiet partikolari, l-Istati Membri jistgħu, jekk ikun meħtieġ, ikollhom perijodu addizzjonali ta' sentejn sa … (10) sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 7, u sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 8 fir-rigward tal-konjuġi u life partners nisa msemmijin fl-Artikolu 2(b).
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 17
Tħassir
Id-Direttiva 86/613/KEE b’dan titħassar b’effett minn … (11).
Ir-referenzi magħmula lid-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi magħmula għal din id-Direttiva.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 19
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi, …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 228, 22.9.2009, p. 107.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' …
(3) ĠU L 359, 19.12.1986, p. 56.
(5) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(6) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(7) Sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(8) Seba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(9) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(10) Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(11) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
Fis-6 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività fejn jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE (1).
Il-proposta hija parti minn pakkett ta' inizjattivi dwar ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol, tal-familja u dik privata, waqt li l-punti l-oħra huma proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu, Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi ta’ Barċellona rigward il-kura tat-tfal u Komunikazzjoni dwar il-bilanċ bejn xogħol u ħajja.
Filwaqt li jaġixxi f'konformità mal-proċedura ordinarja, il-Parlament Ewropew ta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 (2).
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni tiegħu fl-24 ta' Marzu 2009 (3).
Il-Kummissjoni ma ppreżentat l-ebda proposta emendata formali bħala segwitu għall-opinjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.
Fit-30 ta' Novembru 2009, il-Kunsill laħaq qbil politiku permezz ta' maġġoranza kwalifikata dwar Pożizzjoni fl-ewwel qari.
F'konformità mal-Artikolu 294(5) (TFUE), il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari permezz ta' maġġoranza kwalifikata fit-8 ta' Marzu 2010.
II. OBJETTIVI
L-objettiv tal-proposta huwa li jinbidel il-qafas legali Komunitarju dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi tagħhom.
Hija għandha l-għan li ttejjeb il-protezzjoni soċjali ta' persuni li jaħdmu għal rashom, bil-ħsieb li jitneħħew disinċentivi għall-intraprenditorija fost in-nisa. Hija tfittex ukoll li ttejjeb il-protezzjoni soċjali ta' “konjuġi ta' għajnuna”, li spiss jaħdmu regolarment ma' dawk li jaħdmu għal rashom mingħajr ma jgawdu mid-drittijiet korrispondenti.
Il-karatteristiċi prinċipali tal-proposta huma kif ġej:
|
— |
id-definizzjoni ta' “konjuġi ta' għajnuna” ġiet modifikata, sabiex tkopri msieħba għall-ħajja (jiġifieri koppji mhux miżżewġa) meta, u safejn dawn ikunu, rikonoxxuti mid-dritt nazzjonali; |
|
— |
skont id-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 7, nisa li jaħdmu għal rashom u konjuġi ta' għajnuna jkunu intitolati, fuq it-talba tagħhom, għall-istess perijodu ta’ leave tal-maternità bħall-impjegati (ara d-Direttiva 92/85/KEE); |
|
— |
skont id-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 6, konjuġi ta' għajnuna jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jibbenefikaw tal-inqas mill-istess livell ta’ protezzjoni soċjali bħall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
Ladarba tkun adottata, id-Direttiva ser tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE (4) u ser tkun applikabbli fir-rigward ta' dawk l-aspetti li mhumiex koperti bid-Direttivi 2006/54/KE, 2004/113/KE u 79/7/KEE, sabiex timplimenta b'mod aktar effettiv il-prinċipju ta' trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel involuti f'attività fejn jaħdmu għal rashom, jew li qed jikkontribwixxu fit-twettiq ta' attività bħal din.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI
1. Osservazzjonijiet ġenerali:
a) Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew adotta 30 emenda (l-emendi 1-16, 18-19, 21-28, 36, 39, 40, 46) għall-proposta tal-Kummissjoni. Matul id-dibattitu fis-sessjoni plenarja, il-Kummissjoni indikat li hija tista' taċċetta 15 minn dawn l-emendi kompletament, parzjalment jew wara li jiġu riformulati (l-emendi 1, 2, 3, 4, 7, 9, 12, 13, 15, 18, 21, 22, 23, 27, 28). L-emendi l-oħrajn (l-emendi 5, 6, 8, 10, 11, 14, 16, 19, 24, 25, 26, 36, 39, 40, 46), madankollu, ma kinux aċċettabbli għall-Kummissjoni.
2. Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari
Il-Kunsill seta' jaċċetta 10 mill-emendi tal-Parlament Ewropew kompletament, parzjalment jew wara li jiġu riformulati, jiġifieri:
|
— |
L-Emenda Nru 4 (il-premessa Nru 10: referenza għal azzjoni affermattiva): Madankollu, il-Kunsill kien tal-fehma li t-terminu “azzjoni affermattiva” għandu jiġi sostitwit b' “azzjoni pożittiva” f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/54/KE (il-premessa Nru 14 tal-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 9 (il-premessa Nru 18: kjarifika tat-test biex jirreferi għal persuni li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi ta' għajnuna): il-Kunsill żied ukoll referenza għall-imsieħba għall-ħajja ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom (meta u safejn dawn ikunu rikonoxxuti mid-dritt nazzjonali) fil-premessa Nru 21 tal-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari; |
|
— |
L-Emenda Nru 12 (l-Artikolu 4: żieda ta' referenza għall-ħtieġa tal-promozzjoni tal-intraprenditorija fost in-nisa): il-Kunsill qabel mal-Parlament li jkun rakkomandabbli li tiddaħħal referenza għall-istabbiliment ta' negozji min-nisa, b'kont meħud tad-differenza enormi bejn is-sessi fl-intraprenditorija (l-Artikolu 5 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emendi Nri 13 u 39 (l-Artikolu 5: żieda tat-terminu “bejn” qabel “imsieħba għall-ħajja”): Il-Kunsill qabel mal-Parlament li din iż-żieda tkun tagħmilha aktar ċara li l-kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta' negozji jkunu l-istess irrispettivament mill-istat ċivili (l-Artikolu 6 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 18 (l-Artikolu l-ġdid 7a rigward ir-rikonoxximent tax-xogħol tal-konjuġi ta' għajnuna): il-Kunsill inkorpora s-sustanza ta' din l-emenda fil-premessa Nru 8 fil-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari; |
|
— |
L-Emenda Nru 22 (l-Artikolu 10(2) il-punt il-ġdid (ca)): il-Kunsill kien tal-fehma li t-terminu “ekwivalenti” għandu jiġi sostitwit b' “korrispondenti” (l-Artikolu 11 (2) (d) tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 23 (l-inserzjoni ta' dispożizzjoni ġdida (l-Artikolu l-ġdid 10a) dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi): il-Kunsill qies li din id-dispożizzjoni l-ġdida tkun tikkostitwixxi b'mod ċar titjib fir-rigward tad-Direttiva eżistenti (l-Artikolu 12 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 27 (l-Artikolu 14(2)): Il-Kunsill seta' jaqbel mal-ewwel parti tal-emenda li ddaħħal element ta' kondizzjonalità (“jekk iġġustifikat b'diffikultajiet partikolari …”) iżda qies li t-tnaqqis tal-perijodu addizzjonali għal sena ma kienx aċċettabbli. Huwa ma kienx favur ukoll l-estensjoni tal-perijodu addizzjonali biex ikopri d-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva (l-Artikolu 16(2) tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 28 (l-Artikolu l-ġdid 14a: rekwiżiti minimi. Il-Kunsill inkorpora s-sustanza ta' din l-emenda fil-premessa Nru 22 fil-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari). |
Madankollu, il-Kunsill ma qiesx li jkun rakkomandabbli li jiġu aċċettati l-emendi:
|
— |
Nru 1 (il-premessa Nru 4: referenza għall-ħtieġa li titjieb is-sitwazzjoni ta' konjuġi ta' għajnuna fl-artiġjanat, il-kummerċ, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-professjonijiet liberali): il-Kunsill ma qiesx li huwa meħtieġ li ssir referenza espliċita għal dawn is-setturi (il-premessa Nru 4 tal-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari); |
|
— |
Nru 2 (il-premessa l-ġdida 4a): il-Kunsill ma qiesx li huwa adatt li tiddaħħal sistema ta' reġistrazzjoni obbligatorja għall-konjuġi ta' għajnuna. Barra minn hekk, il-premessa Nru 16 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tiddikjara li l-konjuġi ta' għajnuna jew l-imsieħba għall-ħajja ta' persuni li jaħdmu għal rashom li għandhom aċċess għal sistema ta' protezzjoni soċjali, għandhom ikunu intitolati wkoll li jibbenefikaw minn protezzjoni soċjali. L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jieħdu l-miżuri neċessarji biex din il-protezzjoni soċjali tkun organizzata f'konformità mad-dritt nazzjonali. B'mod partikolari, huma l-Istati Membri li jridu jiddeċiedu jekk din il-protezzjoni soċjali għandhiex tiġi implimentata fuq bażi obbligatorja jew volontarja); |
|
— |
Nru 3 (Il-premessa l-ġdida 7b): il-Kunsill ma qiesx li huwa adatt li jiddaħħal obbligu li ssir proviżjoni għal stat iddefinit b'mod ċar għall-konjuġi ta' għajnuna u li jiġu stabbiliti d-drittijiet tagħhom; |
|
— |
Nru 5 (il-premessa Nru 11): il-Kunsill ma qiesx li huwa adatt li tiġi modifikata l-formulazzjoni attwali tad-Direttiva 86/613/KEE attwali (il-premessa Nru 13 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
Nru 6 (il-premessa Nru 12): il-Kunsill qies li din l-emenda ma kinitx meħtieġa peress li hija f'każistika stabbilita li, meta jkunu qed jeżerċitaw il-kompetenzi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jridu jikkonformaw mad-dritt Komunitarju kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja; |
|
— |
Nru 7 (il-premessa Nru 13): il-Kunsill ma qiesx li huwa adatt li jiġi pprovdut li l-livell ta’ protezzjoni tal-konjuġi ta' għajnuna għandu jkun proporzjonali għall-grad ta’ parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-persuna li taħdem għall-rasha fin-negozju tal-familja. Huwa qies li għandhom ikunu l-Istati Membri li jorganizzaw din il-protezzjoni soċjali skont id-dritt nazzjonali u, b'mod partikolari, li jiddeċiedu li din il-protezzjoni soċjali tista' tkun proporzjonali għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-persuna li taħdem għall-rasha u/jew għall-livell tal-kontribuzzjoni (il-premessa Nru 16 fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
Nru 8 (il-premessa Nru 16): il-Kunsill ma setax jaċċetta din l-emenda peress li deherlu li r-referenza għall-kwalità u s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali għandha tinżamm (il-premessa Nru 19 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
Nru 10 (l-Artikolu 2(1)(a)): il-Kunsill qies li huwa adatt li din id-definizzjoni tiħassar u titressaq f'Artikolu ġdid (l-Artikolu 2 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari) dwar il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Barra minn hekk, il-Kunsill ma qiesx li huwa adatt li ssir referenza għal setturi bħall-agrikoltura, il-professjonijiet liberali, l-artiġjanat u l-SMEs peress li dehrlu li ma kienx hemm raġuni valida biex jiġi emendat it-test tad-definizzjoni kif imniżżel fid-Direttiva eżistenti; |
|
— |
L-Emenda 11 (l-Artikolu 3(1)): Il-Kunsill ma qiesx li huwa meħtieġ li tiżdied il-ġestjoni ta' negozju mas-sitwazzjonijiet fejn għandu japplika l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni peress li ma ra l-ebda raġuni valida biex tinbidel id-dispożizzjoni eżistenti taħt id-Direttiva 86/613/KEE (l-Artikolu 4(1) tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emendi Nri 14 u 40 (l-Artikolu 6): Filwaqt li l-Kunsill seta' jaqbel li tiżdied referenza għal imsieħba għall-ħajja, madankollu ma kienx f'pożizzjoni li jaċċetta l-kondizzjonijiet imniżżlin fl-emenda fir-rigward tal-protezzjoni soċjali peress li qies li għandhom ikunu l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk din il-protezzjoni soċjali għandhiex tiġi implimentata fuq bażi obbligatorja jew volontarja (kif imfisser aktar fil-premessa Nru 16 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 15 (l-Artikolu 7(1) dwar it-tul ta' żmien tal-leave tal-maternità): il-Kunsill qies li d-Direttiva ma għandhiex tipprevedi perijodi ta' leave tal-maternità adattati għall-persuna, li jkunu soġġetti għall-għażla personali, peress li dawn jinterferixxu mal-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti u futura, iżda għal allowance tal-maternità adegwata li tippermetti interruzzjonijiet fl-attività tax-xogħol minħabba t-tqala (l-Artikolu 8(1) tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 16 (l-Artikolu 7(3)): il-Kunsill qies li kwalunkwe tali dispożizzjoni ma tkunx ċara u twassal għal inċertezza legali peress li jrid ikun magħruf x'jistgħu jkunu r-raġunijet għad-diskriminazzjoni (l-Artikolu 8(3) tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 19 (l-Artikolu 8(1): żieda tat-terminu “effettiv”. Il-Kunsill qies li t-test għandu jkun allinjat fuq id-dispożizzjonijiet eżistenti fid-Direttivi 2006/54/KE u 2004/113/KE (l-Artikolu 9(1) tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 21 (l-Artikolu 10(2): referenza għall-korp imsemmi fil-paragrafu 1): il-Kunsill kien tal-fehma li għandha tintuża l-formulazzjoni użata fil-proposta tal-Kummissjoni (“korpi”); sabiex ikun ċar li l-korpi msemmija fl-Artikolu 10(2) għandhom ikunu l-istess bħal dawk responsabbli għad-Direttivi 2004/113/KE u 2006/54/KE (l-Artikolu 11(2) tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 24 (l-Artikolu 11: referenza għall-Internet bħala mezz ta' disseminazzjoni tal-informazzjoni). Il-Kunsill ma ra l-ebda valur fit-tibdil tat-test tal-proposta tal-Kummissjoni li huwa l-istess bħad-dispożizzjonijiet eżistenti fid-Direttivi 2006/54/KE u 2004/113/KE (l-Artikolu 13 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 25 (l-Artikolu 13 (1)): skadenzi għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva u għar-rapport tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva): Il-Kunsill ma kienx favur li l-iskadenzi jitqassru kif imniżżel fil-proposta tal-Kummissjoni (l-Artikolu 15 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
|
— |
L-Emenda Nru 26 (l-Artikolu 13 (ġdid): reviżjoni tad-Direttiva: Il-Kunsill ma qiesx li huwa meħtieġ li tiġi prevista klawsola ta' reviżjoni; |
|
— |
L-Emenda Nru 36 (l-Artikolu 2a (ġdid): projbizzjoni ta' kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq l-istat konjugali jew tal-familja): Il-Kunsill ma qiesx li huwa adatt li jittieħed kont ta' din l-emenda għall-istess raġunijiet bħal dawk relatati mal-emenda Nru 6; |
|
— |
L-Emenda Nru 46 (l-Artikolu 7(4): dispożizzjoni rigward aċċess għas-servizzi soċjali nazzjonali minbarra l-allowance tal-maternità): il-Kunsill ma kienx favur din l-emenda peress li huwa qies li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu li l-aċċess għal dawk is-servizzi soċjali huwa alternattiva jew parti mill-allowance tal-maternità (l-Artikolu 8(4) tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari); |
Il-Kummissjoni aċċettat il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari.
3. Kummenti speċifiċi
Protezzjoni soċjali (l-Artikolu 7 u l-premessa Nru 16 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari)
Il-Kunsill jaqbel mal-Parlament dwar il-prinċipju li, fid-dawl tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tan-negozju tal-familja, il-konjuġi jew, meta u sakemm huma rikonoxxuti mid-dritt nazzjonali, l-imsieħba għall-ħajja ta' persuni li jaħdmu għal rashom, li għandhom aċċess għal sistema ta' protezzjoni soċjali, għandhom ikunu intitolati wkoll li jibbenefikaw minn protezzjoni soċjali.
Fil-fehma tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex din il-protezzjoni soċjali tiġi organizzata f'konformità mad-dritt nazzjonali. B'mod partikolari, għandhom ikunu l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk din il-protezzjoni soċjali għandhiex tiġi implimentata fuq bażi obbligatorja jew volontarja u din għandha tingħata biss fuq talba mill-konjuġi ta' għajnuna jew l-imsieħba għall-ħajja.
L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprovdu li din il-protezzjoni soċjali tista' tkun proporzjonali għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-persuna li taħdem għal rasha u/jew il-livell tal-kontribuzzjoni.
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, huma għandhom ukoll ikunu jistgħu jżommu dispożizzjonijiet nazzjonali li jillimitaw l-aċċess għal skemi speċifiċi tal-protezzjoni soċjali, jew għal ċertu livell ta' protezzjoni, inklużi kondizzjonijiet speċjali ta' finanzjament, għal ċerti gruppi ta' ħaddiema jew professjonisti li jaħdmu għal rashom, dment li jkun disponibbli l-aċċess għal skema ġenerali.
Benefiċċji tal-maternità u servizzi ta' sostituzzjoni temporanja (l-Artikolu 8, il-premessi Nru 17 u 18 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari)
Fid-dawl tal-vulnerabbiltà ekonomika u fiżika tagħhom, il-Kunsill għandu l-istess fehma tal-Parlament dwar il-ħtieġa li persuni tqal li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi tqal, jew l-imsieħba għall-ħajja tqal, ta' persuni li jaħdmu għal rashom, jingħataw leave tal-maternità twil biżżejjed biex jiġi żgurat l-andament tajjeb ta' tqala normali u l-irkupru fiżiku tal-omm wara ħlas normali.
Madankollu, fid-dawl tal-istat tagħhom bħala persuni li jaħdmu għal rashom, il-Kunsill ma qiesx li huwa adatt li jiġi pprovdut li nisa li jaħdmu għal rashom u, b'analoġija, il-konjuġi ta' għajnuna jew l-imsieħba għall-ħajja nisa ta' persuni li jaħdmu għal rashom, għandhom ikunu intitolati, fuq talba tagħhom, għall-istess perijodu ta' leave tal-maternità kif previst fid-Direttiva 92/85/KEE. Din id-Direttiva tapplika biss għal impjegati li huma soġġetti għal dispożizzjonijiet differenti meta mqabbla ma' nisa li jaħdmu għal rashom.
Għal din ir-raġuni, il-Kunsill deherlu li jkun aktar adatt li jiġi pprovdut li nisa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi u l-imsieħba għall-ħajja nisa, għandhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jingħataw allowance tal-maternità adegwata li jippermettilhom li jinterrompu l-attività tax-xogħol tagħhom minħabba t-tqala jew minħabba li jkunu qed irabbu t-tfal għal mhux inqas minn 14-il ġimgħa.
L-Istati Membri għandhom jibqgħu kompetenti li jorganizzaw tali benefiċċji, inkluż l-istabbiliment tal-livell tal-kontribuzzjonijiet u l-arranġamenti kollha li jikkonċernaw benefiċċji u ħlasijiet, dment li jkunu mħarsa l-preskrizzjonijiet minimi tad-Direttiva. B'mod partikolari, huma għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw f'liema perijodu qabel u/jew wara t-twellid jingħata d-dritt għall-benefiċċji tal-maternità. Huma għandhom jiddeterminaw ukoll jekk għandux jittieħed kont tas-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna jew tal-familja inkwistjoni meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-kontribuzzjonijiet u/jew il-benefiċċji.
Barra minn hekk, sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta’ attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, il-Kunsill qies li nisa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi nisa jew, meta u safejn dawn ikunu rikonoxxuti mid-dritt nazzjonali, l-imsieħba għall-ħajja nisa ta' persuni li jaħdmu għal rashom, għandhom jingħataw aċċess, kemm jista’ jkun għal kwalunkwe servizz eżistenti li jforni sostituzzjoni temporanja li jippermettilhom li jinterrompu l-attività tax-xogħol tagħhom minħabba t-tqala jew minħabba li jkunu qed irabbu t-tfal jew għal kwalunkwe servizz soċjali nazzjonali eżistenti. L-aċċess għal dawn is-servizzi jista' jkun alternattiva għall-allowance tal-maternità jew parti minnha.
IV. KONKLUŻJONI
Il-Kunsill iqis li l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività fejn jaħdmu għal rashom tirrappreżenta soluzzjoni bbilanċjata u realistika għall-kwistjonijiet koperti mill-proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li ma jkunx hemm indħil fl-organizzazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali tal-Istati Membri jew tal-finanzjament tagħhom.
Fil-fehma tiegħu, id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din il-pożizzjoni għandhom jgħinu biex jiġu ttrattati l-ostakoli għall-aċċess tan-nisa għall-impjieg għal rashom u b'hekk ikun aktar faċli biex jikkombinaw l-attivitajiet fir-rigward ta' tali impjieg u r-responsabbiltajiet tal-familja.
Il-Kunsill jistenna b'interess diskussjoni kostruttiva mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jintlaħaq qbil finali dwar din id-Direttiva importanti.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE tal-11 ta' Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività, inkluża l-agrikoltura, b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom, u dwar il-protezzjoni ta' nisa li jaħdmu għal rashom waqt it-tqala u waqt li qegħdin irabbu t-tfal (ĠU L 359, 19.12.1986, p. 56).
(2) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU C 228, 22 ta' Settembru 2009, paġna 107.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE tal-11 ta' Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività, inkluża l-agrikoltura, b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom, u dwar il-protezzjoni ta' nisa li jaħdmu għal rashom waqt it-tqala u waqt li qegħdin irabbu t-tfal (ĠU L 359, 19.12.1986, p. 56).
|
12.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 123/17 |
POŻIZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 9/2010 FL-EWWEL QARI
bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra mill-prodotti marbutin mal-enerġija (tfassil mill-ġdid)
Adottata mill-Kunsill fl-14 ta' April 2010
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 123 E/03
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra skont l-apparat tad-dar (3) ġiet emendata sostanzjalment (4). Ġaladarba jridu jsiru iktar emendi, għanda tiġi rriformulata fl-interess taċ-ċarezza. |
|
(2) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/75/KEE huwa ristrett għall-apparat domestiku. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar Politika Sostenibbli dwar il-Konsum u l-Produzzjoni u Politika Industrijali Sostenibbli wera li l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/75/KEE għall-prodotti b'rabta mal-enerġija li għandhom impatt sinifikanti dirett jew indirett fuq il-konsum tal-enerġija matul l-użu tagħhom tista' ssaħħaħ is-sinerġiji potenzjali fost il-miżuri leġiżlattivi, u partikolarment id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għat-twaqqif ta’ ħtiġijiet ta’ ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija (5). Din id-Direttiva m'għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE. Flimkien ma' dik id-Direttiva u strumenti Komunitarji oħrajn, din id-Direttiva tifforma parti minn qafas legali usa' u, fil-kuntest ta' approċċ olistiku, twassal għal iffrankar addizzjonali tal-enerġija u gwadanji ambjentali. |
|
(3) |
Il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007, enfasizzaw il-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija fil-Komunità sabiex jinkiseb l-objettiv tal-iffrankar ta' 20 % tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020, jiġu stabbiliti miri għall-iżvilupp fl-Ewropa kollha ta' enerġiji rinnovabbli u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u appellaw għal implimentazzjoni fil-fond u rapida tal-oqsma prinċipali identifikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2006 intitolata: “Pjan ta' Azzjoni għal Effiċjenza fl-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal”. Il-pjan ta' azzjoni enfasizza l-opportunitajiet ta' ffrankar enormi tal-enerġija fis-settur tal-prodotti. |
|
(4) |
It-titjib tal-effiċjenza ta' prodotti relatati mal-enerġija permezz ta' għażla informata tal-konsumatur, hu ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-UE b'mod ġenerali. |
|
(5) |
Il-forniment ta’ informazzjoni preċiża, rilevanti u komparabbli dwar il-konsum speċifiku ta’ enerġija tal-prodotti marbutin mal-enerġija għandu jinfluwenza l-għażla tal- utenti finali favur dawk il-prodotti li jikkonsmaw jew indirettament iwasslu għal konsum inqas tal-enerġija u riżorsi oħra essenzjali matul l-użu, u b’hekk iwassal lill-produtturi biex jieħdu passi biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra essenzjali mill-prodotti li jimmanifatturaw. Dan għandu jinkoraġġixxi wkoll indirettament l-użu effiċjenti ta’ dawn il-prodotti sabiex jikkontribwixxi għall-mira tal-UE ta' 20 % effiċjenza tal-enerġija. Fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni, il-ħidma tal-forzi tas-suq waħidha tonqos milli tippromwovi l-użu razzjonali tal-enerġija u riżorsi essenzjali oħra għal dawn il-prodotti. |
|
(6) |
Għandu jiġi mfakkar li jeżistu leġislazzjonijiet Komunitarji u nazzjonali li jagħtu lill-konsumaturi ċerti drittijiet fir-rigward ta' prodotti mixtrijin, inkluż kumpens jew skambju tal-prodott. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni għandha tipprevedi lista prijoritarja ta' prodotti relatati mal-enerġija, li tista' tkun koperta b'att delegat taħt din id-Direttiva. Tali lista tista' tiġi inkluża fil-Pjan ta' Ħidma msemmi fid-Direttiva 2009/125/KE. |
|
(8) |
L-informazzjoni tilgħab rwol importanti fil-ħidma tal-forzi tas-suq u huwa għalhekk neċessarju li tiġi introdotta tikketta uniformi għall- prodotti kollha tal-istess tip, sabiex ix-xerrejja potenzjali jiġu pprovduti b’informazzjoni supplimentari standard dwar l-ispejjeż ta’ dawk il-prodotti f’termini ta’ enerġija u l-konsum ta’ riżorsi essenzjali oħra u sabiex jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li utenti aħħarin potenzjali li ma jarawx il-prodott għall-wiri, u għalhekk li ma jkollhomx l-opportunità jaraw it-tikketta, ikunu wkoll fornuti b’din l-informazzjoni. Sabiex tkun effiċjenti u ta' suċċess, it-tikketta għandha tkun tingħaraf faċilment mill-utent aħħari, sempliċi u fil-qosor. Għal dan il-għan il-format eżistenti tat-tikketta għandu jinżamm bħala l-bażi biex l-utenti aħħarin jiġu informati dwar l-effiċjenza tal-prodotti. Il-konsum tal-enerġija mill-prodotti u informazzjoni oħra dwarhom għandhom jitkejlu skont standards u metodi armonizzati. |
|
(9) |
Kif indikat fl-Istima ta' Impatt tal-Kummissjoni li takkompanja l-proposta tagħha għal din id-Direttiva, l-iskema tat-tikkettar tal-enerġija ġiet segwita bħala mudell f'diversi pajjiżi fid-dinja kollha. |
|
(10) |
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw regolarment il-konformità ma' din id-Direttiva, u jinkludu l-informazzjoni rilevanti fir-rapport li huma obbligati jippreżentaw kull erba' snin lill-Kummissjoni taħt din id-Direttiva, b'attenzjoni partikolari għar-responsabbiltajiet tal-fornituri u n-negozjanti. |
|
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti (6) fih dispożizzjonijiet ġenerali dwar is-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha, din id-Direttiva tipprevedi dispożizzjonijiet aktar dettaljati f'dan ir-rigward. Dawk id-dispożizzjonijiet huma konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 765/2008. |
|
(12) |
Skema volontarja għal kollox twassal sabiex ftit prodotti jibdew jiġu ttikkettjati, jew fornuti b’informazzjoni standard dwar il-prodott, bir-riskju li dan jista’ joħloq konfużjoni jew anke jagħti informazzjoni żbaljata lil xi utenti aħħarin. L-iskema preżenti għandha għalhekk tiżgura li, il-konsum tal-enerġija u ta' riżorsi essenzjali oħra jkun indikat b’tikketta u skedi standard tal-prodott għall- prodotti kollha konċernati. |
|
(13) |
Prodotti marbutin mal-enerġija għandhom impatt dirett jew indirett fuq il-konsum ta' firxa wiesgħa ta’ forom ta’ enerġija matul l-użu, fejn l-elettriku u l-gas ikunu l-aktar importanti. Din id-Direttiva għandha għalhekk tkopri prodotti b'rabta mal-enerġija li jkollhom impatt dirett jew indirett fuq il-konsum ta' kull tip ta’ enerġija waqt l-użu tagħhom. |
|
(14) |
Prodotti marbutin mal-enerġija li għandhom impatt sinifikanti dirett jew indirett fuq il-konsum tal-enerġija jew, fejn applikabbli, tar-riżorsi essenzjali matul l-użu u li joffru biżżejjed possibilitajiet adekwati għal żieda fl-effiċjenza għandhom jiġu koperti b’att delegat, fejn il-forniment tal-informazzjoni permezz ta' ttikketjar jista' jistimola l-utenti aħħarin jixtru prodotti aktar effiċjenti. |
|
(15) |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima u s-sigurtà tal-enerġija u, billi l-enerġija totali kkonsumata mill-prodotti mistennija tkompli togħla għall-perijodu fit-tul, l-atti delegati taħt din id-Direttiva jistgħu, fejn rilevanti, jenfasizzaw ukoll fuq it-tikketta, il-konsum għoli tal-enerġija totali tal-prodott. |
|
(16) |
Għadd ta' Stati Membri għandhom fis-seħħ politiki ta' akkwist pubbliku li jeħtieġu li l-awtoritajiet kontraenti jakkwistaw prodotti effiċjenti enerġetikament. Għadd ta' Stati Membri daħħlu wkoll inċentivi għal prodotti effiċjenti enerġetikament. Il-kriterji għall-prodotti li jkunu eliġibbli għall-akkwist pubbliku jew inċentivi jistgħu jvarjaw sostanzjalment minn Stat Membru għal ieħor. Referenza għall-klassijiet ta' prestazzjoni bħala livelli għal prodotti partikolari kif stipulat fl-atti delegati taħt din id-Direttiva, tista' tnaqqas il-frammentazzjoni tal-akkwist pubbliku u l-inċentivi u tiffaċilita l-ksib ta' prodotti effiċjenti. |
|
(17) |
Inċentivi li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-promozzjoni ta' prodotti effiċjenti jistgħu jkunu ta' għajnuna mill-Istat. Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għal xi proċedura futura ta' għajnuna mill-Istat li tista' tittieħed skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward ta' tali inċentivi u m'għandhiex tkopri t-tassazzjoni u materji fiskali. L-Istati Membri huma liberi jiddeċiedu dwar in-natura ta' inċentivi bħal dawn. |
|
(18) |
Il-promozzjoni tal-prodotti enerġetikament effiċjenti permezz tal-ittikkettar, l-akkwist pubbliku u l-inċentivi ma għandhiex tkun għad-detriment tal-prestazzjoni ambjentali kumplessiva u l-funzjonament ta' tali prodotti. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-ittikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi essenzjali oħra skont il-prodott marbut mal-enerġija waqt l-użu. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sintesi, li tkopri lill-UE u lill-Istati Membri separatament, tar-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri taħt din id-Direttiva. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-adattament tal-klassifikazzjonijiet tat-tikketta bl-għan li jiġu żgurati previdibbiltà għall-industriji u intendiment għall-konsumaturi. |
|
(22) |
Sa limitu li jvarja skont il-prodott konċernat, l-iżvilupp teknoloġiku u l-potenzjal għal iffrankar tal-enerġija sinifikanti addizzjonali jistgħu jwasslu għall-ħtieġa ta' differenzjazzjoni ulterjuri tal-prodotti u jiġġustifikaw reviżjoni tal-klassifikazzjoni. Tali reviżjoni għandha tinkludi b'mod partikolari l-possibbiltà ta' aġġornament tal-iskali. Din ir-reviżjoni għandha titwettaq malajr kemm jista' jkun fil-każ ta' prodotti li, minħabba l-karatteristiċi innovattivi tagħhom stess, jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-effiċjenza tal-enerġija. |
|
(23) |
Meta l-Kummissjoni tirrivedi l-progress u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli fl-2012, hija ser tanalizza b'mod partikolari jekk tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali u tal-enerġija użata mill-prodotti, inkluż fost oħrajn, il-possibbiltà li tipprovdi lill-konsumaturi informazzjoni dwar il-marka tal-karbonju tal-prodotti jew l-impatt ambjentali tal-prodotti matul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom. |
|
(24) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandha tkun limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 92/75/KEE. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġejja mid-Direttiva 92/75/KEE. |
|
(25) |
Meta l-Istati Membri jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, huma għandhom jippruvaw iżommu lura minn miżuri li jistgħu jimponu, mingħajr ma jkun meħtieġ, obbligi burokratiċi u mhux prattiċi fuq il-parteċipanti tas-suq konċernati, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. |
|
(26) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri dwar l-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva 92/75/KEE. |
|
(27) |
F'konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu għalihom stess u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess, li kemm jista' jkun juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jippublikawhom, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall- armonizzazzjoni ta’ miżuri nazzjonali dwar l-informazzjoni għall-utent aħħari, b’mod partikolari b’mezzi ta’ ttikkettar u b’informazzjoni standard dwar il-prodott, dwar il-konsum ta’ enerġija u, fejn rilevanti, dwar riżorsi essenzjali oħra waqt l-użu, u b’informazzjoni supplimentari dwar prodotti marbutin mal-enerġija, u b’hekk tippermetti lill-utenti aħħarin jagħżlu prodotti aktar effiċjenti.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti marbutin mal-enerġija li għandhom impatt sinifikanti dirett jew indirett fuq il-konsum tal-enerġija u, fejn applikabbli, fuq ir-riżorsi essenzjali l-oħra waqt l-użu.
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:
|
(a) |
prodotti użati (second-hand); |
|
(b) |
kwalunkwe mezz ta' trasport għall-persuni u merkanzija; |
|
(c) |
planċja tal-klassifikazzjoni jew l-ekwivalenti tiegħu mwaħħal għal raġunijiet ta’ sikurezza mal-prodotti. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
|
(a) |
“prodott marbut mal-enerġija”, jew “il-prodott” tfisser kull oġġett li jkollu impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, li jitqiegħed fis-suq u/jew jibda jintuża fl-Unjoni, inklużi l-partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati fi prodotti b'rabta mal-enerġija koperti minn din id-Direttiva li jitqiegħdu fis-suq u/jew jintużaw bħala partijiet individwali għall-utenti aħħarin u li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom tista' tkun ivvalutata indipendentement; |
|
(b) |
“skeda” tfisser tabella standard ta’ informazzjoni dwar prodott; |
|
(c) |
“riżorsi essenzjali oħra” tfisser ilma, sustanzi kimiċi jew kwalunkwe sostanza oħra kkonsmata minn prodott f’użu normali; |
|
(d) |
“informazzjoni supplimentari” tfisser informazzjoni oħra dwar il-prestazzjoni u l-karatteristiċi ta’ prodott, li għandha x’taqsam ma’, jew tgħin fl-evalwazzjoni, tal-użu tal-enerġija jew riżorsi essenzjali oħra abbażi ta' data li tista' titkejjel; |
|
(e) |
“impatt dirett” tfisser l-impatt ta' prodotti li effettivament jikkunsmaw l-enerġija waqt l-użu; |
|
(f) |
“impatt indirett” tfisser l-impatt ta' prodotti li ma jikkunsmawx enerġija, iżda jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-enerġija waqt l-użu; |
|
(g) |
“negozjant” tfisser bejjiegħ bl-imnut jew persuna oħra li tbigħ, tikri, toffri għal xiri bin-nifs jew tqiegħed għall-wiri prodotti għall-utenti aħħarin; |
|
(h) |
“fornitur”: tfisser il- produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fl-Unjoni jew l-importatur li jpoġġi, jew iddaħħal fis-servizz, il-prodott fis-suq tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' dawn, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq jew iddaħħal fis-servizz, prodotti koperti b'din id-Direttiva, għandha titqies bħala fornitur; |
|
(i) |
“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott ikun disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni bil-ħsieb tad-distribuzzjoni jew l-użu tiegħu fl-Unjoni, kemm jekk b'kumpens kif ukoll jekk bla ħlas u irrispettivament mit-teknika ta' bejgħ; |
|
(j) |
“dħul fis-servizz” tfisser l-ewwel użu fl-Unjoni ta' prodott għall-fini intenzjonat tiegħu; |
|
(k) |
“użu mhux awtorizzat tat-tikketta” tfisser l-użu tat-tikketta, minbarra minn awtoritajiet tal-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-UE, b'mod mhux previst f'din id-Direttiva jew att delegat. |
Artikolu 3
Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li:
|
(a) |
il-fornituri u n-negozjanti kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6; |
|
(b) |
fir-rigward ta' prodotti koperti minn din id-Direttiva, il-wiri ta’ tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tal-atti delegati relevanti mhuwiex permess, jekk tali wiri jkun jista' jħawwad jew jiżgwida lill-utenti aħħarin fir-rigward tal-konsum tal-enerġija jew, fejn applikabbli, ta' riżorsi essenzjali oħra waqt l-użu; |
|
(c) |
l-introduzzjoni tas-sistema ta’ tikketti u skedi dwar il-konsum jew il-konservazzjoni tal-enerġija hija akkumpanjata b’kampanja ta’ informazzjoni edukattiva u promozzjonali li l-għan tagħha jkun li tippromwovi l-effiċjenza tal-enerġija u użu tal-enerġija aktar responsabbli mill-utenti aħħarin; |
|
(d) |
jittieħdu miżuri xierqa sabiex iħeġġu lill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali rilevanti responsabbli biex jimplimentaw din id-Direttiva sabiex jikkooperaw u jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni informazzjoni sabiex jassistu fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-koperazzjoni amministrattiva u l-iskambju tal-informazzjoni għandhom jieħdu kemm jistgħu vantaġġ mill-mezzi ta' komunikazzjoni, għandhom ikunu effettivi meta mqabbla mal-ispiża u jista' jkollhom l-appoġġ mill-programmi relevanti tal-UE. Tali kooperazzjoni għandha tiggarantixxi s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-ipproċessar u l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva pprovduta matul il-proċedura, fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tħeġġeġ u tikkontribwixxi favur koperazzjoni bejn l-Istati Membri msemmija f'dan il-punt. |
2. Meta Stat Membru jaċċerta li prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha rilevanti stipulati f'din id-Direttiva u l-atti delegati tagħha għat-tikketta u l-iskeda, il-fornitur għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi ma' dawk ir-rekwiżiti skont il-kundizzjonijiet effettivi u proporzjonati imposti mill-Istat Membru.
Fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li prodott jista' ma jkunx konformi, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri preventivi neċessarji u miżuri bil-mira li tiġi żgurata l-konformita' f'perijodu ta' żmien preċiż, b'kont meħud tal-ħsara kkawżata.
Fejn in-nuqqas ta' konformità tippersisti, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu deċiżjoni fejn jillimita jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim tal-prodott inkwistjoni jew jiżgura li dan jiġi rtirat mis-suq. F'każijiet fejn l-irtirar tal-prodott mis-suq jew il-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq tal-prodott, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati minnufih.
3. Kull erba' snin, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni li jinkludi dettalji dwar l-attivitajiet tal-infurzar u l-livell ta' konformità fit-territorju tagħhom.
Il-Kummissjoni tista' tispeċifika d-dettalji tal-kontenut komuni ta' dawn ir-rapporti, permezz tal-istabbiliment ta' linjigwida.
4. Il-Kummissjoni għandha regolarment tipprovdi sintesi ta' dawk ir-rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal informazzjoni.
Artikolu 4
Rekwiżiti ta' informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija elettrika, forom oħra ta’ enerġija u fejn rilevanti riżorsi essenzjali oħra waqt l-użu, u informazzjoni supplimentari għanndha, f' konformita' mal-atti delegati taħt din id-Direttiva, tinġieb għall-attenzjoni tal-utenti aħħarin permezz ta’ skeda u tikketta dwar il-prodotti offruti għall-bejgħ, kiri, xiri bin-nifs jew murija lill- utenti aħħarin direttament jew indirettament bi kwalunkwe mezz ta' bejgħ mill-bogħod inkluż bl-internet; |
|
(b) |
l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) hija provduta fir-rigward tal-prodotti built-in jew istallati biss fejn ikun rikjest mill-atti delegati applikabbli; |
|
(c) |
kwalunkwe pubbliċità għal mudell speċifiku ta' prodotti relatati mal-enerġija koperti minn att delegat taħt din id-Direttiva tinkludi, fejn tiġi żvelata informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz, referenza għall-klassi tal-effiċjenza tal-enerġija tal-prodott; |
|
(d) |
kwalunkwe materjal ta' promozzjoni tekniku dwar prodotti relatati mal-enerġija li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi ta' prodott, b'mod partikolari, manwali tekniċi u fuljetti ta' produtturi, kemm jekk stampat kif ukoll jekk online, huwa provdut lill-utenti aħħarin bl-informazzjoni meħtieġa rigward il-konsum tal-enerġija jew għandu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza tal-enerġija tal-prodott. |
Artikolu 5
Ir-responsabbiltajiet tal-fornituri
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
il-fornituri li jqiegħdu fis-suq jew għat-tħaddim prodotti koperti minn att delegat jipprovdu tikketta u skeda skont din id-Direttiva u l-att delegat; |
|
(b) |
il-fornituri jipproduċu dokumentazzjoni teknika li tkun biżżejjed sabiex tippermetti li tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-informazzjoni li jkun hemm fit-tikketta u l-iskeda. Dik id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi:
Għal dan il-għan il-fornituri jistgħu jużaw dokumentazzjoni diġà stabbilita skont ir-rekwiżiti stabbiliti f' leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni; |
|
(c) |
il-fornituri jagħmlu disponibbli d-dokumentazzjoni teknika għal finijiet ta’ spezzjoni għal perjodu li jispiċċa ħames snin wara li jkun ġie mmanifatturat l-aħħar prodott konċernat. Il-fornituri jagħmlu disponibbli verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni teknika fuq talba lill-awtoritajiet superviżorji tas-suq fl-Istati Membri u lill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol minn meta tasal talba mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew il-Kummissjoni; |
|
(d) |
fir-rigward ta' tikketti u informazzjoni tal-prodott, il-fornituri jipprovdu t-tikketti neċessarji mingħajr ebda ħlas lin-negozjanti. Mingħajr ħsara għall-għażla tal-fornituri dwar is-sistema ta' distribuzzjoni tat-tikketti, il-fornituri jipprovdu t-tikketti minnufih fuq it-talba tan-negozjanti; |
|
(e) |
minbarra mit-tikketti, il-fornituri jipprovdu skeda tal-prodott; |
|
(f) |
il-fornituri għandhom jinkludu skeda fil-fuljetti kollha tal-prodotti. Fejn il-fuljetti tal-prodotti ma jiġux ipprovduti mill-fornitur, il-fornitur jipprovdi skedi ma’ letteratura oħra pprovduta mal-prodott; |
|
(g) |
il-fornituri ikunu responsabbli għall-preċiżjoni tat-tikketti u tal- iskedi li jipprovdu; |
|
(h) |
il-fornituri jitqiesu li jkunu taw il-kunsens għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni provduta fuq it-tikketta jew fl-iskeda. |
Artikolu 6
Ir-responsabbiltajiet tan-negozjanti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
in-negozjanti juru t-tikketti sew, b'mod viżibbli u leġġibbli, u jagħmlu disponibbli l-iskedi fil-fuljett tal-prodotti jew letteratura oħra li takkumpanja l-prodotti meta jinbiegħu lill-utenti aħħarin; |
|
(b) |
Kull meta jintwera prodott kopert minn att delegat, in-negozjanti iwaħħlu tabella xierqa, f’pożizzjoni li tidher sewwa speċifikata fl-att delegati applikabbli, u fil-verżjoni tal-lingwa rilevanti. |
Artikolu 7
Bejgħ mill-bogħod u forom oħra ta' bejgħ
Fejn il-prodotti jiġu offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs b’ ordni postali, b’katalgu, permezz tal-internet, tat-telemarketing jew bi kwalunkwe mezz ieħor li bih, il- utent aħħari potenzjali ma jkunx mistenni li jara l-prodott imqiegħed għall-wiri, l-atti delegati għandhom jippervedu li jiġi żgurat li l- utenti aħħarin jiġu pprovduti b’informazzjoni speċifikata fuq it-tikketta għall-prodott u fl-iskeda qabel ma jixtru prodott. L-atti delegati għandhom, fejn xieraq, jispeċifikaw il-mod kif it-tikketta jew l-iskeda jew l-informazzjoni speċifikata minnha għandha tintwera jew titwassal lill-utent aħħari.
Artikolu 8
Moviment ħieles
1. L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ixekklu it-tqegħid fis-suq jew it-tħaddim, fit-territorji taħghom, ta’ prodotti li jkunu koperti bi u jkunu konformi ma' din id-Direttiva u l-atti delegat applikabbli.
2. Sakemm ma jkollhomx evidenza li turi l-kontra, l-Istati Membri għandhom iqisu t-tikketti u l-iskedi bħala konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-atti delegati. L-istati Membri għandhom jeħtieġu lill-fornituri sabiex jagħtu evidenza fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni fornuta fuq it-tikketti jew skedi tagħhom meta jkollhom raġuni għaliex jissuspettaw li tali informazzjoni ma tkunx korretta.
Artikolu 9
Akkwist pubbliku u inċentivi
1. Fejn prodott ikun kopert b’att delegat l-awtoritajiet kontraenti li jikkonkludu kuntratti xogħlijiet, provvisti jew servizzi pubbliċi imsemmija fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il- kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (8), li ma humiex esklużi permezz tal-Artikoli 12 sa 18 tagħha, għandhom jipprovaw jakkwistaw biss il- prodotti li jikkonformaw mal-kriterji tal-ogħla livelli ta' prestazzjoni u li jkunu jappartjenu għall-ogħla klassi ta' effiċjenza tal-enerġija. L-Istati Membri jistgħu jirrekjedu wkoll li l-awtoritajiet kontraenti jakkwistaw biss il-prodotti li jissodisfaw dawk il-kriterji. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-applikazzjoni ta' dawk il-kriterji suġġetta għall- effettività meta mqabbla mal-ispiża, il-fattibbiltà ekonomika u l-adegwatezza teknika u kompetizzjoni suffiċjenti.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kuntratti b'valur stmat daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/18/KE.
3. Fejn l-Istati Membri jipprevedu kwalunkwe inċentivi għal prodott kopert minn att delegat, huma għandhom jimmiraw lejn l-ogħla livelli ta' prestazzjoni inkluż l-ogħla klassi ta' effiċjenza tal-enerġija stabbiliti fl-att delegat applikabbli. It-tassazzjoni u l-miżuri fiskali ma jikkostitwixxux inċentivi għall-fini ta' din id-Direttiva.
4. Fejn l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għal prodotti, kemm għall-utenti aħħarin li jużaw prodotti b'effiċjenza għolja kif ukoll għall-industriji li jippromwovu u jipproduċu tali prodotti, huma għandhom jesprimu l-livelli ta' prestazzjoni f'termini ta' klassijiet kif iddefinit fl-att delegat applikabbli, ħlief fejn huma jimponu livelli ta' prestazzjoni ogħla mil-limitu għall-ogħla klassi ta' effiċjenza tal-enerġija fl-att delegat. L-Istati Membri jistgħu jimponu livelli ta' prestazzjoni ogħla mil-limitu għall-ogħla klassi ta' effiċjenza tal-enerġija fl-att delegat.
Artikolu 10
Atti delegati
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-dettalji dwar it-tikketta u l-iskeda permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 11, 12 u 13, dwar kull tip ta' prodott skont dan l-Artikolu.
Fejn prodott jissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, hu għandu jiġi kopert minn att delegat skont il-paragrafu 4.
Dispożizzjonijiet fl-atti delegati fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta u fuq l-iskeda dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi essenzjali oħra matul l-użu għandhom jippermettu lill-utenti aħħarin biex jaslu għal deċiżjoni aħjar dwar ix-xiri u għandhom jippermettu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jivverifikaw jekk il-prodotti jikkonformawx mal-informazzjoni pprovduta.
Fejn att delegat jistabbilixxi dispożizzjonijiet fir-rigward kemm tal-effiċjenza enerġetika kif ukoll il-konsum tar-riżorsi essenzjali ta' prodott, id-disinn u l-kontenut tat-tikketta għandhom jenfasizzaw l-effiċjenza enerġetika tal-prodott.
2. Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 huma li ġejjin:
|
(a) |
skont iċ-ċifri disponibbli l-aktar riċenti u meta jitqiesu l-kwantitajiet imqegħda fis-suq tal-Unjoni, il-prodotti għandu jkollhom potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, fejn applikabbli, ta' riżorsi essenzjali oħra; |
|
(b) |
prodotti b'funzjoni ekwivalenti disponibbli fis-suq għandu jkollhom id-differenzi estensivi fil-livelli rilevanti ta' prestazzjoni; |
|
(c) |
il-Kummissjoni għandha tqis il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u awtoregolamentazzjoni rilevanti, bħal ftehimiet volontarji, li jkunu mistennija jilħqu l-għanijiet ta' politika iktar malajr jew bi spiża iżgħar mir-rekwiżiti mandatorji; |
3. Fl-abbozzar ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha:
|
(a) |
tqis dawk il-parametri ambjentali stipulati fl-Anness I, il-Parti I, għad-Direttiva 2009/125/KE li huma identifikati bħala sinifikanti fil-miżuri implimentattivi rilevanti adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE u li huma rilevanti għall-utent aħħari matul l-użu; |
|
(b) |
tivvaluta l-impatt tal-att fuq l-ambjent, l-utenti aħħarin u l-produtturi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), f'termini ta' kompetittività, inkluż fuq is-swieq barra mill-Unjoni, l-innovazzjoni, l-aċċess għas-suq, l-ispejjeż u l-benefiċċji; |
|
(c) |
twettaq konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati; |
|
(d) |
tiffissa data(i) ta' implimentazzjoni, kull miżura jew perjodu f'diversi stadji, waqt li tikkunsidra b'mod partikolari l-impatti possibbli fuq l-SMEs jew fuq gruppi ta' prodotti speċifiċi primarjament manifatturati mill-SMEs. |
4. L-atti delegati għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:
|
(a) |
id-definizzjoni eżatta tat-tip ta’ prodotti li għandhom jiġu inklużi; |
|
(b) |
l-istandards u l-metodi ta’ qisien li għandhom jintużaw biex tinkiseb l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1); |
|
(c) |
id-dettalji tad-dokumentazzjoni teknika meħtieġa skont l-Artikolu 5; |
|
(d) |
id-disinn u l-kontenut tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 4, li kemm jista’ jkun għandu jkollha karatteristiċi ta’ disinn uniformi għall-gruppi kollha tal-prodotti; u fil-każijiet kollha għandha tkun viżibbli u leġġibbli b'mod ċar. Bħala bażi, il-format tat-tikketta għandu jibqa' skont il-klassifikazzjoni bl-użu tal-ittri minn A sa G; l-istadji tal-klassifikazzjoni għandhom jikkorrespondu ma' ffrankar sinifikanti tal-enerġija u l-ispejjeż mill-perspettiva tal-utenti aħħarin; Jistgħu jiġu miżjuda tliet klassijiet addizzjonali mal-klassifikazzjoni jekk ikun meħtieġ mill-progress teknoloġiku. Dawk il-klassijiet addizzjonali ser ikunu A+, A++, u A+++ għall-aktar klassi effiċjenti. Fil-prinċipju n-numru totali ta' klassijiet ser ikun limitat għal sebgħa, ħlief jekk ikunu għadhom mimlijin aktar klassijiet. L-iskala tal-kuluri m'għandhiex tikkonsisti f'aktar minn seba' kuluri differenti minn aħdar skur sa aħmar. Il-kodiċi ta' kulur tal-ogħla klassi biss għandu dejjem ikun aħdar skur. Jekk ikun hemm aktar minn seba' klassijiet, jista’ jiġi dduplikat il-kulur aħmar biss. Il-klassifikazzjoni għandha tiġi riveduta b'mod partikolari meta proporzjon sinifikanti ta' prodotti fis-suq intern jilħaq l-ogħla żewġ klassijiet ta' effiċjenza tal-enerġija u meta jkun jista' jinkiseb iffrankar addizzjonali b'aktar differenzjar ta' prodotti. Il-kriterji dettaljati għal riklassifikazzjoni possibbli għandhom, fejn xieraq, jiġu ddeterminati fuq bażi ta' każ b'każ fl-att delegat rilevanti; |
|
(e) |
il-post fejn għandha titwaħħal it-tikketta mal-prodott imqiegħed għall-wiri u l-mod li bih it-tikketta u/jew l-informazzjoni jrid jkunu pprovduti fil-każ ta' offerti għall-bejgħ kif kopert fl-Artikolu 7. Fejn xieraq, l-atti delegati jistgħu jipprovdu sabiex it-tikketta titwaħħal mal-prodott jew tiġi stampata fuq il-pakkett, jew għat-dettalji tar-rekwiżiti tal-ittikkettar għall-istampar f'katalgi, jew għall-bejgħ mill-bogħod jew bejgħ fuq l-internet; |
|
(f) |
il-kontenut u, fejn xieraq, il-format u dettalji oħra dwar l-iskeda jew informazzjoni oħra speċifikata fl-Artikoli 4 u 5(3). L-informazzjoni fuq it-tikketta għandha tiġi inkluża wkoll fuq l-iskeda; |
|
(g) |
il-kontenut speċifiku għat-tikketta għar-reklmar, inkluż, kif xieraq, il-klassi enerġetika u l-livell(i) rilevanti ta' prestazzjoni ta' prodott partikolari f'forma leġġibbli u viżibbli; |
|
(h) |
it-tul taż-żmien tal-klassifikazzjoni(jiet) tat-tikketti, fejn xieraq, f'konformità mal-punt (d); |
|
(i) |
il-livell ta' preċiżjoni fl-istqarrijiet fuq it-tikketta u l-iskedi; |
|
(j) |
id-data għall-evalwazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-att delegat, filwaqt li titqies il-ħeffa tal-progress teknoloġiku. |
Artikolu 11
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħat sabiex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin li jibda fi … (9). Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport rigward is-setgħat delegati mhux aktar tard minn 6 xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi awtomatikament estiża għal perijodi ta’ l-istess dewmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex skont l-Artikolu 12.
2. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Is-segħat sabiex tadotta atti delegati huma konferiti lill-Kummissjoni suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13.
Artikolu 12
Ir-revoka tad-delega
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika s-setgħat delegati li jistgħu ikunu suġġetti għal revoka u r-raġunjijiet possibbli għal revoka.
3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħat imsemmija f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tieħu effett immedjatament jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 13
Objezzjonijiet għall-atti delegati
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.
2. Jekk, meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarat fih.
L-att delegat jista' jiġi ppubblikat gil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux objezzjonijiet.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-rapunijiet għall-objezzjoni tal-att delegat.
Artikolu 14
Evalwazzjoni
Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-effettività ta' din id-Direttiva u tal-atti delegati tagħha u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
F'dik l-okkażjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll:
|
(a) |
il-kontribut tal-punt (c) tal-Artikolu 4 għall-għan ta' din id-Direttiva; |
|
(b) |
l-effettività tal-Artikolu 9(1); |
|
(c) |
fid-dawl ta' żvilupp tekniku u l-intendiment tal-konsumaturi dwar il-format tat-tikketta, il-ħtieġa li l-punt (d) tal-Artikolu 10(4) jiġi emendat. |
Artikolu 15
Penali
L-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u l-atti delegati tagħha, inkluż kontra użu mhux awtorizzat tat-tikketta, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa … (10) u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kull emenda sussegwenti li tolqot lil dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 16
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sa mhux iktar tard minn … (10) il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn … (11)
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm it-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom ukoll jinkludu stqarrija li tgħid li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad- Direttiva 92/75/KEE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 17
Tħassir
Id-Direttiva 92/75/KEE, kif emendata mir-Regolament indikat fl-Anness I, il-Parti A, hija b’dan imħassra b'effett mill- … (12), bla ebda ħsara lill-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva stipulata fl-Anness I, il-Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttiva 92/75/KEE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti (d), (g) u (h) tal-Artikolu 5 għandhom japplikaw minn … (12).
Artikolu 19
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 228, 22.9.2009, p. 90.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Mejju 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari ta’ … (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u deċiżjoni tal-Kunsill ta’ …
(3) ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16.
(4) Ara l-Anness I, il-Parti A.
(5) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(6) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
(7) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(8) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(9) jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(10) 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(11) 12-il xahar u 30 jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(12) 12-il xahar u 31 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
ANNESS I
PARTI A
Id-Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 17)
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE |
|
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 |
Il-punt (32) biss tal-Anness III |
PARTI B
Lista ta' skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 16)
|
Id-Direttiva |
Skadenza għat-traspożizzjoni |
|
92/75/KEE |
L-1 ta’ Jannar 1994 |
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Id-Direttiva 92/75/KEE |
Din id-Direttiva |
|
L-Artikolu 1(1), kliem introduttorju, l-ewwel sentenza |
L-Artikolu 1(1) |
|
L-Artikolu 1(1), kliem introduttorju, it-tieni sentenza |
L-Artikolu 1(2) |
|
L-Artikolu 1(1), l-ewwel sas-seba’ inċiż |
— |
|
L-Artikolu 1(2) |
— |
|
— |
L-Artikolu 1(3) il-punti (a) u (b) |
|
L-Artikolu 1(3) |
L-Artikolu 1(3) il-punt (c) |
|
— |
L-Artikolu 2 il-punti (a) u (b) |
|
L-Artikolu 1(4), l-ewwel u t-tieni inċiżi |
L-Artikolu 2 il-punti (g) u (h) |
|
L-Artikolu 1(4), it-tielet inċiż |
— |
|
L-Artikolu 1(4), ir-raba’ inċiż |
L-Artikolu 2 il-punt (c) |
|
L-Artikolu 1(4), il-ħames inċiż |
L-Artikolu 2 il-punt (d) |
|
— |
L-Artikolu 2 il-punti (e), (f), (i), (j) u (k) |
|
L-Artikolu 1(5) |
— |
|
L-Artikolu 2(1) |
L-Artikolu 4 il-punt (a) |
|
— |
L-Artikolu 4 punti (b), (c) u (d) |
|
L-Artikolu 2(2) |
— |
|
L-Artikolu 2(3) |
L-Artikolu 5 il-punt (b) |
|
L-Artikolu 2(4) |
L-Artikolu 5 il-punti (b) u (c) |
|
L-Artikolu 3(1) |
L-Artikolu 5 il-punt (a) |
|
L-Artikolu 3(2) |
L-Artikolu 5 il-punti (e) u (f) |
|
L-Artikolu 3(3) |
L-Artikolu 5 il-punt (g) |
|
L-Artikolu 3(4) |
L-Artikolu 5 il-punt (h) |
|
— |
L-Artikoku 6 il-punt (a) |
|
L-Artikolu (4) il-punt (a) |
L-Artikolu 6 il-punt (b) |
|
L-Artikolu (4) il-punt (b) |
L-Artikolu 5 il-punt (d) |
|
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 7 |
|
L-Artikolu 6 |
— |
|
L-Artikolu 7 il-punt (a) |
L-Artikolu 3(1) il-punt (a) |
|
L-Artikolu 7 il-punt (b) |
L-Artikolu 3(1) il-punt (b) |
|
L-Artikolu 7 il-punt (c) |
L-Artikolu 3(1) il-punt (c) |
|
— |
L-Artikolu 3(1) il-punt (d) |
|
— |
L-Artikolu 3(2), (3) u (4) |
|
L-Artikolu 8(1) |
L-Artikolu 8(1) |
|
L-Artikolu 8(2) |
L-Artikolu 8(2) |
|
L-Artikolu 9 |
— |
|
— |
L-Arikolu (9) |
|
L-Artikolu 10 |
— |
|
— |
L-Artikolu 10(1), (2) |
|
L-Artikolu 11 |
— |
|
L-Artikolu 12 il-punt (a) |
L-Artikolu 10(4) il-punt (a) |
|
L-Artikolu 12 il-punt (b) |
L-Artikolu 10(4) il-punt (b) |
|
L-Artikolu 12 il-punt (c) |
L-Artikolu 10(4) il-punt (c) |
|
L-Artikolu 12 il-punt (d) |
L-Artikolu 10(4) il-punt (d) |
|
L-Artikolu 12 il-punt (e) |
L-Artikolu 10(4) il-punt (e) |
|
L-Artikolu 12 il-punt (f) |
L-Artikolu 10(4) il-punt (f) |
|
L-Artikolu 12 il-punt (g) |
— |
|
— |
L-Artikolu 10(4) il-punti (g), (h), (i) u (j) |
|
— |
L-Artikoli 11, 12, 13, 14, 15 |
|
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 17 |
|
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 16 |
|
— |
L-Artikolu 18 |
|
L-Artikolu 15 |
L-Artikolu 19 |
|
— |
L-Anness I |
|
— |
L-Anness II |
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fis-17 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew proposta riformulata għal Direttiva dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-energija bl-Art. 95 bħala l-bażi legali tagħha (1). |
|
2. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-24 ta’ Marzu 2009 (2). Il-Kumitat tar-Reġjuni għadu ma tax opinjoni. |
|
3. |
Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2009 (3), fejn approva 60 emenda. |
|
4. |
Fl-14 ta' April 2010, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari skont l-Artikolu 294 tat-TFUE. |
II. GĦAN TAL-PROPOSTA
Flimkien ma' żewġ proposti oħra (4), din il-proposta tagħmel parti mill-Pakkett dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija ppreżentat mill-Kummissjoni f'Novembru 2008.
L-għan ewlieni tal-proposta riformulata huwa li jiġi estiż l-ambitu tad-Direttiva 92/75/KEE attwali, li bħalissa huwa ristrett għat-tagħmir domestiku, sabiex ikun jista' jsir t-tikkettar tal-prodotti kollha marbutin mal-enerġija, inkluż is-settur domestiku, kummerċjali u industrijali u xi prodotti li ma jużawx enerġija bħat-twieqi, li għandhom potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija ladarba jkunu qed jintużaw jew ikunu ġew installati. Min dan isegwi, b'mod partikolari, l-objettiv ġenerali li tittejjeb il-prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika ta' dawk il-prodotti, u b'hekk jingħata kontribut għall-objettivi Komunitarji ta' protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, f'konformità mal-miri tal-politika tal-UE dwar il-klima/l-enerġija għall-2020 rigward l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI
|
1. |
Minħabba l-iskeda ta' żmien stretta meħtieġa sabiex jintlaħaq ftehim kmieni dwar din il-proposta, kif talab il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill immira sa mill-bidu għall-identifikar ta' elementi li jkunu aċċettabbli kemm għall-Parlament kif ukoll għall-Kunsill, pjuttost milli jfassal pożizzjoni kompleta maqbula mill-Kunsill qabel jidħol fin-negozjati mal-Parlament. Sabiex isir progress rapidu filwaqt li jittieħed kont tad-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, ġew maqbula żewġ stadji:
|
|
2. |
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tinkorpora ż-żewġ ftehimiet imsemmija hawn fuq. L-elementi prinċipali tagħha huma:
* * * Minbarra l-elementi prinċipali msemmija hawn fuq u bil-ħsieb li jintlaħaq qbil bikri, il-Kunsill eżamina kull emenda tal-Parlament Ewropew. Kull meta possibbli, l-emendi ġew aċċettati, jew bis-sħiħ jew parzjalment; xi drabi l-ispirtu ta' emenda ġie indirizzat f'artikolu ieħor jew fi premessa. B'hekk, fil-pożizzjoni tiegħu, il-Kunsill
|
(1) dok. 15906/08
(2) ĠU C 228, 22.9.2009, p. 90.
(3) dok. 9322/09
(4) Iż-żewġ proposti l-oħra f'dan il-pakkett huma:
|
— |
abbozz ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (riformulazzjoni) (2008/0223 COD); |
|
— |
Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46). |
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 290 TFUE
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pożizzjoni futura tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 TFUE jew atti leġislattivi individwali li fihom dispożizzjonijiet bħal dawn.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni Ewropea tieħu nota li ħlief f'każijiet fejn l-att leġislattiv jipprevedi proċedura ta' urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu li n-notifika ta' atti ddelegati għandha tqis il-perijodi ta' waqfien temporanju mix-xogħol tal-istituzzjonijiet (Xitwa, Sajf u elezzjonijiet Ewropej), biex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jeżerċitaw il-prerogattivi tagħhom fl-iskadenzi stipulati fl-atti leġislattivi rilevanti, u hija lesta li taġixxi kif meħtieġ.
|
12.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 123/32 |
POŻIZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 10/2010 FL-EWWEL QARI
bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (tfassil mill-ġdid)
Adottata mill-Kunsill fl-14 ta’ April 2010
2010/C 123 E/04
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (4) ġiet emendata (5). Billi għandhom isiru aktar emendi sostantivi, id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza. |
|
(2) |
L-użu effiċjenti, prudenti, razzjonali u sostenibbli tal-enerġija japplika inter alia għal prodotti taż-żejt, gass naturali u karburanti solidi, li huma sorsi essenzjali ta’ enerġija, iżda huma wkoll is-sorsi ewlenin ta’ ħruġ ta’ dijossidu tal-karbonju. |
|
(3) |
Il-bini jirrapreżenta 40 % tal-konsum totali tal-enerġija fl-Unjoni. Is-settur qiegħed jespandi, u għalhekk x’aktarx jiżdied il-konsum tiegħu tal-enerġija. Għaldaqstant, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli fis-settur tal-bini jikkostitwixxu miżuri importanti sabiex jitnaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Flimkien ma’ użu akbar ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli, miżuri meħuda biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-Unjoni jippermettu lill-Unjoni tikkonforma mal-Protokoll ta’ Kjoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), u tonora kemm l-impenn tagħha għall-perijodu fit-tul li żżomm iż-żieda fit-temperatura dinjija taħt it-2 °C, kif ukoll l-impenn tagħha li, sal-2020, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra inġenerali jitnaqqsu b’mill-inqas 20 % taħt il-livelli tal-1990, u bi 30 % fil-każ li jintlaħaq ftehim internazzjonali. Il-konsum imnaqqas tal-enerġija u użu akbar ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli għandhom ukoll sehem importanti fil-promozzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, żviluppi teknoloġiċi, u fil-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, b’mod partikolari f’żoni rurali. |
|
(4) |
L-amministrazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija għodda importanti sabiex il-Komunità tkun tista’ tinfluwenza s-suq globali tal-enerġija u b’ hekk is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fuq tul ta’ żmien medju u twil. |
|
(5) |
Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 saħaq dwar il-ħtieġa li titkabbar l-effiċjenza tal-enerġija fl-Unjoni sabiex jintlaħaq l-għan tat-tnaqqis b’20 % tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020 u sejjaħ għal implimentazzjoni bir-reqqa u rapida tal-prijoritajiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija: it-Twettiq tal-Potenzjal”. Dak il-Pjan ta’ Azzjoni identifika l-potenzjal sinifikanti għal iffrankar tal-enerġija b’mod kost-effettiv fis-settur tal-bini. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2008, sejjaħ għat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/91/KE. u appella f’diversi okkażjonijiet, l-aktar reċenti fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Frar 2009 dwar it-Tieni Reviżjoni Strateġika relatata mal-Enerġija, biex il-mira ta’ effiċjenza tal-enerġija ta’ 20 % fl-2020 issir vinkolanti. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (6), tistabbilixxi miri li jorbtu fuq livell nazzjonali għat-tnaqqis tas-CO2 fir-rigward tal-użu effiċjenti tal-enerġija fis-settur tal-bini ser tkun kruċjali, u d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli (7) tipprevedi l-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li trid tintlaħaq għall-enerġija minn sorsi rinovabbli li jammontaw għal 20 % tal-konsum tal-enerġija totali tal-Unjoni sal-2020. |
|
(6) |
Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 afferma mill-ġdid l-impenn tal-Unjoni għall-iżvilupp tal-enerġija minn sorsi rinovabbli fl-Unjoni kollha billi approva mira obbligatorja li sal-2020 20 % tal-enerġija tkun tiġi minn sorsi rinovabbli. Id-Direttiva 2009/28/KE tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinovabbli. |
|
(7) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti aktar azzjonijiet konkreti sabiex jinkiseb il-potenzjal enormi għall-iffrankar tal-enerġija fil-bini u jitnaqqsu d-differenzi kbar fir-riżultati tal-Istati Membri f’dan is-settur. |
|
(8) |
Miżuri sabiex jittejjeb ulterjorment ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandhom jieħdu kont tal-kondizzjonijiet klimatiċi u lokali kif ukoll l-ambjent klimatiku intern u l-kost-effettività. Dawn il-miżuri m’għandhomx jaffettwaw rekwiżiti oħra dwar bini bħall-aċċessibbiltà, is-sikurezza u l-użu intiż għal dak il-bini. |
|
(9) |
Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi ta’ metodoloġija, li tista’ tvarja bejn il-livell nazzjonali u dak reġjonali. Dik tinkludi, flimkien mal-karatteristiċi termiċi, fatturi oħra li għandhom rwol dejjem aktar importanti bħal istallazzjonijiet tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata, l-applikazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli, elementi ta’ tisħin u tkessiħ passiv, dell, kwalità tal-arja interna, dawl naturali adegwat u d-disinn tal-bini. Il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jkun ibbażat mhux biss fuq l-istaġun li matulu jkun meħtieġ it-tisħin, iżda għandu jkopri r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija matul is-sena kollha. Dik il-metodoloġija għandha tieħu kont tal-istandards Ewropej eżistenti. |
|
(10) |
Hija r-responsabbiltà unikament tal-Istati Membri li jiffissaw rekwiżiti minimi għar-rendiment tal-bini u l-elementi tal-bini fl-użu tal-enerġija. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ffissati bil-għan li jintlaħaq bilanċ kost-ottimali bejn l-investimenti involuti u l-ispejjeż tal-enerġija ffrankati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu rekwiżiti minimi li huma aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija minn livelli ta’ effiċjenza kost-ottimali fl-enerġija. Għandu jkun hemm provvediment għal possibilità li l-Istati Membri jirrevedu regolarment r-rekwiżiti minimi tagħhom tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fid-dawl tal-progress tekniku. |
|
(11) |
L-objettiv ta’ livelli ta’ effiċjenza kost-effettivi jew kost-ottimali fl-enerġija, jista’, f’ċerti ċirkustanzi fid-dawl ta’ differenzi klimatiċi, jiġġustifika l-iffissar mill-Istati Membri ta’ rekwiżiti kost-effettivi jew kost-ottimali għall-elementi tal-bini li fil-prattika jillimitaw l-installazzjoni ta’ prodotti tal-bini li jikkonformaw mal-istandards stabbiliti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni, sakemm tali rekwiżiti ma jikkostitwux ostaklu mhux ġustifikabbli għas-suq. |
|
(12) |
Fl-iffissar ta’ rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, l-Istati Membri għandhom jużaw, fejn disponibbli u adatti, strumenti armonizzati, b’mod partikolari metodi ta’ ttestjar u kalkolu u klassijiet ta’ effiċjenza tal-enerġija żviluppati skont miżuri li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (8) u Direttiva 2010/9/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’14 ta' April 2010 (9) dwar l-indikazzjoni permezz ta’ tikettar u permezz ta’ informazzjoni standard fuq il-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti relatati mal-enerġija, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza ma’ inizjattivi relatati u li, sa fejn hu possibbli, tiġi minimizzata l-frammentazzjoni potenzjali tas-suq. |
|
(13) |
Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). It-terminu “inċentiv” użat f’din id-Direttiva m’għandux għalhekk jiġi interpretat bħala li jikkostitwixxi Għajnuna mill-istat. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu ta’ livelli kost-ottimali għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jużaw dan il-qafas biex iqabblu r-riżultati mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jkunu adottaw. Jekk ikunu jeżistu diskrepanzi sinifikanti, jiġifieri li jaqbżu l-15 %, bejn il-livelli kost-ottimali kkalkolati tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw id-differenza jew jippjanaw passi adatti biex inaqqsu d-diskrepanza. Iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika ta’ bini jew ta’ element tal-bini għandu jkun iddeterminat mill-Istati Membri, b’kont meħud tal-prattiċi attwali u l-esperjenza fid-definizzjoni ta’ ċikli tipiċi ta’ ħajja ekonomika. Ir-riżultati ta’ dan it-tqabbil u d-data użata biex jinkisbu dawn ir-riżultati għandhom jiġu rrapurtati regolarment lill-Kummissjoni. Dawn ir-rapporti għandhom jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress li jkun sar fl-Istati Membri sabiex intlaħqu livelli kost-ottimali dwar rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. |
|
(15) |
Il-bini għandu impatt fit-tul fuq il-konsum tal-enerġija. Minħabba ċ-ċiklu twil ta’ rinovazzjoni għal bini eżistenti, bini ġdid u bini eżistenti li huwa soġġett għal rinovazzjoni maġġuri, għandu għaldaqstant jissodisfa rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija adattati għall-klima lokali. Ladarba l-applikazzjoni ta’ sistemi alternattivi ta’ provvista tal-enerġija ma tiġix ġeneralment mistħarrġa sal-potenzjal kollu tagħha, sistemi ta’ provvista ta’ enerġija alternattiva għandhom ikunu meqjusa għal bini ġdid, ikun xi jkun id-daqs tagħhom skont il-prinċipju li l-ewwel ikun żgurat li l-ħtiġijiet ta’ enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ jitnaqqsu għal livelli kost-ottimali. |
|
(16) |
Rinnovament maġġur f’bini eżistenti, ikun xi jkun id-daqs tiegħu, jipprovdi opportunità sabiex jittieħdu miżuri kost-effettivi sabiex jiġi mtejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Għal raġunijiet ta’ kost-effettività, għandu jkun possibbli li jiġu limitati r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-partijiet rinovati li huma l-aktar rilevanti għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jiddefinixxu “rinovazzjoni maġġuri” jew f’termini ta’ persentaġġ tal-erja totali tal-uċuħ ta’ barra tal-bini jew f’termini tal-valur tal-bini. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jiddefinixxi rinovazzjoni maġġuri f’termini tal-valur tal-bini, jistgħu jintużaw valuri bħall-valur attwarjali, jew il-valur kurrenti bbażat fuq l-ispiża tal-bini mill-ġdid, eskluż il-valur tal-art li fuqha jkun jinsab il-bini. |
|
(17) |
Huma meħtieġa miżuri biex jiżdied l-għadd ta’ bini li mhux biss jissodisfa r-rekwiżiti minimi kurrenti tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, imma li huwa ukoll aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, biex b’hekk jitnaqqsu kemm il-konsum tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali għal żieda fl-għadd ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u jirrapportaw regolarment tali pjanijiet lill-Kummissjoni. |
|
(18) |
Strumenti finanzjarji tal-Unjoni u miżuri oħra qed jiġu stabbiliti jew adattati bil-għan li jkunu stimulati miżuri relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Tali strumenti finanzjarji fil-livell tal-Unjoni jinkludu, inter alia, ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (10), emendat biex ikunu possibbli aktar investimenti għall-użu effiċjenti tal-enerġija fl-akkomodazzjoni; is-sħubija pubbliku-privat dwar inizjattiva “Bini Ewropew Effiċjenti fl-Użu tal-Enerġija” biex ikunu promossi teknoloġiji favur l-ambjent u l-iżvilupp ta’ sistemi u materjali effiċjenti fl-użu tal-enerġija f’bini ġdid u rinovat; l-inizjattiva KE-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) “Inizjattiva tal-UE għall-Finanzjament ta’ Enerġija Rinovabbli” li għandha l-għan li tippermetti, inter alia, investimenti għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-’Fond Marguerite’ mmexxi mill-BEI: il-Fond Ewropew għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura 2020; id-Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE tal-5 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud (11); l-istrument tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni JEREMIE (Riżorsi Ewropej Konġunti għall-Intrapriżi minn Mikro sa Daqs Medju); il-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija; il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, inkluż il-Programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa II, iffokat speċifikament fuq it-tneħħija tal-ostakli għas-suq relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija minn sorsi rinovabbli permezz, pereżempju, tal-faċilità ta’ assistenza teknika ELENA (Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali); il-Patt tas-Sindki; il-Programm ta’ Intraprenditorija u Innovazzjoni; il-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tal-ICT 2010, u s-Seba’ Programm Qafas dwar ir-Riċerka. Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp jipprovdi ukoll finanzjament bil-għan li jkunu stimulati miżuri relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. |
|
(19) |
L-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni għandhom jintużaw biex jingħata effett prattiku lill-objettivi ta’ din id-Direttiva, mingħajr, madankollu, ma jiġu sostitwiti miżuri nazzjonali. B’mod partikolari, dawn għandhom jintużaw biex ikunu provduti mezzi adatti u innovattivi ta’ finanzjament biex ikun katalizzat l-investiment f’miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Dawn jista’ jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp ta’ fondi, strumenti, jew mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u lokali għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li jagħtu possibbiltajiet ta’ finanzjament tali lill-proprjetarji ta’ proprjetà privata, lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u lill-kumpanniji li joffru servizzi li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija. |
|
(20) |
Sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni adegwata, l-Istati Membri għandhom ifasslu listi ta’ miżuri eżistenti u proposti, inkluż dawk ta’ natura finanzjarja, minbarra dawk meħtieġa minn din id-Direttiva, li jippromwovu l-objettivi ta’ din id-Direttiva. Il-miżuri eżistenti u proposti elenkati mill-Istati Membri jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-ostakli legali eżistenti u dawk għas-suq u li jħeġġu l-investimenti u/jew attivitajiet oħra biex jiżdied ir-rendiment tal-bini ġdid u eżistenti fl-użu tal-enerġija, biex b’hekk jikkontribwixxu sabiex potenzjalment titnaqqas l-iskarsezza tal-enerġija. Tali miżuri jistgħu jinkludu, iżda m’għandhomx ikunu limitati għal, assistenza u konsulenza teknika mingħajr ħlas jew sussidjati, sussidji diretti, skemi ta’ self sussidjat jew self b’rati ta’ interessi baxxi, skemi ta’ għotjiet u skemi ta’ granazija ta’ self. L-awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet oħra li jipprovdu dawk il-miżuri ta’ natura finanzjarja jistgħu jorbtu l-applikazzjoni ta’ tali miżuri mar-rendiment fl-użu tal-enerġija indikata u r-rakkomandazzjonijiet miċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. |
|
(21) |
Sabiex jiġi limitat il-piż tar-rapportar tal-Istati Membri, għandu jkun possibbli li jiġu integrati r-rapporti meħtieġa minn din id-Direttiva fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija (12). Is-settur pubbliku f’kull Stat Membru għandu jkun minn ta’ quddiem fil-qasam tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u għalhekk il-pjanijiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu miri aktar ambizzjużi għall-bini okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi. |
|
(22) |
Ix-xerrej u l-inkwilin prospettiv ta’ bini jew unità ta’ bini għandhom, fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jingħataw informazzjoni korretta dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u pariri prattiċi dwar it-titjib ta’ tali rendiment. Kampanji ta’ informazzjoni jistgħu jservu biex iħeġġu ulterjorment lill-proprjetarji u l-inkwilini biex itejbu r-rendiment tal-bini jew l-unità tal-bini tagħhom fl-użu tal-enerġija. Il-proprjetarji u l-inkwilini ta’ bini kummerċjali għandhom ukoll ikunu mħeġġa jiskambjaw informazzjoni dwar il-konsum reali ta’ enerġija sabiex ikun żgurat li tkun disponibbli d-data kollha biex jittieħdu deċiżjonijiet informati dwar it-titjib neċessarju. Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar l-impatt attwali tat-tisħin u tat-tkessiħ fuq il-ħtiġijiet tal-enerġija tal-bini, dwar il-konsum tal-enerġija primarja u dwar l-emissjonijiet tiegħu tad-dijossidu tal-karbonju. |
|
(23) |
L-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu ta’ eżempju u għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jimplimentaw r-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Fil-pjanijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinkludu miżuri biex jappoġġaw lill-awtoritajiet pubbliċi biex jadottaw kmieni titjib fl-użu effiċjenti tal-enerġija u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija malli dan ikun fattibbli. |
|
(24) |
Bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi u bini li spiss jintuża mill-pubbliku għandhom ikunu ta’ eżempju billi juru li qed jittieħdu konsiderazzjonijiet ambjentali u ta’ enerġija u għaldaqstant dan il-bini għandu jkun suġġett għal ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fuq bażi regolari. Id-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-pubbliku dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jkun imtejjeb billi dawn iċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jkunu murija b’mod ċaru, b’mod partikolari f’bini ta’ ċertu daqs li jkunu okkupati mill-awtoritajiet pubbliċi jew li huma użati ta’ spiss mill-pubbliku bħal ħwienet u ċentri tax-xiri, supermarkets, ristoranti, teatri, banek u lukandi. |
|
(25) |
L-aħħar snin raw żieda fin-numru ta’ sistemi tal-arja kkondizzjonata fil-pajjiżi Ewropej. Dan jikkawża problemi konsiderevoli fil-ħinijiet l-aktar intensivi, li jżidu l-prezz tal-elettriku u jiddisturbaw il-bilanċ tal-enerġija. Għandha tingħata prijorità lil strateġiji li jtejbu r-rendiment termiku tal-bini matul il-perijodu tas-sajf. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm enfasi fuq miżuri li jevitaw li l-bini jisħon iżżejjed, bħal ħolqien ta’ dellijiet u kapaċità termali suffiċjenti fil-kostruzzjoni tal-bini, u għandhom ikunu żviluppati u applikati aktar tekniki ta’ tkessiħ passiv, primarjament dawk li jtejbu l-kondizzjonijiet klimatiċi interni u l-mikro-klima madwar il-bini. |
|
(26) |
Il-Manutenzjoni u l-ispezzjoni regolari ta’ sistemi ta’ tisħin u l-arja kkondizzjonata minn persuni kkwalifikati tikkontribwixxi sabiex jinżamm l-aġġustament korrett skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u b’hekk jiġi żgurat ir-rendiment ottimali minn perspettiva ambjentali, ta’ sigurtà u tal-użu tal-enerġija. Għandu jkun hemm assessjar fuq bażi indipendenti tas-sistema kollha tat-tisħin u l-arja kkondizzjonata f’intervalli regolari tul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema, speċjalment qabel ma tiġi sostitwita jew imtejba. Sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq il-proprjetarji jew l-inkwilini tal-bini, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex kemm jista’ jkun jgħaqdu flimkien l-ispezzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet. |
|
(27) |
Approċċ komuni għaċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u għall-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u l-arja kkondizzjonata, magħmula minn esperti kkwalifikati u /jew akkreditati, li l-indipendenza tagħhom għandha tkun iggarantita fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi, se jikkontribwixxi għal livell ekwu fejn jidħlu l-isforzi fl-Istati Membri sabiex ma jkunx hemm ħela ta’ enerġija fil-qasam tal-bini u se jintroduċi trasparenza għall-proprjetarji u l-utenti prospettivi fejn għandu x’jaqsam ir-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-suq tal-proprjetà fl-Unjoni. Sabiex tkun żġurata l-kwalità taċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u tal-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u l-arja kkondizzjonata madwar l-Unjoni, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kontroll indipendenti f’kull Stat Membru. |
|
(28) |
Ladarba l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jiġu kkonsultati u involuti, skont kif u meta jkun meħtieġ bil-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli, dwar kwistjonijiet ta’ ppjanar, l-iżvilupp ta’ programmi biex jipprovdu informazzjoni, tkattir tat-tagħrif, u dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fuq livell nazzjonali jew reġjonali. Tali konsultazzjonijiet jistgħu jservu wkoll biex ikun promoss il-forniment ta’ gwida adegwata lill-pjanifikaturi u lill-ispetturi tal-bini lokali biex iwettqu l-kompiti neċessarji. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jippermettu u jħeġġu lill-periti u lill-pjanifikaturi biex jikkunsidraw bl-aħjar mod kif ilaqqgħu bl-aktar mezz ottimali t-titjib fl-użu effiċjenti tal-enerġija l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli u l-użu ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali waqt l-ippjanar, l-iddisinjar, il-bini u r-rinovazzjoni ta’ żoni industrijali jew residenzjali. |
|
(29) |
L-installaturi u l-bennejja huma kritiċi għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ din id-Direttiva. Għaldaqstant, numru adegwat ta’ installaturi u bennejja għandhom, permezz ta’ taħriġ u miżuri oħra, ikollhom il-livell adatt ta’ kompetenza għall-installazzjoni u l-integrazzjoni tat-teknoloġija effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinovabbli meħtieġa. |
|
(30) |
L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (13) fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku ta’ esperti professjonali li huma indirizzati minn din id-Direttiva, u l-Kummissjoni għandha tkompli bl-attivitajiet tagħha taħt il-Programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa fir-rigward ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet għal standards għat-taħriġ ta’ tali esperti professjonali. |
|
(31) |
Sabiex tiġi msaħħa t-trasparenza tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-settur tal-proprjeta’ mhux residenzjali fl-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għal skema għaċ-ċertifikazzjoni volontarja komuni tar-rendiment ta’ bini mhux residenzjali fl-użu tal-enerġija. Skont l-Artikolu 291 TFUE, regoli u prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti minn qabel permezz ta’ Regolament adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja. Sa meta ssir l-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament il-ġdid, għandha tkompli tapplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (14), ħlief għal proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhijiex applikabbli. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’mod konformi mal-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-addattament għall-progress tekniku ta’ ċerti partijiet tal-qafas ġenerali stabbilit fl-Anness I, u fir-rigward tal-iffissar ta’ qafas metodoloġiku għall-kalkolu ta’ livelli kost-ottimali ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert. |
|
(33) |
Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-kumplessità tas-settur tal-bini u n-nuqqas ta’ ħila tas-swieq nazzjonali tal-proprjetà li jindirizzaw b’mod xieraq l-isfidi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà u proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipji tal-proporzjonalità, kif stabbiliti f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dak il-għan. |
|
(34) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 2002/91/KE. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti huwa naxxenti minn dik id-Direttiva. |
|
(35) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/91/KE. |
|
(36) |
Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (15), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli proprji tagħhom, li juru, kemm jista’ jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Direttiva tippromwovi t-titjib fir-rendiment tal-bini fl-użutal-enerġija fi ħdan l-Unjoni, b’kont meħud tar-rekwiżiti tal-klima esterna u kondizzjonijiet lokali, kif ukoll rekwiżiti tal-klima interna u l-kost-effettività.
2. Din id-Direttiva tispeċifika rekwiżiti dwar:
|
(a) |
il-qafas ġenerali komuni għal metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment ta’ bini u ta’ unitajiet ta’ bini fl-użu integrat tal-enerġija; |
|
(b) |
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment ta’ bini ġdid u ta’ unitajiet ta’ bini ġdid fl-użu tal-enerġija; |
|
(c) |
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’:
|
|
(d) |
pjanijiet nazzjonali għal żieda fl-għadd ta’ bini b’użu ta’ enerġija ta’ kważi żero; |
|
(e) |
iċ-ċertifikazzjoni tal-użu tal-enerġija fil-bini jew ta’ unitajiet tal-bini; |
|
(f) |
spezzjoni regolari tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata fil-bini; |
|
(g) |
sistemi ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u rapporti ta’ spezzjonijiet. |
3. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva huma rekwiżiti minimi u m’għandhomx jipprevjenu lill kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri aktar strinġenti. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mat-Trattat. Għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“bini” tfisser kostruzzjoni msaqqfa u bil-ħitan, li għaliha tintuża l-enerġija sabiex tkun ikkondizzjonata l-klima interna; |
|
(2) |
“bini b’użu ta’ kważi żero enerġija” tfisser bini li għandu rendiment tajjeb ħafna fl-użu tal-enerġija kif determinat skont l-Anness I. Il-kważi żero enerġija jew l-ammont baxx ħafna ta’ enerġija meħtieġa għandha tiġi fil-maġġor parti tagħha minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli, inkluża minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli prodotta fuq il-post jew fil-qrib; |
|
(3) |
“sistema teknika użata fil-bini” tfisser tagħmir tekniku li jipprovdi għat-tisħin, għat-tkessiħ, għall-ventilazzjoni, għall-misħun, għad-dawl jew għal kumbinazzjoni ta’ dawn, ta’ bini jew unità ta’ bini; |
|
(4) |
“rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija ta’ bini” tfisser l-ammont ta’ enerġija kkalkolata jew imkejjla meħtieġa biex tilħaq id-domanda ta’ enerġija assoċjata mal-użu tipiku tal-bini, li jista’ jinkludi, inter alia, enerġija użata għat-tisħin, tkessih, ventilazzjoni, misħunu dawl; |
|
(5) |
“enerġija primarja” tfisser enerġija minn sorsi rinovabbli jew non-rinovabbli li ma għaddiet minn ebda proċess ta’ konverżjoni jew trasformazzjoni; |
|
(6) |
“enerġija minn sorsi rinovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli tfisser l-enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, b’ mod partikolari enerġija mir-riħ, mix-xemx, dik aerotermika, ġeotermika, idrotermika u oċeanika, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbla, gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ u bijogassijiet; |
|
(7) |
“involukru tal-bini” tfisser l-elementi integrati tal-bini li jifirdu l-intern tiegħu mill-ambjent estern; |
|
(8) |
“unità ta’ bini” tfisser taqsima, sular jew appartament f’bini li hi ddisinjata jew mibdula biex tkun tista’ tintuża separatament; |
|
(9) |
“element tal-bini” tfisser sistema teknika użata fil-bini jew element tal-involukru tal-bini; |
|
(10) |
“rinovazzjoni maġġuri” tfisser rinovazzjoni f’bini meta:
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw il-possibbiltà (a) jew (b); |
|
(11) |
“standard Ewropew” tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni, il-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew l-Istitut Ewropew dwar l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, u magħmul disponibbli għall-użu pubbliku; |
|
(12) |
“ċertifikat dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija” tfisser ċertifikat rikonoxxut minn Stat Membru jew minn persuna ġuridika magħżula minnu, li jindika r-rendiment ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini fl-użu tal-enerġija, kkalkolata skont metodoloġija adottata skont l-Artikolu 3; |
|
(13) |
“koġenerazzjoni” tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta’ enerġija termika u enerġija elettrika u/jew mekkanika; |
|
(14) |
“livell kost-ottimali” tfisser il-livell tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jwassal għall-anqas spiża tul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika tal-bini, fejn:
Il-livell kost-ottimali għandu jkun fil-firxa ta’ livelli li joħorġu mir-rendiment meta l-analiżi tal-kost-benefiċċju kkalkolat matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika jirriżulta pożittiv; |
|
(15) |
“sistema ta’ arja kkondizzjonata” tfisser numru ta’ komponenti magħqudin li jkunu meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta’ trattament tal-arja interna, li permezz tagħhom it-temperatura hija kkontrollata jew tista’ titbaxxa; |
|
(16) |
“bojler” tfisser il-qafas tal-bojler ikkumbinat mal-unità tal-ħruq li ġew iddisinjati sabiex flimkien jittrażmettu s-sħana li tinħoloq bil-ħruq u tiġi trażmessa fil-fluwidi; |
|
(17) |
“saħħa effettiva” tfisser l-ogħla saħħa kalorifika, espress f’ kW speċifikata u ggarantita mill-manifattur bħala dik li toħroġ waqt tħaddim kontinwu b’konformita’ mal-effiċjenza utilizzabbli indikata mill-manifattur; |
|
(18) |
“pompa tas-sħana” tfisser magna, apparat jew installazzjoni li tittrasferixxi s-sħana minn ambjenti naturali bħall-arja, l-ilma jew l-art għal ġewwa l-bini jew applikazzjonijiet industrijali billi jreġġgħu lura l-fluss naturali tas-sħana b’mod li timxi minn temperatura aktar baxxa għal waħda aktar għolja. Għall-pompi tas-sħana riversibbli, jistgħu wkoll imexxu s-sħana mill-bini għall-ambjent naturali tal-madwar; |
|
(19) |
“tisħin distrettwali” jew “tkessiħ distrettwali” tfisser id-distribuzzjoni ta’ enerġija termika f’forma ta’ fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sors ta’ produzzjoni ċentrali permezz ta’ network lill-bini jew siti multipli, għall-użu ta’ tisħin jew tkessiħ ta’ spazju jew proċess. |
Artikolu 3
Adozzjoni ta’ metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment ta’ bini fl-użu tal-enerġija
L-Istati Membri għandhom japplikaw metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment ta’ bini fl-użu tal-enerġija skont il-qafas ġenerali komuni speċifikat fl-Anness I.
Din il-metodoloġija għandha tiġi adottata fuq livell nazzjonali jew reġjonali.
Artikolu 4
Iffissar tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti minimi tar-rendiment ta’ bini jew ta’ unitajiet ta’ bini fl-użu tal-enerġija, jiġu ffissati bil-għan li jinkisbu livelli kost-ottimali. Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija għandha tiġi kkalkolata skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 3. Il-livelli kost-ottimali għandhom jiġu kkalkolati skont il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva msemmi fl-Artikolu 5 ladarba din il-metodoloġija tkun stabbilita.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jiġu ffissati għall-elementi tal-bini li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini u li għandhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involkru tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jiġu mibdula jew rinovati, bil-ħsieb li jinkisbu livelli kost-ottimali.
Meta jiffissaw ir-rekwiżiti, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn kategoriji ta’ bini ġdid u bini eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.
Dawn ir-rekwiżiti għandhom jieħdu kont tal-kondizzjonijiet klimatiċi interni, sabiex jiġu evitati effetti negattivi possibbli bħal ventilazzjoni mhux adegwata, kif ukoll il-kondizzjonijiet lokali u l-funzjoni mogħtija u l-età tal-bini.
Stat Membru m’għandux ikun rikjest jiffissa rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, li mhumiex kost-effettivi matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika.
Ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari li m’ għandhomx ikunu itwal minn ħames snin u, jekk ikun hemm bżonn, għandhom jiġu aġġornati sabiex jirriflettu progress tekniku fil-qasam tal-bini.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiffissawx jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:
|
(a) |
bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu speċjali arkitettoniku jew storiku tiegħu, safejn il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ma talterax b’mod inaċċettabli il-karattru jew l-apparenza tiegħu; |
|
(b) |
bini użat bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi; |
|
(c) |
bini temporanju b’perijodu ta’ użu ta’ sentejn jew anqas, siti industrijali, postijiet tax-xogħol u bini agrikolu mhux residenzjali b’domanda baxxa ta’ enerġija u bini agrikolu mhux residenzjali li huma użati minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija; |
|
(d) |
bini residenzjali li huwa użat jew maħsub sabiex jintuża jew għal inqas minn erba’ xhur ta’ matul is-sena jew, inkella, għal żmien limitat ta’ kull sena u b’konsum ta’ enerġija maħsub li jkun ta’ inqas minn 25 % ta’ dak li x’aktarx jirriżulta li kieku jintuża s-sena kollha; |
|
(e) |
bini maqtugħ għalih b’erja totali ta’ art utilizzabbli ta’ anqas minn 50 m2. |
Artikolu 5
Il-kalkolu tal-livelli kost-ottimali tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. Il-Kummissjoni għandha permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 23, 24 u 25, sat-30 ta’ Ġunju 2011, tistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kost-ottimali għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment ta’ bini u ta’ elementi ta’ bini fl-użu tal-enerġija.
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jiġi stabbilit skont l-Anness III u għandu jiddistingwi bejn bini ġdid u dak eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.
2. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw il-livelli kost-ottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija billi jużaw il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva stabbilit skont il-paragrafu 1 u parametri rilevanti, bħall-kondizzjonijiet klimatiċi u l-aċċessibbiltà prattika tal-infrastruttura tal-enerġija, u jqabblu r-riżultati ta’ dan il-kalkolu mar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija li huma fis-seħħ.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data kollha mdaħħla u l-assunzjonijiet kollha użati għal dawn il-kalkoli u r-riżultati ta’ dawk il- kalkoli. Ir-rapport jista’ jiġi inkluż fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni f’intervalli regolari, li ma għandhomx ikunu itwal minn ħames snin. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2012.
3. Jekk ir-riżultat tal-paragun li jsir f’konfromità mal-paragrafu 2 juri li r-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ huma b’mod sinifikanti anqas effiċjenti fl-użu tal-enerġija mill-livelli kost-ottimali tar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiġġustifika din id-differenza bil-miktub lill-Kummissjoni fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, akkumpanjat, sal-punt li d-differenza ma tkunx tista’ tiġi ġġustifikata, bi pjan li juri passi maħsuba sabiex inaqqsu b’mod sinifikanti id-differenza sar-reviżjoni li jmiss tar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija kif imsemmija fl-Artikolu 4(1).
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress li intlaħaq mill-Istati Membri rigward il-livelli kost-ottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
Artikolu 6
Bini ġdid
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li bini ġdid jissodisfa r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija iffissati skont l-Artikolu 4.
Għal bini ġdid l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma tibda l-kostruzzjoni, tiġi kkunsidrata u meqjusa l-vijabilità teknika, ambjentali u ekonomika ta’ sistemi alternattivi ta’ effiċjenza għolja bħal dawk elenkati hawn taħt, jekk disponibbli:
|
(a) |
sistemi ta’ provvista deċentralizzata tal-enerġija bbażata fuq enerġija minn sorsi rinovabbli; |
|
(b) |
koġenerazzjoni; |
|
(c) |
tisħin jew tkessiħ ta’ distrett jew ta’ blokk, partikolarment fejn ikunu jiddependu kompletament jew parzjalment minn enerġija li ġejja minn sorsi rinovabbli; |
|
(d) |
pompi tas-sħana. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-analiżi tas-sistemi alternattivi msemmija fil-paragrafu 1 tkun dokumentata u disponibbli għal finijiet ta’ verifika.
3 Dik l-analiżi ta’ sistemi alternattivi tista’ ssir għal bini individwali jew għal gruppi ta’ bini simili jew bini b’tipoloġiji komuni li qegħdin fl-istess żona. Safejn huma konċernati sistemi kollettivi ta’ tisħin jew tkessiħ, l-analiżi tista’ ssir għall-bini kollu konness mas-sistema fl-istess post.
Artikolu 7
Bini eżistenti
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li meta xi bini jgħaddi minn rinovazzjoni maġġuri, ir-rendiment tal-bini jew tal-parti minnu rinovata fl-użu tal-enerġija tiġi aġġornata sabiex tissodisfa r-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti skont l-Artikolu 4 sa fejn dan ikun teknikament, funzjonalment u ekonomikament vijabbli.
Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu applikati għall-bini rinovat jew l-unità tal-bini li jiġi meqjus bħala ħaġa waħda. Addizzjonalment jew alternattivament, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti għall-elementi rinovati tal-bini.
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li meta element tal-bini li jifforma parti mill-involukru tal-bini u għandu impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involkru tal-bini fl-użu tal-enerġija, meta jkun ġie irranġat jew mibdul, ir-rendiment tal-element ta’ bini fl-użu tal-enerġija tissodisfa r-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija sa fejn dan huwa teknikament, funzjonalment u eknomikament vijabbli.
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw dawn ir-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 4.
L-Istati Membri għandhom jinkoraġixxu, fir-rigward ta’ bini li jkun għaddej minn rinovazzjoni maġġuri, li jiġu kkunsidrati u meqjusa sistemi alternattivi ta’ effiċjenza għolja, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), safejn dan ikun teknikament, funzjonalment u ekonomikament vijabbli.
Artikolu 8
Sistemi tekniċi użati fil-bini
1. L-Istati Membri għandhom, bl-għan li jtejbu bl-aħjar mod l-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, jiffissaw rekwiżiti tas-sistema fir-rigward tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija, l-installazzjoni korretta, u d-dimensjonament, l-aġġustament u l-kontroll adattat tas-sistemi tekniċi tal-bini li huma installati fil-bini eżistenti. L-Istati Membri jistgħu ukoll japplikaw dawn ir-rekwiżiti tas-sistema għal bini ġdid.
Ir-rekwiżiti tas-sistema għandhom jiġu ffissati għal sistemi tekniċi użati fil-bini li jsiru mill-ġdid, jiġu sostitwiti u mtejba u għandhom jiġu applikati safejn ikunu teknikament, ekonomikament u funzjonalment vijabbli.
Dawn ir-rekwiżiti tas-sistema għandhom ikopru mill-inqas dawn li ġejjin:
|
(a) |
sistemi ta’ tisħin; |
|
(b) |
sistemi tal-misħun; |
|
(c) |
sistemi tal-arja kkondizzjonata; |
|
(d) |
sistemi tal-ventilazzjoni kbar; |
jew kumbinazzjoni ta’ tali sistemi.
2. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-introduzzjoni ta’ sistemi intelliġenti ta’ kejl bl-arloġġ kull meta jinbena bini jew kull meta ssirlu rinovazzjoni maġġuri, filwaqt li jiżguraw li dan l-inkoraġġiment ikun konformi ma’ punt 2 tal-Anness I għad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (16). Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jħeġġu, fejn adattat, l-istallazzjoni ta’ sistemi ta’ kontroll attiv bħal sistemi ta’ awtomatizzazzjoni, kontroll u monitoraġġ bil-għan li tiġi ffrankata l-enerġija.
Artikolu 9
Bini b’użu ta’ kważi żero enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-bini kollu jkun bini li juża kważi żero enerġija; u |
|
(b) |
wara l-31 ta’ Diċembru 2018, bini ġdid okkupat minn u proprjeta’ ta’ awtoritajiet pubbliċi jkun bini li juża kważi żero enerġija. |
L-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali biex jiżdied l-għadd ta’ bini li juża kważi żero enerġija. Dawn il-pjanijiet nazzjonali jistgħu jinkludu diversi miri skont il-kategoriji tal-bini.
2. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jsegwu l-eżempju mexxej tas-settur pubbliku, jiżviluppaw linji politiċi u jieħdu miżuri bħall-iffissar ta’ miri sabiex jistimulaw t-trasformazzjoni ta’ bini li jiġi rinovat f’bini li juża kważi żero enerġija, u jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-pjanijiet nazzjonali għandhom jinkludu inter alia l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-applikazzjoni dettaljata tal-Istati Membri fil-prattika tad-definizzjoni ta’ bini li juża kważi żero enerġija, filwaqt li jirriflettu l-kondizzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, u jinkuldu indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja espressa f’kWh/m2 fis-sena. Il-fatturi tal-enerġija primarja użati għad-determinazzjoni tal-enerġija primarja użata jistgħu jkunu bbażati fuq valuri medji annwali nazzjonali jew reġjonali u jistgħu jieħdu kont tal-istandards Ewropej rilevanti; |
|
(b) |
miri intermedji għat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’bini ġdid sal-2015, bil-ħsieb li tiġi preparata l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1; |
|
(c) |
informazzjoni dwar il-linji politiċi u miżuri finanzjarji jew miżuri oħrajn adottati fil-kuntest tal-paragrafi 1 u 2 għall-promozzjoni ta’ bini li juża kważi żero enerġija, inklużi dettalji tar-rekwiżiti nazzjonali u miżuri dwar l-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli f’bini ġdid u bini eżistenti li tkun qed issirlu rinovazzjoni maġġuri fil-kuntest tal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-Direttiva. |
4. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari l-adegwatezza tal-miżuri previsti mill-Istat Membru fir-rigward tal-objettivi ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, tista’ titlob informazzjoni speċifika ulterjuri fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta l-informazzjoni mitluba jew jipproponi emendi fi żmien disa’ xhur wara t-talba mill-Kummissjoni. Wara l-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2012 u minn hemm 'il quddiem, kull tliet snin, tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fiż-żieda fl-għadd ta’ bini li juża kważi żero enerġija. Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa pjan ta’ azzjoni u, jekk meħtieġ, tipproponi miżuri biex iżżid in-numru ta’ dak il-bini u tħeġġeġ li tintuża l-aħjar prattika fir-rigward tat-trasformazzjoni kost-effettiva ta’ bini eżistenti f’bini li juża kważi żero enerġija.
6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 f’każijiet speċifiċi u ġustifikabbli fejn l-analiżi tal-kost-benefiċċju matul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tal-bini in kwistjoni tkun negattiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-prinċipji tar-reġimi leġislattivi rilevanti.
Artikolu 10
Inċentivi Finanzjarji u ostakli għas-suq
1. Fid-dawl tal-importanza li jipprovdu strumenti ta’ finanzjament u strumenti oħra adattati biex jitħaffef il-proċess tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u t-transizzjoni għal bini li juża kważi żero enerġija, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jikkunsidraw it-tali strumenti l-aktar rilevanti fid-dawl taċ-ċirkustanzi nazzjonali.
2. L-Istati Membri għandhom ifasslu, sat-30 ta’ Ġunju 2011, lista ta’ miżuri u strumenti eżistenti u, jekk xieraq, ta’ miżuri u strumenti proposti, inkluż dawk ta’ natura finanzjarja, apparti dawk rikjesti minn din id-Direttiva, li jippromwovu l-objettivi ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom jaġġornaw din il-lista kull tliet snin. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-listi lill-Kummissjoni, li jistgħu jagħmlu dan billi jinkluduhom fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.
3. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-effettività tal-miżuri eżistenti u proposti elenkati li huma msemmija fil-paragrafu 2 kif ukoll tal-istrumenti rilevanti tal-Unjoni, fl-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Abbażi ta’ dik l-analiżi, u b’kont dovut meħud tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi pariri jew rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ skemi nazzjonali speċifiċi u l-koordinazzjoni ma’ istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u internazzjonali. Il-Kummissjoni tista’ tinkludi l-analiżi tagħha u pariri jew rakkomandazzjonijiet possibbli fir-rapport tagħha dwar il-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2006/32/KE.
4. Il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tassisti, fuq talba, lill-Istati Membri fl-iffissar ta’ programmi ta’ appoġġ finanzjarju nazzjonali jew reġjonali bil-għan li tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini, speċjalment f’bini eżistenti, billi tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali responsabbli.
5. Sabiex ittejjeb il-finanzjament b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u b’kont dovut meħud tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Kummissjoni għandha, preferibbilment sal-2011, tippreżenta, b’mod partikolari, analiżi dwar:
|
(a) |
l-effettività, kemm hu xieraq il-livell, u l-ammont propju li ntuża, ta’ fondi strutturali u programmi qafas li intużaw biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini, speċjalment fl-akkomodazzjoni; |
|
(b) |
l-effettività tal-użu ta’ fondi mill-BEI u istituzzjonijiet ta’ finanzjament pubbliku oħrajn; |
|
(c) |
il-koordinazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni u nazzjonali u forom oħra ta’ appoġġ li jistgħu jaġixxu bħala lieva biex jiġi stimulat l-investiment fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija u l-adegwatezza ta’ tali fondi biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni. |
Abbażi ta’ dik l-analiżi, u skont il-qafas finanzjarju pluriennali, il-Kummissjoni tista’ sussegwentement u jekk tqis li dan huwa adatt, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, proposti fir-rigward tal-istrumenti tal-Unjoni.
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-livelli kost-ottimali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija meta jipprovdu inċentivi għall-kostruzzjoni jew rinovazzjoni maġġuri ta’ bini.
7. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx iwaqqfu lill-Istati Membri milli jipprovdu inċentivi għal bini ġdid, rinovazzjonijiet ġodda jew elementi ġodda tal-bini li jmorru lil hinn mil-livelli kost-ottimali.
Artikolu 11
Ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u valuri ta’ referenza bħal rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija sabiex ikun possibbli għall-proprjetarji u l-inkwilini ta’ bini jew unità tal-bini jqabblu u jivvalutaw ir-rendiment tiegħu fl-użutal-enerġija.
Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jista’ jinkludi informazzjoni addizzjonali bħall-konsum tal-enerġija annwali għal bini mhux residenzjali u l-persentaġġ ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli fil-konsum totali tal-enerġija.
2. Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib kost-ottimali jew kost-effettiv tar-rendiment ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini fl-użu tal-enerġija, dment li ma jkun hemm l-ebda potenzjal raġonevoli għal titjib tali meta mqabbel mar-rekwiżit tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ.
Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikopru:
|
(a) |
miżuri mwettqa b’rabta ma’ rinovazzjoni maġġuri tal-involukru tal-bini jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini; kif ukoll |
|
(b) |
miżuri għal elementi ta’ bini individwali indipendenti minn rinovazzjoni maġġuri tal-involukru tal-bini jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini. |
3. Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu teknikament fattibbli għall-bini speċifiku u jistgħu jipprovdu stima għall-firxa ta’ perijodi ta’ ħlas lura jew kost-benefiċċji matul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tiegħu.
4. Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jipprovdi indikazzjoni dwar fejn il-proprjetarju jew l-inkwilin jista’ jirċievi informazzjoni dettaljata ulterjuri inkluż fir-rigward tal-kost-effettività tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-evalwazzjoni tal-kost-effettività għandha tkun ibbażata fuq sett ta’ kondizzjonijiet standard, bħall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u prezzijiet tal-enerġija sottostanti u previżjoni tal-ispiża preliminari. Barra minn hekk, għandu jkun fih informazzjoni dwar il-passi li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Informazzjoni oħra dwar suġġetti relatati, bħall-verifiki tal-enerġija jew inċentivi ta’ natura finanzjarja jew natura oħra u possibbiltajiet ta’ finanzjament jistgħu wkoll jiġu pprovduti lill-proprjetarju jew lill-inkwilin.
5. Soġġett għar-regoli nazzjonali, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet pubbliċi biex jieħdu kont tar-rwol mexxej li għandu jkollhom fil-qasam tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, inter alia billi jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġ għal bini fil-pussess tagħhom fil-perijodu ta’ validità tiegħu.
6. Iċ-ċertifikazzjoni għal unitajiet tal-bini tista’ tkun ibbażata fuq:
|
(a) |
ċertifikazzjoni komuni tal-bini kollu; jew |
|
(b) |
l-istima ta’ unità tal-bini rappreżentattiva oħra bl-istess karatteristiċi rilevanti għall-enerġija fl-istess bini. |
7. Iċ-ċertifikazzjoni għad-djar ta’ familja waħda tista’ tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta’ bini rappresentattiv ieħor ta’ disinn u daqs simili bi kwalità ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija simili jekk tali korrispondenza tkun tista’ tiġi ggarantita mill-espert li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
8. Il-validità taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija m’għandhiex teċċedi l-għaxar snin.
9. Il-Kummissjoni għandha, sal-2011, f’ konsultazzjoni mas-setturi rilevanti, tadotta skema ta’ ċertifikazzjoni komuni u volontarja tal-Unjoni Ewropea għar-rendiment ta’ bini mhux residenzjali fl-użu tal-enerġija. Din il-miżura għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2). L-Istati Membri huma mħeġġa jirrikonoxxu jew jużaw l-iskema, jew jużaw parti minnha billi jadattawha għaċ-ċirkostanzi nazzjonali.
Artikolu 12
Il-ħruġ taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jinħareġ għal:
|
(a) |
bini jew unitajiet ta’ bini li huma mibnija, mibjugħa jew mikrija lil inkwilin ġdid; u |
|
(b) |
bini fejn erja totali utli tal-art ta’ aktar minn 500m2 hija okkupata minn awtorità pubblika u ta’ spiss miżjura mill-pubbliku. Fil-… (17) Ħames snin wara, dan il-limitu ta’ 500 m2 għandu jitnaqqas għal 250 m2. |
Ir-rekwiżit li jinħareġ ċertifikat dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ma japplikax meta ċertifikat, maħruġ jew skont id-Direttiva 2002/91/KE jew skont din id-Direttiva, għall-bini jew l-unità tal-bini kkonċernati, huwa disponibbli u validu.
2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, meta bini jew unitajiet tal-bini jinbnew, jinbiegħu jew jinkrew, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jew kopja tiegħu, għandu jintwera lill-inkwilin jew ix-xerrej prospettivi l-ġodda u jingħataw lix-xerrej jew lill-inkwilin il-ġdid.
3. Fejn bini jinbiegħ jew jinkera qabel il-kostruzzjoni, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-bejjiegħ jipprovdi valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija futura tiegħu, bħala deroga mill-paragrafi 1 u 2; f’dan il-każ, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinħareġ sa mhux aktar tard minn meta l-bini jkun inbena.
4. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta:
|
— |
bini li jkollu ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, |
|
— |
unitajiet ta’ bini f’bini li jkollu ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, |
|
— |
unitajiet ta’ bini li jkollhom ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, |
jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kera, l-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija taċ-ċertifikat tar-rendiment tal-bini jew tal-unità tal-bini fl-użu tal-enerġija, kif applikabbli, jitniżżell fir-reklami fil-media kummerċjali.
5. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-ko-proprjetà jew proprjetà komuni.
6. L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-kategoriji ta’ bini msemmija fl-Artikolu 4(2) mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.
7. L-effetti possibbli ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija f’termini ta’ proċeduri legali, jekk ikun hemm, għandhom jiġu deċiżi f’konformità mar-regoli nazzjonali.
Artikolu 13
Il-wiri ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li meta l-erja totali utli tal-art ta’ aktar minn 500 m2 ta’ bini li għalih ikun inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 12(1) jkun okkupat minn awtoritajiet pubbliċi u li spiss iżuru l-pubbliku iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jitpoġġa f’post prominenti ċarament viżibbli għal pubbliku.
Fil-… (18) dan il-limitu ta’ 500 m2 għandu jitnaqqas għal 250 m2.
2. L-Istati Membri għandhom jiirikjedu li meta l-erja totali utli tal-art ta’ aktar minn 500 m2 li għaliha jkun inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 12(1) iżurha spiss il-pubbliku, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jitpoġġa f’post prominenti ċarament viżibbli għal pubbliku.
3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jinkludux obbligu li jintwerew ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
Artikolu 14
Spezzjoni tas-sistemi ta’ tisħin
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri neċessarji sabiex tkun stabbilita spezzjoni regolari tal-partijiet aċċessibbli tas- sistemi li jinutżaw għat-tisħin tal-bini, bħall-ġeneratur tas-sħana, is-sistema ta’ kontroll u l-pompi għaċ-ċirkolazzjoni, b’bojlers ta’ saħħa effettiva għall-finijiet tat-tisħin tal-ispazju ta’ aktar minn 20 kW. Dik l-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza tal-bojler u d-daqs tal-bojler imqabbel mar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini. Mhux meħtieġ li terġa’ ssir il-valutazzjoni tad-daqs tal-bojler sakemm ma tkun saret ebda bidla għal din is-sistema ta’ tisħin jew fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ tisħin tal-bini sadanittant.
L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-frekwenza ta’ tali ispezzjonijiet jew iħaffuhom kif meħtieġ, meta jkun hemm sistema elettronika ta’ monitoraġġ u kontroll.
2. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw frekwenzi differenti tal-ispezzjonijiet skont it-tip u s-saħħa effettiva tas-sistema tat-tisħin filwaqt li jieħdu kont tal-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistema tal-arja kkondizzjonta u l-iffrankar mistenni fl-ispejjeż għall-enerġija li jista’ jirriżulta mill-ispezzjoni.
3. Sistemi ta’ tisħin b’bojlers ta’ saħħa effettiva ta’ aktar minn 100 kW għandhom ikunu spezzjonati minn tal-anqas kull sentejn.
Għal bojlers tal-gass, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż sa erba’ snin.
4 Bħala alternattiva għall-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu miżuri sabiex jiżguraw l-għoti ta’ pariri lill-utenti rigward il-bdil ta’ bojlers, modifikazzjonijiet oħra lis-sistema tat-tisħin u dwar soluzzjonijiet alternattivi għall-valutazzjoni tal-effiċjenza u d-daqs xieraq tal-bojler. L-impatt globali ta’ dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għal dak naxxenti mid-dispożizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 1, 2 u 3.
Fejn l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-ekwivalenza ta’ dawn il-miżuri ma’ miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw dawn ir-rapporti lill-Kummissjoni kull tliet snin. Ir-rapporti jistgħu jiġu inklużi fil-Pjani ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.
5 Wara li tkun irċeviet ir-rapport nazzjonali minn Stat Membru dwar l-applikazzjoni tal-għażla kif deskritt fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni speċifika rigward ir-rekwiżiti u l-ekwivalenza tal-miżuri stabbiliti f’ dak il-paragrafu. F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta l-informazzjoni rikjesta jew jipproponi emendi fi żmien disa’ xhur.
Artikolu 15
Spezzjoni ta’ sistemi tal-arja kkondizzjonata
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri neċessarji sabiex ikun hemm spezzjoni regolari tal-partijiet aċċessibbli tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata ta’ saħħa effettiva ta’ aktar minn 12 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza tal-arja kkondizzjonata u tad-daqs komparati mar-rekwiżiti għat-tkessiħ tal-bini. Mhux meħtieġ li terġa’ ssir il-valutazzjoni tad-daqs sakemm ma tkun saret ebda bidla għal din is-sistema ta’ arja kkondizzjonata jew fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ tkessiħ tal-bini sadanittant.
L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-frekwenza ta’ tali spezzjonijiet jew iħaffuhom kif meħtieġ, meta jkun hemm sistema elettronika ta’ monitoraġġ u kontroll.
2. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw frekwenzi differenti għall-ispezzjonijiet skont it-tip u s-saħħa effettiva tas-sistema tal-arja kkondizzjonata filwaqt li jieħdu kont tal-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistema tal-arja kkondizzjonata u l-iffrankar mistennifl-ispejjeż għall-enerġija li jista’ jirriżulta mill-ispezzjoni.
3. Meta jistabbilixxu l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom, safejn ikun ekonomikament u teknikament fattibbli, jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-ispezzjoni tas-sistemi ta’ tisħin u sistemi tekniċi oħra msemmija fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva u l-ispezzjoni ta’ telf imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (19).
4. Bħala alternattiva għall-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu miżuri biex jiżguraw l-għoti ta’ pariri lill-utenti dwar is-sostituzzjoni ta’ sistemi tal-arja kkondizzjonata jew modifiki oħra għas-sistema tal-arja kkondizzjonata li jistgħu jinkludu spezzjonijiet biex jiġu vvalutati l-effiċjenza u d-daqs adegwat tas-sistema tal-arja kkondizzjonata. L-impatt ġenerali ta’ dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għal dak li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3.
Fejn l-Istati Membri japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, huma għandhom, sat-30 ta’ Ġunju 2011, jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-ekwivalenza ta’ dawk il-miżuri għall-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw dawn ir-rapporti lill-Kummissjoni kull tliet snin. Ir-rapporti jistgħu jiġu inklużi fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.
5. Wara li tkun irċeviet ir-rapport nazzjonali minn Stat Membru dwar l-applikazzjoni tal-għażla kif deskritt fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista’ titlob aktar informazzjoni speċifika rigward ir-rekwiżiti u l-ekwivalenza tal-miżuri stabbiliti f’ dak il-paragrafu. F’dan il-każ, l-Istati Membru kkonċernat għandu jippreżenta l-informazzjoni rikjesta jew jipproponi emendi fi żmien disa’ xhur.
Artikolu 16
Rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata
1. Rapport ta’ spezzjoni għandu jinħareġ wara kull spezzjoni ta’ sistema ta’ tisħin jew tal-arja kkondizzjonata Ir-rapport ta’ spezzjoni għandu jkun fih ir-riżultat tal-ispezzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 14 jew 15 u jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib kost-effettiv tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema spezzjonata.
Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati fuq tqabbil tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema spezzjonata ma’ dik tal-aħjar sistema fattibbli disponibbli u sistema ta’ tip simili li għaliha l-komponenti rilevanti kollha jilħqu l-livell tar-rendiment fl-użu tal-enerġija meħtieġ mil-leġislazzjoni applikabbli.
2. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jingħata lill-proprjetarju jew lill-inkwilin tal-bini.
Artikolu 17
Esperti indipendenti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata jitwettqu b’mod indipendenti minn esperti kkwalifikati u jew akkreditati, kemm jekk jaħdmu għal rashom kif ukoll jekk impjegati minn entitajiet pubbliċi jew impriżi privati.
L-esperti għandhom jiġu akkreditati b’kont meħud tal-kompetenza tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku l-informazzjoni rigward it-taħriġ u l-akkreditazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli għall-pubbliku jew listi aġġornati regolarment ta’ esperti kwalifikati u/jew akkreditati jew listi aġġornati regolarment ta’ kumpanniji akkreditati li joffru s-servizzi ta’ esperti bħal dawn.
Artikolu 18
Sistemi ta’ kontroll indipendenti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistemi ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata jiġu stabbiliti skont l-Anness II. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi separati għall-kontroll taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u għall-kontroll tar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll indipendenti.
Meta l-Istati Membri jiddeċidu li jagħmlu hekk, għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ kontroll indipendenti jiġu implimentati f’konformità mal-Anness II.
3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-rapporti tal-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu magħmula disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti.
Artikolu 19
Reviżjoni
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 26, għandha tevalwa din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017 fid-dawl tal-esperjenza miksuba u l-progress magħmul matul l-applikazzjoni tagħha, u, jekk ikun hemm il-bżonn, tagħmel proposti.
Artikolu 20
Informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jinfurmaw lill-proprjetarji jew l-inkwilini ta’ bini jew unitajiet ta’ bini dwar il-prattika u l-metodi differenti li jservu sabiex jittejjeb ir-rendiment fl-użu tal-enerġija.
2. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jipprovdu informazzjoni lill-proprjetarji u lill-inkwilini tal-bini dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-rapporti tal-ispezzjoni, l-iksop u l-għanijiet tagħhom, dwar modi kost-effettivi għat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u, skont il-każ, dwar l-istrumenti finanzjarji disponibbli biex tittejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.
Fuq talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri biex iwettqu kampanji informattivi għall-għanijiet tal-paragrafu 1 u tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li jistgħu jkunu trattati f’programmi tal-Unjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli gwida u taħriġ għal dawk responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Tali gwida u taħriġ għandhom jindirizzaw l-importanza tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u għandhom jippermettu li titqies il-kombinazzjoni ottimali ta’ titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, l-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli u l-użu ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali meta jiġu ppjanati, iddisinjati, mibnija u rinovati ż-żoni industrijali jew residenzjali.
4. Il-Kummissjoni hija mistiedna ttejjeb kontinwament is-servizzi ta’ informazzjoni tagħha, b’mod partikolari s-sit elettroniku li ġie stabbilit bħala portal Ewropew għall-effiċjenza fl-enerġija fil-bini indirizzat għaċ-ċittadini, il-professjonisti u l-awtoritajiet, sabiex jassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni. L-informazjoni murija fuq dan is-sit elettroniku tista’ tinkludi links għal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea, dik nazzjonali, reġjonali u lokali, links għas-siti elettroniċi EUROPA li juru l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, links għall-istrumenti finanzjarji disponibbli, kif ukoll eżempji tal-aħjar prattika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kummissjoni għandha tkompli u tintensifika aktar is-servizzi ta’ informazzjoni tagħha bil-għan li tiffaċilita l-użu tal-fondi disponibbli billi tipprovdi assistenza u informazzjoni lill-partijiet interessati, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, dwar il-possibbiltajiet ta’ finanzjament, b’kont meħud tal-aħħar tibdil fil-qafas regolatorju.
Artikolu 21
Konsultazzjoni
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-partijiet interessati involuti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli u skont kif ikun rilevanti. Tali konsultazzjoni hija ta’ importanza partikolari għall-applikazzjoni tal-Artikoli 9 u 20.
Artikolu 22
Adattament tal-Anness I għall-progress tekniku
Il-Kummissjoni għandha tadatta l-punti 3 u 4 tal-Anness I għall-progress tekniku permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 23, 24 u 25.
Artikolu 23
Eżerċizzju ta’ delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 22 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin li jibda mill-… (20). Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perijodu taż ħames snin. Id-delega ta’ setgħat għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 24.
2. Mingħajr preġudizzju għall-iskadenza msemmija fl-Artikolu 5(1), is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tingħata lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.
3. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati huma konferiti lill-Kummissjoni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25.
Artikolu 24
Revoka tad-delega
1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 5 u 22 tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega ta’ setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, fi żmien raġjonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet għal revoka.
3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din m’għandhiex taffettwa l-validita’ tal-atti delegati li huma diġa’ fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 25
Oġġezzjonijiet għall-atti delegati
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perijodu għandu jiżdied b’xahrejn.
2. Jekk meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data fih stabbilita.
L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel jiskadi dak il-perijodu, jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jkunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tesprimi oġġezzjonijiet għall-att delegat għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet.
Artikolu 26
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 27
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni dawk id-disposizzjonijet sa mhux aktar tard mill-… (21) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’ kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 28
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-… (22), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikoli 2 sa 18, u mal-Artikoli 20 u 27.
Għandhom japplikaw dawn id-dipożizzjonijiet sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 2, 3, 9, 11, 12, 13, 17, 18, 20 u 27, sa minn mhux aktar tard mill-… (23).
Għandhom japplikaw dawn id-dipożizzjonijiet sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 14, 15 u 16 fir-rigward ta’ bini okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi sa minn mhux aktar tard mill-… (23) u fir-rigward ta’ bini ieħor sa minn mhux aktar tard mill-… (24).
Huma jistgħu jiddifferixxu l-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) u (2) għal unitajiet singoli ta’ bini li huma mikrija, sal-31 ta’ Diċembru 2015. Madankollu, dan m’għandux jirriżulta fil-ħruġ ta’ inqas ċertifikati milli kien ikun il-każ bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/91/KE attwali fl-Istat Membru kkonċernat.
Meta l-Istati Membri jadottaw miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva 2002/91/KE għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 29
Tħassir
Id-Direttiva 2002/91/KE, kif emendata mir-Regolament indikat fl-Anness IV, Parti A, hija b’ dan imħassra b’effett mill-1 ta’ Frar 2012, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva stabbiliti fl-Anness IV, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva 2002/91/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 30
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 31
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi, il-…
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 75.
(2) ĠU C 200, 25.8.2009, p. 41.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari ta’ … (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill ta’ …
(5) Ara l-Anness IV, Parti A.
(6) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(7) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(8) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(9) Ara paġna 17 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(10) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.
(11) ĠU L 116, 9.5.2009, p. 18.
(12) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.
(13) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(14) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(15) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(16) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.
(17) Daħħal id-data ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(18) Daħħal id-data ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(19) ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.
(20) Daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(21) Daħħal id-data sentejn u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(22) Daħħal id-data sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(23) Daħħal id-data sentejn u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(24) Daħħal id-data tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
ANNESS I
Qafas ġenerali komuni għal kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija
(imsemmi fl-Artikolu 3)
|
1. |
Ir-rendiment ta' bini fl-użu tal-enerġija għandha tiġi determinata fuq il-bażi tal-enerġija annwali kkalukulata jew attwali li tiġi kkunsmata sabiex tissodisfa il-ħtiġijiet differenti assoċjati mal-użu tipiku tagħha, u għandha tirrifletti l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin u l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tkessiħ (enerġija meħtieġa biex jiġi evitat tisħin żejjed) biex jinżammu l-kondizzjoni tat-temperatura previsti għall-bini, u l-bżonnijiet domestiċi ta' ilma sħun. |
|
2. |
Ir-rendiment ta' bini fl-użu tal-enerġija għandha tkun espressa b’mod trasparenti u għandha tinkludi indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja, abbażi ta' fatturi primarji tal-enerġija għal kull trasportatur tal-enerġija, li jistgħu jkunu bbażati fuq medji nazzjonali jew reġjonali ppeżati jew valur speċifiku għall-produzzjoni fil-post. Il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandha tieħu kont tal-istandards Ewropej u għandha tkun konsistenti mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2009/28/KE. |
|
3. |
Il-metodoloġija għandha tiġi stabbilita b'kont meħud talanqas tal-aspetti li ġejjin:
|
|
4. |
L-influwenza pożittiva tal-aspetti li ġejjin għandha, fejn ikun relevanti fil-kalkolu, tittieħed f'konsiderazzjoni:
|
|
5. |
Għall-għan tal-kalkolu l-bini għandu jkun adegwatament ikklassifikat fil-kategoriji li ġejjin:
|
ANNESS II
Sistemi ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u rapporti ta’ spezzjoni.
|
1. |
L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti li lilhom l-awtoritajiet kompetenti ddelegaw ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla mhux regolari ta’ mill-inqas persentaġġ statistikament sinifikanti taċ-ċertifikati kollha tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa kull sena u jassuġġettaw dawk iċ-ċertifikati għal verifika. Il-verifika għandha tkun ibbażata fuq l-għażliet indikati hawn taħt jew fuq miżuri ekwivalenti:
|
|
2. |
L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti li lilhom l-awtoritajiet kompetenti ddelegaw ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla mhux regolari ta’ mill-inqas persentaġġ statistikament sinifikanti tar-rapporti ta’ ispezzjoni maħruġa kull sena u jassuġġettaw dawk ir-rapporti għal verifika. |
ANNESS III
Qafas ta' metodoloġija komparattiva biex jiġu indentifikati l-livelli kost-ottimali tar-rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u l-elementi tal-bini
Il-qafas ta' metodoloġija komparattiva għandu jippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini u l-elementi tal-bini u l-aspetti ekonomiċi tal-miżuri relatati mar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u jgħaqqduhom bil-ħsieb li jidentifikaw il-livell kost-ottimali.
Il-qafas ta' metodoloġija komparattiva għandu jkun akkumpanjat minn linji gwida li jiddeskrivu fil-qosor kif għandu jiġi applikat dan il-qafas fil-kalkolu tal-livelli ta' rendiment kost-ottimali.
Il-qafas ta' metodoloġija komparattiva għandu jippermetti li jittieħed kont tal-mudelli tal-użu, il-kondizzjonijiet klimatiċi ta' barra, l-ispejjeż tal-investiment, il-kategorija tal-bini, l-ispejjeż għall-manutenzjoni u l-funzjonament (inkluż l-ispejjeż tal-enerġija u l-iffrankar), id-dħul mill-enerġija prodotta, fejn applikabbli, u l-ispejjeż tar-rimi, fejn applikabbli. Dan għandu jkun ibbażat fuq standards Ewropej rilevanti relatati ma' din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprovdi:
|
— |
linji gwida biex jakkumpanjaw il-qafas ta' metodoloġija komparattiva; dawn il-linji gwida ser iservu biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-passi elenkati hawn taħt; |
|
— |
informazzjoni dwar l-iżviluppi fit-tul stmati fil-prezzijiet tal-enerġija. |
Għall-applikazzjoni tal-qafas ta' metodoloġija komparattiva mill-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ġenerali, espressi permezz ta' parametri, fil-livell tal-Istati Membri.
Il-qafas ta' metodoloġija komparattiva għandu jeħtieġ li l-Istati Membri:
|
— |
jiddefinixxu bini ta' referenza li huma kkaratterizzati minn u rappreżentattivi għall-funzjonalità u l-post ġeografiku tagħhom, inklużi l-kondizzjonijiet klimatiċi interni u esterni. Il-bini ta' referenza għandu jkopri bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm dawk ġodda kif ukoll dawk eżistenti; |
|
— |
jiddefinixxu l-miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija li għandhom jiġu vvalutati għall-bini ta' referenza. Dawn jistgħu jkunu miżuri għal bini individwali fl-intier tagħhom, għall-elementi individwali tal-bini jew għal kombinazzjoni ta' elementi tal-bini; |
|
— |
jivvalutaw il-ħtieġa finali u primarja tal-enerġija tal-bini ta' referenza u l-bini ta' referenza bil-miżuri definiti ta' effiċjenza fl-enerġija applikati; |
|
— |
jikkalkolaw l-ispejjeż (jiġifieri l-valuri net attwali) tal-miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija (kif imsemmi fit-tieni inċiż) matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika applikati għall-bini ta' referenza (kif imsemmi fl-ewwel inċiż) bl-applikazzjoni tal-prinċipji tl-qafas metodoloġiku komparattiv. |
Permezz tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika, tiġi kkalkolata l-kost-effettività ta' livelli differenti ta' rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija mill-Istati Membri. Dan ser jippermetti d-determinazzjoni tal-livelli kost-ottimali tar-rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
ANNESS IV
PARTI A
Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha
(kif imsemmi fl-Artikolu 29)
|
Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65) |
|
|
Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1) |
il-punt 9.9 tal-Anness biss |
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(kif imsemmi fl-Artikolu 29)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data tal-applikazzjoni |
|
2002/91/KE |
4 ta’ Jannar 2006 |
4 ta’ Jannar 2009 fir-rigward tal-Artikoli 7, 8 u 9 biss |
ANNESS V
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 2002/91/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2, punt (1) |
Artikolu 2, punt (1) |
|
— |
Artikolu 2, punti (2) u (3) |
|
Artikolu 2, punt (2) u Anness |
Artikolu 2, punt (4) u l-Anness I |
|
— |
Artikolu 2, punti (5), (6), (7), (8), (9), (10) u (11) |
|
Artikolu 2, punt (3) |
Artikolu 2, punt (12) |
|
Artikolu 2, punt (4) |
Artikolu 2, punt (13) |
|
— |
Artikolu 2, punt (14) |
|
Artikolu 2, punt (5) |
Artikolu 2, punt (15) |
|
Artikolu 2, punt (6) |
Artikolu 2, punt (16) |
|
Artikolu 2, punt (7) |
Artikolu 2, punt (17) |
|
Artikolu 2, punt (8) |
Artikolu 2, punt (18) |
|
— |
Artikolu 2, punt (19) |
|
Artikolu 3 u Anness |
Artikolu 3 u l-Anness I |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 4(2) |
— |
|
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(2) |
|
— |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 6(1) |
|
— |
Artikolu 6(2) u (3) |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
|
— |
Artikolu 8, 9 u 10 |
|
Artikolu 7(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(8) u l-Artikolu 12(2) |
|
Artikolu 7(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 11(6) |
|
Artikolu 7(1) it-tielet subparagrafu |
Artikolu 12(6) |
|
Artikolu 7(2) |
Artikolu 11(1) u (2) |
|
— |
Artikolu 11(3), (4), (5), (7) u (9) |
|
— |
Artikolu 12(1), (3), (4), (5) u (7) |
|
Artikolu 7(3) |
Artikolu 13(1) |
|
— |
Artikolu 13(2) |
|
— |
Artikolu 13(3) |
|
Artikolu 8, punt (a) |
Artikolu 14(1) u (3) |
|
— |
Artikolu 14(2) |
|
Artikolu 8, punt (b) |
Artikolu 14(4) |
|
— |
Artikolu 14(5) |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu |
|
— |
Artikolu 15(1) it-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 15(2), (3), (4) u (5) |
|
— |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 17 |
|
— |
Artikolu 18 |
|
l-Artikolu 11, kliem introduttiv |
L-Artikolu 19 |
|
Artikolu 11, punti (a) u (b) |
— |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 20(1) u l-Artikolu 20(2) it-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 20(2) l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 20(3) u (4) |
|
— |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 22 |
|
|
Artikoli 23, 24 u 25 |
|
Artikolu 14(1) |
Artikolu 26(1) |
|
Artikolu 14(2) u (3) |
— |
|
— |
Artikolu 26(2) u (3) |
|
— |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 15(1) |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 15(2) |
— |
|
— |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 31 |
|
Anness |
Anness I |
|
— |
Annessi II sa V |
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fid-19 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta ta’ hawn fuq lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew (1). |
|
2. |
Il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fit-23 ta’ April 2009, fejn adotta 107 emenda (2). |
|
3. |
Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta l-opinjoni tiegħu fil-21 ta’ April 2009. |
|
4. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-14 ta’ Mejju 2009 (3). |
|
5. |
Fl-14 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari f’konformita mal-Artikolu 294 tat-TFUE. |
II. GĦAN TAL-PROPOSTA
Flimkien ma’ żewġ proposti oħra (4) din il-proposta hija parti mill-Pakkett dwar l-Effiċjenza Enerġetika ppreżentat mill-Kummissjoni f’Novembru 2008.
Il-mira ta’ din il-proposta huwa li tiżdied aktar l-effiċjenza enerġetika fil-bini fl-UE, fl-isfond tal-għanijiet ta’ politika tal-UE dwar il-klima/l-enerġija għall-2020 fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-iffrankar tal-enerġija u t-transizzjoni tagħha għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Il-proposta għalhekk timmira li tiċċara, issaħħaħ u testendi l-ambitu tad-Direttiva attwali 2002/91/KE, u li tnaqqas id-differenzi kbar bejn il-prattiki tal-Istati Membri f’dan is-settur. Id-dispożizzjonijiet tagħha jindirizzaw strumenti regolatorji u bbażati fuq l-informazzjoni differenti, u jkopru l-ħtiġiet tal-enerġija għat-tisħin tal-postijiet u tal-ilma, tkessiħ, ventilazzjoni, u dawl għall-bini residenzjali u mhux residenzjali ġdid u dak eżistenti.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI
|
1. |
Minħabba l-iskeda ta’ żmien stretta meħtieġa sabiex jintlaħaq ftehim kmieni dwar din il-proposta kif talab il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill immira sa mill-bidu għall-identifikar ta’ elementi li jkunu aċċettabbli kemm għall-Parlament u kif ukoll għall-Kunsill, pjuttost milli jfassal pożizzjoni kompleta maqbula mill-Kunsill qabel jidħol fin-negozjati mal-Parlament. Sabiex isir progress rapidu waqt li jittieħed kont tad-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, ġew maqbula żewġ stadji:
|
|
2. |
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tinkorpora ż-żewġ ftehimiet imsemmijin hawn fuq. L-elementi prinċipali tagħha huma:
* * * Barra mill-elementi ewlenin ta’ hawn fuq, u bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim kmieni, il-Kunsill eżamina kull emenda tal-Parlament Ewropew. Kull fejn possibbli, l-emendi ġew aċċettati, jew kompletament jew parzjalment; xi drabi l-ispirtu tal-emenda kien ittrattat f’artikolu ieħor jew fi premessa. B’hekk, fil-pożizzjoni tiegħu, il-Kunsill:
|
(1) dok. 15929/08
(2) dok. 8877/1/09 REV 1
(3) OJ C 277, 17.11.2009, p. 75.
(4) Iż-żewġ proposti l-oħra f’dan il-pakkett huma:
|
— |
l-abbozz ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (riformulazzjoni) (2008/0222 COD); |
|
— |
Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342 tat-22.12.2009, p. 46). |
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 290 TFUE
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pożizzjoni futura tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 TFUE jew ta’ atti leġislattivi individwali li fihom tali dispożizzjonijiet.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni Ewropea tieħu nota li minbarra f'każijiet fejn l-att leġislattiv jipprevedi proċedura ta' urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkunsidraw li n-notifika ta' atti ddelegati għandha tieħu kont tal-perijodi ta' btajjel tal-istituzzjonijiet (ix-xitwa, is-sajf u l-elezzjonijiet Ewropej), sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jeżerċitaw il-prerogativi tagħhom fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-atti leġislattivi rilevanti, u tinsab lesta biex taġixxi kif meħtieġ.