ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.119.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 119

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
7 ta' Mejju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 119/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

1

2010/C 119/02

Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

4

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 119/03

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 119/04

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

6

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 119/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5807 – ENI/Fox Energy) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

10

2010/C 119/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5873 – Advent/DFS Furniture Company) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

11

2010/C 119/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5878 – CVC/Caixanova/R Cable) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 119/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

14.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 422/09 & N 621/09

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Restructuring of Royal Bank of Scotland and Participation in the Asset Protection Scheme

Il-bażi legali

The common law powers of the HM Government

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: GBP 65 500-113 500 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

UK Treasury

1 Horseguard Road

London

SW1A 2HQ

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.3.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 80/10

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prorrogação do regime de recapitalização pública das instituições de crédito em Portugal

Il-bażi legali

Lei n.o 63-A/2008, de 24 de Novembro, Portaria n.o 493-A/2009, de 8 de Maio, Lei do Orçamento do Estado para 2010

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: EUR 3 000 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sat-30.6.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministério das Finanças e da Administração Pública

Av. Infante D. Henrique 1

1149-009 Lisboa

PORTUGAL

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.4.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 113/10

Stat Membru

Is-Slovenja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Second prolongation of the liquidity scheme for the Slovenian financial sector

Il-bażi legali

Zakon o spremembah in dopolnitvah Zakona o javnih financah (ZJF), Uredba o merilih in pogojih za dajanje posojil po 81.a clenu Zakona o javnih financah

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-estimi

Baġit globali: EUR 12 000 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

19.4.2010-30.6.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministrstvo za finance

Zupanciceva ulica 3

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/4


Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

2010/C 119/02

Skont l-Artikolu 9(1)(a), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:

Paġna 140

Bejn in-Noti ta' Spjegazzjoni għall-intestatura 2933 21 00 sa 2933 52 00 it-test segwenti huwa miżjud:

2933 49 10:   Derivattivi ħaloġen tal-kwinolajn; Derivattivi tal-aċtu kwinolinekarboksiliku

Ara n-Noti ta' Spjegazzjoni NM għall-intestatura 2933, l-ewwel paragrafu,(D)

Għall-fini ta' din l-intestatura t-treminu ‘derivattivi ħaloġen tal-kwinolajn’ ikopri biss tali derivattivi tal-kwinolajn li fihom atomu uniku jew iżjed tas-sistema taċ-ċirku aromatiku ġie sostitwit b’numru korrispondenti ta’ atomi tal-ħaloġen.

It-teminu ‘derivattivi tal-aċtu kwinolinekarboksiliku’ jinkludi derivattivi tal-aċtu kwinolinekarboxiliku li fihom atomu tal-idroniġu uniku jew iżjed tas-sistema taċ-ċirku aromatiku u/jew il-funzjoni tal-aċtu ġie sostitut”.


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 133, 30.5.2008, p. 1.


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Mejju 2010

2010/C 119/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2727

JPY

Yen Ġappuniż

119,34

DKK

Krona Daniża

7,4430

GBP

Lira Sterlina

0,84295

SEK

Krona Żvediża

9,7120

CHF

Frank Żvizzeru

1,4132

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7855

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,968

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

279,42

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7072

PLN

Zloty Pollakk

4,0923

RON

Leu Rumen

4,1805

TRY

Lira Turka

1,9566

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4075

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3142

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,8908

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7544

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7715

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 452,70

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7158

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6882

HRK

Kuna Kroata

7,2576

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 688,58

MYR

Ringgit Malażjan

4,1458

PHP

Peso Filippin

57,769

RUB

Rouble Russu

38,6150

THB

Baht Tajlandiż

41,178

BRL

Real Brażiljan

2,2912

MXN

Peso Messikan

16,2397

INR

Rupi Indjan

57,6720


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/6


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 119/04

Għajnuna Nru: XA 267/09

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Corrèze

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides à l'agriculture biologique en Corrèze

Bażi legali:

articles L 1511-1 et suivants et articles L 3231-1 et suivants du code général des collectivités territoriales

délibération de l'assemblée plénière du Conseil général du 18 décembre 2008

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 31 500

(L-ammont tan-nefqa annwali ppjanata jista' jkun evalwat mill-ġdid kull sena)

Intensità massima tal-għajnuna: 40 %

Barra minn hekk, il-Kunsill Ġenerali (Conseil Général) se jintervjeni fil-proġetti ta' iktar minn EUR 4 000. L-ammont tan-nefqa eliġibbli għandu limitu massimu ta' EUR 15 000.

Data tal-implimentazzjoni: Fl-2009, malli jasal l-avviż tal-wasla bin-numru tal-identifikazzjoni tal-miżura u tal-pubblikazzjoni tat-taqsira tal-miżura fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-objettiv tal-miżura inkluża fil-qafas tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, se jkun li jħeġġeġ lill-agrikolturi biex jikkonvertu għal agrikoltura bijoloġika jew biex isaħħu l-produzzjoni tagħhom f'dan il-qasam, grazzi għall-għajnuniet li jippermettulhom jiffaċċjaw spejjeż finanzjarji għoljin marbutin mal-ispejjeż tal-enerġija alternattiva neċessarji għall-dawn il-produzzjoniiet, spejjeż li meta mqabblin ma' dawk tal-produzzjoni konvenzjonali huma għoljin.

Permezz tal-implimentazzjoni ta' din il-miżura, il-Kunsill Ġenerali ta' Corrèze se jkun jista':

jissensibilizza lill-produtturi ta' Corrèze dwar l-agrikoltura bijoloġika,

itejjeb il-kwalità tal-produzzjoni ta' Corrèze u jħeġġeġ għall-konverżjoni tal-produtturi agrikoli;

kif ukoll jipparteċipa fil-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent naturali.

L-investimenti eliġibbli se jkunu dawn li ġejjin:

materjali marbuta mal-iżvilupp tal-ħżin u l-ippakkjar tal-prodotti,

materjali relatati mal-kura tal-uċuħ tar-raba,

materjali relatati mal-aħjar teknika taż-żrigħ li jiġbru flimkien l-għodod kollha taż-żrigħ kemm mekkaniċi kif ukoll termiċi,

l-għodod biex tinħadem l-art rikonoxxuti għall-interess agronomiku tagħhom jew li jiffaċilitaw il-fertilità bijoloġika tal-ħamrija,

il-mezzi għall-ħażna tal-prodotti agrikoli għas-sistemi mħalltin jiġifieri, l-impriżi li għandhom produzzjoni mħallta (produzzjoni kemm bijoloġika u kemm mhux bijoloġika).

Jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna, il-produtturi agrikoli kollha ta' Corrèze rreġistrati bħala SMEs, iċċertifikati li huma jipprattikaw l-agrikoltura bio jew li jinsabu fil-proċess li jsiru bio u li jissodisfaw il-kundizzjoni li 40 % mill-valur tal-bejgħ agrikolu tagħhom huwa marbut ma' attivitajiet bijoloġiċi.

Huma biss l-impriżi agrikoli li jaqgħu fil-kategorija tal-SMEs skont il-liġi tal-Komunità, li ser ikunu eliġibbli għall-għajnuna.

Id-dettalji ta' dawn il-miżuri jinsabu online fis-sit elettroniku tal-Kunsill Ġenerali fl-indirizz elettroniku mogħti iktar 'l isfel.

Settur jew setturi benefiċjarji: It-trobbija tal-bhejjem u l-produzzjoni tal-ħxejjex (it-tipi kollha ta' produzzjoni).

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil Général de la Corrèze

Direction du développement économique

Hôtel du Département Marbot

9 rue René et Émile Fage — BP 199

19005 Tulle Cedex

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg19.fr/fileadmin/user_upload/Correze_et_institution/Guide_aides/Economie/DEPA_Agriculturebio_2009.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 269/09

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Corrèze

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aide au maintien d'une activité agricole par l'aménagement des sols et la préservation des paysages (Corrèze).

Bażi legali:

articles L 1511-1 et suivants et articles L 3231-1 et suivants du Code général des collectivités territoriales,

délibération de l'assemblée plénière du Conseil Général du 18 décembre 2008«politique sectorielle agricole».

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 510 000 fis-sena.

L-ammont tan-nefqa annwali ppjanata jista' jkun evalwat mill-ġdid kull sena.

Intensità massima tal-għajnuna: 35 %

Iż-żieda fil-kontribuzzjoni tista' tkun evalwata mill-ġdid kull sena skont il-limiti awtorizzati.

Data tal-implimentazzjoni: l-2010, malli jasal l-avviż tal-wasla bin-numru tal-identifikazzjoni tal-miżura u tal-pubblikazzjoni tat-taqsira tal-miżura fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Fil-qafas tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-eżenzjoni agrikola, l-għan tal-miżura se jkun li jappoġġja lill-bdiewa f'ħidmiethom fuq art mhux żviluppata, bl-għan li jtejbu l-produzzjonijiet agrikoli u l-kwalità, kif ukoll il-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent naturali.

Il-miżura prevista hija inkluża fi programm li jniedi tnaqqis fil-konsum tal-ilma, it-titjib tal-kwalità ta' inħawi akwatiċi (passaġġi tal-ilma, artijiet mistgħadra ...), ir-rikonkwista ta' artijiet agrikoli u l-ftuħ ta' qigħan ta' wid ien għall-preservazzjoni tal-bijodiversità.

L-ammont tan-nefqa eliġibbli se jkopru:

ix-xogħlijiet kollha neċessarji għat-tkomplija tal-kultivazzjoni (jinbnew/jinħattu ċnut, isiru kanali tal-irrigazzjoni, titħammel art biex issir tajba għall-kultivazzjoni) tal-art, għat-tranġar tal-ħamrija u għall-ħarsien tal-passaġġi tal-ilma.

ix-xiri u t-tqegħid ta' materjali għax-xorb tal-annimali u għall-ħarsien tal-kanali tal-ilma.

Għall-irranġar tal-ħamrija u għax-xogħlijiet agrikoli marbutin max-xorb tal-annimali, l-għajnuna se tingħata jekk l-investimenti jinkludu tnaqqis tal-konsum tal-ilma b'mill-inqas 25 %. It-tnaqqis tal-estrazzjoni tal-ilma u t-titjib teknoloġiku tat-tagħmir akkwistat jew tax-xogħlijiet li jsiru, se jkunu l-elementi ewlenin għat-tnaqqis tal-konsum tal-ilma.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-impriżi żgħar u medji (SMEs) kif definit fil-Liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214 tad-9 ta' Awwissu 2008),

għall-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli,

għall-impriżi li ma jinsabux f'diffikultà skont is-sens tal-linjigwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni tal-impriżi f'diffikultà (ĠU C 244 tal-1 ta' Ottubru 2004),

f'kull każ, l-ebda għajnuna proposta ma tista' tkun iktar mil-limitu massimu indikat fil-punt 9 tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-eżenzjoni agrikola.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-setturi kollha tal-produzzjoni agrikola fid-département de la Corrèze kollu.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil général de la Corrèze

Direction du développement durable

Hôtel du département Marbot

9 rue René et Émile Fage — BP 30

19005 Tulle Cedex

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg19.fr/fileadmin/user_upload/Correze_et_institution/Guide_aides/Aides_2009/Economie/DEPA_Amenagement_sols_2009.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 280/09

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Seine-Maritime

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aide en assistance technique pour des productions sans OGM par l’autonomie en protéines (Seine-Maritime)

Bażi legali: Article L1511-2 du Code général des collectivités territoriales

Articles L3231-2 et 3232-1 du Code général des collectivités territoriales

Délibération du Conseil général du 31 mars 2009 relatif à la politique agricole départementale, période 2009-2012.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 40 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %, skont il-limitu ffissat ta' EUR 1 500.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Il-perjodu 2009-2012.

Għan tal-għajnuna: Minħabba li għadd ta' ċittadini tas-Seine-Maritime qed jitolbu li kemm jista' jkun jikkunsmaw prodotti mingħajr l-ebda traċċa ta' Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM), l-għan ta' din l-għajnuna hu li jgħin lill-bdiewa u b'mod partikolari lil dawk li jipproduċu, jipproċessaw prodotti u li jbigħuhom mill-farms (jew f'inħawi verament viċin il-farms tagħhom) biex jimmodifikaw is-sistema tagħhom tal-għalf tal-bhejjem biex ikunu awtonomi fl-użu tal-proteini, l-uniku mezz ta' produzzjoni mingħajr OĠM.

Dan l-għan jitlob li l-bdiewa jibdlu s-sistema tagħhom tal-għalf għall-bhejjem għal waħda awtonoma f'dak li jirrigwarda l-proteini. Id-département jixtieq jagħti għajnuna għall-ispejjeż tal-konsulenza marbuta ma' din il-bidla. Din l-għajnuna se tkun fil-ħin u l-bdiewa ma jistgħux jagħmlu ħlief talba waħda għall-għajnuna għall-perjodu 2009-2012.

L-għajnuna se tingħata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu kollu (SMEs)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du département de Seine-Maritime

Quai Jean Moulin

76101 Rouen Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.seinemaritime.net/guidedesaides/medias/File/aide-a-la-production-sans-ogm-par-l-autonomie-en-proteines-+-formulaire-t2.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 307/09

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Comunitat Valenciana

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Régimen de ayudas a la mejora de la competitividad de las explotaciones ganaderas

Bażi legali: Proyecto de Orden, de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, por la que se establecen las bases reguladoras de las ayudas a la mejora de la competitividad de las explotaciones ganaderas de la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont totali tal-approprjazzjoni tal-baġit stmat għas-sena finanzjarja 2010 huwa EUR 1 820 000.

Intensità massima tal-għajnuna: 40 % tal-investiment b'mod ġenerali, u 50 % f'żoni żvantaġġati. Fil-każijiet fejn l-investimenti jitwettqu minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mindu jkunu ġew stabbiliti, dawn il-perċentwali jiżdiedu b'10 %.

Data tal-implimentazzjoni: il-31 ta' Diċembru 2009

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Matul is-sena 2010, u tista' tiġġedded kull sena, dejjem jekk isir provvediment għaliha fil-baġit, sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: L-għan hu li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni, titjieb il-kwalità tal-prodott finali, jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent, u jitjiebu l-kundizzjonijiet iġjeniċi tal-azjendi agrikoli u l-benesseri tal-annimali.

L-Artikolu 4, Investment f'azjendi agrikoli.

Spejjeż eliġibbli: Il-kostruzzjoni, l-akkwist jew it-titjib tal-faċilitajiet għall-bhejjem u x-xiri ta' makkinarju u tagħmir għat-trobbija tal-bhejjem.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tal-produzzjoni. Is-subsetturi tat-trobbija tal-bhejjem inġenerali.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/competitividad.pdf

Informazzjoni oħra: —

Valencia, il-15 ta’ Diċembru 2009

La Directora General de Producción Agraria

Fdo. Laura PEÑARROYA FABREGAT


V Opinjonijiet

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5807 – ENI/Fox Energy)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 119/05

1.

Fid-29 ta’ April 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża enirete oil & nonoil S.p.A. (“Enirete”, l-Italja) li hi proprjetà ta' Eni S.p.A. (“ENI”, l-Italja) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Fox Energy S.p.A. (“Fox Energy”, l-Italja), li preċedentament kienet ikkontrollata b'mod konġunt minn Enirete flimkien ma' Fox Petroli S.p.A. u Mariani & C. S.r.l., permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Enirete: bejgħ bl-imnut ta' prodotti petrolifiċi u ta' lubrikanti fl-Italja,

għal ENI: kumpanija tal-enerġija vertikalment integrata,

għal Fox Energy: bejgħ mhux bl-imnut ta' prodotti petrolifiċi u ta' lubrikanti fiċ-ċentru tal-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5807 – ENI/Fox Energy, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5873 – Advent/DFS Furniture Company)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 119/06

1.

Fis-27 ta’ April 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerika), akkwistat skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tal-KE, l-impriża DFS Furniture Company (ir-Renju Unit) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Advent: ekwità privata,

DFS Furniture Company: manifattura u bejgħ bl-imnut tal-għamara.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5873 – Advent/DFS Furniture Company, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5878 – CVC/Caixanova/R Cable)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 119/07

1.

Fid-29 ta’ April 2010, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża CVC Capital Partners Sicav-Fis, S.A (“CVC”, il-Lussemburgu), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u flimkien ma' Caixa De Aforros de Vigo, Ourense de Pontevedra (“Caixanova”, Spanja) il-kontroll konġunt tal-impriża R Cable y Telecomunicaciones de Galicia, S.A (“R Cable”, Spanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal CVC: l-ekwità privata u l-attivitajiet ta' parir dwar investiment,

għal Caixanova: bank għat-tfaddil privat tal-individwi,

għal R Cable: il-forniment ta' servizzi ta' telekomunikazzjoni permezz tal-kejbil u servizzi ta' telekomunikazzjoni u awdjoviżwali oħra.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5878 – CVC/Caixanova/R Cable, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).