|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.113.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Avviżi |
|
|
|
AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2010/C 113/01 |
||
|
MT |
|
IV Avviżi
AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/1 |
2010/C 113/01
L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Opinjonijiet
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-38/06) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dazju ta’ apparat għall-użu speċifikament militari)
2010/C 113/02
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u M. Afonso, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, Â. Seiça Neves, J. Gomes u C. Guerra Santos, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: J. Molde, aġent), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: I. Bruni, aġent, assistit minn G. De Bellis, avvocato dello Stato), Ir-Repubblika Finlandiża (rappreżentant: A. Guimaraes-Purokoski, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplimenta l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1 p. 176) u, għall-perijodu ta’ wara l-31 ta’ Mejju 2000, tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728 KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 169) — Importazzjoni eżentata mit-taxxa doganali fuq materjal tal-gwerra u ta’ oġġetti li għandhom użu kemm militari kif ukoll ċivili.
Dispożittiv
|
(1) |
Billi rrifjutat li tikkalkola u li tqiegħed, għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-riżorsi proprji dovuti għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 2002 inklużivi, minħabba l-importazzjoni ta’ tagħmir u merkanzija għall-użu speċifikament militari, u billi rrifjutat li tħallas l-interessi moratorji korrispondenti, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, rispettivament, taħt l-Artikoli 2 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE Euratom, dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996, fir-rigward tal-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u t-30 ta’ Mejju 2000 inklużivi, kif ukoll, taħt l-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, fir-rigward tal-perijodu ta’ bejn il-31 ta’ Mejju 2000 u l-31 ta’ Diċembru 2002. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
(3) |
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Taljana u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-424/07) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/19/KE - Direttiva 2002/21/KE - Direttiva 2002/22/KE - Netwerks u servizzi - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Swieq ġodda”)
2010/C 113/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u A. Nijenhuis, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, aġent, C. Koenig, professur, S. Loetz, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323), tal-Artikoli 6, 7, 8(1), 15(3) u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), kif ukoll ta’ l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367) — Definizzjoni, analiżi u lleġiżlar dwar is-swieq il-ġodda — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiddefinixxi b’mod ġenerali s-“swieq ġodda” u li tiffissa l-kundizzjonijiet restrittivi f’dak jikkonċerna l-illeġiżlar dwarhom minn awtorità nazzjonali regolatorja u l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ konsultazzjoni prevista mid-dritt Komunitarju dwar il-miżuri li jiddefinixxu u janalizzaw dawn is-swieq.
Dispożittiv
|
(1) |
Bl-adozzjoni tal-Artikolu 9a tal-Liġi dwar it-telekomunikazzjoni (Telekommunikationsgesetz), tat-22 ta’ Ġunju 2004, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), l-Artikoli 6 sa 8(1) u (2), 15(3), u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif ukoll l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali). |
|
(2) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-518/07) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/46/KE - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u fir-rigward tal-moviment liberu ta’ din id-data - Artikolu 28(1) - Awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni - Indipendenza - Superviżjoni amministrattiva eżerċitata fuq dawn l-awtoritajiet)
2010/C 113/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Docksey, C. Ladenburger u H. Krämer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u J. Möller, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data (rappreżentanti: H. Hijmans u A. Scirocco, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) — Obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali inkarigati mis-sorveljanza tal-ipproċessar tad-data ta’ natura personali jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom b’indipendenza totali — Issuġġettar għas-sorveljanza mill-Istat tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni fil-Länder inkarigati mis-sorveljanza tal-ipproċessar tad-data ta’ natura personali fis-settur mhux pubbliku
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, billi ssuġġettat l-awtoritajiet ta’ superviżjoni kompetenti għas-sorveljanza tal-ipproċessar tad-data ta’ natura personali mill-korpi mhux pubbliċi u l-impriżi rregolati mid-dritt pubbliku li jikkompetu fis-suq (öffentlich-rechtliche Wettbewerbsunternehmen) fid-diversi Länder għas-superiviżjoni tal-Istat, u billi b’hekk ittrasponiet b’mod żbaljat l-eżiġenza li tgħid li dawn l-awtoritajiet għandhom jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom “b’indipendenza totali”. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
(3) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Janko Rottmann vs Freistaat Bayern
(Kawża C-135/08) (1)
(“Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 17 KE - Ċittadinanza ta’ Stat Membru miksuba bit-twelid - Ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor miksuba bin-naturalizzazzjoni - Telf taċ-ċittadinanza oriġinali minħabba din in-naturalizzazzjoni - Telf b’effett retroattiv taċ-ċittadinanza miksuba bin-naturalizzazzjoni minħabba manuvri frawdolenti meta din inkisbet - Persuna bla ċittadinanza bil-konsegwenza li titlef l-istatus ta’ ċittadina tal-Unjoni”)
2010/C 113/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Janko Rottmann
Konvenuta: Freistaat Bayern
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17 tat-Trattat KE — Ksib taċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru li twassal għat-telf definittiv taċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ta’ oriġini — Telf taċ-ċittadinanza l-ġdida b’effett retroattiv minħabba manuvri frawdolenti li seħħew mal-ksib tagħha — Il-persuna kkonċernata bla ċittadinanza bil-konsegwenza li titlef l-istatus ta’ ċittadina tal-Unjoni
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 17 KE, ma jipprekludix lil Stat Membru milli jirrevoka liċ-ċittadin tal-Unjoni Ewropea ċ-ċittadinanza ta’ dan l-Istat Membru miksuba b’naturalizzazzjoni meta din tkun inkisbet b’mod frawdolenti, sakemm din id-deċiżjoni ta’ revoka tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tat-2 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Aydin Salahadin Abdulla (C-175/08), Kamil Hasan (C-176/08), Ahmed Adem, Hamrin Mosa Rashi (C-178/08), Dler Jamal (C-179/08) vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-175/08, C-176/08, C-178/08 u C-179/08) (1)
(Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istat ta’ refuġjat jew tal-istat mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Kwalità ta’ ‘refuġjat’ - Artikolu 2(ċ) - Waqfien tal-istat ta’ refuġjat - Artikolu 11 - Bdil fiċ-ċirkustanzi - Artikolu 11(1)(e) - Refuġjat - Biża’ infondata minn persekuzzjoni - Stima - Artikolu 11(2) - Revoka tal-istat ta’ refuġjat - Prova - Artikolu 14(2))
2010/C 113/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aydin Salahadin Abdulla (C-175/08), Kamil Hasan (C-176/08), Ahmed Adem, Hamrin Mosa Rashi (C-178/08), Dler Jamal (C-179/08)
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96 — 107) — Deċiżjonijiet tal-awtorità li jwaqqfu l-istat ta’ refuġjat tal-persuni kkonċernati fuq il-bażi tal-unika konstazzjoni li l-biża’ tagħhom li jiġu ppersegwitati waqfet milli teżisti mingħajr eżami ta’ kundizzjonijiet addizjonali li jirrigwardaw is-sitwazzjoni politika fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom — Ċittadini Iraqini li l-istat ta’ refuġjat tagħhom ġie rritarat wara l-waqa’ tar-reġim ta’ Saddam Hussein
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
|
(2) |
Meta ċ-ċirkustanzi li jwasslu għall-għoti tal-istat ta’ refuġjat wafqu jeżistu u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jivverifikaw li ma jeżistux ċirkustanzi oħrajn li jiġġustifikaw il-biża’ tal-persuna kkonċernata li tiġi ppersegwitata kemm għall-istess raġuni kif ukoll għal dak inkwistjoni inizjalment, jew għal waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83, il-kriterju ta’ probabbiltà sabiex jiġi evalwat ir-riskju li jirriżulta minn dawn iċ-ċirkustanzi l-oħrajn huwa l-istess bħal dak applikat matul l-għoti tal-istat ta’ refuġjat. |
|
(3) |
L-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2004/83, sa fejn jipprovdi indikazzjonijiet rigward il-portata, f’termini ta’ saħħa probatorja, ta’ atti jew ta’ theddid preċedenti ta’ persekuzzjoni, jista’ japplika meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jirrevokaw l-istat ta’ refuġjat skont l-Artikolu 11(1)(e) tad-Direttiva 2004/83 u l-persuna kkonċernata, sabiex tiġġustifika l-insistenza ta’ biża’ fondata li tiġi ppersegwitata, tinvoka ċirkustanzi oħrajn minn dawk li f’konnessjoni magħhom ġiet irrikonoxxuta bħala refuġjat. Madankollu, bħala regola ġenerali dan jista’ jkun il-każ biss meta r-raġuni ta’ persekuzzjoni hija differenti minn dik użata fil-mument tal-għoti tal-istat ta’ refuġjat u li jeżistu atti jew theddid preċedenti ta’ persekuzzjoni li huma konnessi mar-raġuni ta’ persekuzzjoni eżaminata f’dan l-istadju. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-197/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/59/KE - Taxxi oħra għajr it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jolqtu l-konsum tat-tabakk manifatturat - Artikolu 9(1) - Libertà li biha l-manifatturi u l-importaturi jistabbilixxu l-prezzijiet massimi tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tagħhom - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi prezz minimu ta’ bejgħ bl-imnut għas-sigaretti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk bi “prezz promozzjonali li jmur kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika” - Kunċett ta’ “leġislazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-livell tal-prezzijiet jew l-osservanza ta’ prezzijiet imposti” - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk)
2010/C 113/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: W. Mölls u R. Lyal, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża [rappreżentanti: G. de Bergues, S. Pilczer, J.-Ch. Gracia u B. Beaupère-Manokha, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol 1, p. 283-288) — Iffissar tal-prezzijiet minimi — Tfixkil għall-moviment liberu tal-merkanzija — Protezzjoni tas-saħħa pubblika — Rilevanza tal-Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (ĠU L 213, p. 8)
Dispożittiv
|
(1) |
Billi adottat u żammet fis-seħħ sistema ta’ prezzijiet minimi għall-bejgħ bl-imnut ta’ sigaretti rilaxxati għall-konsum fi Franza u kif ukoll projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk “bi prezz promozzjonali li jmur kontra l-għanijiet tas-saħħa pubblika”, ir-Repubblika Franċiża naqset mil-obbligi tagħha skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE, tat-12 ta’ Frar 2002. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-198/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/59/KE - Taxxi oħra għajr it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jolqtu l-konsum tat-tabakk manifatturat - Artikolu 9(1) - Libertà li biha l-manifatturi u l-importaturi jistabbilixxu l-prezzijiet massimi tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tagħhom - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi prezz minimu ta’ bejgħ bl-imnut ta’ sigaretti kif ukoll prezz minimu ta’ bejgħ bl imnut tat-tabakk imqatta’ fin - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk)
2010/C 113/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u R. Lyal, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl, J. Bauer u C. Pesendorfer, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar it-taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qligħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 238) — Stabbiliment ta’ prezzijiet minimi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ tabakk manifatturat mill-awtoritajiet pubbliċi
Dispożittiv
|
(1) |
Billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li permezz tagħha l-awtoritajiet pubbliċi jistabbilixxu l-prezzijiet minimi għall-bejgħ bl-imnut ta’ sigaretti u ta’ tabakk imqatta’ fin għall-irrumblar tas-sigaretti, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1) tad Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar it-taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qligħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KEE, tat-12 ta’ Frar 2002. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta' Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-221/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/59/KE - Taxxi oħra għajr it-taxxi fuq il-fatturat li jolqtu l-konsum tat-tabakk manifatturat - Artikolu 9(1) - Libertà li biha l-manifatturi u l-importaturi jistabbilixxu l-prezzijiet massimi tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tagħhom - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi prezz minimu ta’ bejgħ bl-imnut tas-sigaretti - Ġustifikazzjoni - Ħarsien tas-saħħa pubblika - Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk)
2010/C 113/09
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti]
Konvenuta: L-Irlanda [rappreżentanti: D. O'Hagan, aġent, G. Hogan SC]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li m’humiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 283) — Liġi nazzjonali li timponi prezzijiet bl-imnut minimi u massimi għat-tabakk manifatturat
Dispożittiv
|
(1) |
Billi imponiet prezzijiet minimi ta’ bejgħ bl-imnut għas-sigaretti, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar taxxi li m’humiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat, hekk kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE tat-12 ta’ Frar 2002. |
|
(2) |
Billi ma pprovditx l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ taqdi dmirha li tissorvelja l-konformità mad-Direttiva 95/59, hekk kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 KE. |
|
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(4) |
L-Irlanda hija kkundanata għall-ispejjeż |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-241/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6(2) u (3) - Traspożizzjoni inkorretta - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Effetti sinjifikattivi ta’ proġett fuq l-ambjent - Natura “bla tfixkil” ta’ ċerti attivitajiet - Evalwazzjoni tal-impatti fuq l-ambjent)
2010/C 113/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A.-L. During, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102)
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-Repubblika Franċiża,
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u l-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva, rispettivament. |
|
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati ż-żewġ terzi tal-ispejjeż. Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati t-terż l-ieħor. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-297/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2006/12/KE - Artikoli 4 u 5 - Immaniġġar tal-iskart - Pjan għall-immaniġġar - Netwerk adegwat u integrat ta’ stallazzjonijiet għar-rimi - Periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent - Forza maġġuri - Disturb għall-ordni pubbliku - Kriminalità organizzata)
2010/C 113/11
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra, D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u G. Aiello, avvocato dello Stato)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski, aġent u K. Bacon, barrister)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 23) — Reġjun ta’ Campania
Dispożittiv
|
(1) |
Billi ma adottatx, għar-reġjun ta’ Campania, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiżgura li l-iskart jiġi rkuprat u mormi mingħajr periklu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ħsara lill-ambjent, u b’mod partikolari, peress li ma stabbilixxitx netwerk adegwat u integrat ta’ stallazzjonijiet għar-rimi, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2006/12 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
(3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia — l-Italja) — Raffinerie Mediterranee SpA (ERG), Polimeri Europa SpA, Syndial SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Vice Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d’Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Invitalia (Agenzia nazionale per l’attrazione degli investimenti e lo sviluppo d’impresa SpA), li kienet Sviluppo Italia SpA
(Kawża C-378/08) (1)
(“Prinċipju ta’ min iniġġes għandu jħallas - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Applikazzjoni ratione temporis - Tniġġis li seħħ qabel id-data stabbilita għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva u li tkompla wara din id-data - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timputa l-ispejjeż ta’ rimedju għad-danni marbuta ma’ dan it-tniġġis fuq diversi impriżi - Rekwiżit ta’ tort jew ta’ negliġenza - Rekwiżit ta’ rabta kawżali - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet”)
2010/C 113/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raffinerie Mediterranee SpA (ERG), Polimeri Europa SpA, Syndial SpA
Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Vice Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d’Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Invitalia (Agenzia nazionale per l’attrazione degli investimenti e lo sviluppo d’impresa SpA), li kienet Sviluppo Italia SpA
fil-preżenza ta’: ENI Divisione Exploration and Production SpA, ENI SpA, Edison SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/35 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 8, p. 357) u tal-prinċipju ta’ “min iniġġes għandu jħallas” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni s-setgħa li tordna lil imprendituri privati jimplementaw miżuri ta’ rimedju, indipendentement minn jekk ikunx hemm investigazzjoni xierqa li tiddetermina r-responsabbiltà għat-tniġġis inkwistjoni
Dispożittiv
Meta, f’sitwazzjoni ta’ tniġġis ambjentali, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ratione temporis u/jew ratione materiae tad-Direttiva 2004/35, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, mhumiex sodisfatti, din is-sitwazzjoni taqa’ taħt id-dritt nazzjonali, fl-osservanza tar-regoli tat-Trattat u bla ħsara għal atti legali sekondarji oħra.
Id-Direttiva 2004/35 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtorità kompetenti, meta taġixxi fil-kuntest ta’ din id-direttiva, li tippreżumi l-eżistenza ta’ rabta kawżali, anki fil-każ ta’ tniġġis ta’ natura mifruxa, bejn l-operaturi u t-tniġġis ikkonstatat, u dan minħabba l-prossimità tal-installazzjonijiet tagħhom maż-żona mniġġsa. Madankollu, skont il-prinċipju ta’ min iniġġes għandu jħallas, sabiex tiġi preżunta t-tali rabta kawżali, din l-awtorità għandha jkollha indizji plawżibbli li fuqhom tista’ tibbaża l-preżunzjoni tagħha, bħalma huma l-prossimità tal-installazzjoni tal-operatur mat-tniġġis ikkonstatat u l-korrespondenza bejn is-sustanzi li jniġġsu misjuba u l-komponenti użati mill-imsemmi operatur fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu.
L-Artikoli 3(1), 4(5) u 11(2) tad-Direttiva 2004/35 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tiddeċiedi li timponi miżuri ta’ rimedju għal danni ambjentali fuq operaturi li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu taħt l-Anness III ta’ din id-direttiva, l-awtorità kompetenti la hija marbuta li tistabbilixxi t-tort, la n-negliġenza u saħansitra lanqas id-dolo fi ħdan l-operatur li l-attivitajiet tiegħu huma meqjusa bħala responsabbli għad-danni kkawżati lill-ambjent. Min-naħa l-oħra, din l-awtorità għandha, minn naħa, l-ewwel nett tfittex l-oriġini tat-tniġġis ikkonstatat u, f’dan ir-rigward, l-imsemmija awtorità għandha marġni ta’ diskrezzjoni f’dak li jikkonċerna l-proċeduri, il-mezzi li għandhom jintużaw u t-tul ta’ tali riċerka. Min-naħa l-oħra, din l-awtorità għandha tistabbilixxi, skont ir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-prova, rabta kawżali bejn l-attivitajiet tal-operaturi kkonċernati mill-miżuri ta’ rimedju u dan it-tniġġis.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia — l-Italja) — Raffinerie Mediterranee SpA (ERG) (C-379/08), Polimeri Europa SpA, Syndial SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Vice Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d’Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Invitalia (Agenzia nazionale per l’attrazione degli investimenti e lo sviluppo d’impresa SpA), li kienet Sviluppo Italia SpA, ENI SpA (C-380/08) vs Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico, Ministero della Salute, Regione siciliana, Istituto superiore di Sanità, Agenzia per la Protezione dell’Ambiente e per i Servizi tecnici, Commissario delegato per l’Emergenza rifiuti e la Tutela delle Acque
(Kawżi magħquda C-379/08 u C-380/08) (1)
(Prinċipju ta’ min iniġġes għandu jħallas - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Applikabbiltà ratione temporis - Tniġġis li seħħ qabel id-data stabbilita għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva u li tkompla wara din id-data - Miżuri ta’ rimedju - Obbligu ta’ konsultazzjoni tal-impriżi kkonċernati - Anness II)
2010/C 113/13
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale della Sicilia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raffinerie Mediterranee SpA (ERG), Polimeri Europa SpA, Syndial SpA (C-379/08), ENI SpA (C-380/08)
Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero della Salute, Ministero Ambiente e Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Infrastrutture, Ministero dei Trasporti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Regione Siciliana, Assessorato Regionale Territorio ed Ambiente (Sicilia), Assessorato Regionale Industria (Sicilia), Prefettura di Siracusa, Istituto Superiore di Sanità, Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Vice Commissario Delegato per Emergenza Rifiuti e Tutela Acque (Sicilia), Agenzia Protezione Ambiente e Servizi Tecnici (APAT), Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA Sicilia), Istituto Centrale Ricerca Scientifica e Tecnologica Applicata al Mare, Subcommissario per la Bonifica dei Siti Contaminati, Provincia Regionale di Siracusa, Consorzio ASI Sicilia Orientale Zona Sud, Comune di Siracusa, Comune d’Augusta, Comune di Melilli, Comune di Priolo Gargallo, Azienda Unità Sanitaria Locale N8, Sviluppo Italia Aree Produttive SPA, Invitalia (Agenzia nazionale per l’attrazione degli investimenti e lo sviluppo d’impresa SpA), li kienet Sviluppo Italia SpA,
fil-preżenza ta’: ENI Divisione Exploration and Production SpA, ENI SpA, Edison SPA (C-379/08), Invitalia (Agenzia nazionale per l’attrazione degli investimenti e lo sviluppo d’impresa) SpA, li kienet Sviluppo Italia SpA (C-380/08)
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia — Interprertazzjoni tal-Artikolu 7 u tal-Anness II tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 357) — Miżuri ta’ rimedju — Interventi fuq xogħlijiet għall-ambjenet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni s-setgħa li tordna, mingħajr evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-sit, biss interventi addizzjonali għal dawk li ġew deċiżi inizjalment wara investigazzjoni kontradittorja xierqa, li diġà ġew approvati, implementati u li qegħdin jitwettqu — Sit ta’ interess nazzjonali ta’ Priolo
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikoli 7 u 11(4) tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, moqrija flimkien mal-Anness II ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità kompetenti għandha s-setgħa li tbiddel b’mod sostanzjali miżuri ta’ rimedju għad-danni ambjentali li jkunu ġew deċiżi wara proċedura kontradittorja li saret b’kooperazzjoni mal-operaturi kkonċernati u li diġà twettqu jew bdew jitwettqu. Madankollu, sabiex tadotta deċiżjoni bħal din:
|
|
(2) |
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 2004/35 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtorità kompetenti li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt li l-operaturi kkonċernati minn miżuri ta’ rimedju ambjentali għandhom li jużaw l-artijiet tagħhom għall-kundizzjoni li huma jwettqu x-xogħlijiet rikjesti minnha, u dan anki fil-każ fejn l-imsemmija artijiet ma jkunux affettwati minn dawn il-miżuri minħabba l-fatt li huma diġà kienu s-suġġett ta’ miżuri preċedenti ta’ “risanament” jew li qatt ma kienu mniġġsa. Madankollu, tali miżura għandha tkun iġġustifikata mill-għan li jiġi evitat li s-sitwazzjoni ambjentali tal-post fejn il-miżuri jiġu implementati tmur għall-agħar, jew, skont il-prinċipju ta’ prekawzjoni, mill-għan tal-prevenzjoni tal-okkorrenza jew ir-rikorrenza ta’ danni ambjentali oħra fl-imsemmija artijiet tal operaturi, li jmissu mal-kosta kollha tal-baħar li hija s-suġġett ta’ dawn il-miżuri ta’ rimedju. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Attanasio Group Srl vs Comune di Carbognano
(Kawża C-384/08) (1)
(Artikoli 43 KE u 48 KE - Leġiżlazzjoni reġjonali li tistabbilixxi distanzi minimi obbligatorji bejn il-faċilitajiet fit-toroq għad-distribuzzjoni ta’ karburant - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Restrizzjoni)
2010/C 113/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Attanasio Group Srl
Konvenut: Comune di Carbognano
Fil-presenza ta’: Felgas Petroli Srl
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio -Kompatibbiltà mal-Artikoli 43, 48, 49 u 56 KE u mal-prinċipji Komunitarji ta’ kompetizzjoni ekonomika u ta’ nondiskriminazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi distanzi minimi obbligatorji bejn il-faċilitajiet fit-toroq għad-distribuzzjoni ta’ karburant
Dispożittiv
L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi distanzi minimi obbligatorji bejn il-faċilitajiet fit-toroq għad-distribuzzjoni ta’ karburanti tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment stabbilita fit-Trattat KE. F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, din ir-restrizzjoni ma jidhirx li hija ta’ natura tali li tista’ tiġi ġġustifikata minħabba l-għanijiet ta’ sigurtà fit-toroq, ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, kif ukoll ta’ razzjonalizzazzjoni tas-servizz mogħti lill utenti, ħaġa din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Pilar Angé Serrano, Jean-Marie Bras, Adolfo Orcajo Teresa, Dominiek Decoutere, Armin Hau, Francisco Javier Solana Ramos vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej
(Kawża C-496/08 P) (1)
(Appell - Uffiċjali - Suċċess f’kompetizzjonijiet interni għal promozzjoni fil-kategorija taħt is-sistema tar-Regolamenti tal-Persunal il-qodma - Dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Drittijiet kweżiti - Aspettattivi leġittimi - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u dmir ta’ premura)
2010/C 113/15
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Pilar Angé Serrano, Jean-Marie Bras, Adolfo Orcajo Teresa, Dominiek Decoutere, Armin Hau, Francisco Javier Solana Ramos (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Appellati: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L.G. Knudsen u K. Zejdová, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Settembru 2008, Angé Serrano et vs Il-Parlament (T-47/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet individwali ta’ klassifikazzjoni fi grad, meħuda skont miżuri tranżitorji previsti fl-Anness XIII u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 2 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 130) — Tneħħija, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, tal-klassifikazzjoni fi grad wara li persuna tgħaddi minn kompetizzjoni interna li tkun saret taħt ir-Regolamenti tal-Persunal il-qodma — Żamma tal-interess ġuridiku minkejja li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma baqgħux japplikaw — Prinċipji ta’ żamma tad-drittijiet kweżiti u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ trattament ugwali
Dispożittiv
|
(1) |
L-appelli huma miċħuda. |
|
(2) |
P. Angé Serrano, J. Bras, A. Orcajo Teresa, D. Decoutere, A. Hau u F. Solana Ramos, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari min-Naczelny Sąd Administracyjny — ir-Repubblika tal-Polonja) — Telekomunikacja Polska S.A. w. Warszawie vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
(Kawża C-522/08) (1)
(Komunikazzjonijiet elettroniċi - Servizzi ta’ telekomunikazzjoni - Direttiva 2002/21/KE - Direttiva 202/22/KE - Kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi suġġett għall-konklużjoni ta’ kuntratt dwar il-provvista ta’ servizzi oħra - Projbizzjoni - Internet broadband)
2010/C 113/16
Lingwa tal-kawża: il-Polakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Telekomunikacja Polska S.A. w. Warszawie
Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sad Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikolu 95 tat-Trattat KE, kif ukoll tal-premessa 13 u tal-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323), tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337), tal-premessi 1 u 28, tal-Artikolu 1(3), u tal-Artikoli 3, 7, 8, 14, 15, 16 u 19 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), u tal-premessa 26 u tal-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367, iktar ’il quddiem id-“Direttiva Servizz Universali”) — Kuntratt ta’ aċċess għall-Internet suġġett għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ telefon
Dispożittiv
Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), u d-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 57(1)(1) tal-Liġi dwar it-Telekomunikazzjonijiet, (ustawa — Prawo telekomunikacyjne), tas-16 ta’ Lulju 2004, fil verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi li l-kuntratt għall-provvista ta’ servizzi jkun suġġett għall-konklużjoni mill-utent finali ta’ kuntratt dwar il-provvista ta’ servizzi oħrajn.
Madankollu, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet u mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjonijiet ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, tipprojbixxi kwalunkwe offerta konġunta magħmula minn bejjiegħ lil konsumatur.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Rhimou Chakroun vs Minister van Buitenlandse Zaken
(Kawża C-578/08) (1)
(“Dritt għal riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Kunċett ta’ ‘jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali’ - Kunċett ta’ ‘riunifikazzjoni tal-familja’ - Formazzjoni ta’ familja”)
2010/C 113/17
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rhimou Chakroun
Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(d) u 7(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) — Kunċetti ta’ “jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali” u ta’ “riunifikazzjoni tal-familja”
Dispożittiv
|
(1) |
Il-frażi “jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali” li tidher fl-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tippermettix li Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja li tirrifjuta din ir-riunifikazzjoni lill-isponsor li jkollu l-prova li jiddisponi minn riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti li jippermettulu jissodisfaw il-bżonnijiet tiegħu u tal-membri tal-familja tiegħu, iżda li, minħabba l-livell tad-dħul tiegħu, madankollu jista’ jitlob għajnuna speċjali fil-każ ta’ spejjeż partikolari u individwali kkunsidrati neċessarji għall-għajxien tiegħu, għal rifużjonijiet tat-taxxa mogħtija minn awtoritajtiet lokali skont id-dħul, jew miżuri ta’ sostenn għad-dħul fil-kuntest tal-politika minima komunali (“minimabeleid”). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2003/86, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(d) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-dħul imposti fl-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86, tagħmel distinzjoni skont jekk ir-relazzjoni mal-familja bdietx qabel jew wara d-dħul tar-resident fit-territorju tal-Istat Membru li jospitah. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Centre d'exportation du livre français (CELF), li jinsab taħt proċeduri ta’ likwidazzjoni, Ministre de la Culture et de la Communication vs Société internationale de diffusion et d'édition
(Kawża C-1/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Artikolu 88(3) KE - Għajnuna illegali ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Qrati nazzjonali - Talba għall-irkupru tal-għajnuna implementata illegalment - Sospensjoni tal-proċeduri sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni - Ċirkustanzi eċċezzjonali li jistgħu jillimitaw l-obbligu ta’ rifużjoni)
2010/C 113/18
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Consil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Centre d'exportation du livre français (CELF), li jinsab taħt proċeduri ta’ likwidazzjoni, Ministre de la Culture et de la Communication
Konvenuta: Société internationale de diffusion et d'édition
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (Franza) — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna għall-esportazzjoni fis-settur tal-kotba — Obbligu ta’ rifużjoni ta’ għajnuna implementata illegalment — Possibbiltà li r-rifużjoni tal-ammont tal-għajnuna tiġi sospiża sakemm tingħata deċiżjoni definittiva mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbilità tal-għajnuna mat-Trattat? — Ammissibbiltà tal-limitazzjoni tal-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna, iġġustifikata minn ċirkustanza eċċezzjonali?
Dispożittiv
|
(1) |
Qorti nazzjonali, adita abbażi tal-Artikolu 88(3) KE b’talba intiża għar-rifużjoni ta’ għajnuna mill-Istat illegali, ma tistax tissospendi l-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha dwar din it-talba sa meta l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni wara l-annullament ta’ deċiżjoni pożittiva preċedenti. |
|
(2) |
L-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ta’ tliet deċiżjonijiet suċċessivi li jiddikjaraw għajnuna kompatibbli mas-suq komuni, deċiżjonijiet li sussegwentement ġew annullati mill-qorti Komunitarja, ma tistax, fiha nfisha, tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali ta’ natura li tiġġustifika limitazzjoni tal-obbligu tal-benefiċjarju li jħallas lura din l-għajnuna meta din l-għajnuna tkun ġiet implementata bi ksur tal-Artikolu 88(3) KE. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien — l-Awstrija) — Wood Floor Sloutions Andreas Domberger GmbH vs Silva Trade, SA
(Kawża C-19/09) (1)
(Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni speċjali - It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(a) u (b) - Provvista ta’ servizzi - Kuntratt ta’ rappreżentanza kummerċjali - Eżekuzzjoni ta’ kuntratt f’diversi Stati Membri)
2010/C 113/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wood Floor Sloutions Andreas Domberger GmbH
Konvenuta: Silva Trade, SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Wien — Interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4 p. 42) — Ġurisdizzjoni speċjali — Kamp ta’ applikazzjoni –Rikors intiż għall-ħlas ta’ kumpens ta’ notifika għall-provvista ta’ servizzi — Servizzi pprovduti, skont ftehim, f’diversi Stati Membri
Dispożittiv
|
(1) |
It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni hija applikabbli fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri. |
|
(2) |
It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talbiet kollha bbażati fuq il-kuntratt hija l-qorti li fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha jinsab il-post tal-provvista prinċipali tas-servizzi. Fir-rigward ta’ kuntratt ta’ rappreżentanza kummerċjali, dan il-post huwa l-post tal-provvista prinċipali tas-servizzi tal-aġent kummerċjali, kif jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt kif ukoll, fin-nuqqas ta’ tali dispożizzjonijiet, mill-eżekuzzjoni effettiva tal-kuntratt u, fil-każ li jkun impossibbli li jiġi ddeterminat fuq din il-bażi, għandu jkun il-post tad-domiċilju tal-aġent kummerċjali. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-258/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligut - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis - Nuqqas ta’ transpożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 113/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u A. Marghelis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: T. Materne, aġent)
Suġġett
Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu, fir-Reġjun tal-Vallonja, mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Impjanti eżistenti li jista’ jkollhom inċidenza fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art u fuq it-tniġġis
Dispożittiv
|
(1) |
Billi awtorizza, fir-Reġjun tal-Vallonja, it-tħaddim ta’ impjanti eżistenti mhux konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b), u 15(2) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, u dan minkejja l-iskadenza tat-terminu tat-30 ta’ Ottubru 2007, hekk kif inhu previst fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva. |
|
(2) |
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/15 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2009 minn Hans Molter mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) mogħti fit-12 ta’ Awwissu 2009 fil-Kawża T-141/09, Hans Molter vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-361/09 P)
2010/C 113/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Hans Molter (rappreżentant: T. Damerau, avukat)
Appellata: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Il-Ħames Awla) ċaħdet l-appell permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Frar 2010 u ddeċidiet li l-appellant kellu jbati l-ispejjeż tiegħu.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso Administrativo no 3 de Almería (Spanja) fit-2 ta’ Ottubru 2009 — Águeda María Sáenz Morales vs Consejería para la Igualdad y Bienestar Social
(Kawża C-389/09)
2010/C 113/22
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Contencioso Administrativo no 3 de Almería
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Águeda María Sáenz Morales
Konvenuta: Consejería para la Igualdad y Bienestar Social
Permezz ta’ digriet tal-20 ta’ Jannar 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddikjarat manifestament inammissibbli t-talba għal deċiżjoni preliminari.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fit-13 ta’ Jannar 2010 — Károly Nagy vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal
(Kawża C-21/10)
2010/C 113/23
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Bíróság (l-Ungerija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Károly Nagy
Konvenuta: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikoli 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 u [6]8 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 817/2004 jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ programm speċifiku ta’ amministrazzjoni ta’ mergħa li taqa’ taħt l-għajnuna għall-ambjent agrikolu stabbilita mill-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-verifika tad-data li tinsab fid-databases ENAR [Egységes Nyilvántartási és Azonosítási Rendszer, Sistema unika ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni], li hija stabbilita bl-Artikolu 68 tar-Regolament Nru 817/2004, għandha tinkludi l-ħlasijiet għal medda ta’ art li hija suġġett għar-rekwiżit ta’ densità ta’ bhejjem? |
|
(2) |
Iż-żewġ dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, meta l-għajnuna tkun suġġetta għar-rekwiżit ta’ densità ta’ bhejjem, mingħajr ma tkun tirrigwarda l-ħlasijiet għal medda ta’ art, għandhom japplikaw ukoll it-transverifiki tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll? |
|
(3) |
Id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità kompetenti tista’, jew għandha, tivverifika l-eżistenza effettiva tar-rekwiżiti ta’ għajnuna indipendentement mis-sistema ENAR meta hija tiddeċiedi fuq l-għoti ta’ ħlasijiet għal medda ta’ art? |
|
(4) |
Fid-dawl tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, liema obbligu ta’ kontroll huwa impost fuq l-awtorità kompetenti skont l-obbligu ta’ kontroll u ta’ transverifika stabbilit mid-dispożizzjonijiet Komunitarji msemmija iktar ’il fuq? Jista’ l-kontroll ikun limitat biss għall-verifika tad-data tas-sistema ENAR? |
|
(5) |
Id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jimponu fuq l-awtorità nazzjonali obbligu ta’ informazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti eliġibbli għal għajnuna (bħal, pereżempju, l-obbligu ta’ reġistrazzjoni mal-ENAR)? Jekk iva, b’liema mod u sa fejn? |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/16 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka
(Kawża C-33/10)
2010/C 113/24
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro, H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka
Talbiet
|
— |
tiddikjara illi, billi ma adottax il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat illi sat-30 ta’ Ottubru 2007, il-permessi kollha jiġu kkunsidrati mill-ġdid, u fejn meħtieġ, aġġornati, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż; |
|
— |
tikkundanna lir-Renju tad-Danimarka għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva jirrikjedi li l-Istati Membri kollha jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimplementaw permess u/jew proċedura ta’ reviżjoni għal installazzjonijiet eżistenti sat-30 ta’ Ottubru 2007. Dan it-terminu ta’ żmien japplika mingħajr eċċezzjoni u d-direttiva ma tippermettix lill-Istati Membri sabiex jistrieħu fuq ċirkustanzi eċċezzjonali sabiex jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu.
Ma huwiex biżżejjed illi fid-Danimarka ġew adottati misuri sabiex jiġi żgurat l-għeluq tal-każijiet kollha relatati mal-osservanza tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva sal-aħħar tal-2009. Lanqas ma tista’ tingħata importanza lid-dewmien ikkaġunat mir-riforma muniċipali fl-evalwazzjoni dwar jekk id-Danimarka naqsitx milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(1). It-terminu stipulat sabiex installazzjonijiet jiġu legalizzati skada fit-30 ta’ Ottubru 2007 u kien notifikat lill-Istati Membri sa mit-22 ta’ Settembru 2005. Għalhekk, id-Danimarka kellha numru ta’ snin sabiex tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-direttiva.
Id-Danimarka ma kkontestatx in-nuqqas tagħha li timplementa rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti. Għalhekk ma huwiex ikkontestat illi numru sinjifikattiv mit-tmien installazzjonijiet Daniżi joperaw mingħajr permessi skont id-direttiva, kuntrarjament għall-Artikolu 5(1) tad-direttiva.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/17 |
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2010 minn Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawża T-298/06 — Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-51/10 P)
2010/C 113/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. Z o.o. (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, avukati)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawża T-298/2006 |
|
— |
tibgħat il-kawża mill-ġdid quddiem il-Qorti Ġenerali |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) billi applikat kriterji legali żbaljati meta kkonstatat li t-trade mark tal-appellanti ma setgħetx tiġi rreġistrata.
L-appellanti ssostni ulterjorment li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) jew l-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-Trade mark Komunitarja, jew dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet f’daqqa, billi ma ħaditx debitament inkunsiderazzjoni l-prassi tal-UASI fir-rigward tar-reġistrazzjoni tat-trade marks komposti minn ċifri jew minn indikazzjoni tal-kontenut tal-pubblikazzjonijiet.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Frar 2010 — Land Hessen vs Franz Mucksch OHG, parti kjamata in kawża: Merck KG aA
(Kawża C-53/10)
2010/C 113/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Land Hessen
Konvenuta: Franz Mucksch OHG
Parti kjamata in kawża: Merck KG aA
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva “SEVESO II” [Direttiva tal-Kunsill 96/92/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (1), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008 (2)] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligi li dan jimponi fuq l-Istati Membri, b’mod partikolari l-obbligu li fil-politika tagħhom dwar l-użu tal-art u fil-proċeduri ta’ implementazzjoni ta’ din il-politika jieħdu inkunsiderazzjoni l-bżonn, fuq medda twila ta’ żmien, li jinżammu distanzi xierqa bejn, minn naħa, l-istabbilimenti koperti minn din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, il-bini użat mill-pubbliku, japplikaw biss għall-awtoritajiet responsabbli għall-ippjanar dwar l-użu tal-art u li jkunu mitluba jiddeċiedu dwar dan l-użu fuq il-bażi ta’ bbilanċjar tal-interessi pubbliċi u privati kkonċernati, jew japplikaw ukoll għall-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-permessi għall-kostruzzjoni, li għandhom jiddeċiedu fuq il-bażi ta’ kompetenza limitata dwar l-awtorizzazzjoni ta’ proġett f’żona li diġà hija mibnija? |
|
(2) |
Jekk l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva “SEVESO II” japplika wkoll għall-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-permessi għall-kostruzzjoni, li għandhom jiddeċiedu fuq il-bażi ta’ kompetenza limitata dwar l-awtorizzazzjoni ta’ proġett f’żona li diġà hija mibnija: L-obbligi diġà msemmija jinkludu l-projbizzjoni li tiġi awtorizzata l-kostruzzjoni ta’ bini użat mill-pubbliku li — fid-dawl tal-prinċipji applikabbli fil-qasam tal-ippjanar tal-użu tal-art — mhuwiex separat permezz ta’ distanza xierqa minn stabbiliment eżistenti meta fil-fatt numru ta’ bini komparabbli użat mill-pubblika diġà jinsab f’distanza mill-istabbiliment li mhijiex ikbar, jew li mhijiex ħafna ikbar, meta l-proġett il-ġdid ma jimponi ebda rekwiżit addizzjonali fuq l-operatur f’termini ta’ limitazzjoni tal-konsegwenzi ta’ aċċident u meta r-rekwiżiti marbuta mas-saħħa fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-akkomodazzjoni jkunu sodisfatti? |
|
(3) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda: Leġiżlazzjoni li tipprovdi li l-kostruzzjoni ta’ bini użat mill-pubbliku għandha neċessarjament tiġi awtorizzata f’sitwazzjoni bħal dik deskritta fid-domanda preċedenti tieħu suffiċjentement inkunsiderazzjoni r-rekwiżit li tinżamm distanza xierqa? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 410
(2) ĠU L 311, p. 1
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/18 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2010 minn Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza fid-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-64/07 sa T-66/07, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (350)
(Kawża C-54/10 P)
2010/C 113/27
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (rappreżentant: D. Rzążewska)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawżi magħquda T-64/07 sa T-66/07; |
|
— |
tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid; u |
|
— |
tornda lill-UASI jbati l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1), għaliex meta ddikjarat li t-trade marks tal-appellanti ma jistgħux jiġu rreġistrati, hija applikat kriterji legali żbaljati.
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) jew l-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja jew iż-żewġ dispożizzjonijiet, peress illi ma tteħditx inkunsiderazzjoni, b’mod adegwat, il-prassi tal-UASI dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjali li jikkonsistu f’ċifri jew li jirreferu għall-kontenut ta’ pubblikazzjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/18 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2010 minn Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza fid-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-200/07 sa T-202/07, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (222)
(Kawża C-55/10 P)
2010/C 113/28
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (rappreżentant: D. Rzążewska)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawżi magħquda T-200/07 sa T-202/07; |
|
— |
tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid; u |
|
— |
tornda lill-UASI jbati l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1), għaliex meta ddikjarat li t-trade marks tal-appellanti ma jistgħux jiġu rreġistrati, hija applikat kriterji legali żbaljati.
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) jew l-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja jew ż-żewġ dispożizzjonijiet, peress illi ma tteħditx inkunsiderazzjoni, b’mod adegwat, il-prassi tal-UASI dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjali li jikkonsisti f’ċifri jew li jirreferu għall-kontenut ta’ pubblikazzjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/19 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2010 minn Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza fid-19 ta’ Novmbru 2009 fil-Kawżi T-425/07 u T-426/07, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (100)
(Kawża C-56/10 P)
2010/C 113/29
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (rappreżentant: D. Rzążewska)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawżi T-425/07 u T-426/07; |
|
— |
tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid; u |
|
— |
tornda lill-UASI jbati l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tilmenta li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 38(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, għaliex meta ddikjarat li l-Bord tal-Appell ġustament talab li r-rikorrenti ma tinvokax id-drittijiet mhux esklużivi fuq l-elementi numeriċi 100 u 300, hija applikat kriterji legali żbaljati.
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, applikat kriterji legali żbaljati meta ddeterminat li l-elementi li r-rikorrenti ntalbet tirrinuzja d-drittijiet fuqhom huma deskrittivi.
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1(ċ) u l-Artikolu 38(2) jew l-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, jew kisret dawn id-dispożizzjonijiet kollha, billi ma kkunsidratx b’mod adegwat il-prassi tal-UASI rigward ir-reġistrazzjoni ta’ sinjali li jikkonsistu f’ċifri jew li jirreferu għall-kontenut ta’ pubblikazzjoni.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Qorti tal-Appell ta’ Brussell (il-Belġju) fil-5 ta’ Frar 2010 — Scarlet Extended SA vs Société belge des auteurs compositeurs et éditeurs
(Kawża C-70/10)
2010/C 113/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Qorti tal-Appell ta’ Brussell
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Scarlet Extended SA
Konvenuta: Société belge des auteurs compositeurs et éditeurs (SABAM)
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-Direttivi 2001/29 (1) u 2004/48 (2), moqrija flimkien mad-Direttivi 95/46 (3), 2000/31 (4) u 2002/58 (5), interpretati b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikoli 8 u 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jippermettu lill-Istati Membri jawtorizzaw lil qorti nazzjonali li quddiemha jitressqu l-proċeduri prinċipali u abbażi tas-sempliċi dispożizzjoni legali li tipprovdi li: “Huma [il-qrati nazzjonali] jistgħu wkoll joħorġu ordni ta’ twaqqif kontra l-intermedjarji li s-servizzi tagħhom jintużaw minn terz sabiex jiġi ppreġudikat id-dritt tal-awtur jew drittijiet relatati miegħu”, sabiex tordna lil Fornitur ta’ Aċċess għall-Internet (fil-qosor, “FAI”) li jistabbilixxi, għall-klijentela kollha tiegħu, in abstracto u bħala prevenzjoni, bl-ispejjeż esklużivament fuq dan il-FAI u mingħajr limitu ta’ żmien, sistema ta’ filtrazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kollha, kemm dawk irċevuti kif ukoll dawk li jintbagħtu, permezz tas-servizzi tiegħu, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ software peer to peer, sabiex tiġi identifikata fuq in-netwerk tiegħu ċ-ċirkulazzjoni ta’ fajls elettroniċi li jinkludu xogħol mużikali, ċinematografiku jew awdjo-viżiv li l-applikant jallega li għandu drittijiet fuqhom u mbagħad jibblokka t-trasferiment ta’ dawn, sew meta ssir it-talba, sew meta jintbagħtu? |
|
(2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, dawn id-direttivi jimponu fuq il-qorti nazzjonali, mitluba tiddeċiedi fuq talba għal ordni fil-konfront ta’ intermedjarju li s-servizzi tiegħu jintużaw minn terz sabiex jiġi ppreġudikat dritt tal-awtur, l-obbligu li tapplika l-prinċipju ta’ proporzjonalità meta hija tiġi biex tiddeċiedi fuq l-effikaċja u l-effett dissważiv tal-miżura mitluba? |
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).
(2) Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).
(3) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).
(4) Direttiva 2001/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-suq intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399).
(5) Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Frar 2010 — Office of Communications vs The Information Commissioner
(Kawża C-71/10)
2010/C 113/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Office of Communications
Konvenut: The Information Commissioner
Domanda preliminari
Taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2003/4/KE (1), meta awtorità pubblika jkollha tagħrif dwar l-ambjent li l-iżvelar tiegħu jikkawża dannu lill-interessi differenti protetti minn iktar minn deroga waħda (f’dan il-każ, l-interess tas-sigurtà pubblika protett mill-Artikolu 4(2)(b), u l-interess tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali protett mill-Artikolu 4(2)(e)) iżda, li kieku dawn id-derogi kienu eżaminati separatament, dan id-dannu ma kienx ikun sinjifikattiv biżżejjed biex jisboq l-interess pubbliku għall-iżvelar, id-Direttiva timponi eżami supplimentari li jikkonsisti fl-eżerċizzju fejn l-interessi differenti protetti miż-żewġ derogi jingħaqdu u jitpoġġew flimkien sabiex jitwiżnu kontra l-interess pubbliku għall-iżvelar?
(1) Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7 p. 375)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/21 |
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2010 minn European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) mid-digriet mogħti mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) fid-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-94/07, European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-74/10 P)
2010/C 113/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) (rappreżentant: J. Kuhbier, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-94/07, EREF vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej; |
|
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem is-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tal-proċedura tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-94/07 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiġi eżaminata mill-ġdid.
L-appellanti tikkontesta l-konklużjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza li l-avukat tagħha, Dr Fouquet, ma setgħetx tirrappreżentaha quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u li għalhekk ir-rikors tagħha kien inammissibbli.
Il-Qorti tal-Prim’Istanza tikkunsidra li peress li Dr Fouquet inħatret direttur tal-EREF fid-29 ta’ Ġunju 2004, hija ma setgħetx titqies iktar bħala terz indipendenti. L-appellanti tqis li Dr Fouquet ma nħatritx formalment direttur tal-EREF, u taħt id-dritt Belġjan tali ħatra kienet tkun teħtieġ li tiġi uffiċjalment irreġistrata mal-awtoritajiet kompetenti Belġjani. L-istatus ta’ direttur ta’ Dr Fouquet mal-EREF kien biss titolari u mhux relatat, jew relatat b’mod limitat biss, mas-setgħa ta’ rappreżentazzjoni.
L-appellanti ssostni wkoll li anki jekk jitqies li l-kariga ta’ Dr Fouquet bħala direttur kienet ta’ natura formali, il-Qorti tal-Prim’Istanza applikat b’mod żbaljat il-kriterji sabiex tevalwa l-istatus ta’ avukat bħala terz indipendenti. Qiegħed jiġi sottomess li l-Qorti tal-Prim’Istanza la interpretat b’mod tajjeb is-sitwazzjoni legali tar-rappreżentant tal-EREF quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas it-tqassim reali tal-kompiti u obbligi bejn Dr Fouquet u EREF. Skont id-dritt Ġermaniż, il-kariga ta’ Dr Fouquet bħala direttur tal-EREF kienet tippermettilha li tirrappreżenta lill-appellanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/21 |
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2010 minn European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-40/08 — Euroepan Renewable Energies Federation ASBL (EREF) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-75/10 P)
2010/C 113/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) (rappreżentant: J. Kuhbier, Rechtsanwalt)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tiddikjara n-nullità tad-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-40/08, EREF vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej; |
|
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem is-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidieha; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż proċedurali marbuta mal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara n-nullità tad-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (iktar ’il quddiem il-“QPI”) tad-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-40/08 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għar-rikunsiderazzjoni.
L-appellanti qiegħda tikkontesta l-konklużjoni tal-QPI li l-avukat tagħha, Dr. Fouquet, ma setgħatx tirrappreżentaha quddiem il-QPI u li r-rikors tagħha kien, għalhekk, inammissibbli.
Il-QPI tikkunsidra li peress li Dr Fouquet inħatret bħala direttriċi ta’ EREF fid-29 ta’ Ġunju 2004, hija ma setgħatx tibqa’ tiġi kkunsidrata bħala persuna terza indipendenti. L-appellanti ssostni li Dr Fouquet ma kinitx inħatret formalment bħala direttriċi ta’ EREF — taħt id-dritt Belġjan, tali ħatra kienet teħtieġ reġistrazzjoni uffiċjali mal-awtoritajiet kompetenti Belġjani. L-istatus ta’ Dr Fouquet bħala direttriċi ta’ EREF kien fit-titolu biss u ma kienx, jew kien biss b’mod limitat ħafna, marbut mas-setgħa ta’ rappreżentazzjoni.
L-appellanti ssostni wkoll li, anki jekk jitqies li l-pożizzjoni ta’ Dr Fouquet bħala direttriċi kienet ta’ natura formali, il-QPI applikat b’mod żbaljat il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-istatus ta’ avukat bħala parti terza indipendenti. Huwa sostnut li l-QPI fehmet b’mod żbaljat kemm is-sitwazzjoni legal tar-rappreżentant ta’ EREF quddiem il-Qorti u d-distribuzzjoni reali ta’ kompiti u obbligi bejn Dr Fouquet u EREF. Skont id-dritt Ġermaniż, il-pożizzjoni ta’ Dr Fouquet bħala direttriċi ta’ EREF kienet tippermettilha tirrappreżenta lill-appellanti quddiem il-Qorti.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Rouen (Franza) fit-8 ta’ Frar 2010 — Marc Berel, bħala mandatarju ta’ Société Port Angot Développement, is-Sur Hess, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Société Port Angot Développement, Société Rijn Schelde Mondia France, Receveur principal des douanes de Rouen Port, Administration des douanes — Havre Port, Société Port Angot Développement, l-aventi kawża ta’ SAS Manutention de produits chimiques et miniers (Maprochim), Asia Pulp & Paper France vs Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre
(Kawża C-78/10)
2010/C 113/34
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Rouen.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marc Berel, bħala mandatarju ta’ Société Port Angot Développement, is-Sur Hess, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Société Port Angot Développement, Société Rijn Schelde Mondial France, Receveur principal des douanes de Rouen Port, Administration des douanes — Havre Port, Société Port Angot Développement, l-aventi kawża ta’ SAS Manutention de produits chimiques et miniers (Maprochim), Asia Pulp & Paper France
Konvenuti: Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre.
Domanda preliminari
L-Artikoli 213, 233 u 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (KDK) (1) jipprekludu li l-kodebitur responsabbli in solidum tad-dejn doganali li ma bbenefikax minn deċiżjoni ta’ remissjoni tal-imsemmi dejn ikun jista’ jinvoka, kontra l-amministrazzjoni inkarigata mill-irkupru, id-deċiżjoni ta’ remissjoni bbażata fuq l-Artikolu 239 tal-KDK li din tal-aħħar innotifikat lil kodebitur ieħor responsabbli in solidum sabiex ikun eżenti mill-ħlas tad-dejn doganali?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-11 ta’ Frar 2010 — Systeme Helmholz GmbH vs Hauptzollamt Nürnberg
(Kawża C-79/10)
2010/C 113/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Systeme Helmholz GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Nürnberg
Domandi preliminari
|
(1) |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-esklużjoni ta’ safar b’mod privat mill-benefiċċju ta’ eżenzjoni mit-taxxa jfisser li l-eżenzjoni għall-prodotti ta’ enerġija pprovduti biex jintużaw bħala karburant għan-navigazzjoni bl-ajru tista’ tingħata biss lil kumpanniji tal-ajru jew fis-sens li din l-eżenzjoni testendi għall-karburant kollu użat fin-navagazzjoni bl-ajru sakemm l-ajruplan jintuża għal skopijiet kummerċjali? |
|
(2) |
L-Artikolu 15(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-karburant li ajruplan jeħtieġ sabiex jagħmel titjira lejn u lura minn post għal manutenzjoni tal-ajruplani jew fis-sens li l-possibbiltà ta’ eżenzjoni tapplika biss għall-kumpanniji li l-għan tagħhom huwa l-manifattura, l-iżvilupp, l-ittestjar u ż-żamma ta’ inġenji tal-ajru? |
|
(3) |
L-Artikolu 11(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li f’każ ta’ użu ta’ ajruplan kemm għal titjiriet privati kif ukoll kummerċjali sabiex jitwettqu titjiriet għall-manutenzjoni jew għat-taħriġ, hemm lok, taħt l-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, li tingħata eżenzjoni fi proporzjon mal-użu kummerċjali fuq il-karburant użat għal dan l-ajruplan? |
|
(4) |
Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tielet domanda: għandu jiġi dedott min-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, fil-kuntest tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, li fil-każ ta’ użu mħallat ta’ ajruplan għal skopijiet privati u kummerċjali ma hemmx lok li tingħata eżenzjoni għat-titjiriet għall-manutenzjoni jew għat-taħriġ? |
|
(5) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda jew jekk tirriżulta konsegwenza legali simili minn dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku: liema kriterji u liema perijodi ta’ referenza għandhom ikunu l-bażi sabiex sabiex tiġi ddeterminata l-proporzjon rispettiva ta’ użu, fis-sens tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, fir-rigward ta’ titjiriet għall-manutenzjoni jew għat-taħriġ? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/23 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-82/10)
2010/C 113/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li, billi naqset milli tapplika fl-intier tagħha l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-assigurazzjoni għall-impriżi ta’ assigurazzjoni mingħajr diskriminazzjoni, ir-Repubblika tal-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, b’mod partikolari, l-Artikoli 6, 8, 9, 13, 15, 16 u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja, kif sussegwentement emendata, u l-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357; u |
|
— |
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li (i) il-Voluntary Health Insurance Board (Bord tal-assigurazzjoni tas-saħħa volontarja, iktar ’il quddiem il-“VHI”) ma setax jibqa’ jgawdi legalment minn eżenzjoni taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 73/239/KEE b’effett mill-ewwel bidla fil-kapaċità tiegħu introdotta bid-dħul fis-seħħ tal-Voluntary Health Insurance (Amendment) Act 1996 (Att tal-1996 li jintroduċi emendi fir-rigward tal-assigurazzjoni tas-saħħa volontarja), u (ii) minn din id-data sar kompletament suġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-assigurazzjoni, inklużi b’mod partikolari dawk dwar l-awtorizzazzjoni, is-sorveljanza finanzjarja, l-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet tekniċi u marġni ta’ likwidità, inkluż il-fond ta’ garanzija.
VHI bħalissa għadu jwettaq l-operazzjonijiet kollha tiegħu mingħajr ma kiseb awtorizzazzjoni mill-Irish Financial Regulator (ir-regolatur finanzjarju Irlandiż), u mingħajr ma kkonforma ruħu, inter alia, mar-rekwiżiti meħtieġa ta’ likwidità.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de Pontevedra (Spanja) fil-11 ta’ Frar 2010 — Aurora Sousa Rodríguez et vs Air France S.A.
(Kawża C-83/10)
2010/C 113/37
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil de Pontevedra.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aurora Sousa Rodríguez, Yago López Sousa, Rodrigo Puga Lueiro, Luis Rodríguez González, María del Mar Pato Barreiro, Manuel López Alonso, Yaiza Pato Rodríguez
Konvenuta: Air France S.A.
Domandi preliminari
|
(1) |
Il-kunċett ta’ “kanċellazzjoni” iddefinit fl-Artikolu 2(l) [tar-Regolament Nru 261/2004/KE] (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi esklużivament għan-nuqqas ta’ tluq ta’ titjira fil-ħin previst jew ukoll fis-sens ta’ kwalunkwe ċirkustanza fejn din it-titjira b’reżervazzjonijiet tkun telqet iżda ma tkunx laħqet id-destinazzjoni tagħha, inkuż fil-każ ta’ ritorn imġiegħel fl-ajruport ta’ oriġini minħabba ċirkustanzi tekniċi? |
|
(2) |
Il-kunċett ta’ “kumpens ulterjuri” msemmi fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolamemt għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-qorti nazzjonali, f’każ ta’ kanċellazzjoni, li tagħti kumpens għal danni, inklużi danni morali minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-kuntratt ta’ trasport bl-ajru skont il-kriterji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali dwar in-nuqqas ta’ twettiq kuntrattwali jew (jekk), bil-kontra, dan il-kumpens għandu jingħata biss għal spejjeż debitament sostanzjati minn passiġġieri u li mhumiex ikkumpensati suffiċjentement mit-trasportatur tal-ajru skont ma jirrikjedu l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament Nru 261/2004/KE, mingħajr ma dawn id-dispożizzjonijiet ġew invokati jew, fl-aħħar nett, dawn il-kunċetti ta’ kumpens ulterjuri huma kompatibbli bejniethom? |
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 259/91 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Siegburg (Il-Ġermanja) fit-12 ta’ Frar 2010 — Hüseyin Balaban vs Zelter GmbH
(Kawża C-86/10)
2010/C 113/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Arbeitsgericht Siegburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hüseyin Balaban
Konvenuta: Zelter GmbH
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fl-għażla ta’ ħaddiema li għandhom jitkeċċew għal raġunijiet marbuta mal-operat tal-kumpannija, tippermetti li jiġu stabbiliti gruppi skont l-età sabiex tiżgura struttura ta’ età bbilanċjata u wkoll li l-għażla bejn impjegati paragunabbli ssir b’tali mod li l-proporzjon bejn in-numru ta’ impjegati li għandhom jintgħażlu mill-gruppi ta’ età rispettivi u n-numru totali ta’ impjegati paragunabbli li ser jitkeċċew jikkorrispondi mal-proporzjon bejn in-numru ta’ ħaddiema impjegati fil-gruppi ta’ età rispettivi u n-numru tal-impjegati paragunabbli kollha tal-kumpannija?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fis-17 ta’ Frar 2010 — Q-Beef NV vs Belgische Staat
(Kawża C-89/10)
2010/C 113/39
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Q-Beef NV
Konvenut: Belgische Staat
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil qorti nazzjonali milli tapplika terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin previst fis-sistema legali nazzjonali għall-dejn dovut mill-Istat, fir-rigward ta’ azzjonijiet għall-irkupru ta’ taxxi li tħallsu lil Stat Membru skont sistema mħallta ta’ għajnuna u ta’ taxxa u li mhux biss irriżulta li kienet parzjalment illegali, iżda wkoll parzjalment inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, u li tħallsu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ sistema ġdida ta’ għajnuna u ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji li tissostitwixxi l-ewwel sistema u li, permezz ta’ deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni ddikjarata kompatibbli mad-dritt Komunitarju, iżda mhux sa fejn dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu imposti retroattivament għal perijodu qabel id-data ta’ din id-deċiżjoni? |
|
(2) |
Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil Stat Membru milli jkun jista’ jinvoka, b’suċċess, termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali li huma partikolarment favorih meta mqabbla mad-dritt komuni nazzjonali, sabiex jiddefendi ruħu fil-proċeduri mressqa kontrih minn individwu, bl-għan li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet li dan tal-aħħar għandu taħt it-Trattat KE, bħal fil-każ deskritt mill-qorti nazzjonali, fejn dawn it-termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali partikolarment favorevoli għandhom il-konsegwenza li jirrendu impossibbli l-irkupru ta’ taxxi li tħallsu lil Stat Membru skont sistema mħallta ta’ għajnuna u ta’ taxxa li mhux biss irriżulta li kienet parzjalment illegali, iżda wkoll parzjalment inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, u li l-inkompatibbiltà tiegħu mad-dritt Komunitarju ġiet ikkonstatata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej biss wara l-iskadenza ta’ dawn it-termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali partikolarment favorevoli, anki jekk l-illegalità kienet teżisti preċedentement? |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/25 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-90/10)
2010/C 113/40
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Tiddikjara li,
ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva 92/43/KEE; |
|
— |
Tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, fir-rigward taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni li jikkorrispondu għas-siti ta’ importanza għall-Komunità tar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan li jinsabu fit-territorju tiegħu, indikati mid-Deċiżjoni 2002/11/KE,
|
— |
l-obbligu li jistabbilixxi prijoritajiet ta’ konservazzjoni, skont l-Artikolu 4(4) tad-direttiva; |
|
— |
l-obbligu li jadotta u jimplementa miżuri xierqa ta’ konservazzjoni kif ukoll sistema ta’ protezzjoni li tevita d-deterjorament tal-habitat u t-tfixkil sinjifikattiv tal-ispeċi, li jiżguraw il-protezzjoni legali tal-imsemmija żoni speċjali ta’ konservazzjoni, skont l-Artikolu 6(1) u (2) tad-direttiva. |
(1) Deċiżjoni tal-Kummissoni, tat-28 ta’ Diċembru 2001, li tadotta l-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Makaroneżju, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 417)
(2) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Breda (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Frar 2010 — VAV Autovermietung GmbH vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Zuid, kantoor Roosendaal
(Kawża C-91/10)
2010/C 113/41
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Breda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VAV Autovermietung GmbH.
Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Zuid, kantoor Roosendaal
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi previst fl-Artikoli 49 KE sa 55 KE (li saru l-Artikoli 56 sa 62 TFUE), jipprekludi sistema legali nazzjonali li tipprovdi li persuna residenti jew stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi u li hemmhekk tuża vettura rreġistrata u mikrija fi Stat Membru ieħor għandha, meta tuża l-vettura għall-ewwel darba fit-toroq Olandiżi, tħallas taxxa, fejn inizjalment l-ammont sħiħ tagħha huwa mitlub u fejn il-bilanċ jitħallas lura, mingħajr kumpens għal interessi, wara li jintemm l-użu ta’ din il-vettura fit-toroq Olandiżi, u dan sabiex l-ammont dovut u mħallas ikun finalment jikkorrispondi għat-tul tal-użu fil-Pajjiżi l-Baxxi? |
|
(2) |
Jekk is-sistema legali inkwistjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala restrizzjoni għall-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi previst fl-Artikoli 49 KE sa 55 KE (li saru l-Artikoli 56 sa 62 TFUE), l-istess sistema tista’ tkun iġġustifikata mit-trattament ugwali tal-vetturi kollha disponibbli fil-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll mill-għan ta’ prevenzjoni ta’ abbużi (li huwa marbut ma’ dan it-trattament ugwali u li jirriżulta minnu) u/jew mill-għan li tiġi evitata diskriminazzjoni inversa fil-konfront tal-kerrejja domestiċi u tal-klijenti tagħhom sa fejn fil-każ ta’ kirja domestika jintalab il-ħlas bil-quddiem tal-ammont kollu tat-taxxa? |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/27 |
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2010 minn Media-Saturn-Holding GmbH mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2009 fil-Kawża T-476/08 — Media-Saturn-Holding GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-92/10 P)
2010/C 113/42
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Media-Saturn-Holding GmbH (rappreżentanti: C.-R. Haarmann u E. Warnke, avukati)
Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla kompletament is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Diċembru 2009 fil-Kawża T-476/08, |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-28 ta’ Awwissu 2008 fil-Każ R 591/2008-4, |
|
— |
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa indirizzat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tal-appellanti għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-28 ta’ Awwissu 2008, dwar iċ-ċaħda tal-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “BEST BUY”. L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat fil-liġi u b’mod li ma jistax jiġi ġustifikat ir-raġuni assoluta għar-rifjut tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks li ma jkollhomx karattru distintiv, prevista fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 40/94”). Dan l-aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet:
|
|
L-ewwel nett, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kkonstatat l-assenza ta’ karattru distintiv billi bbażat ruħha, b’mod inammissibbli, fuq evalwazzjoni ta’ trade mark differenti minn dik li għaliha saret l-applikazzjoni. Fl-eżami tal-karattru distintiv ittieħed bħala punt ta’ tluq sinjal kompost mill-element verbali “BEST BUY” miktub kif suppost u li kien is-suġġett ta’ proċeduri oħra quddiem il-Qorti Ġenerali. B’differenza minn dan is-sinjal l-ieħor, fit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni tal-appellanti, minħabba l-arranġament tal-ittri enfasizzati “B”, fejn din l-ittra hija l-ewwel ittra tal-kliem “BEST” u “BUY”, jista’ jiġi kkunsidrat li hemm allegat element verbali “BEST BUY” biss wara fażi ta’ riflessjoni. Minħabba li d-differenza li tirriżulta mill-kitba anormali u irregolari tista’ tkun biżżejjed sabiex tissodisfa l-minimu ta’ karattru distintiv meħtieġ, fl-eżami tal-karattru disintiv il-Qorti Ġenerali ma setgħatx tibbaża ruħha fuq deċiżjoni preċedenti li kienet tikkonċerna sinjal li ma kellux preċiżament dan l-element partikolari. |
|
|
It-tieni nett, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma rrispettatx il-prinċipju li, sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza jew l-assenza tal-karattru disintiv ta’ trade mark komposta, huwa meħtieġ li jsir eżami tat-trade mark globali. Dan l-eżami globali ma sarx fis-sentenza appellata. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali evalwat kull element individwali sabiex tivverifika jekk element — waħdu — setax jagħti karattru distintiv lis-sinjal, li awtomatikament ma kienx il-każ meta fil-fehma tal-Qorti Ġenerali l-komponent, ikkunsidrat waħdu, ma kellux karattru distintiv. Ma sarx eżami tat-trade mark globali, eżami li ma kienx jista’ jeskludi li t-total tal-elementi individwali li ma jikkwalifikawx għal protezzjoni kien jirriżulta fi trade mark li, meta kkunsidrata globalment, kienet tikkwalifika għal protezzjoni. |
|
|
It-tielet nett, fl-eżami tal-karattru distintiv il-Qorti Ġenerali applikat kriterju strett wisq. Hija kkunsidrat li l-perċezzjoni tat-trade mark “prinċipalment” bħala slogan pubbliċitarju kienet biżżejjed sabiex tkun sodisfatta r-raġuni għal rifjut prevista fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. Dan iżda jammonta għal applikazzjoni inkorretta tal-prinċipju legali stabbilit fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sens ta’ tifħir ta’ trade mark verbali ma jeskludix li din it-trade mark xorta waħda tista’ tkun adegwata sabiex tiggarantixxi lill-konsumaturi l-oriġini tal-prodotti jew servizzi identifikati minnha. Il-pubbliku kkonċernat jista’ raġonevolment jipperċepixxi tali trade mark bħala slogan pubbliċitarju u bħala indikazzjoni ta’ oriġini kummerċjali fl-istess ħin. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kien imissha, minn tal-inqas, spjegat għaliex dan ma kienx il-każ fir-rigward tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-22 ta’ Frar 2010 — Strong Segurança SA vs Município de Sintra, Securitas-Serviços u Tecnologia de Segurança
(Kawża C-95/10)
2010/C 113/43
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Strong Segurança SA.
Konvenuta: Município de Sintra, Securitas-Serviços u Tecnologia de Segurança.
Domandi preliminari
|
(1) |
Wara l-31 ta’ Jannar 2006, l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, huwa direttament applikabbli fis-sistema interna fis-sens li jagħti lill-individwi dritt li dawn jistgħu jużaw kontra l-korpi tal-amministrazzjoni Portugiża? |
|
(2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, il-kunċett huwa applikabbli għall-kuntratti li għandhom bħala suġġett is-servizzi msemmija fl-Anness II B minkejja dak li jipprovdi l-Artikolu 21 tal-istess direttiva? |
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussell (il-Belġju) fit-22 ta’ Frar 2010 — Frans Bosschaert vs Belgische Staat, Slachthuizen Georges Goossens en Zonen NV u Slachthuizen Goossens NV
(Kawża C-96/10)
2010/C 113/44
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Frans Bosschaert
Konvenuti: Belgische Staat, Slachthuizen Georges Goossens en Zonen NV u Slachthuizen Goossens NV
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil qorti nazzjonali milli tapplika terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin previst fis-sistema legali nazzjonali għall-dejn dovut mill-Istat, fir-rigward ta’ azzjonijiet għall-irkupru tat-taxxi li tħallsu lil Stat Membru skont sistema mħallta ta’ għajnuna u ta’ taxxi u li mhux biss irriżulta li kienet parzjalment illegali, iżda wkoll parzjalment inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, u li tħallsu qabel id-dħul fis-seħħ tas-sistema ġdida ta’ għajnuna u ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji li jissostitwixxu l-ewwel sistema u li permezz tad-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni ddikjaratha kompatibbli mad-dritt Komunitarju, iżda mhux sa fejn dawn il-kontribuzzjonijiet huma imposti retroattivament għal perijodu qabel id-data ta’ din id-deċiżjoni? |
|
(2) |
Id-dritt Komunitarju jipprekludi li, meta Stat Membru jimponi taxxi fuq individwu li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi dawn it-taxxi lil individwi oħra li magħhom jeżerċita attività kummerċjali f’settur fejn l-Istat Membru impona sistema mħallta ta’ għajuna u ta’ taxxi, iżda li din is-sistema sussegwentement irriżultat mhux biss parzjalment illegali iżda wkoll parzjalment inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, dawn l-individwi jkunu, skont dispożizzjonijiet nazzjonali, suġġetti għal terminu ta’ preskrizzjoni iqsar għal dak li jikkonċerna l-irkupru, fir-rigward tal-Istat Membru, ta’ kontribuzzjonijiet li jmorru kontra d-dritt Komunitarju, filwaqt li għandhom terminu ta’ preskrizzjoni itwal għall-irkupru tal-istess kontribuzzjonijiet fir-rigward ta’ individwu li jintervjeni bħala intermedjarju, bir-riżultat li dan l-intermedjarju eventwalment isib ruħu f’sitwazzjoni fejn azzjoni mibdija kontrih ma tkunx preskritta, bil-kontra ta’ dik mibdija kontra l-Istat Membru u li għaldaqstant dan l-intermedjarju jista’ jkollu azzjoni mibdija kontrih minn operaturi oħra u li, skont il-każ, ikollu jsejjaħ lill-Istat Membru bħala garanti, iżda ma jistax jirkupra fil-konfront ta’ dan l-Istat Membru l-imposti li hu stess ħallas direttament lil dan tal-aħħar? |
|
(3) |
Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil Stat Membru milli jkun jista’ jinvoka, b’suċċess, termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali li huma partikolarment favorih meta mqabbla mad-dritt komuni nazzjonali sabiex jiddefendi ruħu, fil-proċeduri mressqa kontrih minn individwu, bl-għan li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet li dan tal-aħħar għandu taħt it-Trattat KE, bħal fil-każ deskritt mill-qorti nazzjonali, fejn dawn it-termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali partikolarment favorevoli għandhom il-konsegwenza li jirrendu impossibbli l-irkupru ta’ taxxi li tħallsu lill-Istat Membru skont sistema mħallta ta’ għajnuna u taxxi li mhux biss irriżultat parzjalment illegali iżda wkoll parzjalment inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, u li l-inkompatibblità tiegħu mad-dritt Komunitarju ġiet ikkonstatata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej biss wara l-iskadenza ta’ dawn it-termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali partikolarment favorevoli, anki jekk l-illegalità kienet teżisti preċedentement? |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/29 |
Talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance de Dax (Franza) fit-22 ta’ Frar 2010 fil-kawżi — AG2R Prévoyance vs Bourdil SARL — AG2R Prévoyance vs Société boucalaise de boulangerie SARL — AG2R Prévoyance vs Baba-Pom SARL
((Kawża C-97/10) - (Kawża C-98/10) - (Kawża C-99/10))
2010/C 113/45
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance de Dax
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AG2R Prévoyance
Konvenuti: Bourdil SARL, Société boucalaise de boulangerie SARL, Baba-Pom SARL
Domanda preliminari
Ftehim kollettiv wiesa’ li jagħti dritt esklużiv ta’ amministrazzjoni lil sistema unika ta’ rimbors komplementari tal-ispejjeż tas-saħħa (f’dan il-każ, l-Institut AG2R Prévoyance) jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82 KE meta dan il-ftehim ma jistabbilixxix, jew saħansitra jeskludi espressament, kull eżenzjoni mill-affiljazzjoni mal-imsemmija sistema (bil-kundizzjoni li r-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni ma jostakolawx l-applikazzjoni tal-inkarigu mogħti lill-Institut AG2R Prévoyance)?
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/29 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-100/10)
2010/C 113/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u J. Sénéchal, aġenti)
Konvenuta: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
|
— |
tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 53 ta’ din id-direttiva; |
|
— |
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/43/KE skada fit-28 ta’ Ġunju 2008. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, huwa ma kienx informa lill-Kummissjoni dwar dan.
(1) ĠU L 157, p. 87.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Focșani (Ir-Rumanija) fil-24 ta’ Frar 2010 — Bejan Frăsina vs Mușat Tudorel Adrian
(Kawża C-102/10)
2010/C 113/47
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Judecătoria Focșani
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bejan Frăsina
Konvenut: Mușat Tudorel Adrian
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40 (1) tal-Liġi Nru 136/1995 u tal-Artikoli 1 sa 6, b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikolu 6 tad-Digriet Nru 3111/2004 tal-Comisiei de Supraveghere a Asigurărilor (Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Assigurazzjonijiet) (2), moqrija flimkien mal-Artikolu 10(3) tal-Liġi Nru 136/1995, jiksru d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 169 TFUE (qabel l-Artikolu 153 KE)? |
|
(2) |
Fil-każ li l-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tipprovdi li l-parti leża mhijiex intitolata għal kumpens skont il-kuntratt ta’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(3) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, ir-restrizzjoni imposta tqiegħed lill-parti leża f’sitwazzjoni diskriminatorja meta mqabbla maċ-ċittadini tal-Istati Membri oħra tal-UE li huma esklużi mill-kumpens biss fil-każijiet ipprovvduti fl-inċiżi 1 sa 3 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE (3), tat-30 ta’ Diċembru 1983, it-Tieni Direttiva, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur? |
|
(4) |
L-esklużjonijiet mir-riskju assigurat imposti taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali f’każijiet bħal dawn jikkostitwixxu restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u għal-libertà li jiġu provduti servizzi li huma stabbiliti fl-Artikolu 49 FUE (qabel l-Artikolu 43 KE) u fl-Artikolu 56 FUE 56 (qabel l-Artikolu 49 KE) flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/49/KEE, It-Tielet Direttiva, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja[fuq il-ħajja] (4)? |
|
(5) |
Meta l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-UE tipprovdi li l-vittma ta’ inċident tat-traffiku tista’ titlob lill-persuna responsabbli għar-rimbors ta’ spejjeż tat-tiswija jew, fejn xieraq, tas-sostituzzjoni tal-vettura bil-mutur, kif ukoll ir-rimbors ta’ spejjeż oħra eventwali, l-esklużjoni tal-obbligu tal-parti assigurata ta’ kumpens immedjat lill-parti leża wara li jseħħ inċident tat-traffiku (minnifuh wara li jseħħ l-inċident), b’tali mod li mbagħad, skont il-mod kif tiġi sovluta l-kwistjoni, u, rispettivament, skont id-determinazzjoni tal-persuna responsabbli għad-danni, l-assiguratur ikun jista’ jippreżenta rikors sabiex jiffaċilita r-riżoluzzjoni rapida u effikaċi tat-talbiet għal kumpens, u sabiex jiġu evitati, sa fejn possibbli, proċeduri legali għoljin li jistgħu saħansitra jqiegħdu lill-partijiet f’sitwazzjoni fejn ma jkunux jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom, anki fis-sitwazzjoni fejn jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/8/KE (5) u tar-Rakkomandazzjonijiet R(81)7 u (93)1, tista’ tiġi kkunsidrata abużiva u kuntrarja għall-premessi tad-direttivi kollha dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur? |
|
(6) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ħames domanda, din ir-risposta tikser il-premessa 21 tad-Direttiva 2005/14/KE (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur? |
|
(7) |
F’dan il-każ, l-esklużjoni tal-kumpens favur ir-rikorrenti skont il-kuntratt ta’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, hija tali li tqiegħdha f’sitwazzjoni ta’ diskriminazzjoni meta mqabbla ma’ persuni oħra li huma kkumpensati anki meta l-persuna responsabbli għad-danni tibqa’ mhux identifikata jew ma tkunx assigurata, meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti ħallset kemm polza ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur kif ukoll polza fakultattiva, b’ammont konsiderevoli, mingħajr ma rċeviet xi tip ta’ protezzjoni għall-proprjetà tagħha? |
|
(8) |
Il-qorti nazzjonali hija l-unika kompetenti sabiex tistabbilixxi jekk korp, bħall-kumpannija ta’ assigurazzjoni inkwistjoni f’dan il-każ, jissodisfax il-kriterji għall-invokazzjoni kontra tiegħu tad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li toħloq effetti diretti, u jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, liema huma l-kriterji applikabbli f’dan is-sens? |
|
(9) |
In-nuqqas ta’ traspożizzjoni fis-sistema legali ta’ Stat Membru tal-UE tad-Direttiva 2005/14/KE (għalkemm it-terminu għat-traspożizzjoni skada fil-11.06.2007) u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-premessi 20, 21 u 22 huwa tali li jippreġudika lir-rikorrenti minħabba l-ksur ta’ dritt fundamentali tagħha, jiġifieri r-rispett tal-proprjetà tagħha, anki jekk id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/103/KE (7) issa ħassret id-Direttivi 1-V dwar l-assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili (72/166/KE, 84/5/KE, 90/232/KEE, 2000/26/KE u 2005/14/KE), fid-dawl tal-fatt li r-regoli li għamilna riferiment għalihom huma miġbura kollha fit-test tad-direttiva KE l-ġdida li tipproteġi d-drittijiet tal-parti leża wara inċident tat-traffiku aħjar mid-dispożizzjonijiet abrogati? |
|
(10) |
Il-qorti nazzjonali tista’ tinvoka ex officio l-ksur ta’ dispożizzjoni Komunitarja u tiddikjara l-invalidità tal-klawżola ta’ esklużjoni tar-riskju assigurat fil-każ li l-parti leża, jiġifieri l-konsumatur, ma tkunx ġiet informata bl-esklużjonijiet jew iċ-ċirkustanzi fejn ma tapplikax l-assigurazzjoni (kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/14), u fil-każ li l-kumpannija ta’ assigurazzjoni imponiet esklużjonijiet oħra barra minn dawk ipprovduti fil-Liġi Qafas dwar l-Assigurazzjoni, Nru 136/1995, minkejja li din l-invalidità ma ġietx invokata quddiem il-qorti mill-parti kkonċernata, u minkejja li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ttrasponiet id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13/KE (8) permezz tal-Liġi Nru 193/2000 (9)? |
(1) Legea nr. 136/1995 privind asigurările și reasigurările în România, M. Of., Partea I, nr. 303 din 30.12.1995
(2) Ordinul nr. 3111/2004 al Comisiei de Supraveghere a Asigurărilor, M. Of., Partea I, nr. 1243/2004 din 23.12.2004
(3) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3)
(4) Id-Direttiva Tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja [fuq il-ħajja] u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja [mhux fuq il-ħajja]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346)
(5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2003/83/KE, tal-24 ta’ Settembru 2003, li tadatta ghall-progress tekniku l-Annessi II, III u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti kosmetiċi Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 455)
(6) Id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 149, p. 14)
(7) Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11)
(8) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)
(9) Legea nr. 193/2000 privind clauzele abuzive din contractele încheiate între comercianți și consumatori, M. Of., nr. 560 din 10.11.2000, completată prin Legea nr. 363/2007 privind combaterea practicilor incorecte ale comercianților în relația cu consumatorii și armonizarea reglementărilor cu legislația europeană privind protecția consumatorilor — M. Of., Partea I, nr. 899 din 28.12.2007).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/31 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-103/10)
2010/C 113/48
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u P. Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
|
— |
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/121/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta’ sustanzi perikolużi sabiex tadattaha għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, jew, f’kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva. |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-transpożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta’ Ġunju 2008.
(1) ĠU L 396, p. 851
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ Frar 2010 — Lidl & Companhia vs Fazenda Pública
(Kawża C-106/10)
2010/C 113/49
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lidl & Companhia
Konvenuta: Fazenda Pública
Parti intervenjenti: Ministério Público
Domanda preliminari
Is-subparagrafu (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78, moqri flimkien mas-subparagrafu (ċ) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 79 tad-Direttiva 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li, fl-akkwisti intra-Komunitarji, fil-bażi ta’ taxxa tal-VAT għandu jiġi inkluż l-ammont ta’ taxxa fuq il-vetturi, stabbilit mil-Liġi Nru 22-A/2007, tad-29 ta’ Ġunju?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/32 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-111/10)
2010/C 113/50
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Flynn, B. Stromsky, A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-parti rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Litwanja għax-xiri ta’ art agrikola tal-Istat bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013 (1); |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropej għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
|
(1) |
Billi adotta d-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill qaleb id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżulta mill-proposta għal miżuri xierqa fil-Punt 196 tal-Linji Gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u tal-foresti 2007-2013 (2) (iktar ’il quddiem “Linji Gwida dwar l-Agrikoltura 2007”) u mill-aċċettazzjoni tagħha mingħajr kundizzjonijiet mill-Litwanja, filwaqt li tobbliga lil din tal-aħħar twaqqaf l-iskema ta’ għajnuna eżistenti għax-xiri ta’ art agrikola proprjetà tal-Istat sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009. Taħt il-vesti ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kunsill fil-fatt ippermetta lill-Litwanja żżomm din l-iskema sa ma jiskadu l-Linji Gwida dwar l-Agrikoltura 2007 fil-31 ta’ Diċembru 2013. Huwa ċar li ċ-ċirkustanzi mressqa mill-Kunsill bħala bażi għad-deċiżjoni tiegħu mhumiex ċirkustanzi eċċezzjonali ta’ natura li jiġġustifikaw id-deċiżjoni meħuda u ma ħadux inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq din l-iskema. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni tressaq erba’ motivi insostenn tar-rikors għal annullament:
|
(1) 2009/983/UE, ĠU L 338, p. 93
(2) ĠU C 319, p. 1
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/33 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België fl-1 ta’ Marzu 2010 — Procureur-generaal bij het Hof van Beroep te Antwerpen tegen Zaza Retail BV (Philippe u Cécile Noelmans, amministraturi fil-proċedimenti ta’ falliment ta’ Zaza Retail BV (il-Belġju)); intervenjenti: Zaza Retail BV (Manon Cordewener, amministratriċi fil-proċedimenti ta’ falliment ta’ Zaza Retail BV (il-Pajjiżi l-Baxxi))
(Kawża C-112/10)
2010/C 113/51
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
|
Rikorrent |
: |
Procureur-generaal bij het Hof van Beroep te Antwerpen |
|
Konvenuta |
: |
Zaza Retail BV [Philippe u Cécile Noelmans, amministraturi fil-proċedimenti ta’ falliment ta’ Zaza Retail BV (il-Belġju)] |
|
Intervenjenti |
: |
Zaza Retail BV [Manon Cordewener, amministratriċi fil-proċedimenti ta’ falliment ta’ Zaza Retail BV (il-Pajjiżi l-Baxxi)] |
Domandi preliminari
|
(1) |
L-espressjoni “kondizzjonijiet meħtieġa” li tinsab fl-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament Nru 1346/2000 (1), għandha tiġi interpretata bħala li tinkludi wkoll il-kundizzjonijiet dwar il-kwalità jew l-interess ta’ persuna, bħalma huwa l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ta’ Stat Membru ieħor, li jippermettulha tiftaħ proċedimenti ta’ falliment jew inkella li l-imsemmija kundizzjonijiet jirrigwardaw biss ir-rekwiżiti sostantivi sabiex tkun suġġetta għal dawn il-proċedimenti? |
|
(2) |
It-terminu “kreditur” li jinsab fl-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament Nru 1346/2000 jista’ jiġi interpretat b’mod wiesgħa fis-sens li awtorità ta’ Stat Membru, awtorizzata mid-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat li tiftaħ proċedimenti ta’ falliment u li taġixxi fl-interess ġenerali u bħala rappreżentant tal-kredituri kollha, tista’, fejn meħtieġ, validament tiftaħ il-proċedimenti territorjali ta’ falliment skont l-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament Nru 1346/2000? |
|
(3) |
Jekk it-terminu “kreditur” jista’ jinkludi wkoll awtorità nazzjonali kompetenti li tiftaħ proċedimenti ta’ falliment, huwa neċessarju li, sabiex ikun jista jiġi applikat l-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament Nru 1346/2000, li din l-awtorità nazzjonali tagħti prova li qed taġixxi fl-interess tal-kredituri li għandhom id-domiċilju, l-uffiċċju rreġistrat jew ir-residenza tas-soltu tagħhom fil-pajjiż ta’ din l-awtorità nazzjonali? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/33 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fit-3 ta’ Marzu 2010 — L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Administration de l’enregistrement et des domaines vs Pierre Feltgen (kuratur fil-proċedura ta’ falliment ta’ Bacino Charter Company SA), Bacino Charter Company SA
(Kawża C-116/10)
2010/C 113/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation du Grand Duché de Luxembourg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Administration de l’enregistrement et des domaines
Konvenuti: Pierre Feltgen (kuratur fil-proċedura ta’ falliment ta’ Bacino Charter Company SA), Bacino Charter Company SA
Domanda preliminari
Jistgħu servizzi mogħtija mill-proprjetarju ta’ bastiment li jipprovdih bi ħlas, flimkien ma’ ekwipaġġ, għad-dispożizzjoni ta’ persuni fiżiċi għall-finijiet ta’ vjaġġi ta’ divertiment fl-ibħra miftuħa għall-klijenti tagħhom, jiġu eżentati skont l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), jekk dawn is-servizzi huma kkunsidrati fl-istess ħin kemm bħala kiri ta’ bastiment u kif ukoll bħala servizz ta’ trasport?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/34 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-117/10)
2010/C 113/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Flynn, K. Walkerová, A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/10/KE (1), tal-20 ta’ Novembru 2009, dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Polonja għax-xiri ta’ art agrikola bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Billi adotta d-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill qaleb id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżulta mill-proposta għal miżuri xierqa fil-Punt 196 tal-Linji Gwida dwar l-Agrikoltura 2007 u mill-aċċettazzjoni inkundizzjonata tagħha mill-Polonja, li tobbliga lil din tal-aħħar twaqqaf l-iskema ta’ għajnuna eżistenti għax-xiri ta’ art agrikola sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009. Taħt il-vesti ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kunsill fil-fatt ippermetta lill-Polonja żżomm din l-iskema sa ma jiskadu l-Linji Gwida dwar l-Agrikoltura 2007 fil-31 ta’ Diċembru 2013. Huwa ċar li ċ-ċirkustanzi mressqa mill-Kunsill bħala bażi għad-deċiżjoni tiegħu mhumiex ċirkustanzi eċċezzjonali ta’ natura li jiġġustifikaw id-deċiżjoni meħuda u ma ħadux inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq dik l-iskema. Il-Kummissjoni tressaq erba’ motivi insostenn tar-rikors għal annullament:
|
(a) |
L-ewwel nett, hija tikkunsidra li l-Kunsill ma kellux kompetenza sabiex jaġixxi taħt it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE peress li ma ddeċidiex fuq l-applikazzjoni Pollakka fit-terminu ta’ tliet xhur kif stabbilit fir-raba’ subparagrafu ta’ din id-dispożżizzjoni u peress li, fi kwalunkwe każ, l-għajnuna li huwa approva kienet għajnuna eżistenti li l-Polonja kienet intrabtet li telimina sal-aħħar tal-2009 meta aċċettat il-miżuri xierqa proposti lilha mill-Kummissjoni. |
|
(b) |
It-tieni nett, il-Kunsill abbuża mill-poteri tiegħu, meta fittex li jinnewtralizza d-deċiżjoni li miżuri ta’ għajnuna li l-Polonja setgħet iżżomm sal-aħħar tal-2009 imma mhux wara dik id-data setgħu jinżammu fis-seħħ sal-2013. |
|
(ċ) |
It-tielet nett, id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali li tapplika għall-Istati Membri u wkoll bejn l-istituzzjonijiet. Bid-deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill ħeles lill-Polonja mill-obbligu tagħha ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri xierqa aċċettati minn dak l-Istat Membru dwar għajnuna eżistenti għax-xiri ta’ art agrikola fil-kuntest tal-kooperazzjoni stabbilita fl-Artikolu 88(1) KE. |
|
(d) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Kunsill għamel żball manifest ta’ evalwazzjoni inkwantu sab li kienu jeżistu ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-adozzjoni tal-miżura approvata. |
(1) ĠU L 4, p. 89
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/35 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-118/10)
2010/C 113/54
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Flynn, K. Walkerová, A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni 2009/991/UE (1) tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Latvja għax-xiri ta’ art agrikola bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Billi adotta d-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill qaleb id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżulta mill-proposta għal miżuri xierqa tal-punt 196 tal-Linji Gwida tal-2007 dwar is-settur agrikolu u l-aċċettazzjoni bla kundizzjoni tagħha min-naħa tal-Latvja, li tobbliga lil din tal-aħħar sabiex, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, ittemm l-iskema ta’ għajnuna eżistenti għall-akkwist ta’ artijiet agrikoli. Billi invoka ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kunsill fil-fatt awtorizza lil-Latvja sabiex iżżomm din l-iskema sa meta l-Linji Gwida tal-2007 dwar is-settur agrikolu jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2013. Iċ-ċirkustanzi mressqa mill-Kunsill sabiex jimmotiva d-deċiżjoni tiegħu, mhumiex manifestament ċirkustanzi eċċezzjonali tali li jiġġustifikaw id-deċiżjoni adottata, u ma jqisux id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar din l-iskema. Insostenn tar-rikors għal annullament tagħha, il-Kummissjoni tqajjem erba’ motivi:
|
(a) |
L-ewwel nett, hija tqis li l-Kunsill ma kellux il-kompetenza biex jaġixxi taħt it-tielet paragrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE peress li l-għajnuna li huwa approva kienet għajnuna eżistenti li l-Latvja kienet ikkommettiet ruħha li ttemm sal-aħħar tas-sena 2009, meta aċċettat il-miżuri xierqa li kienu proposti lilha mill-Kummissjoni. |
|
(b) |
It-tieni nett, permezz tal-awtorizzazzjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna sal-2013, il-Kunsill wettaq abbuż ta’ poter, billi pprova jinnewtralizza d-deċiżjoni li l-Latvja kellha l-libertà li żżomm dawn il-miżuri sal-aħħar tas-sena 2009, iżda mhux iktar tard minn hekk. |
|
(c) |
Imbagħad, skont it-tielet motiv, id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali li japplika bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet. Permezz tad-deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill ħeles lil-Latvja mill-obbligi tagħha li tikkoopera mal-Kummissjoni rigward miżuri xierqa aċċettati minn dan l-Istat Membru, fil-kuntest tal-kooperazzjoni stabbilita permezz tal-Artikolu 108(1) TFUE fir-rigward tal-għajnuna eżistenti għall-akkwist ta’ artijiet agrikoli. |
|
(d) |
Permezz tal-aħħar motiv tagħha, il-Kummissjoni tallega li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn ikkunsidra li kienu jeżistu ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-adozzjoni tal-miżura approvata. |
(1) ĠU L 339, p. 34.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/35 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Marknadsdomstolen (l-Isvezja) fit-8 ta’ Marzu 2010 — Konsumentombudsmannen vs Ving Sverige AB
(Kawża C-122/10)
2010/C 113/55
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Marknadsdomstolen (l-Isvezja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Konsumentombudsmannen.
Konvenuta: Ving Sverige AB.
Domandi preliminari
|
(1) |
Il-kundizzjoni espressa bil-kliem “li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja”; fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”) (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li stedina għax-xiri teżisti mill-mument li l-informazzjoni dwar il-prodott ikkummerċjalizzat u l-prezz tiegħu jkunu disponibbli sabiex il-konsumatur ikun jista’ jieħu deċiżjoni li jixtri, jew jeħtieġ li l-komunikazzjoni kummerċjali tinkludi wkoll mezz konkret sabiex jinxtara l-prodott (pereżempju, formula tal-ordni) jew li din tidher viċin tali mezz jew meta jkun hemm tali mezz (pereżempju, reklam barra l-ħanut)? |
|
(2) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun li l-komunikazzjoni kummerċjali għandha tinkludi mezz konkret sabiex jinxtara l-prodott, din il-kundizzjoni għandha titqies li hija sodisfatta bis-sempliċi fatt li l-komunikazzjoni tirreferi għal numru tat-telefon jew għal indirizz tal-Internet fejn il-prodott jista’ jiġi ordnat? |
|
(3) |
L-Artikolu 2(i) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni tal-prezz hija sodisfatta jekk il-komunikazzjoni kummerċjali tinkludi prezz inizjali, jiġifieri l-prezz l-iktar baxx li bih il-prodott jew it-tip ta’ prodotti kkummerċjalizzati jista’ jinxtara, meta dan jeżisti f’verżjonijiet oħra, jew b’kontenut differenti, bi prezzijiet li mhumiex indikati? |
|
(4) |
L-Artikolu 2(i) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott hija sodisfatta mill-mument li l-komunikazzjoni kummerċjali tinkludi rappreżentazzjoni verbali jew viżwali tal-prodott (“verbal or visual reference to the product”) (2), b’tali mod li dan jiġi identifikat mingħajr ma jiġi deskritt b’mod ulterjuri? |
|
(5) |
Jekk għad-domanda preċedenti tingħata risposta affermattiva, din tapplika wkoll fil-każ li l-prodott ikkummerċjalizzat jiġi offrut f’verżjonijiet differenti, meta l-komunikazzjoni kummerċjali tirreferi għalihom biss b’isem wieħed komuni? |
|
(6) |
Fil-każ ta’ stedina għax-xiri, l-Artikolu 7(4)(a) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed li jiġu indikati biss ċerti karatteristiċi ewlenin tal-prodott, jekk fir-rigward tal-kumplament il-kummerċjant jirreferi għas-sit tal-Internet tiegħu, sakemm dan is-sit jinkludi l-informazzjoni essenzjali dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodotti, il-prezz u l-kundizzjonijiet l-oħrajn, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(4)? |
|
(7) |
L-Artikolu 7(4)(ċ) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed li, sabiex ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-prezz jitqiesu sodisfatti, jiġi ddikjarat prezz inizjali? |
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22).
(2) Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni “Dokument ta’ orjentazzjoni dwar l-implementazzjoni/applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi żleali fin-negozju” [SEC(2009) 1666], p. 47 et seq.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/36 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-127/10)
2010/C 113/56
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanassou-Apostolopolou u G. Zavvos)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
|
— |
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-makkionarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u f’kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE fil-liġi nazzjonali skada fid-29 ta’ Ġunju 2008.
(1) ĠU L 157, 09.06.2006, p. 24.
Il-Qorti Ġenerali
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Brosmann Footwear (HK) et vs Il-Kunsill
(Kawża T-401/06) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Trattament individwali - Teħid ta’ kampjuni - Appoġġ tal-ilment mill-industrija Komunitarja - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Trattament ugwali - Dannu - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2010/C 113/57
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Brosmann Footwear (HK) Ltd (Kowloon, iċ-Ċina); Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd (Zhongshan, iċ-Ċina); Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd (Guangzhou, iċ-Ċina); u Risen Footwear (HK) Co., Ltd (Kowloon, iċ-Ċina) (rappreżentanti: L. Ruessmann u A. Willems, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet u T. Scharf, aġenti); u l-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, G. Zonnekeyn u S. Verhulst, sussegwentement P. Vlaemminck u A. Hubert, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn [żraben] bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, p. 485), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co., Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Zhejiang Aokang Shoes u Wenzhou Taima Shoes vs Il-Kunsill
(Kawża T-407/06 u T-408/06) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Trattament individwali - Teħid ta’ kampjuni - Drittijiet tad-difiża - Trattament ugwali - Dannu - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2010/C 113/58
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd (Yongjia, iċ-Ċina) (Kawża T-407/06); u Wenzhou Taima Shoes Co., Ltd (Wenzhou, iċ-Ċina) (Kawża T-408/06) (rappreżentanti: I. MacVay, solicitor, R. Thompson, QC, u K. Beal, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); u l-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Vlaemminck, G. Zonnekeyn u S. Verhulst, sussegwentement minn P. Vlaemminck u A. Hubert, avukati); BA.LA di Lanciotti Vittorio & C. Sas (Monte Urano, l-Italja) u s-sittax-il intervenjent ieħor li ismu jinsab fl-Anness (rappreżentanti: G. Celona, P. Tabellini u C. Cavaliere, avukati)
Suġġett
Talbiet għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn [żraben] bil-wiċċ tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, p. 485), sa fejn dan jirrigwardhom.
|
(1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
|
(2) |
Zhejiang Aokang Shoes Co., Ltd u Wenzhou Taima Shoes Co., Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC), BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas u s-sittax-il intervenjent ieħor li ismu huwa mniżżel fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Sun Sang Kong Yuen Shoes Factory vs Il-Kunsill
(Kawża T-409/06) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Teħid ta’ kampjuni - Nuqqas ta’ kooperazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dannu - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2010/C 113/59
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun Sang Kong Yuen Shoes Factory (Hui Yang) Corp. Ltd (Hui Yang City, iċ-Ċina) (rappreżentanti: I. MacVay, solicitor, R. Thompson, QC, u K. Beal, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment P. Vlaemminck, G. Zonnekeyn u S. Verhulst, sussegwentement P. Vlaemminck u A. Hubert, avukati); BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas (Monte Urano, l-Italja) u s-sittax-il intervenjent ieħor li ismu huwa mniżżel fl-anness mas-sentenza (rappreżentanti: G. Celona, P. Tabellini u C. Cavaliere, avukati)
Suġġett
L-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn [żraben] bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, p. 485-525)
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Sun Sang Kong Yuen Shoes Factory (Hui Yang) Corp. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea, il-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC), BA.LA. di Lanciotti Vittorio & C. Sas u s-sittax-il intervenjent ieħor li ismu huwa mniżżel fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Foshan City Nanhai Golden Step Industrial vs Il-Kunsill
(Kawża T-410/06) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam - Kalkolu tal-valur normali maħdum - Prezz tal-esportazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dannu - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2010/C 113/60
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Foshan City Nanhai Golden Step Industrial Co., Ltd (Lishui, iċ-Ċina) (rappreżentanti: I. MacVay, solicitor, R. Thompson, QC, u K. Beal, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Scharf, aġenti); u l-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Vlaemminck, G. Zonnekeyn u S. Verhulst, sussegwentement minn P. Vlaemminck u A. Hubert, avukati)
Suġġett
L-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn [żraben] bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, p. 485), sa fejn dan jirrigwardha.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Foshan City Nanhai Golden Step Industrial Co., Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Confédération européenne de l’industrie de la chaussure (CEC) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2010 — Grupo Promer Mon Graphic vs UASI — PepsiCo (Rappreżentazzjoni ta’ oġġetti promozzjonali ċirkulari)
(Kawża T-9/07) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta oġġetti promozzjonali ċirkulari - Disinn Komunitajru preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Kunflitt - Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti - Kunċett ta’ kunflitt - Prodott inkwistjoni - Grad tal-libertà tad-disinjatur - Utent informat - Artikolu 10 u Artikolu 25(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)
2010/C 113/61
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Promer Mon Graphic, SA (Sabadell, Spanja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: PepsiCo, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 1001/2005 3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Grupo Promer Mon Graphic, SA u PepsiCo, Inc.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-27 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 1001/2005-3) hi annullata. |
|
(2) |
L-UASI u PepsiCo, Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk ta’ Grupo Promer Mon Graphic, SA fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
(3) |
L-UASI u PepsiCo, Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk ta’ Grupo Promer Mon Graphic, SA fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2010 — Mäurer + Wirtz vs UASI — Exportaciones Aceiteras Fedeoliva (tosca de FEDEOLIVA)
(Kawża T-63/07) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva tosca de FEDEOLIVA - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti TOSCA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ argument - Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2010/C 113/62
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mäurer + Wirtz GmbH & Co. KG (Stolberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Eickemeier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Exportaciones Aceiteras Fedeoliva, AIE (Jaén, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-18 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 761/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mülhens GmbH & Co. KG u Exportaciones Aceiteras Fedeoliva, AIE.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Diċembru 2006 (Każ R 761/2006-2) hija annullata inkwantu hija tiċħad l-oppożizzjoni mressqa abbażi tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja). |
|
(2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
|
(3) |
Mäurer + Wirtz GmbH & Co. KG u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2010 — KEK Diavlos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-190/07) (1)
(“Għajnuna finanzjarja mogħtija fil-kuntest tal-programm ta’ informazzjoni taċ-ċittadin Ewropew (Prince) - Proġett li jikkonċerna t-tħejjija għall-introduzzjoni tal-Euro fl-iskejjel - Deċiżjoni li tordna r-rimbors tal-ħlas mogħti bil-quddiem - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”)
2010/C 113/63
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: KEK Diavlos (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: D. Chatzimichalis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u S. Petrova, aġenti, assistiti minn E. Politis, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 465 finali, tat-23 ta’ Frar 2006, li tordna r-rimbors tal-ammont tal-ħlas bil-quddiem, miżjud bl-interessi moratorji, mogħti taħt il-kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest tal-programm Prince, għal proġett intitolat “The EURO — Its genuine and essential impact on schoolchildren” (Eurogenesis), li jikkonċerna t-tħejjija għall-introduzzjoni tal-Euro fl-iskejjel.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
KEK Diavlos hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/41 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Weldebräu vs UASI — Kofola Holding (Forma ta’ flixkun b’għonq spirali)
(Kawża T-24/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun b’għonq spirali - Trade mark Komunitarja tridimensjonali preċedenti li tikkonsisti fil-forma ta’ flixkun b’għonq spirali - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 113/64
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Weldebräu GmbH & Co. KG (Plankstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kofola Holding a.s. (Ostrava, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: S. Hejdová u R. Charvát, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Novembru 2007 (Każ R 1096/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Weldebräu GmbH & Co. KG u Kofola Holding a.s.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Weldebräu GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2010 — Centre de coordination Carrefour vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-94/08) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna favur ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju - Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni adottata wara annullament parzjali mill-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)
2010/C 113/65
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Centre de coordination Carrefour SNC (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: X. Clarebout u K. Platteau, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. P. Keppenne, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/283/KE, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju u li temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE (ĠU 2008, L 90, p. 7), sa fejn din ma tipprovdix perijodu tranżitorju adegwat.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
(2) |
Centre de coordination Carrefour SNC huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2010 — Forum 187 vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-189/08) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna favur ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju - Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni adottata wara annullament parzjali mill-Qorti tal-Ġustizzja - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)
2010/C 113/66
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Forum 187 ASBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Sutton u G. Forwood, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2008/283/KE tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Belġju għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju, u li temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE (ĠU 2008, L 90, p. 7), sa fejn hija ma tagħtix perijodi tranżitorji prospettivi raġjonevoli liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni kkonċernati mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2006, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni (C-182/03 u C-217/03, Ġabra p. I-5479)
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
(2) |
Forum 187 ASBL hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Mundipharma vs UASI — ALK-Abelló (AVANZALENE)
(Kawża T-477/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AVANZALENE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AVANZ - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 113/67
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mundipharma AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: ALK-Abelló A/S (Hørsholm, id-Danimarka) (rappreżentant: S. Palomäki Arnesen, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 1694/2007-4), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ALK-Abelló A/S u Mundipharma AG.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Mundipharma AG hija kkundannata għall-ispejjeż, esklużi dawk esposti minn ALK-Abelló A/S. |
|
(3) |
ALK-Abelló A/S għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/43 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Monoscoop vs UASI (SUDOKU SAMURAI BINGO)
(Kawża T-564/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUDOKU SAMURAI BINGO - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 113/68
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Monoscoop BV (Alkmaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2008 (Każ R 816/2008-2), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUDOKU SAMURAI BINGO bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
|
(2) |
Monoscoop BV hija kkundannata għall-ispejjeż |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/43 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Marzu 2010 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)
(Kawża T-15/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC CASH - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2010/C 113/69
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Novembru 2008 (Każ R 70/2006-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EURO AUTOMATIC CASH bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
(1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Novembru 2008 (Każ R 70/2006-4) hija annullata. |
|
(2) |
L-UASI għandu jbati erba’ partijiet minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
(3) |
L-Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) għandha tbati parti minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
(4) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż indispensabbli sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/44 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2010 — Baid vs UASI (LE GOMMAGE DES FACADES)
(Kawża T-31/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja verbali LE GOMMAGE DES FACADES - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2010/C 113/70
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Baid SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Grasset, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 963/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LE GOMMAGE DES FACADES bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Baid SARL hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/44 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2010 — hofherr communikation vs UASI (NATURE WATCH)
(Kawża T-77/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea - Trade mark verbali NATURE WATCH - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2010/C 113/71
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: hofherr communikation GmbH (Innsbruck, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Warbek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1410/2008-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali, li tindika l-Komunità Ewropea, tat-trade mark verbali NATURE WATCH.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Hofherr communikation GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/45 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2010 — Il-Parlament vs Collée
(Kawża T-78/09) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2004 - Proċedura għall-allokazzjoni ta’ punti ta’ mertu - Żnaturament tal-provi - Motivazzjoni - Valur tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti - Prinċpiju ta’ nondiskriminazzjoni”)
2010/C 113/72
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment C. Burgos u A. Lukošiūtė, sussegwentement R. Ignătescu, aġenti)
Konvenut: Laurent Collée (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J N. Louis u É. Marchal, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal tas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2008, Collée vs Il-Parlament (F-148/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) li tiċħad ir-rikors għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
(1) |
L-appell huwa miċħud |
|
(2) |
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn L. Collée fil-kuntest ta’ din il-kawża. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/45 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2010 — ZEWE-Zentral vs UASI — KODI Diskontläden (inéa)
(Kawża T-538/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2010/C 113/73
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ZEWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: R. Manea, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KODI Diskontläden GmbH (Oberhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 744/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn KODI Diskontläden GmbH u REWE-Zentral AG.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
|
(2) |
Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-konvenut. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/46 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2010 — Google vs UASI (ANDROID)
(Kawża T-316/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Limitazzjoni tal-lista tal-prodotti li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni - Irtirar tal-oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2010/C 113/74
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Google, Inc. (Mountain View, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Kinkeldey, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1622/2008-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali ANDROID bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
|
(2) |
Ir-rikorrenti u l-konvenuta għandhom ibagħtu l-ispejjeż tagħhom. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/46 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Henkel vs UASI — JLO Holding (LIVE)
(Kawża T-414/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Talba għal revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2010/C 113/75
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment C. Milbradt, sussegwentement C. Milbradt u H. Van Volxem, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: JLO Holding Company, LLC (Santa Monica, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Klett, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Lulju 2009 (Każ R 609/2008-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Henkel AG & Co. KGaA u JLO Holding Company, LLC.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
|
(2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/46 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2010 — GL2006 Europe vs Il-Kummissjoni u OLAF
(Kawża T-435/09 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Programmi Komunitarji ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ordni ta’ rkupru - Nota ta’ debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta’ urġenza”)
2010/C 113/76
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GL2006 Europe Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Gardenal u E. Belinguier-Raiz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u N. Bambara, aġenti, assistiti minn T. Van der Hout, avukat)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 li tittermina l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti f’żewġ proġetti Komunitarji u n-noti ta’ debitu maħruġa fis-7 ta’ Awwissu 2009 li permezz tagħhom il-Kummissjoni talbet ir-rimbors tas-somom mogħtija fil-kuntest tal-proġetti Komunitarji li pparteċipat fihom ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkunsidrata bħala l-unika konvenuta. |
|
(2) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
(3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/47 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2009 — Al-Faqih u MIRA vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-322/09)
2010/C 113/77
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Saad Al-Faqih u Movement for Islamic Reform in Arabia (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Jones, Barrister u A. Raja, Solicitor)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja u l-Kummisssjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla, fl-intier tiegħu jew parzjalment, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (1), kif emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 14/2005 (2), Nru 492/2007 (3), u Nru 1190/2005 (4), u/jew tannulla r-Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 14/2005, Nru 492/2007, u Nru 1190/2005, sa fejn jikkonċernaw direttament u individwalment lir-rikorrenti; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu, skont l-Artikolu 230 KE, l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, kif emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 14/2005, tal-5 ta’ Jannar 2005, Nru 492/2007 tat-3 ta’ Mejju 2007, u 1190/2005 tal-20 ta’ Lulju 2005 u/jew l-annullament tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 14/2005, Nru 492/2007, u 1190/2005, sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti.
Ir-rikorrenti kienu inklużi fil-lista konsolidata, tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, ta’ individwi u entitajiet allegatament assoċjati ma’ Usama bin Laden, Al-Qaida u n-netwerk Taliban, li l-fondi u riżorsi finanzjarji oħra tagħhom għandhom jiġu ffriżati. Konsegwentement, il-Kummissjoni Ewropea adottat ir-Regolamenti (KE) Nru 14/2005 u 1190/2005 li żiedu l-ismijiet tar-rikorrenti mal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jelenka persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u riżorsi ekonomiċi ġewwa l-UE. L-elenkar tal-ewwel rikorrent, S. Al-Faqih, ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 492/2007.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin:
|
|
Ir-rikorrenti jargumentaw li l-iffriżar tal-fondi tagħhom ipprovdut mir-regolamenti kkontestati, jikser id-drittijiet fundamentali tagħhom, b’mod partikolari, id-dritt għal smigħ u d-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv, inkwantu huma qatt ma ġew informati mill-Kunsill u/jew mill-Kummissjoni bir-raġunijiet għaliex ġew inklużi fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 u qatt ma rċivew provi li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ miżuri ristrettivi. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ma kellhom ebda opportunità li jiddefendu ruħhom jew li jikkontestaw d-deċiżjonijiet tal-inklużjoni tagħhom quddiem il-Qrati Ewropej. |
|
|
Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li nkiser id-dritt għar-rispett tal-proprjetà tagħhom inkwantu r-restrizzjonijiet indefiniti ta’ tali dritt, ikkawżati mill-iffriżar tal-fondi tagħhom, jikkostitwixxu ndħil sproporzjonat u intollerabbli ta’ dan id-dritt fundamentiali tal-bniedem. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 294)
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 14/2005, tal-5 ta’ Jannar 2005 li jemenda għat-42 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk tal-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 348M, p. 46)
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2007, tat-3 ta’ Mejju 2007, li jemenda għas-75 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-Netwerk Al-Qaida u t-Taliban, u jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 116, p. 5)
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1190/2008, tal-20 ta’ Lulju 2005, li jemenda għad-99 [għat-48] darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban u li jħassar r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 193, p. 27)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/48 |
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2010 minn Giorgio Lebedef mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-54/09, Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-52/10 P)
2010/C 113/78
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
|
— |
tannulla d-digriet tat-TSP, tat-30 ta’ Novembru 2009, fil-kawża F-54/09, Giorgio LEBEDEF li jirrisjedi f’Nru 4, Neie Wee, L-1670, Senningerberg, il-Lussemburgu, uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea, assistit u rrappreżentat minn Frédéric FRABETTI, 5, rue Jean Bertels, L-1230, il-Lussemburgu, avukat, b’indirizz għan-notifika fl-uffiċċju tiegħu, kontra l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn J. Currall u G. Berscheid, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika il-Lussemburgu, konvenuta, li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-15.02.2008, tal-01.04.2008, tal-10.04.2008, tal-20.05.2008 u tal-14.07.2008, dwar it-tnaqqis ta’ 39 jum mid-dritt għal leave tal-appellant għas-sena 2008; |
|
— |
tilqa’ t-talbiet tal-appellant li saru fl-ewwel istanza; |
|
— |
sussidjarjament, terġa’ tirreferi l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; |
|
— |
tiddeċiedi fuq l-ispejjeż u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tagħhom. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tad-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tat-30 ta’ Novembru 2009, mogħti fil-kawża Lebedef vs Il-Kummissjoni, F-54/09, li jiċħad bħala manifestament nieqes minn kull bażi legali r-rikors li permezz tiegħu l-appellant kien talab l-annullament ta’ serje ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw it-tnaqqis ta’ 39 jum mil-leave annwali tiegħu għas-sena 2008.
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni disa’ aggravji bbażati:
|
— |
fuq kunsiderazzjoni żbaljata tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II għar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 1(2) tal-ftehim qafas li jirregola r-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet sindakali u professjonali; |
|
— |
fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-kunċett tad-dritt ta’ assoċjazzjoni; |
|
— |
fuq fatti ineżistenti fl-2008; |
|
— |
fuq kunsiderazzjoni żbaljata tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ April 2004, dwar il-ħolqien tad-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni fil-qasam ta’ assenza minħabba mard jew inċident; |
|
— |
fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-kunċetti ta’ “parteċipazzjoni fir-rappreżentanza tal-persunal”, “kollokament sindakali” u “missjoni sindakali”; |
|
— |
fuq żnaturament u deformazzjoni tal-fatti u tal-affermazzjonijiet tar-rikorrent, kif ukoll ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku f’dak li jikkonċerna r-reġistrazzjonijiet ta’ “assenza irregolari” f’SysPer2; |
|
— |
fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dikjarazzjonijiet tal-appellant u fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-TSP billi interpreta l-kunċett ta’ “assenza” hekk kif inhu mfisser mill-Artikoli 57, 59 u 60 tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-TSP fl-applikazzjoni tal-Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal; u |
|
— |
fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tad-diversi punti deċiżivi tal-kawża appellata. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/49 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2010 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-58/10)
2010/C 113/79
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Phoenix-Reisen GmbH (Bonn, il-Ġermanja) u Deutscher Reiseverband eV (DRV) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Gerharz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta, tal-20 ta’ Novembru 2009, innotifikata b’ittra fil-11 ta’ Diċembru 2009, li permezz tagħha l-konvenuta tirrifjuta li tintervjeni kontra l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-forma ta’ ħlas ta’ kumpens għal insolvenza; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8707 finali, tad-19 ta’ Novembru 2009, rigward l-Għajnuna mill-Istat NN 55/2009 — Ġermanja, Allegata għajnuna mill-Istat permezz ta’ ħlas ta’ kumpens għal insolvenza u l-finanzjament tiegħu. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jallegaw li s-sussidju tal-impriżi insolventi ma jistax jiġi ġġustifikat abbażi tad-Direttiva 80/987/KEE (1), għaliex hija għandha bħala għan esklużiv il-protezzjoni tal-impjegati tal-impriżi insolventi u mhux tal-impriżi nfushom. Skont ir-rikorrenti, skont il-prassi ġuridika segwita fil-Ġermanja, l-impriżi insolventi jibbenefikaw direttament mill-kumpens għal insolvenza. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li eżempji minn Stati Membri oħra tal-Komunità juru li huwa possibbli li d-dritt nazzjonali jimplementa d-Direttiva 80/987/KEE mingħajr ma jiġu ssussidjati kompetituri b’mod inammissibbli.
(1) Direttiva tal-Kunsill 80/987, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 23).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/49 |
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2010 minn Brigitte Zangerl-Posselt mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-83/07, Zangerl-Posselt vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-62/10 P)
2010/C 113/80
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Brigitte Zangerl-Posselt (Merzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Paulmann, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza apppellata; |
|
— |
tiddeċiedi dwar il-kawża, u kif sostnut mill-appellanti fl-ewwel istanza, tannulla d-deċiżjoni li ttieħdet bħala konsegwenza tal-ilment tat-13 ta’ Diċembru 2007 u li tikkonferma d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/27/06, tal-25 ta’ Lulju 2007, li ma tawtorizzax lill-appellanti tiegħu sehem fl-eżamijiet prattiċi u orali ta’ din il-kompetizzjoni; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż taż-żewġ proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell huwa intiż kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża F-83/07, Zangerl-Posselt vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha ġie miċħud ir-rikors tal-appellanti.
L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq il-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta kkunsidra l-kundizzjonijiet tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni EPSO/AST/27/06. F’dan ir-rigward, huwa allegat, b’mod partikolari, li meta ddeċieda jekk l-appellanti kellhiex diploma fis-sens tal-avviż tal-kompetizzjoni inkwistjoni, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku applika l-verżjoni Franċiża tal-Artikolu 5(3)(a)(ii) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, skont l-appellanti, l-ispjegazzjonijiet li permezz tagħhom it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fittex li jiċħad l-argumenti tal-appellanti huma vvizzjati minn numru ta’ żbalji ta’ liġi. F’dan ir-rigward, qiegħed jiġi sostnut, b’mod partikolari, li saru konstatazzjonijiet li l-illegalità tagħhom tidher mill-proċess, u li l-evidenza ġiet distorta.
L-appellanti ssostni wkoll li d-diskriminazzjoni indiretta abbażi tal-età li hija tallega, għalkemm ġiet ikkonfermata, tqieset li hija ġustifikata abbażi ta’ raġunijiet li huma insuffiċjenti u foloz.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/50 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2010 — Jurašinović vs Il-Kunsill
(Kawża T-63/10)
2010/C 113/81
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ivan Jurašinović (Angers, Franza) (rappreżentant: N. Amara-Lebret, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Diċembru 2009 li permezz tagħha r-rikorrent ġie rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti li ġejjin:
|
|
— |
tordna lill-Kunsill tal-UE — Segretarjat Ġenerali jawtorizza l-aċċess, taħt forma elettronika, tad-dokumenti kollha mitluba; |
|
— |
tordna lill-Kunsill tal-UE jħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 2 000 mingħajr taxxa, jiġifieri EUR 2,392 inklużi t-taxxi kollha bħala ħlas għall-proċeduri flimkien mal-interessi skont ir-rata tal-BĊE fil-ġurnata tal-preżentata tar-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
B’dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tas-7 ta’ Diċembru 2009, li tirrifjutalu l-aċċess għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni lill-Qorti Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugoslavja (QKIJ) ta’ dokumenti li din il-qorti talbet li jintbagħtulha fil-kuntest tas-smigħ tal-każ Gotovina u l-korrispondenza kollha skambjata f’dan il-kuntest mill-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Qorti Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugoslavja (flimkien mal-annessi eventwali), b’mod partikolari t-talbiet inizjali ġejjin kemm mill-Qorti Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugoslavja kif ukoll mill-avukati ta’ A. Gotovina.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni erba’ motivi bbażati:
|
— |
fuq żball ta’ liġi peress li l-Kunsill irrifjuta l-aċċess għad-dokumenti abbażi tal-Artikolu 70B tar-Regoli tal-Proċedura u tal-Provi tal-QKIJ, meta fil-fatt dan it-test huwa inapplikabbli; |
|
— |
fuq in-nuqqas ta’ preġudizzju għall-ħarsien tal-proċeduri fil-qrati u tal-pariri legali skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2), tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) peress li din l-eċċezzjoni tikkonċerna l-ħarsien tal-proċeduri fil-qrati tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri u mhux tal-proċedura ġudizzjarja quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugoslavja li tinsab barra mill-ġurisdizzjoni tal-UE; |
|
— |
fuq in-nuqqas ta’ preġudizzju għall-ħarsien tal-interess pubbliku f’dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet internazzjonali skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-istess regolament; |
|
— |
fuq l-eżistenza ta’ interess pubbliku ikbar [superjuri] skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmi Regolament Nru 1049/2001 peress li r-rikorrent jitlob il-komunikazzjoni tad-dokumenti mitluba sabiex isostni d-drittijiet tiegħu fil-kuntest tal-Kawża T-465/09. Din it-talba hija parti mill-aċċess għall-ġustizzja u mid-dritt għal smigħ xieraq quddiem il-qorti Ewropea. Barra minn hekk, il-kunflitt li jirreferu għalih dawn id-dokumenti ntemm fl-1995. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/51 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2010 — Zuckerfabrik Jülich vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-66/10)
2010/C 113/82
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Zuckerfabrik Jülich AG (Jülich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-J. Prieß u B. Sachs, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq sitt motivi.
Fl-ewwel motiv, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-Artikolu 233 KE (Artikolu 266 TFUE) peress li l-Kummissjoni ma kkonformatx ruħha mar-rekwiżiti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2008, Zuckerfabrik Jülich (C-5/06 u C-23/06 sa C-36/06, Ġabra p. I-3231). F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilit kif kellhom jiġu ddeterminati l-parametri tal-“eċċess esportabbli” u tal-“kwantità totali ta’ obbligu ta’ esportazzjoni li kellha tiġi sodisfatta” fil-kalkolu tal-imposta tal-produzzjoni għas-snin tas-suq 2002/2003 sa 2005/2006 fis-settur taz-zokkor. Ir-rikorrenti tqis li fir-regolament ikkontestat il-Kummissjoni emendat ukoll it-tielet parametru tad-deċiżjoni kkontestata, dak tal-“ammont totali tar-rifużjoni”, minkejja li l-kawża Zuckerfabrik Jülich ma kinitx tirrigwarda l-kalkolu tiegħu.
Fit-tieni motiv, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 (1), kif ukoll is-sens u l-iskop ta’ dan ir-regolament. F’dan ir-rigward hija ssostni, b’mod partikolari, li fil-kalkolu tal-ammont totali tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni l-Kummissjoni inkludiet rifużjonijiet li ma kinux ntalbu u lanqas tħallsu. Barra minn dan, l-iffissar ta’ ammont fiss ta’ esportazzjonijiet kull xahar iwassal għal ineżattezzi fil-kalkolu. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tqis li fil-kawża Zuckerfabrik Jülich, il-Qorti tal-Ġustizzja pprojbiet l-iffissar tat-telf globali għal ammont ogħla mill-ispejjeż għar-rifużjonijiet.
Fit-tielet motiv, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività billi permezz tar-regolament ikkontestat il-Kummissjoni emendat b’mod retroattiv l-ammont totali tar-rifużjonijiet.
Fil-kuntest tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, mit-3 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni ma kinitx għadha kompetenti sabiex tadotta regolament dwar l-ammont ta’ imposti għas-snin tas-suq 2002/2003 sa 2005/2006 għas-settur taz-zokkor, għaliex ir-Regolament Nru 1260/2001, li l-Kummissjoni tindika bħala l-bażi legali ma kienx għadu fis-seħħ, għaliex ma kien hemm l-ebda bażi legali għal leġiżlazzjoni oħra u għaliex skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat KE, huwa l-Kunsill u mhux il-Kummissjoni li kellu tali kompetenza.
Il-ħames nett, ir-rikorrenti tallega ksur tal-Artikolu 37(2) KE billi fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, kellha tiġi magħżula proċedura oħra għall-adozzjoni tar-regolament.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 253 KE (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE) billi l-Kummissjoni mmotivat ir-regolament ikkontestat billi ddikjarat li huwa japplika s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Zuckerfabrik Jülich filwaqt li skont ir-rikorrenti l-imsemmi regolament imur lil ’hinn mir-rekwiżiti ta’ din is-sentenza.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 17).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/52 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2010 — Intermark vs UASI — Natex International (NATY’S)
(Kawża T-72/10)
2010/C 113/83
Lingwa tar-rikors: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Intermark Srl (Stei, ir-Rumanija) (rappreżentant: Á.M. László, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natex International Trade SpA (Pioltello, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
temenda d-deċiżjoni tal-konvenut u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni kollha kemm hi fir-rigward tal-prodotti kollha; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Natex International Trade SpA
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “NATY’S” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 810 627)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva “Naty” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 30 u 35 (trade mark Komunitarja Nru 4 149 456)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), minħabba li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/52 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta' Frar 2010 — Embraer et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-75/10)
2010/C 113/84
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Empresa Brasileira de Aeronáutica, SA (Embraer) (São José dos Campos, il-Brażil), Embraer Aviation Europe SAS (EAE) (Villepinte, Franza), Indústria Aeronáutica de Portugal SA (OGMA) (Alverca do Ribatejo, il-Portugall) (rappreżentanti: U. O’Dwyer u A. Martin, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 4541 finali, tas-17 ta’ Ġunju 2009, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna għall-ispejjeż ta’ riċerka u żvilupp għad-disinn u l-manifattura ta’ prodott ta’ inġenji tal-ajru mogħtija mill-awtoritajiet tar-Renju Unit lil Bombardier (Short Brothers) [N 654/2008] (1). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ttieħdet wara eżami preliminari magħmul taħt l-Artikolu 108(3) TFUE. Ir-rikorrenti huma l-kompetituri tal-benefiċjarja tal-għajnuna u ressqu lment kontra l-għajnuna proposta fejn talbu lill-Kummissjoni tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali.
Insostenn tar-rikors tagħhom għal annullament, ir-rikorrenti jsostnu l-motivi li ġejjin:
|
|
L-ewwel nett, huma jsostnu li l-Kummissjoni kellha diffikultajiet serji matul l-eżami preliminari tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq komuni u, għaldaqstant, kellha l-obbligu li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE. Barra minn hekk, huma jsostnu li n-nuqqas tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali ċaħħdet lir-rikorrenti u lill-partijiet l-oħra kkonċernati mid-dritt tagħhom li jiġu kkonsultati matul l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Fil-fehma tar-rikorrenti, dan l-aġir jikkostitwixxi difett proċedurali li jikser it-Trattat. |
|
|
B’mod speċifiku, id-diffikultajiet serji li ltaqgħet magħhom il-Kummissjoni jidhru:
|
|
|
It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-identifikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta’ allegat suq għall-istrutturi tal-ajruplani u n-nuqqas ta’ identifikazzjoni tas-suq rilevanti għall-ġwienaħ tal-ajruplani b’kapaċità ta’ bejn 100 u 149 post jikkostitwixxi żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni skont l-Artikolu 107(3)(ċ). |
|
|
It-tielet nett, huma jsostnu li n-nuqqas tal-Kummissjoni li tanalizza l-impatt tal-għajnuna mill-Istat fuq is-suq rilevanti għall-ġwienaħ tal-ajruplani b’kapaċità ta’ bejn 100 u 149 post jikkostitwixxi żball manifest ta’evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni magħmula skont l-Artikolu 107(3)(ċ). |
|
|
Ir-raba’ nett, huma jsostnu li l-analiżi inkompleta u difettuża tal-Kummissjoni dwar l-impatt tal-għajnuna mill-Istat fuq is-suq għall-ajruplani kompluti b’kapaċità ta’ bejn 100 u 149 post tikkostitwixxi żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni magħmula skont l-Artikolu 107(3)(ċ). |
(1) ĠU C 298, p. 2
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/53 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2010 — Certmedica International vs UASI — Lehning Entreprise (L112)
(Kawża T-77/10)
2010/C 113/85
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Certmedica International GmbH (Aschaffenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Pfortner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lehning Entreprise SARL (Sainte Barbe, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tad-9 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 934/2009-2), innotifikata fil-21 ta’ Diċembru 2009, sa fejn hija tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja “L112” (EU 002349728) fir-rigward tal-prodotti “prodotti farmaċewtiċi u veterinarji; prodotti mediċinali għal użu orali; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali” fil-klassi 5; sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tad-9 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 934/2009-2), innotifikata fil-21 ta’ Diċembru 2009, sa fejn hija tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja “L112” (EU 002349728) fir-rigward tal-prodotti “prodotti mediċinali għal użu orali; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali” fil-klassi 5; b’mod iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tad-9 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 934/2009-2), innotifikata fil-21 ta’ Diċembru 2009, sa fejn hija tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja “L112” (EU 002349728) fir-rigward tal-prodotti “prodotti mediċinali għal użu orali” fil-klassi 5; |
|
— |
tiċħad fl-intier tagħha t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja “L112” (EU 002349728), ibbażata fuq it-trade mark Franċiża “L.114” (F 1 312 700) u tirreġistra t-trade mark Komunitarja “L112” għall-prodotti li ġejjin: “Klassi 5: prodotti farmaċewtiċi, veterinarji jew għall-iġjene; prodotti mediċinali għal użu orali; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali; prodotti tal-ikel konċentrati djetetiċi abbażi ta’ krustaċji (bħaċ-Chitosan) Klassi 29: prodotti tal-ikel konċentrati abbażi ta’ krustaċji (bħaċ-Chitosan)”; sussidjarjament, tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja “L112” (EU 002349728), ibbażata fuq it-trade mark Franċiża “L.114” (F 1 312 700), sa fejn hija intiża sabiex tiġi ddikjarata l-invalidità tat-trade mark “L112” fil-klassi 5, għall-prodotti “prodotti mediċinali għal użu orali; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali”, u tirreġistra t-trade mark Komunitarja “L112” għall-prodotti li ġejjin: “Klassi 5: prodotti għall-iġjene; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali; prodotti tal-ikel konċentrati abbażi ta’ krustaċji (bħaċ-Chitosan) Klassi 29: prodotti tal-ikel konċentrati abbażi ta’ krustaċji (bħaċ-Chitosan)”; b’mod iktar sussidjarju, tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja “L112” (EU 002349728), ibbażata fuq it-trade mark Franċiża “L.114” (F 1 312 700), sa fejn hija intiża sabiex tiġi ddikjarata l-invalidità tat-trade mark Komunitarja “L112” fil-klassi 5, għall-prodotti “mediċinali għal użu orali”, u tirreġistra t-trade mark Komunitarja “L112” għall-prodotti li ġejjin: “Klassi 5: prodotti għall-iġjene; prodotti mediċinali għal użu orali; prodotti tal-ikel konċentrati djetetiċi abbażi ta’ krustaċji (bħaċ-Chitosan) Klassi 29: prodotti tal-ikel konċentrati abbażi ta’ krustaċji (bħaċ-Chitosan)”; |
|
— |
tikkundanna lill-parti li laqgħet il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri u fil-proċedimenti tal-appell; sussidjarjament, tikkundanna lill-parti li bdiet il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż ta’ tali proċedimenti biss sa fejn tiġi ddikjarata l-invalidità tat-trade mark “L112” (EU 002349728) fir-rigward tal-prodotti “prodotti farmaċewtiċi” (20 %); b’mod iktar sussidjarju, tikkundanna lill-parti li bdiet il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż ta’ tali proċedimenti biss sa fejn tiġi ddikjarata l-invalidità tat-trade mark “L112” (EU 002349728) fir-rigward tal-prodotti “prodotti farmaċewtiċi; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali” (30 %). |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark Komunitarja verbali Nru 2 349 728 għal prodotti fil-klassijiet 5 u 29
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Lehning Entreprise SARL
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali Franċiża “L.114” (trade mark Nru 1 312 700), it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tirreferi, barra minn hekk, biss għal ċerti prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa u dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tat-trade mark Komunitarja kkonċernata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell tar-rikorrenti milqugħ parzjalment
Motivi invokati:
|
— |
nuqqas tal-prova tal-użu tat-trade mark Franċiża “L.114” mill-parti li titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità; |
|
— |
nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti fil-klassi 5; |
|
— |
evalwazzjoni ġuridikament żbaljata tal-Bord tal-Appell fir-rigward tax-xebh bejn is-sinjali |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/55 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2010 — Lehning Entreprise vs UASI — Certmedica International (L112)
(Kawża T-78/10)
2010/C 113/86
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Lehning Entreprise (Sainte-Barbe, Franza) (rappreżentant: P. Demoly, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Certmedica International GmbH (Aschaffenburg, Il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Fid-dawl tax-xebh bejn is-sinjali u l-prodotti inkwistjoni, teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kontenzjużi L.114 u L112 għall-prodotti kollha fil-klassi 5 imsemmija fir-reġistrazzjoni tagħhom. Għalhekk, id-deċiżjoni mogħtija għandha tiġi annullata sa fejn hija tiċħad it-talba għal annullament tar-rikorrenti fir-rigward tal-prodotti li ġejjin: “preparazzjonijiet għall-iġjene” u “prodotti tal-ikel konċentrati djetetiċi abbażi ta’ krustaċji (bħaċ-Chitosan)” filwaqt li l-bqija tad-deċiżjoni għandha tiġi kkonfermata. |
|
— |
Fl-aħħar nett, u fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, ikun partikolarment mhux ekwu li r-rikorrenti tbati l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati li hija kellha tħallas għal din il-proċedura manifestament infondata. Ir-rikorrenti għaldaqstant titlob li l-kumpannija Certmedica International GmbH tiġi kkundannata tirrimborsalha l-ispejjeż imħallsa mir-rikorrenti sa mill-oppożizzjoni. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “L112” għal prodotti fil-klassijiet 5 u 29 (trade mark Komunitarja Nru 2 349 728)
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Certmedica International GmbH
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark nazzjonali “L.114” irreġistrata fi Franza għal prodotti fil-klassi 5 (Nru 1 312 700)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkonċernata għal prodotti fil-klassi 5 milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ippreżentat minn Certmedica International milqugħ parzjalment
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8, 52 u 53 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja minħabba l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti fir-rigward tal-prodotti “Preparazzjonijiet għall-iġjene” u “Prodotti tal-ikel konċentrati djetetiċi abbażi ta’ krustaċji (bħaċ-Chitosan)”
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/56 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2010 — COLT Télécommunications France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-79/10)
2010/C 113/87
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: COLT Télécommunications France SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Debroux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tordna l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni, skont il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u miżuri istruttorji previsti fl-Artikoli 49, 64 u 65 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ta’ ċerti dokumenti, msemmija fid-Deċiżjoni C(2009) 7426 final tal-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat N 331/2008 — Franza) |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni sa fejn ikkunsidrat li l-“miżuri nnotifikati ma jikkostitwixxux għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat”; |
|
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2009) 7426 finali tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Settembru 2009, li tiddikjara li l-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku ta’ EUR 59 miljun, mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lil grupp ta’ impriżi għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija (proġett THD 92) fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), mill-Kummissjoni. Dan il-motiv huwa maqsum f’seba’ partijiet.
|
— |
l-ewwel parti tal-motiv tibbaża fuq il-konstatazzjoni li ż-żmien li ħadet l-istruttorja tad-deċiżjoni, li kien partikolarment twil (15-il xahar), fih innifsu, juri l-komplessità tal-kwistjoni u l-ħtieġa li tinfetaħ investigazzjoni formali; |
|
— |
fit-tieni parti tal-motiv ir-rikorrenti ssostni li l-iskeda tal-implementazzjoni, f’żewġ fażijiet, tan-netwerk kellu jwassal lill-Kummissjoni sabiex, a minima, tikkonstata li l-ewwel fażi ta’ implementazzjoni tan-newtwerk, ikkonċentrata f’żoni ffollati ħafna u ta’qligħ kbir, ma kienet teħtieġ l-ebda sussidju pubbliku; |
|
— |
it-tielet parti tal-motiv tibbaża fuq it-turija li l-metodoloġija użata fid-deċiżjoni sabiex jiġu ddefiniti l-allegati “zoni bla qligħ” hija dubjuża ħafna u kontradittorja mal-konstatazzjonijiet tal-ARCEP, ir-regolatur għas-settur Franċiż; peress li dawn il-kontradizzjonijiet u dawn l-iżbalji metodoloġiċi kellhom iwasslu għal ftuħ ta’fażi ta’ eżami fil-fond; |
|
— |
ir-raba’ parti tal-motiv tibbaża fuq in-numru kbir ta’ oġġezzjonijiet immotivati, magħmula mill-operaturi kompetituri, li anki dawn kellhom iwasslu lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ fażi ta’ eżami approfondit; |
|
— |
fil-ħames parti, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma eżerċitatx kontroll, lanqas minimu, intiż sabiex jiżgura li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-ħolqien ta’ allegat servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, b’mod partikolari, minħabba nuqqas ta’ falliment tas-suq; |
|
— |
is-sitt parti tal-motiv jirrigwarda wkoll in-nuqqas ta’ kontroll, anki minimu, ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-awtoritajiet Franċiżi fil-ħolqien ta’ SIEĠ b’mod partikolari, minħabba n-nuqqas ta’ natura speċifika tal-intervent pubbliku maħsub; |
|
— |
fl-aħħar nett, fis-seba’ parti tal-motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni ma qisitx riskju reali ta’ kumpens żejjed għall-allegati spejjeż addizzjonali marbuta mal-allegati obbligi tas-servizz pubbliku. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/57 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2010 — Bell & Ross vs UASI — Klockgrossisten i Norden (Rappreżentazzjoni ta’ arloġġ)
(Kawża T-80/10)
2010/C 113/88
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bell & Ross BV (Zoetermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Guerlain, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Klockgrossisten i Norden AB (Upplands Väsby, l-Isveżja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tad-9 ta’ Diċembru 2009, mogħtija fil-Każ R 1285/2008-3 u nnotifikata fis-16 ta’ Diċembru 2009 lir-rappreżentanti tal-kumpannija BELL & ROSS BV minħabba;
|
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) — UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Disinn Komunitarju Nru 342 951 (Arloġġi)
Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: Klockgrossisten i Norden AB
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 6, 63, 57 u 91 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/58 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2010 — Regione Puglia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-84/10)
2010/C 113/89
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Regione Puglia (Bari, l-Italja) (rappreżentanti: F. Brunelli, avukat, A. Aloia, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2009) 10350 finali, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tneħħija ta’ parti mill-parteċipazzjoni fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-programm operattiv POR Puglia Objettiv 1 2000 — 2006, ħlief fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 4.
Din il-miżura hija meħtieġa skont allegazzjonijiet speċifiċi mir-Regione Puglia dwar il-korrettezza u l-fondatezza tal-ilmenti mqajma mill-Kummissjoni kontra l-istess Regione, kif ukoll dwar il-metodi illegali u żbaljati użati mill-Kummissjoni sabiex tevalwa r-riżultati tal-verifiki magħmula fl-2007 u l-2009.
B’mod iktar speċifiku, ir-Regione Puglia ssostni li d-deċiżjoni ttieħdet abbażi taċ-ċirkostanzi li:
|
— |
il-verifiki mwettqa mill-Kummissarji Komunitarji bħala bażi tad-deċiżjoni ma sarux kif xieraq u fil-ħin; |
|
— |
ir-riżultati li waslu għalihom, għal kull assi u u għal kull miżura, u għall-verifiki kollha mwettqa, ma ġewx ipprovati u ssostanzjati fid-dokumenti eżaminati u ppreżentati, u, f’xi każijiet, ġew ikkompletati mingħajr l-evalwazzjoni meħtieġa tal-leġiżlazzjoni fil-qasam; |
|
— |
fi kwalunkwe każ, mil-lat tal-metodoloġija, l-evalwazzjonijiet imwettqa ma humiex adegwati sabiex jikkorroboraw u jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet konklużivi tal-Kummissjoni, li jidhru, barra minn hekk, evidenti, peress li ma humiex motivati u/jew ipprovati b’mod adegwat. |
Madankollu, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni:
|
— |
ir-riżultati differenti tal-verifiki mwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mill-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi tar-Repubblika Taljana; |
|
— |
l-osservazzjonijiet u l-oġġezzjonijiet magħmula, minn żmien għal żmien, b’mod dettaljat, dokumentat u f’waqthom, mir-Regione b’risposta għall-ilmenti li saru u għat-talbiet magħmula mill-Kummissjoni u, barra minn hekk, |
|
— |
il-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ kooperazzjoni li għandu janima r-relazzjoni bejnha u bejn il-benefiċjarju tal-finanzjament, billi ħadet pożizzjonijiet u deċiżjonijiet qabel ma rċeviet u eżaminat ir-risposti u l-kjarifiki mitluba minnha lir-Regione Puglia. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/58 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2010 — British Sugar vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-86/10)
2010/C 113/90
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: British Sugar plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, G. Facenna, Barrister, W. Robinson, P. Doris u D. Das, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla l-miżura kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti u għall-ispejjeż l-oħra relatati ma’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (1).
Ir-rikorrenti tressaq it-tliet motivi li ġejjin insostenn tat-talbiet tagħha.
L-ewwel nett, hija ssostni li l-Kummissjoni ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Jülich (2) u SAFBA (3) li jiddikjaraw invalidi r-Regolamenti (KE) Nri 1762/2003 (4), 1775/2004 (5) u 1686/2005 (6) tal-Kummissjoni. Hija ddikjarat li, wara sentenzi mogħtija f’dawn il-kawżi, il-Kummissjoni kellha l-obbligu, u għaldaqstant kellha l-kompetenza, li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tirrimedja għal-illegalità kkonstatata f’dawn is-sentenzi. Dan l-obbligu u din il-kompetenza kienu llimitati għall-adozzjoni ta’ miżuri neċessarji sabiex jiggarantixxu lill-persuni kkonċernati (b’mod partikolari r-rikorrenti) ir-rimbors tal-ammonti li huma kienu ġew obbligati li jħallsu illegalment matul is-snin tas-suq inkwistjoni. Skont ir-rikorrenti, dawn l-ammonti kienu u għadhom jistgħu jiġu stabbiliti skont il-formula użata fir-regolamenti meqjusa mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala invalidi, suġġetti għall-korrezzjoni tal-iżball ikkonstatat. Konsegwentement, ir-rikorenti ssostni li l-Kummissjoni adottat, bi ksur ta’ dan l-obbligu u billi eċċediet din il-kompetenza, il-miżura kkontestata li hija vvizzjata mill-istess difett fundamentali li wassal lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinvalida r-Regolamenti (KE) Nri 1762/2003, 1775/2004, u 1686/2005.
It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-metodu ta’ kalkolu tal-imposti fis-settur taż-żokkor adottat fil-miżura kkontestata huwa kontrarju għall-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Jülich.
It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma kinitx kompetenti sabiex tadotta l-miżura kkontestata skont ir-Regolament Nru 1260/2001 għaliex, fl-opinjoni tagħha,
|
— |
dan ir-regolemant kien ġie mħassar u ma kienx fis-seħħ meta l-miżura kkontestata ġiet adottata; u |
|
— |
mis-sentenza Jülich jirriżulta li l-Kummissjoni ma kinitx kompetenti sabiex tiffissa l-imposti tal-produzzjoni b’mod inkompatibbli mal-Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament. Fin-nuqqas ta’ kompetenza mogħtija mis-sentenzi Jülich u SAFBA jew mir-Regolament Nru 1260/2001, huwa l-Kunsill li għandu l-kompetenza li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni skont dak li issa huwa l-Artikolu 42 TFUE. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni assolutament ma kinitx kompetenti sabiex tadotta l-miżura kkontestata. |
(1) ĠU L 321, p. 1.
(2) Sentenza tat-8 ta’ Mejju 2008, Zuckerfabrik Jülich (C-5/06 u C-23/06 sa C-36/06, Ġabra p. I-3231).
(3) Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2008, SAFBA (C-175/07 sa C-184/07, Ġabra p. I-142*).
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2003, tas-7 ta’ Ottubru 2003, li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, ĠU L 254, p. 4.
(5) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1775/2004, tal-14 ta’ Ottubru 2004, li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2003/2004, ĠU L 316, p. 64.
(6) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1686/2005, tal-14 ta’ Ottubru 2005, li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2004/2005, ĠU L 271, p. 12.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/59 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2010 — Inter IKEA Systems vs UASI — Meteor Controls (GLÄNSA)
(Kawża T-88/10)
2010/C 113/91
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Inter IKEA Systems B.V. (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J. Gulliksson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meteor Controls International Limited (Cookstown, l-Irlanda)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ Diċembru 2009 fil-Każ R 529/2009-2; u |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż inkorsi kemm f’dawn il-proċeduri u fil-proċedimenti quddiemu. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Inter IKEA Systems
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GLÄNSA”, għal oġġetti fil-klassi 11
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark verbali “GLANZ”, għal oġġetti fil-klassijiet 6, 9 u 11
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għat-trade mark miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jagħmel evalwazzjoni u tqabbil globali korretti tat-trade marks ikkonċernati, u b’hekk ikkonstata b’mod żbaljat li dawn kienu simili u, konsegwentement, li kien hemm prababbiltà ta’ konfużjoni bejniethom.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/60 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2010 — Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-90/10)
2010/C 113/92
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ferriere Nord SpA (Osoppo, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini, G. Donà, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
Prinċipalment , tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2009 C(2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru — kif emendata u kkompletata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta’ Diċembru 2009 C(2009) 9912 finali, nnotifikata fid-9 ta’ Diċembru 2009 — li biha r-rikorrenti ġiet ikkundannata tħallas multa għall-ammont ta’ EUR 3 570 000,00 wara proċedura skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA (COMP/37.956 — Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit, adozzjoni mill-ġdid).
Sussidjarjament , tannulla parzjalment id-Deċiżjoni C(2009) 7492 finali — kif emendata u kkompletata bid-Deċiżjoni C(2009) 9912 finali — u konsegwentement tnaqqas il-multa.
Fi kwanunkwe każ , tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni, tat-30 ta’ Settembru 2009, kif emendata u kkompletata bid-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2009, li biha l-Kummissjoni ssanzjonat ksur tal-Artikolu 65 KEFA abbażi tar-Regolament (KE) 1/2003 (1).
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f’rikorsi oħra ppreżentati kontra l-imsemmija deċiżjoni.
B’mod partikolari, ir-rikorrenti tinvoka, fost l-oħrajn, il-motivi li ġejjin:
|
— |
nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tissanzjona ksur tat-Trattar KEFA wara li dan skada; |
|
— |
nuqqas ta’ notifika minn qabel ta’ “dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet” ġdida; |
|
— |
nuqqas ta’ seduta oħra quddiem l-Uffiċjal tas-Seduta; |
|
— |
rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta posterjuri għad-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009; |
|
— |
adozzjoni tad-deċiżjoni, tat-30 ta’ Settembru 2009, mingħajr l-annessi msemmija fiha. |
Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tal-imsemmija deċizjonijiet għal diversi motivi, fosthom dawn li ġejjin:
|
— |
evalwazzjoni ġuridika tal-fatti żbaljata (rigward it-tul tal-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju, l-ilmenti mressqa, il-prezz bażiku, il-prezzijiet għal daqsijiet supplimentari, il-limitazzjoni tal-produzzjoni u/jew tal-bejgħ); |
|
— |
nuqqas ta’ proporzjonalità tal-multa meta mqabbla mal-gravità u mat-tul tal-akkordju; |
|
— |
nuqqas ta’ kunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi attenwanti; |
|
— |
applikazzjoni żbaljata tal-kriterji previsti mill-“Avviż tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Lulju 1996, dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni jew it-tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell”. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/61 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2010 — Lucchini vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-91/10)
2010/C 113/93
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Lucchini SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Delfino, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Prinċipalment, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ COMP/37.956 — Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit — Adozzjoni mill-ġdid — C(2009) 7492 finali, kif emendata bid-Deċiżjoni C(2009) 9912 finali. |
|
— |
Sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009, sa fejn ir-rikorrenti ġiet ikkundannata għall-ħlas ta’ EUR 14.35 miljun, in solidum mal-kumpannija S.P. S.p.A.. |
|
— |
B’mod iktar sussidjarju, tnaqqas il-multa imposta. |
|
— |
Fi kwalunwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009, kif emendata bid-Deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2009, li biha l-Kummissjoni ppenalizzat ksur tal-Artikolu 65 KEFA abbażi tal-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1).
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f’rikorsi oħrajn ippreżentati kontra l-imsemmija deċiżjoni.
B’mod partikolari, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:
|
— |
Deċiżjoni mhux kompleta kif ukoll ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u ineżistenti, sa fejn id-deċiżjoni kienet innotifikata mingħajr l-annessi tagħha u, kienet ukoll adottata mill-Kulleġġ meta ma kinitx għadha kompleta kif ukoll innotifikata mill-ġdid meta kienet għadha ulterjorment mhux kompleta, mingħajr it-test prinċipali. |
|
— |
Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni li tikkontesta ksur tal-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA, ladarba kien skada u, għaldaqstant, għażla żbaljata tal-bażi legali sostantiva. |
|
— |
Ksur tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll ksur u applikazzjoni żbaljata tad-dritt, sa fejn il-Kummissjoni ma fetħitx mill-ġdid il-proċedura amministrativa u assumiet id-dritt li teżamina l-liġi l-iktar favorevoli applikabbli fil-każ inkwistjoni, mingħajr ma qiegħdet lir-rikorrenti f’pożizzjoni li effettivament tgħarraf l-opinjoni tagħha dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi allegati. |
Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob li tiġi annullata d-Deċiżjoni minħabba nuqqas ta’ provi u applikazzjoni żbaljata tad-dritt sostantiv sa fejn il-Kummissjoni attribwixxiet il-ksur, għall-perijodu kollu mis-6 ta’ Diċembru 1989 sas-27 ta’ Ġunju 2000, lil Lucchini, permezz tal-impriża unika Lucchini/Siderpotenza. Ir-rikorrenti tenfasizza l-awtonomija deċiżjonali u amministrattiva ta’ Siderpotenza u l-fatt li l-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li turi li Lucchini kienet responsabbli, mill-perspettiva tar-riżorsi umani u materjali, mill-ġestjoni ta’ Siderpotenza;
B’mod iktar sussidjarju, ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat ir-regoli dwar il-kakolu tal-multi, b’mod partikolari l-linji gwida tal-1998.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/62 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2010 — Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-92/10)
2010/C 113/94
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ferriera Valsabbia SpA (Odolo, l-Italja) u Valsabbia Investimenti SpA (Odolo, l-Italja) (rappreżentanti: D. Fosselard, S. Amoruso, L. Vitolo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ COMP/37.956 (Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit, adozzjoni mill-ġdid) (iktar ’il quddiem, id-“Deċiżjoni”), kif emendata u kkompletata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009 (“Tkomplija”), fir-rigward tal-parti li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA minn Ferriera Valsabbia S.p.A. u minn Valsabbia Investimenti S.p.A., u timponi fuqhom in solidum multa ta’ EUR 10,25 miljun; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni li jimponi l-multa fuq ir-rikorrenti; |
|
— |
iktar sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f’rikorsi oħra kontra l-istess deċiżjoni. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni:
|
|
In-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tissanzjona l-ksur tal-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA wara li dan it-trattat skada u, fi kwalunkwe każ, sabiex tuża bħala bażi legali l-Artikoli 7(1) u 23(2) tar-Regolament KE Nru 1/2003. (1). |
|
|
Il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti matul il-proċedura quddiem il-Kummissjoni. |
|
|
Il-ksur tal-Artikolu 65(1) tat-Trattat KEFA, inkwantu l-fatti deskritti fid-Deċiżjoni ma jurux akkordju wieħed u kontinwu. |
|
|
Il-ksur tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti, kif ukoll tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u dak tal-proporzjonalità. |
|
|
Fir-rigward ta’ dan il-punt, hija tikkonstata, b’mod partikolari, li t-tqegħid tar-rikorrenti fl-ewwel grupp ta’ impriżi li ġiet imposta fuqhom l-ogħla multa bażika huwa kompletament illegali peress li fil-proċess ta’ kalkolu tal-multa l-Kummissjoni żbaljat meta applikat il-kriterju tal-piż speċifiku tagħha fis-suq u ma applikatx b’mod omoġenju l-kriterju tad-daqs komplessiv tal-impriża. Barra minn hekk, il-proċess tal-kalkolu tal-multa sar b’mod żbaljat anki fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-fatti attenwanti. Fl-aħħar nett, id-dewmien eċċessiv tal-proċedura kkawża danni gravi għad-dritt għal smigħ xieraq fi żmien raġonevoli. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/63 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2010 — Bilbaína de Alquitranes et vs ECHA
(Kawża T-93/10)
2010/C 113/95
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: (Bilbaína de Alquitranes, SA (Luchana-Baracaldo, Spanja), Cindu Chemicals BV (Uithoorn, il-Pajjiżi l-Baxxi), Deza a.s. (Valašske Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka), Industrial Química del Nalón, SA (Oviedo, Spanja), Koppers Denmark A/S (Nyborg, id-Danimarka), Koppers UK Ltd (Scunthorpe, ir-Renju Unit), Rütgers Germany GmbH (Castrop-Rauxel, il-Ġermanja), Rütgers Belgium NV (Zelzate, il-Belġju) u Rütgers Poland Sp. Z o.o. (Kedzierzyn-Kozle, il-Polonja), (rappreżentanti: K. Van Maldegem, R. Cana, avukati u P. Sellar, Solicitor)
Konvenuta: European Chemicals Agency (ECHA)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tirrigwarda ż-żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja, Nru CAS 65996-93-2; u |
|
— |
tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (ED/68/2009) li tidentifika ż-żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja, Nru CAS 65996-93-2, bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 57(d) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”), skont l-Artikolu 59 tar-Regolament REACH.
Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, miġjuba għall-attenzjoni tar-rikorrenti permezz ta’ stqarrija għall-istampa tal-ECHA, is-sustanza taż-żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja ġiet inkluża fil-lista ta’ 15-il sustanza kimika ġdida tal-Lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna.
Fil-qosor, ir-rikorrenti ma jikkontestawx l-identifikazzjoni taż-żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja bħala sustanza karċinoġenika iżda jikkontestaw l-identifikazzjoni ta’ din is-sustanza bħala sustanza persistenti, bijoakkumulattiva u tossika u bħala sustanza persistenti ħafna u bijoakkumulattiva ħafna skont il-kriterji stipulati fl-Anness XIII tar-Regolament REACH.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-inklużjoni taż-żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja fil-lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna se twassal sabiex eventwalment din is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness XIV tar-Regolament REACH, u dan fih innifsu se jkollu diversi konsegwenzi legali negattivi għar-rikorrenti, li jirriżultaw direttament minn din l-identifikazzjoni.
Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali peress li din tikser ir-regoli applikabbli stabbiliti mir-Regolament REACH għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u ta’ sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi u persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna, b’mod partikolari. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq żball ta’ evalwazzjoni u żball ta’ liġi peress li l-identifikazzjoni tas-sustanza taż-żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna inkwantu din hija persistenti, bijoakkumulattiva u tossika u persistenti ħafna u bijoakkumulattiva ħafna hija bbażata biss fuq proprjetajiet ta’ sustanzi kostitwenti, u dan ma għandu ebda bażi legali fir-Regolament REACH.
Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata hija illegali peress li din tikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali inkwantu din toħloq diskriminazzjoni bejn is-sustanza inkwistjoni u sustanzi oħra komparabbli, mingħajr ebda ġustifikazzjoni oġġettiva.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-għażla ta’ miżuri disponibbli għall-konvenuta u l-iżvantaġġi kkawżati fid-dawl tal-għanijiet previsti.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/64 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2010 — Rütgers Germany et vs ECHA
(Kawża T-94/10)
2010/C 113/96
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rütgers Germany GmbH (Castrop-Rauxel, il-Ġermania), Rütgers Belgium NV (Zelzate, il-Belġju), Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka), Industrial Química del Nalón, SA (Oviedo, Spanja), Bilbaína de Alquitranes, SA (Luchana-Baracaldo- Vizcaya, Spanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, R. Cana, avukati u P. Sellar, Solicitor)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla parzjalment l-att ikkontestat, sa fejn jirrigwarda ż-żejt tal-antraċene; |
|
— |
tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (iktar ’il quddiem l-“ECHA”) (ED/68/2009) dwar l-identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċene (CAS Nru 90640-80-5) (iktar ’il quddiem “żejt tal-antraċene”) bħala sustanza li tilħaq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(d) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) (iktar ’il quddiem ir-“REACH”), skont l-Artikolu 59 tar-REACH.
Abbażi tad-deċiżjoni kkontestata, li nġiebet għall-attenzjoni tar-rikorrenti permezz ta’ stqarrija għall-istampa tal-ECHA, iż-żejt tal-antraċene kien inkluż fil-lista ta’ 14-il sustanza kimika tal-Lista tal-Kandidati ta’ Sustanza ta’ Tħassib Serju Ħafna (iktar ’il quddiem “STSĦ”) għal inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-REACH. Ir-raġunijiet dikjarati fl-att ikkontestat għall-identifikazzjoni ta’ żejt tal-antraċene bħala STSĦ huma li s-sustanza tikkawża l-kanċer filwaqt li hija persistenti, bijo-akkumulativa u tossika (iktar ’il quddiem “PBT”) u persistenti ħafna u bijo-akkumulativa ħafna (iktar ’il quddiem “PħBħ”) skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII tar-REACH.
Ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-att ikkontestat jikser ir-regoli applikabbli stabbiliti għall-identifikazzjoni ta’ STSĦ taħt ir-REACH u jressqu erba’ motivi in sostenn tar-rikors tagħhom.
L-ewwel nett, huma jsostnu li d-deċiżjoni hija illegali peress li ġiet adottata bi ksur ta’ rekwiżiti proċedurali essenzjali. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-fajl li fuqu l-att ikkontestat kien ibbażat ma kien fih ebda informazzjoni dwar sustanzi alternattivi bi ksur tal-Artikolu 59(3) u l-Anness XV tar-REACH. Barra minn hekk, huma jsostnu li l-konvenuta materjalment emendat il-proposta biex tidentifika żejt tal-antraċene bħala STSĦ billi żiedet l-Artikolu 57(a) u (b) bħala raġunijiet għal dik l-identifikazzjoni mingħajr ma kellha ebda kompetenza biex tagħmel dan, bi ksur tal-Artikolu 59(5) u (7) tar-REACH.
It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trattament ugwali peress li jiddiskrimina kontra ż-żejt tal-antraċene meta mqabbel ma’ sustanzi oħra paragunabbli mingħajr ebda ġustifikazzjoni oġġettiva.
It-tielet nett, huma jsostnu li l-ECHA wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi identifikat iż-żejt tal-antraċene bħala sustanza PBT u PħBħ abbażi tal-proprjetajiet tal-kostitwenti tiegħu li ma għandhom ebda bażi fir-REACH.
Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li l-att ikkontestat huwa sproporzjonat fid-dawl tal-għażla tal-miżuri disponibbli lill-konvenuta u l-iżvantaġġi kkawżati fir-rigward tal-għanijiet segwiti.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/65 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2010 — Cindu Chemicals et vs ECHA
(Kawża T-95/10)
2010/C 113/97
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cindu Chemicals BV (Uithoorn, il-Pajjiżi l-Baxxi), Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka), Koppers Denmark A/S (Nyborg, id-Danimarka), Koppers UK Ltd (Scunthorpe, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, R. Cana, avukati u P. Sellar, Solicitor)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tirrigwarda ż-żejt tal-antraċen, b’ammont baxx ta’ antraċen; |
|
— |
tikkundanna l-ECHA għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“ECHA”) (ED/68/2009) li tidentifika ż-żejt tal-antraċen, b’ammont baxx ta’ antraċen (Nru CAS 90640 82 7) (“żejt tal-antraċen (baxx)”) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 57(d) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) (“REACH”), skont l-Artikolu 59 tar-Regolament REACH.
Fuq il-bażi tad-deċiżjoni kkontestata, li r-rikorrenti saru jafu dwarha permezz ta’ stqarrija stampa tal-ECHA, iż-żejt tal-antraċen (baxx) ġie inkluż fil-lista ta’ 14-il sustanza kimika tal-Lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-eventwali inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament REACH. Ir-raġunijiet mogħtija fid-deċiżjoni kkontestata għall-identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen, b’ammont baxx ta’ antraċen, bħal sustanza ta’ tħassib serju ħafna huma li s-sustanza hija karċinoġenika, mutaġenika u bijoakkumulattiva ħafna (“vPvB”), skont il-kriterji previsti fl-Anness XIII tar-Regolament REACH.
Ir-rikorrenti jqisu li d-deċiżjoni kkontestata tikser ir-regoli applikabbli stabbiliti mir-Regolament REACH sabiex jiġu identifikati s-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u jressqu erba’ motivi insostenn tar-rikors tagħhom, li huma identiċi għal dawk imqajma fil-Kawża T-94/10, Rütgers Germany et vs ECHA.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/66 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2010 — Rütgers Germany et vs ECHA
(Kawża T-96/10)
2010/C 113/98
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rütgers Germany GmbH (Castrop-Rauxel, il-Ġermanja), Rütgers Belgium NV (Zelzate, il-Belġju), Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka), Koppers Denmark A/S (Nyborg, id-Danimarka), Koppers UK Ltd (Scunthorpe, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, R. Cana, avukati u P. Sellar, Solicitor)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla parzjalment l-att ikkontesta, sa fejn jikkonċerna ż-żejt tal-antraċene, pasta tal-antraċene; |
|
— |
tikkundanna lill-ECHA tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“ECHA”) (ED/68/2009) li tidentifika żejt tal-antraċene, pasta tal-antraċene (Nru CAS 90640-81-6) (“żejt (pasta) tal-antraċene”) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(d) u (e) tar-Regolament Nru 1907/2006 (1) (“REACH”), skont l-Artikolu 59 REACH.
Abbażi tad-deċiżjoni kkontestata, li tressqet għall-attenzjoni tar-rikorrenti permezz ta’ stqarrija għall-istampa ta’ ECHA, iż-żejt (pasta) tal-antraċene ġie inkluż fil-lista ta’ 14-il sustanza kimika tal-lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna sabiex ikun eventwalment inkluż fl-Anness XIV tar-REACH. Ir-raġunijiet esposti fl-att ikkontestat għall-identifikazzjoni taż-żejt (pasta) tal-antraċene bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna huma li s-sustanza hija karċinoġenika mutaġenika u persistenti, u bijoakkumulattiva skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII tar-REACH.
Ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-att ikkontestat jikser ir-regoli applikabbli stabbiliti għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna taħt ir-REACH u invokaw erba’ motivi insostenn tar-rikors tagħhom li huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-94/10, Rütgers Germany et vs ECHA.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/66 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2010 — Meica vs UASI -Tofutown.com
(Kawża T-99/10)
2010/C 113/99
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Russlies, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tofutown.com GmbH (Wiesbaum/Vulkaneifel, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 173/2009-1; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Tofutown.com GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TOFUKING” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 (Applikazzjoni Nru 5 027 016)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “King” (Trade mark Nru 30 404 434), it-trade mark verbali Komunitarja “Curry King” (Trade mark Nru 2 885 077) u t-trade mark verbali Ġermaniża “Curry King” (Applikazzjoni Nru 39 902 969), it-trade marks kollha rreġistrati għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 2003, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1. p. 146).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/67 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2010 — Nordzucker vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-100/10)
2010/C 113/100
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nordzucker AG (Braunschweig, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Niestedt, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 (1); |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq il-motivi segwenti:
|
— |
in-nuqqas tal-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tadotta r-Regolament dwar l-imposta tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003 sa 2005/2006 sa fejn ibbażat dan ir-regolament fuq bażi legali li ma għadhiex fis-seħħ; |
|
— |
ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali sa fejn għall-adozzjoni tar-regolament ikkontestat kien imissha ntgħażlet proċedura differenti, b’tali mod li d-dritt tal-kooperazzjoni tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew ma ġiex irrispettat; |
|
— |
nuqqas ta’ osservanza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2008, Zucherfabrik Jülich et (C-5/06 u C-23/06 sa C-36/06, Ġabra p. I-3231), sa fejn fir-regolament ikkontestat il-Kummissjoni applikat b’mod arbitrarju l-kriterju tal-“ammont totali tar-rifjużjoni” fil-kalkolu tal-imposta tal-produzzjoni, minkejja li dan il-kriterju ma kienx is-suġġett tal-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja; |
|
— |
ksur tal-projbizzjoni li miżuri jkollhom effett retroattiv minħabba l-bidla sussegwenti, li saret għall-ewwel darba permezz tar-Regolament Nru 1193/2009, tal-ammont totali tar-rifużjoni għal snin tas-suq fis-settur taz-zokkor li kienu diġà ngħalqu. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/68 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2010 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-101/10)
2010/C 113/101
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Szpunar, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (1), sa fejn din id-dispożizzjoni temenda l-kliem tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1686/2005, tal-14 ta’ Ottubru 2005, li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni u l-koeffiċjent addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2004/2005 (2); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li l-miżura kkontestata tipprovdi koeffiċjent differenzjali tal-imposti addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2004/2005, fis-sens li l-imsemmi koeffiċjent ġie ffissat għal 0.25466 għall-Istati Membri l-ġodda u għal 0.14911 għall-15-il Stat tal-Komunità.
Ir-rikorrenti tqajjem l-ilmenti li ġejjin kontra l-miżura kkontestata.
Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni u l-ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 (3), li jawtorizza biss lill-Kummissjoni sabiex tiffissa koeffiċjent wieħed bl-istess rata għall-Unjoni Ewropea kollha. Ir-rikorrenti ssostni li d-diversi verżjonijiet lingwistiċi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1260/2001 f’dan ir-rigward huma kollha kemm huma ekwivalenti u konsistenti. Skont ir-rikorrenti, mhux talli r-regoli tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor ma jistgħux jiġġustifikaw nuqqas ta’ interpretazzjoni litterali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1260/2001, talli dawn jeskludu tali possibbiltà. Ir-rikorrenti tqis li koeffiċjent waħdieni huwa fil-fatt strument essenzjali għall-implementazzjoni tar-regoli tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor.
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ adozzjoni immedjata u integrali tal-acquis communautaire mill-Istati Membri l-ġodda. Skont ir-rikorrenti, il-miżura kkontestata hija fil-fatt miżura tranżitorja li la għandha bażi fl-Att dwar l-Adeżjoni tal-2003 u lanqas fl-atti meħuda għall-implementazzjoni tiegħu. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka l-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Adeżjoni, li huwa l-bażi tal-aċċettazzjoni, mir-Repubblika tal-Polonja, tad-drittijiet u obbligi kollha li joħorġu mill-isħubija fl-Unjoni, li skont ir-rikorrenti, jinsab fosthom id-dritt għat-tgawdija ta’ ħlas żejjed u l-obbligu li jiġi kopert it-telf subit fis-suq taz-zokkor matul is-snin tas-suq preċedenti.
Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tqajjem il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. Hija tikkonstata li l-uniku kriterju ta’ koeffiċjent differenzjali huwa d-data tal-adeżjoni tal-Istat Membri mal-Unjoni Ewropea. Hija tqis li l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda ma tistax, fiha nnifisha, tikkostitwixxi kriterju oġġettiv li jista’ jiġġustifika t-trattament differenzjali stabbilit, peress li l-konsegwenzi tal-adeżjoni huma rregolati b’mod eżawrjenti mill-Att dwar l-Adeżjoni u mill-atti meħuda għall-implementazzjoni tiegħu.
Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà. Hija ssostni li l-prinċipju ta’ solidarjetà tal-produtturi jikkostitwixxi l-prinċipju bażiku tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u jimplika li l-ispejjeż tal-finanzjament tas-suq għandhom ikunu sostnuti solidarjament mill-produtturi kolha u li n-newtralità finanzjarja għandha tinkiseb mhux fil-livell tad-diversi Stati Membri, iżda fuq skala tal-Unjoni kollha, skont kriterji oġġettivi. Skont ir-rikorrenti, l-eżistenza ta’ koeffiċjent differenzjali għal ċerti Stati Membri turi tqassim arbitrarju, sproporzjonat u mhux solidarju tal-ispejjeż tal-finanzjament tas-suq taz-zokkor.
Fil-ħames lok, ir-rikorrenti tqajjem il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 253 KE (li attwalment huwa t-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE), peress li l-miżura kkontestata ma kinitx suffiċjentement immotivata. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni la indikat iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-eżistenza ta’ koeffiċjent differenzjali, u lanqas l-għanijiet li tali divrenzjar kellu jilħaq.
(1) ĠU L 321, p. 1.
(2) ĠU L 271, p. 12.
(3) Regolament, tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 17)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/69 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2010 — Südzucker et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-102/10)
2010/C 113/102
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Südzucker AG Mannheim/Ochsenfurt (Mannheim, il-Ġermanja), AGRANA Zucker GmbH (Vjenna, l-Awstrija), Südzucker Polska S.A. (Breslau, il-Polonja), Raffinerie Tirlemontoise SA (Brussell, il-Belġju), Saint Louis Sucre SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: H.-J. Prieß u B. Sachs, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jressqu diversi motivi.
Fl-ewwel motiv, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tal-Artikolu 233 KE (Artikolu 266 TFUE) peress li l-Kummissjoni ma applikatx id-dispożizzjonijiet tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2008, Zuckerfabrik Jülich et (C-5/06 u C-23/06 sa C-36/06, Ġabra p. I-3231). F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet kif kellhom jiġu ddeterminati l-parametri tal-“eċċess esportabbli” u tal-“obbligi tal-esportazzjoni” fil-kalkolu tal-imposta tal-produzzjoni għas-snin tas-suq 2002/2003 sa 2005/2006 fis-settur taz-zokkor. Ir-rikorrenti jqisu li fir-regolament ikkontestat il-Kummissjoni emendat ukoll it-tielet parametru, dak tal-“ammont totali tar-rifużjoni”, minkejja li l-kawża Zuckerfabrik Jülich ma kinitx tirrigwarda l-kalkolu tiegħu.
Fit-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 (1), kif ukoll is-sens u l-iskop ta’ dan ir-regolament. F’dan ir-rigward huma jsostnu wkoll, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni, fil-kalkolu tal-ammont totali tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni inkludiet rifużjonijiet li la ntalbu u lanqas tħallsu. Barra minn dan, l-iffissar ta’ ammont fiss ta’ esportazzjonijiet kull xahar iwassal għal ineżattezzi fil-kalkolu. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jqisu li, fil-kawża Zuckerfabrik Jülich, il-Qorti tal-Ġustizzja pprojbiet li t-telf globali jiġi stmat għal ammont għola mill-ispejjeż għar-rifużjonijiet.
Fit-tielet motiv, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività billi permezz tar-regolament ikkontestat il-Kummissjoni emendat b’mod retroattiv l-ammont totali tar-rifużjonijiet.
Fir-raba’ motiv qiegħed jiġi invokat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 253 KE (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE), sa fejn, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni adottat ir-regolament ikkontestat billi applikat is-sentenza li ngħatat fil-kawża Zuckerfabrik Jülich mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti ta’ din is-sentenza.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jaffermaw, taħt l-intestatura “żbalji oħra ta’ liġi”, li, fit-3 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni ma kienx għad għandha ġurisdizzjoni fir-rigward tas-snin tas-suq taz-zokkor 2002/03 sa 2005/06 sabiex tadotta regolament dwar l-imposta tal-produzzjoni, u dan sa fejn ir-Regolament Nru 1260/2001, li l-Kummissjoni ċċitat bħala l-bażi legali, kien diġà ġie rrevokat fil-ħin tal-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. Għaldaqstant, ir-rikorrenti jallegaw ukoll ksur tal-Artikolu 37(2) KE peress li skont din id-dispożizzjoni kellha tintgħażel proċedura oħra għall-adozzjoni tar-regolament ikkontestat.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 17).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/70 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2010 mill-Parlament Ewropew kontra d-digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Diċembru 2009 fil-Kawża F-92/09, U vs Il-Parlament
(Kawża T-103/10 P(R))
2010/C 113/103
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)
Appellat: U
Talbiet tal-appellant
|
— |
tannulla d-digriet appellat tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; |
|
— |
tiddeċiedi definittivament fuq it-talba għal miżuri provviżorji billi tiċħadha bħala infondata; |
|
— |
tirriżerva l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tad-digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP), tat-18 ta’ Diċembru 2009, mogħti fil-Kawża U vs Il-Parlament, F-92/09 R, li jissospendi d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tas-6 ta’ Lulju 2009, sakemm tingħata d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ttemm l-istanza.
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji bbażati:
|
— |
fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, minħabba li r-raġunament mogħti fid-digriet appellat ma jippermettix, f’diversi punti, li jkunu magħrufa r-raġunijiet li jiġġustifikaw id-deċiżjoni meħuda mill-qorti għal miżuri provviżorji; |
|
— |
fuq nuqqas ta’ osservanza tad-drittijiet tad-difiża tal-Parlament Ewropew, minħabba li d-digriet għal miżuri provviżorji jmur lil hinn mill-kuntest ta’ evalwazzjoni bażika skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li abbażi tiegħu t-talbiet għal miżuri provviżorji għandhom, b’mod partikolari, jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi li jistabbilixxu l-urġenza, kif ukoll ir-raġunijiet ta’ fatt u ta’ dritt li jiġġustifikaw, prima facie, l-adozzjoni tal-miżura provviżorja li tiġi mitluba. Billi jidħol fid-dettalji tal-fondatezza tal-kawża, b’mod partikolari billi jiddeċiedi fuq id-dettalji tal-iżvolġiment tal-proċedura ta’ titjib, id-digriet jikser id-drittijiet tad-difiża tal-Parlament, u b’hekk iċaħħdu mill-possibbiltà li jieħu pożizzjoni u milli jiddefendi ruħu fir-rigward ta’ dawn l-aspetti; |
|
— |
fuq nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar l-oneru u l-amministrazzjoni tal-prova, minħabba li fir-rigward tar-rekwiżit tal-urġenza, il-provi rilevanti kollha li setgħu jinfluwenzaw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-appellant ma ttieħdux inkunsiderazzjoni, fatt li jikser il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-partijiet quddiem il-qorti. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/70 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2010 — BASF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-105/10)
2010/C 113/104
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Montag, J. Blockx u T. Wilson, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti qed titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10568, tat-18 ta’ Diċembru 2009, fil-Każ Nru COMP/M.5355 — BASF/Ciba, li tiċħad il-proposta tas-6 ta’ Novembru 2009 sabiex Roquette Frères tiġi approvata bħala xerreja ta’ Divestment Business SDA u li tiċħad it-talba għat-tibdil tal-impenji li suġġetta għalihom il-Kummissjoni ddikjarat, permezz tad-Deċiżjoni C(2009) 1961, tat-12 ta’ Marzu 2009, li t-tranżazzjoni li biha r-rikorrenti akkwistat il-kontroll ta’ Ciba Holding AG (“Ciba”) kollha kemm hi kompatibbli mas-suq komuni.
Ir-rikorrenti tressaq il-motivi segwenti insostenn tar-rikors tagħha għal annullament.
L-ewwel nett, hija ssostni, li l-konvenuta, billi rrifjutat lix-xerrej propost, kisret l-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 139/2004 (1), il-punti 418 u 419 tad-deċiżjoni li approvat l-akkwist ta’ Ciba minn BASF, il-klawżola 4(a)(b), 13, 14 u 34 u l-Iskeda B tal-impennji annessa miegħu u l-paragrafi 31, 48, 73 u 102 tal-avviż ta’ rimedji (2).
B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta bbażat ir-rifjut tagħha tax-xerrej propost fuq fatti ineżatti u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni rigward l-inċentiv għal Roquette Frères li żżomm u tiżviluppa d-Divestment Business. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta bbażat ruħha fuq fatti ineżatti u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni rigward it-talba tar-rikorrenti sabiex tbiddel l-impennji skont il-klawsola ta’ reviżjoni tal-impenji.
It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li, fl-opinjoni tar-rikorrenti, ir-rifjut tal-proposta tagħha ma kienx neċessarju biex jintlaħaq l-iskop tal-impennji sabiex jiġi evitat il-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti.
It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-Artikolu 296 TFUE billi naqset li tisma’ lir-rikorrenti qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni kkontestata u billi naqset li tagħti motivazzjoni adegwata għad-deċiżjoni kkontestata.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 802/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 88)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/71 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-106/10)
2010/C 113/105
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10136 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mit-Taqsima Gwida tal-FAEGG, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.ES.06.0.PC.003 (Spanja — Leader+Aragón), u |
|
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tad-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni applikat korrezzjoni finanzjarja netta ta’ 2 % tal-fondi mitluba, fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati mill-awtoritajiet Spanjoli sal-4 ta’ Ġunju 2008. Dan jinvolvi tnaqqis tal-għajnuna mit-Taqsima Garanzija tal-FAEGG, għal EUR 652 674,70 tal-ispejjeż tal-programm imsemmi iktar ’il fuq, li kienet inizjalment ingħatat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2001) 2067, tal-31 ta’ Lulju 2001.
Ir-Renju ta’ Spanja jinvoka żewġ motivi li fil-fehma tiegħu jiġġustifikaw l-annullament tad-deċiżjoni.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur, minħabba applikazzjoni żbaljata, tal-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), sa fejn l-allegati irregolaritajiet li fuqhom hija mmotivata l-korrezzjoni finanzjarja imposta mill-Kummissjoni ma jikkostitwixxux, fil-verità, ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001 (2), peress li l-obbligu impost minn din id-dispożizzjoni, jiġifieri l-fatt li l-fajls dwar il-verifiki fuq il-post għandhom jinkudu dikjarazzjonijiet dwar ix-xogħol imwettaq, mhux bilfors jimplika li l-imsemmija fajls għandhom jinkludu lista tal-verifiki mwettqa, meta dawn jistgħu faċilment isiru magħrufa.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, applikat flimkien mal-linji gwida dwar il-prinċipji, il-kriterji u r-rati indikattivi li jistgħu jiġu applikati mid-dipartimenti tal-Kummissjoni sabiex jiġu stabbiliti l-korrezzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (3). L-ewwel nett, billi imponiet korrezzjoni ta’ 2 % tal-ispejjeż filwaqt li l-informazzjoni li l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew lill-Kummissjoni turi li r-riskju għall-Fond kien kunsiderevolment iżgħar minn din il-perċentwali. It-tieni nett billi estendiet l-perijodu kkonċernat mill-korrezzjoni, b’tali mod li minbarra l-ispejjeż iddikjarati sal-perijodu kkonċernat mill-verifika tal-Kummissjoni (17 ta’ Diċembru 2004) ġew inklużi wkoll dawk iddikjarati sad-data tal-laqgħa bilaterali (4 ta’ Ġunju 2008).
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol 1, p. 31).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 438/2001, tat-2 ta’ Marzu 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol 1, p. 132).
(3) Dokument C(2001) 476, tat-2 ta’ Marzu 2001.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/72 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2010 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-111/10)
2010/C 113/106
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: N. Mimoso Ruiz u P. Moura Pinheiro, avukati, L. Inez Fernandes, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
Fit-3 ta’ Marzu 2010, ir-Repubblika Portugiża ppreżentat rikors kontra l-Kummissjoni Ewropea, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2009) 10624, tal-21 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-Programm Operattiv “Immodernizzar tal-Qafas Ekonomiku” CCI: 1994PT161PO004 (ex-FEDER ref. 94.12.09.004), fil-parti li tikkonċerna l-finanzjament tal-Fundo de Investimento Imobilário Fechado Turístico (FIIT).
Motivi u argumenti prinċipali
Fond ta’ investiment fil-proprjetà — ikkostitwit mill-awtoritajiet fil-kuntest tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-qafas Komunitarju ta’ sostenn (QKS II) għall-interventi tal-fondi strutturali fir-reġjunijiet li jaqgħu taħt l-istatus ta’ Objettiv Nru 1, għall-perijodu inkluż bejn l-1 ta’ Jannar 1994 u l-31 ta’ Diċembru 1999 — huwa aġġustat għall-implementazzjoni tal-missjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR).
Ir-Regolament (KEE) Nru 4254/88, emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2083/93, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-intervent tal-FEŻR (1), jipprovdi li dan il-fond jipparteċipa fl-iżvilupp tal-potenzjal lokali tar-reġjunijiet permezz ta’ miżuri li jtejbu l-aċċess tal-impriżi żgħar u medji fis-suq tal-kapital. Bħal fil-każ tal-għoti ta’ garanziji u x-xiri ta’ holdings, liema attivitajiet jissemmew sempliċement bħala eżempju fir-Regolament (KEE) Nru 2083/93, fond ta’ investiment fil-proprjetà huwa miżura finanzjarja intiża sabiex tippromwovi u tiżviluppa n-negozju tal-impriżi żgħar u medji.
Il-FIIT tidher li hija partikolarment kompetenti għall-finanzjament ta’ impriżi żgħar u medji attivi fis-settur tat-turiżmu fil-Portugall, li ġeneralment għandhom fil-pussess tagħhom assi ta’ proprjetà ta’ ċertu daqs u li jsibu diffikultà sabiex ikollhom aċċess għas-sorsi ta’ finanzjament disponibbli fis-suq.
L-attività tal-FIIT matul il-perijodu inkwistjoni kkontribwixxiet sabiex tagħti sostenn lill-iżvilupp u l-immodernizzar tal-offerta turistika fil-Portugall, permezz ta’ operazzjonijiet ta’ xiri u l-kiri sussegwenti ta’ stabbilimenti turistiċi lil impriżi żgħar u medji.
L-attività tal-FIIT tirriżulta li hija strettament konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(94) 464, li approvat, fil-kuntest tal-QKS II, il-Programm Operattiv “Immodernizzar tal-Qafas Ekonomiku” u s-Subprogramm 4 “Turiżmu u Patrimonju Kulturali”. Din id-deċiżjoni kienet tipprovdi għall-ħolqien ta’ fond ta’ investiment turistiku, li l-prijoritajiet tiegħu jinkludu, b’mod partikolari, it-titjib fil-qagħda finanzjarja, l-immodernizzar, u r-ristrutturazzjoni tal-lukandi.
Il-Kummissjoni Ewropea baqgħet lura milli tħares id-drittijiet tad-difiża sa fejn kien biss fid-deċiżjoni kkontestata li qajmet il-kwistjoni dwar l-allegat nuqqas ta’ prova ta’ falliment tas-suq fil-finanzjament tal-impriżi żgħar u medji sostnuti mill-FIIT, u akkużat lill-awtoritajiet nazzjonali talli allegatament ma analizzawx b’mod adegwat il-vijabbiltà ekonomika ta’ dawn l-impriżi, u sempliċement iffinanzjat mill-ġdid il-passiv tagħhom.
Id-deċiżjoni kkontestata kisret il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi billi kkonkludiet li l-proġett tal-FIIT ma kienx eliġibbli għall-kofinanzjament tal-FEŻR peress li, matul il-perijodu tal-programm, l-aġir tal-Kummissjoni Ewropea kien tali li ħoloq il-konvinzjoni soda u leġittima fil-ħsieb tal-awtoritajiet Portugiżi li ma kinux se jitqajmu dubji dwar il-finanzjament tal-FIIT, tant li l-qafas legali Komunitarju, li fiż-żmien ikkonċernat ma kien bl-ebda mod inekwivoku fir-rigward tal-inammissibbiltà tiegħu, ma kienx jippermetti li jiġi stabbilit żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-legalità ta’ dan l-istrument finanzjarju.
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2083/93, tal-20 ta’ Lulju 1993, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 4254/88, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 193, 31.07.1993, p. 34)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/73 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2010 — Prionics vs Il-Kummissjoni u EFSA
(Kawża T-112/10)
2010/C 113/107
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Prionics AG (rappreżentanti: H. Janssen u M. Franz, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara null u bla effett is-“Scientific Opinion on Analytical sensitivity of approved TSE rapid tests” tal-EFSA u tal-Kummissjoni sa fejn din l-opinjoni ma tirrakkomdanax li fil-preżent, matul il-monitoraġġ tal-BSE, jintużaw tnejn mill-prodotti tar-rikorrenti, Prionicsâ-Check LIA u Prionicsâ-Check PrioSTRIP |
|
— |
tikkundanna lill-EFSA u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta l-opinjoni xjentifika tal-EFSA, tal-10 ta’ Diċembru 2009, dwar is-sensittività analitika tat-testijiet rapidi tal-Enċefalopatija Sponġiformi Trasmissibbli awtorizzati (iktar ’il quddiem l-“opinjoni tal-EFSA”). F’din l-opinjoni huwa rrakkomandat, inter alia, li tiġi evalwata mill-ġdid, billi jsiru l-esperimenti meħtieġa, is-sensittività analitika ta’ żewġ sistemi ta’ testijiet tar-rikorrenti fir-rigward tal-BSE (Prionics®-Check LIA u Prionics®-Check PrioSTRIP).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
Fl-ewwel motiv, ir-rikorrenti tallega ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba peress li l-konvenuti bbażaw ir-rakkomandazzjoni tagħhom fl-opinjoni tal-EFSA fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u fuq informazzjoni kunfliġġenti.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju li, fi proċedura li tista’ twassal għal miżura li tista’ tikkawża preġudizzju lill-persuna kkonċernata, id-difiża għandha dritt tinstema’. F’dan il-kuntest ir-rikorrenti tinvoka wkoll ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ dritt ta’ trattament ugwali u tal-protezzjoni taċ-ċertezza legali peress li l-EFSA, bi ksur tar-regolamenti amministrattivi ppubblikati tagħha stess, ma rrispettatx id-dritt tar-rikorrenti li tinstema’ qabel il-pubblikazzjoni tal-opinjoni tal-EFSA.
Fit-tielet motiv, ir-rikorrenti tallega ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ dritt ta’ trattament ugwali u tal-protezzjoni taċ-ċertezza legali peress li, fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kisret ir-regolamenti amministrattivi ppubblikati tagħha stess u ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar ir-rimedji disponibbli kontra din l-opinjoni.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega ksur tad-dritt fundamentali tal-libertà tagħha li twettaq attività ekonomika u tal-libertà ta’ intrapriża minħabba l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tal-EFSA mingħajr ma tqieset il-ħsara konsegwenti għar-rikorrenti.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/74 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-113/10)
2010/C 113/108
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez Cárcamo)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2009) 10678, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija favur il-programm operattiv “País Vasco”, li jaqa’ taħt l-Objettiv 2 (1997-1999), fi Spanja skont id-Deċiżjoni C(98) 121, tal-5 ta’ Frar 1998 — FEŻR Nru 97.11.09.007, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-kawża preżenti tirrigwarda d-Deċiżjoni C (98) 121, tal-5 ta’ Frar 1998, li permezz tagħha l-Kummissjoni tat għajnuna, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE), għall-programm operattiv fir-reġjun tal-País Vasco, li ġie integrat fil-Qafas Komunitarju ta’ Sostenn għall-interventi strutturali fir-reġjuni Spanjoli tal-Objettiv Nru 2, matul il-perijodu 1997-1999, għal ammont massimu, mill-FEŻR, ta’ EUR 291 862 367.
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża tgħid li fl-eżerċizzju tal-imsemmi pjan operattiv, kien hemm irregolaritajiet f’24 mis-37 il-proġett ivverifikat, u dan jaffettwa total ta’ 4 844 712 820 peseta u jimplika korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 27 794 540,77 .
Insostenn tat-talbiet tagħha r-rikorrenti tinvoka s-segwenti motivi:
|
— |
Ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988 (1), minħabba li uża, fid-deċiżjoni kkontestata, il-metodu ta’ estrapolazzjoni peress li dan l-artikolu ma jipprovdix il-possibbiltà li l-irregolaritajiet ivverifikati fil-kuntest ta’ azzjonijiet speċifiċi li jifformaw parti mill-globalità ta’ azzjonijiet inklużi fil-Programmi Operattivi ffinanzjati mill-FEŻR jiġu estrapolati. Il-korrezzjonijiet li l-Kummissjoni għamlet permezz tad-deċiżjoni kkontestata huma mingħajr bażi legali peress li l-linji gwida tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Ottubru 1997, dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji netti fil-kuntest tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 ma jistgħux, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Spanja vs Il-Kummissjoni, tas-6 ta’ April 2000 (2), jipproduċu effetti legali fil-konfront tal-Istati Membri, u peress li l-imsemmi Artikolu 24 jikkunsidra biss it-tnaqqis tal-għajnuna meta l-irregolarità tkun ikkonfermata minn eżami, u dan il-prinċipju huwa inkonsistenti mal-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet permezz ta’ estrapolazzjoni. |
|
— |
Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE (prinċipju ta’ kooperazzjoni leali), peress li l-korrezzjonijiet permezz ta’ estrapolazzjoni twettaq minkejja li ma kinitx irriżultat insuffiċjenza fi ħdan is-sistema ta’ amministrazzjoni, ta’ kontroll jew ta’ verifika relatata mal-kuntratti emendati, fid-dawl tal-fatt li l-korpi amministrattivi applikaw il-liġi Spanjola, li ma ġietx iddikjarata li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni Ewropea mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-osservanza tad-dritt nazzjonali min-naħa tal-awtoritajiet amministrattivi, anki meta dan jista’ jwassal sabiex il-Kummissjoni tikkonstata l-eżistenza ta’ irregolaritajiet jew ksur konkret tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, ma tistax isservi bħala bażi għal estrapolazzjoni minħabba l-ineffiċjenza tas-sistema ta’ amministrazzjoni, meta l-liġi li dawn il-korpi japplikaw ma ġietx iddikjarata bħala li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni Ewropea mill-Qorti tal-Ġustizzja u meta l-Kummissjoni ma tkunx sejħet lill-Istat Membru, skont l-Artikolu 258 TFUE, sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. |
|
— |
Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 minħabba n-nuqqas ta’ rappreżentattività tal-kampjun użat għall-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja permezz ta’ estrapolazzjoni. F’dan ir-rigward ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-Kummissjoni fasslet il-kampjun għall-applikazzjoni tal-estrapolazzjoni abbażi ta’ numru limitat ħafna ta’ proġetti (37 minn 3 348), mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-linji kollha tal-programm operattiv, inklużi l-ispejjeż li kienu ġew preċedentement irtirati mill-awtoritajiet Spanjoli, billi bdiet mill-ispiża ddikjarata u mhux mill-għajnuna mogħtija u billi użat programm informatiku li kellu livell ta’ affidabbiltà ta’ inqas minn 85 %. Għalhekk, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-kampjun ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ rappreżentattività neċessarji sabiex ikun jista’ jservi bħala bażi għal estrapolazzjoni. |
|
— |
Ir-Renju ta’ Spanja jsostni, fl-aħħar nett, li l-komunikazzjoni lill-awtoritajiet Spanjoli tal-eżistenza ta’ irregolaritajiet (li seħħet f’Awwissu 2005, fir-rigward ta’ irregolaritajiet li twettqu, fil-parti l-kbira tal-każijiet, fis-snin 1998 u 1999), għandha tagħti lok għall-preskrizzjoni tal-imsemmija irregolaritajiet minħabba t-terminu ta’ 4 snin previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 (3). |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Fondi Strutturali differenti, minn naħa waħda, bejniethom u mal-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji l-oħrajn li jeżistu, minn naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1)
(2) Kawża C-443/97, Ġabra p. I-2415
(3) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠUEdizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340)
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/75 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2010 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-115/10)
2010/C 113/109
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski, li qed jaġixxi bħala aġent, assistit minn D. Wyatt, QC u M. Wood, Barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/45/UE, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (1), it-tielet lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (2), sa fejn telenka s-sit ta’ importanza Komunitarja tal-Estrecho Oriental, identifikat bil-kodiċi ES6120032, |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jikkontesta l-validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/45/UE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10406) sa fejn telenka s-sit ta’ importanza Komunitajra tal-Estrecho Oriental, u jitlob l-annullament tal-elenkar tas-sit ta’ importanza Komunitarja tal-Estrecho Oriental.
Insostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent iressaq il-motivi li ġejjin.
Fl-ewwel lok, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata kienet adottata bi ksur tad-Direttiva 92/43/KEE, inkwantu l-elenkar tas-sit Spanjol ta’ importanza Komunitarja tal-Estrecho Oriental kien inkompatibbli magħha press li:
|
— |
żona sostanzjali minn dan is-sit tinsab fl-Ibħra Territorjali Britanniċi ta’ Ġibiltà (ITBĠ), li jaqgħu taħt il-kontroll effettiv tar-Renju Unit u mhux ta’ Spanja, u |
|
— |
huwa jikkoinċidi kompletament mas-sit ta’ importanza Komunitarja tas-“Southern Waters of Gibraltar” (Baħar tan-Nofsinhar ta’ Ġibiltà) tar-Renju Unit eżistenti. |
Fit-tieni lok, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata kienet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, inkwantu l-elenkar tas-sit ta’ importanza Komunitarja tal-Estrecho Oriental huwa intiż sabiex jimponi obbligi fuq Spanja taħt id-Direttiva 92/43/KEE rigward żona li tinsab ġewwa sit ta’ importanza Komunitarja eżistenti, li fir-rigward tiegħu, il-Gvern ta’ Ġibiltà huwa diġà suġġett għal obbligi identiċi taħt dik id-Direttiva. L-effett huwa li jikkwalifika jew jikkontesta l-awtorità tal-Gvern ta’ Ġibiltà li jimplementa d-Direttiva fis-sit ta’ importanza Komunitarja tal-Ibħra tan-Nofsinhar ta’ Ġibiltà u li tiġi nfurzata l-liġi ta’ Ġiblità fl-ITBĠ, filwaqt li tinħoloq inċertezza legali għall-Gvern ta’ Ġibiltà u għaċ-ċittadini tal-UE.
Fit-tielet lok, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata kienet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, inkwantu l-enenkar tas-sit Spanjol ta’ importanza Komunitarja tal-Estrecho Oriental sabiex jinkludi s-sit ta’ importanza Komunitarja tal-Ibħra tan-Nofsinhar ta’ Ġibiltà tar-Renju Unit kollu u żoni oħra tal-ITBĠ, la huwa xieraq u lanqas meħtieġ, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali tad-Direttiva 92/43/KEE.
Fl-aħħar lok, ir-rikorrent isostni li l-elenkar ikkontestat tas-sit ta’ importanza Komunitarja tal-Estrecho Oriental għandu jiġi annullat fl-intier tiegħu, peress li annullament parzjali tal-elenkar jkollu l-effet li jbiddel is-sustanza tiegħu u jkun jeħtieġ emenda tal-elenkar mill-Qorti tal-Ġustizzja, u li jiġi kkalkolat mill-ġdid il-punt ċentrali tas-sit ta’ importanza Komunitarja, u ż-żona tiegħu, flimkien ma’ evalwazzjoni ambjentali tal-parti li tibqa mis-sit, jekk hijiex eleġibbli li tikkwalifika bħala sit ta’ importanza Komunitarja.
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102)
(2) ĠU L 30, p. 322
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/76 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2010 — Acron vs Il-Kunsill
(Kawża T-118/10)
2010/C 113/110
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Acron OAO (rappreżentant: B. Evitmov, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1251/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1911/2006 (1), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem motiv għal annullament uniku, li jinqasam fi tliet partijiet.
Ir-rikorrenti ssostni li l-istituzzjonijiet Ewropej kisru l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament Bażiku, l-Artikolu 11(9) tar-Regolament Bażiku (2) moqri flimkien mal-Artikolu 2 tar-Regolament Bażiku, u wettqu sensiela ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, li b’konsegwenza tagħhom huma stabbilixxew, għar-rikorrenti, valur normali maħdum artifiċjalment għoli, u b’hekk ikkonkludew b’mod inġustifikat li kien jeżisti dumping.
Permezz tal-ewwel parti, ir-rikorrenti tikkontesta l-bażi loġika wara l-aġġustament tal-prezz tal-gass. B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti ssostni li l-istituzzjonijiet wettqu żball ta’ liġi u kisru l-Artikolu 2(3) u (5) tar-Regolament Bażiku, billi injoraw parti kbira mill-ispejjeż ta’ produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini u/jew billi applikaw de facto metodoloġija li ma tikkorrispondix għal ekonomija tas-suq sabiex jistabbilixxu l-parti l-kbira tal-valur normali tar-rikorrenti.
Permezz tat-tieni parti, ir-rikorrenti tikkontesta l-metodu użat għall-aġġustament tal-prezz tal-gass. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, wara li ddeċidiet li tipproċedi bl-aġġustament tal-prezz tal-gass, kisret it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Bażiku u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u ma mmotivatx biżżejjed il-pożizzjoni tagħha, meta aġġustat il-prezz tal-gass abbażi tal-prezz tal-gass Russu f’Waidhaus (il-Ġermanja), billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni kartell ta’ qsim tas-swieq penalizzat fir-rigward tal-gass Russu importat permezz taċ-ċentru Waidhaus, u meta ma naqsitx it-30 % tad-dazju fuq l-esportazzjoni Russu għal gass Russu, filwaqt li wettqet aġġustament sabiex jiġu riflessi l-ispejjeż ta’ distribuzzjoni lokali.
Fit-tielet parti, ir-rikorrenti tikkontesta d-determinazzjoni tal-marġni ta’ profitt użat sabiex jinħadem il-valur normali. Ir-rikorrenti ssostni li l-marġni ta’ profitt stabbilit mill-istituzzjonijiet u miżjud mal-ispejjeż ta’ manifattura sabiex jiġi maħdum, fid-dawl tar-regolament ikkontestat, il-valur normali għar-rikorrenti, jikser l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament Bażiku, huwa manifestament irraġonevoli u huwa vvizzjat minn żball manifest ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, il-marġni ta’ profitt stabbilit b’dan il-mod huwa differenti b’mod sostanzjali mill-profitt u mill-metodu biex jinħadem il-valur normali li kienu ntużaw fl-investigazzjoni inizjali li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju inkwistjoni, bi ksur tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament Bażiku.
(1) Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1251/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw, inter alia, mir-Russja (ĠU L 338, p. 5).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/77 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2010 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-119/10)
2010/C 113/111
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, Y. de Vries u J. Langer, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009)10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Inondation Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008). |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iressaq seba’ motivi:
|
— |
ksur tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 4253/88 (1) minħabba li t-tnaqqis finanzjarju ġie ddeterminat fuq il-bażi ta’ estrapolazzjoni minkejja li din id-dispożizzjoni ma tipprovdi ebda bażi sabiex isir dan; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 24(2) u (3) tar-Regolament Nru 4253/88 minħabba li ġie impost tnaqqis finanzjarju b’rata fissa minkejja li din id-dispożizzjoni ma tipprovdi ebda bażi sabiex isir dan; |
|
— |
ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba li ġew imposti obbligi fuq Stat Membru billi sar riferiment għal ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienet sussegwenti għall-impożizzjoni ta’ dawn l-obbligi, obbligi li, fil-mument meta ġew imposti, ma kinux ċari, preċiżi u prevedibbli għall-Istati Membri; |
|
— |
ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-impożizzjoni ta’ tnaqqis finanzjarju ta’ 25 % tan-nefqa ddikjarata fir-rigward ta’ kuntratti li fil-kuntest tagħhom kien hemm nuqqas ta’ konformità ma’ prinċipji ġenerali bħalma huma l-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali; |
|
— |
ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-impożizzjoni ta’ tnaqqis finanzjarju ta’ 100 % tan-nefqa ddikjarata fir-rigward ta’ kuntratti li jaqbżu l-valuri limiti tad-Direttiva 93/37/KEE (2), tad-Direttiva 93/36/KEE (3) jew tad-Direttiva 92/50/KEE (4), u li ngħataw mingħajr kompetizzjoni; |
|
— |
ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni minħabba li ma ġiex spjegat kif kienet iddeterminata l-portata tat-tnaqqis b’rata fissa; |
|
— |
ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni minħabba l-impożizzjoni ta’ tnaqqis għal proġetti speċifiċi mingħajr ma ngħataw raġunijiet suffiċjenti. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88 fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Fondi Strutturali differenti, minn naħa waħda, bejniethom u mal-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji l-oħrajn li jeżistu, minn naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1).
(2) Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163).
(3) Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 110).
(4) Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322).
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/78 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Marzu 2010 — gardeur vs UASI — Blue Rose (g)
(Kawża T-310/07) (1)
2010/C 113/112
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/78 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Marzu 2010 — Aldi vs — Catalana de Telecomunicacions Societat Operadora de Xarxes (ALDI)
(Kawża T-298/08) (1)
2010/C 113/113
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/78 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni vs Domótica
(Kawża T-552/08) (1)
2010/C 113/114
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/78 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2010 — TerreStar Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-196/09) (1)
2010/C 113/115
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/79 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2010 — AC vs Il-Kunsill
(Kawża F-9/10)
2010/C 113/116
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AC (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodriguez u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AD13 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009, kif ukoll il-kundanna tal-konvenut li jikkumpensa d-dannu morali subit mir-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AD13 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009, hekk kif tirriżulta mill-Avviż lill-Persunal Nru 94/09 tas-27 ta’ April 2009; |
|
— |
tannulla, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut sabiex iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 5 000 bħala kumpens għad-dannu morali subit; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/79 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2010 — Kerstens vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-12/10)
2010/C 113/117
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni dixxiplinari permezz ta’ twissija bil-miktub.
It-talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-23 ta’ April 2009, li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni dixxiplinari permezz ta’ twissija bil-miktub; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |