ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.110.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 110

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
29 ta' April 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 110/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5763 – Dassault Systemes/IBM DS PLM Software business) ( 1 )

1

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 110/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2010 li taħtar il-membri u l-membri supplenti Taljani tal- Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 110/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 110/04

Sejħa għal proposti 2010 – Proġett pilota dwar l-iżvilupp tal-attivitajiet ta' prevenzjoni sabiex titwaqqaf id-deżertifikazzjoni fl-Ewropa

4

 

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

2010/C 110/05

Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 110/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5796 – Eni/Mobil Oil Austria) ( 1 )

6

2010/C 110/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5874 – Barclays/Blackstone/Portfolio Hotels) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

7

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5763 – Dassault Systemes/IBM DS PLM Software business)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 110/01

Fid-29 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5763. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ April 2010

li taħtar il-membri u l-membri supplenti Taljani tal- Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

2010/C 110/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/C 218/01 tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

fid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2010 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2010 sat-28 ta’ Frar 2013, ħlief għal ċerti membri u membri supplenti, inklużi l-membri u membri supplenti Taljani għall-kategoriji tal-gvern, għaqdiet tal-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem;

(2)

il-Gvern Taljan ippropona l-kandidati għall-positijiet vakanti,

IDDEĊIEDA LI:

Artikolu uniku

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta’ Frar 2013:

I.   Rappreżentanti tal-gvern

Membri

Membri Supplenti

Is-Sur Giuseppe Umberto MASTROPIETRO

Is-Sur Lorenzo FANTINI

Is-Sur Mauro FRANCIOSI


II.   Rappreżentanti tal-għaqdiet tal-ħaddiema

Membri

Membri Supplenti

Is-Sinjura Gabriella GALLI

Is-Sur Sebastiano CALLERI

Is-Sinjura Cinzia FRASCHERI


III.   Rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem

Membri

Membri Supplenti

Is-Sinjura Fabiola LEUZZI

Is-Sur Giorgio RUSSOMANNO

Is-Sur Pier Paolo MASCIOCCHI

Magħmul fi-Lussemburgu, id-19 ta’ April 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 45, 22.2.2010, p. 5.


Il-Kummissjoni Ewropea

29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ April 2010

2010/C 110/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3245

JPY

Yen Ġappuniż

124,48

DKK

Krona Daniża

7,4423

GBP

Lira Sterlina

0,87080

SEK

Krona Żvediża

9,6258

CHF

Frank Żvizzeru

1,4341

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8750

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,570

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

269,90

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7080

PLN

Zloty Pollakk

3,9315

RON

Leu Rumen

4,1370

TRY

Lira Turka

1,9860

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4343

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3402

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2883

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8475

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,8198

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 481,87

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8907

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,0401

HRK

Kuna Kroata

7,2510

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 979,43

MYR

Ringgit Malażjan

4,2616

PHP

Peso Filippin

59,338

RUB

Rouble Russu

38,8205

THB

Baht Tajlandiż

42,841

BRL

Real Brażiljan

2,3308

MXN

Peso Messikan

16,3284

INR

Rupi Indjan

59,1320


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Opinjonijiet

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/4


Sejħa għal proposti 2010 – Proġett pilota dwar l-iżvilupp tal-attivitajiet ta' prevenzjoni sabiex titwaqqaf id-deżertifikazzjoni fl-Ewropa

2010/C 110/04

1.

L-Unità għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Ilma fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea, qiegħda tniedi Sejħa għal Proposti bil-għan li jiġu identifikati 3 sa 5 proġetti eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju, li jħeġġu l-azzjoni rigward id-deżertifikazzjoni u n-nixfiet fil-baċiri tax-xmajjar fuq bażi sperimentali, u li jikkontribwixxu għall-iskambju tal-aqwa prattiki fuq il-livell lokali fir-rigward ta' erba′ kwistjonijiet, bħalma huma l-konservazzjoni tal-ilma tax-xita u l-ilma tal-wiċċ, forom alternattivi ta' tisqija, miżuri għall-iffrankar tal-ilma/effiċjenza tal-ilma u għelejjel li jikkunsmaw inqas ilma. Il-proġetti pilota huma proġetti ta' wiri maħsuba biex jittestjaw teknoloġiji, tekniki jew prattiki ddiżinjati speċifikament. Se jkollhom juru l-potenzjal għall-iffrankar tal-ilma għat-titjib tal-kundizzjonijiet umani u ambjentali f'reġjuni differenti tal-Unjoni Ewropea, bl-użu ta' approċċi b'kostijiet baxxi.

2.

Il-kriterji għall-eliġibbiltà, ir-reġjuni ta' prijorità, is-setturi ekonomiċi kkonċernati, it-tul taż-żmien kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-finanzjament huma stipulati fil-Gwida tal-Applikazzjoni għall-Għotja rilevanti li fiha wkoll struzzjonijiet dettaljati dwar fejn u meta għandha titressaq proposta. Il-gwida, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni rilevanti għall-għotja jistgħu jitniżżlu mill-websajt Europa:

http://ec.europa.eu/environment/funding/grants_en.htm

3.

Il-proposti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fil-Gwida dwar l-Applikazzjoni għall-Għotja sat-30 Ġunju 2010. Il-proposti għandhom jitwasslu bil-posta jew bil-courier privat mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010 (l-evidenza għandha tkun id-data ta' meta ntbagħtet, il-marka tal-posta jew id-data tal-formola tad-depożitu). Jistgħu wkoll jitwasslu personalment fl-indirizz speċifiku indikat fil-Gwida mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010 fil-17.00 (l-evidenza għandha tkun il-konferma tal-irċevuta ddatata u ffirmata mill-uffiċjal responsabbli).

Mhumiex se jiġu aċċettati l-proposti mibgħuta bil-feks, bil-posta elettronika, applikazzjonijiet mhux kompluti, applikazzjonijiet mibgħuta f’diversi partijiet, kif ukoll applikazzjoni mibgħuta wara d-data tal-għeluq għat-tressiq.

4.

Il-proċedura għall-allokazzjoni tal-għotjiet hija skedata kif ġej:

il-wasla, ir-reġistrazzjoni tal-wasla u l-konferma tal-wasla min-naħa tal-Kummissjoni;

valutazzjoni tal-proposti mill-Kummissjoni;

id-deċiżjoni dwar l-għotja u n-notifika tar-riżultat lill-applikanti.

Il-benefiċjarji se jintgħażlu abbażi tal-kriterji stipulati fil-gwida u fil-limiti tal-baġit disponibbli.

Fil-każ ta’ approvazzjoni mill-Kummissjoni, għandu jiġi konkluż ftehim dwar l-għotja (imħejji f'Euro) bejn il-Kummissjoni u l-parti li tkun ressqet il-proposta.

Il-proċedura hija strettament kunfidenzjali.


L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/5


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

2010/C 110/05

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza dawn il-kompetizzjonijiet ġenerali:

EPSO/AD/178/10 – Kariga ta' Bibljotekarju/Xjenza tal-Informazzjoni

EPSO/AD/179/10 – Awdjoviżiv

EPSO/AD/180/10 – Sigurtà tas-sistemi ta' Informazzjoni (INFOSEC)

EPSO/AD/181/10 – Liġi tal-kompetizzjoni

EPSO/AD/182/10 – Ekonomija tal-industrija

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat fi 23 lingwa f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 110 A tad-29 ta’ April 2010.

Għal iktar informazzjoni kkonsulta s-sit tal-EPSO http://eu-careers.eu


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5796 – Eni/Mobil Oil Austria)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 110/06

1.

Fl-20 ta’ April 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Agib Austria GmbH (“Agip Austria”, l-Awstrija) li hija kompletament ikkontrollata minn Eni S.p.A. (“ENI”, l-Italja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Mobil Oil Austria GmbH (“Mobil Oil Austria”, l-Awstrija), li hija kollha kemm hi proprjetà ta' ExxonMobil Central Europe Holding GmbH (“EMCEH”, il-Ġermanja), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal ENI: esplorazzjoni u produzzjoni ta' gass naturali, forniment ta' gass naturali, trażmissjoni, ħażna, distribuzzjoni u kummerċ, esplorazzjoni u produzzjoni taż-żejt,

għal Mobil Oil Austria: kummerċjalizzazzjoni, forniment u distribuzzjoni ta' prodotti taż-żejt raffinat.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5796 – Eni/Mobil Oil Austria, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5874 – Barclays/Blackstone/Portfolio Hotels)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 110/07

1.

Fl-21 ta’ April 2010, il-Kumissjoni rċiviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriżi Barclays Bank PLC (“Barclays”, ir-Renju Unit) u Hilton Hotels Corporation (“Hilton”, ir-Renju Unit), li huma kkontrollati mill-Blackstone Group (“Blackstone”, “L-Istati Uniti tal-Amerika”) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-grupp ta' tmien (8) lukandi Ewropej (the Portfolio Hotels), li fil-preżent huma konġuntament ikkontrollati minn Morgan Stanley Real Estate Fund VI International-T, L.P. (“MSRF”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u minn Hilton, permezz ta' taħlit ta' xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Barclays: impriża li tipprovdi servizzi finanzjarji globali impenjata f'attivitajiet bankarji għall-klijenti ġenerali u attivitajiet bankarji kummerċjali, karti ta' kreditu, investiment bankarju, ġestjoni tal-ġid u servizzi ta' ġestjoni tal-investiment,

għal Blackstone: ġestjoni globali alternattiva tal-assi u l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza finanzjarja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5874 – Barclays/Blackstone/Portfolio Hotels, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).