ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.107.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 107/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5728 – Credit Agricole/Société Générale Asset Management) ( 1 ) |
|
|
V Opinjonijiet |
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 107/06 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 107/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5843 – Eli Lilly/Certain Animal Health Assets of Pfizer) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2010/C 107/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5811 – Erste Bank/ASK) ( 1 ) |
|
2010/C 107/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5786 – Française des Jeux/Groupe Lucien Barrière/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kunsill |
|
2010/C 107/10 |
||
2010/C 107/11 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 107/12 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
(2) Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera |
MT |
|
II Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5728 – Credit Agricole/Société Générale Asset Management)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 107/01
Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5728. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Avviżi
AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-26 ta’ April 2010
2010/C 107/02
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3321 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
125,46 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4420 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86240 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,5680 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,4341 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8505 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,430 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
263,42 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7077 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,8788 |
RON |
Leu Rumen |
4,1178 |
TRY |
Lira Turka |
1,9667 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4336 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3310 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,3421 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,8417 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,8220 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 470,83 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,8016 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,0937 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,2575 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 000,70 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,2407 |
PHP |
Peso Filippin |
58,918 |
RUB |
Rouble Russu |
38,7700 |
THB |
Baht Tajlandiż |
42,940 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,3254 |
MXN |
Peso Messikan |
16,1730 |
INR |
Rupi Indjan |
59,1390 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/3 |
IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI
DEĊIŻJONI Nru H4
tat-22 ta’ Diċembru 2009
dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta' ħidma tal-Bord ta’ Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)
2010/C 107/03
IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li permezz tiegħu l-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-fatturi li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni għat-tfassil tal-kontijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri skont dan ir-Regolament u biex tadotta l-kontijiet annwali bejn dawk l-istituzzjonijiet, ibbażati fuq ir-rapport tal-Bord ta’ Verifika msemmi fl-Artikolu 74;
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li permezz tiegħu l-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiddetermina l-kompożizzjoni u l-metodi ta' ħidma tal-Bord ta’ Verifika, li għandu jagħti rapporti u opinjoni motivata għal deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni Amministrattiva skont l-Artikolu 72(g);
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Il-Bord ta’ Verifika previst fl-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali huwa marbut mal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali.
2. Meta jwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif stabbiliti fl-Artikolu 74 minn (a) sa (f) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-Bord ta’ Verifika għandu jopera skont l-awtorità tal-Kummissjoni Amministrattiva, li minnha għandu jirċievi d-direttivi. Fi ħdan dan il-qafas, il-Bord ta’ Verifika għandu jippreżenta programm fit-tul ta' xogħol lill-Kummissjoni Amministrattiva għall-approvazzjoni.
Artikolu 2
1. Il-Bord ta’ Verifika għandu, bħala prinċipju, jasal għad-deċiżjonijiet tiegħu abbażi tal-evidenza dokumentata. Dan jista’ jitlob mill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe tagħrif jew tweġibiet meqjusa meħtieġa fl-investigazzjoni tal-kwistjonijiet ippreżentati għall-eżami tiegħu. Fejn meħtieġ, fuq approvazzjoni minn qabel tal-President tal-Kummissjoni Amministrattiva, il-Bord ta’ Verifika jista’ jiddelega membru tas-Segretarjat jew ċerti membri tal-Bord ta’ Verifika biex iwettqu, fuq il-post, kull investigazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta’ ħidmietu. Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva għandu jinnotifika r-rappreżentant tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat li din l-investigazzjoni qed isseħħ.
2. Il-Bord ta’ Verifika għandu jiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet f'każijiet fejn it-twettiq ma jkunx jista’ jintlaħaq fil-perjodu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2). It-talba motivata għall-opinjoni tal-Bord ta’ Verifika dwar tilwima skont l-Artikolu 67 (7) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandha tiġi riferita lill-Bord ta’ Verifika minn waħda mill-partijiet mhux anqas minn 25 jum ta’ xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa.
3. Il-Bord ta’ Verifika jista’ jwaqqaf Panel ta’ Konċiljazzjoni biex jassisti l-ħidma tiegħu meta jkun qed jittratta t-talba motivata għall-opinjoni tal-Bord ta’ Verifika, sottomessa minn waħda mill-partijiet, skont il-punt 2 ta' dan l-Artikolu.
Id-dettalji tal-kompożizzjoni, it-tul ta' żmien, il-kompiti, il-metodi ta' ħidma kif ukoll is-sistema tal-Presidenza tal-Panel ta' Konċiljazzjoni għandhom ikunu inklużi f'mandat li dwaru tkun ittieħdet deċiżjoni mill-Bord ta’ Verifika.
Artikolu 3
1. Il-Bord ta’ Verifika għandu jkun magħmul minn żewġ rappreżentanti minn kull wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea maħtura mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawn l-Istati.
Kull membru tal-Bord ta’ Verifika li ma jkunx jista’ jattendi jista’ jiġi ssostitwit minn deputat maħtur għal dan il-għan mill-awtoritajiet kompetenti.
2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew is-sostitut tiegħu fuq il-Kummissjoni Amministrattiva għandu jaġixxi f’kapaċità konsultattiva fi ħdan il-Bord ta’ Verifika.
3. Il-Bord ta’ Verifika għandu jkun mgħejjun minn espert indipendenti jew minn tim ta’ esperti b’taħriġ professjonali u b’esperjenza f’affarijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet tal-Bord ta’ Verifika, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħidmiet tiegħu skont l-Artikoli 64, 65 u 69 tar-Regolament 987/2009.
Artikolu 4
1. Il-kariga ta’ President tal-Bord ta’ Verifika għandha tkun f’idejn membru mill-Istat Membru li r-rappreżentant tiegħu fuq il-Kummissjoni Amministrattiva jkollu l-kariga ta’ President ta’ din il-Kummissjoni.
2. Il-President tal-Bord ta’ Verifika jista', flimkien mas-Segretarjat, jieħu l-passi kollha meħtieġa biex isolvi mingħajr dewmien il-problemi kollha fi ħdan il-kompetenza tal-Bord ta’ Verifika.
3. Bħala regola, il-President tal-Bord ta’ Verifika għandu jippresiedi l-laqgħat tal-partijiet ta’ ħidma stabbiliti biex jeżaminaw problemi li huma fil-kompetenza tal-Bord ta’ Verifika; jekk, iżda, ma jkunx/tkunx f'qagħda li jagħmel/tagħmel dan jew jekk qed jiġu eżaminati ċerti problemi speċifiċi, il-President jista' jkun irrappreżentat minn persuna oħra maħtura minnu/minnha.
Artikolu 5
1. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi, kull Stat Membru b’vot wieħed biss.
L-opinjonijiet tal-Bord ta’ Verifika għandhom jindikaw jekk intlaħqux b’mod unanimu jew b’maġġoranza. Għandhom, fejn xieraq, jippreżentaw il-konklużjonijiet jew ir-riżervi tal-minoranza.
Kull darba li opinjoni ma tintlaħaqx b’mod unanimu, il-Bord ta’ Verifika għandu jissottomettiha lill-Kummissjoni Amministrattiva flimkien ma’ rapport li jkun fih b’mod partikolari dikjarazzjoni ta’ u r-raġunijiet għall-fehmiet opposti.
Għandu wkoll jaħtar relatur responsabbli milli jipprovdi lill-Kummissjoni Amministrattiva bit-tagħrif kollu li din tal-aħħar tqis xieraq sabiex tkun tista’ ssib soluzzjoni għat-tilwima kkonċernata.
Ir-relatur m’għandux jintgħazel mir-rappreżentanti tal-pajjiżi involuti fit-tilwima.
2. Il-Bord ta’ Verifika jista' jiddeċiedi li jadotta deċiżjonijiet u opinjonijiet motivati bl-użu ta' proċedura bil-miktub jekk dwar din il-proċedura jkun intlaħaq ftehim f'laqgħa preċedenti tal-Bord ta’ Verifika.
Għal dan il-għan il-President għandu jikkomunika t-test li għandu jiġi adottat lill-membri tal-Bord ta’ Verifika. Il-Membri għandhom jingħataw limitu ta' żmien stabbilit ta' mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol li fihom il-Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistqarru li ma jaqblux mat-test propost jew li jastjenu mill-votazzjoni. Nuqqas ta' tweġiba fil-limitu ta' żmien fiss titqies bħala vot fl-affermattiv.
Il-President jista' wkoll jiddeċiedi li jniedi proċedura bil-miktub f'każ li ma jkun intlaħaq ebda ftehim minn qabel f'laqgħa tal-Bord ta’ Verifika. F'każ bħal dan, ftehim bil-miktub biss dwar it-test propost għandu jgħodd bħala vot affermattiv u għandu jingħata l-limitu ta' żmien fiss ta' mill-inqas 15-il jum tax-xogħol.
Il-President, wara li jiskadi l-limitu ta' żmien, għandu jinforma lill-membri dwar ir-riżultat tal-vot. Deċiżjoni li tkun irċeviet l-għadd meħtieġ ta' voti favur tiġi meqjusa li tkun ġiet adottata fl-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-membri jkunu ntalbu jirrispondu.
3. Jekk membru tal-Bord ta’ Verifika jipproponi matul il-proċedura bil-miktub li t-test jiġi emendat, il-President jagħżel bejn li:
(a) |
jerġa' jibda mill-ġdid il-proċedura bil-miktub billi jikkomunika l-emenda proposta lill-membri skont il-proċedura fil-paragrafu 2, jew |
(b) |
iħassar il-proċedura bil-miktub biex il-kwistjoni terġa' tiġi diskussa fil-laqgħa li jmiss, |
skont liema proċedura l-President iqis xierqa għall-kwistjoni kkonċernata.
4. Jekk membru tal-Bord ta’ Verifika, qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien mogħti għar-risposti, jitlob li t-test propost jiġi eżaminat f'laqgħa mal-Bord ta’ Verifika, il-proċedura bil-miktub titħassar.
Il-kwistjoni mbagħad tiġi eżaminata fil-laqgħa tal-Bord ta’ Verifika li jkun imiss.
Artikolu 6
Il-Bord ta’ Verifika jista' jwaqqaf gruppi ad-hoc komposti minn numru limitat ta' persuni sabiex dawn il-gruppi jħejju u jressqu għall-adozzjoni tal-Bord ta’ Verifika proposti fuq temi speċifiċi.
Għal kull grupp ad-hoc, il-Bord ta’ Verifika għandu jiddeċiedi min għandu jkun ir-relautur, ix-xogħlijet li jridu jitwettqu, u l-limitu ta' żmien li fih il-grupp ikun irid iressaq ir-riżultati ta' ħidmietu lill-Bord ta’ Verifika. Dawn għandhom ikunu stabbiliti fil-mandat bil-miktub kif deċiż mill-Bord ta’ Verifika.
Artikolu 7
1. Is-Segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva għandu jħejji u jorganizza l-laqgħat tal-Bord ta’ Verifika u jniżżel il-minuti tagħhom. Għandu jwettaq ix-xogħol meħtieġ għat-tħaddim tal-Bord ta’ Verifika. L-aġenda, id-data u t-tul tal-laqgħat tal-Bord ta' Verifika għandhom jiġu miftiehma mal-President.
2. L-aġenda għandha tintbagħat mis-Segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva lill-membri tal-Bord ta’ Verifika u lill-membri tal-Kummissjoni Amministrattiva mhux anqas minn 15-il jum qabel il-bidu ta’ kull laqgħa. Id-dokumenti relatati mal-punti fuq l-aġenda għandhom ikunu disponibbli mill-inqas għaxart(10) ijiem ta’ xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. Dan ma japplikax għal dokumenti li jipprovdu tagħrif ġenerali li ma hemmx bżonn li jiġi approvat.
3. Noti dwar il-laqgħa li jkun imiss tal-Bord ta’ Verifika għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva mill-inqas 20 jum ta' xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. Dan ma japplikax għal dokumenti li jipprovdu tagħrif ġenerali li ma hemmx bżonn li jiġu approvati.
Noti li jkun fihom l-input għad-Dikjarazzjoni tal-kontijiet annwali stipulata fl-Artikolu 69 (1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom isegwu l-format u jkunu jinkludu d-dettalji speċifikati mill-espert indipendenti jew mit-tim ta' esperti msemmija fl-Artikolu 3 (3) ta' din id-Deċiżjoni. Kull delegazzjoni għandha tibgħat din in-nota lis-Segretarjat sal-31 ta' Lulju tas-sena ta’ wara dik is-sena inkwistjoni.
Artikolu 8
Sa fejn huwa meħtieġ, ir-regoli tal-Kummissjoni Amministrattiva għandhom japplikaw għall-Bord ta’ Verifika.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva
Lena MALMBERG
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/6 |
DEĊIŻJONI Nru S6
tat-22 ta’ Diċembru 2009
dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta' residenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u l-kumpilazzoni tal-inventarji previsti fl-Artikolu 64 (4) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)
2010/C 107/04
IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li bih hija marbuta li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi u l-mistoqsijiet ta' interpretazzjoni kollha li joħorġu mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2),
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 imsemmi hawn fuq,
Wara li kkunsidrat l-Artikoli 24, 64(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u l-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,
Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71 (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Ir-regoli għar-reġistrazzoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni”) u għaż-żamma ta' inventarju previsti fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom ikunu kif ġej:
I. Ir-Reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni
1. |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzoni, għandha tiġi stabbilita l-proċedura li ġejja. Meta mitluba mill-persuna kkonċernata, l-istituzzjoni kompetenti għandha tibgħat dokument rilevanti skont l-Artikoli 17, 22, 24, 25 jew 26 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament Bażiku”) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (minn hawn 'il quddiem “id-dokument tal-intitolament”) lill-persuna kkonċernata, li għandha tissottometti dan id-dokument lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tagħha meta tirreġistra għall-għoti ta' benefiċċji in natura. Meta mitluba mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, l-istituzzjoni kompetenti għandha tibgħat dokument tal-intitolament lil dik l-istituzzjoni. L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza bi kwalunkwe bidla jew kanċellazzjoni tad-dokument tal-intitolament. L-istituzzjoni li qed tirċievi għandha jew tikkonferma, inkella tikkontesta dik il-bidla jew kanċellazzjoni lill-istituzzjoni li qed tibgħat. L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha tinforma lill-istituzzjoni kompetenti b’kull reġistrazzjoni tal-persuna kkonċernata kif ukoll bi kwalunkwe bidla jew kanċellazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni. L-informazzjoni għandha tingħata hekk kif l-informazzjoni li hija essenzjali għal dan il-għan tkun disponibbli għall-istituzzjoni tal-post ta' residenza. L-istituzzjoni li qed tirċievi għandha jew tikkonferma, inkella tikkontesta dik il-bidla jew kanċellazzjoni lill-istituzzjoni li qed tibgħat. |
2. |
Id-data li b'effett minnha l-ispiża tal-benefiċċji in natura għandha tkun rimborsabbli skont l-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament Bażiku u l-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament ta’ Implimentazzoni hija:
Jekk il-membri tal-familja ta' persuna assikurata, il-pensjonant(a) jew xi ħadd mill-membri tal-familja tagħha xorta waħda għadhom intitolati li jirċievu l-benefiċċji, b'konnessjoni mat-twettiq ta' attività professjonali jew li rċevew introjtu ta’ sostituzzjoni, skont il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta' residenza tagħhom jew ta' Stat Membru ieħor, fuq bażi ta' prijorità, b'konformità mar-Regolamenti, ir-reġistrazzjoni għandha tibda mill-ġurnata ta' wara d-data meta dan l-intitolament jispiċċa. |
3. |
Id-data b'effett minn meta l-ispiża tal-benefiċċji in natura tieqaf titħallas skont l-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament Bażiku u l-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni hija d-data ta' kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni nnotifikata mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza lill-istituzzjoni kompetenti jew id-data ta' kanċellazzjoni tad-dokument tal-intitolament innotifikata mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza. Din id-data għandha titniżżel fid-dokument ta' kanċellazzjoni u għandha tkun id-data fejn id-dokument tal-intitolament jieqaf japplika, jiġifieri;
Hija r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet nazzjonali kollha li jaġixxu b'tali mod li jnaqqsu l-perjodu ta' żmien bejn id-data tat-tmiem tal-intitolament jew tar-reġistrazzjoni u d-data meta d-dokument ta' kanċellazzjoni jkun ikkomunikat. B'mod partikolari, id-determinazzjoni tar-residenza tal-persuna assikurata għandha tkun ibbażata fuq skrutinju xieraq skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
II. L-Inventarju previst fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni
Membri tal-familja ta' persuni assikurati, pensjonanti u/jew membri tal-familji tagħhom
1. |
L-istituzzjoni tal-post ta' residenza tal-Istat Membru li hi elenkata fl-Anness 3 għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandha tikkalkula l-ammont fiss ta' benefiċċji in natura mogħti lill-membri tal-familja tal-persuna assikurata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Bażiku u lill-pensjonanti u/jew membri tal-familji tagħhom skont l-Artikoli 24, 25 jew 26 tar-Regolament Bażiku abbażi ta' inventarju miżmum aġġornat għal dak il-għan, billi l-informazzjoni tagħha nnfisha jew dik mogħtija mill-istituzzjoni tittieħed bħala bażi dwar l-akkwist ta' intitolament jew is-sospensjoni jew irtirar ta' intitolament bħal dan. L-inventarji msemmija fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom jindikaw l-għadd ta' ammonti fissi ta' kull xahar dovuti fir-rigward ta' sena waħda għal kull membru tal-familja ta' persuna assikurata, pensjonant/a u/jew membru tal-familja tiegħu/tagħha. |
2. |
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-għadd ta' pagamenti ta’ kull xahar bi ħlas f’somma waħda, il-perjodu li matulu l-persuni kkonċernati jistgħu jagħmlu talba għal benefiċċji għandu jingħadd f'xhur. L-għadd ta' xhur għandu jinkiseb billi x-xahar kalendarju jingħadd bħala xahar sħiħ li jinkludi l-ġurnata minn meta jkun sar il-kalkolu tal-ammonti fissi. Ix-xahar kalendarju li matulu jieqaf l-intitolament ma għandux jingħadd sakemm ma jkunx xahar komplut. Jekk il-perjodu totali jkun inqas minn xahar, għandu jingħadd bħala xahar. F'każ li l-persuna timxi minn grupp ta' età wieħed għal ieħor matul il-perjodu li għalih qed issir talba, ix-xahar li fih tidher il-bidla tal-grupp ta' età għandu jingħadd kompletament fil-grupp ta' età ikbar. |
III. Dispożizzjonijiet finali
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva
Lena MALMBERG
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/8 |
DEĊIŻJONI Nru S7
tat-22 ta’ Diċembru 2009
dwar it-tranżizzjoni mir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 u l-applikazzjoni tal-proċeduri tar-rimbors
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)
2010/C 107/05
IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72 (a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), skont liema l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2),
Wara li kkunsidrat l-Artikoli 87 u 91 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 64 (7) u l-Artikoli 93 sa 97 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,
Billi:
(1) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2010 u r-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għandhom jiġu rrevokati fl-istess data, ħlief għas-sitwazzjonijiet irregolati mill-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. |
(2) |
Huwa neċessarju li tiġi ċċarata d-determinazzjoni tal-Istat Membru debitur u kreditur f'sitwazzjonijiet fejn il-benefiċċji in natura kienu pprovduti jew awtorizzati skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 imma r-rimborsi ta' spejjeż għal dawn il-benefiċċji jitħallsu wara li r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 jidħlu fis-seħħ, b'mod partikolari fejn ir-responsabbilità li tkopri l-ispejjeż tinbidel skont ir-Regolamenti l-ġodda. |
(3) |
Huwa neċessarju li jiġi kkjarifikat liema proċedura għal rimbors għandha tintuża f'sitwazzjonijiet fejn talbiet għal benefiċċji in natura kienu pprovduti skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 imma l-proċedura ta' rimbors issir wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009. |
(4) |
Il-Paragrafu 5 tad-Deċiżjoni Nru H1 jiċċara l-istatus ta’ ċertifikati (formoli elettroniċi) u l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (inklużi ċ-Ċertifikati Provviżorji ta’ Sostituzzjoni) maħruġa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 tad-Deċiżjoni S1 u l-paragrafu 2 tad-Deċiżjoni Nru S4 jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali dwar ir-responsabbilitajiet għall-ispejjeż tal-benefiċċji pprovduti abbażi tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea valida (EHIC) li għandhom japplikaw ukoll f'sitwazzjonijiet tranżitorji. |
(6) |
Skont l-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 dawk l-Istati Membri li ma humiex elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom jirrimborsaw benefiċċji in natura pprovduti lill-membri tal-familja li ma jgħixux fl-istess Stat Membru li tgħix fih il-persuna assikurata u lill-pensjonanti u lill-membri tal-familja tagħhom abbażi tan-nefqa reali mill-1 ta' Mejju 2010. |
(7) |
L-ispejjeż ta' benefiċċji in natura pprovduti skont l-Artikoli 19 (1), 20 (1) u l-Artikolu 27 (1) u 27 (3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti responsabbli mill-ispejjeż tal-benefiċċji in natura ipprovduti lill-membri tal-familja li ma jgħixux fl-istess Stat Membru li tgħix fih il-persuna assikurata u lill-pensjonanti u lill-membri tal-familja tagħhom fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom. |
(8) |
Skont l-Artikolu 64 (7) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 l-Istati Membri elenkati fl-Anness 3 jistgħu, wara l-1 ta' Mejju 2010, jkomplu japplikaw l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għall-kalkolu tal-ammonti fissi għal ħames snin. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 jintroduċi proċeduri ġodda għal rimborsi ta' spejjeż tal-kura tas-saħħa bl-għan li r-rifużjonijiet bejn l-Istati Membri jsiru b'pass mgħaġġel u li tiġi evitata akkumulazzjoni ta' talbiet li jibqgħu pendenti għal perjodi twal ta' żmien. |
(10) |
Hemm bżonn ta' trasparenza u gwida għall-istituzzjonijiet fis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq biex jiġi żgurat li jkun hemm applikazzjoni unifikata u koerenti tad-dispożizzjonijiet Komunitarji. |
Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
I. Arranġamenti tranżitorji biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli għall-ħlas tal-ispejjeż ta' trattament skedat u l-kura neċessarja fir-rigward tal-bidla fil-kompetenza skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004
1. |
Jekk trattament kien ipprovdut lil persuna qabel l-1 ta' Mejju 2010, il-kompetenza għall-ħlas tal-ispejjeż tal-persuna għandhom ikunu ddeterminati b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71. |
2. |
Jekk persuna kienet awtorizzata li tmur fit-territorju ta' Stat Membru ieħor biex tirċievi hemmhekk it-trattament xieraq għall-kundizzjoni tagħha (trattament skedat) skont ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 u t-trattament ikun ipprovdut parzjalment jew kollu kemm hu wara t-30 ta' April 2010, l-ispejjeż tat-trattament kollu għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni li tat l-awtorizzazzjoni. |
3. |
Jekk trattament ikun ġie pprovdut lil persuna skont l-Artikolu 22 (3) (a) jew l-Artikolu 31 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, l-ispejjeż ta' dan it-trattament għandhom jitħallsu b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dawn l-Artikoli anki jekk il-kompetenza għall-ħlas tal-ispejjeż tal-persuna jkunu nbidlu b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Madankollu, jekk it-trattament ikompli wara l-31 ta' Mejju 2010, l-ispejjeż imġarrba wara d-data għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
4. |
Jekk trattament kien ipprovdut skont l-Artikolu 19(1) jew 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 wara t-30 ta' April 2010 abbażi tal-EHIC valida maħruġa qabel l-1 ta' Mejju 2010, it-talba għar-rimbors għall-ispejjeż ta' dan it-trattament ma tkunx tista' tiġi miċħuda minħabba li l-kompetenza għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tal-persuni jkunu nbidlu skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Istituzzjoni li hija obbligata li tħallas lura l-ispejjeż ta' benefiċċji pprovduti abbażi tal-EHIC tista' titlob li l-istituzzjoni li magħha l-persuna kienet ġustament reġistrata fil-ħin tal-għoti tal-benefiċċji tirrifondi l-ispejjeż ta' dawk il-benefiċċji lill-ewwel istituzzjoni, jew jekk il-persuna ma kinitx intitolata li tuża l-EHIC, issolvi l-kwistjoni mal-persuna kkonċernata. |
II. Arranġamenti tranżitorji għal kalkolu ta' spejjeż Medji
1. |
Il-metodu tal-kalkolu ta' spejjeż Medji għas-snin sa u inkluż l-2009 għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 anki jekk l-ispejjeż Medji jkunu ppreżentati lill-Bord tal-Verfika wara t-30 ta' April 2010. |
2. |
L-Istati Membri mhux elenkati fl-Anness 3 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jistgħu, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-30 ta' April 2010, jew jikkalkulaw l-ispejjeż Medji l-ġodda skont l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 jew jużaw l-ispejjeż Medji ppreżentati għas-sena 2009. |
III. Proċedura għar-rimbors abbażi ta' nefqa reali
1. |
Talbiet għal rimbors abbażi tan-nefqa reali mniżżla fil-kontijiet tal-Istat Membru kreditur qabel l-1 ta' Mejju 2010 għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet finanzjarji tar-Regolament (KEE) Nru 574/72. Dawn it-talbiet għandhom jiġu introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011. |
2. |
It-talbiet kollha għal rimbors abbażi tan-nefqa reali mniżżla fil-kontijiet tal-Istat Membru kreditur wara t-30 ta' April 2010 għandhom ikunu soġġetti għar-regoli l-ġodda tal-proċeduri b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 66 sa 68 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. |
IV. Proċedura għar-rimbors abbażi ta' ammonti fissi
1. |
Spejjeż medji fir-rigward tas-snin sa u inkluż l-2009 għandhom ikunu ppreżentati lill-Bord tal-Verifika sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011. Spejjeż medji fir-rigward tas-sena 2010 għandhom ikunu ppreżentati lill-Bord tal-Verifika sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012. |
2. |
It-talbiet għal rimbors abbażi tal-ammonti fissi ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel l-1 ta' Mejju 2010 għandhom ikunu introdotti sa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2011. |
3. |
It-talbiet kollha għal rimbors abbażi tal-ammonti fissi ppubblikati wara t-30 ta' April 2010 għandhom ikunu soġġetti għar-regoli l-ġodda tal-proċeduri b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 66 sa 68 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. |
V. Dispożizzjonijiet finali
1. |
Meta jiġu applikati l-arranġamenti tranżitorji, il-prinċipju ewlieni għandu jkun koperazzjoni tajba bejn l-istituzzjonijiet, il-prattiċità u l-flessibilità. |
2. |
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. |
Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva
Lena MALMBERG
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
V Opinjonijiet
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/10 |
Avviż ta' inizjazzjoni ta' reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' furfuraldehyde li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
2010/C 107/06
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' furfuraldehyde li joriġinaw, fost oħrajn, fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal reviżjoni
It-talba tressqet fit-28 ta' Jannar 2010 minn żewġ produtturi tal-Unjoni, Lenzing AG u Tanin Sevnica kemicna industrija d.d. (“l-applikanti”), li jirrappreżentaw sehem ewlieni, f'dan il-każ aktar minn 50 % tal-produzzjoni tal-Unjoni ta' furfuraldehyde.
2. Prodott
Il-prodott taħt reviżjoni huwa 2-furfuraldehyde (magħruf ukoll bħala furfuraldehyde jew furfural) li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa jaqa' fil-kodiċi NM 2932 12 00.
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri li hemm bħalissa fis-seħħ huma dazju definittiv ta' anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2005 (3).
4. Raġunijiet għar-reviżjoni
It-talba hija msejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-issoktar ta’ dumping u r-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-applikanti ffissaw il-valur normali għall-produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' bejgħ f'pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa, kif imsemmi fil-punt 5.1(d) ta' dan l-avviż. L-allegazzjoni ta’ ssoktar ta’ dumping hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali, kif stabbilit fis-sentenza ta’ qabel, mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea taħt is-sistema ta' pproċessar intern.
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping li qed joħorġu mill-kalkolu huma sinifikanti.
L-applikanti jallegaw ukoll il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping ta' ħsara. F’dan ir-rigward, l-applikanti ppreżentaw evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell tal-importazzjoni attwali tal-prodott ikkonċernat probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat.
L-applikanti jallegaw li t-tneħħija tal-ħsara seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li kull rikorrenza ta' importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Proċedura
Wara li stabbilixxiet, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex tkun iġġustifikata t-tnedija ta' reviżjoni tal-iskadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
5.1. Proċedura għad-determinazzjoni ta’ dumping u ta’ ħsara
L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk hux probabbli jew le li r-reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri twassal għall-issoktar ta' dumping u r-rikorrenza ta' ħsara.
(a) Teħid ta' kampjuni
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ partijiet involuti f’dan il-proċediment, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tieħu kampjun, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
(i)
Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi/produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw irwieħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:
— |
isem, indirizz, indirizz elettroniku, numri tat-telefown u tal-faks u persuna ta' kuntatt, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni matul il-perjodu bejn 1.4.2009 sa 31.3.2010 għal kull wieħed mis-27 Stat Membru separatament u kollha flimkien, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq lokali waqt il-perjodu bejn 1.4.2009 sa 31.3.2010, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f’tunnellati għall-prodott ikkonċernat mibjugħ lil pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu bejn 1.4.2009 sa 31.3.2010, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati (4) kollha involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (esportazzjoni u/jew fis-suq lokali) tal-prodott ikkonċernat, |
— |
kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb il kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar it-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, tiġi meqjusa li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.
Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u lil kull għaqda magħrufa ta' esportaturi/produtturi.
(ii)
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu kwalunkwe informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fiż-żmien stipulat fil-punt 6(b)(ii).
Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel l-għażla aħħarija tal-kampjun wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati li jkunu esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun.
Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun iridu jwieġbu kwestjonarju fiż-żmien stabbilit fil-punt 6(b)(iii) u jridu jikkooperaw fil-qafas tal-istħarriġ.
Jekk ma tkunx disponibbli kooperazzjoni suffiċjenti, il-Kummissjoni tista’ tibbaża s-sejbiet tagħha, skont l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.
(b) Kwestjonarji
Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fl-Unjoni, lill-esportaturi/produtturi magħżula għall-kampjun fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ esportaturi/produtturi, lill-importaturi, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat.
(c) Ġbir ta' tagħrif u seduti ta’ smigħ
Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu informazzjoni barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).
(d) Għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq
Fl-investigazzjoni ta’ qabel l-Arġentina ntużat bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa għall-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tipprevedi li terġa’ tuża lill-Arġentina għal dan l-għan. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar kemm hu xieraq dan il-pajjiż, fil-limitu taż-żmien speċifiku stipulat fil-punt 6(c).
5.2. Proċedura għall-evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ fejn il-probabbiltà ta’ ssoktar ta’ dumping u rikorrenza ta' ħsara tkun ikkonfermata, għandu jkun stabbilit jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping hijiex se tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tista’ tibgħat kwestjonarji lill-industrija magħrufa tal-Unjoni, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur. Dawn il-partijiet, inklużi dawk mhux magħrufa mill-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li jagħtu prova li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta' żmien stipulati fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw irwieħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif. Il-partijiet li jkunu aġixxew f'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta ta' smigħ, billi jippreżentaw ir-raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta’ min jinnota li kwalunkwe informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku titqies biss jekk tkun sostnuta minn evidenza fattwali fil-mument meta titressaq.
6. Limiti ta’ żmien
(a) Limiti ġenerali ta’ żmien
(i)
Il-partijiet kollha interessati li ma jikkooperawx fl-investigazzjoni li twassal għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni attwali għandhom jitolbu li jingħataw kwestjonarju jew formoli oħrajn ta’ rikjesta mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(ii)
Il-partijiet kollha interessati, jekk l-ilmenti tagħhom iridu jitqiesu matul l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali ddefiniti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel.
Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii).
(iii)
Il-partijiet kollha interessati jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien ta’ 37 jum.
(b) Limitu ta’ żmien speċifiku fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni
(i) |
L-informazzjoni speċifikata fil-punt 5.1(a)(i) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi l-Kummissjoni għandha l-ħsieb tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(ii) |
Kull informazzjoni oħra rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(ii) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(iii) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
(c) Limitu ta’ żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq
Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu jixtiequ jikkummentaw dwar kemm hija xierqa l-għażla tal-Arġentina, li, kif imsemmi fil-punt 5.1(d), hija prevista bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq biex ikun stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
7. Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet tal-kwestjonarju u korrispondenza
Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (5) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Office: N-105 04/92 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Fax +32 22956505 |
8. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fiż-żmien preskritt, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, ir-riżultati, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
9. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tingħalaq, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
10. Possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi din ir-reviżjoni ta' skadenza qed titnieda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet li jirriżultaw minnha mhumiex se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda se jwasslu biex dawk il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti fil-proċediment tqis li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-miżuri biex tippermetti l-possibbiltà li jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu reviżjoni ta' din ix-xorta, li ssir indipendentement mir-reviżjoni ta' skadenza msemmija f’dan l-avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz li jidher hawn fuq.
11. Ipproċessar ta’ dejta personali
Ta' min jinnota li kwalunkwe dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (6).
12. Uffiċjal għas-Seduti ta' Smigħ
Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’din il-proċedura, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajls, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar informazzjoni u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal għas-Smigħ tal-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).
(1) ĠU C 16, 22.1.2010, p. 40.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 107, 28.4.2005, p. 1.
(4) Għall-gwida dwar it-tifsira ta’ kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(5) Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5843 – Eli Lilly/Certain Animal Health Assets of Pfizer)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 107/07
1. |
Fid-19 ta’ April 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Elanco Animal Health Ireland Limited (UE), li hi kkontrollata minn Eli Lilly & Co (l-Istati Uniti tal-Amerika), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tal-KE l-kontroll ta' parti tal-impriża Pfizer Inc (l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5843 – Eli Lilly/Certain Animal Health Assets of Pfizer, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5811 – Erste Bank/ASK)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 107/08
1. |
Fid-19 ta’ April 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Skont din huwa propost: li Erste Bank der österreichischen Sparkassen AG (“Erste Bank”, l-Awstrija), li hija kkontrollata minn Erste Group Bank AG, takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta' Allgemeine Sparkasse Oberösterreich Bankaktiengesellschaft (“ASK”, l-Awstrija) permezz ta' kuntratt ta' amministrazzjoni jew permezz ta' mezzi oħra. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5811 – Erste Bank/ASK, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5786 – Française des Jeux/Groupe Lucien Barrière/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 107/09
1. |
Fl-19 ta’ April 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) (“ir-Regolament”), li permezz tagħha l-impriżi la Française des Jeux (“FDJ”, Franza) u Groupe Lucien Barrière (“GLB”, Franza) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament, kontroll konġunt tal-impriża Newco (“Newco”, Franza), permezz tal-akkwist ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5786 – Française des Jeux/Groupe Lucien Barrière/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kunsill
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/17 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010
2010/C 107/10
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 (2).
Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit b'segwitu għar-Riżoluzzjoni (UNSCR) 751 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Somalja, fit-12 ta' April 2010 adotta l-lista ta' persuni u entitajiet li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 3 u 7 ta' UNSCR 1844 (2008).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet biex jiġu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
United Nations — Focal point for delisting |
Security Council Subsidiary Organs Branch |
Room S-3055 E |
New York, NY 10017 |
UNITED STATES OF AMERICA |
Għal aktar tagħrif irreferi: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom ikunu inklużi fil-listi tal-persuni u l-entitajiet li huma suġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/231/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 356/2010.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 356/2010, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, u jindirizzawha lil:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill fl-indirizz ipprovdut hawn fuq, flimkien ma' dokumentazzjoni ġustifikattiva, li d-deċiżjoni biex huma jkunu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275 (2) u l-Artikolu 263 (4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p 17.
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/19 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/232/PESK
2010/C 107/11
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/232/PESK (1).
B'segwitu għal reviżjoni tal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/318/PESK (2) dwar miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness II imsemmi hawn fuq jissodisfaw il-kriterji mniżżlin f'dik il-Pożizzjoni Komuni u għaldaqstant għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi kif imġedda bid-Deċiżjoni 2010/232/PESK.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 (3), sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 13 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex dawn jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata. Kwalunkwe tali talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275 (2) u l-Artikolu 263 (4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 22.
(2) ĠU L 116, 29.4.2006, p. 77.
Il-Kummissjoni Ewropea
27.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/20 |
Avviż lill-intrapriżi li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2011 u lill-intrapriżi li fl-2011 biħsiebhom jitolbu kwota għal dawn is-sustanzi bl-intenzjoni għall-użi fil-laboratorji u analitiċi
2010/C 107/12
I. |
Dan l-Avviż huwa indirizzat lill-intrapriżi li huma kkonċernati bir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) (ir-Regolament) u li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw lejn u mill-Unjoni Ewropea, jew li għall-2011 biħsiebhom jitolbu kwota għall-użi fil-laboratorji u analitiċi, kwalunkwe sustanza minn dawk li ġejjin koperta bir-Regolament matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011:
Dibromodifluworometan (alon-1202). |
II. |
Bħala regola ġenerali, il-produzzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-sustanzi msemmija fil-punt I huma projbiti, bl-eċċezzjoni ta' każijiet speċifiċi previsti mir-Regolament. |
III. |
Kwalunkwe importazzjoni jew esportazzjoni eżentata mir-regola ta' projbizzjoni ġenerali dwar l-importazzjoni jew l-esportazzjoni teħtieġ liċenzja maħruġa mill-Kummissjoni, ħlief għall-każijiet ta' tranżitu, ħżin temporanju, ħżin tad-dwana jew il-proċedura taż-żona ħielsa kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008, li ma jdumux iktar minn 45 jum. L-importazzjoni jew l-esportazzjoni tad-Dibromodifluworometan ukoll hija eżentata mir-rekwiżit tal-liċenzja. |
IV. |
Kwalunkwe produzzjoni ta' sustanzi kkontrollati għall-użi fil-laboratorji u analitiċi teħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel. |
V. |
It-talba għal kwota għall-użi fil-laboratorji u analitiċi ssegwi l-istess proċedura li tintuża għall-importazzjoni kif indikat hawn taħt. Il-kwoti se jiġu allokati b'konformità mal-Artikolu 10(6) fir-Regolament. |
VI. |
Kwalunkwe intrapriża li tixtieq timporta jew tesporta sustanzi kkontrollati fl-2011 u li ma talbitx biex tinħareġ liċenzja ta' awtorizzazzjoni għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni fis-snin preċendenti, teħtieġ li tinnotifika lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 2010 billi tressaq il-formola ta' reġistrazzjoni disponibbli fuq l-internet: http://ec.europa.eu/environment/ozone/ods.htm. Wara r-reġistrazzjoni, l-intrapriżi jeħtieġ li jsegwu l-proċedura spjegata fil-paragrafu VII. |
VII. |
L-intrapriżi li talbu biex tinħarġilhom liċenzja għall-importazzjoni jew awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni fis-snin preċedenti għandhom jimlew u jressqu l-formola tad-dikjarazzjoni rilevanti disponibbli fuq l-internet permezz tal-bażi tad-dejta Main-ODS (http://ec.europa.eu/environment/ozone/ods.htm). Fil-każ tad-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni, għandha tintbagħat kopja ffirmata kif xieraq tad-dikjarazzjoni finali lill-Kummissjoni wara li jitlesta l-proċess ta' dikjarazzjoni fuq l-internet:
Il-Kummissjoni tħeġġeġ it-tressiq tal-kopji ffirmati kif xieraq permezz tal-posta elettronika. |
VIII. |
Il-formoli ta' dikjarazzjoni fil-bażi tad-dejta ODS se jkunu disponibbli mill-1 ta' Ġunju 2010. |
IX. |
Il-Kummissjoni se tqis biss bħala validi l-formoli ta' dikjarazzjoni mimlija kif suppost (fil-każ ta' dikjarazzjonijiet ta' importazzjoni: il-kopji ffirmati) u li huma mingħajr żbalji li jaslu għandha sal-31 ta' Lulju 2010. L-intrapriżi huma mħeġġa jressqu d-dikjarazzjoni tagħhom kemm jista' jkun malajr u suffiċjentament qabel l-iskadenza sabiex ikun hemm ċans li jsiru l-korrezzjonijiet potenzjali fi ħdan il-perjodu ta' dikjarazzjoni. It-tressiq ta' dikjarazzjoni weħidha ma tagħti l-ebda dritt sabiex isiru l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet. |
X. |
Qabel ma ssir importazzjoni jew esportazzjoni fl-2011, soġġetta għall-ħruġ ta' liċenzja (ara l-punt III) l-intrapriżi jeħtieġu jkunu ressqu dikjarazzjoni korrispondenti u jkunu applikaw biex tinħarġilhom liċenzja mill-Kummissjoni billi jimlew l-applikazzjoni disponibbli fuq l-internet fil-bażi tad-dejta Main-ODS tal-internet. |
XI. |
Sabiex tkun ivverifikata n-natura tas-sustanza u l-iskop tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni kif deskritt mill-intrapriża fit-talba għall-ħruġ tal-liċenzja, il-Kummissjoni tista' titlob lill-applikant iressaq tagħrif addizzjonali. |
XII. |
Il-liċenzja tinħareġ jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta li t-talba hija konformi mad-dikjarazzjoni u tinsab f'konformità mar-rekwiżiti legali. L-applikant għandu jiġi mgħarraf bil-posta elettronika dwar jekk tkunx ġiet aċċettata t-talba għall-ħruġ tal-liċenzja. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirtira liċenzja tal-esportazzjoni meta s-sustanza li tkun se tiġi esportata ma tkunx kif deskritta jew ma tistax tintuża għall-iskopijiet mitluba jew ma tistax tiġi esportata b'konformità mar-Regolament. Il-Kummissjoni tista' tirrifjuta talba għal liċenzja, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qiegħed jimporta jkunu informaw lill-Kummissjoni li l-importazzjoni tas-sustanza kkontrollata jkollha impatt avvers fuq l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kontroll fis-seħħ tal-pajjiż li qiegħed jimporta sabiex ikun konformi mal-obbligi tiegħu skont il-Protokoll jew tista' twassal għal qbiż tal-limiti kwantitattivi skont il-Protokoll għal dak il-pajjiż. |
XIII. |
L-importazzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni Ewropea huma soġġetti għal-limiti kwantitattivi, determinati mill-Kummissjoni abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni għas-sustanzi kkontrollati għall-użi li ġejjin:
|
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.