ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.106.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 106

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
24 ta' April 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

2010/C 106/01

Deċiżjoni Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

1

2010/C 106/02

Deċiżjoni Nru A2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jaħdmu temporanjament barra l-Istat kompetenti ( 1 )

5

2010/C 106/03

Deċiżjoni Nru E1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

9

2010/C 106/04

Deċiżjoni Nru F1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità f’każ ta’ overlapping tal-benefiċċji tal-familja ( 1 )

11

2010/C 106/05

Deċiżjoni Nru H1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinament ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali ( 1 )

13

2010/C 106/06

Deċiżjoni Nru H2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali ( 1 )

17

2010/C 106/07

Deċiżjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-Invalidità, tal-Età u tas-Superstiti ( 1 )

21

2010/C 106/08

Deċiżjoni Nru S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea ( 1 )

23

2010/C 106/09

Deċiżjoni Nru S2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tikkonċerna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa ( 1 )

26

2010/C 106/10

Deċiżjoni Nru S3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

40

2010/C 106/11

Deċiżjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad għal membri dipendenti tal-familja ( 1 )

42

2010/C 106/12

Deċiżjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ambitu tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox minbarra ħaddiema transkonfinali li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu tal-impjieg tagħhom jew tax-xogħol għal rashom ( 1 )

43

2010/C 106/13

Deċiżjoni Nru U3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-ambitu tal-kunċett qgħad parzjali li japplika għal persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

45

2010/C 106/14

Rakkomandazzjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tikkonċerna s-sentenza Gottardo, li skontha l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini nnifishom ta’ Stat partikolari taħt konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru jridu jingħataw ukoll lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra ( 1 )

47

2010/C 106/15

Ir-Rakkomandazzjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza ( 1 )

49

2010/C 106/16

Rakkomandazzjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal persuni qiegħda li jakkumpanjaw is-sieħeb/sieħba tagħhom li qed jieħdu sehem f’attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti ( 1 )

51

2010/C 106/17

Deċiżjoni Nru S4 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ( 1 )

52

2010/C 106/18

Deċiżjoni Nru S5 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ benefiċċji mhux finanzjarji kif definit fl-Artikolu 1(va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

54

2010/C 106/19

Deċiżjoni Nru H3 tal-15 ta’ Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

56

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera

MT

 


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/1


DEĊIŻJONI Nru A1

tat-12 ta’ Ġunju 2009

dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/01

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 76, (3), (4) sub 2 u (6) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar id-dmirijiet ta’ kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni tar-Regolamenti,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, dwar il-valur legali ta’ dokumenti u l-evidenza ta’ sostenn li juru l-pożizzjoni ta’ persuna,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-leġiżlazzjoni u l-għoti provviżorju ta’ benefiċċji f’każijiet fejn hemm differenza ta’ fehmiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ tnejn jew iktar Stati Membri dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, dwar l-istabbiliment ta’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, dwar l-istabbiliment ta’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

Wieħed mill-fatturi ewlenin għat-tħaddim effiċjenti tar-regoli Komunitarji għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà nazzjonali hija l-kooperazzjoni effettiva u mill-qrib bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri differenti.

(2)

Wieħed mill-elementi ta’ kooperazzjoni tajba skont ir-Regolamenti huwa l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijet u l-persuni, li għandu jkun bbażat fuq il-prinċipji tas-servizz pubbliku, l-effiċjenza, l-assistenza attiva, it-twassil rapidu u l-aċċessibbiltà.

(3)

Huwa fl-interess kemm tal-istituzzjonijet kif ukoll tal-awtoritajiet, u l-persuni kkonċernati li l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-istabbiliment u d-determinazzjoni tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-persuna kkonċernata tiġi provvduta u skambjata mingħajr dewmien.

(4)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, kif ukoll stipulat fl-Artikolu 10 tat-Trattat, jirrikjedi wkoll li l-istituzzjonijiet jagħmlu evalwazzjoni xierqa tal-fatti rilevanti għall-applikazzjoni tar-Regolamenti. Meta jkun hemm dubju dwar il-validità ta’ dokument jew dwar il-korrettezza tal-evidenza ta’ sostenn u meta jkun hemm differenza ta’ fehmiet bejn l-Istati Membri dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli jew liema istituzzjoni għandha tipprovdi l-benefiċċju, huwa fl-interess tal-persuni koperti bir-Regolament KE Nru 883/2004 li l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati jilħqu ftehim f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

(5)

L-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jipprevedu proċedura ta’ konċiljazzjoni li trid tiġi segwita fil-każijiet li ġejjin.

(6)

Dawn id-dispożizzjonijiet jikkonfermaw u jestendu l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (3), skont liema ġiet żviluppata proċedura standard għal tilwim bejn l-Istati Membri dwar il-validità ta’ ċertifikati ta’ trasferiment li ġiet ikkonsolidata fid-Deċiżjoni 181 ta’ qabel tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema Migranti (4).

(7)

Kemm l-Artikolu 5 kif ukoll l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jipprevedu l-possibbiltà li jirreferu l-kwistjoni lill-Kummissjoni Amministrattiva fil-każ li ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet ikkonċernati.

(8)

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jipprevedi li din il-proċedura għandha tiġi segwita wkoll meta jkun hemm differenza ta’ fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(9)

L-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 fih referenza simili għall-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament fil-każ ta’ differenza ta’ fehmiet dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli bid-dritt ta’ prijorità fil-qasam tal-benefiċċji tal-familja.

(10)

Dawn id-dispożizzjonijiet isibu l-bażi tagħhom fl-Artikolu 76(6) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, skont liema fil-każ ta’ diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjoni tal-Istat Membru kompetenti jew l-Istat ta’ residenza tikkuntattja l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati u skont liema l-kwistjoni tista’ tiġi referuta lill-Kummissjoni Amministrattiva jekk l-ebda soluzzjoni ma tkun tista’ tinstab f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

(11)

L-Istati Membri esprimew il-bżonn li jistabbilixxu proċedura standard li trid tiġi segwita qabel ma kwistjoni tkun tista’ tiġi referuta lill-Kummissjoni Amministrattiva u li jiġi definit b’mod iktar preċiż ir-rwol tal-Kummissjoni Amministrattiva fir-rikonċiljazzjoni tal-fehmiet opposti li jħaddnu l-istituzzjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli.

(12)

Diġà ġiet stabbilita proċedura simili f’diversi ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri. Ftehim ta’ din ix-xorta serva bħala mudell għal din id-Deċiżjoni.

(13)

Hu rakkomandat li, sabiex titħaffef il-proċedura, il-komunikazzjoni bejn il-persuni ta’ kuntatt tal-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet issir permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni li tista’ tintuża fil-każijiet li ġejjin:

(a)

Każijiet meta jkun hemm dubju dwar il-validità ta’ dokument jew dwar il-korrettezza ta’ evidenza ta’ sostenn li tiddikjara l-pożizzjoni ta’ persuna għall-għan tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jew tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jew

(b)

Każijiet meta jkun hemm differenza fil-fehmiet bejn l-Istati Membri dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli.

2.   Il-proċedura tad-djalogu u konċiljazzjoni għandha tiġi segwita qabel ma l-kwistjoni tingħadda lill-Kummissjoni Amministrattiva.

3.   Din id-Deċiżjoni tapplika bla ħsara għall-proċeduri amministrattivi li jridu jiġu segwiti skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

4.   Fil-każ li l-kwistjoni ssir is-suġġett ta’ appell ġuridiku jew amministrattiv skont il-liġi nazzjonali fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni li ħareġ id-dokument fil-kwistjoni, il-proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni għandha tiġi sospiża.

5.   L-istituzzjoni jew l-awtorità li tesprimi dubji dwar il-validità ta’ dokument li jinħareġ minn istituzzjoni jew awtorità ta’ Stat Membru ieħor, jew li ma taqbilx mad-determinazzjoni (provviżorja) tal-leġiżlazzjoni applikabbli hija minn issa ’l quddiem imsejħa l-istituzzjoni li qed tagħmel it-talba. L-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor minn issa ’l quddiem se tissejjaħ l-istituzzjoni mitluba.

L-ewwel stadju tal-proċedura ta’ djalogu

6.

Fil-każ li jkun hemm waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija taħt l-ewwel punt, l-istituzzjoni li qed tagħmel it-talba għandha tikkuntattja l-istituzzjoni mitluba biex tistaqsi għall-kjarifiki neċessarji tad-deċiżjoni tagħha u, meta jixraq, biex tirtira jew tiddikjara invalidi d-dokument rilevanti, jew biex tirrevedi jew tannulla d-deċiżjoni tagħha.

7.

L-istituzzjoni li qed tagħmel it-talba tissostanzja t-talba tagħha, billi tindika li din id-deċiżjoni tapplika u tipprovdi evidenza rilevanti ta’ sostenn li tat lok għat-talba. Għandha tindika min se tkun il-persuna ta’ kuntatt tagħha waqt l-ewwel stadju tal-proċedura tad-djalogu.

8.

L-istituzzjoni mitluba għandha tikkonferma li tkun irċeviet it-talba permezz tal-posta elettronika jew faks mingħajr dewmien mhux aktar tard minn għaxart ijiem minn meta tirċievi t-talba. Trid tindika wkoll min se tkun il-persuna ta’ kuntatt tagħha waqt l-ewwel stadju tal-proċedura tad-djalogu.

9.

L-istituzzjoni mitluba trid tinforma lill-istituzzjoni li qed tagħmel it-talba dwar ir-riżultat tal-investigazzjoni tagħha kemm jista’ jkun malajr, iżda mhux iktar tard minn tliet xhur wara li tkun irċeviet it-talba.

10.

Jekk id-deċiżjoni oriġinali tiġi kkonfermata, annullata u/jew id-dokument huwa rtirat jew iddikjarat invalidu, l-istituzzjoni mitluba għandha tinnotifika lill-istituzzjoni li qed tagħmel it-talba. Hija għandha tinnotifika wkoll il-persuna kkonċernata u, fejn rilevanti, min qed jimpjegaha, b’din id-deċiżjoni u bil-proċeduri skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali biex tikkuntesta din id-deċiżjoni.

11.

Jekk l-istituzzjoni mitluba ma tkunx tista’ tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha fi żmien tliet xhur, minħabba l-kumplessità tal-każ jew minħabba li l-verifika ta’ ċerta dejta teħtieġ l-involviment ta’ istituzzjoni oħra, tista’ testendi l-limitu ta’ żmien b’perjodu massimu ta’ tliet xhur. L-istituzzjoni mitluba għandha tinforma lill-istituzzjoni li qed tagħmel it-talba bl-estensjoni kemm jista’ jkun malajr iżda mill-inqas ġimgħa qabel ma tiskadi l-ewwel skadenza, billi tissostanzja r-raġunijiet għad-dewmien u tipprovdi ż-żmien indikattiv sa meta għandha titlesta l-investigazzjoni.

12.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiftiehmu biex jidderogaw mil-limiti ta’ żmien definiti skont il-punti 9 u 11, sakemm l-estensjoni tkun ġustifikata u proporzjonata fid-dawl ta’ ċirkostanzi individwali u li l-estensjoni hija limitata fiż-żmien.

It-tieni stadju tal-proċedura ta’ djalogu

13.

Jekk l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim waqt l-ewwel stadju tal-proċedura tad-djalogu, jew jekk l-istituzzjoni mitluba ma kinitx tista’ tkompli l-investigazzjoni tagħha fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet it-talba, l-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Kull istituzzjoni għandha tħejji rekord tal-attivitajiet tagħha.

14.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jibdew it-tieni stadju tal-proċedura tad-djalogu jew biex jirreferu l-kwistjoni direttament lill-Kummissjoni Amministrattiva.

15.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jibdew it-tieni stadju tal-proċedura tad-djalogu, għandhom jaħtru persuna ta’ kuntatt ċentrali kull wieħed fi żmien ġimagħtejn wara li jkunu ġew innotifikati mill-istituzzjonijiet. Il-persuni ta’ kuntatt mhux neċessarjament ikollhom bżonn kompetenza diretta dwar is-suġġett.

16.

Il-persuni ta’ kuntatt għandhom jippruvaw isibu ftehim dwar il-kwistjoni fi żmien sitt ġimgħat wara l-ħatra tagħhom. Kull persuna ta’ kuntatt għandha tħejji rekord tal-attivitajiet tagħha u tinnotifika l-istituzzjonijiet bir-riżultat tat-tieni stadju tal-proċedura tad-djalogu.

Il-proċedura ta’ konċiljazzjoni

17.

Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim waqt il-proċedura ta’ djalogu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jressqu l-każ quddiem l-Kummissjoni Amministrattiva. Kull awtorità kompetenti għandha tħejji memorandum għall-Kummissjoni Amministrattiva bil-punti ewlenin ta’ tilwim.

18.

Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tkun tressqet quddiemha. Tista’ tiddeċiedi li tirreferi l-kwistjoni lill-Bord ta’ Konċiljazzjoni, li jista’ jitwaqqaf skont ir-regoli tal-Kummissjoni Amministrattiva.

Dispożizzjonijiet finali

19.

L-Istati Membri għandhom kull sena jirrapportaw lill-Kummissjoni Amministrattiva d-dejta tagħhom dwar l-għadd ta’ tilwim fejn tapplika l-proċedura ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri involuti, il-kwistjonijiet ewlenin, it-tul tal-proċedura, u r-riżultat tal-proċedura.

20.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-ewwel rapport annwali tagħhom fi żmien tliet xhur wara l-ewwel sena minn meta tibda tapplika din id-deċiżjoni.

21.

Fi żmien tliet xhur wara li jkunu wasslu l-ewwel rapporti annwali, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tevalwa l-esperjenzi tal-Istati Membri mal-applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, filwaqt li tqis ir-rapporti tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha, wara l-ewwel sena, tiddeċiedi jekk ir-rappurtaġġ għandux ikompli fuq bażi annwali jew le.

22.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(4)  ĠU L 329, 14.12.2001, p. 73.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/5


DEĊIŻJONI Nru A2

tat-12 ta’ Ġunju 2009

dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jaħdmu temporanjament barra l-Istat kompetenti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/02

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li twieġeb għall-kwistjonijiet amministrattivi jew il-kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni kollha li jinqalgħu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 5, 6 u 14 sa 21 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,

Billi:

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jipprevedu eċċezzjoni għar-regola ġenerali mniżżla fl-Artikolu 11(3)a tar-Regolament imsemmi, jimmiraw b’mod partikolari biex jiffaċilitaw il-libertà li jipprovdu servizzi għall-benefiċċju ta’ impjegati li jistazzjonaw il-ħaddiema fi Stati Membri minbarra dawk fejn huma stabbiliti, kif ukoll il-libertà biex ħaddiema jittrasferixxu rwieħhom fi Stati Membri oħra. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan ukoll li jegħlbu l-ostakoli li jistgħu jxekklu l-libertà ta’ moviment ta’ ħaddiema u li jħeġġu l-interpenetrazzjoni ekonomika waqt li jevitaw kumplikazzjonijiet amministrattivi, speċjalment għall-ħaddiema u għall-impriżi.

(2)

L-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għalhekk huwa li jevitaw, għall-ħaddiema, l-impjegati u l-istituzzjonijiet soċjali, il-kumplikazzjonijiet amministrattivi li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 11(3)a tar-Regolament imsemmi meta l-perjodu ta’ impjieg ikun ta’ qasir żmien fi Stat Membru minbarra dak fejn l-impriża jkollha l-uffiċċju rreġistrat jew post tan-negozju jew l-Istat fejn il-persuna li taħdem għal rasha normalment twettaq l-attivitajiet tagħha.

(3)

Għal dan il-għan, l-ewwel kundizzjoni deċiżiva għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament imsemmi hija l-eżistenza ta’ relazzjoni diretta bejn dak li jħaddem u l-ħaddiem tiegħu.

(4)

Il-protezzjoni tal-ħaddiem u s-sigurtà legali li għalihom hu u l-istituzzjoni li magħha huwa assigurat huma intitolati jeħtieġu garanziji sħaħ li r-relazzjoni diretta tinżamm matul il-perjodu ta’ stazzjonament.

(5)

It-tieni kundizzjoni deċiżiva għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament imsemmi hija l-eżistenza ta’ rabtiet bejn l-impjegat u l-Istat Membru fejn huwa stabbilit. Il-possibbiltà ta’ stazzjonament għandha għalhekk tkun ristretta biss għall-impriżi li normalment iwettqu l-attivitajiet tan-negozju tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tibqa’ applikabbli għall-ħaddiem stazzjonat; billi wieħed jassumi għalhekk li d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw biss għall-impriżi li normalment iwettqu attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti.

(6)

Għandhom jiġu speċifikati perjodi indikattivi għal persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom bla ħsara għal evalwazzjoni każ b’każ.

(7)

Ma jista’ jkun hemm l-ebda garanzija li tinżamm ir-relazzjoni diretta jekk il-ħaddiem stazzjonat isir disponibbli għal impriża terza.

(8)

Huwa meħtieġ li wieħed ikun jista’ jwettaq, matul il-perjodu tal-istazzjonament, il-verifikar kollu, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet u ż-żamma tar-relazzjoni diretta, meħtieġa biex jiġi evitat l-użu ħażin tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, u biex jiġi żgurat li l-entitajiet amministrattivi, l-impjegati u l-ħaddiema jiġu infurmati b’mod xieraq.

(9)

Il-ħaddiem u dak li jħaddem għandhom jiġu infurmati b’mod xieraq bil-kundizzjonijiet li taħthom il-ħaddiem stazzjonat jitħalla li jibqa’, soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż minn fejn ikun ġie stazzjonat.

(10)

Il-qagħda tal-impriżi u l-ħaddiema għandha tiġi evalwata u ssorveljata mill-istituzzjonijiet kompetenti bil-garanziji xierqa sabiex ma tixxekkilx il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi u l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema.

(11)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, stabbilit fl-Artikolu 10 tat-Trattat, iqiegħed diversi ta’ obbligi fuq l-istituzzjonijiet kompetenti għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom japplikaw għal ħaddiem suġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru (l-Istat li jibgħat) permezz tat-twettieq ta’ attività fl-impieg ta’ min iħaddem u li jintbagħat minn dak li jħaddem lejn Stat Membru ieħor (Stat tal-impieg) sabiex iwettaq xogħol hemmhekk għal dak li jħaddem.

Ix-xogħol għandu jitqies li qed jitwettaq għal min iħaddem mill-Istat li qed jibgħat jekk ġie stabbilit li dan ix-xogħol qed jitwettaq għal dak li jħaddem u li qed tkompli teżisti relazzjoni diretta bejn il-ħaddiem u dak li jħaddem li stazzjonah.

Sabiex jiġi stabbilit jekk relazzjoni diretta bħal din għadhiex teżisti, filwaqt li wieħed jassumi għalhekk li l-ħaddiem għadu taħt l-awtorità ta’ dak li jħaddem li nkarigah/a, iridu jitqiesu diversi elementi, inkluża r-responsabbiltà għar-reklutaġġ, il-kuntratt tal-impjieg, ir-remunerazzjoni (mingħajr ħsara għall-ftehim possibbli bejn min iħaddem fl-Istat li qed jibgħat u l-impriża fl-Istat tal-istazzjonament dwar il-ħlas lill-ħaddiema) it-tkeċċija, u l-awtorità li tiddetermina n-natura tax-xogħol.

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, bħala indikazzjoni, li wieħed ikun suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit min iħaddem għal mill-inqas xahar jista’ jitqies li jilħaq ir-rekwiżit imsemmi bil-kliem “minnufih qabel il-bidu tal-impjieg tiegħu”. Perjodi iqsar jeħtieġu evalwazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ fil-waqt li jitqiesu l-fatturi kollha involuti.

Sabiex, meta jkun neċessarju u f’każijiet ta’ dubju, jiġi ddeterminat jekk min iħaddem normalment iwettaqx attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit, l-istituzzjoni kompetenti f’dan tal-aħħar huwa meħtieġ li teżamina l-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa min-naħa ta’ dak li jħaddem, inkluż il-post fejn l-impriża jkollha l-uffiċċju rreġistrat u l-amministrazzjoni tagħha, l-għadd ta’ persunal amministrattiv li jkun qed jaħdem fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit u fl-Istat Membru l-ieħor, il-post fejn il-ħaddiema stazzjonati jiġu reklutati u l-post fejn il-maġġoranza tal-kuntratti bi klijenti jiġu konklużi, il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-impriża mal-ħaddiema tagħha min-naħa, u mal-klijenti tagħha min-naħa l-oħra, il-fatturat waqt perjodu tipiku xieraq f’kull Stat Membru kkonċernat u l-għadd ta’ kuntratti mwettqa fl-Istat li jibgħat. Din mhijiex lista eżawrjenti, minħabba li l-kriterji għandhom jiġu adattati għal kull każ speċifiku u jqisu n-natura tal-attivitajiet mwettqa min-naħa tal-impriża fl-Istat fejn hija stabbilita.

2.

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, is-sodisfazzjon tar-rekwiżiti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna huwa evalwat fuq kriterji bħal li jkollha l-possibbiltà ta’ użu ta’ uffiċċju, li tħallas it-taxxi, li jkollha kard professjonali u numru tal-VAT jew li tkun reġistrata mal-kmamar tal-kummerċ jew ma’ entitajiet professjonali. Bħala indikazzjoni, li persuna twettaq l-attivitajiet tagħha għal mill-inqas xahrejn jista’ jitqies bħala li tilħaq ir-rekwiżit imsemmi bil-kliem “għal xi żmien qabel id-data meta tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu”. Perjodi iqsar għandhom jeħtieġu evalwazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ li tqis il-fatturi kollha involuti.

3.

(a)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu jkompli japplika għall-istazzjonar tal-persunal jekk il-ħaddiem, stazzjonat minn impriża fl-Istat li jibgħat f’impriża fl-Istat tal-impjieg, jiġi stazzjonat ukoll f’impriża waħda jew iktar fl-istess Stat ta’ impjieg, sakemm, madankollu, il-ħaddiem ikompli jwettaq xogħlu għall-impriża li tkun stazzjonatu. Dan jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari, jekk l-impriża tkun stazzjonat il-ħaddiem fi Stat Membru sabiex hemmhekk ikun jista’ jagħmel xogħlijiet suċċessivi jew xogħlijiet f’daqqa f’żewġ impriżi jew iktar li jinsabu fl-istess Stat Membru. L-element essenzjali u deċiżiv huwa li x-xogħol ikompli jitwettaq f’isem l-impriża tal-istazzjonament.

L-istazzjonar fi Stati Membri differenti minnufih wieħed wara l-ieħor f’kull każ se jagħti lok għal stazzjonament ġdid fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(b)

Waqfa qasira tal-attivitajiet tal-ħaddiem mal-impriża fl-Istat tal-impjieg, hi x’inhi r-raġuni (vaganzi, mard, taħriġ fl-impriża tal-istazzjonament…), m’għandhiex tikkostitwixxi interruzzjoni fil-perjodu tal-istazzjonament fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(c)

Minn meta ħaddiem ikun spiċċa perjodu ta’ stazzjonament, ma jista’ jiġi awtorizzat l-ebda perjodu ġdid ta’ stazzjonament għall-istess ħaddiem, l-istess impriżi jew l-istess Stat Membru sa ma jgħaddu mill-inqas xahrejn mid-data ta’ skadenza tal-perjodu tal-istazzjonament ta’ qabel. Deroga minn dan il-prinċipju hija, madankollu, permissibbli f’ċirkostanzi speċifiċi.

4.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 m’għandhomx japplikaw jew għandhom jieqfu milli japplikaw b’mod partikolari:

(a)

jekk l-impriża fejn ikun stazzjonat il-ħaddiem tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ impriża oħra fl-Istat Membru fejn tkun tinsab;

(b)

jekk il-ħaddiem stazzjonat fi Stat Membru jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ impriża li tkun fi Stat Membru ieħor;

(c)

jekk il-ħaddiem jiġi reklutat fi Stat Membru sabiex jintbagħat minn impriża li tkun qiegħda fi Stat Membru ieħor għal impriża fi Stat Membru terz.

5.

(a)

L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tagħha l-persuna kkonċernata tibqa’ suġġetta skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, fil-każijiet previsti b’din id-Deċiżjoni, għandha tinfurma kif jixraq lil min iħaddem u l-ħaddiem ikkonċernat bil-kundizzjonijiet li bihom il-ħaddiem stazzjonat jista’ jkompli jkun suġġett għal-leġiżlazzjoni tiegħu. Min iħaddem għandu għalhekk ikun infurmat bil-possibbiltà ta’ kontrolli matul il-perjodu tal-istazzjonament sabiex ikun żgurat li dan il-perjodu ma jkunx għadda. Kontrolli bħal dawn jistgħu ikollhom x’jaqsmu, partikolarment, mal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet u l-manteniment tar-relazzjoni diretta.

L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tagħha l-persuna kkonċernata tibqa’ suġġetta skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, għandha tinfurmaha kif jixraq bil-kundizzjonijiet li bihom il-ħaddiem jista’ jkompli jkun suġġett għal-leġiżlazzjoni tiegħu. Il-persuna kkonċernata għalhekk għandha tiġi infurmata dwar il-possibbiltà tal-verifiki matul il-perjodu li fih hija twettaq attività fl-istat fejn hija attiva, sabiex taċċerta li l-kundizzjonijiet li japplikaw għal dik l-attività ma nbiddlux. Verifiki bħal dawn jistgħu jirrelataw, b’mod partikolari, għall-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet u ż-żamma tal-infrastruttura meħtieġa biex ikompli l-attività tiegħu fl-Istat fejn huwa stabbilit.

(b)

Barra minn hekk, il-ħaddiem inkarigat u min iħaddmu għandu jgħarraf lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li jibgħat b’kull bidla li tkun saret waqt il-perjodu tal-istazzjonament, partikolarment:

jekk l-istazzjonament li tkun saret l-applikazzjoni għalih fl-aħħar mill-aħħar ma jkunx seħħ,

jekk l-attività tkun interrotta b’mod ieħor għajr dak pprovdut fil-paragrafu 3(b) ta’ din id-Deċiżjoni,

jekk il-ħaddiem stazzjonat ikun ġie assenjat minn min iħaddmu għal impriża oħra fl-Istat li jibgħat, b’mod partikolari fil-każ ta’ merġer jew trasferiment ta’ impriża.

(c)

L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat li jibgħat għandha, fejn jixraq u fuq talba, tipprovdi l-istituzzjoni tal-Istat tal-impieg bl-informazzjoni msemmija fis-subparagrafu (b).

(d)

L-istituzzjonijiet kompetenti tal-Istat li jibgħat u l-Istat tal-impieg għandhom jikkoperaw fit-twettiq tal-verifiki msemmija hawn fuq u fejn hemm dubju dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

6.

L-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jevalwaw u jissorveljaw is-sitwazzjonijiet koperti bl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u jipprovdu li min iħaddem u l-ħaddiema bil-garanziji xierqa kollha sabiex ma jostakolawx il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema. B’mod partikolari, il-kriterji użati għall-evalwazzjoni dwar jekk min iħaddem normalment iwettaqx attivitajiet fit-territorju ta’ Stat, jekk teżistix relazzjoni diretta bejn l-impriża u l-ħaddiem, jew jekk il-ħaddiem li jaħdem għal rasu iżommx l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq l-attività tiegħu fi Stat, għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti u b’mod ekwu fl-istess sitwazzjonijiet jew f’sitwazzjonijiet simili.

7.

Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u għandha tiffaċilità x-xogħol ta’ segwitu u l-iskambju ta’ informazzjoni, l-esperjenza u l-prattika tajba meta jsir l-iffissar u l-gradazzjoni tal-kriterji għall-evalwazzjoni tal-qagħdiet tal-impriżi u l-ħaddiema, u f’konnessjoni mal-miżuri ta’ kontroll fis-seħħ. Għal dan il-għan, se tfassal fi stadji, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet amministrattivi, l-impriżi u l-ħaddiema, gwida ta’ prattika tajba dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema u dwar il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jwettqu attività sekondarja barra l-Istat fejn huma stabbiliti.

8.

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/9


DEĊIŻJONI Nru E1

tat-12 ta’ Ġunju 2009

dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/03

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(d) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva għandha tinkoraġġixxi kemm jista’ jkun l-użu ta’ teknoloġiji ġodda,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li taħtu t-“Trażmissjoni ta’ dejta bejn l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta’ kuntatt għandha ssir b’mezzi elettroniċi …” u “Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-istruttura, il-kontenut, il-format u arranġamenti dettaljati għal skambju ta’ dokumenti u dokumenti elettroniċi strutturati”,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, dwar il-perjodu tranżitorju, li jiddikjara li “Kull Stat Membru jista’ jibbenefika minn perjodu tranżitorju għall-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi…” u li “Dawn il-perjodi tranżitorji ma għandhomx jaqbżu l-24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-implimentazzjoni.”,

Billi:

(1)

L-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni Amministrattiva biex tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għal kwalunkwe perjodi tranżitorji meħtieġa, bil-għan li jiżgura skambju ta’ dejta meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u r-Regolament ta’ implimentazzjoni.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-prinċipji bażiċi li se jiġu applikati mill-istituzzjonijiet waqt il-perjodu tranżitorju.

(3)

Huwa antiċipat li wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti l-ġodda se jkun għad hemm numru sinifikanti ta’ lmenti fil-progress fejn l-intitolament kien irriżulta mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (3) qabel din id-data u li fir-rigward ta’ dawn l-ilmenti huwa propost li l-iskambju ta’ informazzjoni jkun ibbażat b’mod ġenerali fuq il-proċeduri li jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (4), inkluż l-użu ta’ formoli elettroniċi.

(4)

L-Artikolu 94 (1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jimplika li “għotja doppja” ssir fiċ-ċirkostanzi tal-premessa preċedenti, fejn il-benefiċjarju jirċievi l-ogħla għotja.

(5)

Madankollu, fil-prattika, fil-maġġuranza l-kbira tal-każijiet, jekk mhux kollha, għotja bbażata fuq ir-Regolamenti ta’ qabel mhux se tkun imtejba permezz tal-applikazzjoni tar-Regolamenti l-ġodda. Għaldaqstant ġie meqjus li ma jkunx realistiku li wieħed jistenna li l-istituzzjonijiet f’dawn iċ-ċirkostanzi jwettqu proċeduri doppji skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 574/72 u (KE) Nru 987/2009.

(6)

Il-Paragrafu 5 tad-Deċiżjoni Nru H1 (5) jiċċara l-istatus ta’ ċertifikati (formoli elettroniċi) u l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (inklużi ċ-Ċertifikati Provviżorji ta’ Tibdil) maħruġa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

(7)

Fil-perjodu tranżitorju huma l-Istati Membri li jiddeċiedu meta huma jkunu lesti biex jingħaqdu mal-Iskambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI) b’mod sħiħ jew settur b’settur.

Taġixxi skont il-kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Waqt il-perjodu tranżitorju, il-prinċipju ewlieni għandu jkun kooperazzjoni tajba bejn l-istituzzjonijiet, il-prattiċità u l-flessibbiltà. Fuq kollox, il-ħtieġa li tiġi garantita tranżizzjoni bla problemi għaċ-ċittadini li jeżerċitaw id-drittijiet taħt ir-Regolamenti l-ġodda hija importanti ħafna.

2.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/04 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 verżjonijiet fuq il-karta tad-Dokumenti Strutturati Elettroniċi (SEDs) se jieħdu post il-formoli elettroniċi bbażati fuq ir-Regolamenti (KE) Nru 1408/71 u (KE) Nru 574/72.

3.

Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri li għandhom applikazzjonijiet nazzjonali elettroniċi li jipproduċu formoli elettroniċi jew li għandhom skambji elettroniċi stabbiliti (pereżempju l-proġetti Build), li raġonevolment ma jistgħux jinbidlu f’dan il-limitu ta’ żmien, jistgħu jkomplu jużawhom waqt il-perjodu tranżitorju, sakemm id-drittijiet taċ-ċittadini jkunu garantiti għal kollox taħt ir-Regolamenti l-ġodda.

4.

Fil-każijiet kollha, waqt il-perjodu tranżitorju, istituzzjoni għandha taċċetta informazzjoni rilevanti dwar kwalunkwe dokument maħruġ minn istituzzjoni oħra, anki jekk ikun ibbażat fuq format, kontenut jew struttura mhux aġġornata. F’każ ta’ dubji dwar id-drittijiet taċ-ċittadin ikkonċernat, l-istituzzjoni għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni li tkun ħarġitu fi spirtu ta’ kooperazzjoni tajba.

5.

Kif ġie ddikkjarat taħt il-paragrafu 5 tad-Deċiżjoni Nru H1, formoli elettroniċi, dokumenti u l-Karti Ewropej tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa inklużi ċ-Ċertifikati Provviżorji ta’ Tibdil) maħruġa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 għandhom jibqgħu validi u jiġu meqjusa mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra anki wara din id-data, sakemm tiskadi d-data ta’ validità tagħhom jew sakemm jiġu rtirati jew mibdula mid-dokumenti maħruġa jew kkomunikati taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

6.

Kull Stat Membru jista’ jsegwi approċċ flessibbli bbażat fuq fażijiet, settur b’settur, fl-implimentazzjoni ta’ Skambju Elettroniku ta’ Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI), sakemm jikseb l-EESSI permezz tal-Punt(i) ta’ Aċċess tiegħu. Stat Membru jista’ wkoll jagħżel li jingħaqad mal-EASSI biss meta s-setturi kollha tiegħu jkollhom aċċess.

7.

Li jkollok “aċċess għall-EESSI” ifisser li dak is-settur/il-Punt ta’ Aċċess jista’ jibgħat kif ukoll jirċievi l-messaġġi kollha f’dak is-settur lil/minn Punti ta’ Aċċess oħra tal-Istati Membri.

8.

L-informazzjoni dwar liema settur f’liema Stat Membru hu konness mal-EESSI għandha tinżamm f’lista aċċessibbli għall-istituzzjonijiet nazzjonali u riflessa wkoll fid-Direttorju tal-EESSI. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Amministrattiva bil-miktub qabel id-data tal-konnessjoni kif xieraq.

9.

Waqt il-perjodu tranżitorju l-iskambju ta’ informazzjoni bejn żewġ Stati Membri f’settur għandha tkun jew skont l-EESSI jew barra l-EESSI; m’għandux ikun hemm “taħlit u tqabbil”, bla ħsara għal kwalunkwe arranġamenti bilaterali li jistgħu, pereżempju, jikkonċernaw ittestjar jew taħriġ konġunt jew raġunijiet analogi.

10.

Format standard għal SEDs fuq il-karta, li għandu jiġi miftiehem mill-Kummissjoni Amministrattiva, għandu jkun aċċessibbli għall-istituzzjonijiet.

11.

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(4)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(5)  Ara paġna 13 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/11


DEĊIŻJONI Nru F1

tat-12 ta’ Ġunju 2009

dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità f’każ ta’ overlapping tal-benefiċċji tal-familja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/04

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li twieġeb għal kwistjonijiet amministrattivi jew kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni li jinqalgħu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 1 (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

Fejn il-benefiċċji tal-familja jitħallsu minn aktar minn Stat Membru wieħed, id-dritt għall-benefiċċji tal-familja ta’ Stat Membru fejn id-drittijiet huma disponibbli fuq bażi ta’ pensjoni jew ta’ residenza għandu jiġi sospiż sal-ammont ta’ benefiċċji tal-familja stipulat minn Stat Membru fejn id-drittijiet huma disponibbli fuq bażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha. Għalhekk huwa importanti li wieħed ikun jaf x’perjodi oħra jgħoddu bħala attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha sabiex jiġi stabbilit l-ordni ta’ prijorità f’każ ta’ overlapping.

(2)

Il-leġiżlazzjonijiet ta’ ċerti Stati Membri jipprevedu li perjodi ta’ sospensjoni jew interruzzjoni tal-attività proprja bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha minħabba vaganzi, qgħad, inkapaċità temporanja għax-xogħol, azzjonijiet industrijali jew lock-outs, għandhom jiġu trattati jew bħala perjodi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha biex jinkiseb id-dritt tal-benefiċċji tal-familja jew għandhom jitqiesu bħala perjodi ta’ inattività li jagħtu lok, fejn xieraq, jew fihom infushom jew bħala riżultat ta’ attività preċedenti, għal ħlas tal-benefiċċji tal-familja.

(3)

L-Artikoli 1(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jipprevedu definizzjonijiet ta’ “attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha” billi jirreferu għal “kwalunkwe attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala attività għall-għanijiet tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li fih teżisti din l-attività jew sitwazzjoni ekwivalenti”.

(4)

Huwa essenzjali li jkun magħruf l-ambitu tad-“drittijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha” li jinsab fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 sabiex jiġu evitati inċertezzi jew differenzi fl-interpretazzjoni.

(5)

F’każ fejn l-istatus ta’ ħaddiem ta’ impjieg attiv ġie sospiż minħabba l-leave mhux imħallas ta’ din il-persuna wara t-twelid ta’ tarbija u għall-għan li titrabba din it-tarbija, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (3) irreferiet għall-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 1408/71 (4) flimkien mal-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament (KEE) 1408/71 (5). Dan il-leave mhux imħallas irid ukoll għalhekk jiġi kkwalifikat bħala attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha għall-finijiet tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. F’dan il-kuntest il-Qorti tenniet li d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jistgħu biss japplikaw sakemm il-persuna kkonċernata għandha l-istat ta’ persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (6) li jitlob li l-persuna kkonċernata hija koperta f’tal-anqas fergħa waħda ta’ sigurtà soċjali. Dan jeskludi persuni li huma fuq leave mhux imħallas li m’għadhomx koperti taħt l-ebda skema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru rilevanti.

(6)

Jista’ jkun hemm biss lista mhux eżawrjenti ta’ każijiet li waqt matul perjodu ta’ leave persuna titqies li qiegħda tagħmel xi xogħol bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, minħabba l-varjetà ta’ sistemi ta’ leave mhux imħallas fl-Istati Membri u t-tibdil kontinwu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għalhekk mhux xieraq li jiġu definiti l-każijiet kollha li fihom dan il-leave mhux imħallas huwa ekwivalenti għal xogħol bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha u dawk fejn ir-rabta meħtieġa mill-qrib ma’ attività bi qligħ ma teżistix.

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-benefiċċji tal-familja għandhom jitqiesu bħala “mogħtija fuq il-bażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha” b’mod partikolari:

(a)

bis-saħħa tal-attività nnifisha bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha; kif ukoll

(b)

matul kwalunkwe perjodu ta’ sospensjoni temporanja ta’ din l-attività bħala persuna impjegata jew persuna impjegata għal rasha

(i)

b’riżultat ta’ mard, tqala, aċċident fuq ix-xogħol, marda fuq ix-xogħol jew qgħad, sakemm il-pagi jew il-benefiċċji, minbarra l-pensjonijiet, huma pagabbli fir-rigward ta’ dawn il-kontinġenzi; jew

(ii)

matul il-leave imħallas, strajk jew lock-out; jew

(iii)

matul leave mhux imħallas għat-trobbija tat-tfal, sakemm dan il-leave jitqies ekwivalenti għal xogħol bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha skont il-leġiżlazzjoni rilevanti.

2.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  Sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2005 fil-każ C-543/03, Dodl and Oberhollenzer/Tiroler Gebietskrankenkasse.

(4)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(5)  Fil-preżent l-Artikoli 67 u 11 (3) (a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(6)  Fil-preżent l-Artikolu (c) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/13


DEĊIŻJONI Nru H1

tat-12 ta’ Ġunju 2009

dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinament ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/05

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-kwistjonijiet amministrattivi kollha jew il-kwistjonijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 87 u 91 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 64(7) u l-Artikoli 93 sa 97 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010 u r-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 (3) u (KEE) Nru 574/72 (4) għandhom jiġu revokati fl-istess jum, minbarra s-sitwazzjonijiet irregolati bl-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

(2)

Soġġett għall-Artikolu 87(8) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 94 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, fil-prinċipju, dikjarazzjonijiet li jitressqu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti għandhom ikomplu jiġu regolati bil-liġi li kienet applikabbli għalihom fiż-żmien li tressqu u d-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti għandhom japplikaw biss għal dikjarazzjonijiet li nfetħu wara d-dħul tagħhom fis-seħħ.

(3)

Id-Deċiżjonijiet Nru 74 sa 208 u r-Rakkomandazzjonijiet Nru 14 sa 23 tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti, li għadhom fis-seħħ, ma jibqgħux validi fid-data meta jiġu revokati r-Regolamenti (KEE) Nru 1408/74 u (KEE) Nru 574/72 u r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 jidħlu fis-seħħ.

(4)

Jeħtieġ li jiġu adattati ċerti Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet applikabbli skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 biex jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

(5)

Hemm bżonn ta’ trasparenza u gwida għall-istituzzjonijiet fl-applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva skont ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

(6)

Minħabba l-kumplessità legali u teknika, il-perjodu ta’ żmien ristrett u l-ħtieġa li jingħataw prijorità ċerti karigi tal-Kummissjoni Amministrattiva, uħud mid-Deċiżjonijiet mhumiex se jkunu lesti għall-pubblikazzjoni fil-ħin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, iżda biss fi stadju aktar tard.

(7)

Ċerti dispożizzjonijiet ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet applikabbli skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 huma inkorporati direttament fid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

(8)

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet li jirreferu għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 ma għandhomx japplikaw għal każijiet regolati bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

Madankollu, dawn id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet jibqgħu applikabbli fejn ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 jibqgħu fis-seħħ u jibqa’ jkollhom effett legali, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet skont l-Artikolu 90(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 96(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

2.

Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness ma għandhom jiġu sostitwiti b’ebda Deċiżjoni jew Rakkomandazzjoni fir-rigward tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

3.

Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness għandhom jiġu sostitwiti bid-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet ġodda indikati fir-rigward tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

4.

Id-Deċiżjonijiet elenkati fil-Parti C tal-Anness għandhom jiġu adattati mill-Kummissjoni Amministrattiva kemm jista’ jkun malajr biex dawn jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 minħabba li l-prinċipji f’dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu applikati wkoll fir-rigward ta’ dawn ir-Regolamenti.

5.

Id-dokumenti meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (jiġifieri, il-Formoli Elettroniċi, il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa u ċ-Ċertifikati ta’ Tibdil Provviżorju) maħruġa mill-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet u korpi oħrajn kompetenti tal-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 għandhom jibqgħu validi (minkejja l-fatt li r-referenzi ntrabtu mar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72) u għandhom jitqiesu mill-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet u l-korpi l-oħra ta’ Stati Membri oħrajn anki wara dik id-data, sakemm tiskadi d-data tagħhom ta’ validità jew sakemm jiġu rtirati jew jinbidlu bid-dokumenti maħruġa jew ikkomunikati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

6.

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(4)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.


ANNESS

PARTI A

(Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet li jirreferu għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 mingħajr suċċessur fir-rigward tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

Id-Deċiżjonijiet:

 

Id-Deċiżjoni 74

 

Id-Deċiżjoni 76

 

Id-Deċiżjoni 79

 

Id-Deċiżjoni 81

 

Id-Deċiżjoni 85

 

Id-Deċiżjoni 89

 

Id-Deċiżjoni 91

 

Id-Deċiżjoni 115

 

Id-Deċiżjoni 117

 

Id-Deċiżjoni 118

 

Id-Deċiżjoni 121

 

Id-Deċiżjoni 126

 

Id-Deċiżjoni 132

 

Id-Deċiżjoni 133

 

Id-Deċiżjoni 134

 

Id-Deċiżjoni 135

 

Id-Deċiżjoni 136

 

Id-Deċiżjoni 137

 

Id-Deċiżjoni 142

 

Id-Deċiżjoni 143

 

Id-Deċiżjoni 145

 

Id-Deċiżjoni 146

 

Id-Deċiżjoni 148

 

Id-Deċiżjoni 151

 

Id-Deċiżjoni 152

 

Id-Deċiżjoni 156

 

Id-Deċiżjoni 167

 

Id-Deċiżjoni 171

 

Id-Deċiżjoni 173

 

Id-Deċiżjoni 174

 

Id-Deċiżjoni 176

 

Id-Deċiżjoni 178

 

Id-Deċiżjoni 180

 

Id-Deċiżjoni 192

 

Id-Deċiżjoni 193

 

Id-Deċiżjoni 197

 

Id-Deċiżjoni 198

 

Id-Deċiżjoni 199

 

Id-Deċiżjoni 201

 

Id-Deċiżjoni 202

 

Id-Deċiżjoni 204

Rakkomandazzjonijiet:

 

Ir-Rakkomandazzjoni 15

 

Ir-Rakkomandazzjoni 16

 

Ir-Rakkomandazzjoni 17

 

Ir-Rakkomandazzjoni 19

 

Ir-Rakkomandazzjoni 20

 

Ir-Rakkomandazzjoni 23

PARTI B

(Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet sostitwiti li jirreferu għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 u s-suċċessuri tagħhom fir-rigward tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.)

Deċiżjonijiet skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

Deċiżjonijiet li jikkorrispondu skont ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009

Id-Deċiżjoni 75

ID-DEĊIŻJONI P1

Id-Deċiżjoni 83

ID-DEĊIŻJONI U1

Id-Deċiżjoni 96

ID-DEĊIŻJONI P1

Id-Deċiżjoni 99

ID-DEĊIŻJONI H1

Id-Deċiżjoni 100

ID-DEĊIŻJONI H1

Id-Deċiżjoni 101

ID-DEĊIŻJONI H1

Id-Deċiżjoni 105

ID-DEĊIŻJONI P1

Id-Deċiżjoni 139

ID-DEĊIŻJONI H1

Id-Deċiżjoni 140

ID-DEĊIŻJONI H1

Id-Deċiżjoni 160

ID-DEĊIŻJONI U2

Id-Deċiżjoni 181

ID-DEĊIŻJONI A2

Id-Deċiżjoni 189

ID-DEĊIŻJONI S1

Id-Deċiżjoni 190

ID-DEĊIŻJONI S2

Id-Deċiżjoni 191

ID-DEĊIŻJONI S1

Id-Deċiżjoni 194

ID-DEĊIŻJONI S3

Id-Deċiżjoni 195

ID-DEĊIŻJONI S3

Id-Deċiżjoni 196

ID-DEĊIŻJONI S3

Id-Deċiżjoni 200

ID-DEĊIŻJONI H3

Id-Deċiżjoni 203

ID-DEĊIŻJONI S1

Id-Deċiżjoni 205

ID-DEĊIŻJONI U3

Id-Deċiżjoni 207

ID-DEĊIŻJONI F1


Rakkomandazzjonijiet skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

Rakkomandazzjonijiet li jikkorrispondu skont ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009

Ir-Rakkomandazzjoni 18

IR-RAKKOMANDAZZJONI U1

Ir-Rakkomandazzjoni 21

IR-RAKKOMANDAZZJONI U2

Ir-Rakkomandazzjoni 22

IR-RAKKOMANDAZZJONI P1

PARTI C

(Id-Deċiżjonijiet li jirreferu għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 li għad iridu jiġu adattati mill-Kummissjoni Amministrattiva)

 

Id-Deċiżjoni 138:

 

Id-Deċiżjonijiet 147 u 150

 

Id-Deċiżjoni 170 (inkluża 185)

 

Id-Deċiżjoni 175

 

Id-Deċiżjoni 206

 

Id-Deċiżjoni 208


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/17


DEĊIŻJONI Nru H2

tat-12 ta’ Ġunju 2009

dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/06

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva se trawwem u tiżviluppa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri billi timmodernizza l-proċeduri għall-iskambju tal-informazzjoni, b’mod partikolari billi tadatta l-fluss ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet għall-fini tal-iskambju b’mezzi elettroniċi, filwaqt li jitqies l-iżvilupp tal-ipproċessar tad-dejta f’kull Stat Membru; u tadotta r-regoli strutturali komuni għas-servizzi tal-ipproċessar tad-dejta, b’mod partikolari dwar is-sigurtà u l-użu ta’ standards, u għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet għat-tħaddim tal-parti komuni ta’ dawn is-servizzi,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi u tiddetermina l-metodi ta’ ħidma u kompożizzjoni ta’ Kummissjoni Teknika, li għandha twassal rapporti u opinjoni raġunata qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet mill-Kummissjoni Amministrattiva skont l-Artikolu 72(d),

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Kummissjoni Amministrattiva twaqqaf il-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-Dejta stipulata fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Hija għandha tissejjaħ ‘il-Kummissjoni Teknika’.

2.   Il-Kummissjoni Teknika għandu jkollha l-funzjonijiet stipulati fl-Artikolu 73(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

3.   Il-mandat fir-rigward tad-doveri speċifiċi tal-Kummissjoni Teknika għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni Amministrattiva li tista’ tbiddel dawn id-doveri kif meħtieġ.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni Teknika għandha tadotta r-rapporti u l-opinjonijiet raġunati tagħha fejn meħtieġ fuq il-bażi ta’ dokumenti u studji tekniċi. Hija tista’ titlob mill-amministrazzjonijiet nazzjonali kull informazzjoni li tqis meħtieġa għat-twettiq xieraq tad-doveri tagħha.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni Teknika għandha tkun magħmula minn żewġ membri minn kull Stat Membru, wieħed minnhom nominat bħala membru permanenti filwaqt li l-ieħor jinħatar bħala deputat tiegħu. In-nominazzjonijiet minn kull Stat Membru għandhom jintbagħtu lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Amministrattiva mir-rappreżentant tal-gvern tal-Istat Membru fuq il-Kummissjoni Amministrattiva.

2.   Ir-rapporti u l-opinjonijiet raġunati għandhom jiġu adottati bil-maġġoranza sempliċi tal-membri kollha tal-Kummissjoni Teknika, b’kull Stat Membru jkollu vot wieħed li għandu jintefa’ mill-membru permanenti jew mid-deputat tiegħu jekk ikun assenti. Ir-rapporti jew l-opinjonijiet raġunati tal-Kummissjoni Teknika jridu jindikaw jekk kinux unanimi jew b’maġġoranza sempliċi. Jekk ikun hemm minoranza jridu jniżżlu l-konklużjonijiet jew ir-riżervi tal-minoranza.

3.   Il-Kummissjoni Teknika tista’ tiddeċiedi li tadotta Rapporti u opinjonijiet raġunati bl-użu ta’ proċedura bil-miktub jekk din il-proċedura jkun intlaħaq ftehim dwarha f’laqgħa preċedenti tal-Kummissjoni Teknika.

Għal dan il-għan, il-President għandu jikkomunika t-test li għandu jiġi adottat lill-membri tal-Kummissjoni Teknika. Il-Membri għandhom jingħataw limitu ta’ żmien stabbilit ta’ mill-inqas għaxart ijiem tax-xogħol li fihom il-Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistqarru li ma jaqblux mat-test propost jew li jastjenu mill-votazzjoni. In-nuqqas ta’ reazzjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit għandu jitqies bħala vot fl-affermattiv.

Is-Sedja tista’ wkoll tiddeċiedi li tniedi proċedura bil-miktub f’każ li ma jkun intlaħaq ebda ftehim minn qabel f’laqgħa tal-Kummissjoni Teknika. F’każ bħal dan ftehimiet bil-miktub biss dwar it-test propost għandhom jitqiesu bħala voti fl-affermattiv u għandu jingħata limitu ta’ żmien stabbilit ta’ mill-inqas 15-il jum tax-xogħol.

Il-President, wara li jiskadi l-limitu ta’ żmien stabbilit, għandu jinforma lill-membri dwar ir-riżultat tal-vot. Deċiżjoni li tkun irċeviet l-għadd meħtieġ ta’ voti fl-affermattiv titqies adottata fl-aħħar jum tal-perjodu li fih il-membri jkunu ntalbu jirrispondu.

4.   Jekk membru tal-Kummissjoni Teknika jipproponi matul il-proċedura bil-miktub li t-test jiġi emendat, il-President jagħżel bejn li:

(a)

jerġa’ jibda mill-ġdid il-proċedura bil-miktub billi jikkomunika l-emenda proposta lill-membri skont il-proċedura fil-paragrafu 3, jew

(b)

iħassar il-proċedura bil-miktub sabiex il-kwistjoni tiġi diskussa fil-laqgħa ta’ wara,

skont liema proċedura titqies li tkun l-aktar f’lokha mill-President għall-kwistjoni msemmija.

5.   Jekk, qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien mogħti għar-risposti, membru tal-Kummissjoni Teknika jitlob li t-test propost jiġi eżaminat f’laqgħa mal-Kummissjoni Teknika, il-proċedura bil-miktub titħassar.

Il-kwistjoni mbagħad tiġi eżaminata fil-laqgħa li jkun imiss tal-Kummissjoni Teknika.

6.   Rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej jew persuna maħtura minnu għandha taġixxi fil-kapaċità ta’ konsulent fi ħdan il-Kummissjoni Teknika.

Artikolu 4

Il-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Teknika kull nofs sena għandha tkun jew f’idejn il-membru permanenti jew uffiċjal ieħor maħtur li jkun ġej mill-Istat li r-rappreżentant tiegħu fil-Kummissjoni Amministrattiva jkollu l-kariga ta’ President ta’ din il-Kummissjoni għall-istess perjodu. Il-President tal-Kummissjoni Teknika għandu jirrapporta dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni Teknika kif mitlub mill-President tal-Kummissjoni Amministrattiva.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni Teknika tista’ twaqqaf gruppi ta’ ħidma ad hoc biex tikkunsidra kwistjonijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni Teknika għandha tiddeskrivi d-doveri li jridu jitwettqu minn dawn il-gruppi ta’ ħidma, l-iskeda ta’ żmien għat-twettiq ta’ dawn id-doveri u l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-azzjoni tagħha fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 7.

Artikolu 6

Is-Segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva għandu jħejji u jorganizza l-laqgħat tal-Kummissjoni Teknika u jniżżel il-minuti tagħhom.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni Teknika għandha tibgħat programm ta’ ħidma fid-dettall lill-Kummissjoni Amministrattiva għall-approvazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni Teknika għandha wkoll kull sena tirrapporta lill-Kummissjoni Amministrattiva dwar l-attivitajiet u l-kisbiet tagħha fir-rigward tal-programm ta’ ħidma u dwar kull proposta biex dan jiġi emendat.

Artikolu 8

Kull azzjoni proposta tal-Kummissjoni Teknika li tinvolvi spejjeż li jridu jiġġarrbu mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija soġġetta għall-approvazzjoni tar-rappreżentant ta’ din l-istituzzjoni.

Artikolu 9

Il-lingwi tal-Kummissjoni Teknika għandhom ikunu dawk rikonoxxuti bħala lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Komunità skont l-Artikolu 290 tat-Trattat.

Artikolu 10

Ir-regoli supplementari stabbiliti fl-Anness mehmuż għandhom ukoll japplikaw għall-Kummissjoni Teknika.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


ANNESS

REGOLI SUPPLEMENTARI TAL-KUMMISSJONI TEKNIKA

1.   Attendenza fil-laqgħat

(a)

Jekk il-President fil-kariga ma jkunx jista’ jattendi f’laqgħa tal-Kummissjoni Teknika, id-deputat tiegħu għandu jagħmilha ta’ president.

(b)

Il-Membri jistgħu jkunu akkumpanjati fil-laqgħat tal-Kummissjoni Teknika minn espert jew esperti addizzjonali fejn dan ikun meħtieġ minħabba n-natura tas-suġġetti ttrattati. Kull delegazzjoni tista’, bħala regola, tikkonsisti f’mhux aktar minn erba’ persuni.

(c)

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej jew membru tas-Segretarjat jew kull persuna oħra maħtura mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Amministrattiva għandu jattendi għal-laqgħat kollha tal-Kummissjoni Teknika jew tal-gruppi ta’ ħidma ad hoc tagħha. Għal-laqgħat jista’ jattendi wkoll, fejn dan ikun rilevanti għas-suġġett tad-diskussjoni, rappreżentant ta’ dipartimenti oħra tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

2.   Votazzjoni

(a)

Meta membru permanenti tal-Kummissjoni Teknika jkollu l-kariga ta’ President, id-deputat tiegħu jivvota minfloku.

(b)

Kull membru preżenti waqt votazzjoni li jastjeni milli jivvota għandu jiġi mistieden mill-president biex jistqarr l-għala astjena.

(c)

Meta l-maġġoranza tal-membri preżenti jastjenu, il-proposta li dwarha jkun ittieħed il-vot għandha titqies bħala mhux milqugħa.

3.   Aġenda

(a)

L-aġenda provviżorja ta’ kull laqgħa tal-Kummissjoni Teknika għandha ssir mis-Segretarjat b’konsultazzjoni mal-president tal-Kummissjoni Teknika. Qabel ma jipproponi li jiddaħħal punt fl-aġenda, is-Segretarjat jista’, fejn dan jidher li jkun meħtieġ, jitlob lid-delegazzjonijiet ikkonċernati biex jippreżentaw bil-miktub il-fehmiet tagħhom fuq il-kwistjoni.

(b)

L-aġenda provviżorja għandha, fil-prinċipju, tinkludi punti li dwarhom talba mressqa minn membru jew mir-rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u, fejn dan ikun f’loku, noti marbuta mat-talba jkunu waslu għand is-Segretarjat tal-anqas 20 jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa.

(c)

L-aġenda provviżorja għandha tintbagħat tal-inqas għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-bidu ta’ kull laqgħa lill-membri tal-Kummissjoni Teknika, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, u kull persuna oħra mistennija li tkun se tattendi għal-laqgħa. Id-dokumenti relatati mal-punti fuq l-aġenda jridu jintbagħtulhom hekk kif isiru disponibbli.

(d)

Fil-bidu ta’ kull laqgħa l-Kummissjoni Teknika għandha tapprova l-aġenda tal-laqgħa. Jinħtieġ vot unanimu tal-Kummissjoni Teknika biex jiġi inkluż fl-aġenda kwalunkwe punt għajr dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja. Għajr f’każijiet ta’ urġenza, il-membri tal-Kummissjoni Teknika jistgħu jirriżervaw il-pożizzjoni finali tagħhom sal-laqgħa ta’ wara fir-rigward ta’ punti li jidhru fuq l-aġenda provviżorja li dwarhom, ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa, ikunu għadhom ma rċevewx id-dokumenti rilevanti fil-lingwa tagħhom.

4.   Grupp ta’ ħidma ad hoc

(a)

Il-gruppi ta’ ħidma ad hoc għandhom ikunu ppreseduti minn espert maħtur mill-President tal-Kummissjoni Teknika f’konsultazzjoni mar-rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej jew, f’nuqqas ta’ dan, minn espert li jirrappreżenta l-Istat li r-rappreżentant tiegħu fuq il-Kummissjoni Amministrattiva jkollu l-kariga ta’ President ta’ din il-Kummissjoni.

(b)

Il-president tal-kumitat ta’ ħidma ad hoc għandu jissejjaħ għal-laqgħa tal-Kummissjoni Teknika li fiha jiġi diskuss ir-rapport ta’ dan il-kumitat ta’ ħidma ad hoc.

5.   Kwistjonijiet Amministrattivi

(a)

Il-President tal-Kummissjoni Teknika jista’ jagħti lis-Segretarjat kull istruzzjoni biex jinżammu laqgħat u għat-twettiq ta’ attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-ħidma tal-Kummissjoni Teknika.

(b)

Il-Kummissjoni Teknika għandha titlaqqa’ b’ittra ta’ konvokazzjoni mibgħuta lill-membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa tas-Segretrajat f’konsultazzjoni mal-President tal-Kummissjoni Teknika.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/21


DEĊIŻJONI Nru P1

tat-12 ta’ Ġunju 2009

dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-Invalidità, tal-Età u tas-Superstiti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/07

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva hi responsabbli biex tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi jew mistoqsijiet ta’ interpretazzjoni kollha li jinħolqu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Filwaqt li hemm bżonn li tiġi ċċarata l-applikazzjoni tal-Artikolu 50(4), l-Artikolu 58 u l-Artikolu 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u biex tiġi pprovduta l-gwida neċessarja lill-istituzzjonijiet inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

I.   Applikazzjoni tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

1.

L-istituzzjoni li tħallas benefiċċju għandha awtomatikament tagħmel kalkolu ġdid meta tkun infurmata li l-benefiċjarju jilħaq il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ benefiċċju skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.

M’għandux isir kalkolu ġdid f’sitwazzjoni meta l-perjodi kompluti skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri l-oħra diġà tqiesu għall-għoti tal-benefiċċju u ma nkisbu l-ebda perjodi wara l-għoti tal-benefiċċju tal-bidu.

Madankollu, meta jibdew japplikaw kundizzjonijiet addizzjonali (ħlief għat-tmiem ta’ perjodi tal-assigurazzjoni), bħal meta wieħed jilħaq l-età meħtieġa għall-għoti tal-benefiċċju jew bidla fin-numru ta’ tfal li għandhom jitqiesu, għandu awtomatikament isir kalkolu ġdid.

2.

L-istituzzjoni li tagħmel kalkolu ġdid ta’ benefiċċju li kien ingħata minnha, għandha għall-kalkolu tqis il-perjodi kollha tal-assigurazzjoni u/jew ir-residenza, kif ukoll kwalunkwe kundizzjoni oħra li jissodisfa l-benefiċjarju skont il-leġiżlazzjoni tagħha stess u skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru l-ieħor dakinhar tal-għoti tal-benefiċċju kkalkulat mill-ġdid.

3.

Il-jum rilevanti għandu jkun il-jum meta mmaterjalizza ruħu r-riskju fl-Istat Membru fejn il-kundizzjonijiet għall-intitolament ġew sodisfatti l-aħħar.

II.   L-applikazzjoni tal-Artikolu 58 tar- Regolament (KE) Nru 883/2004

4.

L-istituzzjoni li tagħti suppliment skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandha tinnotifika l-istituzzjoni kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu l-benefiċjarju huwa intitolat għal benefiċċju mogħti skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tar-Regolament.

5.

L-istituzzjoni kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li jipprovdi benefiċċji skont il-Kapitolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 lill-benefiċjarju għandu jinnotifika kull Jannar lill-istituzzjoni li tħallas is-suppliment tal-ammont tal-benefiċċji li tħallas lill-benefiċjarju sa mill-1 ta’ Jannar tal-istes sena.

III.   Applikazzjoni ta’ Artikolu 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

6.

Meta persuna tagħmel applikazzjoni għar-reviżjoni ta’ pensjoni tal-invalidità skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/04 ma għandux ikun neċessarju li jsir eżami mediku ieħor, sakemm it-tagħrif li jinsab fil-fajl tal-benefiċjarju jkun jista’ jitqies bħala adattat.

Fejn dan ma jkunx il-każ, l-istituzzjoni kkonċernata tista’ titlob li jsir eżami mediku ġdid.

IV.   Pubblikazzjoni u dħul fis-seħħ

7.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/23


DEĊIŻJONI Nru S1

tat-12 ta’ Ġunju 2009

rigward il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/08

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dipożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar l-intitolament ta’ persuna assigurata u tal-membri tal-familja tagħha, li joqogħdu fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti għal benefiċċji mhux finanzjarji li jkunu meħtieġa minħabba raġunijiet mediċi filwaqt li jitqies it-tip ta’ benefiċċji u t-tul maħsub taż-żjara,

Wara li kkunsidrat l-Artikoluo27(1) tar-Regolament (KEE) Nruo883/2004,

Wara li kkunsidrat l-Artikoluo25 A) u C) tar-Regolament (KE) Nruo987/2009,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona, li nżamm fil-15 u s-16 ta’ Marzu 2002, iddeċieda: “li l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea għandha tieħu post il-formoli tal-karta li huma meħtieġa fil-preżent biex wieħed jingħata trattament tas-saħħa fi Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għal dak il-għan qabel il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2003. Din il-Karta għandha tissimplifika l-proċeduri, iżda mhix se ġġib bidla fid-drittijiet u l-obbligi eżistenti.” (il-punt 34).

(2)

Minħabba li l-użu tal-karti tas-saħħa u dawk tas-sigurtà soċjali jvarja ħafna bejn Stat Membru u ieħor, il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea għall-bidu hija introdotta f’format fejn id-dejta meħtieġa għall-għoti tal-kura tas-saħħa u r-rimborż tal-ispejjeż tista’ tinqara faċilment. Din l-informazzjoni tista’ tkun inkorporata wkoll f’mezz elettroniku. Barra minn dan, aktar ‘il quddiem l-użu tal-mezz elettroniku għandu jinxtered aktar.

(3)

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea għandha tikkonforma ma’ mudell uniku definit mill-Kummissjoni Amministrattiva u dan għandu jgħin biex jiffaċilita l-aċċess għall-kura tas-saħħa kif ukoll jgħin fil-prevenzjoni kontra l-użu irregolari, abbużiv u qarrieqi tal-karta.

(4)

L-istituzzjonijiet tal-Istati Membri jiddeterminaw il-perjodu tal-validità tal-Karti tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropej li joħorġu. Il-perjodu ta’ kemm iddum valida l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea għandu jqis it-tul ta’ kemm mistenni jibqa’ fis-seħħ l-intitolament tal-persuna assigurata.

(5)

F’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali għandu jinħareġ ċertifikat provviżorju ta’ sostituzzjoni għal perjodu limitat. “Ċirkostanzi eċċezzjonali” jistgħu jinvolvu serq jew telfien tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea jew każ fejn it-tluq iseħħ fi żmien qasir wisq biex tinħareġ il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea. Iċ-ċertifikat provviżorju ta’ sostituzzjoni jista’ jintalab mill-persuna assigurata jew minn istituzzjoni tal-Istat fejn tkun qed issir iż-żjara.

(6)

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea għandha tintuża fis-sitwazzjonijiet kollha ta’ żjara temporanja li tulha persuna assigurata tiġi bżonn kura tas-saħħa irrispettivament mill-iskop taż-żjara, sew jekk din tkun għal raġunijiet ta’ turiżmu, attività professjonali jew inkella studju. Madankollu, il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea ma tistax tintuża meta l-iskop taż-żjara barra l-pajjiż huwa purament li wieħed jieħu kura għal saħħtu.

(7)

Skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex idaħħlu fis-seħħ proċeduri sabiex jevitaw, f’każ li persuna ma tibqax intitolata għall-benefiċċji tas-saħħa mhux finanzjarji minn naħa ta’ Stat Membru u tiġi intitolata għal benefiċċji mhux finanzjarji fi Stat Membru ieħor, li din tibqa’ tuża l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea maħruġa mill-istituzzjoni tal-ewwel Stat Membru wara d-data minn meta din ma tibqax intitolata għall-benefiċċji mhux finanzjarji minn dan l-Istat.

(8)

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 għandha tibqa’ fis-seħħ sad-data tal-iskadenza mniżżla fuq il-Karta.

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Prinċipji Ġenerali

1.

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea tiċċertifika l-intitolament ta’ persuna assigurata u ta’ pensjonant, kif ukoll tal-membri tal-familja tagħhom, li joqogħdu fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, għal benefiċċji mhux finanzjari li jkunu meħtieġa minħabba raġunijiet mediċi filwaqt li jitqies it-tip ta’ benefiċċji u t-tul maħsub taż-żjara.

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea ma tistax tintuża fis-sitwazzjoni fejn l-intenzjoni taż-żjara temporanja hija li wieħed jingħata trattamemt mediku.

2.

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea għandha tkun Karta individwali maħruġa f’isem id-detentur tal-Karta.

3.

Il-perjodu li tulu tkun valida l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea għandu jkun iddeterminat mill-istituzzjoni li toħroġha.

4.

Benefiċċji mhux finanzjarji pprovduti mill-istituzzjoni tal-Istat Membru fejn tkun qed issir iż-żjara fuq il-bażi ta’ Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea valida għandhom ikunu rimborżati mill-istituzzjoni kompetenti skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ. Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea valida hija Karta li l-perjodu ta’ validità indikat fuqha ma jkunx skada.

L-istituzzjoni kompetenti ma tistax tirrifjuta rimborż tal-ispejjeż minħabba raġunijiet marbutin mal-fatt li l-persuna ma tkunx għadha assigurata mal-istituzzjoni li tkun ħarġet il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea, kemm-il darba l-benefiċċji kienu ngħataw lid-detentur tal-Karta jew taċ-Ċertifikat Provviżorju ta’ Sostituzzjoni fi żmien il-perjodu validu tal-Karta jew taċ-Ċertifikat.

5.

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jipprevjenu l-ħruġ ta’ Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea, għandu jinħareġ ċertifikat provviżorju ta’ sostituzzjoni b’perjodu ta’ validità limitat mill-istituzzjoni kompetenti. Iċ-Ċertifikat Provviżorju ta’ Sostituzzjoni jista’ jintalab mill-persuna assigurata jew minn istituzzjoni tal-Istat fejn tkun qed issir iż-żjara.

6.

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea u ċ-Ċertifikat Provviżorju ta’ Sostituzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ mudell uniku li jissodisfa l-karatteristiċi u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva.

Dejta inkluża fil-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea

7.

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea għandha tinkludi d-dejta li ġejja:

Isem u kunjom id-detentur tal-Karta

In-numru tal-identifikazzjoni personali tad-detentur tal-karta jew, meta dan in-numru ma jeżistix, in-numru tal-persuna assigurata li minnu jinħarġu d-drittijiet tad-detentur tal-Karta

Id-data tat-twelid tad-detentur tal-Karta

Id-data tal-iskadenza tal-Karta

Il-Kodiċi tal-ISO tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-Karta

In-numru ta’ identifikazzjoni u l-akronimu tal-istituzzjoni kompetenti

In-numru loġiku tal-Karta

L-Użu tal-Karta għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea

8.

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea tista’ tintuża fis-sitwazzjonijiet kollha ta’ żjara temporanja li tulha persuna assigurata tiġi bżonn benefiċċji mhux finanzjarji irrispettivament mill-iskop taż-żjara, sew jekk din tkun għal raġunijiet ta’ turiżmu, attività professjonali jew inkella studju.

9.

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea tikkonferma l-intitolament tad-detentur tal-Karta fl-Istat Membru taż-żjara għal benefiċċji tal-mard mhux finanzjarji li jiġi bżonn medikament u li jingħatawlu waqt żjara temporanja fi Stat Membru ieħor bil-għan li wieħed jipprevjeni l-każ fejn id-detentur tal-Karta jiġi obbligat jirritorna, qabel tmiem il-perjodu maħsub taż-żjara, lejn l-Istat kompetenti jew l-Istat ta’ residenza biex jingħata t-trattament li l-persuna tkun teħtieġ.

L-iskop ta’ benefiċċji bħal dawn huwa li jippermettu lill-persuna assigurata biex tkompli biż-żjara tagħha taħt kundizzjonijiet mediċi siguri.

10.

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea ma tkoprix benfiċċji ta’ mard mhux finanzjarji f’sitwazzjonijiet fejn l-intenzjoni taż-żjara tkun li wieħed jingħata trattamemt mediku.

11.

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea tiggarantixxi li, fl-Istat Membru fejn tkun qed issir iż-żjara, id-detentur tal-Karta jingħata l-istess trattament (proċeduri u tariffi) bħal persuna koperta mill-iskema tal-assigurazzjoni tal-mard ta’ dan l-Istat.

Il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea

12.

Fil-każ li persuna ma tibqax intitolata għall-benefiċċji tal-mard mhux finanzjarji mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u tiġi intitolata għall-benefiċċji mhux finanzjarji min-naħa tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw sabiex jevitaw li persuna tibqa’ tuża l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea maħruġa mill-istituzzjoni tal-ewwel Stat Membru wara d-data minn meta din ma tibqax intitolata għall-benefiċċji mhux finanzjarji minn dan l-Istat. Fejn ikun il-każ, l-istituzzjoni ta’ dan l-Istat Membru għandha tipprovdi Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea ġdida.

13.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/26


DEĊIŻJONI Nru S2

tat-12 ta’ Ġunju 2009

li tikkonċerna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/09

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva Nru S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (3),

Billi:

(1)

Sabiex jitħaffu l-aċċettazzjoni u r-rimborż tal-ispejjeż tal-benefiċċji mhux finanzjarji pprovduti fuq il-bażi ta’ tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa, jeħtieġ li t-tliet partijiet ewlenin ikkonċernati, jiġifieri l-persuna assigurata, dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa u l-istituzzjonijiet, jirrikonoxxu faċilment u jaċċettaw il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa b’mod konformi ma’ mudell waħdieni u speċifikazzjonijiet uniformi.

(2)

L-informazzjoni li trid tkun tidher fuq il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa hija ddefinita fil-punt 7 tad-Deċiżjoni Nru S1. L-introduzzjoni tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa bid-dejta viżibbli hija l-ewwel stadju ta’ proċess li jwassal għall-użu ta’ mezz elettroniku li jipprovdi l-intitolament għall-benefiċċji mhux finanzjarji matul mawra temporanja fi Stat Membru ieħor minbarra dak kompetenti jew l-Istat tar-residenza. Konsegwentement, l-istituzzjonijiet kompetenti tal-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu dan jistgħu jinkorporaw fuq mezz elettroniku, bħal mikroċippa jew strixxa manjetika, sa mill-istadju inizjali ‘l hinn, id-dejta msemmija f’din il-premessa.

(3)

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jżommu milli tinħareġ Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa, għandu jinħareġ ċertifikat provviżorju ta’ sostituzzjoni skont mudell uniformi,

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Id-disinn u l-ispeċifikazzjonijiet tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa għandhom jiġi stabbiliti skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

2.

Il-mudell taċ-ċertifikat provviżorju ta’ sostituzzjoni għandu jiġi stabbilit skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

3.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  Ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

Dispożizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

1.   INTRODUZZJONI

B’mod konformi mad-Deċiżjonijiet relatati tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali, il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tipprovdi ġabra minima ta’ dejta li tista’ tinqara ċar li għandha tintuża fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tal-assigurazzjoni jew tar-residenza, għal:

L-identifikazzjoni tal-persuna assigurata, tal-istituzzjoni kompetenti u tal-karta;

L-istqarrija tal-intitolament ta’ għoti ta’ kura matul mawra temporanja fi Stat Membru ieħor.

Il-mudelli murija hawn taħt huma msejsa fuq l-ispeċifikazzjonijiet mfissra f’dan id-dokument, imma għandhom jitqiesu għal għanijiet ta’ illustrazzjoni biss.

Image

Image

Filwaqt li l-ordni tad-dejta li tista’ tinqara ċar hija identika fiż-żewġ mudelli, jiġifieri irrispettivament mil-liema naħa tintuża l-karta Ewropea tal-assigurazzjoni tas-saħħa, ġiet definita struttura differenti għan-naħa ta’ quddiem u dik ta’ wara. Dan huwa r-riżultat ta’ kompromess bejn il-mudell uniku rekwiżit għall-karta Ewropea u d-differenzi strutturali taż-żewġ naħat filwaqt li nżamm l-istil ġenerali bejn in-naħat ta’ quddiem u ta’ wara tal-karta.

2.   REFERENZI NORMATTIVI

Referenza

Titlu/Deskrizzjoni tad-Dokument

Data tal-ħruġ

ISO 3166-1

Kodiċi għar-rappreżentazzjoni tal-ismijiet tal-pajjiżi u s-subdiviżjonijiet tagħhom – Parti 1: Kodiċi tal-pajjiż

1997

ISO/IEC 7810

Karti tal-identifikazzjoni – Karetteristiċi fiżiċi

1995

ISO/IEC 7816

Karti tal-identifikazzjoni – Karti b’ċirkwit(i) integrat(i) bil-kuntatti

 

Parti 1:

Karatteristiċi fiżiċi

1998

Parti 2:

Dimensjoni u lok tal-kuntatti

1999

Serje ISO 8859

Ġabriet ta’ karattri grafiċi kodifikati b’8-bit single-byte

Parti 1 – 4: In-Numri 1 sa 4 skont l-alfabett Latin

1998

EN 1867

Karti li jinqraw permezz ta’ magna – Applikazzjoni għall-kura tas-saħħa – Sistema ta’ enumerazzjoni u proċedura ta’ reġistrazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ min ikun ħariġhom

1997

3.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET

3.1.   Definizzjonijiet

In-naħa ta’ quddiem hija l-post fejn jiddaħħal il-mikroproċessur (jekk ikun hemm wieħed).

In-naħa ta’ wara hija l-post fejn titwaħħal l-istrixxa manjetika (jekk ikun hemm waħda).

Jekk la jkun hemm mikropoċessur u lanqas strixxa manjetika, in-naħa ta’ quddiem tal-karta tkun fejn tiġi ppreżentata l-informazzjoni deskritta f’dan id-dokument.

3.2.   Struttura ġenerali

L-għamla tal-karta Ewropea tal-assigurazzjoni tas-saħħa hija konformi mal-format ID-1 (għoli ta’ 53.98 mm, wisa’ ta’ 85.60 mm u ħxuna ta’ 0.76 mm). Madankollu, jekk il-karta Ewropea tal-assigurazzjoni tas-saħħa tieħu l-għamla ta’ stiker li għandha titwaħħal man-naħa ta’ wara tal-karta tal-identità nazzjonali, il-kriterju dwar il-ħxuna ID-1 ma japplikax.

3.2.1.   Il-karta Ewropea tal-assigurazzjoni tas-saħħa: in-naħa ta’ quddiem tal-karta

L-isfond huwa maqsum f’żewġ partijiet b’assi vertikali li jaqsam il-karta f’Parti 1 fuq ix-xellug (wiesgħa 53 mm) u Parti 2 fuq il-lemin.

4 porzjonijiet riżervati huma ppożizzjonati bis-saħħa ta’ ġabra ta’ linji gwida:

3 linji gwida vertikali

(a)

5 mm mit-tarf tax-xellug tal-karta,

(b)

21,5 mm mit-tarf tax-xellug tal-karta,

(c)

1 mm mit-tarf tal-lemin tal-karta;

3 linji gwida orizzontali

(d)

2 mm mit-tarf ta’ fuq tal-karta,

(e)

17 mm mit-tarf ta’ fuq tal-karta,

(f)

5 mm mit-tarf t’isfel tal-karta.

(a)   Karta bla ċippa

Image

(b)   Karta biċ-ċippa

Image

3.2.2.   Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa: in-naħa ta’ wara tal-karta

L-isfond huwa maqsum b’assi li jaqsam il-karta orizzontalment f’żewġ partijiet tal-istess daqs. Il-Parti 1 hija l-parti ta’ fuq u l-Parti 2 hija l-parti t’isfel.

5 porzjonijiet riżervati huma ppożizzjonati bis-saħħa ta’ ġabra ta’ linji gwida:

Simetrikament

(g)

9 mm mit-tarf tax-xellug tal-karta,

(h)

fin-nofs tal-karta,

(i)

9 mm mit-tarf tal-lemin tal-karta;

Vertikalment

(j)

3 mm mit-tarf tax-xellug tal-karta,

(k)

3 mm mit-tarf tal-lemin tal-karta;

Orizzontalment

(l)

fin-nofs tal-karta,

(m)

2 mm mit-tarf t’isfel tal-karta.

(c)   Bi strixxa manjetika

Image

(d)   Bla strixxa manjetika

Image

3.3.   Sfond u elementi grafiċi

3.3.1.   L-ilwien tal-isfond

L-iskema tal-ilwien tal-isfond hija kif ġej (1):

Il-Parti 1 hija blu skur imħallat mal-vjola (2),

Il-Parti 2 hija tonalità partikolari ta’ griż/blu (3) bi sfumatura li tiskura ftit min-nofs lejn il-ġnub tal-karta,

Il-parti tad-dejta hija magħmula minn strixxi bojod li għandhom jintużaw bħala sfond għal kull waħda mil-linji tad-dejta individwali (ara hawn taħt).

Intuża effett ta’ sfumatura fil-parti 2 u fit-taqsima tad-dejta ħalli jinħoloq stħajjil ta’ inċiżjoni, bid-dawl jaqa’ mill-kantuniera ta’ fuq tax-xellug tal-karta.

Il-parti libera hija tal-istess lewn bħal dak tal-Parti 2 (bla effett ta’ sfumatura) jew inkella tat-taqsima tad-dejta.

3.3.2.   L-emblema Ewropea

L-emblema Ewropea hija magħmla mill-istilel Ewropej ta’ lewn abjad:

Meta tkun fuq il-parti ta’ quddiem tal-karta, ikollha dijametru ta’ 15 mm u titpoġġa vertikalment taħt il-linja gwida “d” u ċċentrata orizzontalment fil-parti 2 tal-isfond;

Meta tkun fil-parti ta’ wara tal-karta, ikollha dijametru ta’ 10 mm u titpoġġa simetrikament tul l-assi vertikali “i” u allinjata ċentralment mal-parti libera.

Se tintuża emblema alternattiva għall-pajjiżi fejn se tinħareġ karta Ewropea iżda li m’humiex membri tal-Unjoni Ewropea.

3.3.3.   It-taqsima tad-dejta

Il-parti tat-taqsima tad-dejta hija magħmula minn strixxi għad-dejta bojod (5 meta jkunu fuq in-naħa ta’ quddiem u 4 meta jkunu fuq in-naħa ta’ wara) ta’ għoli ta’ 4 mm u spazji intermedjarji ta’ 2 mm:

Meta tkun fuq in-naħa ta’ quddiem tal-karta, it-taqsima tad-dejta titpoġġa fin-nofs bejn il-linji gwida vertikali “b” u “c” u l-linji orizzontali “e” u “f”;

Meta tkun fuq in-naħa ta’ wara tal-karta, it-taqsima tad-dejta titpoġġa simetrikament tul l-assi vertikali “h” u bejn il-linji gwida vertikali “j” u “k” u ‘l fuq mil-linja orizzontali “m”.

3.3.4.   Il-parti vojta

Il-parti vojta tinsab fin-naħa ta’ wara tal-karta Ewropea u hija disponibbli għal għanijiet nazzjonali. Din tista’ tintuża pereżempju bħala strixxa għall-firma jew sabiex isir fuqha kwalunkwe test, logo jew marka oħra. Il-kontenut ta’ din il-parti, madankollu, ma għandu l-ebda valur legali, iżda valur informattiv biss.

Din il-parti hija pożizzjonata kif ġej:

Meta l-karta Ewropea tkun implimentata fuq in-naħa ta’ quddiem ta’ karta, in-naħa ta’ wara hija parti libera, bla ebda speċifikazzjonijiet.

Meta l-karta Ewropea tkun implimentata fuq in-naħa ta’ wara ta’ karta oħra, parti libera, bla ebda speċifikazzjonijiet minbarra id-dimensjoni tagħha, tibqa’ disponibbli fuq in-naħa ta’ wara tal-karta (għoli ta’ 10 mm u wisa’ ta’ 52 mm). Din tinsab simetrikament tul l-assi vertikali “h” u hija ċċentrata fil-parti bejn l-istrixxa manjetika u l-partijiet tat-taqsimiet tad-dejta. Din tista’ tintuża minn min joħroġ il-karta sabiex jitqiegħed test jew strixxa għall-firma ta’ awtentiċità.

Fejn m’hemmx strixxa manjetika, il-parti libera tkun għolja 20 mm flok 10 mm.

3.4.   Elementi ta’ dejta predefiniti

3.4.1.   Isem il-karta

Isem it-taqsima

Isem il-karta

Deskrizzjoni

L-isem komuni tal-karta kif deċiż mill-Kummissjoni Amministrattiva fid-Deċiżjoni Nru 190

Pożizzjoni

Meta jkun fuq in-naħa ta’ quddiem, taħt il-linja gwida orizzontali “d”, u fuq il-lemin tal-linja gwida vertikali “a”,

Meta jkun fuq in-naħa ta’ wara, jitpoġġa simetrikament tul l-assi vertikali “h” u ċċentrat fil-parti bejn l-istrixxa manjetika u t-tarf ta’ fuq tal-karta.

Valuri

Il-valur “Karta Ewropea tal-assigurazzjoni tas-saħħa” jinkiteb b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Format

Font “Verdana True Typw” jew ekwivalenti, b’ittri kbar u stil regolari, daqs punt 7 meta jkun fuq in-naħa ta’ quddiem u punt 6 meta jkun fuq in-naħa ta’ wara, abjad, bil-wisa’ tal-karattri kompressa għal 90 % tad-daqs normali u pożizzjoni u spazjar tal-karattri “normali”.

Tul

40 karattru

Kumment

Il-kelmiet preċiżi użati fl-isem bil-lingwa tal-Istat Membru emittenti huma r-responsabbiltà tal-Istat Membru biss.

3.4.2.   Caption

Isem it-taqsima

Caption

Deskrizzjoni

Il-caption jiddefinixxi xi tkun tfisser taqsima ta’ dejta.

Pożizzjoni

Fuq nett ta’ kull taqsima ta’ dejta personali

Allinjar fuq ix-xellug għall-captions fuq in-naħa tax-xellug tal-karta u allinjar fuq il-lemin għall-captions fuq in-naħa tal-lemin tal-karta.

Valuri

Il-valuri jinkitbu b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u huma ffissati kif ġej (il-verżjoni bl-Ingliż qed tingħata bħala t-test bażi):

1.

(l-ebda caption għall-identifikatur tal-formola)

2.

(l-ebda caption għan-numru tal-kodiċi tal-Istat Membru emittenti)

3.

Isem

4.

Ismijiet mogħtija

5.

Data tat-twelid

6.

Numru ta’ identifikazzjoni personali

7.

Numru ta’ identifikazzjoni tal-istituzzjoni

8.

Numru ta’ identifikazzjoni tal-karta

9.

Data ta’ skadenza

Format

Font “Verdana True Type” jew ekwivalenti, bi stil regolari, daqs punt 5, abjad, bil-wisa’ tal-karattri kompressa għal 90 % tad-daqs normali u pożizzjoni u spazjar tal-karattri “normali”.

Spazjar tal-linji ta’ 2 punti flimkien mad-daqs tal-karattri.

Tul

Skont il-ħtieġa ta’ kull wieħed mill-valuri fissi msemmija hawn fuq

Kumment

Kull caption hija identifikata bla ambigwità permezz ta’ numru, sabiex jippermettu s-superimpożizzjoni tal-karta b’lingwi differenti.

Il-kelmiet preċiżi użati fil-valuri tal-captions bil-lingwa tal-Istat Membru emittenti huma r-responsabbiltà tal-Istat Membru biss.

3.4.3.   Stat emittenti

Isem it-taqsima

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-istat emittenti

Deskrizzjoni

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istat emittenti tal-karta

Pożizzjoni

It-taqsima 2: Pożizzjoni ċentralizzata fi ħdan l-Emblema Ewropea b’kaxxa bajda għolja 4 mm u wiesgħa 4 mm.

Valuri

Il-kodiċi ISO tal-pajjiż b’żewġ diġiti (ISO 3166-1)

Format

Font “Verdana True Type” jew ekwivalenti, b’ittri kbar u stil regolari, daqs punt 7, iswed, bil-wisa’ tal-karattri kompressa għal 90 % tad-daqs normali u pożizzjoni u spazjar tal-karattri “normali”.

Tul

2 karattri.

Kumment

Il-kodiċi “UK” se tintuża minflok “GB”, li hija l-kodiċi ISO standard għar-Renju Unit.

Għal kull Stat Membru se tintuża kodiċi waħdanija.

3.5.   Elementi ta’ dejta personali

L-elementi ta’ dejta personali għandhom dawn il-karatteristiċi komuni li ġejjin:

Konformità ma’ EN 1387 fir-rigward tas-sett tal-karattri: In-Nri 1 - 4 tal-Alfabett Latin (ISO 8859-1 sa 4))

Jekk ikun hemm il-bżonn li jitqassru xi elementi minħabba n-numru limitat ta’ spazji, dan għandu jiġi indikat b’punt (full stop).

Id-dejta tiġi stampata bil-lejżer jew trasferiment termali jew inċiża iżda mhux ibbuzzata.

Kull element ta’ dejta jitqiegħed fit-taqsima tad-dejta skont l-iskemi li ġejjin.

Image

Image

3.5.1.   Spazju vojt (identifikatur tal-formola preċedenti)

Isem it-taqsima

Spazju Vojt

Deskrizzjoni

 

Pożizzjoni

It-taqsima 1:

Meta jkun fuq in-naħa ta’ quddiem, taħt il-linja gwida orizzontali “d”, u fuq ix-xellug tal-linja gwida vertikali “c”,

Meta jkun fuq in-naħa ta’ wara, simetrikament tul l-assi vertikali “g” u allinjat ċentralment mal-parti libera

Fiż-żewġ każijiet, jitqiegħed fi ħdan rettangolu għoli 4 mm u wiesa’ 10 mm.

3.5.2.   Elementi ta’ dejta konnessi mad-detentur tal-karta

Innota li d-detentur tal-karta ma jistax ikun il-persuna assigurata iżda benefiċjarju billi l-karta hija individwali.

Isem it-taqsima

Isem id-detentur tal-karta

Deskrizzjoni

Kunjom id-detentur tal-karta kif użat fl-Istat Membru emittenti

Pożizzjoni

Taqsima 3

Valuri

Format

Font “Verdana True Type” jew ekwivalenti, b’ittri kbar u stil regolari, daqs punt 7, iswed, bil-wisa’ tal-karattri kompressa għal 90 % tad-daqs normali u pożizzjoni u spazjar tal-karattri “normali”.

Allinjat mal-bordura tax-xellug.

Spazjar tal-linji ta’ 3 punti flimkien mad-daqs tal-karattri

Tul

Sa 40 karattru

Kumment

It-taqsima tal-kunjom tista’ tinkludi titli, prefissi jew kwalunkwe suppliment ieħor jew prefiss mal-isem.


Isem it-taqsima

Isem/Ismijiet mogħti(ja) jew isem/ismijiet fustani/a tad-detentur tal-karta

Deskrizzjoni

L-ewwel (u t-tieni) isem tad-detentur tal-karta kif użat fl-Istat Membru emittenti

Pożizzjoni

Taqsima 4

Valuri

Format

Font “Verdana True Type” jew ekwivalenti, b’ittri kbar u stil regolari, daqs punt 7, iswed, bil-wisa’ tal-karattri kompressa għal 90 % tad-daqs normali u pożizzjoni u spazjar tal-karattri “normali”.

Allinjat mal-ġenb tax-xellug.

Spazjar tal-linji ta’ 3 punti flimkien mad-daqs tal-karattri

Tul

Sa 35 karattru

Kumment

It-taqsima tal-isem mogħti tista’ tinkludi inizjal(i)


Isem it-taqsima

Data tat-twelid

Deskrizzjoni

Id-data tat-twelid tad-detentur tal-karta kif użat fl-Istat Membru emittenti

Pożizzjoni

Taqsima 5

Valuri

JJ/XX/SSSS, fejn J tfisser Jum, X tfisser Xahar u S tfisser Sena

Format

Font “Verdana True Type” jew ekwivalenti, bi stil regolari, daqs punt 7, iswed, bil-wisa’ tal-karattri kompressa għal 90 % tad-daqs normali u pożizzjoni u spazjar tal-karattri “normali”.

Allinjat mal-ġenb tax-xellug meta jkun fuq in-naħa ta’ quddiem tal-karta, iżda mal-lemin fuq in-naħa ta’ wara.

Spazjar tal-linji ta’ 3 punti flimkien mad-daqs tal-karattri

Tul

10 karattri, inkluż slexx bejn kull grupp.

Kumment


Isem it-taqsima

Numru ta’ identifikazzjoni personali tad-detentur tal-karta

Deskrizzjoni

Id-dettall tan-numru ta’ identifikazzjoni personali użat mill-Istat Membru emittenti.

Pożizzjoni

Taqsima 6

Valuri

Ara n-numru ta’ identifikazzjoni Personali applikabbli

Format

Font “Verdana True Type” jew ekwivalenti, bi stil regolari, daqs punt 7, iswed, bil-wisa’ tal-karattri kompressa għal 90 % tad-daqs normali u pożizzjoni u spazjar tal-karattri “normali”.

Allinjat mal-bordura tal-lemin meta jkun fuq in-naħa ta’ quddiem tal-karta, iżda max-xellug fuq in-naħa ta’ wara.

Spazjar tal-linji ta’ 3 punti flimkien mad-daqs tal-karattri

Tul

Sa 20 karattru għall-kodiċi ta’ identifikazzjoni

Kumment

In-numru ta’ identifikazzjoni personali tad-detentur tal-karta jew, meta dan in-numru ma jeżistix, in-numru tal-persuna assigurata li minnu jinħarġu d-drittijiet tad-detentur tal-karta.

L-attribwiti personali, bħas-sess u l-istatus ta’ membru tal-familja, ma jistgħux jingħataw taqsima dedikata għalihom fuq il-karta. Dawn jistgħu, iżda, jiddaħħlu fi ħdan in-numru ta’ identifikazzjoni personali.

3.5.3.   Elementi tad-dejta konnessi mal-istituzzjoni kompetenti

Isem it-taqsima

Isem l-istituzzjoni

Deskrizzjoni

L-“istituzzjoni” hija l-istituzzjoni kompetenti tal-assigurazzjoni.

Pożizzjoni

Taqsima 7, parti 1

Valuri

L-akronimu tal-istituzzjoni hu pprovdut minflok l-isem sħiħ.

Format

Font “Verdana True Type” jew ekwivalenti, b’ittri kbar u stil regolari, daqs punt 7, iswed, bil-wisa’ tal-karattri kompressa għal 90 % tad-daqs normali u pożizzjoni u spazjar tal-karattri “normali”.

It-Taqsima 7 hija allinjata mal-bordura tal-lemin u l-Parti 1 tiġi fuq il-lemin ta’ Parti 2.

Spazjar tal-linji ta’ 3 punti flimkien mad-daqs tal-karattri.

Tul

Sa 15-il karattru

Żewġ spazji u sing jifirdu parti 1 minn parti 2

It-tul ta’ din il-parti jista’ jiġi estiż sakemm ikun jista’ jitnaqqas it-tul tal-parti 2.

Kumment

L-akronimu huwa pprovdut bħala mezz biex wieħed jintebaħ bi problema possibbli ta’ qbid ta’ dejta fil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istituzzjoni (Qasam7, parti 2) u b’hekk jiġi żgurat il-kontroll tal-kwalità tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-istituzzjoni.

L-isem sħiħ tal-istituzzjoni jiġi pprovdut fuq il-bażi tal-akronimu jew il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istituzzjoni pereżempju permezz ta’ għodda elettronika li jinkisbu minn fuq l-Internet.

Ma jintużawx punti ta’ waqfa fl-akronimi


Isem it-taqsima

Numru ta’ identifikazzjoni tal-istituzzjoni

Deskrizzjoni

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni mogħti fuq il-livell nazzjonali lill-“istituzzjoni”, jiġifieri l-istituzzjoni kompetenti tal-assigurazzjoni.

Pożizzjoni

Taqsima 7, parti 2

Valuri

Ara l-lista ta’ kodiċi nazzjonali ta’ istituzzjonijiet kompetenti

Format

Font “Verdana True Type” jew ekwivalenti, bi stil regolari, daqs punt 7, iswed, bil-wisa’ tal-karattri kompressa għal 90 % tad-daqs normali u pożizzjoni u spazjar tal-karattri “normali”.

It-Taqsima 7 hija allinjata mal-bordura tal-lemin u l-Parti 2 tiġi fuq ix-xellug ta’ Parti 1.

Spazjar tal-linji ta’ 3 punti flimkien mad-daqs tal-karattri.

Tul

Bejn 4 u 10 karattri.

Kumment

Tagħrif kumplimentari aġġornat u storiku li jista’ jkun meħtieġ sabiex wieħed jikkomunika mal-istituzzjoni jista’ jinkiseb fuq l-Internet bis-saħħa ta’ għodda ċentrali tal-għarfien.

L-istituzzjoni kompetenti taf tkun differenti mill-entità li permezz tagħha jsir il-kuntatt jew l-organizzazzjoni responsabbli mir-rimborż bejn pajjiż u ieħor jew inkella l-organizzazzjoni responsabbli mill-ħruġ tekniku tal-karta Ewropea tal-assigurazzjoni. Dan it-tagħrif jista’ jinkseb ukoll minn fuq l-Internet permezz ta’ għodda ċentrali tal-għarfien.

3.5.4.   Elementi ta’ dejta konnessi mal-karta

Isem it-taqsima

In-numru ta’ identifikazzjoni loġiku tal-karta

Deskrizzjoni

Numru loġiku individwali bil-għan li jidentifika b’mod uniku l-karta u li jkun assenjat lil kull karta mill-emittent tal-karta. Dan huwa magħmul minn żewġ partijiet, in-numru identifikatur tal-emittent u n-numru tas-serje tal-karta.

Pożizzjoni

Taqsima 8

Valuri

L-ewwel 10 karattri jidentifikaw l-emittent tal-karta b’konformità mal-istandard EN 1867 tal-1997

L-aħħar 10 ċifri jikkonsistu f’numru tas-serje uniku

Format

Font “Verdana True Type” jew ekwivalenti, bi stil regolari, daqs punt 7, iswed, bil-wisa’ tal-karattri kompressa għal 90 % tad-daqs normali u pożizzjoni u spazjar tal-karattri “normali”.

Spazjar tal-linji ta’ 3 punti flimkien mad-daqs tal-karattri

Tul

20 karattru (biż-0 quddiem skont il-ħtieġa fl-10 ċifri użati għan-numru tas-serje uniku tal-karta).

Kumment

Fl-Istati Membri li joħorġu l-karti Ewropej tal-assigurazzjoni tas-saħħa bla komponent elettroniku jistgħu jużaw proċedura tar-reġistrazzjoni ad hoc għall-assenjar tan-numru tal-identifikazzjoni tal-emittent, minflok dik uffiċjali kif imfissra fl-istandard EN 1867.

Dan in-numru loġiku ta’ identifikazzjoni tal-karta jrid jippermetti li l-informazzjoni fuq il-karta tkun tista’ tiġi ċċekkjata mal-informazzjoni miżmuma għand l-organizzazzjoni emittenti għall-istess numru loġiku, pereżempju sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ frodi jew jiġu identifikati żbalji fit-tidħil tad-dejta meta tiġi proċessata l-informazzjoni tal-karta għal raġunijiet ta’ talbiet għal rimborż.


Isem it-taqsima

Data ta’ skadenza

Deskrizzjoni

Data li fiha jiskadi l-intitolament biex wieħed jirċievi kura tas-saħħa matul mawra temporanja fi Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru li jkun jassigurah.

Pożizzjoni

Taqsima 9

Valuri

JJ/XX/SSSS, fejn J tfisser Jum, X tfisser Xahar u S tfisser Sena

Format

Font “Verdana True Type” jew ekwivalenti, bi stil regolari, daqs punt 7, iswed, bil-wisa’ tal-karattri kompressa għal 90 % tad-daqs normali u pożizzjoni u spazjar tal-karattri “normali”.

Allinjat mal-bordura tal-lemin.

Spazjar tal-linji ta’ 3 punti flimkien mad-daqs tal-karattri.

Tul

10 karattri, inkluż slexx bejn kull grupp.

Kumment

Stat Membru jkun intitolat li jitlob rimborż għal spejjeż tal-kura tas-saħħa pprovduti matul il-perjodu ta’ validità tal-karta, għalkemm il-perjodu ta’ intitolament jista’ jkun differenti mill-perjodu ta’ validità tal-karta.

3.6.   Rekwiżiti tas-sigurtà

Ir-rekwiżiti kollha tas-sigurtà jibqgħu r-responsabbiltà sħiħa tad-detentur tal-karta, li jinsab fl-aħjar pożizzjoni biex jivvaluta t-theddid u jimplimenta miżuri kontrihom kif jixraq.

Meta titqiegħed fuq in-naħa ta’ wara tal-karta tal-identità nazzjonali, il-karta Ewropea tibbenefika mill-miżuri kollha ta’ sigurtà applikati għall-karta nazzjonali. Bħala miżura tas-sigurtà addizzjonali, madankollu, huwa ssuġġerit li ċertu dejta jkollha l-istess valuri fuq iż-żewġ naħat tal-karta.

Jekk xi elementi oħra minbarra dawk speċifikati hawn fuq jitqiesu bħala miżuri meħtieġa ta’ sigurtà (eż. ritratt ta’ wiċċ id-detentur tal-karta), dawn jiġu applikati fuq in-naħa l-oħra tal-karta.


(1)  Id-dettalji tekniċi tal-iskema tal-ilwien huma disponibbli fuq talba mingħand is-Segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva. Dawn jiġu pprovduti fil-format adatt skont l-aħjar prattiċi fis-settur tal-professjoni tal-istampar (jiġifieri bħala fajl Quark Xpress. L-iskema tal-ilwien tikkonsisti f’4 kuluri CMYK u l-immaġni huma lkoll fil-format TIFF).

(2)  Ir-referenzi CMYK għal dan il-kulur huma C78 M65 Y21 K7.

(3)  Ir-referenzi CMYK għall-griż huma C33 M21 Y13 K1 u għall-blu C64 M46 Y16 K2.


ANNESS II

Mudell taċ-Ċertifikat Provviżorju ta’ Sostituzzjoni tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

1.   INTRODUZZJONI

Iċ-Ċertifikat Provviżorju ta’ Sostituzzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “iċ-ċertifikat”) jista’ jiġi pprovdut lill-persuna assigurata, fuq talba biss, u bħala sostituzzjoni provviżorja għall-karta Ewropea.

Iċ-ċertifikat huwa identiku fl-għamla tiegħu fl-Istati Membri kollha u fih, fl-istess ordni, l-istess dejta bħall-karta Ewropea (taqsimiet 1 sa 9) kif ukoll dejta li tiċċertifika l-oriġini u l-validità taċ-ċertifikat (taqsimiet a sa d).

2.   MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT

Ara l-paġna li jmiss.

Image


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/40


DEĊIŻJONI Nru S3

tat-12 ta’ Ġunju 2009

li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/10

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli biex tittratta l-mistoqsijiet kollha amministrattivi jew il-mistoqsijiet ta’ interpretazzjoni li jqumu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 19 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar benefiċċji mhux finanzjarji waqt żjara temporanja fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat kompetenti,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 25(A) (3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, persuna assigurata hija intitolata li tirċievi waqt żjara temporanja fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat ta’ residenza, benefiċċji mhux finanzjarji li jiġu neċessarji medikament, filwaqt li tiġi kkunsidrata n-natura ta’ dawn il-benefiċċji u t-tul taż-żjara.

(2)

Skont l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, il-benefiċċji mhux finanzjarji msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom jirriferu għall-benefiċċji mhux finanzjarji li jkunu provduti fl-Istat Membru taż-żjara, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tiegħu, u li jsiru meħtieġa fuq bażi mediku bil-ħsieb li jiġi evitat li persuna assigurata tiġi sfurzata li tirritorna, qabel it-tmiem tat-terminu taż-żjara ppjanata, fl-Istat Membru kompetenti biex tikseb il-kura li teħtieġ.

(3)

L-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 irid jiġi interpretat b’tali mod li l-benefiċċji kollha mhux finanzjarji provduti fir-rigward ta’ mard kroniku jew eżistenti huma koperti minn din id-dispożizzjoni. Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (3) il-kunċett ta’ “trattament neċessarju” ma jistax jiġi interpretat ‘li jfisser li dawk il-benefiċċji huma limitati biss għal każijiet fejn it-trattament mogħti sar neċessarju minħabba marda li feġġet f’daqqa. B’mod partikolari, iċ-ċirkustanza li trattament obbligat minn żviluppi fl-istat ta’ saħħa ta’ persuna assigurata waqt żjara temporanja fi Stat Membru ieħor tista’ tkun marbuta ma’ patoloġija li kienet diġà teżisti u li l-persuna kienet konxja minnha, bħalma hija marda kronika, ma tfissirx li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx sodisfatti.

(4)

L-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 irid jiġi interpretat b’tali mod li l-benefiċċji mhux finanzjarji provduti fir-rigward tat-tqala jew it-twelid tat-trabi huma koperti minn din id-dispożizzjoni. Minkejja dan, din id-dispożizzjoni ma tkoprix is-sitwazzjoni fejn l-iskop ta’ żjara temporanja fl-esteru ikun li twelled.

(5)

Skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi lista ta’ benefiċċji mhux finanzjarji mogħtija i li, sabiex jiġu provduti waqt żjara fi Stat Membru ieħor u minħabba raġunijiet prattiċi, jeħtieġu ftehim minn qabel bejn il-persuna konċernata u l-istituzzjoni li tagħti l-għajnuna.

(6)

L-għan ta’ ftehim minn qabel previst fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa li jiggarantixxi t-tkomplija tat-trattament meħtieġ minn persuna assigurata waqt żjara fi Stat Membru ieħor.

(7)

Fid-dawl ta’ dan l-għan, il-kriterji essenzjali għad-definizzjoni tal-benefiċċji mhux finanzjarj li jirrikjedu ftehim minn qabel bejn il-pazjent u l-unità li tipprovdi l-kura fi Stat Membru ieħor, huma l-element essenzjali tat-trattament mediku u l-fatt li dan it-trattament huwa aċċessibbli biss f’unitajiet mediċi speċjalizzati u/jew minn persunal u/jew tagħmir speċjalizzat. Lista mhux eżawrjenti bbażata fuq dawn il-kriterji qed tingħata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Il-benefiċċji mhux finanzjarj li għandhom jiġu provduti skont l-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom jinkludu benefiċċji provduti fir-rigward ta’ mard kroniku jew eżistenti kif ukoll fir-rigward ta’ maternità u twelid tat-trabi.

2.

Benefiċċji mhux finanzjarj, inkluzi dawk fir-rigward ta’ mard kroniku jew eżistenti jew fir-rigward tat-twelid tat-trabi, mhumiex koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet meta l-għan taż-żjara fi Stat Membru ieħor ikun li jittieħdu dawn it-trattamenti.

3.

Kull trattament vitali li huwa aċċessibbli biss f’unità medika speċjalizzata u/jew minn persunal u/jew tagħmir speċjalizzat irid fil-prinċipju jkun soġġett għal ftehim minn qabel bejn il-persuna assigurata u l-unità li tkun qed tipprovdi t-trattament biex jiġi żgurat li t-trattament ikun disponibbli waqt iż-żjara tal-persuna assigurata fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti jew dak ta’ residenza.

Lista mhux eżawrjenti tat-trattamenti li jissodisfaw dawn il-kriterji qed tingħata fl-Anness.

4.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  Il-Każ C-326/00 Ioannidis, sentenza tal-25 ta’ Frar 2003.


ANNESS

dijalisi tal-kliewi

terapija tal-ossiġnu

trattament speċjali għall-ażma

ekokardjografija f’każ ta’ mard kroniku tal-awtoimmunità

kimoterapija


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/42


DEĊIŻJONI Nru U1

tat-12 ta’ Ġunju 2009

rigward l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad għal membri dipendenti tal-familja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/11

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 54(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament Nru 987/2009, jekk skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru l-ammont tal-benefiċċju tal-qgħad ivarja skont in-numru ta’ membri fil-familja, meta tikkalkula l-benefiċċju l-istituzzjoni kompetenti għandha tqis ukoll in-numru tal-membri tal-familja li jkunu qed joqogħdu fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx dak fejn tinsab l-istituzzjoni kompetenti.

(2)

Skont l-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu jew iqassmu bejniethom, mingħajr dewmien, id-dejta kollha neċessarja biex jiġu stabbiliti u ddeterminati d-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni li japplika għalihom ir-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(3)

Id-dokumenti u d-dokumenti elettroniċi strutturati pprovduti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 huma mezz ta’ konferma tad-drittijiet tal-persuna kkonċernata, iżda l-ħruġ tagħhom ma jikkostitwixxix kundizzjoni għal tali drittijiet.

(4)

Id-dokumenti li jirrigwardaw il-membri tal-familja li tkun toqgħod fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx dak fejn tinsab l-istituzzjoni kompetenti jistgħu jiġu kkomunikati biss wara li jkun beda l-perjodu tal-qgħad li tulu jingħata l-benefiċċju.

(5)

Għall-perjodu li jiġi qabel id-data tat-tressiq tal-informazzjoni rigward il-membri tal-familja li jkunu qed joqogħdu fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx dak fejn tinsab l-istituzzjoni kompetenti għandhom jinħarġu pagamenti b’lura ta’ żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad, u dan kemm-il darba l-persuni kkonċernati kienu diġà dipendenti fuq il-persuna qiegħda meta beda l-perjodu tal-qgħad li tulu jingħata l-benefiċċju.

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 71 (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Il-komunikazzjoni tad-dokument li jikkonċerna l-membri tal-familja wara li jibda l-perjodu tal-qgħad li tulu jingħata l-benefiċċju ma għandhiex ikollha l-effett li tipposponi l-bidu tal-kwalifikazzjoni għall-initolament tal-benfiċċju tal-qgħad bir-rata miżjuda għal membri dipendenti tal-familja, li għandu jiġi stabbilit skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat kompetenti.

2.

Fejn l-istituzzjoni li toħroġ id-dokument li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 mhix f’pożizzjoni li tiċċertifika li l-membri tal-familja ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-qgħad dovuti lil persuna oħra skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li huma joqogħdu fit-territorju tiegħu, il-persuna kkonċernata għandha tkun awtorizzata tipprovdi l-imsemmi dokument permezz ta’ dikjarazzjoni għal dak l-iskop.

3.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/43


DEĊIŻJONI Nru U2

tat-12 ta’ Ġunju 2009

dwar l-ambitu tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox minbarra ħaddiema transkonfinali li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu tal-impjieg tagħhom jew tax-xogħol għal rashom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/12

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli biex tittratta l-kwistjonijiet amministrattivi kollha jew kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

L-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jippreskrivi regoli speċjali dwar l-għoti u l-ħlas ta’ benefiċċji tal-qgħad lil persuni qiegħda li matul l-aħħar attività tagħhom bħala persuni fl-impjieg jew li jaħdmu għal rashom kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti.

(2)

Il-fattur determinanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 tal-imsemmi Regolament fl-intier tiegħu huwa l-fatt li l-persuni kkonċernati kienu residenti, matul l-aħħar perjodu tal-impjieg jew tax-xogħol għal rashom, fi Stat Membru differenti minn dak li għal-leġiżlazzjoni tiegħu huma kien soġġetti, li mhux bilfors jikkorrispondi għal dak fejn kienu impjegati jew jaħdmu għal rashom.

(3)

Skont id-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 1(j) tal-imsemmi Regolament, it-terminu “residenza” ifisser il-post fejn persuna għandha r-residenza abitwali tagħha u t-terminu “żjara” huwa definit bħla residenza temporanja fil-punt (k) ta’ dan l-Artikolu.

(4)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jistabbilixxi l-kriterji biex tiġi ddeterminata r-residenza fejn hemm differenza ta’ opinjoni dwar dan bejn l-istituzzjonijiet ta’ żewġ Stati Membri jew aktar.

(5)

Bħala konsegwenza tal-Artikolu 1 (f) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-ħaddiema transkonfinali għandhom il-post tar-residenza tagħhom f’pajjiż li mhuwiex il-pajjiż tal-attività professjonali tagħhom, li, fil-kuntest tal-Artikolu 11 (3)(a) tal-imsemmi Regolament huwa l-Istat kompetenti u li għalhekk m’hemm l-ebda dubju li dawn il-ħaddiema huma koperti mill-Artikolu 65 tal-imsemmi Regolament.

(6)

Il-kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 11(4) u 13 tar-Regolament imsemmi u l-persuni li għalihom japplika l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament imsemmi x’aktarx li jkollhom ir-residenza tagħhom, f’ċerti każijiet, fi Stat Membru li mhux l-Istat li ġie ddeterminat bħala dak kompetenti taħt dawn l-Artikoli.

(7)

Id-determinazzjoni ta’ f’liema Stat għandhom ir-residenza tagħhom il-persuni li jaqgħu f’dawn il-kategoriji trid issir fuq bażi ta’ kull każ għalih u għall-persuni msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) u 13(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dan irid isir għall-finijiet tal-affiljazzjoni tagħhom.

(8)

Skont l-Artikolu 65(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, ir-responsabbiltà għall-ħlas ta’ benefiċċji tgħaddi mill-Istat kompetenti għall-Istat ta’ residenza fejn il-persuna kkonċernata tqiegħed lilha nnifisha għad-dispożizzjoni tas-servizzi tal-impjieg ta’ dan l-imsemmi Stat.

(9)

Minkejja li dan bħalissa huwa aċċettabbli fil-każ ta’ ħaddiema transkonfinali u ċerti kategoriji li bl-istess mod għandhom rabtiet mill-qrib mal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, dan ma jibqax aċċettabbli kieku, minħabba interpretazzjoni estiża żżejjed tal-kunċett ta’ “residenza”, il-qasam ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 kellu jiġi estiż biex jinkludi persuni li għandhom impjieg jew xogħol għal rashom xi ftit jew wisq stabbli fi Stat Membru u li ħallew il-familji tagħhom fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.

Filwaqt li taġixxi skont il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

L-Artikolu 65(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu japplika b’mod partikolari għall-:

(a)

persuni msemmija fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament imsemmi;

(b)

persuni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament imsemmi li normalment iwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorji ta’ żewġ Stati Membri jew aktar;

(c)

persuni li għalihom japplika l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament imsemmi

fil-każ fejn dawn kellhom ir-residenza tagħhom matul l-aħħar attività professjonali tagħhom fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti.

2.

Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 li, matul l-aħħar attività professjonali tagħhom, kienu suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li mhux l-Istat tal-post ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, għandhom ikunu eliġibbli għall-benefiċċji skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza bħallikieku kienu suġġetti qabel għal din il-leġiżlazzjoni.

3.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istat ta’ residenza għandu jiġi determinat skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

4.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/45


DEĊIŻJONI Nru U3

tat-12 ta’ Ġunju 2009

rigward l-ambitu tal-kunċett “qgħad parzjali” li japplika għal persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/13

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dipożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

L-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 fih dispożizzjoni li tikkostitwixxi eżenzjoni, fil-każ ta’ ħaddiema qiegħda għal kollox, mill-prinċipju ġenerali ta’ lex loci laboris stipulat fl-Artikolu 11(3)(a) tal-imsemmi Regolament.

(2)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna għandhiex titqies qiegħda għal kollox jew inkella parzjalment, għandhom jiġu applikati kriterji Komunitarji uniformi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 65(1) u (2) tal-imsemmi Regolament. Din it-tip ta’ valutazzjoni ma tistax issir fuq il-bażi ta’ kriterji meħuda mil-liġi nazzjonali.

(3)

Minħabba li l-prassi tal-istituzzjonijiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri differenti tirrifletti differenzi fl-interpretazzjoni dwar in-natura tal-qgħad, huwa importanti li jiġi speċifikat l-ambitu tal-imsemmi Artikolu bil-għan li jiġu adottati kriterji uniformi u bbilanċjati għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu mill-imsemmija istituzzjonijiet.

(4)

Skont l-Artikolu 65(2) tar-Regoalment (KE) Nru 883/2004, persuna qiegħda għal kollox li ma għad għandha l-ebda rabta mal-Istat Membru kompetenti tirċievi benefiċċji tal-qgħad mill-istituzzjoni tal-pajjiż li fih tkun residenti.

(5)

Valutazzjoni dwar jekk teżistix rabta ta’ impjieg jew le, jew inkella dwar jekk din tkunx qed tinżamm, tkun imsejsa għal kollox fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat fejn qed jingħata l-impjieg.

(6)

L-għan li jitħarsu l-persuni li jinsab stipulat fl-Artikolu 65 tar-Regolament ma jintlaħaqx kemm-il darba persuna li tkun baqgħet impjegata mal-istess intrapriża fi Stat Membru differenti minn dak li tkun toqgħod fih — wara li l-attività tagħha tkun ġiet sospiża — tkun baqgħet titqies, f’kull każ, qiegħda għal kollox, hekk li tintalab tapplika lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tagħha sabiex tikseb il-benefiċċji tal-qgħad.

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, id-definizzjoni tan-natura tal-qgħad (jiġifieri jekk huwiex parzjali jew sħiħ) għandha tiddependi fuq jekk teżistix, jew tkunx qed tinżamm, xi rabta ta’ impjieg kuntrattwali bejn il-partijiet, u mhux fuq id-dewmien ta’ xi sospensjoni temporanja tal-attività tal-ħaddiem.

2.

Jekk persuna tibqa’ impjegata minn intrapriża fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza, iżda l-attività tagħha tiġi sospiża għalkemm tkun tista’ terġa’ lura għall-kariga tagħha meta trid, il-persuna msemmija għandha titqies bħala qiegħda b’mod parzjali, u l-benefiċċji korrispondenti għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru fejn qed jingħata l-impjieg skont l-Artikolu 65(1) tal-imsemmi Regolament.

3.

Jekk persuna, fin-nuqqas ta’ rabta ta’ impjieg kuntrattwali, ma jkollha l-ebda rabta mal-Istat Membru tal-impjieg (pereżempju minħabba li tkun intemmet jew skadiet ir-rabta kuntrattwali tal-impjieg) din għandha titqies bħala qiegħda għal kollox skont l-Artikolu 65(2) tal-imsemmi Regolament, u l-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza.

4.

Jekk persuna li taħdem għal rasha ma tkun qed twettaq l-ebda attività professjonali jew kummerċjali fl-Istat Membru tal-attività, din għandha titqies bħala qiegħda għal kollox skont l-Artikolu 65(2) tal-imsemmi Regolament, u l-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza.

5.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/47


RAKKOMANDAZZJONI Nru P1

tat-12 ta’ Ġunju 2009

li tikkonċerna s-sentenza Gottardo, li skontha l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini nnifishom ta’ Stat partikolari taħt konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru jridu jingħataw ukoll lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/14

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva hi responsabbli biex tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi jew mistoqsijiet ta’ interpretazzjoni kollha li jinħolqu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(c) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li skontu hi għandha trawwem u tiżviluppa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tagħhom fil-kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, adottat fuq il-bażi tal-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat, huwa strument essenzjali għall-eżerċitar tal-libertajiet fundamentali stipulati fit-Trattat.

(2)

Il-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ nazzjonalità huwa garanzija essenjzali għall-moviment ħieles tal-persuni impjegati, kif stipulat fl-Artikolu 39 tat-Trattat. Dan jimplika t-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema stazzjonati fl-Istati Membri u l-ħaddiema migranti fir-rigward tal-impjieg, tas-salarju u ta’ kundizzjonijiet oħra ta’ xogħol.

(3)

Fis-sentenza Gottardo (3), il-Qorti tal-Ġustizzjoni aġixxiet fuq dan il-prinċipju kif stipulat fl-Artikolu 39 tat-Trattat fir-rigward ta’ persuna residenti fil-Komunità li kienet ħadmet fi Franza, fl-Italja u fl-Iżvizzera. Din il-persuna ma kellhiex biżżejjed intitolament għal pensjoni fl-Italja u talbet li l-perjodu ta’ żmien tal-assigurazzjoni tagħha fl-Iżvizzera u l-Italja jiġi aggregat, kif stipulat skont il-konvenzjoni bilaterali bejn l-Italja u l-Iżvizzera għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħhom.

(4)

Il-Qorti ddeċidiet f’dan il-każ li meta Stat Membru jikkonkludi konvenzjoni bilaterali internazzjonali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru li jistipula li għandhom jitqiesu l-perjodi ta’ assigurazzjoni mwettqa f’dak il-pajjiż mhux membru għall-kisba tal-intitolament għall-benefiċċji tal-anzjanità, il-prinċipju fundamentali ta’ trattament ugwali jitlob li dak l-Istat Membru jagħti liċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra l-istess vantaggi bħal dawk li jgawdu ċ-ċittadini proprji tiegħu skont il-konvenzjoni sakemm l-Istat ma jipprovdix ġustifikazzjoni oġġettiva għar-rifjut li jwettaq dan (il-paragrafu 34).

(5)

F’dan ir-rigward, il-Qorti stqarret li l-interpretazzjoni tagħha tat-terminu “leġiżlazzjoni” fl-Artikolu 1(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (4) (l-Artikolu 1(l) attwali tar-Regolament (KE) Nru 883/2004) ma tistax taffettwa l-obbligu ta’ kull Stat Membru biex jikkonforma mal-prinċipju tat-trattament ugwali stipulat fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

(6)

Il-Qorti qieset li x-xkiel fil-bilanċ u r-reċiproċità ta’ konvenzjoni bilaterali internazzjonali konkluża bejn Stat Membru u pajjiż mhux membru ma jikkostitwixxix ġustifikazzjoni oġġettiva għar-rifjut tal-Istat Membru kontraenti f’dik il-konvenzjoni biex jestendi liċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra l-vantaġġi li ċ-ċittadini proprji tiegħu jiksbu minn dik il-konvenzjoni.

(7)

Il-Qorti lanqas ma aċċettat l-oġġezzjonijiet b’tali mod li żieda possibbli fil-piż finanzjarju u d-diffikultajiet amministrattivi fir-rigward tal-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż mhux membru in kwistjoni setgħet tiġġustifika li l-Istat Membru kontraenti f’din il-konvenzjoni bilaterali jonqos milli jkun konformi mal-obbligi tat-Trattat.

(8)

Huwa importanti li wieħed jasal għall-konklużjonijiet xierqa kollha minn din is-sentenza, li hija kruċjali għaċ-ċittadini Komunitarji kollha li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment ħieles lejn Stat Membru ieħor.

(9)

Għal din ir-raġuni, għandu jkun iċċarat li l-konvenzjonijiet bilaterali dwar is-sigurtà soċjali bejn Stat Membru u pajjiż mhux membru għandhom jiġu interpretati b’tali mod li l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini ta’ Pajjiż Membru kontraenti fil-konvenzjoni għandhom fil-prinċipju wkoll jingħataw lil ċittadin Komunitarju li jinsab fl-istess sitwazzjoni f’termini oġġettivi.

(10)

Irrispettivament mill-applikazzjoni uniformi tas-sentenza Gottardo f’każijiet individwali, il-konvenzjonijiet bilaterali eżistenti għandhom jiġu riveduti. Fir-rigward ta’ ftehimiet konklużi qabel, l-Artikolu 307 tat-Trattat jistqarr li: “l-Istat Membru jew Stati Membri in kwistjoni għandhom jieħdu l-miżuri opportuni biex titneħħa l-inkompatibilità li tista’ tinsab”, u fir-rigward tal-ftehimiet konklużi wara l-1 ta’ Jannar 1958, jew wara d-data tal-adeżjoni ta’ Stat Membru mal-Komunità Ewropea, l-Artikolu 10 tat-Trattat jitlob li dawn l-istess Stati Membri “m’għandhom jieħdu l-ebda miżura li tkun tista’ tipperikola r-realizzazzjoni tal-għanijiet ta’ dan it-Trattat”.

(11)

Fir-rigward ta’ konvenzjonijiet bilaterali ġodda dwar is-sigurtà soċjali konklużi bejn Stat Membru u pajjiż mhux membru, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li dawn għandhom jinkludu referenza speċifika għal prinċipju ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ nazzjonalità fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra li eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment ħieles fl-Istat Membru li huwa parti mill-konvenzjoni kkonċernata.

(12)

L-applikazzjoni tas-sentenza Gottardo għal każijiet individwali tiddependi fil-parti l-kbira tagħha fuq il-kooperazzjoni tal-pajjiżi mhux membri, billi dawn ikollhom jiċċertifikaw il-perjodi ta’ żmien ta’ assigurazzjoni li ntemmu hemnhekk mill-persuna kkonċernata.

(13)

Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tittratta din il-kwistjoni, billi d-deċiżjoni fis-sentenza Gottardo hija kkonċernata mill-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali,

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

PERMEZZ DAN TA’ HAWNHEKK TIRRAKKOMANDA LIS-SERVIZZI U L-ISTITUZZJONIJIET KOMPETENTI LI:

1.

Skont il-prinċipju ta’ trattament ugwali u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini proprji ta’ Stat u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li eżerċitaw id-drittijiet tagħhom għall-moviment ħieles skont l-Artikolu 39 tat-Trattat, il-vantaġġi fir-rigward tal-pensjonijiet li minnhom igawdu l-ħaddiema proprji ta’ Stat partikolari (persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom) skont konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru għandhom jingħataw ukoll, fil-prinċipju, lil ħaddiema (persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom) li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra u li huma fl-istess sitwazzjoni f’termini oġġettivi.

2.

Konvenzjonijiet bilaterali ġodda dwar is-sigurtà soċjali konklużi bejn Stat Membru u pajjiż mhux membru għandhom jirreferu b’mod speċifiku għall-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, għal raġunijiet ta’ nazzjonalità, kontra ċittadini ta’ Stat Membru ieħor li eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment ħieles fl-Istat Membru li huwa parti mill-konvenzjoni kkonċernata.

3.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-istituzzjonijiet fil-pajjiżi li flimkien magħhom iffirmaw il-konvenzjonijiet ta’ sigurtà soċjali li d-dispożizzjonijiet tagħhom japplikaw biss għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom dwar l-implikazzjonijet tad-deċiżjoni tas-sentenza Gottardo u għandhom jitolbuhom jikkooperaw fl-applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Qorti. L-Istati Membri li kkonkludew konvenzjonijiet bilaterali mal-istess pajjiżi mhux membri jistgħu jaġixxu b’mod konġunt fit-talba tagħhom għal kooperazzjoni bħal din. Din il-kooperazzjoni hija wkoll essenzjali b’mod ċar biex id-deċiżjoni tiġi rrispettata.

4.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  Is-Sentenza tal-15 ta’ Jannar 2002 fil-każ C-55/00, “Elide Gottardo v Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)”, ECR 2002, p. I-413.

(4)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/49


IR-RAKKOMANDAZZJONI Nru U1

tat-12 ta’ Ġunju 2009

dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/15

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli biex tittratta l-mistoqsijiet kollha amministrattivi jew il-mistoqsijiet ta’ interpretazzjoni li jqumu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 11(3)(a) u 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,

Billi:

(1)

Meta persuni li għandhom residenza fit-territorju ta’ Stat Membru huma eliġibbli, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom, biex jirċievu benefiċċji tal-qgħad, għandhom jiġu permessi jsegwu attività professjonali jew kummerċjali part-time fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, filwaqt li jippreservaw l-intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad provduti mill-Istat fejn għandhom ir-residenza.

(2)

F’din is-sitwazzjoni jeħtieġ li tiġi ddeterminata l-leġiżlazzjoni applikabbkli għal persuni bħal dawn li taqa’ taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, biex jiġu evitati kunflitti possibbli tal-liġijiet.

(3)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament imsemmi, persuni li qegħdin jirċievu benefiċċji fi flus minħabba jew bħala konsegwenza tal-attività tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni impjegati għal rashom, għandhom jitqiesu bħallikieku qegħdin iwettqu din l-attività.

(4)

Skont l-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament imsemmi, persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru.

(5)

Fl-interess tal-persuni msemmija fil-premessa (1) hawn fuq, huwa preferibbli li persuni bħal dawn jibqgħu jkunu soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta’ residenza tagħhom fir-rigward kemm ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet dovuti minħabba l-attività professjonali jew kummerċjali tagħhom kif ukoll l-għoti tal-benefiċċji.

(6)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jippermetti lill-Istati Membri biex jipprevedu eċċezzjonijiet għall-Artikoli 11 sa 15 tar-Regolament imsemmi.

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

PERMEZZ DAN TA’ HAWNHEKK TIRRAKKOMANDA LIS-SERVIZZI U L-ISTITUZZJONIJIET KOMPETENTI LI:

1.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jikkonkludu, jew jagħtu struzzjonijiet lill-korpi maħturin minn dawn l-awtoritajiet kompetenti biex jikkonkludu, ftehimiet skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

Il-ftehimiet għandhom jipprevedu li persuni li jirċievu benefiċċju tal-qgħad fl-Istat tagħhom ta’ residenza u fl-istess waqt iwettqu attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu soġġetti esklussivament għal-leġiżlazzjoni tal-Istat imsemmi l-ewwel, kemm fir-rigward ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet kif ukoll l-għoti tal-benefiċċji.

L-istituzzjoni li tipprovdi l-benefiċċju tal-qgħad fl-Istat ta’ residenza tal-persuna kkonċernata għandha tinforma l-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat dwar kwalunkwe attività professjonali jew kummerċjali part-time li fiha hija involuta l-persuna kkonċernata fi Stat Membru ieħor.

Din l-istituzzjoni msemmija l-aħħar għandha tinforma minnufih l-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tagħha l-persuna kkonċernata qed twettaq attività part-time, li l-persuna tibqa’ soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza.

2.

Skont dawn il-ftehimiet, għandhom japplikaw il-proċeduri aministrattivi stipulati fl-Anness 19 sa 21 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

3.

Il-ftehim konkluż mill-Istati Membri skont ir-Rakkomandazzjoni Nru 18 tat-28 ta’ Frar 1986, li huwa anness hawnhekk, għandu jibqa’ validu skont ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, soġġett għall-punt 2 ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

4.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


ANNESS

Il-Ftehim tat-28 ta’ Ottubru 1986 bejn il-Belġju u l-Lussemburgu dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda li għandhom residenza f’wieħed miż-żewġ Stati, li fih jirċievu benefiċċji tal-qgħad, filwaqt li jaħdmu part-time fl-Istat l-ieħor.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/51


RAKKOMANDAZZJONI Nru U2

tat-12 ta’ Ġunju 2009

dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal persuni qiegħda li jakkumpanjaw is-sieħeb/sieħba tagħhom li qed jieħdu sehem f’attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/16

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,

Billi:

(1)

Skont it-termini tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 persuna li hija qiegħda għal kollox u li tmur fi Stat Membru għajr l-Istat kompetenti sabiex tfittex impjieg tista’, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet, iżżomm id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad fi flus kontanti.

(2)

Waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fis-sottotaqsima (a) tal-paragrafu msemmi hija li l-persuna kkonċernata kienet disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat kompetenti għal mill-anqas erba’ ġimgħat qabel sabet ruħha qiegħda.

(3)

Is-sentenza finali tas-sottotaqsima (a), madankollu, tippermetti lis-servizzi jew l-istituzzjonijet kompetenti jawtorizzaw it-tluq tal-persuna li qed tfittex xogħol qabel it-tmiem tal-erba’ ġimgħat.

(4)

Din l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tkun miċħuda lil persuni li, filwaqt li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament imsemmi, jixtiequ jakkumpanjaw is-sieħeb/is-sieħba tagħhom li ħadu xogħol fi Stat Membru ieħor.

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

PERMEZZ TA’ DAN HAWNHEKK TIRRAKKOMANDA LIS-SERVIZZI U L-ISTITUZZJONIJIET KOMPETENTI LI:

1.

L-awtorizzazzjoni tat-tluq qabel ikun għaddew erba’ ġimgħat skont id-dispożizzjoni fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandha tingħata lil persuna li hija qiegħda għal kollox, li tissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħrajn kollha stipulati fl-Artikolu 64 (1) u li qed takkumpanja s-sieħeb/is-sieħba tagħha/tiegħu li qed jaħdem/taħdem fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti.

Is-sieħeb/is-sieħba għandu/għandha jkun/tkun determinat/a skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti.

2.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/52


DEĊIŻJONI Nru S4

tat-2 ta’ Ottubru 2009

dwar proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/17

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 66 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,

Billi:

(1)

L-ispiża tal-benefiċċji mhux fi flus mogħtija mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru wieħed f’isem l-istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor, għandha titħallas kollha lura.

(2)

Ir-rifużjonijiet bejn l-istituzzjonijiet, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, għandhom jitwettqu b’mod rapidu u effiċjenti biex tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ pretensjonijiet li jibqgħu pendenti għal perjodi itwal ta’ żmien.

(3)

L-akkumulazzjoni ta’ pretensjonijiet tista’ tipperikola l-funzjonament effiċjenti tas-sistema Komunitarja u thedded id-dritt tal-individwi.

(4)

Il-Kummissjoni Amministrattiva fid-Deċiżjoni Nru S1 (3) iddeċidiet li l-istituzzjoni tal-post ta’ żjara għandha tiġi rimborżata għall-ispiża tal-kura tas-saħħa pprovduta fuq il-bażi ta’ Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea valida.

(5)

Ftehim komuni dwar l-aħjar prassi jikkontribwixxi għal ħlas ta’ rifużjonijiet b’mod rapidu u effiċjenti bejn l-istituzzjonijiet.

Taġixxi skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

A.   Rimborż fuq il-bażi tal-infiq attwali (l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009)

1.

L-istituzzjoni li titlob rifużjoni bbażata fuq l-infiq attwali għandha tintroduċi t-talba sa mhux aktar tard mil-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 67(1) Regolament (KE) Nru 987/2009 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ: “ir-Regolament tal-Implimentazzjoni”). L-istituzzjoni li tirċievi t-talba għandha tiżgura l-ħlas tat-talba fiż-żmien previst fl-Artikolu 67(5) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni, iżda qabel dan il-limitu taż-żmien hekk kif tkun f’pożizzjoni li tagħmel dan.

2.

Talbiet għal rifużjoni ta’ benefiċċji, li jkunu ġew provduti fuq il-bażi tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC), dokument li jissostitwixxi l-EHIC jew kwalunkwe dokument ieħor li jagħti d-dritt, jistgħu jiġu miċħuda u t-talba mibgħuta lura lill-istituzzjoni kreditriċi fil-każ li t-talba, pereżempju:

ma tkunx kompluta u/jew tkun imtliet b’mod ħażin,

tkun tikkonċerna benefiċċji li ma jkunux ingħataw fil-perjodu ta’ validità tal-EHIC jew tad-dokument li jagħti d-dritt użat mir-riċevitur tal-benefiċċji.

Talba ma tistax tiġi miċħuda fuq il-bażi li l-persuna ma tkunx għadha assikurata mal-istituzzjoni, li tkun ħarġet l-EHIC jew id-dokument li jagħti d-dritt, sakemm il-benefiċċji kienu mogħtija lill-benefiċjarju fil-perjodu ta’ validità tad-dokument użat.

Istituzzjoni li hija obbligata li tħallas lura l-ispejjeż ta’ benefiċċji pprovduti fuq il-bażi tal-EHIC tista’ titlob li l-istituzzjoni li magħha l-persuna kienet ġustament irreġistrata fil-ħin tal-għoti tal-benefiċċji għandha tirrifondi l-ispejjeż ta’ dawk il-benefiċċji lill-ewwel istituzzjoni, jew jekk il-persuna ma kinitx intitolata li tuża l-EHIC, issolvi l-kwistjoni mal-persuna kkonċernata.

3.

Talba ma tistax tiġi riveduta mill-istituzzjoni debitriċi fir-rigward tal-konformità tagħha mal-Artikoli 19 u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta xi abbuż kif iċċarat skont il-ġurisprudenza mill-Komunità Ewropea Qorti tal-Ġustizzja (4). L-istituzzjoni debitriċi hija għaldaqstant obbligata li taċċetta l-informazzjoni li fuqha hija bbażata t-talba u li tħallas lura t-talba. Fil-każ li jkun hemm suspett ta’ abbuż l-istituzzjoni debitriċi tista’ għal raġunijiet rilevanti tiċħad it-talba kif previst skont l-Artikolu 67(5) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni.

4.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punti 2 u 3, jekk l-istituzzjoni debitriċi tesprimi dubji dwar il-korrettezza tal-fatti, li fuqhom it-talba li hija bbażata, hija l-istituzzjoni kreditriċi li terġa’ tikkunsidra jekk it-talba kinetx maħruġa kif suppost u, jekk xieraq, tirtira jew terġa’ tikkunsidra t-talba.

5.

Talba, li tiġi introdotta wara l-limitu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni, m’għandhiex tiġi kkunsidrata.

B.   Rimborż fuq il-bażi ta’ ammonti fissi (l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni)

6.

L-inventarju provdut fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru debitur sal-aħħar tas-sena wara s-sena ta’ referenza, u l-pretensjonijiet ibbażati fuq dan l-inventarju għandhom jiġu introdotti fl-istess entità kemm jista’ jkun malajr wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-ammonti fissi annwali għal kull persuna, iżda fil-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni.

7.

L-istituzzjoni kreditriċi għandha, kull meta jkun possibbli, tippreżenta t-talbiet li jikkonċernaw is-sena kalendari partikolari fl-istess okkażjoni lill-istituzzjoni debitriċi.

8.

L-istituzzjoni debitriċi li tirċievi talba għal rifużjoni fuq il-bażi ta’ ammonti fissi għandha tiżgura l-ħlas tat-talba fiż-żmien previst mill-Artikolu 67(5) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni, iżda qabel dan il-limitu taż-żmien malli din tkun f’pożizzjoni li tagħmel dan.

9.

Talba, li tiġi introdotta wara l-limitu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni, ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

10.

Talba għal rifużjoni fuq il-bażi ta’ ammonti fissi tista’ tiġi miċħuda u mibgħuta lura lill-istituzzjoni kreditriċi fil-każ li t-talba, pereżempju:

ma tkunx kompluta u/jew tkun imtliet b’mod ħażin,

tirreferi għal perjodu ta’ żmien li ma jkunx kopert mir-reġistrazzjoni fuq il-bażi ta’ dokument validu li jagħti d-dritt.

11.

Jekk l-istituzzjoni debitriċi tesprimi dubji dwar il-korettezza tal-fatti li fuqhom it-talba hija bbażata, hija l-istituzzjoni kreditriċi li terġa’ tikkunsidra jekk il-fattura kinetx maħruġa kif suppost u, jekk xieraq, tirtira jew terġa’ tikkunsidra t-talba.

C.   Ħlas parzjali skont l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni

12.

Fil-każ li jsir ħlas parzjali skont l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni, l-ammont li għandu jitħallas għandu jkun iddeterminat separatament għal talbiet ibbażati fuq l-infiq attwali (Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni) u talbiet ibbażati fuq ammonti fissi (Artikolu 67(2) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni).

D.   Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni

13.

L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw kooperazzjoni tajba bejniethom u jaġixxu biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tagħhom stess.

E.   Dħul fis-seħħ

14.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Lena MALMBERG


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  Ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Is-Sentenza tat-12 ta’ April 2005 fil-każ C-145/03 Heirs of Annette Keller v Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) and Instituto Nacional de Gestión Sanitaria (Ingesa) REK 2005 p. I-02529.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/54


DEĊIŻJONI Nru S5

tat-2 ta’ Ottubru 2009

dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “benefiċċji mhux finanzjarji” kif definit fl-Artikolu 1(va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/18

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, tifsira preċiża, li għandha torbot lill-Istati Membri kollha, għandha tiġi mehmuża mal-kunċett ta’ “benefiċċji mhux finanzjarji” tal-mard u l-maternità; kif definit fl-Artikolu 1(va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(2)

Il-kunċett tal-benefiċċji mhux finanzjarji tal-mard u l-maternità, skont il-każistika tal-qorti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għandha tinkludi benefiċċji mhux finanzjarji provduti lill-persuni dipendenti fuq il-kura.

Taġixxi skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

I.   Id-dispożizzjonijiet ġenerali

1.

Il-benefiċċji mhux finanzjarji tal-mard u l-maternità li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu kkalkulati r-rifużjonijiet imsemmija fl-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Regolament tal-Implimentazzjoni”) għandhom ikunu dawk meqjusa bħala benefiċċji mhux finanzjarji skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali amministrata mill-istituzzjoni li pprovdiet il-benefiċċji safejn dawn jistgħu jiġu akkwistati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Bażiku”).

2.

Dawn li ġejjin għandhom ukoll jitqiesu bħala benefiċċji mhux finanzjarji skont it-tifsira tal-artikoli msemmija hawn fuq tar-Regolament Bażiku:

(a)

benefiċċji mhux finanzjarji ta’ assigurazzjoni tal-kura li jagħtu intitolament għal ħlas dirett parzjali jew sħiħ ta’ ċertu nfiq involut mill-persuna li tiddependi mill-kura u li jintefaq għall-benefiċċju dirett tiegħu jew tagħha, pereżempju kura tal-infermiera u għajnuna fid-dar ipprovduti fid-dar jew fi stabbilimenti speċjalizzati, xiri ta’ tagħmir għall-kura, jew xogħol li sar biex jittejjeb l-ambjent tad-dar; benefiċċji ta’ dan it-tip huma essenzjalment maħsuba biex jissupplimentaw il-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-mard mhux fi flus biex jittejbu l-istat tas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-persuni dipendenti;

(b)

benefiċċji mhux finanzjarji li ma joriġinawx minn assigurazzjoni għall-kura imma li jkollhom l-istess karatteristiċi u għanijiet bħal dawk imsemmija f’(a) hawn fuq, safejn dawn jistgħu jitqiesu bħala benefiċċji ta’ sigurtà soċjali mhux finanzjarji skont it-tifsira tar-Regolament Bażiku u jistgħu jinkisbu bl-istess mod bħal dawk imsemmija f’(a) skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli hawn fuq imsemmija tar-Regolament Bażiku.

Il-benefiċċji mhux finanzjarji msemmija f’(a) u (b) għandhom jiġu inklużi fin-nefqa msemmija fil-punt 1 hawn fuq.

3.

Dawn li ġejjin m’għandhomx jitqiesu bħala spejjeż għall-benefiċċji mhux finanzjarji skont it-tifsira tal-artikoli msemmija hawn fuq tar-Regolament Bażiku:

(a)

L-infiq konness mal-amministrazzjoni tal-iskema tal-assigurazzjoni tal-mard, pereżempju spejjeż li jintefqu mill-ġestjoni u l-ipproċessar ta’ rimborżi lill-individwi u bejn l-istituzzjonijiet;

(b)

In-nefqa marbuta mal-għoti ta’ benefiċċji, bħal miżati tat-tabib għall-ħruġ ta’ ċertifikati mediċi meħtieġa biex jiġi evalwat il-grad ta’ invalidità tal-applikant jew il-kapaċità li jwettaq ix-xogħol;

(c)

L-infiq fuq ir-riċerka medika u s-sussidji lill-istituzzjonijiet ta’ mediċina preventiva, mogħti għal miżuri ġenerali għall-ħarsien tas-saħħa, kif ukoll l-infiq fuq miżuri ta’ natura ġenerali (mhux relatat ma’ riskju);

(d)

Ħlasijiet konġunti magħmula minn individwi

II.   Dispożizzjonijiet għall-kalkolu tal-ammonti fissi previsti fl-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni

4.

Il-kalkolu tal-ammonti fissi ta’ kull xahar u l-ammonti fissi totali skont l-Artikolu 64 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

l-ammont ta’ benefiċċji mhux finanzjarji provduti skont l-iskemi nazzjonali fl-Istat Membru ta’ residenza fuq il-bażi tal-Artikoli 17, 24(1), 25 u 26 tar-Regolament Bażiku;

(b)

l-ammont ta’ benefiċċji mhux finanzjarji provduti fuq il-bażi ta’ kuri ppjanati barra mill-Istat Membru ta’ residenza skont l-Artikoli 20 u 27(3) u (5) tar-Regolament Bażiku;

(c)

l-ispiża tal-benefiċċji mhux finanzjarji provduti li persuna assikurata rċeviet matul iż-żjara temporanja barra mill-istat ta’ residenza safejn l-ispejjeż ta’ dawk il-benefiċċji jitwettqu skont il-liġi nazzjonali; ħlief għall-ispejjeż previsti fil-punt II, il-paragrafu 5 l-ittra a) ta’ din id-deċiżjoni.

5.

Il-kalkolu tal-ammonti fissi ta’ kull xahar u l-ammonti fissi totali skont l-Artikolu 64 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni ma għandhomx jinkludu dan li ġej:

(a)

l-ammont ta’ benefiċċji provduti matul iż-żjara temporanja barra mill-istat ta’ residenza fuq il-bażi tal-Artikoli 19(1) u 27 (1) tar-Regolament Bażiku;

(b)

l-ammont ta’ benefiċċji mħallsa lura skont ir-Regolament Bażiku jew fuq il-bażi ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali bl-eċċezzjoni tar-rifużjonijiet għal trattament skedat.

III.   Dispożizzjonijiet oħra

6.

Il-kalkolu tal-ammonti li se jitħallsu lura għandu kemm jista’ jkun possibbli jkun ibbażat fuq l-istatistiċi uffiċjali u l-kontijiet tal-post taż-żjara jew ta’ residenza, u preferibbilment fuq id-data uffiċjali ppubblikata. Is-sorsi tal-istatistiċi użati għandhom jiġu indikati.

7.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Lena MALMBERG


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/56


DEĊIŻJONI Nru H3

tal-15 ta’ Ottubru 2009

li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/19

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (1), li taħtu hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 90 tar-Regolament Nru (KE) 987/2009 li jikkonċerna l-konverżjoni tal-munita,

Billi:

(1)

Ħafna dispożizzjonijiet bħal eż. l-Artikoli 5(a), 21(1), 29, 34, 52, 62(3), 65(6) u (7), 68(2) 84 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikoli 25 (4) u (5), 26 (7), 54(2), 70, 72, 73, 78 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, jinkludu sitwazzjonijiet, fejn għall-għan ta’ pagament, kalkolu jew kalkolu mill-ġdid għal benefiċċju jew kontribuzzjoni, rimborż, jew għall-għanijiet ta’ tpaċija u l-proċeduri ta’ rkupru, ir-rata tal-kambju jeħtieġ tiġi determinata.

(2)

L-Artikolu 90 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 987/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni Amministrattiva sabiex tiffissa data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati ta’ konverżjoni li għandhom jiġu applikati meta jiġu kkalkolati ċerti benefiċċji u kontribuzzjonijiet,

Taġixxi skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Għall-għan ta’ din id-deċiżjoni r-rata ta’ konverżjoni għandha titqies bħala rata ta’ konverżjoni ta’ kuljum ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.

Jekk ma jkunx indikat mod ieħor f’din id-deċiżjoni, r-rata ta’ konverżjoni għandha tkun ir-rata ppubblikata fid-data tat-twettiq tal-operazzjoni mill-istituzzjoni.

3.

Istituzzjoni ta’ Stat Membru, li għall-għan li tiġi stabbilita pretensjoni u għall-ewwel kalkolu tal-benefiċċju għandha taqleb ammont fil-munita ta’ Stat Membru ieħor, għandha tuża:

(a)

meta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, istituzzjoni tikkunsidra ammonti, bħal dħul jew benefiċċji, matul ċertu perjodu qabel id-data li għaliha jiġi kkalkulat il-benefiċċju, ir-rata ta’ konverżjoni ppubblikata għall-aħħar jum ta’ dak il-perjodu;

(b)

meta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, għall-għan ta’ kalkolu tal-benefiċċju istituzzjoni tikkunsidra ammont wieħed, ir rata ta’ konverżjoni ppubblikata għall-ewwel jum tax-xahar minnufih qabel ix-xahar meta d-dispożizzjoni għandha tiġi applikata.

4.

Il-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis meta istituzzjoni ta’ Stat Membru għall-kalkolu mill-ġdid tal-benefiċċju minħabba tibdil fis-sitwazzjoni fattwali jew legali tal-persuna kkonċernata, għandha taqleb ammont fil-munita ta’ Stat Membru ieħor.

5.

Istituzzjoni li tħallas benefiċċju li l-liġi tindiċizza regolarment skont il-liġi nazzjonali, u fejn l-ammonti f’muniti oħra għandhom impatt fuq dak il-benefiċċju, għandha, meta tikkalkolah mill-ġdid tuża r-rata ta’ konverżjoni applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar li jippreċedi x-xahar meta l-indiċjar huwa mistenni li jsir, sakemm mhux previst b’mod differenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

6.

Għall-għanijiet tal-kumpens u l-proċeduri tal-irkupru, ir-rata tal-kambju applikabbli sabiex tinqaleb is-somma li għandha tiġi mnaqqsa jew imħallsa għandha tkun ir-rata ta’ konverżjoni għal dak il-jum meta tkun inbagħtet it-talba għall-ewwel darba.

7.

Għall-għanijiet tal-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 meta t-tqabbil iseħħ bejn l-ammont li effettivament tħallas mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza u l-ammont massimu tar-rimborż imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (l-ammont tal-benefiċċju li għalih il-persuna kkonċernata tkun intitolata skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li għalih hi kienet soġġetta l-aħħar jekk irreġistrata mas-servizzi tal-impjiegi ta’ dak l-Istat Membru), id-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rata ta’ konverżjoni għandha tkun l-ewwel jum tax-xahar kalendarju li fih ikun intemm il-perjodu ta’ rimborż.

8.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta wara l-ewwel sena tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009.

9.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Lena MALMBERG


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.