ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.104.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 104

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
23 ta' April 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 104/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

1

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2010/C 104/02

Parti 0 tar-regoli għall-istaff tal-BĊE li fiha l-qafas dwar l-etika (Dan it-test iħassar u jieħu post it-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 92 tas-16.4.2004, pġ. 31)

3

2010/C 104/03

Kodiċi supplimentari ta’ Kriterji ta’ Etika għall-Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (skont l-Artikolu 11.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew)

8

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 104/04

Lista ta' ħatriet imwettqa mill-Kunsill – Jannar, Frar u Marzu 2010 (qasam soċjali)

10

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 104/05

Rata tal-kambju tal-euro

12

2010/C 104/06

Tiġdid tal-mandat tal-membri tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura

13

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 104/07

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri kontra d-dumping

14

2010/C 104/08

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri kontra d-dumping

15

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 104/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5810 – Investor/SAAB) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

16

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 104/10

Notifika fir-rigward ta' talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – estensjoni ta' data ta' skandenza – Talba mingħand entità kontraenti

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 104/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

14.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 323/09

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Asturias

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

«Concesión de ayudas e incentivos a la inversión de operadores de telecomunicación en el Principado de Asturias»

Il-bażi legali

i) Resolución de 18 de Junio de 2009. Consejería de Administraciones Públicas y Portavoz del Gobierno; ii) Resolución de 29 de Junio de 2009, Consejería de Administraciones Públicas y Portavoz del Gobierno; iii) Asturias Regional Development Plan 2007-2013; iv) Ley 38/2003, de 17 de Noviembre de 2003 General de Subvenciones; v) Ley General Telecomunicaciones 32/2003 de 3 de Noviembre de 2003.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 6,5 miljun

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

2009-2010

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Gobierno del Principado de Asturias — Dirección General de Modernización, Telecomunicaciones y Sociedad de la Information

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

19.3.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 622/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Hamburg

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Hamburger FuE-Förderrichtlinie zur Förderung von Forschungs- und Entwicklungsvorhaben Hamburger Unternehmen

Il-bażi legali

Hamburger FuE-Förderrichtlinie zur Förderung von Forschungs- und Entwicklungsvorhaben Hamburger Unternehmen — §§ 23, 24 Landeshaushaltsordnung (LHO)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Għotja rimborsabbli, Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-estimi

Baġit annwali: EUR 5,3 miljun

Baġit globali: EUR 32 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Behörde für Wirtschaft und Arbeit

Alter Steinweg 4

20459 Hamburg

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


Il-Bank Ċentrali Ewropew

23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/3


Parti 0 tar-regoli għall-istaff tal-BĊE li fiha l-qafas dwar l-etika

(Dan it-test iħassar u jieħu post it-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 92 tas-16 ta’ April 2004, pġ. 31)

2010/C 104/02

0.1.   Disposizzjonijiet ġenerali

0.1.1.

Il-kondotta ta’ membri tal-istaff la għandha xxekkel l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom u lanqas tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-BĊE. Membri tal-istaff għandhom:

(a)

jirrispettaw il-valuri komuni tal-BĊE u jġibu ruħhom fil-ħajja professjonali u privata tagħhom b’mod li jixraq lin-natura tal-BĊE bħala istituzzjoni Ewropea;

(b)

jaqdu d-dmirijiet tagħhom b’mod kuxjenzjuż, b’onestà u mingħajr interess persunali jew interessi nazzjonali, jissottoskrivu għal standards għoljin ta’ etika professjonali, u jaġixxu b’lealtà esklussiva lejn il-BĊE;

(ċ)

jużaw il-prekawzjoni u l-attenzjoni fit-trattazzjonijiet finanzjarji privati kollha tagħhom u jżommu lura milli jinvolvu ruħhom fi transazzjonijiet ekonomiċi jew finanzjarji li jistgħu jxekklu l-indipendenza jew l-imparzjalità tagħhom.

0.1.2.

Il-privileġġi u l-immunitajiet li jgawdu l-membri tal-istaff taħt il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jingħataw biss fl-interessi tal-BĊE. Dawn il-privileġġi u immunitajiet m’għandhom bl-ebda mod jeżentaw lil membri tal-istaff mit-twettiq tal-obbligazzjonijiet privati tagħhom jew milli jikkonformaw mal-liġijiet u r-regoli tal-pulizija li hemm fis-seħħ. Kull meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, il-membri tal-istaff ikkonċernati għandhom jinformaw immedjatament lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

0.1.3.

Membri tal-istaff li huma sekondati jew bil-lif minn organizzazzjoni jew istituzzjoni oħra għandhom ikunu integrati mal-istaff tal-BĊE, ikollhom l-istess obbligazzjonijiet u drittijiet bħall-membri oħra tal-istaff, u jaqdu dmirijiethom biss għall-benefiċċju tal-BĊE.

0.2.   Uffiċjal għall-Etika

Membri tal-istaff jistgħu jitolbu lill-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE sabiex jipprovdi gwida dwar kull kwistjoni marbuta mal-konformità tagħhom mal-qafas dwar l-etika tal-BĊE. Kondotta li tkun konformi għal kollox mal-parir ta’ u r-regoli ta’ etika żviluppati mill-Uffiċjal għall-Etika għandha tiġi preżunta bħala konformi mal-qafas dwar l-etika u m’għandhiex twassal għal proċeduri dixxiplinarji għal ksur tal-obbligazzjonijiet tal-membri tal-istaff. Dan il-parir m’għandux, minkejja dan, jeżonera lil membri tal-istaff minn obbligi esterni.

0.3.   Segretezza professjonali

0.3.1.

Membri tal-istaff għandhom iżommu lura milli jikxfu mingħajr awtorizzazzjoni kull informazzjoni kklassifikata li jkunu rċevew fil-kuntest tax-xogħol tagħhom fil-BĊE lil kull persuna barra l-BĊE, inklużi l-membri tal-familja tagħhom, u lil kollegi fi ħdan il-BĊE li m’għandhomx bżonn l-informazzjoni sabiex jaqdu dmirijiethom, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġa saret pubblika jew hija aċċessibbli għall-pubbliku.

0.3.2.

Awtorizzazzjoni sabiex isir il-kxif għandha tinkiseb skont ir-regoli tal-ġestjoni u l-kunfidenzjalità tad-dokumenti fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju.

0.3.3.

Awtorizzazzjoni sabiex isir il-kxif tingħata lil membru tal-istaff fejn ikun iridu jagħti l-evidenza, kemm bħala xhud fi proċeduri legali jew mod ieħor, u fejn ċaħda biex tingħata l-evidenza tista’ tiġbed responsabbiltà kriminali. Bħala eċċezzjoni, awtorizzazzjoni sabiex isir il-kxif ma tkunx meħtieġa jekk membru tal-istaff huwa msejjaħ sabiex jixhed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’każ bejn il-BĊE u membru tal-istaff kurrenti jew tal-imgħoddi.

0.4.   Relazzjonijiet interni

0.4.1.

Membri tal-istaff għandhom jimxu mal-istruzzjonijiet tas-superjuri tagħhom u mal-linji ta' rappurtar applikabbli.

0.4.2.

Membri tal-istaff m’għandhomx jitolbu lil staff ieħor sabiex jaqdu dmirjiet privati għalihom jew għal oħrajn.

0.4.3.

Membri tal-istaff għandhom iġibu ruħhom b’mod leali lejn il-kollegi tagħhom. B’mod partikolari, membri tal-istaff la għandhom iżommu minn membri oħra tal-istaff informazzjoni li tista’ taffettwa t-tmexxija tan-negozju, partikolarment sabiex jiksbu vantaġġ persunali, u lanqas jagħtu informazzjoni li hija falsa, mhux preċiża jew eżaġerata. Barra minn hekk, m’għandhomx ixekklu jew jirrifjutaw li jikkooperaw ma’ kollegi.

0.5.   L-użu tar-riżorsi tal-BĊE

Membri tal-istaff għandhom jirrispettaw u jipproteġu l-proprjetà tal-BĊE. It-tagħmir u l-faċilitajiet kollha, hi x’inhi n-natura tagħhom, huma pprovduti mill-BĊE għall-użu uffiċjali biss, sakemm l-użu għal raġunijiet privati mhuwiex permess jew skont ir-regoli interni relevanti fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju jew b’awtorizzazzjoni speċjali. Membri tal-istaff għandhom jieħdu kull miżura raġjonevoli u xierqa biex l-ispejjeż għall-BĊE jiġu mnaqqsin kull fejn possibbli, sabiex ir-riżorsi disponibbli jistgħu jintużaw bil-mod l-aktar effiċjenti.

0.6.   Dinjità fil-post tax-xogħol

Membri tal-istaff għandhom iżommu lura mid-diskriminazzjoni ta’ kull tip fil-konfront ta’ oħrajn u minn kull forma ta’ turment psikoloġiku jew sesswali jew bullying. Huma għandhom juru sensittività lejn u rispett għall-oħrajn u jevitaw kull imġieba li persuna oħra tista raġjonevolment tqis bħala offensiva. L-istat ta’ membri tal-istaff m’għandu b’ebda mod jiġi preġudikat abbażi tal-fatt li jkunu pprevjenew jew irrappurtaw turment jew bullying. Membri tal-istaff għandhom jimxu mal-politika tal-BĊE dwar id-Dinjità fil-Post tax-Xogħol.

0.7.   Obbligazzjoni biex tirrapporta ksur ta’ dmir professjonali

0.7.1.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tal-membri tal-istaff taħt id-Deċiżjoni BĊE/2004/11 tat-3 ta’ Ġunju 2004 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, b’rabta mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni, u kull attività illegali oħra ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u li temenda l-Kundizzjonijiet tal-Impieg tal-Istaff tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), membri tal-istaff għandhom jagħmlu rapport lill-BĊE u/jew lill-Uffiċjal għall-Etika jekk jafu dwar jew għandhom suspett fondat tajjeb ta’ każ ta’ ħasil ta’ flus, finanzjament ta’ terroriżmu, abbuż ta’ informazzjoni privileġġjata, frodi jew korruzzjoni fil-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom minn membru ieħor tal-istaff jew minn xi fornitur ta’ merkanzija jew servizzi lill-BĊE.

0.7.2.

Fil-każijiet l-oħra kollha, membri tal-istaff jistgħu jirrappurtaw lill-BĊE u/jew lill-Uffiċjal għall-Etika jekk ikunu jafu dwar jew ikollhom suspett fondat tajjeb ta’ ksur ta’ dmir professjonali minn membru ieħor tal-istaff jew minn xi fornitur ta’ merkanzija jew servizzi lill-BĊE.

0.7.3.

Membri tal-istaff m’għandhom bl-ebda mod isofru minn trattament inġust jew diskriminatorju, intimidazzjoni, ritaljazzjoni jew vittimizzazzjoni minħabba li jkunu rrappurtaw il-konoxxjenza tagħhom dwar jew is-suspett fondat tajjeb ta’ ksur ta’ dmir professjonali.

0.7.4.

L-identità ta’ membri tal-istaff li jitolbu dan għandha tiġi protetta meta jkunu qed jirrapportaw il-konoxxjenza tagħhom dwar jew is-suspett fondat tajjeb ta’ ksur ta’ dmir professjonali.

0.8.   Kunflitti ta’ interess – regola ġenerali

Membri tal-istaff għandhom jevitaw kull sitwazzjoni li tista’ twassal jew tidher li qed twassal għal kunflitt ta’ interess bejn xogħolhom u l-interessi privati tagħhom. Membri tal-istaff li, fil-qadi ta’ dmirijiethom, jiġu msejħa sabiex jiddeċiedu dwar kwistjoni li għandhom interess personali fil-ġestjoni u l-eżitu tagħha għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lil min hu immedjatament fuqhom jew lill-Uffiċjal għall-Etika. Il-BĊE jista’ jieħu l-miżuri xierqa sabiex jevita kunflitt ta’ interess. Partikolarment u jekk ebda miżura oħra ma hija xierqa, il-BĊE jista’ jneħħi r-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti lill-membru tal-istaff.

0.9.   Impieg bi qligħ tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb rikonoxxut

Membri tal-istaff għandhom jinfurmaw lill-BĊE jew lill-Uffiċjal għall-Etika b’kull impieg bi qligħ tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb rikonoxxut li jista’ jwassal għal kunflitt ta’ interess. Jekk in-natura tal-impieg twassal għal kunflitt ta’ interess mar-responsabbiltajiet tal-membru tal-istaff u jekk il-membru tal-istaff ma jistax jintrabat li l-kunflitt ta’ interess ser jieqaf f’perijodu speċifiku, allura, wara li jkun ikkonsulta mal-Uffiċjal għall-Etika, il-BĊE għandu jiddeċiedi jekk il-membru tal-istaff għandhiex titneħħhielu r-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti.

0.10.   L-għoti u l-aċċettazzjoni ta’ rigali

0.10.1.

“Rigal” huwa kull benefiċċju jew vantaġġ, kemm finanzjarju kif ukoll mhux fi flus, li huwa b’xi mod konness mal-impieg mal-BĊE tal-membru tal-istaff u li mhuwiex il-kumpens miftiehem għal servizzi li jingħataw, kemm jekk mogħtijin minn jew offruti lil membru tal-istaff kif ukoll lil xi membru tal-familja tiegħu jew lil konoxxenza personali mill-qrib jew soċji professjonali.

0.10.2.

L-aċċettazzjoni ta’ rigal m’għandha, fl-ebda każ, tagħmel ħsara lil jew tinfluwenza l-objettività u l-libertà tal-azzjoni tal-membru tal-istaff u m’għandhiex toħloq obbligazzjoni jew aspettattiva inapproprjata min-naħa tar-reċipjent jew il-fornitur.

0.10.3.

Membri tal-istaff la għandhom jitolbu u lanqas jaċċettaw rigali mingħand parteċipanti fi proċedura ta’ sejħa għall-offerti għal akkwist.

0.10.4.

L-aċċettazzjoni ta’ rigali mingħand l-istess sors ta’ spiss hija pprojbita.

0.10.5.

Membri tal-istaff għandhom jagħmlu rapport dwar rigali li jkunu ġew riċevuti minn membri tal-familja tagħhom mingħand sorsi li huma b’xi mod marbutin mal-impieg tal-membru tal-familja mal-BĊE.

0.11.   Attivitajiet esterni li jsiru fil-qadi tad-dmirijiet professjonali

Membri tal-istaff m’għandhomx jaċċettaw għalihom infushom miżati mingħand partijiet terzi fir-rigward ta’ attivitajiet esterni marbutin b’xi mod mal-impieg tal-membru tal-istaff mal-BĊE. Dawn il-miżati għandhom jitħallsu lill-BĊE.

0.12.   Attivitajiet privati

0.12.1.

Membri tal-istaff m’għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet privati li jistgħu, b’xi mod, ixekklu l-qadi ta' dmirijiethom fil-konfront tal-BĊE u li, partikolarment, jistgħu jkunu sors ta’ kunflitt ta’ interess.

0.12.2.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu preċedenti, membri tal-istaff jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet privati li ma jitħallsux tagħhom bħal ma huma s-sempliċi ġestjoni għall-konservazzjoni tal-assi tal-familja u attivitajiet f’oqsma bħall-kultura, ix-xjenza, l-edukazzjoni, l-isport, il-karità, ir-reliġjon, ħidma soċjali jew xogħol ieħor ta’ ġid, li ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-obbligazzjonijiet tal-membru tal-istaff fil-konfront tal-BĊE u/jew mhumiex sors probabbli ta’ kunflitt ta’ interess.

0.12.3.

Membri tal-istaff tal-BĊE għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni tal-BĊE għal kull attività privata oħra. Dawn jinkludu:

(a)

ir-riċerka, l-għoti ta’ lekċers, il-kitba ta' artikli jew kotba, jew kull attività privata simili li ssir bla ħlas dwar suġġetti marbutin mal-BĊE jew l-attivitajiet tiegħu;

(b)

kull attività privata oħra li ssir bla ħlas barra l-ambitu tal-Artikolu 0.12.2;

(ċ)

attivitajiet privati bi ħlas.

Meta jkun qed jiddeċiedi dwar jekk għandhiex tingħata awtorizzazzjoni dwar involviment f’dawn l-attivitajiet privati, il-BĊE għandu jikkunsidra jekk l-attività għandhiex impatt negattiv fuq il-membru tal-istaff fil-konfront tal-BĊE u, partikolarment, jekk hijiex sors probabbli ta’ kunflitt ta’ interess.

0.12.4.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi preċedenti, membri tal-istaff jistgħu jidħlu għal attivitajiet politiċi bħal ma huma l-votazzjoni, il-kontribuzzjonijiet politiċi, l-attendenza għal laqgħat u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet f’livell lokali. Membri tal-istaff għandhom iżommu lura milli jiddikjaraw il-funzjoni u l-kapaċità tagħhom fil-BĊE meta jidħlu għal attivitajiet politiċi u għandhom jevitaw illi jħallu l-opinjonijiet personali tagħhom jidhru bħala li qed jirriflettu l-opinjonijiet tal-BĊE.

0.12.5.

Membri tal-istaff li għandhom il-ħsieb li joħorġu għal kariga pubblika għandhom jinformaw lill-BĊE, li għandu jiddeċiedi, wara li jkun qies l-interess tas-servizz, jekk il-membru tal-istaff ikkonċernat:

(a)

għandux jintalab japplika għal lif għal raġunijiet personali; jew

(b)

għandux jingħata lif; jew

(ċ)

jistax jiġi awtorizzat jaqdi dmirijietu fuq bażi part-time; jew

(d)

jistax ikompli jaqdi dmirijietu bħal qabel.

0.12.6.

Membri tal-istaff li jiġu eletti jew maħturin f’karigi pubbliċi għandhom jinfurmaw immedjatament lill-BĊE, li, wara li jkun qies l-interess tas-servizz, l-importanza tal-kariga, id-dmirijiet li tinvolvi u l-ħlas u r-rimborż tal-ispejjeż inkorsi fil-qadi tad-dmirijiet tal-kariga, għandu jieħu waħda mid-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu preċedenti. Jekk il-membru tal-istaff huwa mitlub jieħu lif għal raġunijiet personali jew huwa awtorizzat jaqdi d-dmirijiet fuq bażi part-time, il-perjodu ta’ dan il-lif jew xogħol part-time għandu jikkorrispondi għat-terminu tal-kariga tal-membru tal-istaff.

0.12.7.

Attivitajiet privati għandhom isiru barra l-ħinijiet tax-xogħol. Fuq bażi eċċezzjonali, il-BĊE jista’ japprova derogi minn din ir-regola.

0.12.8.

Il-BĊE jista’, f’kull ħin, jitlob it-terminazzjoni ta’ attivitajiet privati li mhumiex jew li m’għadhomx konformi mad-disposizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti.

0.13.   Akkwist

Membri tal-istaff għandhom jiżguraw il-ġestjoni tajba ta’ proċeduri ta’ akkwist billi jżommu l-objettività, in-newtralità u sens ta' ġustizzja, u jiżguraw it-trasparenza fl-azzjonijiet tagħhom. Fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist, membri tal-istaff għandhom jikkonformaw mar-regoli ġenerali u speċifiċi kollha marbutin mal-iskansar u r-rappurtar ta’ kunflitti ta’ interess, l-aċċettazzjoni ta’ rigali u s-segretezza professjonali. Membri tal-istaff għandhom jikkomunikaw biss ma’ parteċipanti fi proċedura ta’ akkwist permezz ta’ mezzi uffiċjali u għandhom jevitaw li jagħtu l-informazzjoni bil-fomm.

0.14.   In-negozjar ta’ impieg prospettiv

Membri tal-istaff għandhom iġibu ruħhom b'integrità u diskrezzjoni f'kull negozjati li jikkonċernaw impieg prospettiv u l-aċċettazzjoni ta’ dan l-impieg. Membri tal-istaff għandhom jinformaw lil min hu immedjatament fuqhom b’kull impieg prospettiv li jista’ joħloq jew jista’ jidher li qed joħloq kunflitt ta’ interess jew użu ħażin tal-pożizzjoni tagħhom fi ħdan il-BĊE. Membri tal-istaff jistgħu jintalbu jastjenu mit-trattazzjoni ta’ kull kwistjoni li tista’ tkun marbuta ma’ min jista’ jħaddimhom.

0.15.   Premji, unuri u dekorazzjonijiet

Membri tal-istaff għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni qabel ma jaċċettaw premji, unuri jew dekorazzjonijiet b’konnessjoni max-xogħol tagħhom għall-BĊE.

0.16.   Relazzjonijiet ma’ partijiet esterni

0.16.1.

Membri tal-istaff għandhom iżommu f’moħħhom l-indipendenza tal-BĊE, ir-reputazzjoni u l-ħtieġa li tinżamm is-segretezza professjonali fir-relazzjonijiet tagħhom ma kull parti esterna. Membri tal-istaff la għandhom jitolbu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mingħand xi gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-BĊE. Membri tal-istaff għandhom jinfurmaw lill-maniġment tagħhom b'kull tentattiv inapproprjat minn parti terza sabiex tinfluwenza lill-BĊE fil-qadi ta’ dmirijietu.

0.16.2.

Membri tal-istaff għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-BĊE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u jieħdu nota tal-Kodiċi Ewropew dwar l-Imġieba Amministrattiva Tajba fir-relazzjonijiet tagħhom mal-pubbliku.

0.16.3.

Membri tal-istaff għandhom imexxu r-relazzjonijiet tagħhom mal-kollegi fil-BĊNi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fi spirtu ta’ kooperazzjoni reċiproka mill-qrib. Kooperazzjoni bħal din għandha titmexxa mill-prinċipji tan-non-diskriminazzjoni, it-trattament ugwali u l-iskansar ta' preġudizzju nazzjonali. F’kull relazzjoni ma’ BĊN, il-membri tal-istaff għandhom iżommu f’moħħhom l-obbligazzjonijiet tagħhom lejn il-BĊE u r-rwol imparzjali tal-BĊE fi ħdan is-SEBĊ.

0.16.4.

Membri tal-istaff għandhom ukoll ikunu kawti fir-relazzjonijiet tagħhom ma' gruppi interessati u mal-media, partikolarment dwar kwistjonijiet marbutin mal-attivitajiet professjonali tagħhom, u jżommu f’moħħhom l-interessi tal-BĊE. Membri tal-istaff għandhom jirreferu t-talbiet kollha għall-informazzjoni marbutin mal-attivitajiet professjonali tagħhom li jsiru minn rappreżentanti tal-media lid-Direttorat għall-Komunikazzjoni u jikkonformaw mad-disposiżżjonijiet relevanti fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju.

0.17.   Abbuż ta’ informazzjoni privileġġata

0.17.1.

Membri tal-istaff għandhom iżommu lura milli jużaw jew jipprovaw jużaw informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet tal-BĊE, u li għadha ma saritx pubblika jew mhix aċċessibbli għall-pubbliku, għall-benefiċċju tal-interessi privati tagħhom jew ta' ħaddieħor. Membri tal-istaff huma speċifikament ipprojbiti milli jieħdu vantaġġ minn din l-informazzjoni f’kull transazzjoni finanzjarja jew fir-rakkomandazzjoni jew l-għoti ta’ parir kontra transazzjonijiet bħal dawn. Din l-obbligazzjoni għandha tkompli tapplika wara t-terminazzjoni tal-impieg mal-BĊE.

0.17.2.

Membri tal-istaff jistgħu jinvolvu ruħhom fin-negozjar ta’ assi jew drittijiet għal żmien qasir biss jekk, qabel ma jsiru dawn it-transazzjonijiet, l-Uffiċjal għall-Etika huwa sodisfatt bin-natura mhux spekulattiva u l-ġustifikazzjoni għal dawn it-transazzjonijiet.

0.17.3.

Membri tal-istaff għandhom iżommu rekords għas-sena kurrenti u għas-sena tal-kalendarju preċedenti ta’:

(a)

il-kontijiet bankarji tagħhom, inklużi l-kontijiet konġunti, kontijiet ta’ kustodja u kontijiet ma’ sensara tat-titoli;

(b)

kull prokura mogħtija lilhom minn partijiet terzi b’konnessjoni mal-kontijiet bankarji tagħhom, inklużi l-kontijiet ta’ kustodja;

(ċ)

kull istruzzjoni ġenerali jew linji ta’ gwida mogħtija lill-partijiet terzi li lilhom ġiet iddelegata r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-portafoll ta’ investimenti tagħhom;

(d)

kull bejgħ jew xiri ta’ assi jew drittijiet b’riskju għalihom stess u f’isimhom, jew immexxi minnhom b’riskju għal u f’isem ħaddieħor;

(e)

dikjarazzjonijiet dwar il-kontijiet fuq imsemmija;

(f)

il-konklużjoni jew l-emenda ta’ ipoteki jew self ieħor b’riskju għalihom u f’isimhom, jew immexxija minnhom b’riskju għal u f’isem ħaddieħor; u

(ġ)

it-trattattivi tagħhom b’relazzjoni mal-pjanijiet għall-irtirar, inklużi l-pjanijiet għall-irtirar tal-BĊE.

Sabiex tiġi sorveljata l-konformità mal-Artikolu 0.17.1 u 0.17.2, fuq talba tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal, il-Baġit u l-Organizzazzjoni l-membri tal-istaff għandhom jipprovdu l-fuq imsemmija dokumentazzjoni għal perjodu ta’ sitt xhur konsekuttivi, kif speċifikat fit-talba.

L-obbligazzjonijiet ta’ membri tal-istaff taħt dan l-Artikolu għandhom ikomplu japplikaw għal sena wara t-terminazzjoni tal-impieg tagħhom mal-BĊE.

0.17.4

Membri tal-istaff li, minħabba d-dmirijiet tagħhom, huma meqjusin bħala li għandhom aċċess għal informazzjoni interna dwar il-politika monetarja jew dwar ir-rati tal-kambju tal-BĊE jew dwar l-operazzjonijiet finanzjarji tal-BĊE għandhom iżommu lura milli jagħmlu transazzjonijiet ta' investiment finanzjarju li mhumiex:

transazzjonijiet ta’ investiment fi skemi ta’ investiment kollettiv li fil-konfront tagħhom m'għandhom ebda influwenza fuq il-politika tal-investiment,

transazzjonijiet ta’ investiment bi strumenti finanzjarji derivattivi bbażati fuq indiċi li fil-konfront tagħhom m’għandhom ebda influwenza,

transazzjonijiet ta’ investiment ibbażati fuq ftehim bil-miktub dwar il-ġestjoni tal-assi, u

ix-xiri u ż-żamma sal-iskadenza ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli jew l-effettwar ta’ depożiti.

Investimenti li jkunu jeżistu fi żmien meta membru tal-istaff jaqa’ fl-ambitu ta’ din id-disposizzjoni jistgħu jinżammu jew jinbidlu jekk il-membru tal-istaff:

jirrapporta lill-Uffiċjal għall-Etika dwar kull tibdil fil-ftehim ta' investiment, u

jipprovdi, fuq inizjattiva tiegħu u mingħajr dewmien, dettalji dwar kull tibdil fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 0.17.3(a) sa (ċ).

L-obbligazzjonijiet ta’ membri tal-istaff li għalihom hemm provvediment f’dan il-paragrafu għandhom ikomplu japplikaw għal sena wara li membru tal-istaff ikun waqaf jappartjeni għall-kategorija ta’ staff meqjusa bħala li għandha aċċess għal informazzjoni interna dwar il-politika monetarja jew dwar ir-rati tal-kambju tal-BĊE jew l-operazzjonijiet finanzjarji tas-SEBĊ.

Membri tal-istaff li, minħabba d-dmirijiet tagħhom, huma meqjusin bħala li għandhom aċċess għal informazzjoni interna dwar il-politika monetarja tal-BĊE għandhom iżommu lura milli jagħmlu kull transazzjoni ta’ investiment finanzjarju matul il-perjodu ta’ sebat ijiem li jippreċedi l-ewwel laqgħa tal-Kunsill Governattiv ta’ xahar ta’ kalendarju.


(1)  ĠU L 230, 30.6.2004, pġ. 56


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/8


Kodiċi supplimentari ta’ Kriterji ta’ Etika għall-Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(skont l-Artikolu 11.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew)

2010/C 104/03

1.   Dikjarazzjonijiet preliminari

Il-qafas etiku ġdid (1) għall-membri tal-istaff tal-Bank Ċentrali Ewropew jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2010. Jipprovdi gwida u jistabbilixxi konvenzjonijiet, standards u punti ta’ riferiment etiċi. Fis-16 ta’ Mejju 2002, il-membri tal-Bord Eżekuttiv, bħala membri tal-Kunsill Governattiv qablu dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta għall-membri tal-Kunsill Governattiv (2). Bla ħsara għar-regoli stabbiliti f’dan il-Kodiċi Supplimentari ta’ Kriterji ta’ Etika (minn hawn ’il quddiem il-“Kodiċi”), il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-qafas ta’ etika ġdid għall-membri tal-istaff u r-regoli stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Kondotta għall-membri tal-Kunsill Governattiv.

2.   Rigali jew benefiċċji finanzjarji oħra

“Rigal” huwa kwalunkwe benefiċċju jew vantaġġ, kemm jekk finanzjarju jew in natura, li huwa konness b’xi mod mal-kompiti u dmirijiet ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv u li ma jkunx il-kumpens miftiehem għas-servizzi mogħtija, kemm jekk mogħti minn jew offrut lil membru tal-Bord Eżekuttiv jew kwalunkwe membru tal-familja tiegħu jew lill-ħbieb personali mill-qrib tagħhom jew kollegi professjonali.

L-aċċettazzjoni ta’ rigal m’għandhiex, fl-ebda każ, tħassar jew tinfluwenza l-oġġettività u l-libertà ta’ azzjoni ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv u m’għandhiex toħloq obbligazzjoni jew aspettattiva mhux xierqa fuq min jirċievih jew min jagħtih. F’dan ir-rigward, jistgħu jinżammu rigali tas-settur privat ta’ valur li ma jaqbiżx EUR 50 u rigali f’relazzjonijiet ma’ banek ċentrali oħrajn u organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, li ma jmorrux lil hinn minn dak li jitqies bħala drawwa u kkunsidrat bħala xieraq. Jekk sitwazzjoni partikolari ma tippermettix li dawn ir-rigali jiġu rrifjutati, ir-rigal għandu jiġi mgħoddi lill-BĊE sakemm kull eċċess li jaqbeż EUR 50, jitħallas lill-BĊE.

Il-membri tal-Bord Eżekuttiv la għandhom jitolbu u lanqas jaċċettaw rigali mingħand parteċipanti fi proċedura ta’ akkwist pubbliku.

Membri tal-Bord Eżekuttiv jistgħu jagħtu rigali lill-terzi persuni għas-spejjeż tal-BĊE. Jekk rigal jaqbeż il-valur ta’ EUR 150, tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni tal-Bord Eżekuttiv. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv la għandhom jospitaw u lanqas jagħtu xi benefiċċji oħrajn għas-spejjeż tal-BĊE lil xulxin inklużi lill-konjuġi, partners jew membri familjari..

3.   Aċċettazzjoni ta’ stediniet

Il-membri tal-Bord Eżekuttiv, filwaqt li jżommu f’moħħhom l-obbligu tagħhom biex jirrispettaw il-prinċipju tal-indipendenza u jevitaw il-kunflitti ta’ interess, jistgħu jaċċettaw stediniet għal konferenzi, riċevimenti jew okkażjonijiet kulturali u divertiment relatat, inkluża ospitalità xierqa, jekk il-parteċipazzjoni tagħhom fl-okkażjoni tkun kumpatibbli mat-twettiq ta’ dmirijiethom jew hija fl-interess tal-BĊE. F’dan ir-rigward, huma jistgħu jaċċettaw mingħand l-organizzaturi l-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni fi proporzjon mat-tul tal-impenn tagħhom. B’mod partikolari, il-membri tal-Bord Eżekuttiv jistgħu jaċċettaw stediniet għal okkażjonijiet li għalihom ikun hemm attendenza kbira, waqt li għandhom josservaw prudenza partikolari fir-rigward ta’ stediniet individwali. Kull miżata li tiġi aċċettata minn membri tal-Bord Eżekuttiv għal lekċers jew diskorsi li huma jagħtu fil-kapaċità uffiċjali tagħhom għandha tintuża mill-BĊE għal finijiet ta’ karità.

Dawn ir-regoli għandhom japplikaw bl-istess mod għall-konjuġi jew partners tagħhom, jekk l-istediniet isiru lilhom ukoll u jekk il-parteċipazzjoni tagħhom hija konsistenti mad-drawwa aċċettata internazzjonalment.

4.   Aċċettazzjoni ta’ remunerazzjoni għal attivitajiet magħmula f’kapaċità personali

Il-membri tal-Bord Eżekuttiv jistgħu jinvolvu rwieħhom f’attivitajiet ta’ tagħlim u ta’ studji akkademiċi kif ukoll f’attivitajiet oħra bla qliegħ. Huma jistgħu jaċċettaw ir-remunerazzjoni u r-rimborż tal-ispejjeż għal dawn l-attivitajiet, magħmula fil-kapaċità personali tagħhom u li ma jinvolvux lill-BĊE, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u bil-kundizzjoni li din ir-remunerazzjoni u dawn l-ispejjeż ikunu f’proporzjon max-xogħol imwettaq u li jibqgħu fi ħdan il-limiti skont id-drawwa stabbilita. Kull sena huma għandhom jinnotifikaw bil-miktub lill-President tal-BĊE dwar kwalunkwe attività li huma jkunu wettqu f’kapaċità personali, kif ukoll dwar kull remunerazzjoni bħala riżultat ta’ dan.

5.   Konformità mar-regoli dwar insider trading

Il-membri tal-Bord Eżekuttiv huma suġġetti għar-regoli komprensivi ta’ konformità dwar insider trading u r-reġim ta’ sorveljanza fis-seħħ fil-BĊE. Huma rrikkmandati bis-sħiħ sabiex ipoġġu l-investimenti tagħhom taħt il-kontroll ta’ wieħed jew aktar mill-maniġers ta’ portafolli rikonoxxuti b’diskrezjoni sħiħa. Din ir-rakkomandazzjoni ma tapplikax għal kontijiet kurrenti, kontijiet ta’ depożiti, kontijiet ta’ tfaddil u fondi tas-suq tal-flus (money market funds) jew strumenti finanzjarji simili għal żmien qasir. Din ir-rakkomandazzjoni hija wkoll mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li kultant wieħed iċaqlaq il-fondi għax-xiri ta’ ċerti oġġetti jew biex jinvesti fil-propjetà immobbli.

6.   Uffiċjal għall-Etika

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan il-Kodiċi, il-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom, f’każ ta’ dubju dwar l-applikazzjoni prattika ta’ xi kriterju ta’ etika stabbilit f’dan il-Kodiċi u l-qafas ta’ etika għall-membri tal-istaff, sa fejn dan japplika għalihom, jikkonsultaw lill-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE.

7.   Tħassir

Dan il-Kodiċi jħassar u jieħu post il-Kodiċi Supplimentari ta’ Kriterji ta’ Etika tal-5 ta’ Settembru 2006 għall-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-1 ta’ April 2010.

8.   Distribuzzjoni u pubblikazzjoni

Magħmul f’kopja waħda oriġinali, iddepożitat fil-kamra tas-sigurtà tal-BĊE. Tqassmet kopja lil kull membru tal-Bord Eżekuttiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Marzu 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU C 123, 24.5.2002, p. 9.


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/10


Lista ta' ħatriet imwettqa mill-Kunsill

Jannar, Frar u Marzu 2010 (qasam soċjali)

2010/C 104/04

Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja/ħatra

Membru/supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti

29.3.2011

C 83, 7.4.2009

Is-Sinjura Chryso ORPHANOU

Riżenja

Membru Supplenti

Gvern

Ċipru

Is-Sinjura Sylia KYRMITSI

Ministry of Labour and Social Insurance

18.1.2010

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2010

C 253, 4.10.2008

Is-Sur Michal GAWRYSZCZAK

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Polonja

Is-Sinjura Magdalena KOSTULSKA

Confédération Polonaise d'Employeurs

16.2.2010

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2010

C 253, 4.10.2008

Is-Sur Raúl RODRIGUEZ PORRAS

Riżenja

Membru

Gvern

Spanja

Is-Sinjura Paloma MARTINEZ GAMO

Ministerio de Trabajo e Inmigración

8.3.2010

Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sinjura Nathalie CHADEYRON

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Franza

Is-Sur Emmanuel JAHAN

Air France

18.1.2010

Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sur Juan Pablo PARRA GUTIÉRREZ

Riżenja

Membru

Gvern

Spanja

Is-Sinjura María de MINGO CORRAL

Ministerio de Trabajo e Inmigración

16.2.2010

Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sur Heitor SALGUEIRO

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Portugall

Is-Sur Antonio VERGUEIRO

CIP — Confederation of Portuguese Industry

16.2.2010

Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sur Lazar LAZAROV

Riżenja

Membru

Gvern

Bulgarija

Is-Sinjura Hristina MITREVA

Ministry of Labour and Social policy

22.2.2010

Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

30.11.2010

C 282, 24.11.2007

Is-Sinjura Malgorzata RUSEWICZ

Riżenja

Membru

Min iħaddem

Polonja

Is-Sur Piotr SARNECKI

Social Affairs Department, PKPP Llewiatan

8.3.2010

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2010

C 271, 14.11.2007

Is-Sur Marios KOURTELLIS

Riżenja

Membru Supplenti

Gvern

Ċipru

Is-Sur Anastassios YIANNAKI

Department of Labour Inspection

8.3.2010

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2010

C 271, 14.11.2007

Is-Sinjura Elizabeth HODKINSON

Riżenja

Membru

Gvern

Renju Unit

Is-Sur Clive FLEMING

Health and Safety Executive

22.3.2010

Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

31.5.2010

C 128, 9.6.2007

Is-Sinjura Frédérique FASTRE

Riżenja

Membru Supplenti

Gvern

Belġju

Is-Sinjura Annemie PERNOT

Représentation Permanente de la belgique auprès de l'UE

8.3.2010


Il-Kummissjoni Ewropea

23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ April 2010

2010/C 104/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3339

JPY

Yen Ġappuniż

124,03

DKK

Krona Daniża

7,4420

GBP

Lira Sterlina

0,86675

SEK

Krona Żvediża

9,6152

CHF

Frank Żvizzeru

1,4325

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8995

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,365

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

264,50

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7075

PLN

Zloty Pollakk

3,8795

RON

Leu Rumen

4,1416

TRY

Lira Turka

1,9820

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4390

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3341

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3535

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8759

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,8311

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 478,28

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,9710

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1056

HRK

Kuna Kroata

7,2600

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 024,89

MYR

Ringgit Malażjan

4,2671

PHP

Peso Filippin

59,154

RUB

Rouble Russu

38,9285

THB

Baht Tajlandiż

42,958

BRL

Real Brażiljan

2,3441

MXN

Peso Messikan

16,2904

INR

Rupi Indjan

59,3680


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/13


Tiġdid tal-mandat tal-membri tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura

2010/C 104/06

Il-mandat tal-Kumitat ta' Konsulenza għas-Sajd u l-Akkwakultura ġie mġedded permezz tad-Deċiżjoni 2004/864/KE tas-16 ta' Diċembru 2004 (1) li temenda d-Deċiżjoni 1999/478/KE tal-14 ta' Lulju 1999 (2) li ġġeddet il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura.

Il-mandat ta' membru tal-Kumitat huwa ta' tliet snin u l-kariga tista' tiġġedded. Għalhekk, il-mandat tal-membri tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura imwaqqaf fl-1 ta' Mejju 2007 jiskadi fit-30 ta' April 2010.

Il-Kummissjoni għaldaqstant iddeċidiet li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura għall-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2010 u t-30 ta' April 2013, kif ġej:

Gruppi ta’ Interess fil-Politika Komuni tas-Sajd

Siġġijiet

Membri

Il-Kumitat

 

Membri titolari

Membri supplenti

Sidien privati ta' bastimenti

1

M. B. DEAS

M. M. GHIGLIA

Kooperattivi ta' sidien tal-bastimenti

1

M. G. VAN BALSFOORT

M. G. EVIN

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

1

M. N. WICHMANN

M. J. PICHON

Dawk li jrabbu l-molluski/krostaċej

1

M. T. PICKERELL

M. A. BAEKGAARD

Min irabbi l-ħut

1

M. A. CHAPERON

M. P. A. SALVADOR

Proċessuri

1

M. G. PASTOOR

M. P. COMMERE

Kummerċjanti

1

M. P. BAMBERGER

M. T. F. GEOGHEGAN

Sajjieda u impjegati

1

M. J. M. TRUJILLO CASTILLO

M. J. BIGOT

Konsumaturi

1

M. J. GODFREY

 

Ambjent

1

M. E. DUNN

Mme C. PHUA

Żvilupp

1

M. X.LÓPEZ ÁLVAREZ

Mme B. GOREZ

Gruppi ta’ ħidma

 

President

Viċi-President

Grupp I

2

M. J. GARAT PÉREZ

M. G. BUONFIGLIO

Grupp II

2

M. G. BREST

M. J. OJEDA

Grupp III

2

M. M. KELLER

M. S. O'DONOGHUE

Grupp IV

2

M. J. M. GONZÁLEZ GIL DE BERNABÉ

M. J. A. MOZOS


(1)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 91.

(2)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 70.


V Opinjonijiet

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/14


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri kontra d-dumping

2010/C 104/07

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri kontra d-dumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Il-proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) ta' oriġini jew ta' esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Ċerti tessuti b’ħajt tal-polijester lesti,

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju kontra d-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1487/2005 (ĠU L 240, 16.9.2005, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1087/2007 (ĠU L 246, 21.9.2007, p. 1)

17.9.2010


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Faks +32 22956505.


23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/15


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri kontra d-dumping

2010/C 104/08

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Il-proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, liema talba għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) ta' oriġini jew ta' esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Trichloroisocy-anuric acid

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

L-Istati Uniti tal-Amerika

Dazju kontra d-dumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1631/2005 (ĠU L 261, 7.10.2005, p. 1)

8.10.2010


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5810 – Investor/SAAB)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 104/09

1.

Fil-15 ta’ April 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Investor AB (“Investor”, l-Isvezja), ikkontrollata minn Knut and Alice Wallenberg Foundation, takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll sħiħ tal-impriża Saab AB (“SAAB”, l-Isvezja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Investor: kumpanija b'parteċipazzjoni industrijali li l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha jinqasmu f'investimenti ċentrali, investimenti operattivi, investimenti ta' ekwità privata u investimenti finanzjarji,

għal SAAB: żvilupp, produzzjoni u bejgħ/distribuzzjoni ta' prodotti u servizzi tad-difiża militari, tal-ajruspazju kummerjċali u tas-sigurtà ċivili.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5810 – Investor/SAAB, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

23.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/17


Notifika fir-rigward ta' talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – estensjoni ta' data ta' skandenza – Talba mingħand entità kontraenti

2010/C 104/10

Fil-15 ta' Frar 2010, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1).

Din it-talba, li saret minn Compagnia Valdostana delle Acque S.p.A. – Compagnie Valdotaine des eaux S.p.A., tirrigwarda l-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fl-Italja. It-talba ġiet ippubblikata fil-ĠU C 47 tal-25 ta' Frar 2010, p. 28. L-ewwel data ta' skandenza tagħlaq fis-16 ta' Mejju 2010.

Minħabba li s-servizzi tal-Kummissjoni jeħtieġu jirċievu u jeżaminaw tagħrif supplimentari u skont id-dispożizzjonijiet previsti fit-tieni frażi tal-Aritkolu 30(6), id-data tal-iskadenza li l-Kummissjoni għandha sabiex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba qed tiġi estiża bi tliet xhur.

Għalhekk id-data tal-iskadenza finali għandha tkun is-16 ta' Awwissu 2010.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.