ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.101.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 101

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
20 ta' April 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2010/C 101/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

1

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 101/02

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

6

2010/C 101/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

7

2010/C 101/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5697 – Alstom Holdings/Alstom Hydro Holding) ( 1 )

11

2010/C 101/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5824 – BC Partners/Spotless) ( 1 )

11

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 101/06

Rata tal-kambju tal-euro

12

 

AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 101/07

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

13

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 101/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5832 – Avelar/Enovos/Aveleos) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

18

2010/C 101/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5834 – Coca-Cola Enterprises/Coca-Cola Drycker Sverige AB/Coca-Cola Drikker AS) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 101/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeoġrafiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

20

 

Rettifika

2010/C 101/11

Rettifka għall-pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU C 157 10.7.2009)

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

2010/C 101/01

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu (2),

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

I.   DAĦLA

1.

Fit-2 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni. (3) Id-Direttiva tal-Kunsill proposta hija maħsuba sabiex tieħu post id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta. (4)

2.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, il-bażijiet legali tal-proposta huma l-Artikoli 113 u 115 tat-TFEU. (5) Id-deċiżjonijiet dwar dawn il-bażijiet legali huma adottati b’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali. Dan jimplika li l-Kunsill jiddeċiedi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkunu ġew ikkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

3.

Il-KEPD ma ġiex ikkonsultat kif mitlub mill-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. L-opinjoni attwali hija għalhekk ibbażata fuq l-Artikolu 41(2) tal-istess Regolament. Il-KEPD jirrakkomanda li referenza għal din l-opinjoni tiġi nkluża fil-preambolu tal-proposta.

4.

It-titjib fl-iskambju tal-informazzjoni, li f’ħafna mill-każijiet jikkostitwixxi informazzjoni (ukoll) relatata ma’ persuni naturali, huwa wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-proposta. Il-KEPD huwa konxju tal-importanza tat-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni. Barra minn hekk, il-KEPD jara l-vantaġġi u l-ħtieġa li l-informazzjoni tiġi kondiviża, iżda jixtieq jenfasizza li l-ipproċessar ta’ dejta bħal din għandu jkun f’konformità mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta.

5.

Sitwazzjonijiet li jinvolvu l-iskambju transkonfinali ta’ dejta personali fi ħdan l-UE jistħoqqilhom attenzjoni speċjali minħabba li jimplikaw żieda fl-iskala tal-ipproċessar tad-dejta li neċessarjament twassal għal riskji akbar għad-drittijiet u l-interessi tal-persuni naturali involuti, minħabba li - f’kull każ - l-istess dejta personali tiġi pproċessata f’aktar minn ġurisdizzjoni waħda. Din timplika sforzi akbar biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Barra minn hekk, hija twassal għal inċertezza legali għas-suġġetti tad-dejta: jistgħu jiġu involuti parteċipanti minn Stati Membri oħrajn, il-liġijiet nazzjonali ta’ dawn l-Istati Membri oħrajn jistgħu jkunu applikabbli u jistgħu jkunu kemmxejn differenti mil-liġijiet li għalihom jintużaw is-suġġetti tad-dejta, jew jiġu applikati f’sistema legali li mhijiex familjari għas-suġġett tad-dejta. F’kuntest transkonfinali, ir-responsabbiltajiet tal-parteċipanti differenti għandhom jiġu indirizzati b’mod ċar, anki sabiex tiġi ffaċilitata s-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll il-kontroll ġudizzjali, f’kuntesti differenti.

6.

Sfortunatament, kien biss riċentament li l-KEPD sar konxju tal-proposta attwali. Dan jista’ jiġi spjegat mill-fatt li l-għarfien tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta fir-rigward tal-kwistjonijiet tat-tassazzjoni għadu fil-fażi inizjali tiegħu. Il-KEPD qiegħed jara sinjali li dan l-għarfien qiegħed jiżdied, iżda jenfasizza li jista’ u għandu jinkiseb ħafna aktar f’dan ir-rigward.

7.

Il-proposta attwali hija eżempju ċar ta’ nuqqas ta’ għarfien dwar il-protezzjoni tad-dejta minħabba li l-kwistjoni tal-protezzjoni tad-dejta ġiet injorata kważi għal kollox. Konsegwentement, il-proposta tinkludi diversi elementi li mhumiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-dejta.

8.

Il-KEPD huwa konxju tal-fatt li l-proċedura fil-Parlament Ewropew waslet biex tilħaq l-istadju finali tagħha fil-livell tal-Kumitat. Madankollu, minħabba li naqas li jindirizza b’mod xieraq l-impatt tal-protezzjoni tad-dejta tal-kooperazzjoni proposta, il-KEPD għadu jikkunsidra li huwa neċessarju li jippreżenta l-fehma tiegħu dwar il-kwistjoni. Il-KEPD jesprimi x-xewqa li l-kummenti stabbiliti f’din l-opinjoni jibqgħu jiġu kkunsidrati u jinkoraġġixxi li s-sistema tal-kooperazzjoni amministrattiva tiġi żviluppata b’tali mod li jkun jirrispetta d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta taċ-ċittadini Ewropej. (6)

II.   IL-KOOPERAZZJONI TAL-UE FIL-QASAM TAT-TASSAZZJONI

II.1.   Il-kuntest u l-ambitu tal-proposta

9.

Kif intqal diġà, il-proposta attwali hija maħsuba biex tieħu post id-Direttiva 77/799/KEE. Din id-Direttiva, li ġiet adottata fid-19 ta’ Diċembru 1977, tittratta l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-taxxi fuq id-dħul u l-kapital.

10.

Fil-bidu, il-kooperazzjoni amministrattiva relatata mal-VAT u d-dazji tas-sisa kienu jagħmlu parti mill-ambitu tad-Direttiva 77/799/KEE. Madankollu, mis-7 ta’ Ottubru 2003 u s-16 ta’ Novembru 2004 rispettivament, dawn is-suġġetti bdew jiġu ttrattati fi strumenti legali separati, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 1798/2003 u r-Regolament (KE) Nru 2073/2004. (7) Proposta għar-riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Awwissu 2009. (8) Il-KEPD ippreżenta opinjoni dwar din il-proposta fit-30 ta’ Ottubru 2009. (9)

11.

Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li twessa’ l-ambitu tad-Direttiva l-ġdida mit-taxxi fuq id-dħul u l-kapital għat-taxxi indiretti kollha. Il-VAT u d-dazji tas-sisa jibqgħu esklużi mill-ambitu. Madankollu, il-proposta hija maħsuba biex tallinja l-kooperazzjoni fuq il-bażi tad-Direttiva l-ġdida mal-kooperazzjoni f’dawn iż-żewġ oqsma speċifiċi. Għalhekk, parti mill-kummenti stabbiliti fil-parti III ta’ din l-opinjoni sejrin ikunu jixbħu lil dawk magħmula fl-opinjoni tat-30 ta’ Ottubru 2009.

II.2.   Is-sustanza tal-proposta

12.

Wara l-ewwel kapitolu li kien jinkludi diversi dispożizzjonijiet ġenerali, il-Kapitolu II tal-proposta jittratta l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri. Dan isir permezz tal-uffiċċji ta’ kollegament tal-awtoritajiet kompetenti li huma nnominati minn kull Stat Membru għall-applikazzjoni tad-Direttiva. L-informazzjoni tista’ tiġi skambjata fuq talba, awtomatikament jew spontanjament.

13.

Il-Kapitolu III tal-proposta jinkludi dispożizzjonijiet dwar forom oħrajn ta’ kooperazzjoni amministrattiva li ma jinkludux l-iskambju tal-informazzjoni, bħal kontrolli simultanji, notifika amministrattiva u l-qsim tal-aqwa prattiċi u esperjenza. Il-Kapitolu IV jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kooperazzjoni amministrattiva. Huwa jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni u dokumenti lil awtoritajiet oħrajn, dwar ir-rekwiżiti għal kooperazzjoni tajba, dwar formoli standard u formats kompjuterizzati u dwar l-użu tan-netwerk tal-komunikazzjoni komuni/interface tas-sistema komuni (netwerk CCN).

14.

Il-Kapitolu V fih dispożizzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-Kapitolu VI jitratta l-iskambju tal-informazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Il-Kapitolu VII finali jintroduċi proċedura ta’ Komitoloġija għall-adozzjoni ta’ regoli aktar dettaljati.

III.   ANALIŻI DETTALJATA TAL-PROPOSTA

III.1.   Regoli applikabbli għall-protezzjoni tad-dejta

15.

Fil-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, “dejta personali” hija definita b’mod wiesa’ bħala “kwalunkwe informazzjoni relatata ma” persuna naturali identifikata jew identifikabbli’. (10) Jidher ċar li skont id-Direttiva proposta, id-dejta personali sejra tiġi pproċessata u skambjata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti. F’sitwazzjoni bħal din, ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE huma applikabbli u għandu jkun hemm konformità magħhom. Għalkemm mhemmx għaliex jingħad, għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-KEPD iħeġġeġ lil-leġiżlatur biex jinkludi referenza għad-Direttiva 95/46/KE għallinqas fil-Premessi tal-proposta attwali u preferibbilment f’dispożizzjoni sostantiva wkoll, li tgħid li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

16.

Għalkemm il-Kummissjoni mhijiex involuta direttament fl-iskambju tad-dejta bejn l-awtoritajiet kompetenti, id-Direttiva proposta turi li, f’ċerti ċirkostanzi, il-Kummissjoni sejra tipproċessa dejta personali fuq il-bażi tad-Direttiva. Skont l-Artikolu 20(2) tal-proposta, il-Kummissjoni hija responsabbli għal “kwalunkwe żvilupp tan-netwerk CCN meħtieġ sabiex jippermetti l-iskambju ta’ din l-informazzjoni bejn l-Istati Membri”. Kif jidher ċar mill-Artikolu 20(3) din ir-responsabbiltà tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, tinvolvi l-aċċess għall-informazzjoni li tiġi skambjata permezz tas-sistema.

17.

Mhuwiex eskluż li dispożizzjonijiet oħrajn jimplikaw l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Kummissjoni wkoll. Pereżempju, l-Artikolu 22 jgħid li l-Kummissjoni sejra tirċievi “kwalunkwe informazzjoni rilevanti” neċessarja għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva f’konformità mad-Direttiva. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sejra tirċievi “dejta statistika”, li lista tagħha għandha tiġi adottata wara l-proċedura tal-komitoloġija stipulata fl-Artikolu 24 tal-proposta.

18.

F’każ li l-Kummissjoni tkun qiegħda tipproċessa dejta personali, hija tkun marbuta mir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-korpi u l-istituzzjonijiet tal-UE li huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u soġġetta għas-superviżjoni tal-KEPD. (11) Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju fuq l-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-KEPD iħeġġeġ lil-leġiżlatur biex jinkludi referenza għar-Regolament għallinqas fil-Premessi tad-Direttiva proposta u preferibbilment f’dispożizzjoni sostantiva wkoll, li tgħid li l-Kummissjoni, meta tipproċessa dejta personali fuq il-bażi tad-Direttiva, hija marbuta bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

19.

Jekk tiġi pproċessata dejta personali, l-Artikolu 16 u 17 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 21 u 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jirrikjedu li l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta jiġu żgurati. Fl-Artikolu 20 li għadu kif ġie kkwotat ma jingħadx wisq dwar jekk il-Kummissjoni hijiex responsabbli għall-manutenzjoni u s-sigurtà tan-netwerk CCN. (12) Sabiex jiġu evitati d-dubji dwar ir-responsabbiltà li jiġu żgurati l-imsemmija kunfidenzjalità u sigurtà, il-KEPD iħeġġeġ lil-leġiżlatur biex jiddefinixxi b’mod aktar ċar ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward, biex jenfasizza l-obbligi tal-Istati Membri u biex ipoġġi dan kollu fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

III.2.   Limitazzjoni tal-iskop, in-neċessità u l-kwalità tad-dejta

20.

Rekwiżit bażiku tal-liġi tal-protezzjoni tad-dejta huwa li l-informazzjoni għandha tiġi pproċessata għal finijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u li din ma tistax tkompli tiġi pproċessata b’mod inkompatibbli ma’ dawk il-finijiet. (13) Id-dejta li tintuża sabiex jinkisbu l-finijiet għandha tkun ukoll neċessarja u għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-iskop. (14) Wara analiżi tad-Direttiva proposta, il-KEPD jikkonkludi li s-sistema tal-iskambju tal-informazzjoni stabbilita fid-Direttiva, meħuda kollha kemm hi, ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti.

21.

Fir-rigward tal-limitazzjoni tal-iskop, l-Artikolu 5(1) tal-proposta, li jittratta l-iskambju tal-informazzjoni fuq talba, jirreferi għall-iskambju tal-informazzjoni li tista’ tkun rilevanti għall-“valutazzjoni korretta tat-taxxi” msemmija fl-Artikolu 2’. L-Artikolu 2 jistabbilixxi l-ambitu tad-Direttiva billi jiddikjara għal liema taxxi tapplika d-Direttiva. Il-KEPD huwa tal-fehma li l-valutazzjoni korretta tat-taxxi msemmija mhijiex preċiża biżżejjed. Minbarra dan kollu, l-Artikolu ma jindikax il-ħtieġa li tiġi vvalutata n-neċessità tal-iskambju tal-informazzjoni.

22.

Barra minn hekk, l-Artikolu 5(1) jonqos milli jispeċifika jew jillimita t-tip ta’ dejta li tista’ tiġi skambjata. Huwa jirreferi, kif għadu kif ġie kkwotat, għal “informazzjoni li tista’ tkun rilevanti” għall-valutazzjoni korretta tat-taxxi msemmija. Skont l-Artikolu 5(1), din l-informazzjoni tinkludi “kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ każ jew każijiet speċifiku/speċifiċi”. L-Artikolu 17(1) tal-proposta jenfasizza li tali informazzjoni tinkludi wkoll informazzjoni li l-Istat Membru mitlub ma għandux bżonn għall-finijiet tat-taxxa tiegħu stess. Barra minn hekk, l-Artikolu 5(2) jobbliga lill-awtorità mitluba li tikkomunika lill-awtorità li titlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollha fil-pussess tagħha jew li tikseb bħala riżultat ta’ inkjesti amministrattivi. Minbarra dan, l-Artikolu 9 tal-proposta, li jittratta l-iskambju spontanju tal-informazzjoni, jitkellem dwar l-iskambju ta’ “kwalunkwe informazzjoni” li magħha hija miżjuda “kif imsemmi fl-Artikolu 1”. Madankollu, l-Artikolu 1 ma jipprovdi ebda kjarifika rilevanti. L-użu ta’ kunċetti wiesgħin fl-Artikoli 5, 9 u 17 jidher li qiegħed jinkoraġġixxi l-iskambju ta’ dejta li huwa eċċessiv meta mqabbel mal-finijiet u għalhekk dan l-użu jmur kontra l-prinċipju tal-kwalità tad-dejta.

23.

L-Artikolu 8 tal-proposta jagħmilha possibbli li jiġu ssodisfati l-istandards stabbiliti fil-punt 20 hawn fuq, iżda biss fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju tal-informazzjoni mingħajr talba preċedenti. L-Artikolu jgħid li t-tip ta’ informazzjoni li trid tiġi skambjata sejjer jiġi stabbilit permezz tal-proċedura tal-komitoloġija. Dan jagħti ċ-ċans lill-Kummissjoni sabiex tillimita u tispeċifika d-dejta li trid tiġi skambjata, li fil-fatt għandu jsir b’konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta. Barra minn hekk, l-Artikolu jagħmel referenza għan-neċessità tal-iskambju tal-informazzjoni għall-valutazzjoni korretta tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2 u jelenka diversi sitwazzjonijiet speċifiċi. Madankollu, kif intqal diġà, l-Artikolu 8 jikkonċerna biss l-iskambju awtomatiku u obbligatorju tal-informazzjoni, u ma jpoġġix limitazzjonijiet għall-iskambju tal-informazzjoni fuq talba jew spontanjament. Għalhekk, il-kritika espressa aktar ‘il fuq fir-rigward tal-Artikoli 5, 9 u 17 tal-proposta għadha valida.

24.

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-KEPD iħeġġeġ lil-leġiżlatur, fir-rigward tal-iskambju ta’ dejta bejn l-awtoritajiet kompetenti fuq talba jew spontanjament, sabiex jispeċifika t-tip ta’ informazzjoni personali li tista’ tiġi skambjata, jiddefinixxi aħjar l-għanijiet li għalihom tista’ tiġi skambjata d-dejta personali u jivvaluta n-neċessità tat-trasferiment, jew għall-inqas jassigura li jiġi rrispettat il-prinċipju tan-neċessità.

25.

Il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop ikompli jitpoġġa taħt pressjoni fl-Artikolu 15(1) tal-proposta. Skont dan l-Artikolu, l-informazzjoni u d-dokumenti miksuba minn awtorità kompetenti skont id-Direttiva jistgħu jiġu żvelati lil awtoritajiet oħrajn fi ħdan l-istess Stat Membru, sakemm dan ikun permess skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, “anki jekk dik l-informazzjoni tista” tintuża għal finijiet oħrajn li mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 2’. Il-KEPD jixtieq jenfasizza li l-aħħar parti ta’ dik id-dispożizzjoni hija kompletament opposta għall-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop. L-ipproċessar tal-informazzjoni personali għal skopijiet oħrajn differenti minn dak oriġinali huwa permess biss taħt kundizzjonijiet stretti. Il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop jista’ jitwarrab biss meta dan ikun stipulat mil-liġi u meta jkun meħtieġ għal raġunijiet importanti li huma elenkati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE. Ir-referenza għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru involut fl-Artikolu 15(1) tista’ timplika rekwiżit bħal dan iżda mhijiex ċara biżżejjed. Għalhekk, il-KEPD iħeġġeġ lil-leġiżlatur biex iżid mal-Artikolu 15(1) tal-proposta li l-ipproċessar tal-informazzjoni għal skopijiet oħrajn differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 2 “huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE”.

III.3.   It-trasparenza u d-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

26.

L-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE jinkludu l-obbligu għall-persuna jew l-entità responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta – li fit-terminoloġija tal-protezzjoni tad-dejta ssir referenza għaliha bħala l-“kontrollur” (15) – li tinforma lis-suġġett tad-dejta qabel tinġabar id-dejta jew, f’każ li d-dejta ma tinkisibx mingħand is-suġġett tad-dejta, fil-ħin tat-twettiq tal-irrekordjar tad-dejta. Is-suġġett tad-dejta għandu jiġi informat dwar l-identità tal-kontrollur, l-iskop tal-ipproċessar tad-dejta u jingħata informazzjoni addizzjonali bħal dwar ir-riċevituri tad-dejta u l-eżistenza tad-dritt tal-aċċess għal u d-dritt li tiġi rretifikata d-dejta li tikkonċerna lilha jew lilu. L-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE jistgħu jitqiesu bħala elaborazzjonijiet tal-prinċipju ġenerali tat-trasparenza li huwa parti mill-ġustizzja tal-ipproċessar kif mitlub fl-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 95/46/KE.

27.

Il-KEPD innota li l-proposta ma fiha ebda dispożizzjoni li tittratta l-prinċipju tat-trasparenza, pereżempju dwar kif l-iskambju tal-informazzjoni jiġi kkomunikat lill-pubbliku b’mod ġenerali jew kif is-suġġetti tad-dejta sejrin jiġu informati dwar l-ipproċessar tad-dejta. Għalhekk, il-KEPD iħeġġeġ lil-leġiżlatur biex jadotta dispożizzjoni li fiha tiġi indirizzata t-trasparenza fl-iskambju tal-informazzjoni.

III.4.   It-trasferiment ta’ informazzjoni lil pajjiż terz

28.

L-Artikolu 23 jipprevedi l-possibbiltà tal-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Huwa jgħid li “l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw, b’konformità mad-dispożizzjonijiet domestiċi tagħhom dwar il-komunikazzjoni ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi, l-informazzjoni miksuba skont din id-Direttiva”. Il-KEPD huwa ssodisfatt jara li l-Kummissjoni kienet konxja tar-regoli speċifiċi għall-protezzjoni tad-dejta li japplikaw għall-iskambju ta’ dejta personali lil pajjiżi barra mill-UE. Madankollu, il-KEPD jixtieq jenfasizza li tali informazzjoni għandha, l-ewwelnett, tiġi skambjata bejn l-Istati Membri f’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta, qabel ma tkun tista’ ssir analiżi tal-protezzjoni tad-dejta dwar jekk tali dejta tistax tiġi trasferita lil pajjiż terz.

29.

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, fit-test tista’ tiġi nkluża referenza espliċita għad-Direttiva 95/46/KE, li tindika li tali trasferiment għandu jkun konformi mar-regoli domestiċi li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE li jittratta t-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi.

III.5.   Komitoloġija

30.

Hemm diversi kwistjonijiet b’rilevanza għall-protezzjoni tad-dejta li sejrin ikomplu jiġu elaborati fir-regoli adottati wara l-proċedura tal-Komitoloġija kif stipulat fl-Artikolu 24 tal-proposta. Għalkemm il-KEPD jifhem il-ħtieġa prattika għall-użu ta’ proċedura bħal din, huwa jenfasizza li r-regoli u l-garanziji ewlenin tal-protezzjoni tad-dejta għandhom ikunu stipulati fil-liġi bażika.

31.

Il-KEPD jixtieq jenfasizza li jekk jiġu diskussi aktar regoli permezz tal-Komitoloġija, dan għandu jsir billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta li jirriżultaw mid-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. Barra minn hekk, il-KEPD iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-KEPD u titlob il-pariri tiegħu jekk fil-fatt jiġu diskussi aktar regoli b’rilevanza għall-protezzjoni tad-dejta.

32.

Sabiex jiġi żgurat l-involviment tal-KEPD meta jiġu adottati regoli addizzjonali fuq il-bażi tal-proċedura tal-Komitoloġija li jkollhom rilevanza għall-protezzjoni tad-dejta, il-KEPD jirrakkomanda lil-leġiżlatur biex fl-Artikolu 24 jinkludi r-raba’ paragrafu li jkun jgħid li “fejn il-miżuri ta’ implimentazzjoni jkunu relatati mal-ipproċessar ta’ dejta personali, għandu jiġi kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta”.

IV.   KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

33.

Fl-Opinjoni attwali, il-KEPD irrakkomanda lil-leġiżlatur:

sabiex jinkludi referenza għad-Direttiva 95/46/KE għallinqas fil-Premessi tad-Direttiva proposta u preferibbilment f’dispożizzjoni sostantiva wkoll, li tgħid li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE;

sabiex jinkludi referenza għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għallinqas fil-Premessi tad-Direttiva proposta u preferibbilment f’dispożizzjoni sostantiva wkoll, li tgħid li l-Kummissjoni, meta tipproċessa dejta personali fuq il-bażi tad-Direttiva, tkun marbuta mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001;

sabiex jiddefinixxi b’mod aktar ċar ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-manutenzjoni u s-sigurtà tan-netwerk CCN u li jagħmel enfasi fuq l-obbligi tal-Istati Membri f’dan ir-rigward u li jpoġġi dan kollu fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001;

fir-rigward tal-iskambju tad-dejta bejn l-awtoritajiet kompetenti fuq talba jew spontanjament, li jispeċifika t-tip ta’ informazzjoni personali li tista’ tiġi skambjata, jiddefinixxi aħjar l-għanijiet li għalihom tista’ tiġi skambjata d-dejta personali u jivvaluta n-neċessità tat-trasferiment, jew għall-inqas jassigura li jiġi rrispettat il-prinċipju tan-neċessità;

sabiex iżid mal-Artikolu 15(1) tal-proposta li l-ipproċessar tal-informazzjoni għal skopijiet oħrajn differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 2 “huwa soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE”;

sabiex jadotta dispożizzjoni li fiha tiġi indirizzata t-trasparenza fl-iskambju tal-informazzjoni;

sabiex jagħmel referenza espliċita fl-Artikolu 23(2) li trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz għandu jkun konformi mar-regoli domestiċi li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE;

sabiex fl-Artikolu 24 jinkludi r-raba’ paragrafu li jkun jgħid li “fejn il-miżuri ta’ implimentazzjoni jkunu relatati mal-ipproċessar ta’ dejta personali, għandu jiġi kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta”.

Magħmula fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2010.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  KOM(2009) 29 finali tat-2 ta’ Frar 2009.

(4)  Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 (ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15).

(5)  Ara l-KOM(2009) 665 finali tal-11 ta’ Diċembru 2009, Anness IV, p. 45.

(6)  Ara wkoll l-Artikolu 8 tal-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16(1) TFEU, li t-tnejn huma vinkolattivi għall-istituzzjonijiet tal-UE u għall-Istati Membri meta dawn ikunu qegħdin jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni.

(7)  Ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta’ Ottubru 2003 (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004 tas-16 ta’ Novembru 2004 (ĠU L 359, 4.12.2004, p. 1).

(8)  KOM(2009) 427 finali tat-18 ta’ Awwissu 2009.

(9)  Ara l-opinjoni tal-KEPD tat-30 ta’ Ottubru 2009, li hija disponibbli fuq: http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2009/09-10-30_tax_fraud_EN.pdf

(10)  Ara l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Ara l-Opinjoni 4/2007 tal-20 ta’ Ġunju 2007 tal-Artikolu 29 tal-Parti ta’ Ħidma għal spjegazzjoni tal-kunċett ta’ “dejta personali” (disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/2007/wp136_en.pdf).

(11)  Fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta statistika ara l-opinjoni tal-KEPD tal-20 ta’ Mejju 2008 (ĠU C 308, 3.12.2008, p. 1).

(12)  Għal kummenti rilevanti ara wkoll l-opinjoni tal-KEPD tas-16 ta’ Settembru 2008 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) (ĠU C 42, 20.2.2009, p. 1), pt. 23 u aktar.

(13)  Ara l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 95/46/EC u l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(14)  Il-kunċett ta’ “neċessità” jista’ jinstab fid-Direttiva 95/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Ara b’mod partikolari l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta jinsabu fl-Artikolu 6(d) tad-Direttiva 95/46/KE u fl-Artikolu 4(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(15)  Ara l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Iż-żewġ dispożizzjonijiet jipprevedu l-possibbiltà ta’ kontroll wieħed u konġunt (“… waħdu jew flimkien ma’ oħrajn …”).


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/6


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 101/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.11.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 627/09

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

ING Group N.V.

Il-bażi legali

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Koninkrijk der Nederlanden

Aktar informazzjoni

Revoka tal-estensjoni għall-ftuħ tal-proċedura mill-15 ta’ Settembru 2009 dwar miżura ta’ assi difettuża u prolungazzjoni ta’ approvazzjoni temporanja.

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/7


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 101/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

24.2.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 622/08

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Islas Canarias

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayuda para compensar los daños causados por el incendio en «Palmitos Park»

Il-bażi legali

Proyecto de Orden por el que se concede una subvención nominada, por importe de 1 000 000 EUR a la entidad Aspro Parks Canarias, S.L., con destino a la reparación de los daños producidos en las instalaciones del Parque zoológico y botánico Palmitos Park, como consecuencia de los incendios acaecidos en la isla de Gran Canaria en el verano de 2007.

Decreto 337/199, de 19 de diciembre, por el que se establece el régimen general de subvención de la región de Canarias

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Kumpens għad-danni kkawżati minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 1 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Gobierno de Canarias

Edificio de sos Múltples III

C/ León y Castillo, 200 planta baja

35004 Las Palmas de Gran Canaria

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

25.1.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 19/09

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Scotland

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Rescue and restructuring of Dunfermline Building Society

Il-bażi legali

Ad hoc Bank of England Acts 1694-1998

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-estimi

Baġit globali: GBP 1 600 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

HM Treasury, the Governor and Company of the Bank of England

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

23.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 63/09

Stat Membru

Is-Slovakkja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Daňové zvýhodnenie uplatnene na elektrinu, uhlie a zemný plyn

Il-bażi legali

Zákon č. 609/2007 Z.z. o spotrebnej dani z elektriny, uhlia a zemného plynu

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Vantaġġ fiskali

L-estimi

Baġit annwali: EUR 50,4 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.7.2008-30.6.2018

Setturi ekonomiċi

L-enerġija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo financií SR

Štefanovičova 5

817 82 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.3.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 594/09

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Dotacja na inwestycje w układy przesyłowe gazu ziemnego dla OGP Gaz-System S.A.

Il-bażi legali

Ustawa z dnia 10 kwietnia 1997 r. Prawo energetyczne

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp settorjali, Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: PLN 1 207,71 miljun

L-intensità

57 %

It-tul ta' żmien

sal- 31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Il-provvista ta' dawl, gass u ilma

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Instytut Nafty i Gazu

ul. Lubicz 25A

31-503 Kraków

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

30.3.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 68/10

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Régimen de garantías con arreglo al Marco Temporal

Il-bażi legali

Acuerdo de la Comisión Delegada del Gobierno para Asuntos Económicos sobre el Marco nacional transitorio de concesión de garantías públicas para facilitar el acceso a la financiación en el actual contexto de crisis económica y financiera.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kumpens għad-danni kkawżati minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: EUR 800 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

30.3.2010-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Todas las autoridades competentes en España

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/11


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5697 – Alstom Holdings/Alstom Hydro Holding)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 101/04

Fit-13 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5697. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/11


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5824 – BC Partners/Spotless)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 101/05

Fl-14 ta’ April 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5824. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ April 2010

2010/C 101/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3432

JPY

Yen Ġappuniż

123,50

DKK

Krona Daniża

7,4427

GBP

Lira Sterlina

0,88050

SEK

Krona Żvediża

9,6980

CHF

Frank Żvizzeru

1,4345

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9830

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,250

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

265,38

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7080

PLN

Zloty Pollakk

3,9031

RON

Leu Rumen

4,1578

TRY

Lira Turka

2,0093

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4625

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3680

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4270

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8965

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,8554

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 501,86

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,0317

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1698

HRK

Kuna Kroata

7,2610

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 155,27

MYR

Ringgit Malażjan

4,3224

PHP

Peso Filippin

59,941

RUB

Rouble Russu

39,2675

THB

Baht Tajlandiż

43,379

BRL

Real Brażiljan

2,3738

MXN

Peso Messikan

16,5490

INR

Rupi Indjan

60,0880


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/13


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 101/07

Għajnuna Nru: XA 271/09

Stati Membri: Ċipru

Reġjun: Ċipru

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Πρόγραμμα Ελέγχου της σαλμονέλας στα σμήνη γαλοπούλων κρεοπαραγωγής

Bażi legali:

1.

Άρθρο 03525 του Προϋπολογισμού για το 2010 — Συμμετοχή σε Προγράμματα της Ευρωπαϊκής Ένωσης.

2.

Οι περί της Υγείας των Ζώων Νόμοι του 2001 έως 2009.

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel.

4.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 584/2008 tal-20 ta' Ġunju 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u tas-Salmonella typhimurium fid-dundjani.

5.

Απόφαση Εφόρου Ελέγχου Κρατικών Ενισχύσεων με αριθμό 305 και ημερομηνία 31 Δεκεμβρίου 2008 (Επίσημη Εφημερίδα της Κυπριακής Δημοκρατίας με αριθμό 4339 και ημερομηνία 16 Ιανουαρίου 2009 σ. 156).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,0003 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Il-programm se jiġi implimentat biss wara li jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: Iż-żoonożi (l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006). L-iskema tikkonċerna għajnuna sabiex il-bdiewa jingħataw kumpens għall-ispejjeż li jkunu ġarrbu għall-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE

A10407 – Trobbija tat-tjur

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Veterinary Services Department

Ministry of Agriculture

Natural Resources and Environment

1417 Athalassa

Nicosia

CYPRUS

Indirizz tal- Internet: http://www.moa.gov.cy/moa/vs/vs.nsf/vs04_gr/vs04_gr?OpenDocument

http://www.publicaid.gov.cy/publicaid/publicaid.nsf/All/8C33E1F6FE7EC4C0C2257545002A533E/$file/Απόφαση%20Αρ.%20305.pdf

Informazzjoni oħra: L-għan tal-għajnuna huwa li jiġi implimentat programm għall-kontroll tas-salmonella f'qatgħat ta' dundjani għall-produzzjoni tal-laħam, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità (ir-Regolament (KE) Nru 584/2008). Il-marda hija inkluża fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-ΟΙΕ) u fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (lista tal-mard li jista' jirċievi kofinanzjament). Il-miżura tkopri n-nefqa tat-testijiet tal-laboratorju. Il-kampjuni se jinġabru u jiġu ttestjati mis-Servizzi Veterinarji.

Għajnuna Nru: XA 273/09

Stati Membri: Ċipru

Reġjun: Ċipru

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Πρόγραμμα Ελέγχου της σαλμονέλας στα σμήνη αυγοπαραγωγής

Bażi legali:

1.

Άρθρο 03525 του Προϋπολογισμού για το 2010 — Συμμετοχή σε Προγράμματα της Ευρωπαϊκής Ένωσης.

2.

Οι περί της Υγείας των Ζώων Νόμοι του 2001 έως 2009.

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel.

4.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2006 tal-31 ta' Lulju 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-salmonella fit-tiġieġ tal-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2005.

5.

Απόφαση Εφόρου Ελέγχου Κρατικών Ενισχύσεων με αριθμό 314 και ημερομηνία 16 Νοεμβρίου 2009 (Επίσημη Εφημερίδα της Κυπριακής Δημοκρατίας με αριθμό 4414 και ημερομηνία 20 Νοεμβρίου 2009 σ. 5506).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,3 miljun

Intensità massima ta' l-għajnuna: 100 %

Data ta' l-implimentazzjoni: Il-programm se jkun implimentat biss wara li jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: Żoonożi (l-Artikolu 10 tar-Regolamet (KE) Nru 1857/2006). L-iskema tikkonċerna: (i) għajnuna ta' kumpens lill-bdiewa għall-ispejjeż ta' prevenzjoni u qerda tal-mard tal-annimali (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006) u (ii) għajnuna ta' kumpens lill-bdiewa għat-telf imġarrab minħabba l-mard tal-annimali (l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE

A10407 – Trobbija tat-tjur

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Veterinary Services Department

Ministry of Agriculture

Natural Resources and Environment

1417 Athalassa

Nicosia

CYPRUS

Indirizz tal- Internet: http://www.moa.gov.cy/moa/vs/vs.nsf/vs04_gr/vs04_gr?OpenDocument

http://www.publicaid.gov.cy/publicaid/publicaid.nsf/All/8C33E1F6FE7EC4C0C2257545002A533E/$file/Απόφαση%20Αρ.%20305.pdf

Informazzjoni oħra: L-għan ta' din l-għajnuna huwa l-implimentazzjoni tal-programm għall-kontroll tas-salmonella fil-merħliet tat-tgħammir, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (ir-Regolament (KE) Nru 1168/2006). Il-marda tinsab fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (ΟΙΕ) u fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (lista tal-mard li jista' jirċievi l-kofinanzjament).

In-nefqa ppjanata għall-2010 għall-programm sabiex tiġi kkontrollata s-salmonella fil-merħliet tat-tgħammir ġiet notifikata lill-Kummissjoni Ewropea taħt il-programmi tal-kofinanzjament.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna taħt din il-miżura huma dawk li jrabbu t-tjur fiż-żoni kkontrollati mir-Repubblika ta' Ċipru li fl-irziezet tagħhom hemm preżenti s-Salmonella enteritidis jew is-Salmonella typhimurium.

Għajnuna Nru: XA 274/09

Stati Membri: Ċipru

Reġjun: Ċipru

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Προγράμματα εκρίζωσης και επιτήρησης Βρουκέλωσης Βοοειδών και Αιγοπροβάτων.

Bażi legali:

1.

Άρθρο 03525 του Προϋπολογισμού για το 2009 — Συμμετοχή σε Προγράμματα της Ευρωπαϊκής Ένωσης.

2.

Ο περί της Εφαρμογής Κοινοτικών Κανονισμών στον Τομέα της Κτηνιατρικής Νόμος του 2004 [Ν 149(Ι)/2004]

3.

Νόμος που προνοεί για την Υγεία των Ζώων [Ν.109(Ι)2001]

4.

Απόφαση Εφόρου Ελέγχου Κρατικών Ενισχύσεων με αριθμό 314 και ημερομηνία 16 Νοεμβρίου 2009 (Επίσημη Εφημερίδα της Κυπριακής Δημοκρατίας με αριθμό 4414 και ημερομηνία 20 Νοεμβρίου 2009 σ. 5506)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,46 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Il-programm se jkun implimentat biss wara li jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: Iż-żoonożi (l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006). L-iskema tikkonċerna: (i) għajnuna sabiex il-bdiewa jiġu kkumpensati għall-ispejjeż li jkunu ġarrbu għall-prevenzjoni u l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006) u (ii) għajnuna sabiex il-bdiewa jiġu kkumpensati għat-telf li jkunu sofrew minħabba l-mard tal-annimali (l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE

A10401 – It-trobbija tal-baqar tal-ħalib

A10405 – It-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoż

A10407 – It-trobbija tat-tjur

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Veterinary Services Department

Ministry of Agriculture

Natural Resources and Environment

1417 Athalassa

Nicosia

CYPRUS

Indirizz tal- Internet: http://www.moa.gov.cy/moa/vs/vs.nsf/vs04_gr/vs04_gr?OpenDocument

http://www.publicaid.gov.cy/publicaid/publicaid.nsf/All/8C33E1F6FE7EC4C0C2257545002A533E/$file/Απόφαση%20Αρ.%20305.pdf

Informazzjoni oħra: L-għan ta' din l-għajnuna huwa l-implimentazzjoni tal-programmi ta' qerda u monitoraġġ tal-bruċellożi bovina, ovina u kaprina, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità (id-Direttiva 64/432/KEE – annimali bovini, id-Direttiva 91/68/KEE – nagħaġ u mogħoż). Il-mard huwa inkluż fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-OIE) u fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (lista tal-mard li jista' jirċievi kofinanzjament). Il-Kummissjoni Ewropea ġiet mgħarrfa bin-nefqa ppjanata għall-2010 għall-programmi ta' qerda u monitoraġġ tal-bruċellożi bovina, ovina u kaprina skont il-programmi ta' kofinanzjament.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna taħt din il-miżura huma dawk li jrabbu l-baqar, in-nagħaġ u l-mogħoż fiż-żoni kkontrollati mir-Repubblika ta' Ċipru. Taħt il-programm tal-qerda tal-bruċellożi, l-għajnuna se titħallas lil dawk li jrabbu l-bhejjem li fl-azjendi tagħhom hemm is-suspett jew ġie kkonfermat li hemm il-marda. Il-programm ta' monitoraġġ tal-bruċellożi se jinkludi l-ġbir u l-ittestjar fil-laboratorju tal-kampjuni mill-irziezet kollha tat-trobbija tal-baqar, in-nagħaġ u l-mogħoż.

Għajnuna Nru: XA 275/09

Stati Membri: Ċipru

Reġjun: Ċipru

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Πρόγραμμα Ελέγχου της σαλμονέλας στα σμήνη κρεοπαραγωγής

Bażi legali:

1.

Άρθρο 03525 του Προϋπολογισμού για το 2010 — Συμμετοχή σε Προγράμματα της Ευρωπαϊκής Ένωσης.

2.

Οιπερί της Υγείας των Ζώων Νόμοι του 2001 έως 2009.

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel.

4.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda mira Komunitarja biex titnaqqas il-prevalenza tas-Salmonella Enteritidis u tas-Salmonella Typhimurium fil-brojlers u jitneħħa r-Regolament (KE) Nru 1091/2005.

5.

Απόφαση Εφόρου Ελέγχου Κρατικών Ενισχύσεων με αριθμό 314 και ημερομηνία 16 Νοεμβρίου 2009 (Επίσημη Εφημερίδα της Κυπριακής Δημοκρατίας με αριθμό 4414 και ημερομηνία 20 Νοεμβρίου 2009 σ. 5506).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,003 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Il-programm se jkun implimentat biss wara li jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: Żoonożi (l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006). L-iskema tikkonċerna għajnuna biex tagħti kumpens lill-bdiewa għall-ispejjeż tal-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE

A10407 – Trobbija tat-tjur

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Veterinary Services Department

Ministry of Agriculture

Natural Resources and Environment

1417 Athalassa

Nicosia

CYPRUS

Indirizz tal- Internet: http://www.moa.gov.cy/moa/vs/vs.nsf/vs04_gr/vs04_gr?OpenDocument

http://www.publicaid.gov.cy/publicaid/publicaid.nsf/All/8C33E1F6FE7EC4C0C2257545002A533E/$file/Απόφαση%20Αρ.%20305.pdf

Informazzjoni oħra: L-għan tal-għajnuna huwa l-implimentazzjoni tal-programm għall-kontroll tas-salmonella fil-merħliet tal-produzzjoni tal-laħam, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (ir-Regolament (KE) Nru 1168/2006). Il-marda tinsab fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (ΟΙΕ) u fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (lista tal-mard li jista' jirċievi l-kofinanzjament). In-nefqa ppjanata għall-2010 għall-programm tal-kontroll tas-salmonella fil-merħliet tal-produzzjoni tal-laħam ġiet notifikata lill-Kummissjoni Ewropea skont il-programmi ta' kofinanzjament. Il-miżura tkopri n-nefqa tat-testijiet tal-laboratorju. Il-kampjuni se jinġabru u jiġu ttestjati mis-Servizzi Veterinarji.

Għajnuna Nru: XA 276/09

Stati Membri: Ċipru

Reġjun: Ċipru

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Πρόγραμμα Ελέγχου της σαλμονέλας στα σμήνη αναπαραγωγής

Bażi legali:

1.

Άρθρο 03525 του Προϋπολογισμού για το 2010 — Συμμετοχή σε Προγράμματα της Ευρωπαϊκής Ένωσης.

2.

Οι περί της Υγείας των Ζώων Νόμοι του 2001 έως 2009.

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel.

4.

Ir-Regolament (KE) Nru … tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-salmonella fit-tiġieġ tal-bajd tat-tip Gallus gallus (numru ta' referenza tad-dokument SANCO/5971/2009r5, adottat fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali tal-20/10/2009).

5.

5) Απόφαση Εφόρου Ελέγχου Κρατικών Ενισχύσεων με αριθμό 314 και ημερομηνία 16 Νοεμβρίου 2009 (Επίσημη Εφημερίδα της Κυπριακής Δημοκρατίας με αριθμό 4414 και ημερομηνία 20 Νοεμβρίου 2009 σ. 5506)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,089 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Il-programm se jkun implimentat biss wara li jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010.

Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006). L-iskema tikkonċerna: għajnuna sabiex tagħti kumpens lill-bdiewa għall-ispejjeż marbutin mal-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006) u (ii) għajnuna sabiex tagħti kumpens lill-bdiewa għal telf imġarrab minħabba l-mard tal-annimali (l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE

A10407 – Trobbija tat-tjur

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Veterinary Services Department

Ministry of Agriculture

Natural Resources and Environment

1417 Athalassa

Nicosia

CYPRUS

Indirizz tal- Internet: http://www.moa.gov.cy/moa/vs/vs.nsf/DMLinfo_gr/DMLinfo_gr?OpenDocument

http://www.publicaid.gov.cy/publicaid/publicaid.nsf/All/8C33E1F6FE7EC4C0C2257545002A533E/$file/Απόφαση%20Αρ.%20305.pdf

Informazzjoni oħra: L-għan ta' din l-għajnuna huwa l-implimentazzjoni tal-programm għall-kontroll tas-salmonella fil-merħliet tat-tgħammir, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (ir-Regolament (KE) Nru 1003/2005). Il-marda hija inkluża fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali (OIE) u fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (lista tal-mard li jista’ jirċievi l-kofinanzjament). Il-benefiċjarji tal-għajnuna taħt din il-miżura huma dawk li jrabbu t-tjur għat-tgħammir fiż-żoni taħt il-monitoraġġ tar-Repubblika ta' Ċipru li fl-irziezet tagħhom hemm preżenti s-Salmonella enteritidis jew is-Salmonella typhimurium . In-nefqa ppjanata għall-2010 għall-programm biex tiġi kkontrollata s-salmonella fil-merħliet tat-tgħammir ġiet innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea taħt il-programmi tal-kofinanzjament.

Għajnuna Nru: XA 277/09

Stati Membri: Ċipru

Reġjun: Ċipru

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Πρόγραμμα επιτήρησης της γρίπης των πτηνών σε πτηνά της οργανωμένης πτηνοτροφίας και άγρια πτηνά.

Bażi legali:

1.

Άρθρο 03525 του Προϋπολογισμού για το 2010 —Συμμετοχή σε Προγράμματα της Ευρωπαϊκής Ένωσης.

2.

Οι περί της Υγείας των Ζώων Νόμοι του 2001 έως 2009.

3.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/268/KE tat-13 ta’ April 2007 dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljenza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur tal-irziezet u fl-għasafar selvaġġi li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri u li temenda d-Deċiżjoni 2004/450/KE.

4.

Απόφαση Εφόρου Ελέγχου Κρατικών Ενισχύσεων με αριθμό 314 και ημερομηνία 16 Νοεμβρίου 2009 (Επίσημη Εφημερίδα της Κυπριακής Δημοκρατίας με αριθμό 4414 και ημερομηνία 20 Νοεμβρίου 2009 σ.5506)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,03 miljun.

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Il-programm se jiġi implimentat biss wara li jkun ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010.

Għan tal-għajnuna: Il-mard tal-annimali (Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006). L-iskema tikkonċerna: (i) għajnuna sabiex tikkumpensa lill-bdiewa għall-ispejjeż li jkunu ġarrbu għall-prevenzjoni u l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali (Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1957/2006) u (ii) għajnuna li tikkumpensa lill-bdiewa għat-telf li jkunu sofrew minħabba l-mard tal-annimali (Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE

A10407 – It-trobbija tat-tjur

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Veterinary Services Department

Ministry of Agriculture

Natural Resources and Environment

1417 Athalassa

Nicosia

CYPRUS

Indirizz tal- Internet: http://www.moa.gov.cy/moa/vs/vs.nsf/vs04_gr/vs04_gr?OpenDocument

http://www.publicaid.gov.cy/publicaid/publicaid.nsf/All/8C33E1F6FE7EC4C0C2257545002A533E/$file/Απόφαση%20Αρ.%20305.pdf

Informazzjoni oħra: L-għan tal-għajnuna huwa li jkun implimentat il-programm ta' sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur tal-irziezet u l-għasafar selvaġġi, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE). Il-marda hija inkluża fil-lista tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (l-OIE) u fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (lista ta’ mardiet li għalihom wieħed jista’ jirċievi kofinanzjament). Il-Kummissjoni Ewropea kienet mgħarrfa dwar in-nefqa ppjanata għall-2010 għall-programm ta’ sorveljanza tal-influwenza tat-tjur skont il-programmi ta' kofinanzjament. Il-benefiċjarji tal-għajnuna skont din il-miżura huma r-raħħala fiż-żoni kkontrollati mir-Repubblika ta’ Ċipru li fuq l-irziezet tagħhom instab li hemm l-influwenza tat-tjur.


V Opinjonijiet

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5832 – Avelar/Enovos/Aveleos)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 101/08

1.

Fit-12 ta’ April 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' prosta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Enovos Luxembourg S.A. (“Enovos”, il-Lussemburgu) u Avelar Energy Ltd. (“Avelar”, l-Isvizzera), ikkontrollata minn Renova Holdings Ltd. (“Renova Group”, ir-Russja), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Aveleos S.A. (“Aveleos”, il-Lussemburgu), kumpanija ġdida li għadha kif twaqqfet, li tikkostitwixxi impriża konġunta, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Enovos: il-provvista ta' gass u elettriku l-aktar fil-Lussemburgu u l-Ġermanja,

għal Avelar: il-kummerċ, il-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta' enerġija konvenzjonali kif ukoll dik rinnovabbli,

għal Aveleos: se tkun attiva fis-swieq ta' enerġija fotovoltajka f'għadd ta' pajjiżi tal-UE.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5832 – Avelar/Enovos/Aveleos, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5834 – Coca-Cola Enterprises/Coca-Cola Drycker Sverige AB/Coca-Cola Drikker AS)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 101/09

1.

Fit-13 ta’ April 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Coca-Cola Enterprises Inc. (“CCE”, l-Istati Uniti) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll kollu ta’ Coca-Cola Drycker Sverige AB (“CCDS”, l-Isvezja) u ta' Coca-Cola Drikker AS (“CCD”, in-Norveġja) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal CCE: il-preparazzjoni, l-ippakkettjar u d-distribuzzjoni ta' xorb minerali,

għal CCDS: il-preparazzjoni, l-ippakkettjar u d-distribuzzjoni ta' xorb minerali,

għal CCD: il-preparazzjoni, l-ippakkettjar u d-distribuzzjoni ta' xorb minerali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5834 – Coca-Cola Enterprises/Coca-Cola Drycker Sverige AB/Coca-Cola Drikker AS, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/20


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeoġrafiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2010/C 101/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 9

“RICOTTA ROMANA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0105-0298-16.07.2008

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda:

Isem il-prodott

Image

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Image

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn [għandu jiġi speċifikat]

2.   Tip ta' emenda:

Image

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sinteżi ma ġew ippubblikati

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma għandhiex bżonn emendi tad-dokument uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta minn miżuri sanitarji jew fitosanitarji mandatarji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda (emendi):

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott:

Fil-punt 2, inbidel il-kontenut minimu ta' xaħam bħala perċentwali ta' materja niexfa. Din l-emenda kienet meħtieġa minħabba li deher ċar li l-valur mogħti fl-ispeċifikazzjoni rreġistrata ma kellu x'jaqsam xejn ma' dak reali. Ir-“Ricotta Romana” ġiet irreġistrata bħala DPO permezz tar-Regolament (KE) Nru 737/2005 tat-13 ta' Mejju 2005. Meta kienet qed timplimenta l-pjan ta' kontroll għar-“Ricotta Romana”, l-entità ta' kontroll sabet li kwantità sostanzjali tal-prodott ma setgħetx tiġi ċċertifikata. Wara verifika bir-reqqa u analiżi mwettqa fuq għadd xieraq ta' kampjuni simili magħmula f'diversi żminijiet tas-sena ħareġ ċar li l-kontenut ta' xaħam fl-irkotta kien ferm ogħla. Għal dan il-parametru, fl-ispeċifikazzjoni ġiet indikata medda ta' valuri bejn is-17 % u d-29 %, filwaqt li, fil-verità, il-valur minimu reali ta' dan il-parametru huwa ta’ 40 % tal-materja niexfa.

3.2.   Metodu ta' produzzjoni:

Instab li l-valuri mogħtija għax-xorrox tal-ħalib tan-nagħaġ ukoll mhumiex realistiċi.

Il-valuri stabbiliti permezz ta' analiżi kienu dawn:

residwu niexef bla xaħam: 5,37 % jew aktar;

proteini: 1,09 % jew aktar;

xaħam: 0,35 % jew aktar;

lattosju: 3,55 % jew aktar;

rmied: 0,4 % jew aktar.

Id-diskrepanzi oriġinaw min-nuqqas ta’ reqqa tal-laboratorju analitiku li l-produtturi użaw meta l-ispeċifikazzjoni kienet qiegħda titfassal. Fil-fatt, irriżulta li l-valuri preċedenti tal-parametri kienu bbażati fuq għadd ta' kampjuni żgħir wisq, u barra minn hekk, dawn ittieħdu f'perjodu tas-sena limitat. Dan kollu wassal għal valuri tal-parametri li ma kinux jikkorrispondu mal-verità.

Il-valuri tal-parametri stabbiliti permezz tal-analiżi li għamlet l-Entità taċ-Ċertifikazzjoni jikkorrispondu mal-karatteristiċi reali tal-prodott.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“RICOTTA ROMANA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0105-0298-16.07.2008

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Ricotta Romana”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott (l-Anness III):

Klassi 1.4.

Prodotti oħrajn li ġejjin mill-annimali. Rikotta

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

Id-denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) “Ricotta Romana” hija riżervata biss għall-prodott tal-ħalib li jsir mix-xorrox tal-ħalib sħiħ tan-nagħaġ ta' dawn ir-razez: Sarda, Comisana, Soppravvissana, Massese u t-taħlit tagħhom. Meta jitqiegħed fis-suq, dan il-prodott għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

Prodott: frisk;

Għaġna: bajda, bil-boċoċ fiha;

Togħma: ħelwa, ta' ħalib;

Piż: sa 2 kg;

Kontenut ta' xaħam: minimu ta' 40 % tal-materja niexfa.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Ix-xorrox tal-ħalib sħiħ, li huwa prodott likwidu tal-koagulazzjoni tal-ħalib, għandu jinkiseb billi jiġi sseparat mill-baqta maħsuba għall-produzzjoni tal-ġobon tan-nagħaġ mill-ħalib tan-nagħaġ tar-reġjun ta' Lazio.

Ix-xorrox tal-ħalib sħiħ tan-nagħaġ għandu kulur isfar ċar u fih:

residwu niexef bla xaħam: 5,37 % jew aktar;

proteini: 1,09 % jew aktar;

xaħam: 0,35 % jew aktar;

lattosju: 3,55 % jew aktar;

rmied: 0,4 % jew aktar.

Fil-produzzjoni tar-“Ricotta Romana” huwa permess li, fil-proċess tat-tisħin tax-xorrox, b'temperatura bejn il-50 °C u s-60 °C, jiġi miżjud ħalib sħiħ tan-nagħaġ tar-razez imsemmija hawn fuq u mrobbija fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4, sa ammont li ma jaqbiżx il-15 % tal-volum totali tax-xorrox.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

In-nagħaġ tal-ħalib jirgħu f'raba' naturali, f'raba' miżrugħ u f'mergħat tipiċi taż-żona ġeografika tal-produzzjoni msemmija fil-punt 4. Bħala għalf supplimentari, jistgħu jintużaw ħxejjex niexfa u konċentrati. Ma jistgħux jintużaw sustanzi sintetiċi u organiżmi modifikati ġenetikament. In-nagħaġ tal-ħalib ma għandhomx jiġu soġġetti għal għalf sfurzat, għal stress mill-ambjent u/jew għal trattamenti ormonali bl-għan li jżidu l-produzzjoni.

3.5.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata:

L-impriżi tat-trobbija tan-nagħaġ għall-ħalib maħsub għall-ipproċessar f'“Ricotta Romana” jinsabu fiż-żona ġeografika speċifikata.

Il-produzzjoni tal-ħalib u l-ipproċessar tiegħu għandhom isiru fiż-żona ġeografika speċifikata.

Fattur importanti ħafna biex il-prodott jikseb il-kwalitajiet karatteristiċi tiegħu hu t-tqattigħ tal-baqta, li jiddependi mis-sengħa tal-produtturi tal-ġobon, miksuba mill-abbiltà u mill-esperjenza mgħoddija tul is-sekli fiż-żona tad-DPO.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Meta x-xorrox ikun kważi sseparat għal kollox, ir-“Ricotta Romana” tiġi ppakkjata mill-ewwel u titqiegħed għall-bejgħ ftit sigħat wara li tiġi prodotta.

Fil-fatt, dan huwa prodott frisk li ma jimmaturax u malajr jisnieħ u jmur.

Għalhekk, ir-“Ricotta Romana”, li hija prodott li għandu jittiekel frisk, għandha tiġi ppakkjata fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt 4, biex ma titlifx il-karatteristiċi ta' freskezza, purità u kwalità tagħha, kif ukoll biex jiġi żgurat li tkun tista' tiġi ttraċċata kif ukoll li l-kontrolli jkunu jistgħu jsiru.

L-ippakkjar isir fi bxiekel koniċi bil-wiċċ ċatt, magħmulin mill-qasab, mill-plastik jew mill-metall u li jesgħu sa mhux iktar minn 2 kg. Il-wiċċ ta' fuq tal-bixkilla jitgħatta b'folja tal-plastik. Il-prodott jista' jiġi ppakkjat b'dawn il-modi wkoll:

imgeżwer f'karta parċmina

f'kontenituri tal-plastik u/jew mingħajr arja.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Fuq it-tikketta, stampati b'ittri ċari u leġibbli, l-ippakkjar irid ikollu r-referenzi rilevanti u l-informazzjoni meħtieġa skont il-liġi, is-simbolu grafiku tal-Komunità u dawn l-indikazzjonijiet:

il-kliem “Ricotta Romana” għandu jkun stampat b'ittri pjuttost kbar, ċari u li ma jitħassrux, differenti ħafna minn kwalunkwe kliem ieħor u għandu jkun segwit mill-kliem “Denominazione Origine Protetta (D.O.P.)”;

l-isem, l-isem u l-indirizz tal-impriża li tipproduċi u tippakkja l-prodott;

il-lowgo tal-prodott.

Kull deskrizzjoni oħra mhux permessa espliċitament hija pprojbita, inklużi l-aġġettivi li ġejjin: “fine” (fin), “scelto” (tal-għażla), “selezionato” (magħżul), “superiore” (superjuri), u “genuino” (ġenwin) jew aġġettivi oħrajn li jfaħħru l-prodott. Madankollu, huwa permess l-użu ta' ismijiet li jirreferu għal ditti privati, sakemm dawn ma jkollhomx l-għan li jfaħħru u ma jkunux tali li jingannaw il-konsumatur. Huwa permess ukoll l-użu ta' isem l-impriża li minnha jkun ġej il-prodott, kif ukoll ta' referenzi veri oħra li jistgħu jkunu sostnuti b'dokumentazzjoni li huma permessi mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, nazzjonali jew reġjonali u li mhumiex f'kunflitt mal-għanijiet u l-kontenut ta' din l-ispeċifikazzjoni.

Il-kliem “Ricotta Romana” għandu jiġi stampat bit-Taljan.

4.   Deskrizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Ix-xorrox għandu jiġi mill-ħalib sħiħ tan-nagħaġ imrobbija fit-territorju tar-reġjun ta' Lazio. Dan ix-xorrox għandu jiġi pproċessat f' “Ricotta Romana” u ppakkjat fit-territorju tar-reġjun ta' Lazio biss.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Mil-lat pedoklimatiku, it-territorju tar-Reġjun ta' Lazio huwa kkaraterizzat minn diversi tipi ta' kontorni (muntanji kalkarji u vulkaniċi, għoljiet, pjanuri alluvjali); temperatura annwali medja li tvarja minn 13 °C sa 16-il °C; u nżul annwali tax-xita li l-valur minimu tiegħu jvarja minn 650 mm tul il-kosta, għal 1 000-1 500 mm fil-pjanuri interni u sa 1 800-2 000 mm fil-Muntanja Terminillo u fil-medda ta' muntanji Simbruini.

Minħabba dawn il-kundizzjonijiet pedoklimatiċi, dan it-territorju jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għat-trobbija tan-nagħaġ, bla ma joħolqilhom stress.

Dawn il-fatturi naturali jippermettu li r-raba' naturali u r-raba' miżrugħ jintużaw bħala sors tal-ikel għan-nagħaġ, u b'hekk jagħtu kwalità partikolari lill-ħalib li jintuża għall-ipproċessar tal-ġobon u jistabbilixxu sinerġija favorevoli mmens kemm għall-kwalità tal-prodott kif ukoll għan-natura omoġenja tal-karatteristiċi tiegħu.

Ta' min jenfasizza li fir-Reġjun ta' Lazio hemm aktar minn 440 000 nagħġa li jipproduċu madwar 600 000 ettolitru ta' ħalib fis-sena.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Ir-“Ricotta Romana” għandha l-karatteristiċi li ġejjin:

għaġna fina ħafna u bil-boċoċ;

kulur aktar distint minn dak tal-prodotti li jsiru mix-xorrox tal-ħalib tal-baqar; u

togħma ħelwa ta' ħalib.

Dawn il-karatteristiċi tal-kwalità huma relatati:

ma' kontenut ta' lattosju ta' 3,55 % jew aktar fix-xorrox tal-ħalib sħiħ tan-nagħaġ, li jagħmlu l-prodott wieħed ħelu, minħabba t-tip ta' għalf li jieklu n-nagħaġ tal-ħalib, li jirgħu f'raba' naturali, f'raba' miżrugħ u f'mergħat tipiċi tat-territorju tar-Reġjun ta' Lazio;

mal-fatt li ma jiżdiedux addittivi li jaġġustaw l-aċidità tax-xorrox waqt li jkun qiegħed jiġi pproċessat.

Il-prodott ta' dan il-proċess, ir-“Ricotta Romana”, jikseb togħma ħelwa karatteristika li tiddistingwih minn kull tip ta' rkotta oħra.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

L-għalf tan-nagħaġ, flimkien mal-kundizzjonijiet ambjentali favorevoli tat-trobbija, li jinkludu t-tradizzjoni ta' rigħi fil-muntanji, li tgħin biex l-annimali jevitaw is-sħana qawwija tas-sajf u b'hekk, anke l-istress mill-ambjent u min-nutrizzjoni li nkella jsofru fil-pjanuri, jwasslu għal produzzjoni ta' ħalib tal-aqwa kwalità, li minnu ssir irkotta b'karatteristiċi distinti ħafna.

Storikament, il-preżenza tar-“Ricotta Romana” fis-swieq tar-reġjun ta' Lazio kollu, tidher fl-informazzjoni li toħroġ mir-rapporti tas-suq tal-Kmamar tal-Kummerċ, tal-Industrija, tas-Snajja' u tal-Agrikoltura (CCIAA) rispettivi ta' Ruma (1922-1965), ta' Viterbo (1946-1973), ta' Frosinone (1955-1999) u ta' Latina (1951-1977). Barra minn hekk, mill-Borża tas-suq taċ-CCIAA ta' Ruma wieħed jista' jara l-varjazzjoni fil-prezz ta' dan il-prodott bejn l-1952 u l-1998, li tixhed l-importanza ta' dan il-prodott għall-ekonomija ta' din iż-żona ġeografika. Hemm għadd kbir ta' referenzi soċjali u ekonomiċi, fosthom il-preżenza ta' produtturi li ilhom jipproduċu din l-irkotta għal ħafna snin. Dawn ir-referenzi jinkludu: informazzjoni mogħtija mid-direttur ta' impriża f'Castel di Guido li turi li fl-1969 din l-impriża pproduċiet madwar 3 500 litru ħalib tan-nagħaġ; li parti minnu nbiegħet bħala ħalib frisk u parti oħra ntużat għall-produzzjoni tar-“ricotta romana”, kif joħroġ mill-kotba tal-kontabbiltà tal-impriża għas-snin 1958, 1960 u 1965, iffirmati mir-ragħaj u mid-direttur; il-kotba tal-kontabbiltà tal-azjenda agrikola ta' Gasparri, fejn jidhru l-prezz għal kull kilogramm u l-għadd totali ta' kilogrammi ta' “ricotta romana” prodotti fl-istaġuni agrarji ta' bejn l-1907 (prezz ta' 70 ċenteżmu kull kilo sal-15 ta' Marzu u ta' 45 ċenteżmu kull kilo wara l-15 ta' Marzu, għal produzzjoni totali ta' 850 kg) u l-1924 (produzzjoni totali ta' 932,5 kg).

Hemm ukoll għadd kbir ta' referenzi storiċi u tradizzjonali li jixhdu r-rabta li dan il-prodott għandu maż-żona ġeografika. Fost ir-referenzi storiċi hemm id-deskrizzjoni tat-tekniki ta' produzzjoni użati għall-produzzjoni tar-“ricotta romana” li tidher fil-ktieb “Vita di pastori nella Campagna Romana” (tal-1953) ta' Trinchieri. Waħda mir-referenzi tradizzjonali hija dik għall-festa folkloristika tal-“attozzata” (irkotta tal-ħalib tan-nagħaġ) fil-muniċipalità ta' Barbarano Romano (VT) li ilha ssir għal madwar 30 sena.

Ir-“Ricotta Romana”, minbarra li tittiekel bħala ikla weħidha, tintuża ħafna wkoll bħala ingredjent fl-ikel tradizzjonali tar-Reġjun ta' Lazio.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Din l-Amministrazzjoni nediet il-proċedura ta' oġġezzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni tal-proposta għal emendi tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini msejħa “Ricotta Romana” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 26 tal-31 ta' Jannar 2008. It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq dan il-websajt:

fl-indirizz elettroniku li ġej:

http://www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg

jew

billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru (http://www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq il-kliem “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin) u mbagħad fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE [regolamento (CE) n. 510/2006]”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Rettifika

20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/26


Rettifka għall-pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 157 tal-10 ta’ Lulju 2009 )

2010/C 101/11

Fil-paġna 14, taħt il-punt 3.2, it-tielet paragrafu,

minflok:

“Il-lewn tad-dqiq għandu jkun superjuri jew ekwivalenti għal 75. Dan jirrigwarda l-kejl tal-lewn tad-dqiq fuq skala minn 0 sa 100 (iktar ma jkun baxx il-valur L (1) iktar ikun imlewwen id-dqiq). Id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja għandu lewn qawwi”.

aqra:

“Il-lewn tad-dqiq huwa superjuri jew ekwivalenti għal 75 u inferjuri jew ekwivalenti għal 90. Dan jirrigwarda l-kejl tal-lewn tad-dqiq fuq skala minn 0 sa 100 (iktar ma jkun baxx il-valur L (1) iktar ikun imlewwen id-dqiq). Id-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja għandu lewn qawwi meta mqabbel ma' postijiet oħra tal-produzzjoni”.

Fil-paġna 16, taħt il-punt 5.2, l-aħħar paragrafu,

minflok:

“Dan il-prodott huwa l-qofol tal-ikel tal-popolazzjoni taż-żona ladarba d-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja kien maħsub għall-crêpes u għall-galettes”.

aqra:

“Dan il-prodott kien il-qofol tal-ikel tal-popolazzjoni taż-żona ladarba d-dqiq tal-qamħ saraċin tal-Brittanja kien maħsub għall-crêpes u għall-galettes”.

Fil-paġna 17 taħt it-titlu “Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni”,

minflok:

“http://www.inao.gouv.fr/repository/editeur/pdf/IGP2008/cdchFarinedeBleNoirdeBretagnesept2008.pdf”

aqra:

“https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPFarinedeBleNoirdeBretagne.pdf”