ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.089.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 89

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
7 ta' April 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 089/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5661 – Abbott/Solvay Pharmaceuticals) ( 1 )

1

2010/C 089/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5801 – KKR/Hans-Peter Wild/Wild Group) ( 1 )

1

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 089/03

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 1,00 % fl-1 ta’ April 2010 – Rata tal-kambju tal-euro

2

 

AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 089/04

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

3

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 089/05

Il-Programm EPSON 2013 – Sejħiet ġodda miftuħa

9

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 089/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5738 – Commerzbank/Conergy) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

10

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni Ewropea

7.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5661 – Abbott/Solvay Pharmaceuticals)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 89/01

Fil-11 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5661. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


7.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5801 – KKR/Hans-Peter Wild/Wild Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 89/02

Fil-25 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5801. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni Ewropea

7.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/2


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

1,00 % fl-1 ta’ April 2010

Rata tal-kambju tal-euro (2)

Is-6 ta’ April 2010

2010/C 89/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3396

JPY

Yen Ġappuniż

126,04

DKK

Krona Daniża

7,4441

GBP

Lira Sterlina

0,88240

SEK

Krona Żvediża

9,6630

CHF

Frank Żvizzeru

1,4325

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0124

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,295

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

265,28

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7076

PLN

Zloty Pollakk

3,8349

RON

Leu Rumen

4,0940

TRY

Lira Turka

2,0243

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4521

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3408

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4030

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9195

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,8721

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 504,51

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7333

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1438

HRK

Kuna Kroata

7,2717

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 125,98

MYR

Ringgit Malażjan

4,3035

PHP

Peso Filippin

60,190

RUB

Rouble Russu

39,2735

THB

Baht Tajlandiż

43,370

BRL

Real Brażiljan

2,3662

MXN

Peso Messikan

16,4160

INR

Rupi Indjan

59,5520


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

7.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/3


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 89/04

Għajnuna Nru: XA 196/09

Stati Membri: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ukrepi kmetijske strukturne politike in kmetijske politike razvoja podeželja

Bażi legali: Uredba o ukrepih kmetijske strukturne politike in kmetijske politike razvoja podeželja (Uradni list Republike Slovenije, št. 47/09 in 94/09)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 191 052 fl-2009 u EUR 179 052 fl-2010

Intensità massima tal-għajnuna:

1.

Għajnuna għat-tlestija ta' arranġamenti għall-konsolidazzjoni tal-art. Sa 100 % tal-ispejjeż legali u amministrattivi, li jinkludu spejjeż ta' spezzjonijiet.

2.

Appoġġ għal preżentazzjonijiet mogħtija minn esperti u għal gruppi professjonali u ta' interess. Sa 60 % tal-ispejjeż eliġibbli stipulati fl-Artikolu 10(b) tad-Digriet dwar miżuri ta' politika agrikola strutturali u żvilupp rurali. Is-sehem totali tal-għajnuna mogħtija minn sorsi pubbliċi jista' jkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

3.

Għajnuna biex tinkoraġixxi l-kultivazzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità. Sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli stipulati fl-Artikolu 15 tad-Digriet dwar miżuri ta' politika agrikola strutturali u żvilupp rurali.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tal-eżenzjoni mitluba fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31.12.2010

Għan tal-għajnuna: Biex tagħti appoġġ lill-SME

L-iskema ta' għajnuna tinvoka l-artikoli li jsegwu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, applikabbli għan-nefqiet eliġibbli li jsegwu:

għajnuna għall-arranġamenti ta' konsolidazzjoni tal-art ibbażati fuq l-Artikolu 13 (għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art), nefqiet eliġibbli jinkludu nefqiet ta' proċeduri legali u amministrattivi, li jinkludu spejjeż ta' spezzjonijiet,

appoġġ għal preżentazzjonijiet mogħtija minn esperti u għal gruppi professjonali u ta' interess ibbażat fuq l-Artikolu 15 (il-provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur tal-agrikoltura), l-ispejjeż eliġibbli huma:

(i)

nefqiet relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa u l-ħaddiema f'intrapriżi agrikoli (kiri ta' post, miżata tal-għalliema, spejjeż oħra fuq materjali għall-implimentazzjoni tal-programm ta' tagħlim);

(ii)

nefqiet marbuta mal-organizzazzjoni ta' fora għall-iskambju ta' għarfien bejn intrapriżi, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet u fieri agrikoli, u mal-parteċipazzjoni f'dawn (ħlas ta' parteċipazjoni, spejjeż ta' pubblikazzjoni, spejjeż tal-ivjaġġar, kiri ta' spazju għall-esibizzjoni);

(iii)

għajnuna għal pubblikazzjonijiet bħal preżentazzjonijiet, katalgi jew websajts li jippreżentaw informazzjoni fattwali dwar produtturi minn reġjuni partikolari jew produtturi ta' prodott partikolari, sakemm l-informazzjoni u l-preżentazzjoni tkun newtrali u li kull produttur konċernat ikollu l-istess opportunità li jidher fil-pubblikazzjoni,

għajnuna biex tinkoragixxi l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità bbażati fuq l-Artikolu 14 (għajnuna li tinkoraġixxi il-produzzjoni ta' prodotti agrikoliu ta' kwalità), l-ispejjeż eliġibbli huma:

(i)

spejjeż għall-attivitajiet ta' riċerka dwar is-suq, kunċett tal-prodott u disinn;

(ii)

spejjeż għall-preparazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' prodotti agrikoli skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tkopri l-protezzjoni ta' prodotti agrikoli;

(iii)

spejjeż għaċ-ċertifikazzjoni inizzjali tal-prodotti agrikoli protetti.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tal-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministrstvo za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano

Dunajska 58

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Indirizz tal-Internet: http://www.pisrs.si/predpis.aspx?p_rD=r04&p_predpis=URED4904

Informazzjoni oħra: —

Branko RAVNIK

Genaralni Direktor

Għajnuna Nru: XA 262/09

Stati Membri: Franza

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides aux producteurs de lavande et lavandin victimes de sécheresse en 2007 ou 2008

Bażi legali: Ordonnance no 2009-325 du 25 mars 2009 relative à la création de l’Agence de service et de paiement et de l’Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer,

Articles L 621-1 et suivants et articles R 621-1 et suivants du Code rural,

Arrêtés suivants du ministre de l’agriculture et de la pêche, portant reconnaissance du caractère de calamité naturelle des dommages subis par les agriculteurs:

du 25 janvier, 30 juin 2008 et 26 décembre 2008 pour les agriculteurs des Alpes de Haute-Provence,

du 13 octobre 2008 pour les agriculteurs de la Drôme,

du 25 janvier, 30 juin 2008 et 13 octobre 2008 pour les agriculteurs du Vaucluse.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 266 666

L-ammont previst, allokat mill-baġit nazzjonali (FranceAgriMer) huwa ta' massimu ta' EUR 800 000 tul it-tliet snin tal-pjan, jiġifieri EUR 300 000 għall-2009, EUR 300 000 għall-2010 u EUR 200 000 għall-2011.

Dawn l-għajnuniet jistgħu jiġu kkomplementati b'għajnuniet minn entitajiet territorjali li ġejjin: id-dipartimenti tal-Alpes de Haute-Provence, tad-Drôme u tal-Vaucluse.

Intensità massima tal-għajnuna: 80 %

L-għajnuniet, għal kull benefiċjarju, se jkunu fissi filwaqt li jitqiesu l-għajnuniet mogħtija diġà fil-qafas tal-Fondi Nazzjonali ta' Garanzija f'każ ta' Diżastri Agrikoli (Fonds National de Garantie des Calamités Agricoles, FNGCA): se jiġu megħjuna biss l-uċuħ li huma rikonoxxuti taħt dan il-Fond.

Meta għajnuna nazzjonali tiġi kkomplementata b'għajnuna minn entità territorjali, din tal-aħħar għandha tivverifika li l-ammont totali ma jaqbiżx il-limitu ta' 80 % tad-danni mġarrba.

Barra minn hekk, l-għajnuniet għandhom ikunu limitati għall-ammonti massimi li ġejjin:

EUR 500/ha għall-uċuħ tal-lavanda fina li ġarrbu ħsarat fejn pjanti tal-lavanda fina ta' 7 snin jew anqas inqalgħu mill-għeruq,

EUR 400/ha għall-uċuħ tal-lavanda klonali jew tal-ibridi tal-lavanda li ġarrbu ħsarat fejn pjanti tal-lavanda jew tal-ibdridi tal-lavanda ta' 6 snin jew anqas inqalgħu mill-għeruq.

Barra minn hekk, l-għajnuna li tingħata se tkun limitata għal uċuħ li għadhom kemm tħawwlu bil-lavanda jew bl-ibridi tal-lavanda skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jillimitaw l-impatt tan-nixfa jew tal-mard li jdebbel il-lavanda (l-għażla tal-varjetajiet, l-użu ta' pjanti b'saħħithom, in-newba...).

Data tal-implimentazzjoni: minn meta tasal id-dikjarazzjoni ta' riċevuta bin-numru tal-identifikazzjoni tal-miżura u tal-pubblikazzjoni tas-sinteżi tal-miżura fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-aħħar tal-2011.

Għan tal-għajnuna: Dawn l-għajnuniet huma pprovduti fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006. Fil-fatt, l-għan prinċipali huwa kumpens għat-telf imġarrab minn dawk li jikkoltivaw il-lavanda fid-dipartimenti tal-Alpes de Haute-Provence, tad-Drôme u tal-Vaucluse wara n-nixfa tal-2007 li d-danni tagħha dehru fl-2007 jew l-2008.

Fit-tliet dipartimenti milquta min-nixfa tal-2007, madwar 250 bidwi ġarrbu aktar minn 30 % ta' telf ta' ħsad u kellhom bilfors iħawwlu mill-ġdid. Għaldaqstant it-telf tagħhom ma kienx limitat biss għal telf mid-dħul ta' sena tal-ħsad. Minħabba li dawn huma pjanti ta' speċijiet perenni, l-ispejjeż tat-tħawwil mill-ġdid mhumiex madanakollu nefqiet ta' rutina tal-azjendi u l-ispejjeż tat-tħawwil mill-ġdid mhumiex negliġibbli, u għalhekk il-proġett huwa ġġustifikat.

L-għajnuna għandha wkoll l-għan sekondarju li tinkoraġġixxi lill-produtturi jqisu l-prekawzjonijiet tekniċi li jillimitaw l-effetti tan-nixfa.

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produtturi tal-lavanda jew l-ibridi tal-lavanda (fit-tliet dipartimenti milquta min-nixfa tal-2007, jiġifieri madwar 250 azjenda agrikola)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

FranceAgriMer

Antenne de Volx — BP 8

04130 Volx

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.franceagrimer.fr/informations/aides/aides.htm#LAVANDE

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 266/09

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Sardegna

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: legge regionale 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola). Sostegno a favore degli allevatori per fronteggiare la scrapie degli ovicaprini. Indennizzi per la perdita di reddito. Anni 2008-2012.

Bażi legali: L.R. 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola)

Deliberazione della Giunta regionale n. 46/19 del 13.10.2009

Legge regionale 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola). Sostegno a favore degli allevatori per fronteggiare la scrapie degli ovicaprini. Indennizzi per la perdita di reddito. Anni 2008-2012.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa marbuta mal-iskema tal-għajnuna, għat-telf imġarrab bejn is-snin 2008 u l-2012 qed tiġi stmata għall-EUR 2 660 000 kumplessivament u maqsuma kif ġej:

EUR 500 000 għas-sena 2008

EUR 540 000 għal kull sena mill-2009 sal-2012.

Intensità massima tal-għajnuna: L’intensità massima tal-għajnuna ġiet iffissata għal 70 % tat-telf imġarrab li jiġi kkalkolat billi jitqies il-valur tal-produzzjoni mitlufa, wara t-tnaqqis tal-ispejjeż intermedji mhux imġarrba mir-raħħala (l-akkwist ta' għalf u l-ispejjeż sanitarji), u fejn issir distinzjoni bejn il-bhejjem li mhumiex ta' razza pura u dawk irreġistrati fir-reġistru tal-bhejjem.

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tapplika mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Għas-sena 2008 sal-31 ta' Diċembru 2012

għas-sena 2009 sal-31 ta' Diċembru 2013

għas-sena 2010 sal-31 ta' Diċembru 2014

għas-sena 2011 sal-31 ta' Diċembru 2015

għas-sena 2012 sal-31 ta' Diċembru 2016

Madankollu l-ebda għajnuna ma tista' tingħata għal iktar minn erba' snin wara li jiġu vverifikati l-ispejjeż jew it-telf imġarrab.

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna qed tiġi applikata skont l-Artikolu 10 tar-Regolament u hi maħsuba bħala kumpens lill-bdiewa għat-telf ta' produzzjoni mill-annimali ovini u kaprini adulti li wrew is-sintomi tal-iscrapie, marda deġenerattiva li tolqot is-sistema nervuża ċentrali tan-nagħġa u tal-mogħża, u li nqatlu b'ordni mill-awtorità tas-saħħa.

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni tal-annimali: ovini u kaprini

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Autonoma della Sardegna

Assessorato dell’agricoltura e riforma agro-pastorale

Via Pessagno 4

09125 Cagliari CA

ITALIA

Indirizz tal-Internet: Għad-Deċiżjoni Nru 46/19 tat-13 ta' Ottubru 2009:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_274_20091016131549.pdf

Għad-Deċiżjoni Nru 25/34 tat-3 ta' Lulju 2007:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20070703165033.pdf

għall-Anness:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20070703165715.pdf

Għad-Deċiżjoni Nru 42/16 tal-24 ta' Ottubru 2007 li timmodifika d-Deċiżjoni Nru 25/34 tat-3 ta' Lulju 2007:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20071024111304.pdf

għall-Anness:

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_72_20071024111334.pdf

Informazzjoni oħra: L-għajnuna preżenti hija estensjoni tal-intervent attivat bid-Deċiżjoni Nru 25/34 tat-3 ta' Lulju 2007 fit-test emendat tad-Deċiżjoni Nru 42/16 tal-24 ta' Ottubru 2007, u se tiġi applikata taħt l-istess kriterji u kondizzjonijiet. Il-formularju li fih it-tagħrif sommarju tal-għajnuna msemmija hawn fuq ġie rreġistrat mid-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali fit-8 ta' Novembru 2007, bin-Nru XA 349/07.

Bianca CARBONI

Direttore Servizio sostegno delle imprese agricole e sviluppo delle competenze

Għajnuna Nru: XA 278/09

Stati Membri: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Brandenburg

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Gewährung von Beihilfen und sonstigen Leistungen durch die Tierseuchenkasse des Landes Brandenburg nach Artikel 10 der Verordnung (EG) Nr. 1857/2006

Bażi legali:

§ 71 Tierseuchengesetz der Bundesrepublik Deutschland

§ 8 des Gesetz zur Ausführung des Tierseuchengesetzes des Landes Brandenburg (AGTierSGBbg)

Erlass des Ministeriums für Gesundheit, Umwelt und Verbraucherschutz des Landes Brandenburg zur Gewährung von Beihilfen für Maßnahmen zur Tierseuchenverhütung und -bekämpfung sowie zur Verbesserung der Tiergesundheit vom 3.12.2009

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għajnuna totali ta’ EUR 4,2 miljun fis-sena (iffinanzjata mill-kontributi li dawk li għandhom il-bhejjem jagħtu lill-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun ta’ Brandenburg u mir-riżorsi tal-Istat)

Intensità massima tal-għajnuna: sa 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Wara li jasal l-avviż tal-wasla bin-numru tal-identifikazzjoni mingħand il-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, mill-1 ta' Jannar 2010

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-1.1.2010 sal-31.12.2013

Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Għajnuna sabiex ikun miġġieled il-mard tal-annimali

Għajnuna bħala kumpens għat-telf tal-bhejjem minħabba l-mard li jittieħed

Għajnuna għall-miżuri biex il-mard tal-annimali jiġi evitat, jingħaraf u jiġi miġġieled

Għajnuna permezz tal-ħlas tal-ispejjeż ta’ testijiet fil-laboratorju biex jingħaraf il-mard tal-bhejjem

Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Landesamt für Verbraucherschutz, Landwirtschaft und Flurneuordnung

Tierseuchenkasse Brandenburg

Groß Gaglow

Am Seegraben 18

03051 Cottbus

DEUTSCHLAND

Indirizz elettroniku: info@tsk-BB.de

Indirizz tal-Internet:

Tierseuchengesetz

http://www.bgblportal.de/BGBL/bgbl1f/bgbl104s1260.pdf

Ausführungsgesetz zum Tierseuchengesetz des Landes Brandenburg (AGTierSGBbg)

http://www.bravors.brandenburg.de/sixcms/detail.php?gsid=land_bb_bravors_01.c.23595.de

Erlass des Ministeriums für Ländliche Entwicklung, Umwelt und Verbraucherschutz zur Gewährung von Beihilfen für Maßnahmen zur Tierseuchenverhütung und -bekämpfung sowie zur Verbesserung der Tiergesundheit (Pubblikazzjoni fil-gazzetta uffiċjali tar-reġjun ta’ Brandenburg)

http://www.mguv.brandenburg.de/v/lbsvet/TEILA/A1_2_2_1.PDF

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 282/09

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Seine-Maritime

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides aux investissements pour la protection des points de production d’eau potable (Seine-Maritime)

Bażi legali: Article L1511-2 du Code général des collectivités territoriales

Articles L3231-2 et 3232-1 du Code général des collectivités territoriales

Délibération du Conseil général du 31 mars 2009 relatif à la politique agricole départementale, période 2009-2012.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 60 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: massimu ta' 50 % għall-bdiewa żgħażagħ tul l-ewwel ħames snin minn meta jkunu bdew jaħdmu u 40 % f'każijiet ġenerali

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Il-perjodu mill-2009 sal-2012

Għan tal-għajnuna: Id-dipartiment ta' Seine-Maritime huwa kollu kemm hu kklassifikat bħala żona vulnerabbli skont id-Direttiva dwar in-Nitrati (91/676/KE) ta' Diċembru 1991. Ir-riżorsi tal-ilma qegħdin dejjem aktar ikunu affettwati minn problemi ta' tniġġis mill-prodotti fitosanitarji.

Id-direttiva qafas dwar l-ilma tesiġi li jintlaħaq stat ekoloġiku tajjeb tal-mases tal-ilma sal-2015.

L-iskema ppjanata mid-dipartiment ta' Seine-Maritime għandha l-għan li tgħin lill-bdiewa fl-investimenti tagħhom li jkunu jmorru lil hinn mir-rekwiżiti regolatorji li jikkorrispondu għall-istandards minimi f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi tal-ilma.

Ir-rata tal-għajnuna disponibbli mid-dipartiment se tkun varjabbli skont il-pożizzjoni ġeografika tal-azjenda b'rabta ma' żoni prijoritarji fir-rigward ta' protezzjoni.

It-tagħmir li ġej, li jippermetti l-limitazzjoni tar-riskji tat-tniġġis minn sorsi partikolari, se jkun eliġibbli:

il-faċilitajiet għall-ħżin tal-prodotti fitosanitarji,

il-pjattaformi għall-mili tat-tagħmir għall-isprejjar,

it-tankijiet għall-ħżin tal-fjuwil jew tal-fertilizzanti likwidi meta l-istallazzjonijiet ikunu taħt il-limiti tal-istallazzjonijiet ikklassifikati u għalhekk ma jkunux obbligatorji,

it-tagħmir kollu relatat mat-tagħmir tal-isprejjar (inkorporaturi, tankijiet tat-tlaħliħ, valvijiet li ma jippermettux ħruġ (antireturn), …).

Sabiex ikunu limitati r-riskji tat-tniġġis imxerred, se jkunu eliġibbli

għodod għat-tifrix,

pajpijiet,

mħaret mgħammra b'diski,

mħaret mgħammra b'sinniet,

imwejjed għat-tifrix,

tagħmir biex jingħata l-kompost.

L-għajnuniet se jingħataw skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Din l-iskema diġà kienet soġġetta għal proċedura ta' eżenzjoni għall-perjodu 2006-2008 taħt ir-referenza XA 109/06.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu kollu (SMEs)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du département de Seine-Maritime

Quai Jean Moulin

76101 Rouen Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.seinemaritime.net/guidedesaides/medias/File/aide-aux-investissements-pour-la-protection-des-points-de-production-d-eau-potable-+-formulaires-t2.pdf

Informazzjoni oħra: —


V Opinjonijiet

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Kummissjoni Ewropea

7.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/9


Il-Programm EPSON 2013 – Sejħiet ġodda miftuħa

2010/C 89/05

Fl-ambitu tal-Programm EPSON 2013, se jinħarġu sejħiet għal proposti dwar riċerka applikata, analiżijiet immirati u attivitajiet ta’ netwerking transnazzjonali fit-3 ta’ Mejju 2010.

Jekk jogħġbok żur http://www.espon.eu għal aktar informazzjoni ddettaljata hekk kif jinħarġu dawn is-sejħiet.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni Ewropea

7.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5738 – Commerzbank/Conergy)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 89/06

1.

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Commerzbank AG (il-Ġermanja) fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll sħiħ ta' Conergy AG (il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Commerzbank AG: Hi toffri firxa sħiħa ta' servizzi finanzjarji,

għal Conergy AG: Hija kumpanija li tispeċjalizza fl-enerġija mix-xemx li timmanifattura u tqassam prodotti u soluzzjonijiet ta' sistemi fotovoltajċi. Hi tiżviluppa proġetti kbar fil-qasam tal-enerġija li tiġġedded.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5738 – Commerzbank/Conergy, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).