ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.080.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 80

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
27 ta' Marzu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 080/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 63, 13.3.2010

1

2010/C 080/02

Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

1

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 080/03

Kawża C-373/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Hoesch Metals and Alloys GmbH vs Hauptzollamt Aachen (Kodiċi Doganali tal-Komunità Artikolu 24 — Oriġini mhux preferenzjali tal-prodotti — Proċessar jew xogħol li jikkonferixxi l-oriġini — Blokok tas-silikon li ġejjien miċ-Ċina — Separazzjoni, titħin u purifikazzjoni tal-blokok kif ukoll iffiltrar u tisfif tal-kristalli skont id-daqs tagħhom u l-ippakkjar tagħhom fl-Indja — Dumping — Validità tar-Regolament (KE) Nru 398/2004)

2

2010/C 080/04

Kawża C-405/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Bertram Holst vs Dansk Arbejdsgiverforening, li qed taġixxi għal Babcock & Wilcox Vølund ApS (Politika soċjali — Informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema — Direttiva 2002/14/KE — Traspożizzjoni tad-Direttiva permezz ta’ liġi minflok ta’ ftehim kollettiv — Effetti tal-ftehim kollettiv fir-rigward ta’ ħaddiem li mhuwiex membru tal-organizzazzjoni sindakali firmatarja tal-imsemmi ftehim — Artikolu 7 — Protezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema — Ħtieġa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol — Assenza)

2

2010/C 080/05

Kawża C-523/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/71/KE — Proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

3

2010/C 080/06

Kawża C-541/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Fokus Invest AG vs Finanzierungsberatung-Immobilientreuhand und Anlageberatung GmbH (FIAG) (Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Artikolu 25 tal-Anness I tal-Ftehim — Artikoli 63 TFUE u 64(1) TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Stat Membru, li l-ishma tagħha huma miżmuma minn kumpannija rregolata mid-dritt Svizzeru — Akkwist ta’ beni immobbli li jinsab f’dan l-Istat Membru minn din il-kumpannija)

4

2010/C 080/07

Kawża C-14/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgericht Berlin — il-Ġermanja) — Hava Genc vs Land Berlin (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — Artikolu 6(1) — Kunċett ta’ ħaddiem — Eżerċizzju ta’ attività remunerata minuri — Kundizzjonijiet għat-telf tad-drittijiet kweżiti)

4

2010/C 080/08

Kawża C-18/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Regolament (KEE) Nru 4055/86 — Artikolu 1 — Trasport Marittimu — Portijiet ta’ importanza ġenerali — Taxxi tal-port — Eżenzjonijiet u sussidji)

5

2010/C 080/09

Kawża C-88/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill- Conseil d’État — Franza) — Graphic Procédé vs Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique (Tassazzjoni — Sitt Direttiva VAT — Attività ta’ reprografija — Kunċetti ta’ provvista ta’ oġġetti’ u ta’ provvista ta’ servizzi — Kriterji ta’ distinzjoni)

5

2010/C 080/10

Kawża C-185/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/24/KE — Komunikazzjoni elettronika — Żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

6

2010/C 080/11

Kawża C-186/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/113/KE — Ugwaljanza bejn irġiel u nisa — Aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst f’dak li jikkonċerna Ġibiltà)

6

2010/C 080/12

Kawża C-259/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni — Nuqqas ta’ traspożizzjoni jew ta’ notifika ta’ miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni)

7

2010/C 080/13

Kawża C-498/09 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2009 minn Thomson Sales Europe mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tad-29 ta’ Settembru 2009, fil-Kawżi Magħquda T-225/07 u T-364/07, Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni

7

2010/C 080/14

Kawża C-519/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgerichts Wuppertal (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2009 — Dieter May vs AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse

8

2010/C 080/15

Kawża C-543/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Diċembru 2009 — Deutsche Telekom AG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

8

2010/C 080/16

Kawża C-546/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen Sad (il-Bulgarija) fit-23 ta’ Diċembru 2009 — Aurubis Balgaria AD vs Nachalnik na Mitnitsa — Sofia

9

2010/C 080/17

Kawża C-548/09 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2009 minn Bank Melli Iran mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fl-14 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża T-390/08, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill

10

2010/C 080/18

Kawża C-549/09: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

11

2010/C 080/19

Kawża C-552/09 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2009 minn Ferrero SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża T-140/08: Ferrero SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck

11

2010/C 080/20

Kawża C-554/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Diċembru 2009 — Andreas Michael Seeger vs Generalstaatsanwaltschaft Stuttgart

12

2010/C 080/21

Kawża C-6/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

12

2010/C 080/22

Kawża C-8/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

13

2010/C 080/23

Kawża C-11/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-8 ta’ Jannar 2010 — Staatssecretaris van Financiën vs Marishipping and Transport BV

13

2010/C 080/24

Kawża C-12/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (Il-Ġermanja) fit-8 ta’ Jannar 2010 — LECSON Elektromobile GmbH vs Hauptzollamt Dortmund

14

2010/C 080/25

Kawża C-13/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fil-11 ta’ Jannar 2010 — Knubben Dak-en Leidekkersbedrijf BV vs Belgische Staat

14

2010/C 080/26

Kawża C-18/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (Il-Ġermanja) fit-12 ta’ Jannar 2010 — Agrargenossenschaft Münchehofe e.G. vs BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH

14

2010/C 080/27

Kawża C-19/10: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

15

2010/C 080/28

Kawża C-22/10 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2010 minn REWE-Zentral konra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) mogħtija fil-11 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-150/08 — REWE-Zentral AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), intervenjenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG

15

2010/C 080/29

Kawża C-28/10 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 minn Mehmet Salih Bayramoglu mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fl-24 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-110/09: Mehmet Salih Bayramoglu vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

16

2010/C 080/30

Kawża C-29/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel (il-Lussemburgu) fit-18 ta’ Jannar 2010 — Heiko Koelzsch vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

16

2010/C 080/31

Kawża C-35/10: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

17

2010/C 080/32

Kawża C-36/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

17

2010/C 080/33

Kawża C-38/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

18

2010/C 080/34

Kawża C-41/10: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

19

2010/C 080/35

Kawża C-46/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Jannar 2010 — Viking Gas A/S vs BP Gas A/S

20

2010/C 080/36

Kawża C-47/10 P: Appell tar-Repubblika tal-Awstrija tat-28 ta’ Jannar 2010 (e-mail 27.01.2010) mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-18 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-375/04, Scheucher-Fleisch GmbH et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

21

2010/C 080/37

Kawża C-49/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

22

2010/C 080/38

Kawża C-73/10 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2010 minn Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert & Co. KG mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-2/09: Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 080/39

Kawża T-340/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Frar 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm eContent — Kuntratt relatat ma’ proġett intiż sabiex jiżgura li l-programm ikollu l-effiċjenza massima u li jkun hemm l-usa’ parteċipazzjoni possibbli tal-gruppi li fil-konfront tagħhom huwa mmirat — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt — Xoljiment tal-kuntratt)

23

2010/C 080/40

Kawża T-344/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2010 — O2 (Germany) vs UASI (Homezone) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Homezone — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

23

2010/C 080/41

Kawża T-472/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2010 — Enercon vs UASI — Hasbro (ENERCON) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ENERCON — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TRANSFORMERS ENERGON — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

24

2010/C 080/42

Kawża T-289/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2010 — Deutsche BKK vs UASI (Deutsche BKK) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Deutsche BKK — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv u nuqqas ta’ karattru distintiv — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Artikolu 73 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 75 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009))

24

2010/C 080/43

Kawża T-113/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2010 — PromoCell bioscience alive vs UASI (SupplementPack) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SupplementPack — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

25

2010/C 080/44

Kawża T-385/05 TO R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Portugall vs Transnáutica u Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Unjoni doganali — Proċedimenti ta’ terzi — Sentenza tal-Qorti Ġenerali — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

25

2010/C 080/45

Kawża T-514/09 R: Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-5 ta’ Frar 2010 — De Post vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

25

2010/C 080/46

Kawża T-508/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2009 — Cañas vs Il-Kummissjoni

26

2010/C 080/47

Kawża T-509/09: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2009 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

26

2010/C 080/48

Kawża T-511/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Niki Luftfahrt vs Il-Kummissjoni

27

2010/C 080/49

Kawża T-512/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Rusal Armenal vs Il-Kunsill

28

2010/C 080/50

Kawża T-518/09: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2009 — Ecoceane vs EMSA

29

2010/C 080/51

Kawża T-520/09: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2009 — TF1 et vs Il-Kummissjoni

30

2010/C 080/52

Kawża T-525/09: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2009 — MIP Metro vs UASI — Metronia (METRONIA)

31

2010/C 080/53

Kawża T-526/09: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2009 — PAKI Logistics vs UASI (PAKI)

31

2010/C 080/54

Kawża T-529/09: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2009 — In ‘t Veld vs Il-Kunsill

32

2010/C 080/55

Kawża T-5/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni vs Earthscan

33

2010/C 080/56

Kawża T-7/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2010 — Diagnostiko kai therapeftiko kentro Athinon Ygeia vs UASI

33

2010/C 080/57

Kawża T-9/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

34

2010/C 080/58

Kawża T-13/10: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2010 — Goutier vs UASI — Rauch (ARANTAX)

35

2010/C 080/59

Kawża T-14/10: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2010 — CheckMobile vs UASI (carcheck)

35

2010/C 080/60

Kawża T-17/10: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2010 — Steinberg vs Il-Kummissjoni

36

2010/C 080/61

Kawża T-23/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2010 — Arkema France vs Il-Kummissjoni

37

2010/C 080/62

Kawża T-28/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2010 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC PAYMENT)

37

2010/C 080/63

Kawża T-29/10: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2010 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

38

2010/C 080/64

Kawża T-30/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2010 — Reagens vs Il-Kummissjoni

39

2010/C 080/65

Kawża T-32/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2010 — Ella Valley Vineyards vs UASI — Hachette Filipacchi Presse (ELLA VALLEY VINEYARDS)

40

2010/C 080/66

Kawża T-33/10: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2010 — ING Groep vs Il-Kummissjoni

40

2010/C 080/67

Kawża T-37/10 P: Appell ta’ Carlo de Nicola ppreżentat fit-28 ta’ Jannar 2010 mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-55/08, De Nicola vs Il-BEI

42

2010/C 080/68

Kawża T-38/10 P: Appell ippreżentat minn Luigi Marcuccio fis-26 ta’ Jannar 2010 mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-10 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża F-70/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

43

2010/C 080/69

Kawża T-44/10 P: Appell ippreżentat minn Luigi Marcuccio fit-3 ta’ Frar 2010 mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża F-11/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

43

2010/C 080/70

Kawża T-55/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2010 — SP vs Il-Kummissjoni

44

2010/C 080/71

Kawża T-56/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2010 — Acciaierie e Ferriere Leali Luigi e Leali vs Il-Kummissjoni Ewropea

45

MT

 


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/1


2010/C 80/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 63, 13.3.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 51, 27.2.2010

ĠU C 37, 13.2.2010

ĠU C 24, 30.1.2010

ĠU C 11, 16.1.2010

ĠU C 312, 19.12.2009

ĠU C 297, 5.12.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/1


Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 80/02

Wara li nħatar Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tat-30 ta’ Novembru 2009 (1), għall-perijodu mit-30 ta’ Novembru 2009 sas-6 ta’ Ottubru 2015, P. A. Cruz Villalón ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-14 ta’ Diċembru 2009.


(1)  ĠU L 14, 20.1.2010, p. 12


V Opinjonijiet

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Hoesch Metals and Alloys GmbH vs Hauptzollamt Aachen

(Kawża C-373/08) (1)

(Kodiċi Doganali tal-Komunità Artikolu 24 - Oriġini mhux preferenzjali tal-prodotti - Proċessar jew xogħol li jikkonferixxi l-oriġini - Blokok tas-silikon li ġejjien miċ-Ċina - Separazzjoni, titħin u purifikazzjoni tal-blokok kif ukoll iffiltrar u tisfif tal-kristalli skont id-daqs tagħhom u l-ippakkjar tagħhom fl-Indja - Dumping - Validità tar-Regolament (KE) Nru 398/2004)

2010/C 80/03

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hoesch Metals and Alloys GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Aachen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 398/2004, tat-2 ta’ Marzu 2004, li jimponi dazju definit kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tas-silikon li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 50 p. 40) — Kunċett ta’ “pproċessar jew xogħol sostanzjali” li jiddetermina l-oriġini tal-prodott — Tindif u titħin ta’ blokok tal-metall tas-silikon miċ-Ċina, kif ukoll it-tisfif, is-separazzjoni u l-ippakkjar tal-kristalli tas-silikon hekk miksuba

Dispożittiv

(1)

Is-separazzjoni, it-titħin u l-purifikazzjoni tal-blokok tas-silikon kif ukoll l-iffiltrar, it-tisfif u l-ippakkjar sussegwenti tal-kristalli tas-silikon li jirriżultaw mit-titħin, kif magħmul fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxux proċessar jew xogħol li jikkonferixxi l-oriġini fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

(2)

L-evalwazzjoni tat-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ma żvelat ebda element tali li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 398/2004, li timponi dazju definit kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tas-silikon li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Bertram Holst vs Dansk Arbejdsgiverforening, li qed taġixxi għal Babcock & Wilcox Vølund ApS

(Kawża C-405/08) (1)

(Politika soċjali - Informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema - Direttiva 2002/14/KE - Traspożizzjoni tad-Direttiva permezz ta’ liġi minflok ta’ ftehim kollettiv - Effetti tal-ftehim kollettiv fir-rigward ta’ ħaddiem li mhuwiex membru tal-organizzazzjoni sindakali firmatarja tal-imsemmi ftehim - Artikolu 7 - Protezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema - Ħtieġa ta’ livell għoli ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol - Assenza)

2010/C 80/04

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ingeniørforeningen i Danmark, li qed taġixxi għal Bertram Holst

Konvenuta: Dansk Arbejdsgiverforening, li qed taġixxi għal Babcock & Wilcox Vølund ApS

Suġġett

Talba għal-deċiżjoni preliminari mill-Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati (ħaddiema) fil-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 219) — Traspożizzjoni tad-Direttiva permezz ta’ ftehim kollettiv — Effetti tal-ftehim kollettiv fil-konfront ta’ ħaddiem li mhuwiex membru tal-organizzazzjoni sindakali li kkonkludiet il-ftehim imsemmi — Liġi ta’ traspożizzjoni li ma tinkludix, għal gruppi ta’ ħaddiema mhux koperti mill-ftehim kollettiv, livell għoli ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol meta mqabbla mal-protezzjoni diġà eżistenti

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati [ħaddiema] fil-Komunità Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix traspożizzjoni ta’ din id-direttiva permezz ta’ ftehim li jwassal sabiex kategorija ta’ ħaddiema tkun koperta mill-ftehim kollettiv inkwistjoni, minkejja li l-ħaddiema li jaqgħu f’din il-kategorija mhumiex membri tal-organizzazzjoni sindakali firmatarja ta’ dan l-imsemmi ftehim u li s-settur tax-xogħol tagħhom mhuwiex irrappreżentat minn l-imsemmija organizzazzjoni, sakemm il-ftehim kollettiv huwa tali li jiggarantixxi lill-ħaddiema li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tiegħu, protezzjoni effettiva tad-drittijiet li tagħtihom din l-istess direttiva.

(2)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/14 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeħtieġx jingħata livell għoli ta’ protezzjoni, kontra t-tkeċċija mix-xogħol, lir-rappreżentanti tal-ħaddiema. Madankollu, kull miżura meħuda għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, kemm jekk prevista minn liġi jew minn ftehim kollettiv, għandha tosserva l-protezzjoni minima pprovduta mill-imsemmi Artikolu 7.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-523/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/71/KE - Proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 80/05

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u M.-A. Rabanal Suárez, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tas-Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jieħu, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE, tat-12 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (ĠU L 289, p. 15)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/71/KE tal-Kunsill, tat-12 Ottubru 2005, dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal finijiet ta’ riċerka xjentifika, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Fokus Invest AG vs Finanzierungsberatung-Immobilientreuhand und Anlageberatung GmbH (FIAG)

(Kawża C-541/08) (1)

(Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Artikolu 25 tal-Anness I tal-Ftehim - Artikoli 63 TFUE u 64(1) TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Stat Membru, li l-ishma tagħha huma miżmuma minn kumpannija rregolata mid-dritt Svizzeru - Akkwist ta’ beni immobbli li jinsab f’dan l-Istat Membru minn din il-kumpannija)

2010/C 80/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fokus Invest AG

Konvenuta: Finanzierungsberatung-Immobilientreuhand und Anlageberatung GmbH (FIAG)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 57(1) tat-Trattat KE u tal-Artikolu 25 tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999 (ĠU L 114, p. 6) — Applikabbiltà tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għal persuni ġuridiċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi skema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel fil-każ ta’ akkwist ta’ beni immobbli minn barrani — Akkwist ta’ beni immobbli minn kumpannija nazzjonali li l-ishma tagħha huma miżmumin 100 % minn kumpanniji Svizzeri.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 25 tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini nazzjonali previst fir-rigward tal-akkwist ta’ immobbli japplika biss għall-persuni fiżiċi.

(2)

L-Artikolu 64(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-Land ta’ Vjenna dwar l-akkwist ta’ beni immobbli minn ċitattini barranin (Wiener Ausländergrunderwerbsgesetz), tat-3 ta’ Marzu 1998, li jimponu fuq iċ-ċittadini barranin, fis-sens ta’ din il-liġi, fil-każ ta’ akkwist ta’ beni immobbli li jinsab fil-Land ta’ Vjenna, l-obbligu li jkollhom awtorizzazzjoni għall-finijet ta’ dan l-akkwist jew li jipproduċu ċertifikazzjoni li tgħid li l-kundizzjonijiet previsti minn din il-liġi sabiex jibbenifikaw minn eżenzjoni minn dan l-obbligu huma sodisfatti, jikkostitwixxu restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital ammissibbli fir-rigward tal-Konfederazzjoni Svizzera bħala pajjiż terz


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgericht Berlin — il-Ġermanja) — Hava Genc vs Land Berlin

(Kawża C-14/09) (1)

(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “ħaddiem” - Eżerċizzju ta’ attività remunerata minuri - Kundizzjonijiet għat-telf tad-drittijiet kweżiti)

2010/C 80/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hava Genc

Konvenuta: Land Berlin

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Berlin — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti ta’ ċittadin Tork li d-dħul tiegħu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru ġie ġġustifikat b’raġuni li fil-frattemp m’għadhiex teżisti u li jeżerċita biss attività professjonali minuri, b’ħin ta’ xogħol ta’ 5.5 sigħat fil-ġimgħa — Karatteristiċi minimi meħtieġa sabiex relazzjoni ta’ xogħol titqies li hija “impjieg legali” fis-sens tad-Deċiżjoni Nru 1/80

Dispożittiv

(1)

Persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, hija ħaddiem, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, sa fejn l-attività remunerata inkwistjoni tkun reali u effettiva. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel l-evalwazzjoni fattwali meħtieġa sabiex tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża li tressqet quddiemha.

(2)

Ħaddiem Tork, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, jista’ jinvoka d-dritt għal moviment liberu taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, anki jekk l-għan li għalih huwa daħal fl-Istat Membru ospitanti m’għadux jeżisti. Meta tali ħaddiem jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 6(1), id-dritt ta’ residenza tiegħu fl-Istat Membru ospitanti ma jistax ikun suġġett għal kundizzjonijiet addizzjonali relatati mal-eżistenza ta’ interessi li jistgħu jiġġustifikaw ir-residenza jew man-natura tal-impjieg.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-18/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Regolament (KEE) Nru 4055/86 - Artikolu 1 - Trasport Marittimu - Portijiet ta’ importanza ġenerali - Taxxi tal-port - Eżenzjonijiet u sussidji)

2010/C 80/08

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Simonsson u L. Lozano Palacios, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/96, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 174) — Portijiet ta’ importanza ġenerali — Eżenzjonijiet u sussidji mit-taxxi tal-port.

Dispożittiv

(1)

Billi żamm fis-seħħ l-Artikoli 24(5) u 27(1), (2) u (4) tal-Liġi 48/2003, tas-26 ta’ Novembru 2003, dwar sistema ekonomika u l-provvista ta’ servizzi fil-portijiet ta’ importanza ġenerali, li jistabbilixxu sistema ta’ tnaqqis u ta’ sussidji mid-dazji tal-port, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-priniċpji tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill- Conseil d’État — Franza) — Graphic Procédé vs Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique

(Kawża C-88/09) (1)

(Tassazzjoni - Sitt Direttiva VAT - Attività ta’ reprografija - Kunċetti ta’ “provvista ta’ ” oġġetti’ u ta’ “provvista ta’ servizzi” - Kriterji ta’ distinzjoni)

2010/C 80/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État (Franza)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Graphic Procédé

Konvenuta: Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1)(5), u 6(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9 Vol. 1 p. 23 — 62) — Reprografija — Kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex tiġi distinta provvista ta’ oġġetti minn provvista ta’ servizzi fis-sens tas-Sitt Direttiva.

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li, l-attività ta’ reprografija tissodisfa l-karatteristiċi ta’ provvista ta’ oġġetti, sa fejn hija limitata għal sempliċi tranżazzjoni ta’ riproduzzjoni ta’ dokumenti fuq materjali peress li d-dritt li jiddisponi minnhom ġie ttrasferiet mir-reprografiku għall-klijent li ordna l-kopji tal-oriġinali. Tali attività għandha tiġi kklassifikata madankollu bħala “provvista ta’ servizzi” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva meta jidher li din tinvolvi provvista ta’ servizzi addizzjonali li jistgħu, fid-dawl tal-importanza li huma għandhom għad-destinatarju tagħhom, taż-żmien li tieħu l-eżekuzzjoni tagħhom, tal-ipproċessar li jeħtieġu d-dokumenti oriġinali u tal-parti tal-ispiża totali li din il-provvista ta’ servizzi tirrappreżenta, ikollhom karattru predominanti fir-rigward tat-tranżazzjoni ta’ provvista ta’ oġġetti, b’mod li huma jikkostitwixxu skop fihom infishom għad-destinatarju tagħhom.


(1)  ĠU C 113, 16.05.2009.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-185/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/24/KE - Komunikazzjoni elettronika - Żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 80/10

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Balta u U. Jonsson, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u A. Engman, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji, sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE, ir-Renju tal-Isvezja naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 180, 1.8.2009


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-186/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/113/KE - Ugwaljanza bejn irġiel u nisa - Aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst f’dak li jikkonċerna Ġibiltà)

2010/C 80/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek u P. Van den Wyngaert, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: H. Walker, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (ĠU L 153M, p. 294)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-259/09) (1)

(Immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni - Nuqqas ta’ traspożizzjoni jew ta’ notifika ta’ miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni)

2010/C 80/12

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u P. Van den Wyngaert, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: S. Ossowski, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fir-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 102, p. 15)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/7


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2009 minn Thomson Sales Europe mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tad-29 ta’ Settembru 2009, fil-Kawżi Magħquda T-225/07 u T-364/07, Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-498/09 P)

2010/C 80/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Thomson Sales Europe (rappreżentanti: F. Goguel u F. Foucault, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2009,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea REM Nru 03/05, tas-7 ta’ Mejju 2007,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti essenzjalment tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali injorat ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 225 KE peress li ddeċidiet fuq il-mertu t-talba tagħha għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Lulju 2007, li ma tikkonfermax il-ksib tal-benefiċċju tan-nuqqas ta’ rkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni fir-rigward ta’ riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja, filwaqt li hija kienet preċedentement iddeċidiet li din it-talba kienet inammissibbli peress li l-ittra inkwistjoni ma setgħetx tipproduċi effetti legali.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża u wettqet żball manifest ta’ klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti peress li, minn naħa, ċaħdet it-talba tagħha sabiex il-provi prodotti kollha jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-partijiet u, min-naħa l-oħra, peress li ddeċidiet li Thomson kienet manifestament traskurata sa fejn, inkwantu operatur ta’ esperjenza, hija kellha titlob informazzjoni preċiża lill-Kummissjoni fir-rigward tal-possibbiltà li tkompli tiddikjara t-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja bħala li joriġinaw mit-Tajlandja wara li kienet bdiet tissupplixxi ruħha b’tubi li joriġinaw mill-Korea u mill-Malasja.

Permezz tat-tielet aggravju tagħha, li huwa kompost minn żewġ partijiet, Thomson tinvoka l-ksur, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali (1) fir-rigward tal-possibbiltà ta’ ħlas lura totali jew parzjali tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni mħallsa jew ta’ remissjoni ta’ ammont ta’ dejn doganali. L-appellanti ssostni, minn naħa, li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi sa fejn ċaħdet ir-rikors tagħha billi eżaminat biss ir-rekwiżit ta’ nuqqas ta’ ingann jew traskuraġni, mingħajr ma l-ewwel ivverifikat ir-rekwiżit tal-eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari.

Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti, u għalhekk żball ta’ liġi, meta kkunsidrat li r-rekwiżiti għal remissjoni stabbiliti fl-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali ma kinux sodisfatti. Skont l-appellanti, hija tissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni peress li ċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti jikkostitwixxu sitwazzjoni partikolari sa fejn il-Kummissjoni bidlet il-prassi tagħha fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti mingħajr ma avżat, b’mod suffiċjenti, lill-operaturi.

Thomson barra minn hekk issostni li hija ma kellha ebda dubju dwar ir-regolarità tal-operazzjonijiet tagħha, peress li kienet konvinta li fir-rigward tal-prodotti kollha tagħha kellu jiġi applikat biss dazju antidumping wieħed, li kien ġie prattikament stabbilit bi fteħim mal-Kummissjoni. Għaldaqstant hija ma tistax tiġi kkunsidrata li kienet traskurata.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol 4, p. 307)


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgerichts Wuppertal (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2009 — Dieter May vs AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse

(Kawża C-519/09)

2010/C 80/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgerichts Wuppertal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dieter May

Konvenut: AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “ħaddiem” fis-sens tal-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2003/88/KE (li jikkorrispondi għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/104/KE) […] (1) ikopri anki impjegat suġġett għal regoli applikabbli għal uffiċjali (Dienstordnungsangestellter) f’korp irregolat mid-dritt pubbliku li r-regoli awtonomi tiegħu, maħruġa fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni taħt il-leġiżlazzjoni federali [Artikolu 351 tar-Reichsversicherungsordnung (Kodiċi dwar l-assigurazzjoni soċjali nazzjonali)], jirreferu, fir-rigward tal-intitolament tal-leave ta’ tali impjegat, għad-dispożizzjonijiet applikabbli għal uffiċjali pubbliċi [f’dan il-każ l-Artikolu 101 tal-Landesbeamtengesetz NW (Liġi dwar l-uffiċjali pubbliċi fil-Land ta’ Nordrhein-Westfalen)] flimkien mal-Verordnung über den Erholungsurlaub der Beamtinnen und Beamten und Richterinnen und Richter im Lande Nordrhein-Westfalen (Regolamenti dwar il-leave ta’ uffiċjali pubbliċi u ta’ mħallfin fil-Land ta’ Nordrhein-Westfalen)?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381)


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Diċembru 2009 — Deutsche Telekom AG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-543/09)

2010/C 80/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Telekom AG

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Partijiet oħra fil-proċeduri: Go Yellow GmbH u Telix AG

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ nerworks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jassenjaw in-numri tat-telefon lill-abbonati sabiex iqiegħdu għad-dispożizzjoni, għall-finijiet tal-provvista ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju aċċessibbli għall-pubbliku u ta’ direttorji, data dwar l-abbonati li lilhom l-impriżi inkwistjoni nfushom ma jkunux assenjaw in-numri tat-telefon, sa fejn huma jkollhom din id-data?

(2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settus tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impożizzjoni tal-obbligu msemmi iktar ’il fuq mil-leġiżlatur nazzjonali hija suġġetta għall-fatt li l-fornitur ta’ servizzi telefoniċi l-ieħor jew l-abbonati tiegħu jagħtu l-kunsens tagħhom għat-trażmissjoni tad-data jew minn tal-inqas ma jopponuhiex?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen Sad (il-Bulgarija) fit-23 ta’ Diċembru 2009 — Aurubis Balgaria AD vs Nachalnik na Mitnitsa — Sofia

(Kawża C-546/09)

2010/C 80/16

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen Sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aurubis Balgaria AD

Konvenuta: Nachalnik na Mitnitsa — Sofia

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 232(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), għandu jiġi interpretat mill-qrati nazzjonali fis-sens li l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jimponu interessi moratorji fuq dejn doganali addizzjonali ħlief għall-perijodu sussegwenti għall-eżerċizzju ta’ kontabbiltà, għan-notifika tad-debitur u għall-iskadenza tat-terminu previst mill-awtorità doganali — b’mod konformi mal-Artikolu 222(1)(a) ta’ dan ir-regolament — għall-ħlas tad-dejn doganali addizzjonali?

(2)

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), l-Artikolu 214(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat mill-qrati nazzjonali fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux japplikaw interessi kompensatorji għall-perijodu bejn id-data tad-dikjarazzjoni doganali inizjali u d-data tad-dħul fil-kontijiet sussegwenti?

(3)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u tar-Regolament Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta ma jkunx hemm leġiżlazzjoni nazzjonali li espressament tipprovdi għal żieda fid-dazji doganali jew għal sanzjoni nazzjonali oħra sal-livell tal-ammont li kellu jinġabar bħala interessi moratorji bejn id-data tat-tnissil tad-dejn fiskali u d-data ta’ meta dan ġie sussegwentement imdaħħal fil-kontijiet, id-dritt Komunitarju ma jippermettix lill-qrati nazzjonali li jipproċedu sabiex jagħmlu tali żieda jew sabiex jimponu tali sanzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/10


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2009 minn Bank Melli Iran mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fl-14 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża T-390/08, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill

(Kawża C-548/09 P)

2010/C 80/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bank Melli Iran (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Ir-Repubblika Franċiża, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Ottubru 2009 mit-Tieni Awla tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-390/08, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, u nnotifikata lill-appellant fil-15 ta’ Ottubru 2009;

tilqa’ t-talbiet tal-appellant li huwa ressaq quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iressaq tliet aggravji b’mod prinċipali u tliet aggravji oħra b’mod sussidjarju.

Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, huwa jsostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta ma kkunsidratx bħala forma proċedurali sostanzjali li l-ksur tagħha jwassal għall-annullament tal-att, l-obbligu ta’ notifika individwali li jinsab fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Nru 423/2007 (1). Fil-fatt, il-komunikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi lill-fergħa f’Pariġi tal-appellant mill-Commission bancaire française, u mhux mill-Kunsill, ma tistax tissodisfa r-rekwiżiti ta’ notifika previsti mir-Regolament u tikkostitwixxi ksur ta’ regola Komunitarja ta’ ordni pubbliku.

Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, l-appellant jikkunsidra li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-bażijiet legali tar-Regolament Nru 423/2007. Meta aċċettat li dan ir-regolament, kif ukoll id-deċiżjoni kkontestata, kienu adottati abbażi ta’ maġġoranza kkwalifikata fuq il-bażi biss tal-Artikoli 60 KE u 301 KE, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret il-forom proċedurali sostanzjali tat-Trattat. Peress li dan ir-regolament u din id-deċiżjoni jikkonċernaw effettivament entitatjiet li huma impenjati fi, huma assoċjati direttament ma’ jew jipprovdu appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari, dawn l-atti ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 60 KE u 310 KE u kellhom jiġu bbażati wkoll fuq l-Artikolu 308 KE, li jeżiġi vot unanimu.

Permezz tat-tielet aggravju tiegħu, Bank Melli Iran isostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ drittijiet tad-difiża u fl-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva sa fejn ikkunsidrat li kellha informazzjoni suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha mingħajr ma kienet irċeviet, la qabel u lanqas wara l-preżentata tar-rikors, ebda prova insostenn tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata mingħand il-Kunsill.

Sussidjarjament, l-appellant, fl-ewwel lok, jallega li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi u żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti sa fejn ikkunsidrat li l-Kunsill għandu, taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 423/2007, setgħa diskrezzjonali awtonoma filwaqt li dan għandu kompetenza limitata mill-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi mill-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Fit-tieni lok, l-appellant isostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ evalwazzjoni ta’ liġi fir-rigward tad-dritt għal proprjetà tiegħu, u dan sa fejn iddeċidiet li l-importanza tal-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, jiġifieri ż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, tiġġustifika restrizzjoni għad-drittijiet fundamentali, fosthom id-dritt għal proprjetà u d-dritt għall-eżerċizju ta’ attività ekonomika.

Fl-aħħar lok, l-appellant isostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti meta inkludietu fil-lista ta’ entitajiet li l-assi tagħhom għandhom jiġu ffriżati sa fejn l-appellant ma pprovdiex appoġġ għall-programm nukleari tal-Iran u mhuwiex assoċjat ma’ entitajiet li jagħtu tali appoġġ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 335M, p. 969)


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/11


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-549/09)

2010/C 80/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti E. Gippini Fournier u K. Walkerová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li billi ma eżegwietx id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Lulju 2004, dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mogħtija minn Franza favur is-sajd u l-akwakultura (1), li tordnala tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tal-Artikoli 2 u 3 tal-imsemmija deċiżjoni, u peress li ma nnotifikatx lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex tikkonforma ruħha magħha, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 4 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tikkritika lill-konvenuta talli għadha ma addottatx il-miżuri neċessarji, sabiex tirkupra “minnufih” mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni jew, fi kwalunkwe każ, talli naqset milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni.

Fil-fatt, Franza kellha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni, dwar il-miżuri meħuda sabiex tikkonforma ruħha magħha. Issa, iktar minn ħames snin għaddew minn notifika tal-imsemmija deċiżjoni lill-awtoritajiet Franċiżi, mingħajr ma ġie affetwat l-ebda rimborż tal-għajnuna mogħtija.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, l-uniku motiv li Stat Membru jista’ jinvoka kontra rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ippreżentat mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 108(2) TFUE, huwa dak ibbażat fuq l-impossibilità assoluta ta’ eżekuzzjoni. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi qatt ma invokaw diffikultajiet eċċezzjonali u imprevedibbli, li jrendu l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni impossibbli. Huma indikaw biss li kien beħsiebhom jadottaw il-miżuri ta’ rkupru rilevanti flimkien ma’ fajl ieħor dwar l-irkupru ta’ għajnuna oħra inkompatibbli.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/239/KE, tal-14 ta’ Lulju 2004, dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mogħtija minn Franza favur is-sajd u l-akwakultura (ĠU 2005, L 74, p. 49).


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/11


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2009 minn Ferrero SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża T-140/08: Ferrero SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck

(Kawża C-552/09 P)

2010/C 80/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanta: Ferrero SpA (rappreżentanti: F. Jacobacci, avukat, C. Gielen u H.M.H. Speyart, avukati)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Tirol Milch reg.Gen.mbH Innsbruck

Talbiet tal-appellanta

L-appellanta tiltob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jogħġobha:

tannulla s-sentenza li qeda tiġi appellata;

tikkonferma l-appell ta’ Ferrero kontra d-deċiżjoni kkontestata jew, sussidjarjament, tirrinvija l-każ lill-Qorti Ġeneral sabiex terġa tikkunsidra l-każ; u

tordna lill-UASI tbagħti l-ispejjeż tagħha u sabiex tħallas l-ispejjeż ta’ Ferrero, kemm tal-prim’istanza kif ukoll tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanta ssostni li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet segwenti:

il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kisret is-sistema tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 40/94 (1) meta wettqet evalwazzjoni fattwali waħda tax-xebh b’implikazzjonijiet kemm taħt l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5), għalkemm iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom żewġ settijiet distinti ta’ testijiet;

il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej wettqet żball ta’ liġi meta stabbilixxiet li ma kelliex bżonn tikkunsidra r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti meta waslet għal konklużjoni li l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) ma ġewx issodisfatti;

il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej wettqet żball ta’ liġi jew għawġet il-fatti ppreżentati lilha meta applikat regoli ta’ tressiq tal-provi żbaljati, infondati u mhux motivati fl-evalwazzjoni tax-xebh;

il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tieħu debitament inkunsiderazzjoni l-fatt li t-trade marks preċedenti jikkontjenu trade marks verbali u li t-trade mark ikkontestata hija figurattiva; u

il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tieħu debitament inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ grupp ta’ trade marks.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146–180)


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Diċembru 2009 — Andreas Michael Seeger vs Generalstaatsanwaltschaft Stuttgart

(Kawża C-554/09)

2010/C 80/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andreas Michael Seeger

Konvenuta: Generalstaatsanwaltschaft Stuttgart

Domandi preliminari

Il-kunċett ta’ “materjal” li jinsab fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(d) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll materjal użat għall-ippakkjar, bħall-fliexken vojta, ittrasportat minn kummerċjant fl-inbejjed u x-xorb li jmexxi maħżen u li darba fil-ġimgħa jipprovdi kunsinna lill-klijenti tiegħu filwaqt li jiġbor il-flixkien il-vojta biex jagħtihom lura lill-grossista tiegħu?


(1)  ĠU L 102, p.1


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/12


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-6/10)

2010/C 80/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha, sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi naqas milli jikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/46/KE skada fil-5 ta’ Settembru 2008. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx ħa l-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, huwa ma kienx informa lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 224, p. 1.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/13


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-8/10)

2010/C 80/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta intrapriżi tal-assigurazzjoni (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/46/KE skada fil-5 ta’ Settembru 2008. Issa, sad-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu adotta l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jittrasponi din id-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 224, p. 1


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fit-8 ta’ Jannar 2010 — Staatssecretaris van Financiën vs Marishipping and Transport BV

(Kawża C-11/10)

2010/C 80/23

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Marishipping and Transport BV

Domandi preliminari

(1)

L-eżenzjoni mid-dazju tas-sustanzi farmaċewtiċi msemmija fl-Ewwel Parti, Taqsima II, Parti C(i) tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1), tat-23 ta’ Lulju 1987, moqri flimkien mal-lista ta’ sustanzi farmaċewtiċi li jinsabu fit-Tielet Parti (annessi) tat-Taqsima II tal-Anness 3, hija limitata għas-sustanzi (kimiċi) imsemmija fil-forma pura tagħhom?

(2)

Jekk sustanzi oħra jistgħu jiżdiedu mas-sustanza farmaċewtika indikata, liema huma r-restrizzjonijiet applikabbli f’dan ir-rigward?


(1)  Regolament dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (Il-Ġermanja) fit-8 ta’ Jannar 2010 — LECSON Elektromobile GmbH vs Hauptzollamt Dortmund

(Kawża C-12/10)

2010/C 80/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LECSON Elektromobile GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Dortmund

Domanda preliminari

Il-vetturi elettriċi deskritti f’iktar dettall fid-digriet jaqgħu taħt l-intestatura 8713 jew taħt l-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1)?


(1)  ĠU L 327, p. 1


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fil-11 ta’ Jannar 2010 — Knubben Dak-en Leidekkersbedrijf BV vs Belgische Staat

(Kawża C-13/10)

2010/C 80/25

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Knubben Dak-en Leidekkersbedrijf BV

Konvenut: Belgische Staat

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE (li kien l-Artikolu 49 KE), jipprekludi regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 1 u 1a tad-Digriet Irjali Belġjan Nru 20 tal-20 ta’ Lulju 1970, li jipprovdu li rata tal-VAT imnaqqsa tista’ tiġi applikata għal xogħol ta’ kostruzzjoni biss jekk il-prestatarju tas-servizz ikun irreġistrat fil-Belġju bħala kuntrattur skont l-Artikoli 400 u 401 tal-Wetboek van Inkomstenbelastingen (Kodiċi Belġjan dwar it-taxxa fuq id-dħul) tal-1992?

(2)

Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE (li kien l-Artikolu 49 KE), jipprekludi regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 400 u 401 tal-Kodiċi Belġjan dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-1992 u fid-Digriet Irjali tas-26 ta’ Diċembru 1998, li jipprovdu li reġistrazzjoni bħala kuntrattur fil-Belġju tapplika b’mod sħiħ u identiku għal prestatarji ta’ servizz Belġjani u għal prestatarji ta’ servizz stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (Il-Ġermanja) fit-12 ta’ Jannar 2010 — Agrargenossenschaft Münchehofe e.G. vs BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH

(Kawża C-18/10)

2010/C 80/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrargenossenschaft Münchehofe e.G.

Konvenuta: BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH

Domanda preliminari

It-tieni u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 5(1) tal-Flächenerwerbsverordnung (Regolament dwar il-bejgħ tal-artijiet), li jimplementaw il-punt 1 tal-Artikolu 4(3) tal-Ausgleichsleistungsgesetz (Att dwar il-kumpens), fil-verżjoni fis-seħħ sal-11 ta’ Lulju 2009, huma inkompatibbli mal-Artikolu 87 KE?


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/15


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-19/10)

2010/C 80/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u S. Mortoni, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li peress li ma adottatx il-miżuri nazzjonali sabiex timplementa l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga, peress li naqset milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament, u peress li ma adottatx il-miżuri nazzjonali sabiex timplementa l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 (2) tat-22 ta’ Diċembru 2004, li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija regolamenti.

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Regolament Nru 273/2004 daħal fis-seħħ fit-18 ta’ Awwissu 2005; ir-Regolament Nru 111/2005 daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2005 u beda japplika mit-18 ta’ Awwissu 2005. Peress li ma rċeviet l-ebda notifika dwar id-dispożizzjonijiet li l-Italja kienet meħtieġa tadotta skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 273/2004 u skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 111/2005, u peress li ma rċeviet l-ebda informazjoni min-naħa tar-Repubblika Taljana li tista’ tfisser li l-miżuri neċessarji kienu effettivament adottati, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Taljana ma adottatx tali miżuri u naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-Regolament Nru 273/2004 u r-Regolament Nru 111/2005.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46–56

(2)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 472–501


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/15


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2010 minn REWE-Zentral konra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) mogħtija fil-11 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-150/08 — REWE-Zentral AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), intervenjenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG

(Kawża C-22/10 P)

2010/C 80/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: REWE-Zentral AG (rappreżentanti: M. Kinkeldey, u A. Bognár, avukati)

Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Aldi Einkauf GmbH & Co. OGH

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza fil-11 ta’ Novembru 2009, u

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll għal dawk inkorsi fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa dirett kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra l-annullament tad-deċiżjoni adottata fil-15 ta’ Frar 2008 mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern li tiċħad it-talba tagħha għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CLINA. Permezz tas-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonfermat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tikkonstata probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark verbali Komunitarja preċedenti CLINAIR.

L-aggravju sostnut insostenn tal-appell huwa l-ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja.

L-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Prim’Istanza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni hija vvizjata bi żball ta’ liġi sa fejn hija ma wettqitx analiżi globali kompleta tal-fatturi rilevanti kollha. Hija ddeċidiet, billi qieset b’mod ġuridikament żbaljat li kien jeżisti xebh fonetiku u viżiv qawwi bejn is-sinjali kunfliġġenti, li dan ix-xebh ma setax jiġi nnewtralizzat permezz tad-differenzi kunċettwali eżistenti, u dan jirriżulta, għal darba oħra, minn żball ta’ liġi. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma evalwatx korrettament skont il-liġi l-karattru distintiv dgħajjef tat-trade mark preċedenti. Għaldaqstant il-Qorti tal-Prim’Istanza applikat b’mod ġuridikament żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, u b’hekk kisret id-dritt Komuntarju.

B’mod partikolari, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma ħaditx biżżejjed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-sinjali li kellhom jitqabblu, CLINAIR u CLINA, għandhom differenzi fonetiċi u viżivi essenzjali u li għandhom jittieħdu ġuridikament inkunsiderazzjoni, u t-trade mark preċedenti CLINAIR tinkludi kontenut semantiku li wkoll għandu jittieħed ġuridikament inkunsiderazzjoni, kontenut li huwa għal kollox nieqes fit-trade mark reċenti. Il-Qorti tal-Prim’Istanza bl-ebda mod ma ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-element “CLIN” għandu biċ-ċar karattru distintiv dgħajjef u li għaldaqstant jista’ jkollu biss effett dgħajjef fuq l-impressjoni globali mogħtija mit-trade mark CLINAIR. Għaldaqstant is-sempliċi identiċità ta’ dan l-element bejn iż-żewġ sinjali inkwistjoni ma jistax ikun ġuridikament biżżejjed sabiex jingħad li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, iktar u iktar peress li d-differenzi fonetiċi, viżivi u kunċettwali bejn is-sinjali kunfliġġenti mhumiex insinjifikanti.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/16


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 minn Mehmet Salih Bayramoglu mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fl-24 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-110/09: Mehmet Salih Bayramoglu vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-28/10 P)

2010/C 80/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Mehmet Salih Bayramoglu (rappreżentant: A. Riza QC)

Appellati: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/511/KE (1) fuq il-bażi li hija bbażata fuq nuqqas illegali milli taġixxi b’mod li tippermetti lill-poplu Tork Ċiprijott ikun jista’ jipparteċipa fl-elezzjonijiet Ewropej bi ksur tal-Artikolu 189 tat-Trattat KE moqri flimkien mal-Artikoli 5 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

tiddikjara li s-sitt Membri Parlamentari Ewropej innotifikati mir-Repubblika ta’ Ċipru wara s-6 ta’ Ġunju 2009 li rritornaw taħt l-arranġamenti elettorali preżenti ma jirrapreżentawx il-poplu Ċipriott Tork kif meħtieġ mil-liġi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-azzjoni tiegħu kienet tressqet wara l-għeluq tat-terminu. Huwa jsostni insostenn ta’ dan l-argument li l-ġurisprudenza li bbażat ruħha fuqa l-Qorti tal-Prim’Istanza ma kinitx tinvolvi nuqqas milli jiġi pprovdut għad-dritt fundamentali li poplu kollu jipparteċipa f’elezzjonijiet u ma kinitx tirrigwarda deċiżjoni li l-bażi legali tagħha kienet nuqqas milli wieħed jaġixxi u jagħmel provvedimenti għall-elezzjonijiet pjutost milli intenzjonata għall-postponiment tad-dritt li jkun hemm dawn l-elezzjonijiet.

L-appellant isostni wkoll li ma kienx minnu li huwa ma invokax l-eżistenza ta’ żball skużabbli jew ta’ forza maġġuri meta ppreżenta r-rikors.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2004 li tikkonċerna r-rappreżentanza tal-poplu ta’ Ċipru fil-Parlament Ewropew fil-każ ta’ ftehim dwar il-problema ta’ Ċipru (ĠU L 142M, p. 58–59)


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel (il-Lussemburgu) fit-18 ta’ Jannar 2010 — Heiko Koelzsch vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-29/10)

2010/C 80/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Heiko Koelzsch

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Domanda preliminari

Ir-regola fuq il-kunflitt iddefinita fl-Artikolu 6(2)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tad-19 ta’ Ġunju 1980, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (1), li tiddikjara li l-kuntratt ta’ xogħol huwa rregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn l-impjegat, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li fil-każ fejn il-ħaddiem iwettaq ix-xogħol f’diversi pajjiżi, iżda li b’mod sistematiku jirritorna f’wieħed minnhom, dan il-pajjiż għandu jiġi kkunsidrat bħala dak li fih il-ħaddiem issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu?


(1)  Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10)


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/17


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-35/10)

2010/C 80/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u J. Sénéchal, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 25 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/21/KE skada fit-30 ta’ April 2008. Madankollu, sal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma ħaditx il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwa każ, ma infurmatx b’dan lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 8, p. 357


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/17


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-36/10)

2010/C 80/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma adottax il-miżuri kollha sabiex jittrasponi b’mod korrett it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (1), kif emendat bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003 (2), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ssostni li l-konvenut naqas milli jimplementa b’mod korrett id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 96/82/KE fir-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale. Sabiex jiġu evitati aċċidenti kbar u jkunu limitati l-konsegwenzi ta’ tali aċċidenti, fil-fatt din id-dispożizzjoni toħloq l-obbligu li l-Istati Membri jiżguraw li l-politika tagħhom dwar l-użu tal-art tieħu inkunsiderazzjoni l-bżonn, fuq medda ta’ perijodu twil ta’ żmien, li jinżammu distanzi xierqa bejn, minn naħa, l-istabbilimenti koperti mid-direttiva u, min-naħa l-oħra, mill-oqsma bħalma huma l-oqsma residenzjali, bini u oqsma ta’ użu pubbliku jew oqsma ta’ rikreazzjoni, stabbiliti fl-Artikolu 12 tal-istess direttiva. Issa, minn analiżi tad-dispożizzjonijiet mibgħuta mill-awtoritajiet ta’ Brussell jirriżulta li dawn id-dispożizjonijiet jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ ħruġ ta’ permessi għall-bini jew żvilupp, li huwa essenzjalment stadju sussegwenti għall-elaborazzjoni tal-politika tagħhom dwar l-użu tal-art. Għalhekk, il-miżuri reġjonali huma inkompleti sa fejn dawn ma jikkonċernawx it-totalità tal-proċedura ta’ definizzjoni u implimentazzjoni ta’ din il-politika.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 410.

(2)  Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll fuq il-perikoli ta’ aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 398).


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/18


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-38/10)

2010/C 80/33

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u G Braga da Cruz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 31 tal-Ftehim taż-ŻEE billi adottat u żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet leġiżlattivi, li jikkonsistu fl-Artikoli 76-A, 76-B u 76-C tal-Código português do Imposto sobre o Rendimento das pessoas Colectivas (Kodiċi Portugiż tat-Taxxa fuq id-dħul, iktar ’il quddiem il-“CIRC”), li jipprovdi li, fil-każ ta’ trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat u tat-tmexxija effettiva ta’ impriża Portugiża lejn Stat Membru ieħor jew ta’ waqfien mill-attività fil-Portugall ta’ stabbiliment fiss jew ta’ trasferiment tal-assi tagħha fil-Portugall lejn Stat Membru ieħor:

il-bażi tat-taxxa tas-sena taxxabbli li fiha jseħħ dan l-avveniment tinkludi l-qligħ kollu mhux realizzat li jikkonċerna l-assi inkwistjoni, filwaqt li l-qligħ kollu mhux realizzat li jirriżulta minn tranżazzjonijiet purament nazzjonali mhumiex inklużi fil-bażi tat-taxxa;

l-azzjonisti ta’ kumpannija li tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat u t-tmexxija effettiva tagħha barra mit-territorju Portugiż huma suġġetti għall-ħlas ta’ taxxa bbażata fuq id-differenza bejn il-valur tal-assi likwidi tal-kumpannija (ikkalkolat skont id-data ta’ trasferiment u bi prezz tas-suq) u l-prezz tax-xiri tal-azzjonijiet rispettivi.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-imsemmija artikoli tal-CIRC jistgħu jikkostitwixxu ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment, stabbilit fl-Artikolu 49 TFUE.

Skont din il-leġiżlazzjoni Portugiża, il-qligħ mhux realizzat huwa intaxxat biss meta kumpannija tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat u t-tmexxija effettiva tagħha barra mit-territorju Portugiż jew meta tittrasferixxi elementi ta’ natura patrimonjali individwali minn stabbiliment fiss li jinsab fi Stat Membru ieħor, filwaqt li t-trasferimenti simili ta’ uffiċċju rreġistrat fi ħdan it-territorju Portugiż jew tal-assi ta’ uffiċċju rreġistrat minn sussidjarja fl-istess Stat Membru ma jinvolvu ebda konsegwenzi fiskali immedjati.

Il-Kummissjoni ma tikkontestax id-drittijiet fiskali tal-Istati Membri fir-rigward tal-qligħ akkumulat minn persuna li, bħala persuna taxxabbli residenti, kienet suġġetta għall-ħlas ta’ taxxa fuq id-dħul kollu tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni Portugiża għandha tapplika l-istess regola kif ukoll li l-fatturi li jagħtu lok għall-obbligi fiskali għandhom ikunu l-istess — b’mod partikolari, ir-realizzazzjoni tal-assi jew kwalunkwe fattur li jikkawża aġġustament tad-deprezzament —, jiġifieri sew jekk l-uffiċċju rreġistrat, it-tmexxija effettiva jew elementi ta’ natura partimonjali jiġu ttrasferiti barra mit-territorju Portugiż u sew jekk jibqgħu ġewwa dan it-territorju.

Il-Kummissjoni tqis li l-kumpanniji għandhom ikollhom id-dritt li jittrasferixxu l-uffiċċju rreġistrat tagħhom jew l-assi individwali tagħhom lejn Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollhom jissuġġettaw ruħhom għal proċedimenti saħansitra kumplessi u onerużi, billi fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ma teżistix ġustifikazzjoni għall-ġbir immedjat ta’ taxxi fuq il-qligħ mhux realizzat meta jkun hemm trasferiment ta’ uffiċċju rreġistrat u ta’ tmexxija effettiva ta’ kumpannija Portugiża lejn Stat Membru ieħor jew minħabba waqfien minn attività ta’ stabbiliment fiss fi ħdan it-territorju Portugiż jew it-trasferiment tal-assi tiegħu fil-Portugall lejn Stat Membru ieħor, billi ma teżistix din it-tip ta’ taxxa f’sitwazzjonijiet nazzjonali paragunabbli.

Il-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni speċjali tad-drittijiet ta’ interessi partikolari, b’mod partikolari dawk tal-kredituri, tal-azzjonisti minoritarji u tal-awtoritajiet fiskali għandha tiġi sodisfatta, iżda b’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, hekk kif inhu interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja.

F’dan il-kuntest, pereżempju, ir-Repubblika Portugiża tista’ tiddetermina l-valur tal-qligħ mhux realizzat li fuqu għandha l-intenzjoni li tippreżerva l-ġurisdizzjoni fiskali tagħha, sakemm dan ma jinvolvix il-ħlas immedjat tat-taxxa jew kundizzjonijiet oħra għad-differiment tal-ħlas tiegħu.

Fir-rigward tal-għan li jiġi żgurat kontroll fiskali effettiv u li tiġi miġġielda l-evażjoni fiskali, li huwa leġittimu, dan jista’ jintlaħaq permezz ta’ metodi inqas restrittivi, billi jintużaw il-mekkaniżmi previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE (1), tad-19 ta’ Diċembru 1977, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, jew fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE (2), tas-26 ta’ Mejju 2008, dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra.

Il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni Portugiża tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq l-għanijiet imfittxija, jiġifieri, li tiżgura sistema fiskali effiċjenti. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni Portugiża għandha ssegwi l-istess regola sew jekk l-uffiċċju rreġistrat, it-tmexxija effettiva jew l-elementi ta’ natura patrimonjali jiġu ttrasferiti barra mit-territorju Portugiż sew jekk jibqgħu ġewwa dan it-territorju: jiġifieri t-taxxa għandha tinġabar biss wara li tiġi rrealizzata ż-żieda fil-valur tal-assi.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 63

(2)  ĠU L 150, p. 28


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/19


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-41/10)

2010/C 80/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u N. Yerrell, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi ttraspona b’mod inkorrett u inkomplet, id-Direttivi 73/239/KEE (1) u 92/49/KEE (2), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu, b’mod partikolari, taħt l-Artikoli 6, 8, 15, 16 u 17 tal-Ewwel Direttiva 73/239/KEE u l-Artikoli 20, 21 u 22 tat-Tielet Direttiva 92/49/KEE;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni ssostni li peress li n-negozji tal-assoċjazzjonijiet reċiproki Belġjani fil-qasam tal-assigurazzjoni tas-saħħa supplimentari ma jagħmlux parti mis-sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali, mhumiex konfromi mal-Ewwel u t-Tielet Direttiva tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja. Fil-fatt, sa fejn l-assoċjazzjonijiet reċiproki huma f’kompetizzjoni diretta mal-kumpanniji ta’ assigurazzjoni, fis-suq tal-assigurazzjoni tas-saħħa supplimentari, huma għandhom ikunu suġġetti għall-istess sistema legali bħal dawn tal-aħħar. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tikkontesta d-dikjarazzjoni tal-konvenut li s-servizzi ta’ assigurazzjoni tas-saħħa supplimentari offruti mill-assoċjazzjonijiet reċiproki jaqgħu taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 2(1)(d) tal-Ewwel Direttiva u ssostni li dak li tkopri l-assigurazzjoni supplimentari ma jistax jiġi pparagunat mal-“assigurazzjoni li tifforma parti minn sistema statutorja ta’ sigurtà soċjali”.

Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni tirrileva li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 6 tal-Ewwel Direttiva titlob li l-bidu tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta jkun suġġett għal awtorizzazzjoni uffiċjali minn qabel mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fit-territorju fejn l-impriża stabbilixxiet l-uffiċċju prinċipali tagħha. Issa, l-assoċjazzjonijiet reċiproċi Belġjani mhumiex awtorizzati, skont l-imsemmija dispożizzjoni, fir-rigward tal-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tas-saħħa supplementari.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti takkusa lill-konvenut bi ksur tal-Artikolu 8(1)(a) tal-Ewwel Direttiva peress li l-assoċjazzjonijiet reċiproki mhumiex fost il-forom ġuridiċi legali meħtieġa għall-kumpanniji ta’ assigurazzjoni fil-Belġju. Barra minn hekk, l-assoċjazzjonijiet reċiproki huma awtorizzati sabiex iwettqu numru kbir ta’ attivitajiet li mhumiex direttament relatati man-negozju ta’ assigurazzjoni tagħhom, filwaqt li l-Artikolu 8(1)(b) jipprovdi li l-impriża għandha tillimita l-attivitajiet tan-negozju tagħha għan-negozju tal-assigurazzjoni u operazzjonijiet direttament ikkawżati minnhom bl-esklużjoni tan-negozji kummerċjali l-oħrajn kollha. Il-leġiżlazzjoni Belġjana tqajjem ukoll problema fir-rigward tal-Artikolu 8(1)(ċ) sa fejn huwa jipprovdi li l-impriża għandha tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-direttiva. Issa, ebda programm ta’ dan it-tip ma ġie ppreżentat mill-assoċjazzjonijet reċiproki fir-rigward tal-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tas-saħħa supplimentari tagħhom. Fl-aħħar nett, l-assoċjazzjoni reċiproki Belġjani ma għandhomx l-obbligu li jippossjedu l-fond minimu ta’ garanzija, għall-kuntrarju tar-rekwiżit tal-Artikolu 8(1)(d) tal-Ewwel Direttiva.

Fit-tielet lok, il-Kummissjoni ssostni li, skont l-Artikoli 13 et seq. tal-Ewwel Direttiva (b’mod partikolari l-Artikoli 16, 16a u 17) kif ukoll l-Artikoli 15 u 20 sa 22 tat-Tielet Direttiva, l-assoċjazzjonijiet reċiproċi għandhom jikkostitwixxu biżżejjed riżervi tekniċi fir-rigward tan-negozji ta’ assigurazzjoni tas-saħħa supplimentari tagħhom, kif ukoll biżżejjed marġni ta’ likwidità relatat man-negozji tagħhom kollha. Issa, fil-Belġju, il-marġni ta’ likwidità għall-assigurazzjonijiet supplementari pprovduti mill-assoċjazzjonijiet reċiproki ġew stabbiliti biss fl-2002 u l-metodu ta’ kalkolu ta’ dan il-marġni huwa differenti minn dak previst mill-Ewwel Direttiva.


(1)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 14).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346).


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Jannar 2010 — Viking Gas A/S vs BP Gas A/S

(Kawża C-46/10)

2010/C 80/35

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret (id-Danimarka)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viking Gas A/S

Konvenuta: BP Gas A/S

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 5 u tal-Artikolu 7 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (89/104) (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-impriża B tkun responsabbli għal vjolazzjoni meta timla u tbiegħ gass f’tankijiet tal-gass provenjenti mill-impriża A meta ċ-ċirkustanzi segwenti jkunu sodisfatti:

(1)

A tbiegħ il-gass f’tankijiet imsejħa komposti li għandhom forma speċjali li hija rreġistrata bħala tali, jiġifieri bħala trade mark ikkostitwita mill-kontenitur, bħala trade mark Daniża u bħala trade mark Komunitarja. A mhijiex il-proprjetarja ta’ dawn it-trade marks ikkostitwiti mill-kontenitur, iżda għandha liċenzja esklużiva sabiex tagħmel użu minnhom fid-Danimarka, u għandha d-dritt li tressaq azzjoni abbażi tal-vjolazzjoni fid-Danimarka.

(2)

Fil-mument tal-ewwel xirja ta’ tank kompost mimli bil-gass mingħand distributur ta’ A, il-konsumatur iħallas ukoll għat-tank u b’hekk isir proprjetarju tiegħu.

(3)

A twettaq il-proċess ta’ mili tat-tankijiet komposti fis-sens li l-konsumaturi jistgħu, billi jħallsu għall-gass, jiskambjaw, mingħand distributur ta’ A, tank kompost vojt ma’ tank simili li jkun ġie mimli minn A.

(4)

B għandha bħala attività l-mili tat-tankijiet tal-gass, u b’mod partikolari tat-tankijiet komposti koperti mit-trade mark ikkostitwita mill-kontenitur imsemmija fil-punt 1, fejn il-konsumaturi jistgħu, billi jħallsu għall-gass, jiskambjaw, mingħand distributur ta’ B, tank kompost vojt ma’ tank simili li jkun ġie mimli minn B.

(5)

Meta t-tankijiet komposti inkwistjoni jiġu mimlija bil-gass minn B, din tal-aħħar twaħħal fuqhom stickers li jindikaw li l-mili ġie mwettaq minnha?

(2)

Jekk għandu jitqies li, bħala regola ġenerali, il-konsumaturi jkollhom l-impressjoni li teżisti rabta bejn B u A, dan ikun ta’ importanza għar-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda?

(3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, l-eżitu jista’ jiġi influwenzat mill-fatt li t-tankijiet komposti — minbarra l-fatt li huma koperti mit-trade mark ikkostitwita mill-kontenitur imsemmija iktar ’il fuq — huma wkoll dotati bit-trade marks verbali u/jew figurattivi rreġistrati minn A (imnaqqxa fuq it-tank) li jibqgħu viżibbli minkejja l-istickers ta’ B?

(4)

Jekk ir-risposta għall-ewwel jew għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, ir-riżultat jista’ jiġi influwenzat mill-premessa li, fir-rigward ta’ tipi oħra ta’ tankijiet li mhumiex koperti mit-trade mark ikkostitwita mill-kontenitur imsemmija iktar ’il fuq, iżda li huma dotati bit-trade mark verbali u/jew figurattiva ta’ A, din tal-aħħar aċċettat għal ħafna snin u għadha taċċetta sal-lum li impriżi oħra jimlew dawn it-tankijiet?

(5)

Jekk ir-risposta għall-ewwel jew għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, l-eżitu jista’ jiġi influwenzat mill-fatt li l-konsumatur stess jirreferi direttament għal B sabiex

(a)

jiskambja, billi jħallas għall-gass, tank kompost vojt ma’ tank simili li jkun ġie mimli minn B jew

(b)

jimla bil-gass, billi jħallas, it-tank kompost li jkun ħa miegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 92.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/21


Appell tar-Repubblika tal-Awstrija tat-28 ta’ Jannar 2010 (e-mail 27.01.2010) mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-18 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-375/04, Scheucher-Fleisch GmbH et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-47/10 P)

2010/C 80/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: E. Riedl, aġent, M. Núñez-Müller u J. Dammann, avukati)

Appellati: Scheucher-Fleisch GmbH, Tauernfleisch Vertriebs GmbH, Wech-Kärntner Truthahnverarbeitung GmbH, Wech-Geflügel GmbH, Johann Zsifkovics, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

Ir-Repubblika tal-Awstrija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tat-18 ta’ Novembru 2009, fil-Kawża T-375/04 (Scheucher et vs Il-Kummissjoni);

tiddeċiedi definittivament fuq il-mertu u tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, bħala infondat;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza kemm għall-ispejjeż tal-appell kif ukoll għall-ispejjeż tal-ewwel istanza fil-Kawża T-375/04.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tikser ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Il-Qorti tal-Prim’Istanza injorat il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni la kienet tikkonċerna individwalment u lanqas direttament lir-rikorrenti fl-ewwel istanza. Fil-fatt, din id-deċiżjoni ma theddidx is-sitwazzjoni tagħhom fis-suq; barra minn hekk, is-sistema ta’ għajnuna ġenerali u settorjali tal-appellanti, li ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni, ma toħloqx ostakoli għall-kompetizzjoni, peress li l-għoti ta’ din l-għajnuna jiddependi wkoll minn deċiżjoni individwali tal-awtoritajiet kompetenti. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza ma għandhomx interess ġuridiku, peress li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni inkwistjoni ma tikkonċernahomx personalment.

Barra minn hekk, l-appellanti tqis li s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 108(2) TFUE. Huwa b’mod żbaljat li l-Qorti tal-Prim’Istanza assumiet li, fil-kuntest tal-fażi ta’ eżami preliminari, il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ diffikultajiet serji fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-miżuri inkwistjoni, li wassluha sabiex tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

Barra minn hekk, l-appellanti tikkunsidra li s-sentenza appellata tikser ukoll ir-regoli dwar l-oneru tal-prova. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ġiegħlet lill-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja li r-rikorrenti fl-ewwel istanza ma kinux ippreżentaw provi tal-allegat dannu subit.

Skont l-appellanti, is-sentenza appellata tikser ukoll l-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, peress li hija mmotivata b’mod, minnu nnifsu, kontradittorju.

Fl-aħħar nett, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tisker ukoll l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tadotta l-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura sabiex tivverifika fatturi deċiżivi.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/22


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-49/10)

2010/C 80/37

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u B. Rous Svete)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti josservaw, permezz tal-permessi mogħtija skont l-Artikoli 6 u 8, jew meta xieraq, billi jikkunsidraw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, billi jaġġornaw il-kundizzjonijiet applikabbli, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw, mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2), bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Komunità, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/1/KE, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (Direttiva PKIT) (1)

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rigward tat-tweġiba tar-Repubblika tas-Slovenja għall-opinjoni motivata, il-Kummissjoni tikkonstata li d-diversi fabbriki fis-Slovenja qed ikomplu jiġu operati mingħajr permessi validi, li jfisser ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE.


(1)  ĠU L 24, p. 8.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/22


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2010 minn Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert & Co. KG mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-2/09: Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-73/10 P)

2010/C 80/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert & Co. KG (rappreżentanti: A. Rinne, Avukat, S. Kon, Solicitor, C. Humpe, Solicitor, C. Vajda QC)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-2/09, tat-30 ta’ Novembru 2009; u

tiddikjara ammissibbli r-rikors għal annullament ta’ Weichert fil-Kawża T-2/09 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal sentenza fuq it-talbiet ta’ Weichert għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-15 ta’ Ottubru 2008 (Każ COMP/39.188 — Banana) — sa fejn din tirrigwarda lil Weichert, jew

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal sentenza fuq l-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament ta’ Weichert fil-Kawża T-2/09.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta ddikkjarat ir-rikors inammissibbli fuq il-bażi li jista’ jkun hemm eċċezzjoni għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji fir-rigward tat-termini proċedurali fil-każ biss ta’ ċirkustanzi imprevedibbli jew li jammontaw għal forza maġġuri. Hija ssostni li tali approċċ huwa wisq ristrettiv u jonqos milli jieħu inkunsiderazzjoni jew li jieħu inkunsiderazzjoni b’mod xieraq, l-importanza tad-dritt ta’ aċċess għal qorti f’proċeduri kriminali, il-prinċipju ta’ legalità f’materji kriminali u l-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-bżonn imperattiv li jiġi evitat riżultat inġust.


Il-Qorti Ġenerali

27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Frar 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-340/07) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm ‘eContent’ - Kuntratt relatat ma’ proġett intiż sabiex jiżgura li l-programm ikollu l-effiċjenza massima u li jkun hemm l-usa’ parteċipazzjoni possibbli tal-gruppi li fil-konfront tagħhom huwa mmirat - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Xoljiment tal-kuntratt”)

2010/C 80/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: E. Manhaeve, aġent, assistit minn D. Philippe u M. Gouden, avukati)

Suġġett

Rikors skont l-Artikoli 235 KE, 238 KE u 288 KE intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tikkumpensa d-dannu subit minħabba n-nuqqas ta’ twettieq, min-naħa tagħha, ta’ ċerti obbligi kuntrattwali fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt EDC-53007 EEBO/27873 relatat mal-proġett intitolat “e-Content Exposure and Business Opportunities”.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2010 — O2 (Germany) vs UASI (Homezone)

(Kawża T-344/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Homezone - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 80/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: O2 (Germany) GmbH & Co. OHG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1583/2006-4), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Homezone bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1583/2006-4), hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2010 — Enercon vs UASI — Hasbro (ENERCON)

(Kawża T-472/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ENERCON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TRANSFORMERS ENERGON - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 80/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Böhm u V. Henke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hasbro, Inc. (Pawtucket, Rhode Island, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 959/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hasbro, Inc. u Enercon GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2010 — Deutsche BKK vs UASI (Deutsche BKK)

(Kawża T-289/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Deutsche BKK - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv u nuqqas ta’ karattru distintiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Artikolu 73 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 75 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)”)

2010/C 80/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche BKK (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Mejju 2008 (Każ R 318/2008-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Deutsche BKK bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Deutsche BKK hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.9.2008.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2010 — PromoCell bioscience alive vs UASI (SupplementPack)

(Kawża T-113/09) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SupplementPack - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 80/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PromoCell bioscience alive GmbH Biomedizinische Produkte (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Mende, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Jannar 2009 (KAŻ R 996/2008-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SupplementPack bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

PromoCell bioscience alive GmbH Biomedizinische Produkte hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 6.06.2009.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/25


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Portugall vs Transnáutica u Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/05 TO R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Unjoni doganali - Proċedimenti ta’ terzi - Sentenza tal-Qorti Ġenerali - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”)

2010/C 80/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Terz: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, A. C. Santos, J. Gomes u P. Rocha, aġenti)

Konvenuti: Transnáutica — Transportes e Navegação, SA (Matosinhos, il-Portugall) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién u D. Ortigão Ramos, avukati); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ terzi, tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009, Transnáutica vs Il-Kummissjoni (T-385/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/25


Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-5 ta’ Frar 2010 — De Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/09 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

2010/C 80/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: De Post NV van publiek recht (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Martens u B. Schutyser, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, fl-ewwel lok, sabiex tiġi ordnata s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li biha l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UP) ta l-kuntratt imsemmi fis-sejħa għal offerti Nru 10234 “It-trasport u d-distribuzzjoni ta’ kuljum tal-Ġurnal Offiċjali, kotba, kif ukoll perjodiċi oħra u pubblikazzjonijiet” lil Entreprises des Postes et Télécommunications Luxembourg, fit-tieni lok, sabiex jiġi ordnat li l-kuntatt imsemmi f’din is-sejħa għal offerti ma jiġix iffirmat, u fit-tielet lok, sa fejn l-imsemmi kuntratt diġà ġie konkluż, tiġi sospiża l-eżekuzzjoni tiegħu sa meta l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi dwar il-mertu tar-rikors.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provvizorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/26


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2009 — Cañas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-508/09)

2010/C 80/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Guillermo Cañas (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentant: F. Laboulfie, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Ottubru 2009 fil-Każ COMP/39471, Guillermo Cañas vs WADA, ATP u ICAS

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent, plejer Arġentin tat-tennis professjonali, jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2009, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet minħabba nuqqas ta’ interess Komunitarju suffiċjenti l-ilment tar-rikorrent kontra l-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping (WADA), l-ATP Tour Inc. (ATP) u l-Kunsill Internazzjonali ta’ Arbitraġġ għall-Isport (ICAS), dwar il-ksur allegat tal-Artikolu 81 u/jew tal-Artikolu 82 tat-Trattat KE fir-rigward ta’ ftehim jew prattiki miftiehma u abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa ta’ dawn l-awtoritajiet sportivi.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li r-regoli tal-Kodiċi Dinji Kontra d-Doping żviluppati, applikati u vvalidati mill-WADA, l-ATP u l-ICAS huma diskriminatorji peress li jippermettu li jiġu ppenalizzati, b’mod differenti, skont il-klassifikazzjoni tas-sustanza misjuba fil-fluwidi tal-ġisem, żewġ atleti li nstab li huma pożittivi minħabba negliġenza li jkunu kkommettew l-istess żball. Preċiżament, ir-rikorrent isostni li dawn ir-regoli kontra d-doping jippenalizzaw b’sospensjoni minima ta’ sena d-doping minħabba negliġenza b’sustanza msejħa pprojbita, filwaqt li l-penali minima għal doping minħabba negliġenza b’sustanza msejħa speċifika (illum speċifikata) hija t-twissija.

Skont ir-rikorrent, ir-regoli kontra d-doping inkwistjoni huma eċċessivi peress li s-sistema ta’ penali li hija tistabbilixxi ma tippermettiex li jittieħed inkunsiderazzjoni l-effett, f’dan il-każ, noċiv, ta’ sustanza assorbita aċċidentalment. Ir-regoli kontra d-doping kif ukoll l-applikazzjoni tagħhom huma sproporzjonati meta mqabbla mal-gravità (relattiva) tal-iżball li huma akkużati bih.

Il-WADA, l-ATP u l-ICAS, li huma tliet impriżi fis-sens Komunitarju, ikkonkludew ftehim jew adottaw prattiki miftiehma li illegalment jillimitaw il-kompetizzjoni bejn il-plejers tat-tennis professjonali u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Ir-regoli kontra d-doping inkwistjoni japplikaw għall-atleti kollha ta’ kull dixxiplina sportiva tal-anqas dawk Olimpiċi u mhux biss għar-rikorrent, li hija r-raġuni għaliex il-projbizzjoni tagħhom għandha interess Komunitarju kunsiderevoli.

Barra minn hekk, il-WADA, l-ATP u l-ICAS, indipendentement waħda mill-oħra u/jew kollettivament, abbużaw mill-pożizzjoni dominanti tagħhom, l-ewwel permezz ta’ diskriminazzjoni reali u potenzjali bejn sportivi professjonali kompetituri u sussegwentement għaliex ir-regoli kontra d-doping jippermettu lil ATP tirrifjuta li tikkonkludi kuntratti ma’ plejer tat-tennis, li nstab li huwa pożittiv minħabba negliġenza għal sustanza pprojbita matul perijodu minimu ta’ sena.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/26


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2009 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-509/09)

2010/C 80/47

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, A. Trindade Mimoso u A. Miranda Boavida, bħala aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-14 ta’ Ottubru 2009, ikkomunikata lill-Gvern Portugiż permezz tal-ittra Nru 11656, li tiċħad ir-rimbors tas-somom preċedentement mogħtija għax-xiri ta’ żewġ bastimenti, għas-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ sajd u li jammontaw għal EUR 11 025 000.

tordna lill-konvenuta tagħti deċiżjoni favorevoli għat-talbiet ta’ rimbors ippreżentati mill-Gvern Portugiż fil-kuntest tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2002/978/KE, tal-10 ta’ Diċembru 2002.

tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

(a)

Żball fuq kwistjoni ta’ liġi, ladarba l-Istat Portugiż osserva kompletament ir-regoli kollha relatati mal-kuntratti pubbliċi;

(b)

Żball fuq kwistjoni ta’ fatt;

(ċ)

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni: id-deċiżjoni dwar ir-rikors ma tipprovdi ebda motivazzjoni, limitata kemm hi limitata, li tissustanzja d-deċiżjoni mogħtija. Sabiex tikkontesta u jkollha inċidenza profonda fuq pożizzjonijiet ġuridiċi deċiżament stabbiliti ta’ Stat Membru, fejn b’hekk jiġi kkawżat dannu serju fuq dan tal-aħħar, deċiżjoni bħal din għandha tippreżenta, iktar minn kull deċiżjoni oħra, motivazzjoni qawwija u konvinċenti, liema fatt, fi kwalunkwe każ, ma seħħx.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/27


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Niki Luftfahrt vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-511/09)

2010/C 80/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Niki Luftfahrt GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Asenbauer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-28 ta’ Awwissu 2009, “Għajnuna mill-Istat C 6/2009 (ex N 663/2008) — L-Awstrija — Austrian Airlines — Pjan ta’ ristrutturar” skont l-Artikolu 264(1) TFUE (li qabel kien l-Artikolu 231(1) KE)

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri tar-rikorrenti skont l-l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K (2009) 6686 finali, tat-28 ta’ Awwissu 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-bejgħ tas-sehem tal-Istat tal-Awstrija fil-grupp Austrian Airlines lil Deutsche Lufthansa AG (C 6/2009 [N 663/2008]). F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ssostni li l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika tal-Awstrija lil Austrian Airlines hija kompatibbli mas-suq komuni, jekk tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, u sa fejn tiġi implementata b’mod sħiħ mal-pjan ta’ ristrutturar innotifikat lill-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti, li tmexxi kumpannija tal-ajru privata u li ppreżentat ilment quddiem il-Kummissjoni kontra l-għajnuna għal ristrutturar inkwistjoni, tallega, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 87(1) u (3)(ċ) u l-Artikolu 88(2) KE, u l-Linji gwida Komunitarji dwar għajnuna tal-stat biex jiġu salvati u ristrutturati ditti f’diffikultà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 322). F’dan ir-rigward, hija tallega b’mod partikolari li l-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni:

li l-benefiċjarja tal-għajnuna tal-Istat ikkontestata mhijiex Austrian Airlines, iżda Lufthansa, li iżda mhijiex kumpannija f’diffikultà, u konsegwentement, mhijiex kumpannija li hija eliġibbli għall-għajnuna;

la Austrian Airlines u lanqas Lufthansa ma kkontribwixxew b’mod xieraq għar-ristrutturar ta’ Austrian Airlines,

il-miżuri ta’ ristrutturar innotifikati mhumiex konformi mal-Linji gwida msemmija iktar ’il fuq;

il-miżuri kumpensatorji offerti mir-Repubblika tal-Awstrija mhumiex suffiċjenti sabiex jikkumpensaw, bl-aħjar mod possibbli, l-effetti negattivi tal-għajununa fuq il-kompetizzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni mhijiex separabbli mill-kundizzjonijiet li jmorru kontra r-regoli Komunitarji dwar il-libertà tal-istabbiliment, u għalhekk, kontra l-Artikolu 43 KE.

Barra minn hekk, qiegħed jiġi allegat ksur tal-Artikolu 253 KE, peress li l-Kummissjoni ma mmotivatx b’mod suffiċjenti d-deċiżjoni kkontestata:

billi ma analiżżatx is-sitwazzjoni tas-suq ikkonċernata, b’mod partikolari, il-pożizzjoni li għandhom il-kumpanniji benefiċjarji u l-kompetituri f’dan is-suq, u

billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-passat, Austrian Airlines kisbet diversi għajnuna mill-Istat bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.

Fl-aħħar nett, qiegħed jiġi allegat li l-Kummissjoni abbużat is-setgħa diskrezzjonali tagħha.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/28


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Rusal Armenal vs Il-Kunsill

(Kawża T-512/09)

2010/C 80/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rusal Armenal ZAO (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti qed titlob l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, p. 19) (iktar ’il quddiem ir-“regolament ikkontestat”), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti.

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tressaq ħames motivi għal annulament, fosthom waħda bbażata fuq eċċezzjoni ta’ illegalità inċidentali.

Abbażi tal-ewwel motiv għal annullament tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni u l-Kunsill kisru l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament Bażiku (1) u l-Artikoli 2.1 u 2.2 tal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-artikolu vi tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ 1994 (iktar ’il-quddiem il-“Ftehim antidumping” jew “FAD”), billi stabbilixxew valur normali fir-rigward tar-rikorrenti abbażi ta’ data mingħand pajjiż terz analogu u, konsegwentement, waslu għal konklużjonijiet żbaljati li kien hemm dumping u kumulazzjoni, dannu u rabta kawżali fir-rigward ta’ importazzjonijiet mill-Armenja. Skont ir-rikorrenti, il-Kunsill u l-Kummissjoni kellhom jistabbilixxi l-valur normali fir-rigward tagħha abbażi tad-data Armena tagħha u mhux skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li, għal-finijiet tal-istħarriġ tal-mertu tal-ewwel motiv għal annullament, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddikjara, b’mod inċidentali skont l-Artikolu 277 TFUE (li kien l-Artikolu 241 KE), l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku fir-rigward tar-rikorrenti, inkwantu dan intuża bħala bażi legali għall-metodu tal-pajjiż terz analogu li min-naħa tiegħu ntuża fir-regolament ikkontestat sabiex jiġi stabbilit il-valur normali tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti tinvoka din l-eċċezzjoni ta’ illegalità inċidentali peress li ssostni li hija għandha tibbenefika minn stħarriġ ġudizzjarju tal-applikazzjoni, fil-konfront tagħha, tal-Artikolu 2(7) u peress li ssostni li ġiet affettwata mill-konstatazzjonijiet, li jinsabu fir-regolament ikkontestat, ta’ valur normali li għandhom bħala bażi legali l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku. Skont ir-rikorrenti, dan l-artikolu għandu jiġi ddikjarat inapplikabbli abbażi tal-fatt li l-applikazzjoni tiegħu fil-konfront tar-rikorrenti tikser l-Artikoli 2.1 u 2.2 tal-Ftehim antidumping, li l-UE implementat bħala obbligi multilaterali fid-dritt tal-UE, li jifformaw parti mit-trattati li fuqhom hija bbażata l-UE u li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja huma vinkolanti fir-rigward tal-Kunsill u l-Kummissjoni.

Abbażi tat-tieni motiv għal annullament tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk jiġi meqjus li l-aġir tal-istituzzjonijiet ma kisirx l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament Bażiku u l-Ftehim antidumping, xorta jibqa’ l-fatt li dawn kisru l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku u inġustament ċaħħdu lir-rikorrenti mit-trattament ta’ ekonomija tas-suq (iktar ’il quddiem it-“TES”) u wettqu sensiela ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-fatti fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7)(ċ).

Abbażi tat-tielet motiv għal annullament tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 3(4) tar-Regolament Bażiku u wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni billi, matul il-perijodu tal-investigazzjoni, naqsu milli jiddekumulaw l-Armenja minn allegati importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta’ dumping u, f’dan il-kuntest, billi naqsu milli jieħdu inkunsiderazzjoni l-bidla fundamentali li seħħet fil-produzzjoni Armena matul il-perijodu ta’ bejn l-2004 u l-2006 u l-problemi ta’ kwalità tal-prodotti Armeni li tfaċċaw matul l-avvjament mill-ġdid u l-aġġustament tal-operazzjonijiet ta’ mmanifatturar fl-2007.

Abbażi tar-raba’ motiv għal annullament tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, permezz tal-kunsiderazzjonijiet u tal-motivazzjoni li użat sabiex tirrifjuta l-offerta ta’ garanzija fuq il-prezz magħmula mir-rikorrenti u fl-istess ħin taċċetta l-offerta ta’ garanzija fuq il-prezz ta’ produttur Brażiljan li jesporta f’ċirkustanzi simili, wettqet ksur tal-prinċipju legali fundamentali ta’ trattament ugwali/nondiskriminazzjoni u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

Abbażi tal-ħames motiv għal annullament, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju fundamentali tad-dritt tal-UE ta’ amministrazzjoni tajba, u għalhekk kisret rekwiżit proċedurali sostanzjali, billi rreferiet pubblikament u direttament għar-rikorrenti, għall-investigazzjoni antidumping inkwistjoni li kienet għaddejja u billi allegatament għamlet pressjoni fuq l-istituzzjonijiet responsabbli mill-investigazzjoni antidumping sabiex dawn jimponu dazji antidumping fuq l-esportazzjonijiet tar-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11, Vol 10, p. 45)


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2009 — Ecoceane vs EMSA

(Kawża T-518/09)

2010/C 80/50

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ecoceane (Parigi, Franza) (rappreżentant: S. Spalter, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ta’ Ecoceane ammissibbli

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-28 ta’ Ottubru 2009 tal-EMSA li tiċħad l-offerta ta’ Ecoceane;

tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti mill-EMSA tal-kuntratt (2009/S 42-060271) u l-iffirmar tiegħu;

tikkundanna lill-EMSA tħallas lil Ecoceane, ir-rikorrenti, is-somma ta’ EUR 224 744 bħala danni;

tikkundanna lill-EMSA tħallas lil Ecoceane, ir-rikorrenti, is-somma ta’ EUR 25 000 bħala spejjeż ta’ proċeduri li ma jistgħux jiġu irkuprati;

tikkundanna lill-EMSA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009, li permezz tagħha l-EMSA ċaħdet l-offerta tagħha fit-tmiem ta’ sejħa għal offerti għall-għoti ta’ kuntratt ta’ servizzi pubbliċi ta’ intervent minn bastimenti ta’ sostenn fil-ġlieda kontra t-tniġġiż biż-żejt u d-deċiżjoni tal-EMSA tal-għoti tal-kuntratt u l-iffirmar tiegħu. Ir-rikorrenti titlob, ukoll, il-kumpens tad-dannu kkawżat mid-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrenti tqajjem erba’ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

L-ewwel nett, hija ssostni li l-EMSA, billi ma kkomunikatx l-informazzjoni mitluba mir-rikorrenti, jiġifieri l-minuti tal-analiżi tal-offerti li fihom l-informazzjoni dwar l-iżvolġiment tal-proċedura, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tagħha, il-valutazzjoni tal-offerti bl-applikazzjoni ta’ perċentwali tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, kif ukoll il-karatteristiċi u l-vantaġġi tal-offerta tal-kuntrattur magħżul, kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju Nru 1605/2002/KE (1) u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 149(3) tar-Regolament Nru 2342/2002/KE (2), minħabba n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ċaħda li tikkonforma ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-kriterji addizzjonali imposti mill-EMSA fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, fid-dawl tal-eżami u tal-evalwazzjonijiet tal-offerti, ma kinux ta’ natura oġġettiva u ġustifikabbli fir-rigward tas-suġġett tal-kuntratt; konsegwentement, l-għażla ta’ kriterji addizzjonali li jikkorrispondu għal teknoloġija identifikata minn qabel ma tippermettix li jiġi żgurat l-aċċess ugwali għall-kandidati li jippreżentaw teknika innovattiva u tikkostitwixxi ksur tal-prinċipji Komunitarji ta’ ugwaljanza, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza, previsti fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament Finanzjarju Nru 1605/2002/KE.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza fit-trattament tal-kandidati, billi rrifjutat li żżur il-bastiment kontra t-tniġġiż ippereżentat minn Ecoceane, kuntrarjament għal dak li kien twettaq għall-kandidati l-oħra. Barra minn hekk, il-konvenuta kisret ukoll dawn il-prinċipji minħabba n-nuqqas tagħha li tippermetti lil Ecoceane tinstema’ minn Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti, kompost minn mill-inqas tliet membri li jibqgħu preżenti matul il-laqgħa kollha, skont l-Artikolu 146 tar-Regolament Nru 2342/2002/KE.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-EMSA wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4 p. 74)

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4 p. 145)


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/30


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2009 — TF1 et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-520/09)

2010/C 80/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Télévision française 1 (TF1) (Boulogne Billancourt, Franza), Métropole télévision (M6) (Neuilly-sur-Seine, Franza), Canal + SA (Issy-Les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Hordies u C. Smits, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2009 fil-Każ Għajnuna mill-Istat C(2009) 6693 (ex N 34/A/09 & N 34/B/09) — Sussidju baġitarju favur France Télévisions (2010-2012) sa fejn hija ddeċidiet li tikkunsidra s-sussidju baġitarju nnotifikat ta’ ammont ta’ EUR 450 miljun għall-2009, favur France Télévisions, bħala kompatibbli mat-Trattat KE, skont l-Artikolu 86(2) tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tal-għajnuna, prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2009)6693 finali, tal-1 ta’ Settembru 2009, mogħtija mill-Kummissjoni, fi tmiem il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(3) KE (li sar l-Artikolu 108 TFUE), li biha l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat sussidju baġitarju, ta’ ammont massimu ta’ EUR 450 miljun għall-2009 favur France Télévisions, kompatibbli mas-suq komuni. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jitolbu l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE.

Insostenn tat-talba tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li kienu jeżistu diffikultajiet serji li fil-preżenza tagħhom il-Kummissjoni kienet obbligata tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni prevista fl-Artikolu 88(2) tal-KE (li issa sar l-Artikolu 108(2) TFUE) u tistieden lill-partijiet interessati biex jissottomettulha l-kummenti tagħhom.

Ir-rikorrenti jsostnu li hemm evidenza ta’ diffikultajiet serji li jirriżultaw, minn naħa, miċ-ċirkustanzi tal-proċedura ta’ eżami preliminari u, min-naħa l-oħra, mill-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata.

It-tul eċċessiv tal-proċedura ta’ eżami preliminari, l-iżvolġiment tal-proċedura u l-ammont tas-susissdju kkontestat huma tali li juru li ma hemmx evidenza ta’ diffikultajiet serji fir-rigward taċ-ċirkustanzi tal-proċedura ta’ eżami preliminari.

Il-fatt li hemm evidenza ta’ diffikultajiet serji fir-rigward tal-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata huwa bbażat fuq żewġ elementi. Huwa jirriżulta minn naħa, mil-livell ta’ informazzjoni insuffiċjenti, jew saħansitra informazzjoni mhux eżatta, li l-Kummissjoni kellha fil-mument tad-deċiżjoni kkontestata u min-naħa l-oħra, mill-impossibbiltà għall-Kummissjoni li tikkonkludi li l-għajnuna hija kompatibbli mingħajr analiżi dettaljata, fid-dawl tar-riskji strutturali ta’ kumpens żejjed f’dan il-każ.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/31


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2009 — MIP Metro vs UASI — Metronia (METRONIA)

(Kawża T-525/09)

2010/C 80/52

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Metronia, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tat-8 ta’ Ottubru 2009, fil-Każ R 1315/2006-1, sa fejn l-appell ġie miċħud fuq il-bażi li mhuwiex konformi mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009); u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “METRONIA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 20, 28 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Ġermaniża rreġistrata “METRO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 20, 28 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ, oppożizzjoni miċħuda u għalhekk, awtorizzazzjoni tal-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja fir-rigward tal-prodotti u servizzi kollha

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/31


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2009 — PAKI Logistics vs UASI (PAKI)

(Kawża T-526/09)

2010/C 80/53

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PAKI Logistics GmbH (Ennepetal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Bergermann, P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt u J. Vogtmeier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-23 ta’ Ottubru 2009, fil-Każ R-180/2007-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PAKI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 20, 37 u 39 (Applikazzjoni Nru 4 790 895)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-istess regolament, għaliex it-trade mark li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha ma tiksirx prinċipji ta’ ordni pubbliku


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/32


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2009 — In ‘t Veld vs Il-Kunsill

(Kawża T-529/09)

2010/C 80/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sophie in ‘t Veld (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer u J. Blockx, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li tiċħad l-aċċess sħiħ għad-dokument 11897/09;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż ta’ kull intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Settembru 2009 li tiċħad it-talba tagħha, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), li tingħata aċċess sħiħ għad-dokument 11897/09 li huwa opinjoni tad-Dipartiment Legali tal-Kunsill dwar il-bażi legali tar-“Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill sabiex jawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika bil-għan li jintlaħaq ftehim internazzjonali sabiex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data dwar messaġġi finanzjarji fil-kuntest tal-prevenzjoni tat-terroriżmu u tal-finanzjament tat-terroriżmu u kif ukoll tal-ġlieda kontra tagħhom”. Il-Kunsill ipprovda lir-rikorrenti verżjoni rriveduta tad-dokument 11897/09 li, skont ir-rikorrenti, teskludi l-partijiet li jippermettulha tagħraf is-sustanza tal-analiżi tad-Dipartiment Legali.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li din tikser ir-regoli ta’ aċċess għad-dokumenti li jinsabu fir-Regolament Nru 1049/2001.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata b’mod żbaljat fuq it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 (ħarsien tar-relazzjonijiet internazzjonali) peress li l-Kunsill naqas milli juri kif l-iżvelar sħiħ tad-dokument 11897/09 jdgħajjef il-ħarsien tal-interess pubbliku fir-rigward tal-ħarsien tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tafferma li d-deċiżjoni kkontestata hija wkoll ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (ħarsien tal-pariri legali) inkwantu din l-eċċezzjoni ma tapplikax għad-dokument 11897/09 peress li l-iżvelar sħiħ tiegħu ma jdgħajjifx il-ħarsien ta’ proċeduri ġudizzjarji jew pariri legali u peress li hemm interess pubbliku ikbar sabiex id-dokument 11897/09 ikun kompletament disponibbli għall-pubbliku.

Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali kellha tqis li dawn l-eċċezzjonijiet hawn fuq imsemmija japplikaw għad-dokument 11897/09, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill applika b’mod żbaljat l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 sa fejn dan żamm mid-dokument 11897/09 iktar informazzjoni milli kien strettament meħtieġ.

Fl-aħħar lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill naqas mill-obbligu ta’ motivazzjoni tiegħu fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/33


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni vs Earthscan

(Kawża T-5/10)

2010/C 80/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët, S. Petrova, aġenti, assistiti minn P. Hermant u G. van de Walle de Ghelcke, avukati)

Konvenuta: Earthscan Ltd (Kent, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenuta għar-restituzzjoni lill-Kummissjoni tas-somma ta’ EUR 44 903,22, li tikkorrispondi għas-somma prinċipali ta’ EUR 45 835,44, li minnhom EUR 6 486,09 kienu diġa mħallsa, kif ukoll l-interessi ta’ EUR 5 556,87 sat-30 ta’ Settembru 2009;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas EUR 3.84 għal kull ġurnata bħala interessi mill-1 ta’ Ottubru 2009 ’l quddiem sakemm jitħallas id-dejn kollu kemm hu;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors preżenti, ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ, ir-rikorrenti titlob li l-konvenuta tiġi kkundannata għar-restituzzjoni parzjali tal-ammont imħallas bil-quddiem mir-rikorrenti, flimkien mal-interessi moratorji, li jirriżultaw min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-Kuntratt Nru 4.1030/Z/01-035/2001, konkluż bejn ir-rikorrenti u disa’ kuntratturi, inkluża l-konvenuta, għall-iżvilupp, il-publikazzjoni u d-diffużjoni ta’ gwida dwar l-enerġija rinnovabbli (proġett “Guide for Renewable Energy installations to promote biomass, photovoltaics, and solar thermal in the EU”) fil-qafas tal-programm ALTENER (1).

Ir-rikorrenti tqajjem motiv wieħed biss.

Peress li l-konvenuta ma wettqitx il-fażijiet 6 u 7 tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt (id-disinn, l-issettjar tat-tipa, l-istampar u d-diffużjoni), ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, peress li naqset milli tirrimborsa s-sehem tagħha ta’ qabel il-finanzjament li kien tħallas indebitament bl-applikazzjoni tal-kuntratt. Għalhekk hija ssostni li l-konvenuta għandha tiġi kkundannata għar-restituzzjoni tas-somma mħallsa indebitament, flimkien mal-interessi moratorji kif ikkalkolat fil-kuntratt.


(1)  Deċiżjoni 646/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2000, li tadotta programm multiannwali għall-promozzjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinovabbli fil-Komunità (Altener) (1998-2002), ĠU L 79, p. 1


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/33


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2010 — Diagnostiko kai therapeftiko kentro Athinon “Ygeia” vs UASI

(Kawża T-7/10)

2010/C 80/56

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Diagnostiko kai therapeftiko kentro Athinon “Ygeia AE” (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: K. Alexiou u S. Foteas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ r-rikors

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ Nru R 190/2009-2,

tirreġistra s-sinjal verbali “ygeia” bħala trade mark Komunitarja li tindika r-rabta bejn il-kumpannija rikorrenti u s-servizzi li tipprovdi,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark Komunitarju “ygeia” għas-servizzi fil-klassi 44, servizzi mediċi — Applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni Nru 7129001.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Id-deċiżjoni tal-eżaminatur ikkonfermata; l-applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: Ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Każ Nru R 190/2009-2.

Permezz tal-ewwel motiv għal annullament, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata, inġustament, tattribwixxi lis-sinjal karattru purament deskrittiv, meta dan għandu funzjoni distintiva in abstracto.

Permezz tat-tieni motiv għal annullament, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata, inġustament, ċaħdet il-kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu. Skont ir-rikorrenti, anki jekk jitqies li l-karattru deskrittiv in abstracto tas-sinjal verbali jiġi aċċettat, jibqa’ xorta l-fatt li jeżisti użu li jippermetti li tiġi kkonstatata l-kisba ta’ funzjoni distintiva u li jelimina l-motiv ibbażat fuq l-inammissibbiltà tal-applikazzjoin ta’ reġistrazzjoni.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/34


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-9/10)

2010/C 80/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-OPOCE li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata b’risposta għas-sejħa għal offerti AO 10224 għall-“Provvista ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi” (1), Lott 2, ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Ottubru 2009 u d-deċiżjonijiet ulterjuri relatati kollha tal-OPOCE inkluża dik li l-kuntratti rispettivi jingħataw lill-kuntratturi li l-offerta tagħhom irnexxiet;

tannulla d-deċiżjoni tal-OPOCE li tagħti l-kuntratti lil Siveco/Intrasoft u lil Engineering/Intrasofitn fil-kuntest tal-imsemmija sejħa għal offerti Lott 3, ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Ottubru 2009 fil-każ li kumpannija hija direttament jew indirettament assoċjata maż-żewġ kuntratti qafas;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas id-danni li ġarrbet ir-rikorrenti minħabba l-proċedura tas-sejħa għal offerti inkwistjoni fl-ammont ta’ EUR 260 760;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti u spejjeż oħra inkorsi fir-rigward ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

F’dan ir-rikors, ir-rikorrenti qed titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad l-offerta tagħha, ippreżentata b’risposta għas-sejħa għal offerti għal servizzi ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi (AO 10224) (Lott 2) u li tagħti l-kuntratt lill-kuntratturi li l-offerta tagħhom irnexxiet (Lott 2 u 3). Ir-rikorrenti titlob ukoll għal kumpens għad-dannu allegat minħabba l-proċedura ta’ sejħa għal offerti.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti targumenta li l-konvenuta wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u li hija rrifjutat li tipprovdi ġustifikazzjoni jew spjegazzjoni sufficjenti lir-rikorrenti bi ksur tar-Regolament Finanzjarju (2) u r-regoli tal-implementazzjoni tiegħu kif ukoll bi ksur tad-Direttiva 2004/18/KE (3) u tal-Artikolu 253 KE.

It-tieni nett, hija ssostni li l-konvenuta wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u naqset milli tagħti motivazzjoni fir-rigward tal-offerta tar-rikorrenti peress li l-kunsiderazzjonijiet negattivi mogħtija mill-kumitat tal-evalwazzjoni kienu vagi, bla bażi, żbaljati u infondati.


(1)  ĠU 2009/S 109-156511

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25[2002] tal-25 ta’ Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74–121)

(3)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132–262)


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/35


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2010 — Goutier vs UASI — Rauch (ARANTAX)

(Kawża T-13/10)

2010/C 80/58

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Goutier (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. E. Happe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norbert Rauch (Herzogenaurach, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Novembru 2009, (fil-Każ R 1769/2008-4), sa fejn tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni, billi tannulla d-deċiżjoni kkontestata, għall-prodotti segwenti:

Klassi 35 — Servizzi ta’ konsulent tat-taxxa, redazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxa, kontabbiltà, servizzi ta’ espert tal-kontabbiltà, pariri professjonali, pariri ta’ kumpanniji;

Klassi 36 — Redazzjoni ta’ stimi u evalwazzjonijiet tat-taxxa, mergers u akkwisti, b’mod partikolari, pariri finanzjarji waqt ix-xiri jew il-bejgħ ta’ impriżi kif ukoll l-akkwist ta’ ishma f’impriżi;

Klassi 43 — Servizzi legali, riċerka legali;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Klaus Goutier

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ARANTAX” għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42 (Applikazzjoni Nru 4 823 084)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Norbert Rauch

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Ġermaniża “atarax” Nru 30 168 707 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata u l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU, L 78, p. 1).


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/35


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2010 — CheckMobile vs UASI (carcheck)

(Kawża T-14/10)

2010/C 80/59

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CheckMobile GmbH — The Process Solution Company (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Lodigkeit, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-18 ta’ Novembru 2009 (Każ R 595/2009-4), sa fejn tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark “carcheck” taħt l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “carcheck” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38, 41, 42 u 45 (Applikazzjoni Nru 7 368 681)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tal-eżaminatur annullata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (1), peress li l-Bord tal-Appell interpreta b’mod eċċessivament wiesa’ r-raġuni assoluta għal rifjut marbuta mal-karattru esklużivament deskrittiv tas-sinjali li jikkostitwixxu trade mark.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146).


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2010 — Steinberg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/10)

2010/C 80/60

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gerald Steinberg (Ġerusalem, l-Iżrael) (rappreżentant: T. Asserson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiżvela fi żmien ħmistax-il jum id-dokumenti kollha speċifikati fir-rikors;

tiddeċiedi min għandu jħallas l-ispejjeż;

tordna kull miżura oħra li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent irid jikseb l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2009, innotifikata lilu fit-22 ta’ Novembru 2009, li ċaħdet parzjalment it-talba tiegħu, skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1), għall-aċċess għad-dokumenti relatati ma’ deċiżjonijiet ta’ finanzjament ta’ għotjiet lil organizzazzjonijiet mhux governattivi Iżraeljani u Palestinjani għall-aħħar tliet snin bħala parti mill-programmi ta’ “Sħubija għall-Paċi” (PfP) u tal-i“Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem” (EIDHR).

Ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi insostenn tar-rikors tiegħu.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti isostni li, meta l-Kummissjoni ma tatux aċċess għad-dokumenti mitluba, hija aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1049/2001.

It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni, meta rrifjutat l-aċċess sħiħ għad-dokumenti mitluba, aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn it-talba tiegħu ma taqax taħt waħda mill-eċċezzjonijiet previsti f’dan l-artikolu. Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li, anki jekk l-eċċezzjonijiet kienu applikabbli għat-talba tiegħu, quod non, id-dritt għall-aċċess għad-dokumenti mitluba mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jitqies li jikkostitwixxi “interess pubbliku akbar li jiġġustifika l-iżvelar.”

It-tielet nett, ir-rikorrent isostni li peress li l-Kummissjoni ħadet kważi sitt xhur sabiex tirrispondi għall-applikazzjoni konfermatorja tiegħu minkejja l-fatt li r-Regolament Nru 1049/2001 jirrikjedi risposta konfermattiva fi żmien 15-il jum utli mir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, hija aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1049/2001.

Ir-raba’ nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni naqset milli twettaq eżami tat-talba “mill-ewwel” u għaldaqstant aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/37


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2010 — Arkema France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-23/10)

2010/C 80/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arkema France (Colombes, Franza) (rappreżentanti: J. Joshua, Barrister, E. Aliende Rodríguez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682, tal-11 ta’ Novembru 2009, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti u, fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikolu 1(1) sa fejn dan jikkonstata li r-rikorrenti pparteċipat fi ksur fl-istabbilizzaturi tal-istann bejn is-16 ta’ Marzu 1994 u l-31 ta’ Marzu 1996;

tħassar il-multi imposti fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2;

fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tħassarx il-multi fl-intier tagħhom, tnaqqashom sostanzjalment skont il-kompetenza sħiħa tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors qed jintalab l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Novembru 2009, fil-Każ COMP/38.589 — Stabbilizzaturi tas-sħana, li tikkonstata li r-rikorrenti pparteċipat f’żewġ okkażjonijiet separati ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE (li sar l-Artikolu 101 TFUE), ksur fl-istabbilizzatturi tal-istann u ksur ieħor fl-ESBO, u li timponi multa fir-rigward ta’ kull prodott.

Ir-rikorrenti tissottometti s-segwenti motivi insostenn tar-rikors tagħha:

 

Fl-ewwel lok, hija tissottometti li, b’applikazzjoni korretta tal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), il-kawża ta’ Akzo (2) ma ssospendietx id-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni u s-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi kienet suġġetta għall-preskrizzjoni fir-rigward taż-żewġ okkażjonijiet ta’ ksur taħt ir-regola ta’ “limitazzjoni doppja” tal-għaxar snin. Ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li ż-żmien li matulu kienu qed jinstemgħu l-proċeduri ta’ Akzo quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza kellu l-effett li jissospendi d-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni u li l-Kummissjoni żbaljat meta kkonkludiet li, fil-każ ineżami, it-terminu ta’ għaxar snin previst fl-Artikolu 25(5) tal-imsemmi regolament seta’ jiġi estiż.

 

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni ma weriet ebda interess leġittimu sabiex tikkonstata b’mod dikjarattiv okkażjonijiet ta’ ksur li fir-rigward tagħhom hija ma kellhiex is-setgħa li timponi multi. Fil-fatt, ir-rikorrenti tissottometti li l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jippermetti lill-Kummissjoni tikkonstata b’mod dikjarattiv li jkun twettaq ksur meta ma timponix multa, sakemm jintwera li l-Kummissjoni għandha interess leġittimu sabiex tagħmel dan.

 

Fit-tielet lok, u b’mod indipendenti mill-ewwel żewġ motivi, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tannulla l-konstatazzjoni dikjarattiva li tinsab fl-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata li skontha hija pparteċipat fi ksur fl-istabbilizzaturi tal-istann matul il-perijodu ta’ bejn is-16 ta’ Marzu 1994 u l-31 ta’ Marzu 1996 u ssostni li l-Kummissjoni ma weriet ebda interess leġittimu sabiex tagħmel din il-konstatazzjoni.

 

Fir-raba’ lok, u fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tannullax il-multi fl-intier tagħhom, ir-rikorrenti tissottometti li l-Kummissjoni ma pprovatx tul ta’ ksur lil hinn mit-23 ta’ Frar 1999 u li għalhekk il-multa imposta għat-tieni perijodu ta’ akkordju għandha titnaqqas sabiex tirrifletti tul ta’ ksur iqsar.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Settembru 2007, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni, fil-Kawżi Magħquda T-125/03 u T-253/03, Ġabra p. II-03523


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/37


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2010 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC PAYMENT)

(Kawża T-28/10)

2010/C 80/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-11 ta’ Novembru 2009 mit-Tieni Bord tal-Appell fil-Każ R 635/2009-2 sa fejn tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Nru 7 077 654 fir-rigward tal-prodotti u servizzi li huma s-suġġett tar-rikors preżenti;

taċċetta l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “EURO AUTOMATIC PAYMENT” Nru 7 077 654 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-prodotti u servizzi kollha miċħuda fil-klassijiet 9 u 36;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż tar-rikorrenti inkorsi matul il-proċedimenti quddiem l-UASI u fil-kuntest tar-rikors preżenti, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EURO AUTOMATIC PAYMENT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38, 42 u 45 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 077 654)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni mhijiex deskrittiva, iżda distintiva fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom ġiet miċħuda r-reġistrazzjoni


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/38


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2010 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-29/10)

2010/C 80/63

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u Y. de Vries, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2009 fil-Każ Nru C 10/2009 (ex. N 138/2009) — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Għajnuna għall-grupp ING N.V., u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li ċerti miżuri li l-Istat Olandiż adotta fir-rigward tal-grupp ING N.V. jammontaw għal għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, u hija ddikjarat din l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Wara d-deċiżjoni, il-modifika tal-kundizzjonijiet tar-rimbors ta’ EUR 5 biljun tal-injezzjoni ta’ kapital tammonta għal għajnuna addizzjonali.

Ir-rikors huwa dirett kontra l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni li b’mod partikolari huwa bbażat fuq il-konstatazzjoni li l-modifika tal-kundizzjonijiet tar-rimbors fir-rigward ta’ EUR 5 biljun tal-injezzjoni ta’ kapital tammonta għal għajnuna mill-Istat.

Ir-rikorrent fl-ewwel lok isostni li d-deċiżjoni hija inkompatibbli mal-Artikolu 107 TFUE sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet hemmhekk li l-adattament tal-kundizzjonijiet tar-rimbors tal-parteċipazzjoni fil-kapital ta’ bażi ta’ ING jammonta għal għajnuna mill-Istat addizzjonali ta’ ammont ta’ EUR 2 biljun favur ING. Skont ir-rikorrent, il-Kummissjoni żbaljat meta kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat l-adattament tal-kundizzjonijiet tar-rimbors, u dan għar-raġunijiet segwenti:

Sa fejn din tista’ tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, din tikkonsisti, skont id-deċiżjoni, fil-parteċipazzjoni sħiħa fil-kapital ta’ bażi ta’ ING; modifika tal-kundizzjonijiet tar-rimbors ta’ din l-għajnuna ma tistax tammonta għal għajnuna flimkien ma’ din il-parteċipazzjoni.

Il-Kummissjoni kellha tinkludi l-adattament tal-kundizzjonijiet tar-rimbors fl-evalwazzjoni tagħha tal-parteċipazzjoni fil-kapital ta’ bażi minflok tevalwah separatament.

Peress li hija analizzat separatament l-adattament tal-kundizzjonijiet tar-rimbors fid-dawl tar-regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet numru ta’ żbalji fl-evalwazzjoni tagħha.

Il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-fatt li l-adattament tal-kundizzjonijiet tar-rimbors kellhu b’mod partikolari bħala għan li jrendi dawn il-kundizzjonijiet iktar konformi mal-kundizzjonijiet ta’ rimbors fis-seħħ fis-suq.

Ir-rikorrent isostni fit-tieni lok li d-deċiżjoni hija inkompatibbli mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba peress li l-Kummissjoni ma ġabritx l-informazzjoni neċessarja dwar il-fatti inkwistjoni.

Ir-rikorrent jikkunsidra fit-tielet lok li d-deċiżjoni hija inkompatibbli mal-prinċipju ta’ motivazzjoni sa fejn il-Kummissjoni ma’ esponitx b’mod suffiċjenti l-motivi għall-kunsiderazzjoni tagħha li l-adattament tal-kundizzjonijiet tar-rimbors jammonta għal għajnuna addizzjonali.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/39


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2010 — Reagens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/10)

2010/C 80/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reagens SpA (San Giorgio di Piano, l-Italja) (rappreżentanti: B. O’Connor, L. Toffoletti, D. Gullo u E. De Giorgi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, (Każ COMP/38.589 — Stabilizzaturi Termiċi), fir-rigward tal-Istabilizzaturi tal-Landa, fl-intier tagħha jew sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti;

tiddikjara li japplikaw il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003, b’mod li jipprekludu l-impożizzjoni ta’ multa fuq ir-rikorrenti;

sussidjarjament, tiddikjara li l-Kummissjoni żbaljat meta ffissat multa fuq ir-rikorrenti f’ammont ta’ EUR 10 791 000, u jekk meħtieġ, tvarja dik il-multa għal livell li huwa xieraq fid-dawl tan-natura limitata tal-involviment possibbli tar-rikorrenti fil-ksur tal-Artikolu 101 TFUE wara l-1996;

tagħti bidu għal miżura istruttorja dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 35 tal-Linji Gwida dwar il-multi fir-rigward ta’ Chemson u Baerlocher u fir-rigward tal-osservazzjonijiet kollha ppreżentati mill-persuni milquta mid-deċiżjoni dwar l-istabilizzaturi tal-landa wara n-notifika tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C (2009) 8682 finali, tal-11 Novembru 2009, sa fejn din sabet lir-rikorrenti responsabbli għall-ksur tal-Artikoli 81 KE u 53 ŻEE (Każ COMP/38.589 — Stabilizzaturi Termiċi), u sa fejn din timponi multa fuqha.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti:

 

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti relatati mal-istabilizzaturi tal-landa, sa fejn jingħad li r-rikorrenti pparteċipat fi ksur tal-Artikolu 81 KE (issa Artikolu 101 TFUE) wara l-perijodu 1996/1997.

 

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-applikazzjoni tal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) għall-fatti tas-suq tal-istabilizzaturi tal-landa, u b’mod partikolari, meta sabet li l-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan l-artikolu kienu ġew osservati. Skont ir-rikorrenti, in-nuqqas milli jiġi pprovat ksur wara l-1996/1997 ifisser li deċiżjoni li r-rikorrenti tiġi mmultata hija preskritta abbażi tar-regoli tal-ħames snin jew tal-għaxar snin stabbiliti f’dan l-artikolu.

 

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u tal-aspettativi leġittimi tar-rikorrenti li l-Kummissjoni kienet ser twettaq investigazzjoni bl-aħjar kapaċità tagħha, b’mod rigoruż u diliġenti, u li ma kinitx ser tinjora provi ta’ kompetizzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha, peress li ma eżaminatx b’mod xieraq il-provi ppreżentati mir-rikorrenti b’risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u waqt is-smigħ tal-partijiet, u lanqas ma ppermettiet li r-rikorrenti jerġa’ jkollha aċċess għall-fajl mhux kunfidenzjali għall-investigazzjoni.

 

Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-impriżi kollha quddiem il-liġi, peress li applikat b’mod żbaljat il-Linji Gwida dwar il-multi (2). Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju tal-proporzjonalità peress li l-multa imposta fuq ir-rikorrenti kienet sproporzjonata fir-rigward tal-persuni milquta mid-deċiżjoni dwar l-istabilizzaturi tal-landa u, b’mod partikolari, Baerlocher.

 

Fil-ħames lok, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni aġixxiet b’mod li ħolqot distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq komuni bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE sa fejn applikat b’mod żbaljat il-Linji Gwida dwar il-multi.

 

Finalment, ir-rikorrenti targumenta li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba meta ma wettqitx l-investigazzjoni b’mod diliġenti u f’waqtu, kif ukoll kisret id-dritt tad-difiża tar-rikorrenti meta ma komplietx l-investigazzjoni matul il-perijodu tar-rikorsi (3)“kunfidenzjalità Akzo” quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003 L 1, p. 1) (ĠU 2003 L 1, p. 1)

(2)  Linji Gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006 C 210, p. 2)

(3)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2007, fil-Kawżi magħquda T-125/03 u T-253/03, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2007, p. II-3523


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/40


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2010 — Ella Valley Vineyards vs UASI — Hachette Filipacchi Presse (ELLA VALLEY VINEYARDS)

(Kawża T-32/10)

2010/C 80/65

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ella Valley Vineyards (Adulam) Ltd (Jerusalem, l-Iżrael) (rappreżentant: C. de Haas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hachette Filipacchi Presse SA (Levallois-Perret, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li ħa l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fil-11 ta’ Novembru fl-intier tagħha, inkwantu kisret l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż tal-kumpannija ELLA VALLEY VINEYARDS skont l-Artikoli 87 sa 93 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ELLA VALLEY VINEYARDS” għall-prodotti fil-klassi 33 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 360 914)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Hachette Filipacchi Presse SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Franċiża u t-trade mark verbali Komunitarja “ELLE” għall-prodotti fil-klassi 16 (trade mark Komunitarja Nru 3 475 365)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 sa fejn il-pubbliku kkonċernat ma jagħmilx konnessjoni bejn it-trade marks inkwistjoni, u l-użu tat-trade mark “ELLA VALLEY VINEYARDS” ma jagħtix vantaġġ indebitu tar-reputazzjoni ta’ trade marks “ELLE” preċedenti.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/40


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2010 — ING Groep vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-33/10)

2010/C 80/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ING Groep NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: O. Brouwer, M. Knapen u J. Blockx, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, ukoll minħabba nuqqas ta’ raġunament jew raġunament inadegwat, sa fejn id-deċiżjoni tikkwalifika l-emenda għat-tranżazzjoni CTI bħala għajnuna addizzjonali ta’ EUR 2 biljuni.

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, ukoll minħabba nuqqas ta’ raġunament jew raġunament inadegwat, sa fejn il-Kummissjoni issuġġettat l-approvazzjoni tal-għajnuna għall-aċċettazzjoni ta’ projbizzjonijiet ta’ price leadership kif stabbilit fid-deċiżjoni u fl-Anness II tagħha;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, ukoll minħabba naqqas ta’ raġunament jew raġunament inadegwat, sa fejn il-Kummissjoni issuġġettat l-approvazzjoni tar-rekwiżiti ta’ ristrutturar tal-għajnuna lil hinn minn dak li huwa xieraq u meħtieġ taħt il-Komunikazzjoni ta’ Ristrutturazzjoni.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kuntest tat-taqlib fis-swieq finanzjarji f’Settembru/Ottubru 2008, l-Istat Olandiż, fil-11 ta’ Novembru 2008, ikkontribwixxa EUR 10 biljun ta’ kapital Core Tier 1 (iktar ’il quddiem it-“Tranżazzjoni CTI”) f’ING (iktar ’il quddiem ir-“rikorrenti”). Din il-miżura ta’ għajnuna kienet approvata provviżorjament mill-Kummissjoni Ewropea fit-12 ta’ Novembru 2008 għal perijodu ta’ sitt xhur.

F’Jannar 2009, l-Istat Olandiż qabel li jkopri r-riskju ekonomiku relatat ma’ parti ta’ xi uħud mill-attivi indeboliti tar-rikorrenti. Din il-miżura kienet provviżorjament approvata mill-Kummissjoni Ewropea fil-21 ta’ Marzu 2009, fejn l-Istat Olandiż impenna ruħu li jippreżenta pjan ta’ ristrutturazzjoni li jikkonċerna r-rikorrenti. F’Ottubru 2009, ir-rikorrenti u l-Istat Olandiż ikkonkludew emenda għat-tranżazzjoni CTI oriġinali sabiex isir ħlas mill-ġdid kmieni ta’ nofs il-kontribuzzjoni tal-kapital CTI. Verżjoni finali tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tar-rikorrenti tressqet quddiem il-Kummissjoni fit-22 ta’ Ottubru 2009.

Fit-18 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata li fiha hija approvat il-miżura ta’ għajnuna suġġetta għall-impenji ta’ ristrutturazzjoni mniżżla fl-Anness I u II tad-deċiżjoni.

Permezz tal-applikazzjoni tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni, tat-18 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 10/2009 (ex N 138/2009) implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-faċilità ta’ sostenn ta’ attivi mhux likwidi u għall-pjan ta’ ristrutturazzjoni tar-rikorrenti sa fejn huwa allegat li din (i) tikkwalifika l-emenda għat-tranżazzjoni CTI bħala għajnuna addizzjonali ta’ EUR 2 biljuni, (ii) issuġġettat l-approvazzjoni tal-għajnuna għall-aċċettazzjoni ta’ projbizzjonijiet ta’ price leadership u (iii) tissuġġetta l-approvazzjoni tal-għajnuna għal rekwiżiti ta’ ristrutturazzjoni li jmorru lil hinn minn dak li huwa proporzjonat u meħtieġ taħt il-Komunikazzjoni ta’ Ristrutturazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata parzjalment minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

 

Abbażi tal-ewwel talba tagħha, relata mal-emenda għat-tranżazzjoni CTI, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni:

(a)

kisret l-Artikolu 107 TFUE, meta ddeċidiet li l-emenda għat-tranżazzjoni Core Tier bejn ir-rikorrenti u l-Istat Olandiż kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat; u li

(b)

kisret il-prinċipju ta’ premura u l-Artikolu 296 TFUE minħabba li naqset li teżamina b’attenzjoni u b’imparzjalità l-aspetti rilevanti kollha tal-każ individwali, li tisma’ l-persuni kkonċernati u li tipprovdi raġunament adegwat għad-deċiżjoni kkontestata.

 

Abbażi tat-tieni talba tagħha, relatata mal-projbizzjoni tal-price leadership għal ING u ING Direct, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni:

(a)

kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba peress li ma eżaminatx b’attenzjoni u b’imparzjalità l-aspetti rilevanti kollha tal-każ individwali u barra minn hekk kisret l-obbligu li tipprovdi raġunament adegwat għad-deċiżjoni;

(b)

kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi għamlet l-approvazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna suġġetta għal projbizzjonijiet ta’ price leadership li mhumiex adegwati, neċessarji jew proporzjonali;

(c)

kisret l-Artikolu 107(3) TFUE u applikat ħażin il-prinċipji u l-linji gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni ta’ Ristrutturazzjoni.

 

Abbażi tat-tielet talba tagħha, dwar ir-rekwiżiti ta’ ristrutturazzjoni disproporzjonati, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni hija vvizzjata bi:

(a)

żball ta’ evalwazzjoni, peress li l-Kummissjoni kkalkolat b’mod żbaljat l-ammont assolut u relattiv ta’ għajnuna u kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ amministrazzjoni tajba billi talbet ristrutturazzjoni eċċessiva mingħajr ma eżaminat b’attenzjoni u b’imparzjalità l-fatti rilevanti kollha pprovduti lilha; u

(b)

żball ta’ evalwazzjoni u raġunament inadegwat billi ddevjat mill-Komunikazzjoni ta’ Ristrutturazzjoni meta evalwat ir-ristrutturazzjoni meħtieġa.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/42


Appell ta’ Carlo de Nicola ppreżentat fit-28 ta’ Jannar 2010 mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-55/08, De Nicola vs Il-BEI

(Kawża T-37/10 P)

2010/C 80/67

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Appellat: Il-Bank Ewropew għall-Investiment

Talbiet tal-appellant

annullament tas-sentenza appellata;

ħlas tal-ispejjeż tal-kawża u tal-interessi kif ukoll rievalwazzjoni monetarja fuq il-kreditu rikonoxxut.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell ġie ppreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tat-30 ta’ Novembru 2009. Din is-sentenza tiċħad rikors għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-appellat ċaħad ir-rikors tal-appellant intiż għar-rieżamina, minn naħa, tal-evalwazzjoni li saritlu għall-2006, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Bank dwar il-promozzjonijiet li ngħataw għas-sena 2006, inkwantu dawn ma jagħtuhx promozzjoni; talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu tal-2006; il-konstatazzjoni li huwa kien allegatament vittma ta’ abbuż psikoloġiku; il-kundanna tal-Bank għall-ħlas tad-danni li huwa jqis li sofra minħabba dan l-abbuż u fl-aħħar nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-rifjut tal-ħlas ta’ ċerti spejjeż mediċi tat-terapija bil-laser.

Insostenn tat-talbiet tiegħu l-appellant isostni dawn l-aggravji:

It-TSP illegalment naqas milli jiddeċiedi u, meta ma nesiex kompletament is-suġġett tar-rikors (bħal pereżempju, it-tieni u t-tielet argument tat-talba għal annullament, ir-rifjut tal-Bord tal-Appell li jagħti deċiżjoni dwar il-mertu, eċċ.), iddeċieda volutament li jeżamina biss uħud mill-eċċezzjonijiet.

It-TSP ma ddeċidiex dwar it-talba sabiex jistħarreġ il-legalità tal-imġieba tas-superjuri tiegħu, fid-dawl tal-kriterji ta’ evalwazzjoni adottati mill-appellat. Barra minn hekk, ipprova b’mod żbaljat jattribwixxi lill-impjegati l-imġieba vessatorja li dwarha lmenta l-appellant, li huwa jattribwixxi direttament u esklużivament lill-BEI.

Aggravju ieħor insostenn tal-appell huwa r-rifjut tal-miżuri istruttorji u l-pretensjoni dwar il-qlib tal-oneru tal-prova, kif ukoll in-nuqqas ta’ motivazzjoni. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, l-appellant isostni li t-TSP naqas milli jimmotiva diversi argumenti deċiżivi, jew inkella ta motivazzjoni kontradittorja u/jew illoġika, u għalhekk b’nuqqas sostanzjali. L-appellant isemmi b’mod partikolari r-rifjut li jiġi applikat l-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll iċ-ċaħda tat-talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għall-2006.

Fl-aħħar nett, l-appellant isostni li, peress li dan huwa kuntratt ta’ xogħol irregolat mid-dritt privat, ma jeżistux il-kundizzjonijiet għal analoġija sabiex jiġu applikati għal dan il-każ ir-regoli u l-kundizzjonijiet ta’ proċedura applikabbli għall-uffiċjali Komunitarji b’kuntratt irregolat mid-dritt pubbliku.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/43


Appell ippreżentat minn Luigi Marcuccio fis-26 ta’ Jannar 2010 mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-10 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża F-70/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/10 P)

2010/C 80/68

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

fi kwalunkwe każ: tannulla in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni d-digriet appellat.

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza li fir-rigward tiegħu ingħata d-digriet appellat, kien ammissibbli in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni.

prinċipalment: tilqa’ in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni l-petitum tar-rikors fl-ewwel istanza.

tikkundanna lill-appellata għar-rifużjoni, favur l-appellant, tal-ispejjeż, tad-drittijiet u tal-onorarji kollha sostnuti minnu u inerenti għall-istanzi kollha eżerċitati s’issa.

sussidjarjament: tirrinvija l-kawża de qua quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament kompost, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa ppreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-10 ta’ Novembru 2009. Dan id-digriet ċaħad bħala manifestament inammissibbli l-ewwel, it-tieni, it-tielet u s-sitt talba tar-rikors li kellu bħala suġġett il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas l-allegati danni mġarrba bħala riżultat tar-rifjut li tirrimborsa lill-appellant l-ispejjeż li jistgħu jinġabru allegatament sostnuti fil-Kawża T-176/04 Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant isostni l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tal-kunċett ta’ ilment, skont l-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, id-devjazzjoni mhux motivata u mhux loġika mill-ġurisprudenza relatata, in-nuqqas totali ta’ motivazzjoni, in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li r-risposta ma tiġix ikkunsidrata peress li ġiet ippreżentata tardivament, it-twettiq ta’ żball meta ġie aċċettat att intitolat “talba għal dikjarazzjoni li m’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”, kif ukoll il-ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/43


Appell ippreżentat minn Luigi Marcuccio fit-3 ta’ Frar 2010 mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża F-11/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-44/10 P)

2010/C 80/69

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italia) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

fi kwalunkwe każ: tannula in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni d-digriet appellat.

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza li fir-rigward tiegħu ingħata d-digriet appellat, kien ammissibbli in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni.

prinċipalment: tilqa’ in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni l-petitum tar-rikorrent li jinsab fir-rikors fl-ewwel istanza.

tikkundanna lill-konvenuta għar-rifużjoni, favur l-appellant, tal-ispejjeż, tad-drittijiet u tal-onorarji kollha sostnuti minnu u inerenti għall-istanzi kollha eżerċitati s’issa.

sussidjarjament: tirrinvija l-kawża de qua quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament kompost, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa ppreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-25 ta’ Novembru 2009. Dan id-digriet ċaħad bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat rikors li kellu bħala suġġett ir-rifjut tal-Kummissjoni li tħallas 100 % tal-ispejjeż mediċi tal-appellant.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant isostni l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tal-kunċett ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, tal-kunċett ta’ integrazzjoni ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjoni, kif ukoll tal-prinċipji ta’ dritt inerenti għall-formazzjoni u l-evalwazzjoni tal-prova.

L-appellant isostni wkoll l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tal-kunċetti ta’ att li jista’ jiġi kkontestat kif ukoll ta’ deċiżjoni li sempliċement tikkonferma deċiżjoni preċedenti.


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/44


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2010 — SP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-55/10)

2010/C 80/70

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: SP SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2009 li emendat id-deċiżjoni preċedenti C(2009) 7492 finali, addottata mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2009.

Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2009, id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni emendat id-deċiżjoni preċedenti tagħha C(2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, li permezz tagħha hija akkużat numru ta’ kumpanniji, inkluża r-rikorrenti, li pparteċipaw f’akkordju. Bid-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2009, wara li rrikonoxxiet illi d-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2009 kienet “tirreferi għal anness li kien fih tabelli li juru il-moviment tal-prezzijiet tal-vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit matul l-operazzjoni tal-akkordju” u li “dak l-anness ma ġiex inkluż fid-deċiżjoni adottata fit-30 ta’ Settembru 2009”, il-Kummissjoni ddeċidiet li temenda din id-deċiżjoni sabiex tintegraha mat-tabelli allegati mad-deċiżjoni kkontestata.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq il-motivi segwenti:

(1)

Illegalità tal-korrezzjoni sussegwenti ta’ miżura vvizjata b’difett gravi: il-Kummissjoni ma għandhiex poter li tissanzjona a posteriori deċiżjoni manifestament nulla, peress li t-test tagħha kien jidher b’mod ċar li huwa inkomplet meta ttieħdet id-deċiżjoni; dan jikkostitwixxi ċirkustanza gravi ħafna li ma ma hemmx rimedju minnha.

(2)

Indikazzjoni ta’ bażi legali żbaljata: il-Kummissjoni indikat l-Artikolu 65 KEFA u r-Regolament Nru 1/2003 (1) bħala l-bażi legali tal-miżura kkontestata, li huma bażi legali manifestament mhux adegwati sabiex jintlaħaq l-għan li kienet stabbiliet il-Kummissjoni (jiġifieri illi tintegraha/temenda deċiżjoni preċedenti tagħha, peress li t-test tagħha kien inkomplet) — bir-riżultat illi t-tieni deċiżjoni li hija kkontestata f’dawn il-proċeduri għandha tiġi annullata minħabba nuqqas ta’ bażi legali.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll illi hemm ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205


27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/45


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2010 — Acciaierie e Ferriere Leali Luigi e Leali vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-56/10)

2010/C 80/71

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Acciaierie e Ferriere Leali Luigi SpA (Brescia, l-Italja), Leali SpA (Odolo, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2009 li bidlet id-deċiżjoni preċedenti C(2009) 7492 finali, adottata mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2009.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-55/10, SP vs Il-Kummissjoni.