ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2010.076.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 76E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
25 ta' Marzu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2008-2009
Dati tas-seduti: 18 u 19 ta' Frar 2009
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 202 E, 27.8.2009.
TESTI ADOTTATI

 

L-Erbgħa, 18 ta’ Frar 2009

2010/C 076E/01

Għajnuna umanitarja għall-Istrixxa ta’ Gaża
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Frar 2009 dwar l-għajnuna umanitarja għall-Istrixxa ta’ Gaża

1

 

Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009

2010/C 076E/02

Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE (2008/2203(INI))

3

2010/C 076E/03

L-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (2008/2246(INI))

11

2010/C 076E/04

L-Ekonomija Soċjali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-Ekonomija Soċjali (2008/2250(INI))

16

2010/C 076E/05

Is-Saħħa Mentali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar is-Saħħa Mentali (2008/2209(INI))

23

2010/C 076E/06

Is-segwitu għall-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija: l-ewwel evalwazzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar is-segwitu għall-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija: l-ewwel evalwazzjoni (2008/2214(INI))

30

2010/C 076E/07

Ir-riċerka applikata li jkollha x’taqsam mal-politika komuni tas-sajd
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar ir-riċerka applikata li jkollha x’taqsam mal-politika komuni tas-sajd (2008/2222(INI))

38

2010/C 076E/08

Ħolqien ta’ Tessera Professjonali Ewropea għal min jipprovdi s-Servizzi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-Ħolqien ta’ Tessera Professjonali Ewropea għal min jipprovdi s-Servizzi (2008/2172(INI))

42

2010/C 076E/09

Azzjoni Komunitarja dwar il-kaċċa għall-balieni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-azzjoni Komunitarja dwar il-kaċċa għall-balieni (2008/2101(INI))

46

2010/C 076E/10

Il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew (2008/2179(INI))

49

2010/C 076E/11

L-użu allegat ta’ pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta’ priġunieri
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar l-użu allegat ta’ pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta’ priġunieri

51

2010/C 076E/12

Rapport Annwali (2007) dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti l-ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-Politika Komuni Barranija u ta’ Sigurtà (CFSP) fl-2007, ippreżentat lill-Parlament Ewropew b’applikazzjoni tal-punt G, paragrafu 43 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 (2008/2241 (INI))

54

2010/C 076E/13

l-Istrateġija Ewropea għas-sigurtà u l-PESD
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar l-Istrateġija Ewropea għas-sigurtà u l-PESD (2008/2202(INI))

61

2010/C 076E/14

L-irwol tan-NATO fl-istruttura ta' sigurtà tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar l-irwol tan-NATO fl-istruttura ta' sigurtà tal-UE (2008/2197(INI))

69

2010/C 076E/15

Il-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (2008/2231(INI))

76

2010/C 076E/16

Ir-reviżjoni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar ir-reviżjoni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (2008/2236(INI))

83

2010/C 076E/17

Il-ġlieda kontra l-marda ta’ Alzheimer
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet tal-ġlieda kontra l-marda ta’ Alzheimer

90

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2008-2009
Dati tas-seduti: 18 u 19 ta' Frar 2009
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 202 E, 27.8.2009.
TESTI ADOTTATI

 

Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009

2010/C 076E/18

Proċedura b'kumitat assoċjati — determinar tal-kompetenzi (interpretazzjoni tal-Artikoli 47 u 149)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 47 u 149 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar il-proċedura b'Kumitat assoċjati u d-determinar tal-kompetenzi

93

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2008-2009
Dati tas-seduti: 18 u 19 ta' Frar 2009
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 202 E, 27.8.2009.
TESTI ADOTTATI

 

Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009

2010/C 076E/19

Qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI) (COM(2008)0467 – C6-0306/2008 – 2008/0148(CNS))

94

2010/C 076E/20

Emendi għall-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni rigward is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni ta’ emendi għall-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni rigward is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku, li jippermettu l-istabbiliment ta’ proċeduri biex jissolva t-tilwim, l-estensjoni tal-ambitu tal-Konvenzjoni u reviżjoni tal-għanijiet tal-Konvenzjoni (COM(2008)0512 – C6-0338/2008 – 2008/0166(CNS))

107

2010/C 076E/21

Sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali (COM(2007)0249 – C6-0143/2007 – 2007/0094(COD))

107

P6_TC1-COD(2007)0094Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Frar 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali

108

ANNESS

108

2010/C 076E/22

Statistika tal-ħsad ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward statistika tal-ħsad (COM(2008)0210 – C6-0179/2008 – 2008/0079(COD))

108

P6_TC1-COD(2008)0079Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Frar 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward statistika tal-għelejjel u li tħassar ir-regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93

109

2010/C 076E/23

Inbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0848 – C6-0006/2008 – 2007/0287(COD))

109

P6_TC1-COD(2007)0287Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Frar 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid (tfassil mill-ġdid)

110

2010/C 076E/24

Rati mnaqqsa ta' taxxa fuq il-valur miżjud *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-19 ta' Frar 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, fir-rigward ta' rati mnaqqsa ta' taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2008)0428 – C6-0299/2008 – 2008/0143(CNS))

110

2010/C 076E/25

L-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (2008/2164(ACI))

112

ANNESS

114

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2008-2009 Dati tas-seduti: 18 u 19 ta' Frar 2009 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 202 E, 27.8.2009. TESTI ADOTTATI

L-Erbgħa, 18 ta’ Frar 2009

25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/1


L-Erbgħa, 18 ta’ Frar 2009
Għajnuna umanitarja għall-Istrixxa ta’ Gaża

P6_TA(2009)0057

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Frar 2009 dwar l-għajnuna umanitarja għall-Istrixxa ta’ Gaża

2010/C 76 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Gaża, b’mod partikolari dawk tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar is-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta’ Gaża (1), tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni umanitarja f’Gaża (2), tal-21 ta’ Frar 2008 dwar is-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta’ Gaża (3) u tal-15 ta’ Jannar 2009 dwar is-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta’ Gaża (4),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 242 tat-22 ta’ Novembru 1967 (S/RES/242), 338 tat-22 ta’ Ottubru 1973 (S/RES/338) u 1860 tat-8 ta’ Jannar 2009 (S/RES/1860),

wara li kkunsidra r-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-12 ta’ Awissu 1949 dwar il-Protezzjoni ta’ Ċivili fi Żmien ta’ Gwerra,

wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Rispons ta’ Malajr tal-Aġenzija għall-Għajnuna u x-Xogħlijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Rifuġjati fil-Lvant Mhux Imbiegħed (UNRWA) mfassla biex jerġgħu jkunu stabbiliti servizzi kritiċi għar-refuġjati f’Gaża (Jannar-Settembru 2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-kunflitt fl-Istrixxa ta’ Gaża kompla jiggrava l-kriżi umanitarja fiż-żona, li laħqet livell inuman; u billi 88 % tal-popolazzjoni ta’ Gaża hija dipendenti fuq għajnuna ta’ ikel,

B.

billi l-qsim tal-fruntiera lejn u ‘l barra mill-Medda ta’ Gaża ingħalaq għal 18-il xahar, billi l-embargo fuq il-moviment ta’ persuni u oġġetti jostakola l-kunsinna ta’ għajnuna umanitarja għall-popolazzjoni u billi l-kwantità ta’ oġġetti li huma permessi fl-Istrixxa ta’ Gaża mhix suffiċjenti lanqas sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet umanitarji bażiċi,

C.

billi s-servizzi pubbliċi ewlenin fl-Istrixxa ta’ Gaża qed jiffaċċjaw nuqqasijiet serji minħabba nuqqas ta’ materjali bażiċi meħtieġa għall-funzjonament tagħhom; billi n-nuqqas ta’ mediċini u ta’ fjuwil fl-isptarijiet qed ikompli jipperikola ħajjiet Palestinjani,

D.

billi l-UNRWA u d-WFP (Programm Dinji ta’ l-Ikel) għandhom irwol kruċjali fil-forniment ta’ prodotti bażiċi għall-popolazzjoni fl-Istrixxa ta’ Gaża bl-appoġġ sħiħ tal-komunità internazzjonali; billi l-parti mill-għajnuna umanitarja għall-ikel timmira biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-ħajja fiż-żona, intilfet bħala riżultat tal-ostakoli fil-katina tal-kunsinna; billi fit-3 u fil-5 Frar 2009, il-Hamas ikkonfiska mijiet ta’ pakketti tal-ikel u eluf ta’ pakketti ta’ kutri li kienu destinati għan-nies ċivili ta’ Gaża, li ġew irritornati wara s-sospensjoni tal-importazzjonijiet kollha ta’ għajnuna mill-UNRWA fl-Istrixxa ta’ Gaża,

E.

billi l-appoġġ konsiderevoli finanzjarju tal-Unjoni Ewropea lill-Palestinjani kellu rwol importanti fit-tentattiv biex jiġi evitat diżastru umanitarju fl-Istrixxa ta’ Gaża; billi l-Unjoni, minkejja l-ostakli kollha, tkompli tipprovdi għajnuna umanitarja,

F.

billi Konferenza Internazzjonali b’appoġġ tal-Ekonomija Palestinjana għar-Rikostruzzjoni ta’ Gaza se ssir f’Sharm El Sheikh fit-2 ta’ Marzu 2009,

1.

Jirrikonoxxi t-tbatija tal-popolazzjoni Palestinjana fl-Istrixxa ta’ Gaża u jitlob għal aktar għajnuna umanitarja immedjata u bla xkiel, li huwa dmir morali li tiġi provduta u li għandha titwassal mingħajr kwalunkwe kundizzjoni u restrizzjoni; jappella lill-awtoritajiet Iżraeljani biex jippermettu fluss kontinwu u adegwat ta’ għajnuna umanitarja, inklużi l-materjali meħtieġa għall-UNRWA u għal aġenziji tan-NU u internazzjonali oħra biex iwettqu d-doveri tagħhom, u li jissodisfaw l-bżonnijiet tal-popolazzjoni;

2.

Jistieden għal darb’oħra biex jintemm l-imblokk tal-Istrixxa ta’ Gaża, fil-konformità mal-Ftehim dwar il-Moviment u l-Aċċess tal-15 ta’ Novembru 2005, għall-ftuħ mill-ġdid sostenibbli u immedjat tal-punti ta’ qsim, tal-persuni u tal-merkanzija, u għall-prevenzjoni ta’ kutrabandu u traffikar illeċitu fl-armi u fil-munizzjon;

3.

Jappella għal evalwazzjoni dettaljata tal-ħsarat fl-Istrixxa ta’ Gaża u għal evalwazzjoni fid-dettall tal-ħtiġijiet tal-popolazzjoni ta’ Gaża li jistgħu jservu bħala bażi għall-pjanijiet ta’ rikostruzzjoni;

4.

Jappella għar-riabilitazzjoni tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika u soċjali tal-Istrixxa ta’ Gaża, li hija fattur essenzjali għas-sigurtà fir-reġjun; ifakkar li, f’konformità mal-impenji tal-komunità internazzjonali u tal-Unjoni, l-għajnuna għandha tinkludi pagamenti fi flus kontanti biex jitħallsu s-salarji, il-pensjonijiet u l-allowances għan-nies u għall-familji l-aktar vulnerabbli, u jitlob lill-awtoritajiet Iżraeljani biex ma jostakolawx it-trasferimenti tal-flus mill-banek;

5.

Jemmen, inter alia, bil-ħsieb tal-Konferenza Internazzjonali b’appoġġ tal-Ekonomija Palestinjana għar-Rikostruzzjoni ta’ Gaza li se ssir f’Sharm El Sheikh fit-2 ta’ Marzu 2009, li kull politika ta’ rikostruzzjoni u ta’ żvilupp sostenibbli fl-Istrixxa ta’ Gaża teħtieġ waqfien iebes mill-ġlied appoġġjat mit-tkomplija ta’ negozjati serji ta’ paċi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani flimkien ma’ proċess ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali Palestinjan;

6.

Jenfasizza għal darb’oħra li l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni lill-Palestinjani m’għandux ikun imdgħajjef minn qerda kontinwa, li qiegħda tnaqqas l-appoġġ għal proġetti ta’ rikostruzzjoni fost il-pubbliku Ewropew;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal stampa komprensiva u evalwazzjoni tal-prospetti fi żmien medju u fi żmien twil għal proġetti ta’ rikostruzzjoni fl-Istrixxa ta’ Gaża ffinanzjati mill-Unjoni fi ħdan il-qafas ta’ PEGASE (Mekkaniżmu Palestinjan-Ewropew għall-Ġestjoni ta’ Għajnuna Soċjo-ekonomika) u ta’ ECHO (Dipartiment għall-Għajnuna Umanitarja tal-Kummissjoni Ewropea) u l-implikazzjonijiet baġitarji tagħhom iħeġġeġ donaturi oħra biex jagħmlu wegħdiet fil-konferenza internazzjoni msemmija hawn fuq u biex iżommu l-wegħdiet li għamlu fl-aħħar konferenza tad-donaturi li saret f’Pariġi fis-17 ta’ Diċembru 2007;

8.

Jerġa’ jenfasizza li l-intestatura 4 tal-Baġit tal-UE kronikament tirċievi nuqqas ta’ ffinanzjar u li l-fatt li titwiegħed għajnuna addizzjonali lil Gaża m’għandux ikun għad-detriment ta’ politiki oħra; jenfasizza wkoll li l-fondi addizzjonali jistgħu jiġu mobilizzati biss billi jintużaw il-mezzi kollha li hemm provdut għalihom skont il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda (5);

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u għas-Sigurtà Komuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Mibgħut għall-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-President tal-Awtorità Palestinjana, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, lill-Gvern Iżraeljan u lill-Knesset.


(1)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 324.

(2)  ĠU C 227 E, 4.9.2008, p. 138.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2008)0064.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2009)0025.

(5)  ĠU C 139 14.6.2006, p. 1.


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009

25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/3


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE

P6_TA(2009)0060

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE (2008/2203(INI))

2010/C 76 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2008 bit-titolu “Post speċjali għat-tfal fl-azzjoni esterna tal-UE” (COM(2008)0055),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2008 intitolat “Tfal f’Sitwazzjonijiet ta’ Emerġenza u ta’ Kriżi” (SEC (2008) 0135),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2008 bit-titolu “Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tat-Tfal f’Azzjoni Esterna” (SEC (2008) 0136),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-9 t’April 2008 intitolata “l-UE sieħba globali għall-iżvilupp ngħaġġlu l-progress lejn il-Miri għall-Iżvilupp għall-Millenju” (COM(2008)0177),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea – id-dimensjoni tal-iżvilupp u d-dimensjoni umanitarja tas-26 ta’ Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2008,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, adottata mill-Kunsill f’Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar it-Tfal u l-Kunflitti Armati, adottata mill-Kunsill f’Diċembru 2003 u aġġornata f’Ġunju 2008,

wara li kkunsidra l-Lista ta’ Kontroll għall-Integrazzjoni tal-Protezzjoni tat-Tfal li huma milquta mill-Kunflitti Armati fl-Operazzjonijiet tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u ta’ Difiża, adottata mill-Kunsill f’Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC), adottata mill-Assemblea Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 1989, u l-protokolli mhux obbligatorji tagħha,

wara li kkunsidra l-Aġenda tal-UE għall-Azzjoni dwar l-MDGs adottata mill-Kunsill fit-18 ta’ Ġunju 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-NU Nru 1612 (2005) dwar it-tfal u l-kunflitti bl-armi, adottata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fil-5235 laqgħa tiegħu tas-26 ta’ Lulju 2005,

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) Nru 138 dwar “L-età minima” adottata f’Ġinevra fis-26 ta’ Ġunju 1973 u Nru 182 dwar “il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar forom ta’ Xogħol mit-Tfal” adottata f’Ġinevra fis-17 ta’ Ġunju 1999,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) adottata mill-Assemblea Ġenerali fit-8 ta’ Settembru 2000,

wara li kkunsidra d-dokument li ħareġ mis-Sessjoni Speċjali tan-NU dwar it-Tfal li saret fil-kwartieri ġenerali tan-NU f’Mejju 2002, intitolat “Dinja Tajba għat-Tfal”,

wara li kkunsidra l-Istudju tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Vjolenza kontra t-Tfal, ippreżentat lill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-11 ta’ Ottubru 2006,

wara li kkunsidra r-rapport “It-tfal u l-Ghanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju” ippreparat mill-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal (UNICEF) għan-Nazzjonijiet Uniti f’Diċembru 2007,

wara li kkunsidra r-rapport “l-Istat tat-tfal tad-dinja 2008” ippubblikat mill-UNICEF f’Diċembru 2007,

wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju (MDGs) tal-2008 ippubblikat mid-Dipartiment għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali tan-NU f’Awissu 2008,

wara li kkunsidra l-Impenji ta’ Pariġi biex jiġu protetti t-tfal minn reklutaġġ kontra l-liġi jew użu mill-forzi armati jew gruppi armati u l-Prinċipji ta’ Pariġi u l-Linji Gwida dwar it-Tfal Assoċjati mal-Forzi Armati jew Gruppi Armati, adottati mill-Ministri u r-rappreżentanti ta’ pajjiżi li nġabru f’Pariġi fil-5 u 6 ta’ Frar 2007,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet u l-Benesseri tat-Tfal adottata mill-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana (OAU) fl-1990, li daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Novembru 1999,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta’ Cotonou (1) kif emendata (2), l-aktar l-Artikolu 9 dwar “L-elementi essenzjali dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt, u l-element fundamentali dwar tmexxija tajba” u l-Artikolu 26 dwar il-“Kwistjonijiet dwar iż-żagħżagħ”,

wara li kkunsidra ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Konġunta tal-Parlament tal-ACP-UE dwar id-drittijiet tat-Tfal u dwar it-tfal suldati (3), adottata f’Addis Ababa fid-19 ta’ Frar 2004,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta dwar il-konsegwenzi soċjali tal-impjieg tat-tfal u dwar l-istrateġiji biex jiġi miġġieled l-impjieg tat-tfal, li ġiet adottata f’Port Moresby fit-28 ta’ Novembru 2008,

wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Liżbona, li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, iffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2007 f’Liżbona, u l-verżjonijiet ikkonsolidati tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jgħid li l-Unjoni Ewropea “għandha tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u għandha tippromwovi l-ġustizzja soċjali u l-protezzjoni, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal”, u li, fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja, l-UE għandha “tikkontribwixxi għall-paċi, għas-sigurtà, għall-iżvilupp sostenibbli tad-Dinja, għas-solidarjetà u r-rispett reċiproku bejn il-popli, għall-kummerċ ħieles u ġust, għall-qerda tal-faqar u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari id-drittijiet tat-tfal”,

wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqa’ fil-Kunsill, fil-Parlament Ewropew u fil-Kummissjoni dwar il-Politika għall-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea, “Il-Konsensus Ewropew” (4) u, b’mod partikolari, ir-rekwiżit li d-drittijiet tat-tfal ikunu integrati fl-implimentazzjoni tal-politika tal-iżvilupp tal-Komunità,

wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqa’ fil-Kunsill, fil-Parlament Ewropew u fil-Kummissjoni Ewropea, “Il-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja” (5); b’mod partikolari ir-rekwiżit biex tingħata attenzjoni speċjali lit-tfal u biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom,

wara li kkunsidra il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 24 dwar id-drittijiet tat-tfal,

wara li kkunsidra l-programm ta’ azzjoni stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 293/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Jannar 2000 dwar l-adozzjoni ta’ programm ta’ azzjoni Komunitarja (il-programm Daphne) (2000 sa 2003) dwar miżuri preventivi biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra t-tfal, persuni żgħażagħ u nisa (6),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni politika adottata f’Berlin fl-4 ta’ Ġunju 2007 fil-Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal, itenni b’mod sistematiku ix-xewqa li jiġu kkunsidrati d-drittijiet tat-Tfal fil-politika interna u esterna tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra “Il-Qafas għall-Protezzjoni, il-Kura u l-Appoġġ għall-Orfni u t-Tfal Vulnerabbli li Jgħixu f’Dinja li fiha l-HIV u l-AIDS”, ippubblikat mill-Forum tas-Sieħba Globali f’Lulju 2004,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-3 ta’ Lulju 2003 dwar “It-traffikar tat-tfal u t-tfal suldati” (7),

wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2005 dwar “L-esplojtazzjoni tat-tfal f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’fokus partikolari fuq ix-xogħol mit-tfal” (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2008 dwar “Lejn strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal” (9),

wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat dwar id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6–0039/2009),

A.

billi t-twettiq tad-drittijiet tat-tfal huwa element prinċipali għall-opportunitajiet fil-ħajja individwali tagħhom kif ukoll biex isir progress biex jinqered il-faqar,

B.

billi r-rwoli tas-sessi li s-soċjetà tagħti lit-tfal tagħha għandhom effetti determinanti fuq il-futur tagħhom: l-aċċess tagħhom għall-ikel u l-edukazzjoni, il-parteċipazzjoni fis-suq tal-impjieg, l-istatus tagħhom fir-relazzjonijiet u s-saħħa fiżika u psikoloġika tagħhom,

C.

Billi l-għanijiet stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal għadhom ‘il bogħod milli jitwettqu,

D.

billi minn 2.2 biljun tifel u tifla fid-dinja, 1.9 biljun (86 %) jgħixu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, u aktar minn 98 % tat-tfal li jgħixu f’faqar estrem jgħixu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw,

E.

billi kull ġurnata, aktar minn 26 000 tifel u tifla taħt il-ħames snin imutu madwar id-dinja, l-aktar minn kawżi li setgħu ġew evitati u, skont ix-xejriet attwali, l-għan tal-MDG biex jitnaqqsu l-imwiet b’żewġ terzi mhux se jintlaħaq qabel l-2045,

F.

wara li kkunsidra l-punt 9 tal-programm ta’ azzjoni adottata mir-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa (li seħħet f’Beijing mill-4 sal-15 ta’ Settembru 1995), li huwa wkoll prinċipju fundamentali stabbilit fil-konferenzi internazzjonali kollha li jikkonċernaw id-drittijiet tat-tfal fl-għaxar snin ta’ qabel,

G.

billi jekk it-Trattat ta’ Liżbona jiġi rratifikat mill-Istati Membri kollha, il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal se ssir objettiv speċifiku tal-politika esterna tal-Unjoni,

H.

billi l-Kummissjoni kellha l-mandat mill-Kunsill biex tanalizza l-impatt tal-inċentivi pożittivi dwar il-bejgħ ta’ prodotti li ġew immanifatturati bla ma kien użat ix-xogħol mit-tfal, u biex tiġi eżaminata u rrappurtata l-possibilità ta’ miżuri addizzjonali dwar prodotti li ġew immanifatturati bl-użu tal-agħar forom tax-xogħol mit-tfal,

I.

billi d-dritt tat-tfal għall-edukazzjoni mhuwiex negozjabbli u t-taħriġ edukattiv u vokazzjonali għandu rwol importanti fl-istrateġija għall-eliminazzjoni gradwali tal-impjieg tat-tfal,

J.

billi l-isfruttament kummerċjali tat-tfal hu vjolazzjoni gravi tad-dinjità tagħhom bħala bnedmin u jmur kontra l-prinċipji tal-ġustizzja soċjali,

K.

billi x-xerrejja ta’ prodotti mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jinsabu f’pożizzjoni prinċipali biex jindunaw u biex jirrifjutaw li jixtru prodotti li jkunu kompletament jew parzjalment magħmula mill-impjieg tat-tfal, u b’hekk jistgħu jagħmlu pressjoni ekonomika diretta u effettiva,

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjoni il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar “Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE” u Dokumenti ta’ Ħidma supplimentari tal-Istaff, kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill assoċjati magħhom, bħala passi importanti ’l quddiem lejn strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal;

2.

Jirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet tal-UE qed jagħtu aktar importanza għad-drittijiet tat-tfal iżda jenfasizza li jrid isir iżjed biex l-impenji politiċi jitpoġġew fil-prattika, u jenfasizza li l-ebda pjan ma jista’ jsir qabel ma jkun disponibbli finanzjament adegwat;

3.

Jenfasizza l-importanza biex jintlaħqu l-MDGs dwar l-isforzi biex jitħarsu d-drittijiet tat-tfal, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżommu l-wegħdiet tagħhom li jipprovdu finanzjament adegwat u li jista’ jitbassar permezz ta’ għajnuna baġitarja skedata imfassla biex jintlaħqu l-punti ta’ riferenza tal-2010;

4.

Jistieden lill-Unjoni sabiex taħdem bil-qawwa favur l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontra l-bniet (sa mill-wild) u sabiex tiddedika biżżejjed riżorsi biex jiġu miġġielda d-diskrepanzi li jirriżultaw minn dan;

5.

Jilqa’ b’sodisfazzjoni l-erba’ prinċipji ta’ gwida tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal f’Azzjoni Esterna li jinkludu approċċ olistiku u koerenti bbażat fuq id-drittijiet tat-tfal;

6.

Jirrikonoxxi li approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tat-tfal huwa bbażat fuq in-normi u l-prinċipji definiti fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u mmirat lejn it-twettiq tagħhom;

7.

Jistieden lill-Komunità Ewropea sabiex taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u konvenzjonijiet oħra li jikkonċernaw it-twettiq tad-drittijiet tat-tfal, l-adozzjoni, l-isfruttament sesswali, ix-xogħol mit-tfal, il-protezzjoni tat-tfal f’kunflitti armati u l-abbuż mit-tfal;

8.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iħeġġu l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-protokolli tagħha, u biex iżidu l-appoġġ mogħti għar-riformi tas-sistemi legali ta’ pajjiżi terzi li jkunu mfassla biex jipproteġu t-tfal;

9.

Jenfasizza li kwalunkwe azzjoni favur id-drittijiet tat-tfal għandha tirrispetta l-irwol ewlieni tal-ġenituri tat-tfal u tal-familjari l-aktar qrib kif ukoll il-persuni prinċipalment responsabbli mit-tfal u mill-kustodja tagħhom u, b’mod partikolari l-ħtieġa li tittejjeb il-pożizzjoni tal-ommijiet;

10.

Jirrimarka, madankollu, li jista’ jkun fl-interess tat-tifel jew tifla bi problemi d-dar li dan jinfired għal xi żmien mill-familja tiegħu jew tagħha bħala miżuri protettiva, l-aktar meta l-ġenituri jkollhom problemi psikoloġiċi jew psikjatriċi jew ikun hemm evidenza ta’ vjolenza fid-dar, trattament ħażin jew abbuż sesswali;

11.

Jenfasizza l-bżonn urġenti li tingħata attenzjoni speċjali lill-bniet u s-subien li huma l-aktar vulnerabbli u li huma esklużi soċjalment, inkluż tfal b’diżabilità, tfal migranti, tfal minn minoranzi, tfal li ġew separati jew mhux akkumpanjati u tfal mingħajr il-kura tal-ġenituri;

12.

Jenfasizza li biex l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tat-tfal jitpoġġa fil-prattika, l-UE trid tagħmel analiżi fil-fond tad-drittijiet tat-tfal, idealment meta jiġu adottati jew riveduti d-Dokumenti ta’ Strateġija Tematika tal-Pajjiż u dawk Reġjonali, fuq il-bażi ta’ liema azzjonijiet u programmi mmirati lejn il-kwistjonijiet tat-tfal li jistgħu jintgħażlu; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament, mill-aktar fis possibbli jew waqt ir-reviżjonijiet ta’ nofs it-terminu tal-programmi ta’ żvilupp, idea ġenerali tal-azzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tfal u tal-allokazzjonijiet finanzjarji;

13.

Jenfasizza li d-drittijiet tat-tfal iridu jiġu inklużi sistematikament fid-djalogu politiku tal-UE u fid-diskussjonijiet ta’ politika mal-pajjiżi sħab;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal rapport li jeżamina jekk fil-ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi, hemmx diġà klawsola li torbot legalment fuq il-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal u, jekk dan mhux il-każ, klawsola bħal din tistax tiddaħħal fil-ftehimiet;

15.

Jemmen li l-parteċipazzjoni tat-tfal għandha tkun istituzzjonalizzata u jkollha finanzjament aħjar f’pajjiżi sħab u fil-livell tal-UE;

16.

Jappoġġja l-bini ta’ netwerks eżistenti taż-żagħżagħ u tfal bħala pjattaformi sostenibbli biex jiġu attirati u kkonsultati t-tfal, u jistieden lill-Kummissjoni biex b’mod sistematiku tistieden dawn in-netwerks biex jikkontribwixxu fid-diskussjonijiet dwar id-Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiż, kif ukoll biex tinkoraġġixxi l-involviment tagħhom fl-iżvilupp ta’ strumenti ta’ ppjanar nazzjonali;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin lill-pajjiżi sħab jadottaw baġitjar favur it-tfal, b’mod speċjali meta l-Unjoni Ewropea tkun qed tipprovdi għajnuna baġitarja, u biex jiżviluppaw Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għat-Tfal li jkunu komprensivi u integrati b’punti ta’ referenza ċari, b’miri li jistgħu jitkejlu, b’kalendarji u b’mekkaniżmi ta’ reviżjoni u ta’ rappurtaġġ dwar d-drittijiet tat-tfal;

18.

Jinsisti li l-appoġġ baġitarju ġenerali tal-UE għandu jinkludi fondi għall-bini ta’ kapaċitajiet għall-ministeri relevanti (bħall-Ministeri tas-Sigurtà Soċjali, tas-Saħħa, tal-Edukazzjoni u tal-Ġustizzja) biex jiżgura li jkollhom il-politiki u l-għodda xierqa biex jiffinanzjaw u jimplimentaw servizzi għat-tfal;

19.

Jenfasizza li, fl-azzjonijiet esterni tagħha, l-UE għandha tħeġġeġ bil-qawwa lill-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi biex jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tat-tfal, b’mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta’ servizzi bażiċi ta’ assistenza soċjali lit-tfal, bħat-tqassim tal-ikel bla ħlas fl-iskejjel u fil-kindergardens u l-aċċess għall-kura tas-saħħa; fl-istess ħin, jenfasizza li l-garanzija ta’ aċċess ekwu għall-edukazzjoni għal tfal f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat u f’sitwazzjonijiet ta’ wara kunflitt tikkostitwixxi investiment importanti fil-prevenzjoni tal-kunflitti;

20.

Jinnota li minkejja l-iżviluppi pożittivi riċenti fil-livell tal-UE r-riżorsi tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-istaff iddedikati għad-drittijiet tat-tfal jibqgħu mhux adegwati;

21.

Jirrakkomanda li biex jiġi żgurat li jkun hemm viżibilità u t-tmexxija dwar id-drittijiet tat-tfal, għandu jiġi appuntat Rappreżentant Speċjali tal-UE;

22.

Jikkunsidra li r-responsabilità għall-kwistjonijiet tat-tfal għandha tingħata lil individwu f’kull delegazzjoni tal-Kummissjoni, u jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw li l-istaff kollu fil-Kwartieri Ġenerali u l-Missjonijiet/Delegazzjonijiet ikun imħarreġ b’mod xieraq u fornut b’noti ta’ gwida ta’ kif jintegraw id-drittijiet tat-tfal f’azzjonijiet esterni, u ta’ kif jagħmlu ġestjoni sigura u effikaċi tal-parteċipazzjoni tat-tfal;

23.

Jitlob li l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal, skont il-Konvenzjoni tan-NU għad-Drittijiet tat-Tfal, ikollu post ċentrali, fil-qafas pluriennali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali; jemmen li din l-aġenzija għandha twaqqaf netwerk ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, mal-ombudsman tat-tfal u ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, sabiex tieħu vantaġġ mill-għarfien u l-esperjenza tagħhom;

24.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni biex tindirizza l-ksur tad-drittijiet tat-tfal bħal ma hu x-xogħol mit-tfal, it-traffikar tat-tfal, suldati tfal, tfal milquta mill-kunflitti bl-armi u kull forma ta’ vjolenza kontra t-tfal, inkluża l-esplojtazzjoni sesswali u prattiki tradizzjonali li jagħmlu l-ħsara; jinsisti, madankollu, li l-mira għandha tkun fuq il-kawżi fundamentali u l-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet tat-tfal;

25.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi l-ġlieda kontra l-impunità fl-azzjonijiet esterni u r-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi, bħala miżura importanti għall-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet tat-tfal;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu bħala priorità l-iżvilupp ta’ strateġiji u sistemi nazzjonali li jipproteġu t-tfal f’pajjiżi sħab li jistgħu jipprovdu lit-tfal u lill-familji b’servizzi ta’ għajnuna qabel ma ssir ħsara lit-tfal;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw strutturi istituzzjonali fil-pajjiżi msieħba biex jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tat-tfal, inklużi l-ombudspersons indipendenti;

28.

Jemmen li għandu jkun hemm sforzi wkoll biex ikun hemm aktar għarfien u rispett għad-drittijiet tat-tfal bejn il-ġenituri u dawk li jieħdu ħsiebhom, kif ukoll għal dawk li jaħdmu mat-tfal bħall-għalliema u l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa;

29.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu r-reġistrazzjoni uffiċjali tat-twelid bħala parti mill-politika ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp bħala dritt bażiku u mezz importanti biex ikunu protetti d-drittijiet tat-tfal;

30.

Jirrikonoxxi li l-kura fl-istadji bikrija tat-tfulija u l-edukazzjoni huwa d-dritt tat-tfal - ikluż it-tilqim, li jkollhom ġenituri, l-aċċess għall-kindergartens u għall-iskejjel tat-tfal żgħar - u jirrikonoxxi li l-bidu tat-tfulija huwa żmien ta’ żvilupp sinifikanti u li nutrizzjoni ħażina u nuqqas ta’ kura jistgħu jwasslu kemm għal ħsara fiżika kif ukoll għal dik intelletwali;

31.

Jenfasizza li l-kisba tal-MDG 2 dwar l-edukazzjoni primarja universali u tal-MDG 3 dwar il-parità sesswali huma ċentrali biex ma jkunx hemm ksur tad-drittijiet tat-tfal;

32.

Jenfasizza li jinħtieġu interventi ffokati speċifikament fuq il-bniet biex jingħatawlhom l-istess opportunijiet bħas-subien biex jattendu l-iskola, biex jiksbu ikel biżżejjed, biex jitħallew jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa;

33.

Iħeġġeġ lill-Unjoni sabiex tipprijoritizza d-dritt għall-edukazzjoni, speċjalment għat-tfal bniet, fil-programmi ta’ għajnuna u fid-djalogu politiku ma’ pajjiżi sħab; Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni persistenti f’familji fqar li ma jifilħux iħallsu l-miżati tal-iskejjel għal uliedhom kollha u jagħżlu li jibagħtu l-iskola lis-subien a skapitu tal-bniet;

34.

Jenfasizza li l-faċilitajiet u l-programmi edukattivi jeħtieġ li jkunu “favur il-bniet”, u joffru, pereżempju, forom alternattivi ta’ edukazzjoni barra mill-istituzzjonijiet formali, jew sigħat flessibbli biex jipprovdu għall-bniet li jieħdu ħsieb ħuthom;

35.

Jenfasizza li meta wieħed jinvesti fl-edukazzjoni tal-bniet huwa jkun qiegħed jagħmel investiment li jkollu l-akbar impatt f’termini ta’ eradikazzjoni tal-faqar, ta’ tnaqqis taż-żieda fil-populazzjoni, ta’ mortalità aktar baxxa tat-trabi u tat-tfal, ta’ malnutrizzjoni anqas imxerrda, ta’ attendenza ogħla fl-iskejjel u ta’ titjib tas-saħħa;

36.

Jenfasizza li l-edukazzjoni ta’ kwalità għandha tkun ta’ prijorità inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u ta’ fraġilità, u jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjan tal-Kummissjoni biex tindirizza l-edukazzjoni fl-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja tagħha; jenfasizza l-ħtieġa ta’ linji gwida operattivi li jġiegħlu lill-UE tinkludi l-edukazzjoni f’kull stadju tar-risposta umanitarja tagħha, skont l-istandards minimi mfassla mill-Interagency Network for Education in Emergencies, u jappella għal fondi u għal staff suffiċjenti f’livell tal-UE għall-implimentazzjoni tal-impenn ta’ politika ġdid;

37.

Jinsisti li l-ebda tifel jew tifla m’għandu jiġi mċaħħad mid-dritt fundamentali għall-edukazzjoni minħabba nuqqas ta’ riżorsi ekonomiċi u jerġa’ jitlob lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex ifasslu skeda ċara għat-tneħħija malajr tal-miżati diretti jew indiretti tal-iskola għal edukazzjoni bażika, waqt li fl-istess ħin iżommu livell għoli ta’ edukazzjoni;

38.

Jenfasizza li, fir-relazzjonijiet tal-UE ma’ pajjiżi terzi, huwa tal-akbar importanza li jkun hemm proġetti għall-iżvilupp tal-kompetenzi soċjali tat-tfal, tat-tolleranza, tas-solidarjetà u u tar-responsabilità għall-ambjent tagħhom, speċjalment fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima;

39.

Ifakkar li impenn politiku biex isiru għażliet ta’ politika koerenti fl-oqsma tat-tnaqqis tal-faqar, tal-edukazzjoni ta’ kwalità u tad-drittijiet tal-bniedem, huwa fundamentali biex jitnaqqsu l-inċentivi għax-xogħol mit-tfal;

40.

Jistieden lill-Komunità Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jipprovdu aktar appoġġ għall-kummerċ ġust u għal inizjattivi li jikkonċernaw l-ittikkettar li jħeġġu lill-kumpaniji sabiex ma jużawx ix-xogħol mit-tfal; jirrakkomanda li l-konformità mal-kodiċijiet volontarji ta’ kondotta dwar id-drittijiet fundamentali tax-xogħol għandha tkun kkontrollata aħjar u tkun trasparenti għall-konsumaturi Ewropej; jemmen li l-kuntratti ta’ akkwist pubbliku għandhom ikunu suġġetti għall-konformità mal-istandards internazzjonali tax-xogħol mit-tfal;

41.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kunsill li tniedi studju dwar l-impatt ta’ inċentivi posittivi fuq il-bejgħ ta’ prodotti mingħajr ma kien hemm impjieg tat-tfal u dwar il-possibiltà ta’ miżuri oħra, inklużi miżuri li jirrigwardaw il-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-Parlament dwar it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-eżitu ta’ dan l-istudju;

42.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta għal metodu uniformi għall-ittikkettar tal-prodotti impurtati fl-Unjoni Ewropea sabiex ikun aċċertat li dawn ikunu nħadmu mingħajr l-użu tal-impjieg tat-tfal fi kwalunkwe stadju fil-katina tal-produzzjoni, pereżempju, permezz tat-tqegħid tal-indikazzjoni “mingħajr l-impjieg tat-tfal” fuq il-pakkett tal-prodotti kkonċernati u għalhekk jaċċertaw li din is-sistema tkun skont ir-regoli kummerċjali internazzjonali tad-WTO;

43.

Jenfasizza l-MDG 4 dwar it-tnaqqis tal-imwiet fit-tfal u l-MDG 6 dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-malarja u mard ieħor, u jħeġġeġ lil-Komunità u donaturi oħra biex isaħħu s-sistemi tas-saħħa pubblika li joffru servizzi effettivi f’sens ta’ nefqa lil popolazzjonijiet sħaħ fir-rigward tas-saħħa materna, is-saħħa tat-trabi tat-twelid u s-saħħa tat-tfal, u li jkun hemm l-integrazzjoni ta’ interventi speċifiċi għal marda, bħal ma hi l-provvista ta’ xbieki għas-sodda kontra l-malarja u pilloli antiretrovirali, f’dawn is-servizzi tas-saħħa;

44.

Jiddeplora l-pressjoni li teżisti biex jiddgħajfu l-politiki dwar id-drittijiet tas-saħħa sesswali u dik riproduttiva, li qed tirriżulta fiż-żieda ta’ tqaliet mhux mixtieqa u aborti perikolużi għan-nisa żgħażagħ, u jħeġġeġ lill-UE biex iżomm il-livelli ta’ finanzjament għal firxa sħiħa ta’ servizzi ta’ saħħa marbuta mas-sess u r-riproduttività biex jintlaħqu l-MDG 5 dwar it-tisħiħ tas-saħħa materna;

45.

Jinnota l-effetti partikularment ħżiena tal-kriżi tal-prezzijiet tal-ikel fuq it-tfal, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ strateġiji wiesgħa biex isaħħu s-sigurtà tan-nutrizzjoni, u dan ma jfissirx biss li jkun hemm aċċess għal ikel adegwat, imma li jkun hemm ukoll aċċess għal mikronutrijenti xierqa, ilma tajjeb, iġjene u kundizzjonijiet sanitarji tajbin, kura tas-saħħa u kura tat-tfal adegwata u ambjent li jagħti s-saħħa;

46.

Jirrikonoxxi l-qafas ta’ politika impressjonanti tal-Unjoni Ewropea biex tiffaċċja t-traġedja ta’ tfal milquta minn konflitt bl-armi, u jitlob għal monitoraġġ imsaħħaħ, it-tkabbir tal-għarfien u mekkaniżmi ta’ taħriġ biex jiġi żgurat li din tiġi implimentata b’mod xieraq fuq il-post;

47.

Jemmen li l-konsulent tal-protezzjoni tat-tfal għandu jkun parti mill-missjonijiet ESDP kollha, u jsostni li t-taħriġ għall-istaff tal-missjoni tal-ESDP għandu jkopri kwistjonijiet ta’ protezzjoni tat-tfal;

48.

Jenfasizza li l-programmi ta’ Diżarm, Demobilizzazzjoni u Riitengrazzjoni appoġġjati mill-missjonijiet tal-ESDP għandhom iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal;

49.

Jappella li tiġi mogħtija attenzjoni speċjali lill-bżonnijiet tal-ommijiet li għadhom żgħar li jinsabu f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt u postkunflitt u tar-refuġjati u bniet mċaqilqa internament, kif ukoll tal-bniet li huma vittmi ta’ stupru u vjolenza sesswali;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinvesti fi programmi li għandhom l-għan li jipprevedu l-vjolenza sesswali u l-vjolenza bbażata fuq is-sess fuq il-bniet u s-subien, jew li għandhom l-għan ta’ intervent f’każ li dawn isseħħu, li għandhom jinkludu l-għoti ta’ kits ta’ profilassi ta’ wara l-esponiment (PEP) li jipprevjenu l-infezzjoni tal-HIV, appoġġ għall-irkupru u għas-servizzi ta’ integrazzjoni soċjali mill-ġdid, u mekkaniżmi tar-rappurtaġġ ta’ natura kunfidenzjali;

51.

Jenfasizza li l-UE għandha tappoġġja wkoll miżuri biex tegħleb l-istigma u d-diskriminazzjoni, minħabba li ta’ spiss bniet vulnerabbli u nisa żgħażagħ – bħal dawk li huma infettati bl-HIV, li huma vittmi ta’ stupru jew ta’ vjolenza sesswali, li kellhom tfal minħabba stupru, jew li wettqu abort – jigu mwarrba mill-komunitajiet tagħhom;

52.

Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni partikolarment diffiċli tat-tfal infettati bl-HIV, tfal bl-AIDS u orfni tal-AIDS; jikkundanna b’mod partikulari, l-istupru ta’ nisa u bniet minħabba l-idea li relazzjoni sesswali ma’ mara verġni tista’ tfejjaq l-AIDS, u jappella għal kampanji lokali ta’ informazzjoni biex tinqered din l-idea żbaljata u b’hekk tingħata protezzjoni akbar, partikolarment lill-bniet;

53.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi rrispettata l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti kollha u tal-Membri kollha tal-Familja tagħhom, sabiex jitħarsu d-drittijiet tat-tfal ta’ familji migranti;

54.

Jistieden lill-UE biex tuża l-programm tematiku dwar l-ażil u l-migrazzjoni, li jifforma parti mill-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, biex tappoġġja l-gruppi partikolarment vulnerabbli, bħat-tfal tal-migranti u t-tfal li jgħixu fil-faqar;

55.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex, fl-azzjoni esterna tagħha, tagħti attenzjoni speċifika għas-sitwazzjoni ta’ tfal li jħabbtu wiċċhom mad-diskriminazzjoni, inklużi dawk it-tfal f’kunflitt mal-liġi u t-tfal imċaħħda mil-libertà tagħhom u mitfugħin f’istituzzjonijiet magħluqa; jenfasizza li t-tfal għandu jkollhom aċċess aktar faċli għall-ġustizzja u għall-assistenza speċjalizzata u li l-età tagħhom għandha tiġi kkunsidrata matul il-proċedimenti ġudizzjarji permezz ta’ miżuri ta’ protezzjoni speċjali;

56.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex, meta jkunu qed ifasslu programmi ta’ għajnuna u jinnegozjaw pjanijiet ta’ azzjoni dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni ma’ pajjiżi terzi, jindirizzaw il-kwistjoni tal-ġustizzja tal-minorenni, filwaqt li jqisu mhux biss ir-ratifika tal-istandards relevanti internazzjonali u reġjonali iżda wkoll l-implimentazzjoni effettiva tagħhom;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu il-koerenza fil-politika fi kwistjonijiet li jikkonċernaw it-tfal, u li tiddaħħal il-kunsiderazzjoni tad-drittijiet tat-tfal f’oqsma ewlenin oħra ta’ politiki, bħal ma hi s-sigurtà, il-bidla fil-klima, il-migrazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna;

58.

Jappella sabiex kull politika tal-UE, li għandha xi effett fuq it-tfal fil-pajjiżi terzi, tkun suġġetta għal studju konsistenti ta’ impatt fuq id-drittijiet tat-tfal qabel ma tkun adottata, kif ukoll għal evalwazzjonijiet sussegwenti; jenfasizza li t-tfal għandhom jitqiesu bħala grupp separat u distint minħabba li huma ma jiġux affettwati bl-istess mod bħall-adulti;

59.

Jilqa’ l-inizjattiva mnedija fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill imsemmija hawn fuq biex ittejjeb il-koordinazzjoni u biex issaħħaħ it-tqassim tax-xogħol fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal, permezz tal-identifikazzjoni tal-politiki u tal-attivitajiet attwali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-pajjiżi pilota;

60.

Jinsab imħasseb li l-pajjiżi pilota għadhom ma ntgħażlux, u jistieden lill-Istati Membri biex jaħdmu mill-qrib mal-Kummissjoni biex jiżguraw li dan l-eżerċizzju jiġi implimentat mill-aktar fis possibbli;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa proċeduri, punti ta’ riferenza u indikaturi biex tiżgura li d-drittijiet integrati tat-tfal ma jitneħħewx mill-aġenda, u jaqbel mal-idea tal-Kummissjoni li minbarra l-integrazzjoni tad-drittijiet tat-tfal, jinħtieġu wkoll azzjonijiet speċifiċi taħt il-fondi ġeografiċi u l-Fond għall-Iżvilupp Ewropew, possibilment f’setturi mhux fokali;

62.

Jemmen li jista’ jkollu rwol aktar koordinat u sistematiku fil-monitoraġġ tal-impenji tal-UE dwar it-tfal, permezz, pereżempju, tar-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

63.

Jissuġġerixxi li l-assembleji interparlamentari (ACP-EU JPA, Eurolat, Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja) jistiednu lill-organizzazzjonijiet tat-tfal tal-pajjiż ospitanti fil-laqgħat tagħhom, u jappoġġja l-ħolqien ta’ forums ta’ żgħażagħ interreġjonali, bħal Pjattaforma taż-Żgħażagħ tal-UE-Afrika;

64.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Ko-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP-UE.


(1)  Ftehima ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Gruppi ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmata f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 317, 15.12.2000, p.3).

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(3)  ĠU C 26, 29.1.2004, p. 17.

(4)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(5)  ĠU C 25, 30.1.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 34, 9.2.2000, p. 1.

(7)  ĠU C 74 E, 24.3.2004, p. 854.

(8)  ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 84.

(9)  Testi adottati, P6_TA(2008)0012.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/11


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
L-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea

P6_TA(2009)0061

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (2008/2246(INI))

2010/C 76 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 136 sa 145 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kapijiet tal-Istat tad-9 ta’ Diċembru 1989 dwar il-Karta tal-Komunità dwar id-Drittijiet Soċjali tal-Ħaddiema u speċjalment l-Artikoli 17 u 18 tagħha,

wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa, riveduta fl-1996 u speċjalment l-Artikolu 21 tagħha,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea adottata f’Nizza fis-7 ta’ Diċembru 2000 u ffirmata formalment fil-Parlament Ewropew f'Diċembru 2007 mill-kapijiet tal-istat u l-kapijiet tal-gvern tas-27 Stat Membru, u speċjalment l-Artikolu 27 tagħha,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 135 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Protezzjoni u l-Faċilitajiet li għandhom jingħataw lir-rappreżentanti tal-ħaddiema fl-intrapriżi, adottata fit-23 ta’ Ġunju 1971 u b' mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

wara li kkunsidra d-Direttiva 94/45/KE tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 1994, dwar l-istabbiliment ta’ Kumitat Ewropew tax-Xogħlijiet jew ta’ proċedura fl-intrapriżi b’dimensjoni Komunitarja u l-gruppi ta’ intrapriżi b’dimensjoni Komunitarja bil-għan li l-ħaddiema jkunu infurmati u kkonsultati (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 98/59/KE tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-sensji kollettivi (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/23/KE tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema f’każ ta’ trasferiment ta’ intrapriżi jew stabbilimenti, jew partijiet minn intrapriżi jew stabbilimenti (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) nru 2157/2001 tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-istatut ta’ kumpanija Ewropea (SE) (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/86/KE tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-istatut ta’ kumpanija Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea (6) u d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati (7),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/72/KE tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-istatut ta’ soċjetà koperattiva ewropea f’dak li jirrigwarda l-involviment tal-impjegati (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2007 dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema (9),

wara li kkunsidra l-proposta għad-Direttiva tal-Parlament u l-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni għall-impjegati (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0419), u l-anness tagħha (SEC(2008)2166),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Marzu 2008 dwar l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/14/KE fl-UE (COM(2008)0146) u d-dokument ta’ ħidma tagħha (SEC(2008)0334),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0023/2009),

A.

billi t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/14/KE mill-Istati Membri ittardjat u billi xi Stati Membri llimitaw ruħhom li jittrasponu ċerti aspetti tad-dispożizzjonijiet minimi applikabbli,

B.

billi l-kriżi finanzjarja attwali se jkollha konsegwenzi fuq l-ekonomija tal-UE f’termini ta’ ristrutturazzjonijiet, fużjonijiet (mergers) u rilokazzjonijiet ta’ intrapriżi fuq il-livell tal-UE,

C.

billi d-Direttiva 2002/14/KE għandha l-għan li twaqqaf qafas ġenerali għall- informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati dwar il-futur tal-intrapriżi fejn huma jaħdmu, kif ukoll il-konsultazzjoni effettiva tal-ħaddiema biex ikunu antiċipati l-iżviluppi ekonomiċi ta' dawn l-intrapriżi,

D.

billi l-prinċipju tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema huwa ċentrali għall-ekonomija soċjali tas-suq u m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala ostaklu għall-iżvilupp ekonomiku tal-intrapriżi,

E.

billi l-Unjoni Ewropea għandha 23 miljun intrapriża li kull waħda tħaddem inqas minn 250 persuna (li jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi u li bejniethom iħaddmu iktar minn 100 miljun persuna) u billi l-Istituzzjonijiet tal-UE għandhom id-dover li jiggarantixxu u jsaħħu d-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni,

It-tisħiħ progressiv tal-proċess tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fi ħdan l-UE

1.

Jirrikonoxxi li t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/14/KE damet wisq ma ddaħħlet f’ċerti Stati Membri u għalhekk, jeħtieġ aktar żmien għall-evalwazzjoni tagħha; jenfasizza, madanakollu li fl-Istati Membri fejn ma teżisti l-ebda sistema ġenerali ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-ħaddiema, l-impatt ta’ din id-Direttiva se jkun evidenti;

2.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma wettqux traspożizzjoni korretta tad-Direttiva 2002/14/KE biex jagħmlu dan malajr kemm jista' jkun;

3.

Jikkunsidra li l-inizjattivi tal-Kummissjoni f'din id-direzzjoni, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati u l-imsieħba soċjali, għandhom jippermettu li jiġu approfonditi u riżolti l-punti problematiċi marbuta mal-interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/14/KE jew il-konformità tal-miżuri tal-implimentazzjoni;

4.

Josserva li ċerti Stati Membri fil-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom tad-Direttiva 2002/14/CE ma ħadux kont tal-każ speċifiku tal-ħaddiema żgħażagħ, tan-nisa li jaħdmu b'sigħat imnaqqsa jew tal-ħaddiema impjegati għal żmien qasir b'kuntratti għal tul ta' żmien determinat; f'dawn il-kundizzjonijiet, jitlob lill-Istati Membri biex jadattaw id-dispożizzjonijiet tagħhom rigward il-kalkolu tal-għadd tal-impjegati fl-intrapriżi b'mod li jikkonforma mal-ispirtu u mat-test tad-direttiva, jiġifieri li l-kalkolu tal-limiti minimi jsir fuq il-bażi tal-għadd reali ta' ħaddiema, mingħajr kundizzjonijiet oħra;

5.

Jikkunsidra li huwa xieraq li l-Istati Membri jispeċifikaw preċiżament, filwaqt li jikkunsidraw il-prattiki nazzjonali, il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet marbuta mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/14/KE dwar informazzjoni kunfidenzjali u jikkunsidraw dan li ġej:

(a)

il-perjodu taż-żmien ta’ dan l-obbligu wara l-iskadenza tal-mandat mogħti lil dawn rappreżentanti tal-ħaddiema;

(b)

il-kriterji u l-istanzi fl-interess leġittimu tal-intrapriża li żżomm din l-informazzjoni kunfidenzjali jew dwar ir-riskju ta’ ħsara għall-intrapriża jekk din l-informazzjoni tinkixef;

6.

Jitlob lill-Istati Membri biex fil-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom jiżguraw li:

(a)

jiddefinixxu b'mod preċiż it-terminu “informazzjoni”, mingħajr ma jħallu l-possibiltajiet ta' interpretazzjonijiet different, filwaqt li jirrispettaw l-ispirtu tad-Direttiva 2002/14/KE, jiġifieri li jagħtu l-possibiltà lir-rappreżentanti tal-ħaddiema li jeżaminaw l-informazzjoni mogħtija u ma jillimitawx irwieħhom billi jistennew it-tmiem tal-proċedura ta' informazzjoni jekk id-deċiżjonijiet tal-intrapriżi jkollhom konsegwenzi diretti fuq il-ħaddiema;

(b)

jinkludu, f'rabta mal-kontenut tal-informazzjoni, referenzi għall-Artikolu 4(2)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2002/14/KE,

(c)

jirrikjedu li l-informazzjoni tiġi pprovduta fi żmien xieraq qabel il-konsultazzjoni;

(d)

jiggarantixxu r-rispett sħiħ tal-obbligi stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/14/KE fir-rigward tad-drittijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni u biex jintlaħaq ftehim fis-sens tal-Artikolu 4(4)(e);

(e)

jassoċjaw ukoll lit-trejdjunjins li huma preżenti fl-intrapriża, sabiex jikkonsolidaw id-djalogu soċjali;

7.

Jistieden lill-Istati Membri li ma għandhomx sanzjonijiet effikaċi, proporzjonati u dissważivi, kif stipulati fl-Artikolu 6(3), f'każ ta' ksur tar-regoli rigward id-dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati, sabiex idaħħlu regoli ta' dan it-tip;

8.

Jistieden lill-Istati Membri li ma għandhomx sistema ta’ protezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema biex jistabbilixxu waħda;

9.

Jissuggerixxi lill-Istati Membri fejn tradizzjonalment il-protezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema hija ggarantita permezz ta' ftehim negozjat bejn it-trejdjunjins u l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem biex jipprovdu għal protezzjoni addizzjonali b'saħħitha għal dawn ir-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-każ li n-negozjati jfallu;

Implimentazzjoni u titjib tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/14/KE

10.

Jikkunsidra li jeħtieġ li titfassal u titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri firxa ta’ sanzjonijiet possibbli li jistgħu jittieħdu kontra min iħaddem u ma jirrispettax id-dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema kif stipulat fid-Direttiva 2002/14/KE;

11.

Jenfasizza li s-sussidjarjetà m'għandhiex tkun argument li bih l-Istati Membri jonqsu mill-obbligi tagħhom li jiddeterminaw sanzjonijiet li jkunu qawwija biżżejjed sabiex iżommu lil min iħaddem milli jikser id-Direttiva 2002/14/EC;

12.

Jiġbed l-attenzjoni lejn is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' Ġunju 1994 (10), li tistabbilixxi l-prinċipju li jgħid li dawk l-Istati Membri li għandhom sistemi ta' teknika proċedurali u istituzzjonali insuffiċjenti huma obbligati li joħolqu dispożizzjonijiet statutorji xierqa kif ukoll sanzjonijiet adegwati, effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-konfront ta' min iħaddem u ma jirrispettax l-obbligi ta' informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema;

13.

Jitlob lill-Istati Membri biex isegwu l-ispirtu tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-tfassil tal-miżuri ta' reviżjoni amministrattiva u ġudizzjarja u s-sanzjonijiet fir-rigward ta' min iħaddem u ma jirrispettax l-obbligi tiegħu ta' informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema, sakemm issir reviżjoni tad-Direttiva 2002/14/EC;

14.

Jikkunsidra li l-miżuri ta' traspożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema jibqa' dritt awtomatiku, b'konformità mal-interpretazzjoni korretta tad-Direttiva 2002/14/KE;

15.

Jikkunsidra li jeħtieġ li jitfasslu l-arranġamenti għat-twettiq tal-obbligi tar-rappreżentant tal-ħaddiema, b'mod li dawn il-ħidmiet ikunu jistgħu jitwettqu fil-ħinijiet tax-xogħol u jiġu remunerati kif xieraq;

16.

Jikkunsidra li jeħtieġ li jkunu ggarantiti lir-rappreżentanti tal-ħaddiema tal-amministrazzjoni pubblika u ħaddiema minn intrapriżi tas-settur pubbliku u finanzjarju l-istess drittijiet għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni li jingħataw lill-ħaddiema l-oħra;

17.

Jikkunsidra li jeħtieġ li tiġi rriveduta l-possibilità li wieħed jirrikorri għall-konsultazzjoni diretta, meta tkun teżisti struttura ta' rappreżentazzjoni eletta jew trejdjunjonistika, u b'hekk jiġi evitat li min iħaddem ma jindaħalx permezz tal-konsultazzjoni diretta f' oqsma koperti mid-dritt tat trejdjunjins li jagħmlu- ftehim kollettiv, bħal fil-każ ta' salarji;

18.

Jitlob li tiġi eżaminata l-ħtieġa li jiġu modifikati l-limiti minimi tal-ħaddiema fl-intrapriża jew l-istabbiliment li minnhom tibda tapplika d-Direttiva 2002/14/KE, biex ikunu l-mikro-intrapriżi biss li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha;

19.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri li, għalkemm jibqa' dubju dwar id-definizzjoni preċiża tat-terminu “intrapriża” fid-Direttiva 2002/14/EC, teżisti każistika komprensiva tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan is-suġġett, u jistieden lill-Istati Membri biex jirreferu għaliha fil-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, sabiex jevitaw rikors kontrihom għan-nuqqas ta' twettiq tal-obbligi tagħhom;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tadotta, mill-aktar fis possibbli, miżuri li jiggarantixxu traspożizzjoni tajba tad-Direttiva 2002/14/KE mill-Istati Membri, filwaqt li tivverifika l-punti kollha li jippreżentaw nuqqasijiet jew diffikultajiet, bħad-dispożizzjonijiet u prattiki nazzjonali applikabbli għall-kalkolu tal-għadd ta' impjegati fl-intrapriżi, l-użu ta' dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 (2) u (3), u l-garanziji li għandhom jiġu applikati għall-klawżola ta' kunfidenzjalità stipulata fl-Artikolu 6; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri li ma wettqux it-traspożizzjoni tad-direttiva jew li ma għamlux dan b'mod korrett;

21.

Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/14/KE, fir-rigward tat-tisħiħ tad-djalogu soċjali u l-kapaċità ta' antiċipazzjoni, prevenzjoni u l-kapaċità ta' impjegar fis-suq tax-xogħol kif ukoll fir-rigward tal-kapaċità tagħha li tevita diffikultajiet amministrattivi, legali u finanzjarji fost l-intrapriżi żgħar u medji u, jekk ikun meħtieġ, iżżid proposti oħra xierqa;

22.

Jilqa' b' sodisfazzjoni l-proposta għal-regolament tal-Kunsill dwar l-istatut tal-kumpanija privata ewropea (COM (2008)0396), li tieħu kont tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi ż-żgħar;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni li hija responsabbli mill-monitoraġġ ta' għaqdiet u ta' akkwiżizzjonijiet, biex tiżgura li, meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-għaqdiet jew l-akkwisti, dawn isiru skont ir-regoli li hemm fil-liġi nazzjonali u fil-liġi Komunitarja rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema;

24.

Huwa tal-fehma li dik l-informazzjoni, li jekk tiġi żvelata tista' tkun ta' ħsara ekonomika enormi għal kumpanija, għandha tibqa' kunfidenzjali b'mod assolut sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwar kwistjonijiet ekonomiċi sostanzjali li għandhom x'jaqsmu mal-kumpanija (eż. b'forma ta' ittra ta' impenn);

25.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel pubbliku b'mod regolari t-titjib fid-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u konsultazzjoni u biex tpoġġi din il-kwistjoni fuq l-aġenda tad-Djalogu Soċjali Ewropew, kemm fil-livell transsettorjali kif ukoll dak speċifiku għas-settur;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-imsieħba soċjali biex jinfluwenzaw l-implimentazzjoni fuq livell nazzjonali b'mod proattiv u pożittiv, permezz tat-tixrid ta' prattiki tajba, fost affarijiet oħra;

27.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu inizjattivi kemm jista' jkun malajr biex issaħħaħ il-kultura effikaċi ta' kooperazzjoni bejn l-imsieħba soċjali fir-rigward tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema fl-Unjoni, filwaqt li tikkunsidra n-natura tat-tema kif ukoll il-karatteristiċi partikolari u d-daqs tal-intrapriżi;

28.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-ftehim konkluż bejn l-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien ta' Bastimenti tal-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006 jagħmel referenza għall-konsultazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet varji, bħar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u t-terminazzjoni bikrija tal-kuntratti tal-impjieg;

29.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinkludi, fil-komunikazzjoni tagħha tal-10 ta' Ottubru 2007 dwar il-“valutazzjoni mill-ġdid tal-qafas soċjali regolatorju għal impjiegi aktar u aħjar fl-UE fil-qasam tat-tbaħħir” (COM(2007)0591), id-Direttiva 2002/14/KE, u jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq għall-evalwazzjoni l-possibilità ta' deroga għall-applikazzjoni tad-direttiva 2002/14/KE stipulata fl-Artikolu 3(3) tiegħu;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina l-ħtiġijiet ta' koordinazzjoni tad-direttivi 94/45/KE, 98/59/KE, 2001/23/KE, 2001/86/KE, 2002/14/KE, 2003/72/KE u tar-Regolament (KE) nru 2157/2001, sabiex tiġi studjata l-ħtieġa li jsiru xi modifiki eventwali bil-għan li jiġu eliminati d-duplikazzjonijiet u l-kontradizzjonijiet; jikkunsidra li l-modifiki eventwali għandhom isiru b'mod simultanju;

*

* *

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.


(1)  ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64.

(2)  ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16.

(3)  ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16.

(4)  ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.

(6)  ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

(7)  ĠU L 80, 23.3.2002, p. 34.

(8)  ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25.

(9)  ĠU C 76 E tas-27.3.2008, p. 138.

(10)  Sentenza tat-8 ta' Ġunju 1994, Kummissjoni/Renju Unit (C-382/92, ECR 1994, p. I-2435); sentenza tat-8 ta' Ġunju 1994, Kummissjoni/Renju Unit (C-383/92, ECR 1994, p. I-2479).


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/16


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
L-Ekonomija Soċjali

P6_TA(2009)0062

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-Ekonomija Soċjali (2008/2250(INI))

2010/C 76 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 48, 125 sa 130 u 136 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 fuq l-Istatut għal Soċjeta Koperattiva Ewropea (1), u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta' Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/618/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri (4),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2008 dwar proposta għal Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali 2008 (COM(2008)0042), id-dokument Mehmuż mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Proposta għar-Rapport Konġunt (SEC(2008)0091), u r-Rapport tax-Xogħol Konġunt 2007/2008, kif approvat fil-konklużjonijiet tal-Presidenza wara l-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tat-13 sal-14 ta' Marzu 2008,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 1994 dwar l-ekonomija soċjali alternattiva (5),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 1998 dwar l-irwol tal-koperattivi fit-tkabbir tal-impjieg tan-nisa (6),

wara li kkunsidra l-Pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (7),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd (8),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, li jinkludi l-faqar tat-tfal, fl-UE (9),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2004 dwar il-promozzjoni ta' soċjetajiet kooperattivi fl-Ewropa (COM(2004)0018),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ġunju 1997 dwar il-Promozzjoni tal-Irwol tal-Organizzazzjonijiet Volontarji u l-Fondazzjonijiet fl-Ewropa (COM(1997)0241) u tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-2 ta' Lulju 1998 dwar dan (10),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummisjoni tas-7 ta' April 2000 dwar Azzjoni Lokali għall-Impjiegi: Dimensjoni lokali għall-Istrateġija Ewropea tal-Impjiegi (COM(2000)0196),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2001 dwar it-Tisħiħ tad-dimensjoni lokali tal-Istrateġija Ewropea tal-Impjiegi (COM(2001)0629) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta' Lulju 2002 dwar dan (11),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-ekonomija soċjali, b'mod partikulari dawk tal-Ekonomija Soċjali u s-Suq Wieħed (12), id-diversifikazzjoni ekonomika f'pajjiżi kandidati – l-irwol tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju u impriżi tal-ekonomija soċjali (13) u l-Ħila tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju u l-impriżi soċjali ekonomiċi biex jadattaw għat-tibdiliet imposti minn tkabbir ekonomiku (14),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar l-irwol tal-volontarjat fil-kontribuzzjoni għall-koeżjoni ekonomika u soċjali (15),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar Mudell Soċjali Ewropew għall-ġejjieni (16),

wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 dwar l-aġenda soċjali Mġedda: Opportunitajiet, Aċċess u Solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21 (COM(2008)0412),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 dwar “Impenn imġedded għall-Ewropa soċjali: Insaħħu l-Metodu Miftuħ tal-Koordinazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u għall-Inklużjoni Soċjali” (COM (2008)0418) u l-ewwel Rapport Biannwali dwar Servizzi Soċjali ta' Interess Ġenerali (SEC (2008) 2179/2) tal-istess data,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomici u Monetarji (A6-0015/2009),

A.

billi l-mudell soċjali Ewropew huwa mibni prinċipalment fuq livell għoli ta' servizzi, beni u impjiegi ġġenerati mill-ekonomija soċjali bl-appoġġ tal-kapaċitajiet tat-tbassir u l-innovazzjoni żviluppati mill-promoturi tiegħu,

B.

billi l-ekonomija soċjali hija bbażata fuq mudell soċjali li huwa konformi mal-prinċipji fundamentali tal-mudell soċjali u tar-riżq Ewropew, u billi llum l-ekonomija soċjali għandha rwol ewlieni fil-preservazzjoni u fit-tisħiħ ta' dan il-mudell permezz tal-aġġustament tal-produzzjoni u l-provvista ta' ħafna servizzi soċjali ta' interess ġenerali,

C.

billi l-mudelli soċjali ekonomiċi konsegwentament għandhom jiġu mtejba biex jintlaħqu l-għanijiet tat-tkabbir ekonomiku, l-impjegabilità, it-taħriġ u s-servizzi personali, li jinstabu fil-linji politiċi kollha tal-UE,

D.

billi l-ġid u l-istabilità ta’ soċjetà jiġu mid-diversità tagħha, u billi l-ekonomija soċjali tikkontribwixxi b'mod attiv għaliha billi ttejjeb u ssaħħaħ il-mudell soċjali Ewropew u billi tipprovdi mudell distintiv ta' negożju, li jagħti l-possibilità lill-ekonomija soċjali biex tikkontribwixxi għal tkabbir stabbli u sostenibbli,

E.

billi l-valuri tal-ekonomija soċjali huma konsistenti ħafna mal-għanijiet komuni tal-UE dwar l-inklużjoni soċjali u billi l-impjieg deċenti, it-taħriġ u l-integrazzjoni mill-ġdid għandhom ikunu marbuta ma' dawn; billi l-ekonomija soċjali wriet li tista' ttejjeb ħafna l-status soċjali tan-nies żvantaġġati (kif intwera, pereżempju, mill-koperattivi tal-mikrokrediti mfassla mir-rebbiegħ tal-Premju Nobel, il-Professur Mohammed Yunus, li, permezz tal-iffaċilitar tal-inklużjoni finanzjarja, żied l-influwenza tan-nisa) u li għandha kapaċità sostanzjali għall-innovazzjoni soċjali, li tagħti appoġġ lil dawk in-nies li jaffaċċjaw diffikultajiet biex isibu soluzzjonijiet għall-problemi soċjali tagħhom stess, per eżempju fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u privata tagħhom, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kwalità tal-ħajja tal-familja, u l-kapaċità tagħhom li jieħdu ħsieb it-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità,

F.

billi l-ekonomija soċjali tirrappreżenta 10 % tat-total tan-negozji Ewropej, b'żewġ miljun intrapriża jew 6 % tal-impjieg totali, u għandha potenzjal għoli biex tiġġenera u żżomm impjieg stabbli, b'mod partikulari minħabba l-fatt li dawk l-attivitajiet, fix-xorta tagħhom, aktarx li ma jkunux delokalizzati,

G.

billi l-impriżi tal-ekonomija soċjali normalment huma impriżi żgħar u ta' daqs medju li jikkontribwixxu għall-mudell ekonomiku sostenibbli, li taħtu l-individwi huma aktar importanti mill-kapital, u billi dawn l-impriżi ta' spiss huma attivi fis-suq intern u għaldaqstant għandhom bżonn jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi,

H.

billi l-ekonomija soċjali żviluppat minn formazzjonijiet organizzattivi u/jew ġuridiċi ta’ imprenditorjat partikulari bħall-koperattivi, is-soċjetajiet reċiproċi, l-assoċjazzjonijiet, l-impriżi soċjali u l-organizzazzjonijiet, il-fondazzjonijiet u entitajiet oħra f'kull Stat Membru; billi din tkopri sensiela ta’ kunċetti wżati f'diversi Stati Membri differenti bħal “ekonomija ta’ solidarjetà” u “it-tielet settur”, u għalkemm dawk il-kunċetti mhumiex meqjusa li jagħmlu parti mill-ekonomija soċjali fl-Istati Membri kollha, hemm attivitajiet kumparabbli li jaqsmu l-istess karatteristiċi u li jeżistu madwar l-Unjoni Ewropea kollha,

I.

billi hemm bżonn li jiġi rikonoxxut l-istatut ta’ xi tipi ta' organizzazzjoni li jifformaw parti mill-ekonomija soċjali fil-livell tal-UE, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-regoli tas-suq intern, sabiex jitnaqqas ix-xkiel burokratiku fil-ksib ta’ fondi Komunitarji,

J.

billi l-ekonomija soċjali tagħti prominenza lill-mudell ta’ negozju li ma jistax jiġi kkaratterizzat la mill-kobor u lanqas miz-zoni ta’ attivitajiet, imma mir-rispett għall-valuri komuni, fosthom, is-supremazija tad-demokrazija, il-parteċipazzjoni tal-partijiet soċjali involuti, u l-għanijiet individwali u soċjali fuq il-profitt; id-difiza u t-twettiq ta’ prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ responsabilità; l-għaqda tal-interessi tal-membri utenti tagħha flimkien mal-interess ġenerali; il-kontroll demokratiku mill-membri tagħha; l-adeżjoni volontarja u miftuħa; l-awtonomija tal-immaniġġjar u l-indipendenza fir-rigward ta' awtoritajiet pubbliċi; u l-allokazzjoni tal-massa ta' dak li jkun żejjed għal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u għas-servizz għall-membri tagħha skont l-interess ġenerali,

K.

billi, minkejja ż-żieda fl-importanza tal-ekonomija soċjali u tal-organizzazzjonijiet li jiffurmaw parti minnha, din għadha ftit li xejn magħrufa u dan huwa ta' spiss il-mira tal-kritika li hija r-riżultat ta' approċċi tekniċi żbaljati; u billi n-nuqqas ta' viżibilità istituzzjonali hija waħda mill-aktar ostakli importanti li l-ekonomija soċjali taffaċċja fl-UE u f'xi Stati Membri, li minn parti hija dovuta għall-karatteristiċi partikolari tas-sistemi nazzjonali tal-kontabilità,

L.

billi l-intergrupp dwar l-ekonomija soċjali tal-Parlament wettaq xogħol dettaljat,

Rimarki ġenerali

1.

Jinnota li l-ekonomija soċjali għandha rwol essenzjali fl-ekonomija Ewropea, billi tgħaqqad il-profitt mas-solidarjetà, toħloq impjiegi ta' kwalità għolja, issaħħaħ il-koeżjoni soċjali, ekonomika u reġjonali, tiġġenera kapital soċjali, tippromwovi ċittadinanza attiva, solidarjetà u tip ta' ekonomija b'valuri demokratiċi li tqiegħed lill-persuni fl-ewwel post, kif ukoll tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u l-innovazzjoni soċjali, ambjentali u teknoloġika;

2.

Jikkunsidra l-ekonomija soċjali bħala importanti kemm simbolikament kif ukoll f'termini ta' prestazzjoni, bl-għan li tissaħħaħ id-demokrazija industrijali u ekonomika;

3.

Jagħraf li l-ekonomija soċjali tista' tmur għall-aħjar u tiżviluppa l-potenzjal kollu tagħha biss ikollha l-ħila tgawdi minn kundizzjonijiet u prerekwiżiti politiċi, leġiżlattivi u operazzjonali xierqa, li jqisu kif xieraq il-ġid tad-diversità fost l-istituzzjonijiet tal-ekonomija soċjali u l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom;

4.

Jikkunsidra li impriżi tal-ekonomija soċjali ma għandhomx ikunu soġġetti għall-istess applikazzjoni tar–regoli tal-kompetizzjoni bħal impriżi oħra u li jeħtieġu qafas legali sikur ibbażat fuq l-għarfien tal-valuri speċifiċi tagħhom, sabiex ikunu jistgħu joperaw fuq l-istess livell ta’ impriżi oħra bħal dawn;

5.

Jenfasizza l-fatt li sistema ekonomika li fiha l-impriżi tal-ekonomija soċjali għandhom rwol aktar sinifikanti tnaqqas l-espożizzjoni għall-ispekulazzjoni fis-swieq finanzjarji li fihom xi kumpaniji privati mhumiex soġġetti għas-superviżjoni tal-azzjonisti u tal-korpi regolatorji;

Ir-rikonoxximent tal-kunċett tal-ekonomija soċjali

6.

Jinnota li d-diversità fil-forom intraprenditorjali ġiet rikonoxxuta fit-Trattat KE u bl-adozzjoni tal-Istatut għal soċjetà koperattiva Ewropea;

7.

Jinnota li l-Kummissjoni rrikonoxxiet diversi drabi l-kunċett tal-ekonomija soċjali;

8.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-ekonomija soċjali fil-politiki l-ġodda tagħha u biex tiddefendi l-kunċett ta' “approċċ differenti għall-intraprenditorjat” tal-ekonomija soċjali, li huwa mmexxi b'mod ewlieni mhux mill-profitt iżda mill-għan tal-benefiċċju soċjali, biex jiġi żgurat li l-karatteristiċi partikulari tal-ekonomija soċjali jiġu kkunsidrati kif suppost fl-iżvilupp ta' leġislazzjoni;

9.

Huwa tal-opinjoni li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-ekonomija soċjali u l-partijiet involuti tagħha - il-koperattivi, is-soċjetajiet reċiproċi, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet – fil-leġiżlazzjoni u l-politiki; jissuġġerixxi li dawn il-miżuri jinkludu aċċess faċli għall-kreditu u l-eżenzjoni tat-taxxa, l-iżvilupp ta' mikrokrediti, it-twaqqif ta' statuti Ewropej għall-assoċjazzjonijiet, il-fundazzjonijiet u s-soċjetajiet reċiproċi, kif ukoll fondi u inċentivi tal-UE mfasslin apposta biex jagħtu sostenn aħjar lill-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali li joperaw fis-setturi kummerċjali u f'dawk mhux kummerċjali, li huma maħluqa għall-iskop ta' utilità soċjali;

Ir-rikonoxximent legali: l-istatuti Ewropej għall-assoċjazzjonijiet, il-fondazzjonijiet u s-soċjetajiet reċiproċi

10.

Jinnota li hemm il-bżonn tar-rikonoxximent tal-istatuti Ewropej għall-assoċjazzjonijiet, soċjetajiet reċiproċi u fondazzjonijiet biex jiġi żgurat li l-impriżi tal-ekonomija soċjali jibbenefikaw minn trattament ugwali fil-liġi tas-suq intern; iqis li l-irtirar tal-proposti tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut għal assoċjazzjoni Ewropea u għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut għal soċjeta Ewropea għas-self (KUMM(1991)0273) huwa intopp sinifikanti għall-iżvilupp ta' dawn il-forom ta' ekonomija soċjali fl-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-programm ta' ħidma tagħha kif xieraq;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni biex issegwi r-rapport ta' vijabilità dwar l-Istatut tal-fondazzjoni Ewropea u li kellu jiġi ppubblikat sat-tmiem tas-sena 2008 u biex tniedi studju ta’ impatt tal-Istatuti għall-assocjazzjoni Ewropea u għal socjetà Ewropea reċiproka;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw qafas legali li jirrikonoxxi l-komponenti ta' l-ekonomija soċjali;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kumpanija privata Ewropea tkun tip ta' kumpanija li tista' tiġi adottata minn kull tip ta' negozju;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistipula regoli ċari biex jiġu identifikati liema entitajiet jistgħu joperaw b'mod legali bħala impriżi ta’ ekonomija soċjali u biex jiġu introdotti limiti legali effikaċi għad-dħul biex ebda organizzazzjoni li mhijiex tal-ekonomija soċjali ma tkun tista’ tibbenefika minn finanzjament maħsub biex jinkoraġġixxi impriżi tal-ekonomija soċjali;

Ir-rikonoxximent statistiku

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-ħolqien ta' reġistri nazzjonali tal-istatistika għall-impriżi tal-ekonomija soċjali, biex iniedu rendikont nazzjonali bis-satellita għal kull settur istituzzjonali u kull fergħa ta’ attività u biex jippermettu l-kollazzjoni ta’ din id-data fl-Eurostat, wkoll permezz tal-użu tal-kompetenzi disponibbli fl-universitajiet;

16.

Jinnota li l-kejl tal-ekonomija soċjali huwa kumplimentari għall-kejl tal-istituzzjonijiet li ma jagħmlux qligħ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-użu tal-Manwal tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Istituzzjonijiet ta' Mingħajr Qligħ fis-Sistema tal-Kontijiet Nazzjonali u biex jippreparaw rendikonti satellita li jtejbu l-viżibilità tal-Istituzzjonijiet Mingħajr Qligħ u tal-organizzonazzjonijet tal-ekonomija soċjali;

Ir-rikonoxximent bħala msieħeb soċjali

17.

Jappoġġja l-fatt li l-komponenti tal-ekonomija soċjali għandhom jiġu rikonoxxuti fis-settur tad-djalogu settorjali u inter-settorali tal-UE u jissuġġerixxi li l-proċess għall-inklużjoni tal-protagonisti tal-ekonomija soċjali fil-konsultazzjonijiet soċjali u d-djalogu ċivili għandhom ikunu mħeġġa bil-qawwa kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri;

L-ekonomija soċjali bħala operatur ewlieni għat-twettiq tal-għanijiet tal-Istrateġija ta’ Liżbona

18.

Jinnota li l-impriżi u l-organizzazzjonijiet ekonomiċi soċjali jgħinu biex isaħħu l-ispirtu intraprenditorjali, jiffaċilitaw aktar it-tħaddim demokratiku tan-negozju dinji, jinkorporaw ir-responsabilità soċjali u jippromwovu l-integrazzjoni attiva soċjali ta' kategoriji vulnerabbli;

19.

Jenfasizza li dawk li jħaddmu fl-ekonomija soċjali huma protagonisti sinifikanti tal-inklużjoni mill-ġdid, u jistieden l-isforzi tagħhom biex joħolqu u jżommu mpjiegi ta' kwalità għolja, tajbin u stabbli u biex jinvestu fil-ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw u jsaħħu l-ekonomija soċjali fl-irwol tagħha bħala impjegatur tajjeb u biex jirrispettaw l-istejtus speċjali tagħha;

20.

Jenfasizza li l-ekonomija soċjali tgħin biex tirretifika tliet żbilanċji ewlenin tas-suq tax-xogħol: il-qgħad, in-nuqqas ta' stabilità tax-xogħol u l-esklużjoni soċjali u mis-suq tax-xogħol ta' dawk mingħajr impjieg; barra minn hekk jinnota li l-ekonomija soċjali għandha rwol fit-titjib tal-opportunitajiet tax-xogħol u fil-ħolqien ta' impjiegi li normalment mhumiex deċentralizzati, li jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija ta' Liżbona;

21.

Iqis li l-appoġġ tal-Istati Membri għall-impriżi tal-ekonomija soċjali għandu jiġi interpretat bħala investiment ġenwin fil-ħolqien ta’ netwerks ta’ solidarjetà li jistgħu jsaħħu l-irwol tal-komunitajiet u tal-awtoritajiet lokali fl-iżvilupp ta’ politiki soċjali;

22.

Iqis li l-problemi soċjali jitolbu li ssir riflessjoni, iżda li fiċ-ċirkustanzi attwali l-aktar li hemm bżonn tagħha hija l-azzjoni; iqis li l-biċċa l-kbira tal-problemi soċjali għandhom jiġu ttrattati b’soluzzjonijiet lokali, biex jingħelbu sitwazzjonijiet u problemi prattiċi; iqis li, sabiex tkun effettiva, tali azzjoni teħtieġ regoli stretti ta’ koordinazzjoni, li jkun ifisser livell għoli ta’ koperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-impriżi tal-ekonomija soċjali;

23.

Jinnota li, minħabba li huma marbuta mill-qrib mal-livell lokali, l-impriżi ekonomiċi soċjali jippermettu l-ħolqien ta' rabtiet bejn iċ-ċittadini u l-entitajiet rappreżentattivi reġjonali, nazzjonali u Ewropej, u jistgħu jikkontribwixxu għall-governanza tal-UE li tkun effikaċi għall-koeżjoni soċjali; jistma b'mod favorevoli ħafna l-isforzi tal-impriżi u tal-organizzazzjonijiet ekonomiċi soċjali biex jiffurmaw rwieħhom fi gruppi fi ħdan pjattaformi ta’ koordinazzjoni fuq livell tal-UE;

24.

Jinnota li l-ekonomija soċjali għandha rwol ewlieni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija ta' Liżbona rigward it-tkabbir sostenibbli u l-impjieg totali, minħabba li din tibbilanċja l-ħafna żbilanċji fis-suq tax-xogħol, b'mod partikulari billi tappoġġja l-impjieg tan-nisa, u twaqqaf u tipprovdi servizzi ta' kura fil-komunità (bħalma huma s-servizzi soċjali, tas-saħħa u l-benessri), flimkien mal-ħolqien u ż-żamma tal-binja ekonomika tas-soċjetà, u għaldaqstant tgħin fil-promozzjoni tal-iżvilupp lokali u tal-koeżjoni soċjali;

25.

Huwa tal-opinjoni li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu azzjoni biex tistabbilixxi qafas għall-aġenda ekonomika soċjali ladarba din issaħħaħ il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni lokali u tal-UE, minħabba l-abilità tal-ekonomija soċjali li toħloq stabbiltà fil-kuntest ta' ekonomiji eminenti ċikliċi, permezz tad-distribuzzjoni u l-investiment mill-ġdid tal-profitti lokalment, fejn ikun xieraq, billi tiġi promossa kultura intraprenditorjali li torbot l-attivitajiet ekonomiċi mal-bżonnijiet lokali, issostni l-attivitajiet li jinsabu f'riskju (eż. is-snajja') u tiġġenera l-kapital soċjali;

26.

Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi fis-settur biex jevalwaw u jsaħħu l-irwol tan-nisa fl-ekonomija soċjali, kemm f'termini kwantitattivi, minħabba r-rati għolja ta' impjieg tan-nisa fl-oqsma kollha tas-settur, li jinkludi l-assoċjazzjonijiet u x-xogħol volontarju, u fir-rigward tal-aspetti tal-kwalità u l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-provvista tas-servizzi; jinsab imħasseb dwar il-problema persistenti tal-integrazzjoni vertikali, anke fl-ekonomija soċjali, li tillimita l-partiċepazzjoni tan-nisa fil-proċessi ta' teħid tad-deċiżjonijiet;

27.

Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u l-operaturi fis-settur biex jinkoraġixxu u jappoġġjaw is-sinerġiji potenzjali li jistgħu jiġu ġġenerati fis-settur tas-servizzi mill-partijiet involuti u l-utenti tal-ekonomija soċjali billi jiġi mwessa' l-iskop tal-parteċipazzjoni, il-konsultazzjoni u r-responsabilità reċiproka;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra r-realtajiet tal-ekonomija soċjali meta tiġi eżaminata l-politika dwar l-għajnuna Statali, minħabba li negozji u organizzazzjonijiet żgħar li joperaw fil-livell lokali jiltaqgħu ma' diffikultajiet konsiderevoli fl-assessjar tal-fondi, b'mod partikulari matul il-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex ma timpedixxix il-liġi nazzjonali tal-kumpaniji jew id-dispożizzjonijiet fiskali bħal dawk applikati għall-koperattivi fis-settur bankarju u fis-settur tad-distribuzzjoni li joperaw fuq il-bażi ta' prinċipji reċiproċi, id-demokrazija tal-kumpaniji, it-trażmissjoni tal-assi ta' bejn il-ġenerazzjnonijiet, l-indiviżibilità tar-riżervi, is-solidarjetà, l-etika tax-xogħol u l-etika tan-negozju;

29.

Jenfasizza l-fatt li xi wħud mill-impriżi tal-ekonomija soċjali huma mikro-impriżi jew negozji żgħar li jista' ma jkollhomx il-mezzi meħtieġa biex jiffunzjonaw fis-suq intern u biex jieħdu sehem fi programmi nazzjonali u Ewropej u jipproponi li l-appoġġ u l-għodod fil-mira jiġu introdotti biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll biex tiffaċilita, f'każ ta' kriżi tan-negozju, il-possibilità li jkun hemm trasformazzjoni ta’ negozji f’impriżi fejn il-ħaddiema huma s-sidien;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi diretti lejn impriżi soċjali potenzjali u eżistenti li joffru appoġġ finanzjarju, tagħrif, parir u taħriġ u biex iħaffu l-proċess tat-twaqqif (li jinkludu t-tnaqqis tal-ħtiġijiet kapitali inizjali għall-kumpaniji), sabiex jgħinuhom ilaħħqu ma' ekonomija li hija dejjem aktar globali u li bħalissa hija affetwata mill-kriżi finanzjarja;

31.

Jenfasizza li l-impriżi tal-ekonomija soċjali jiltaqgħu ma' aktar diffikultajiet milli jiltaqgħu magħhom impriżi kbar, pereżempju biex ilaħħqu mal-piżijiet regolatorji, biex jiksbu l-finanzjament u l-aċċess għal teknoloġija u informazzjoni ġdida;

32.

Jirreferi għall-importanza ta' ekonomija soċjali fir-rigward ta' servizzi ta' interess ġenerali; jirreferi għall-valur miżjud ipprovdut minn netwerks integrati pubbliċi-privati, kif ukoll għar-riskju tal-isfruttament, pereżempju f'forma ta' kuntratti minn barra biex jgħinu l-awtoritajiet pubbliċi jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom, mhux l-anqas billi jagħmlu użu mill-kontibuzzjonijiet f’forma ta’ xogħol volontarju;

33.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli bil-ħidma tagħha ta' djalogu u kjarifika mal-partijiet ikkonċernati u biex jappoġġja l-Istati Membri fir-rigward tas-servizzi ta' interess ġenerali u s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali u biex tagħmel użu mill-metodu ta' “ġabra ta' indikaturi”;

Ir-riżorsi meħtieġa biex jiġu milħuqa l-għanijiet

34.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li jitqiesu l-karatteristiċi tal-ekonomija soċjali (l-għanijiet, il-valuri u l-metodi ta' ħidma tagħha) meta jitfasslu linji politiċi tal-UE u, b'mod partikulari, biex tiġi nkluża l-ekonomija soċjali fil-politiki u l-istrateġiji tagħha fl-isfera soċjali, ekonomika, u l-iżvilupp tan-negozju, b'mod partikulari fir-rigward ta' “L-Att għall-impriżi ż-żgħar”D għall-Ewropa (COM(2008)0394); jitlob li, meta l-ekonomija soċjali tiġi affettwata, isiru l-evalwazzjonijiet tal-impatt u jiġu rispettati l-interessi tal-ekonomija soċjali u jingħataw prijorità; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni biex tħares għal darba'oħra lejn il-possibilità li titwaqqaf interservizz għall-ekonomija soċjali li jgħaqqad id-direttorati ġenerali rilevanti;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura li l-Osservatorju tal-Impriżi żgħar u medji Ewropej jinkludu b'mod sistematiku impriżi tal-ekonomija soċjali fl-istħarriġ tagħha u biex tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet għall-miżuri biex jassistu l-funzjonament u l-iżvilupp tagħhom; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri neċessarji biex tippermetti l-għaqda flimkien tal-impriżi tal-ekonomija soċjali u biex tippromwovi l-appoġġ tan-netwerks tan-negozji elettroniċi Ewropej;

36.

Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali żgħar u ta' daqs medju li jixtiequ jnaqqsu d-dipendenza fuq l-allokazzjonijiet u jkabbru s-sostenibilità;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistieden lill-partiċipanti fl-ekonomija soċjali ħalli jingħaqdu fi djalogu ma' entitajiet permanenti u biex jipparteċipaw u jaħdmu flimkien ma' gruppi ta' esperti ta' livell għoli li għandhom possibilità li jkollhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet relatati mal-ekonomija soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex tipparteċipa fit-tisħiħ ta' strutturi għar-rappreżentazzjoni tal-ekonomija soċjali fil-livell reġjonali, nazzjonali u Komunitarju u biex toħloq qafas legali maħsub biex jippromwovi sħubija attiva bejn l-awtoritajiet lokali u l-impriżi tal-ekonomija soċjali;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi djalogu bejn l-aġenziji pubbliċi u rappreżentattivi tal-ekonomija soċjali fil-livell nazzjonali u Komunitarju u għaldaqstant tinkoraġġixxi ftehim reċiproku u tippromwovi prattiki tajba;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-grupp ta' riflessjoni tal-Unjoni Ewropea dwar it-twaqqif ta' banek koperattivi mill-assoċjazzjoni tas-settur jew tas-servizzi oħra finanzjarji li jistgħu jkunu ta' interess għall-organizzazzjonijiet soċjali ekonomiċi li jkunu jistgħu jistudjaw kif dawn l-entitajiet speċifiċi tal-ekonomija soċjali ħadmu sa issa fl-UE, b'mod partikulari matul il-kriżi finanzjarja u tal-kreditu globali attwali, u kif dawn iwarrbu riskji ġejjienin ta' dan it-tip;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-attivazzjoni mill-ġdid tal-baġit li qed jimmira b'mod speċifiku għall-ekonomija soċjali;

41.

Jitlob għat-twaqqif ta' programmi li jinkoraġixxu l-proċess ta' esperimenti tal-mudelli ġodda ekonomiċi u soċjali, biex jibdew qafas ta' programmi ta' riċerka, billi jinkludu suġġetti tal-ekonomija soċjali fis-sejħiet għall-proposti għas-Seba' Programm ta' Qafas, biex jiġi previst l-użu ta’ “effett multiplu” applikat fuq l-istatistiċi uffiċjali u biex jiġu introdotti għodod għall-kejl ta' tkabbir ekonomiku mil-lat kwalitattiv u kwantitattiv;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkludu dimensjoni tal-ekonomija soċjali fit-twaqqif ta' politiki Komunitarji u nazzjonali u fil-programmi tal-UE għall-impriżi fl-oqsma tar-riċerka, l-innovazzjoni, il-finanzi, l-iżvilupp reġjonali u l-iżvilupp tal-koperazzjoni, u biex jappoġġjaw it-twaqqif ta' programmi ta' taħriġ tal-ekonomija soċjali għall-amministraturi tal-UE, nazzjonali u lokali u biex jiżguraw l-aċċess tal-impriżi tal-ekonomija soċjali għall-programmi u azzjonijiet għall-iżvilupp ta' relazzjonijiet esterni;

43.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu proviżjoni għall-proġetti ta' taħriġ li jinvolvu l-edukazzjoni ogħla, l-università u t-taħriġ vokazzjonali maħsuba biex joħolqu kuxjenza dwar l-ekonomija soċjali u l-inizjattivi tan-negozju bbażati fuq il-valuri tagħha;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-ħiliet u l-professjonaliżmu fis-settur, sabiex jitkabbar l-irwol tal-ekonomija soċjali fl-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq qafas legali tal-UE li jippermetti t-twaqqif u ż-żamma ta' sħubija territorjali bejn is-settur tal-ekonomija soċjali u l-awtoritajiet lokali, u biex tistipula kriterji bl-għanijiet tar-rikonoxximent u t-titjib tal-ekonomija soċjali, it-trawwim ta’ żvilupp lokali sostenibbli, u l-promozzjoni tal-interess ġenerali;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmira għall-kondizzjonijiet li jiffaċilitaw l-investimenti fl-ekonomija soċjali, b'mod partikulari permezz tal-fondi ta' investiment, self garantit u sussidji;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni mill-ġdid:

tal-Komunikazzjoni tagħha dwar il-propozzjoni ta' soċjetajiet koperattivi fl-Ewropa u r-Regolament (KE) Nru 1435/2003 dwar l-Istatut għal soċjeta Koperattiva Ewropea, kif hemmhekk stipulat;

tal-Kommunikazzjoni tagħha dwar il-promozzjoni tal-irwol tal-organizzazzjonijiet u l-fondazzjonijiet volontarji fl-Ewropa;

*

* *

48.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kumitat Ekonomiku Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali.


(1)  ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25.

(3)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(4)  ĠU L 198, 26.7.2008, p. 47.

(5)  ĠU C 205, 25.7.1994, p. 481.

(6)  ĠU C 313, 12.10.1998, p. 234.

(7)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0286.

(8)  ĠU C 102 Ε, 24.4.2008, p. 321.

(9)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0467.

(10)  ĠU C 226, 20.7.1998, p. 66.

(11)  ĠU C 271E, 12.11.2003, p. 593.

(12)  ĠU C 117, 26.4.2000, p. 52.

(13)  ĠU C 112, 30.4.2004, p. 105.

(14)  ĠU C 120, 20.5.2005, p. 10.

(15)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0131.

(16)  ĠU C 305E, 14.12.2006, p. 141.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/23


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Is-Saħħa Mentali

P6_TA(2009)0063

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar is-Saħħa Mentali (2008/2209(INI))

2010/C 76 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konferenza ta’ livell għoli tal-UE “Flimkien għas-Saħħa u l-Benessri Mentali” li saret fi Brussell fit-12-13 ta' Ġunju 2008, li stabbiliet “Il-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali”,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar “It-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni - Lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali”, (COM(2005)0484),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2006 dwar it-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni - lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewropea tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tal-15 ta' Jannar 2005 dwar l-ittrattar tal-isfidi tas-saħħa mentali fl-Ewropa u l-bini ta' soluzzjonijiet,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta’ Ġunju 2008, li enfasizzaw l-importanza li jitnaqqas id-distakk fis-saħħa u f’kemm jgħixu n-nies bejn l-Istati Membri u ġo fihom, u jenfasizza l-importanza ta’ attivitajiet ta’ prevenzjoni fil-qasam tal-mard kroniku ewlieni li ma jitteħidx,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2008 dwar l-istrateġija Komunitarja 2007–2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (2),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 13 u 152 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0034/2009),

A.

billi s-saħħa u l-benessri mentali huma importanti ħafna għall-kwalità tal-ħajja tal-individwi u s-soċjetà u huma fatturi essenzjali fl-għanijiet tal-Istrateġija ta’ Liżbona tal-UE u l-istrateġija riveduta dwar l-iżvilupp sostenibbli, u billi l-prevenzjoni, id-dijanjożi fi stadju bikri, l-intervent u t-trattament ta’ mard mentali jnaqqsu b’mod sinifikanti l-konsegwenzi personali, finanzjarji u soċjali tiegħu,

B.

billi ħafna dokumenti strateġiċi tal-UE enfasizzaw l-importanza tas-saħħa mentali sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet u l-bżonn ta’ miżuri prattiċi f’dan ir-rigward,

C.

billi l-valur miżjud fl-istrateġija tas-saħħa mentali tal-Komunità jinstab primarjament fil-qasam tal-prevenzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u dawk ċivili tal-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali,

D.

billi l-problemi ta’ saħħa mentali huma mifruxa fl-Ewropa b’wieħed minn kull erba’ persuni jesperjenza problemi ta’ saħħa mentali tal-anqas darba f’ħajtu, filwaqt li ħafna oħrajn huma affettwati b’mod indirett u billi l-istandards tal-kura tas-saħħa mentali jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn Stati Membri differenti, speċjalment bejn l-Istati Membri l-qodma u wħud mill-Istati Membri l-ġodda,

E.

billi l-aspetti speċifiċi għas-sessi għandhom jitqiesu meta jiġi kkunsidrat is-suġġett tas-saħħa mentali, u billi aktar nisa minn irġiel jbatu minn diżordnijiet mentali u aktar irġiel minn nisa jikkommettu suwiċidju,

F.

billi s-suwiċidju għadu kawża sinifikanti ta' mwiet prematuri fl-Ewropa, b'aktar minn 50 000 mewt fis-sena fl-UE, u billi, f'disa' minn kull għaxar każijiet, qablu jkun żviluppa mard mentali, li ta' spiss ikun id-dipressjoni, u billi, barra minn hekk, ir-rata ta' suwiċidju u tentattivi ta' suwiċidji fost il-persuni li qegħdin il-ħabs jew f'detenzjoni hija ogħla minn dik fost il-popolazzjoni ġenerali,

G.

billi t-tifsil ta' politiki li jnaqqsu l-inċidenza tad-dipressjoni u s-suwiċidju jmur id f'id mal-ħarsien tad-dinjità tal-bniedem,

H.

billi, anke jekk id-dipressjoni hija waħda mill-mard l-aktar frekwenti u serji, il-miżuri kontriha ta’ spiss għadhom inadegwati, u billi ftit Stati Membri biss implimentaw programmi ta’ prevenzjoni,

I.

billi, madankollu, għad hemm nuqqas ta' għarfien u investiment fil-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-prevenzjoni tal-mard u nuqqas ta’ appoġġ għar-riċerka medika u għall-individwi bi problemi mentali,

J.

billi l-ispejjeż finanzjarji, għas-soċjetà, marbuta mal-mard mentali huma stmati bejn 3 % u 4 % tal-Prodott Gross Domestiku (GDP) tal-Istati Membri u billi fl-2006 l-ispiża għall-UE tal-mard mentali kienet ta' EUR 436 000 miljun, u billi l-parti l-kbira ta’ din l-ispiża tintefaq barra mis-settur tas-saħħa, primarjament minħabba assenza sistematika mix-xogħol, in-nuqqas ta’ kapaċità għax-xogħol jew l-irtirar kmieni u l-istima tal-ispejjeż f’ħafna każijiet ma tirriflettix il-piż finanzjarju addizzjonali ta’ komorbożità, li x'aktarx taffettwa aktar lil persuni bi problemi ta’ saħħa mentali,

K.

billi d-differenzi soċjali u ekonomiċi jistgħu jżidu l-problemi ta’ saħħa mentali u billi r-rati ta’ mard mentali huma ogħla fost gruppi vulnerabbli u emarġinati bħalma huma l-persuni qegħda, l-immigranti, priġunieri jew persuni li kienu priġunieri, persuni li jagħmlu użu minn sustanzi psikotropiċi, persuni b’diżabilità u b’mard li jtul fiż-żmien, u billi huma meħtieġa azzjonijiet speċifiċi u politiki xierqa biex jgħinu l-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali tagħhom,

L.

billi hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri u fihom fil-qasam tas-saħħa mentali, inkluż fir-rigward tal-oqsma tat-trattament u kif ukoll tal-integrazzjoni soċjali,

M.

billi persuni bi problemi ta’ mard mentali huma aktar f’riskju mill-bqija tal-popolazzjoni, li jiżviluppaw marda fiżika u għandhom inqas ċans li jingħataw trattament għal dan il-mard fiżiku,

N.

billi, filwaqt li s-saħħa fiżika u mentali huma ta’ importanza ugwali u li jaffettwaw lil xulxin, is-saħħa mentali ta’ spiss tibqa’ ma tiġix dijanjostikata jew tiġi ssottovalutata u tingħata trattament inadegwat,

O.

billi fil-maġġoranza tal-Istati Membri kien hemm ċaqliq mill-kura istituzzjonali li ttul fiż-żmien lejn appoġġ għall-għajxien fil-komunità, u billi, madankollu, dan il-proċess sar mingħajr ippjanar u riżorsi kif suppost, mingħajr mekkaniżmi ta’ kontroll u ta’ spiss bi tnaqqis fil-baġit, li qegħdin jheddu li jikkawżaw ir-riistituzzjonalizzazzjoni ta’ eluf ta’ ċittadini b’mard mentali,

P.

billi l-Pjattaforma Ewropea għas-Saħħa Mentali u Fiżika twaqqfet fl-2008, u fiha tiġbor rappreżentanti ta’ livell għoli minn organizzazzjonijiet ewlenin,

Q.

billi l-bażi tas-saħħa mentali għal tul ħajjet il-bniedem hija stabbilita matul l-ewwel ftit snin tal-ħajja u billi l-mard mentali huwa komuni fiż-żgħażagħ, u li għalhekk huwa ta’ importanza assoluta li ssirilhom dijanożi bikrija u jingħataw it-trattament,

R.

billi l-proċess tat-tixjiħ tal-popolazzjoni tal-UE jfisser li jkun hemm aktar spiss mard newrodeġenerattiv,

S.

billi d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali li jesperjenzaw il-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u l-familji tagħhom huma l-konsegwenzi mhux biss ta’ diżordni mentali iżda wkoll tal-istigma, it-twarrib u l-emarġinazzjoni li jiltaqgħu magħhom, u huma fatturi ta’ riskju li jfixkluhom milli jfittxu għall-assistenza u t-trattament,

T.

billi l-Unjoni Ewropea għażlet l-2010 bħala s-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali,

U.

billi r-riċerka qed tipproduċi dejta ġdida dwar id-dimensjonijiet mediċi u soċjali tas-saħħa mentali, u billi, madankollu, xorta għad hemm differenzi sinifikanti u konsegwentement għandha ssir attenzjoni biex ma jinħoloqx xkiel għall-isforzi tar-riċerka medika pubblika jew privata billi jiġu imposti għadd ta’ rekwiżiti amministrattivi, ħafna drabi onerużi, jew restrizzjonijiet eċċessivi fuq l-użu ta’ mudelli rilevanti għall-iżvilupp ta' medikazzjoni sikura u effettiva,

V.

billi d-diżabilitajiet li jfixklu t-tagħlim (diżabilità mentali) għandhom ħafna mill-istess karatteristiċi u jikkawżaw l-istess ħtiġijiet bħall-mard mentali,

W.

billi huwa essenzjali li jsir ħafna titjib fit-taħriġ tal-professjonisti mediċi li jiltaqgħu ma’ persuni li jbatu minn mard mentali, inklużi t-tobba u l-membri tal-ġudikatura,

X.

billi l-mard mentali huwa l-ewwel wieħed ikklassifikat f’termini ta’ morbożità tal-bniedem,

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali u r-rikonoxximent tas-saħħa u l-benessri mentali bħala bażi prijoritarja għall-azzjoni;

2.

Jappoġġa bis-sħiħ l-istedina biex ikun hemm koperazzjoni u biex titrawwem l-azzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-imsieħba soċjali dwar ħames oqsma ta’ prijorità għall-promozzjoni tas-saħħa u l-benessri mentali tal-popolazzjoni, inklużi l-gruppi ta’ kull età u l-ġeneri, l-oriġini etniċi u l-gruppi soċjoekonomiċi differenti, il-ġlieda kontra l-istigma u l-esklużjoni soċjali, it-tisħiħ fl-azzjoni ta’ prevenzjoni u l-awtoassistenza u l-provvediment tal-għajnuna u t-trattament adegwat lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u lill-familji tagħhom u dawk li jagħtuhom il-kura; jenfasizza li koperazzjoni bħal din għandha tkun konformi b'mod sħiħ mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

3.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw għarfien tal-importanza ta’ saħħa mentali tajba, b’mod partikulari fost il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u gruppi ta’ mira bħalma huma l-ġenituri, l-għalliema, dawk li jipprovdu s-servizzi soċjali u legali, min iħaddiem, dawk li jieħdu ħsieb lill-morda u, b’mod partikulari, il-pubbliku in ġenerali;

4.

Jistieden lill-Istati Membri, b’koperazzjoni mal-Kummissjoni u l-Eurostat, biex itejbu l-għarfien dwar is-saħħa mentali u dwar ir-relazzjoni bejn is-saħħa mentali u s-snin ta’ ħajja bi stat tajjeb ta' saħħa, permezz tat-twaqqif ta’ mekkaniżmi għall-iskambju u t-tixrid ta’ informazzjoni b’mod ċar, b’aċċessibilità faċli u li jinftiehem;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi indikaturi komuni għat-titjib fit-tqabbil tad-dejta u biex tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-promozzjoni tas-saħħa mentali;

6.

Jikkunsidra li l-enfasi għandha tkun fuq il-prevenzjoni tal-mard mentali permezz ta’ intervent soċjali, b’attenzjoni partikulari fuq l-aktar gruppi vulnerabbli; jenfasizza li, f’każijiet fejn il-prevenzjoni mhijiex biżżejjed, l-aċċess mingħajr diskriminazzjoni għall-kura terapewtika għandu jiġi mħeġġeġ u ffaċilitat u li l-persuni bi problemi ta' saħħa mentali għandu jkollhom aċċess sħiħ għall-informazzjoni dwar forom innovattivi ta' trattament;

7.

Jistieden lill-UE biex tuża l-faċilitajiet ta’ ffinanzjar disponibbli fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għal aktar riċerka fil-qasam tas-saħħa u l-benessri mentali u l-interazzjoni bejn il-problemi ta’ saħħa mentali u dawk fiżiċi; jistieden lill-Istati Membri biex iħarsu sew lejn il-faċilitajiet ta' ffinanzjar għal inizjattivi favur is-saħħa mentali fil-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali;

8.

Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi tal-Komunità u dawk nazzjonali disponibbli biex jippromwovu kwistjonijiet ta' saħħa mentali u jorganizzaw programmi ta’ għarfien u ta’ taħriġ għal kull min qiegħed f’pożizzjoni importanti biex tiġi promossa dijanjożi bikrija, intervent immedjat u mmaniġjar kif suppost tal-problemi tas-saħħa mentali;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq u tippubblika stħarriġ dwar is-servizzi għall-mard mentali u l-politiki ta’ promozzjoni tas-saħħa mentali madwar l-UE;

10.

Jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw ir-Riżoluzzjoni 46/119 tan-NU dwar “il-ħarsien ta’ persuni b’mard mentali u t-tijib fil-kura tas-saħħa mentali” mħejjija mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-1991;

11.

Jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali d-dritt għal aċċess ugwali, sħiħ u xieraq għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg, skont il-prinċipji tat-tagħlim matul il-ħajja, u biex jassiguraw li dawn jirċievu appoġġ adegwat għall-ħtiġijiet tagħhom;

12.

Jenfasizza l-bżonn ta' ppjanar ċar fuq żmien twil għall-forniment ta’ servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità u fl-isptarijiet, li jkunu ta’ kwalità għolja, effettivi, aċċessibbli u universali, u l-bżonn tal-adozzjoni ta’ kriterji għall-monitoraġġ minn entitajiet indipendenti; jitlob li jkun hemm koperazzjoni u komunikazzjoni aħjar bejn il-professjonisti tal-kura tas-saħħa primarja u professjonisti tas-saħħa mentali biex jittrattaw b'mod effettiv il-problemi assoċjati mas-saħħa mentali u fiżika, billi jinkoraġġixxu approċċ olistiku li jqis il-profil ġenerali tal-individwi mil-lat tas-saħħa fiżika u mentali;

13.

Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu screening għal problemi ta' saħħa mentali fis-servizzi tas-saħħa ġenerali u għal problemi ta' saħħa fiżika fis-servizzi tas-saħħa mentali; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu mudell komprensiv ta’ kura;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tfittex u tirreġistra l-esperjenzi tal-pazjenti dwar l-effetti kollaterali tal-medikazzjoni permezz tal-linji gwida tal-EMEA (l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini);

15.

Jitlob lill-Kummissjoni biex testendi l-mandat taċ-Ċentru Ewropew għal Prevenzjoni u Kontroll tal-Mard biex tkun inkluża s-saħħa mentali;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni biex ixxerred ir-riżultati tal-konferenzi tematiċi li se jsiru sabiex jiġu implimentati l-għanijiet tal-Patt Ewropew u biex jiġi propost “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali taċ-Ċittadini u r-Riċerka Medika”;

17.

Jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ Pjattaforma tal-UE dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali għall-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew, li tkun tikkonsisti f’rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Presidenza tal-Kunsill, il-Parlament, id-WHO, dawk li jużaw is-servizzi, persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, il-familji, dawk li jipprovdu l-kura, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-industrija farmaċewtika, l-akkademiċi u partijiet interessati rilevanti oħra, filwaqt li jikkundanna n-nuqqas li tiġi adottata direttiva fil-livell Ewropew kif imħeġġeġ fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew hawn fuq imsemmija dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar is-saħħa mentali;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni żżomm il-proposta għal Strateġija Ewropea dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali bħala l-għan tagħha għall-futur imbiegħed;

19.

Jistieden lill-Istati Membri biex iħejju leġiżlazzjoni aġġornata dwar is-saħħa mentali li tkun konformi mal-obbligi internazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem – l-ugwaljanza u l-eradikazzjoni tad-diskriminazzjoni, l-invjolabilità tal-ħajja privata, l-awtonomija, l-integrità fiżika, id-dritt għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni – u li tikkodifika u tinkorpora l-prinċipji, il-valuri u l-għanijiet tal-politika dwar is-saħħa mentali;

20.

Jitlob li jiġu adottati linji gwida komuni Ewropej li jiddefinixxu d-diżabiltà skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabiltà;

Il-Prevenzjoni tad-dipressjoni u s-suwiċidju

21.

Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw programmi transsettorjali għall-prevenzjoni tas-suwiċidju, speċjalment fost iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti, li jippromwovu stil ta' ħajja li ma jagħmilx ħsara lis-saħħa, li jnaqqsu l-fatturi ta’ riskju bħalma huma l-aċċess faċli għall-farmaċewtiċi, id-drogi, sustanzi kimiċi ta’ ħsara u l-abbuż mill-alkoħol; jikkunsidra li huwa partikolarment meħtieġ li tkun iggarantita l-provvista ta' trattament għall-persuni li ppruvaw jikkommettu suwiċidju u ta' trattament psikoterapewtiku għall-familji tal-persuni li ppruvaw jikkommettu suwiċidju;

22.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiffurmaw netwerks ta’ informazzjoni reġjonali bejn il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, dawk li jużaw is-servizzi u persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, il-familji tagħhom, l-istabbilimenti edukattivi u l-postijiet tax-xogħol tagħhom, flimkien mal-organizzazzjonijiet lokali u l-pubbliku sabiex titnaqqas id-dipressjoni u l-aġir suwiċidali;

23.

Jitlob li l-informazzjoni dwar in-numru uniku Ewropew 112 għall-emerġenzi, bħalma huma tentattivi ta’ suwiċidju jew kriżijiet mentali, issir ħafna iktar disponibbli sabiex ikun possibbli intervent rapidu u l-provvista ta’ għajnuna medika ta’ emerġenza;

24.

Jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu korsijiet ta’ taħriġ speċifiċi għat-tobba u għall-persunal tas-servizzi psikjatriċi, inklużi t-tobba, il-psikologi u l-infermiera, dwar il-prevenzjoni u t-trattament ta’ diżordnijiet marbuta mad-dipressjoni u l-għarfien u l-ġestjoni tar-riskju ta’ suwiċidju;

Is-saħħa mentali fiż-żgħażagħ u l-edukazzjoni

25.

Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ lill-persunal tal-iskejjel biex jiżviluppaw ambjent b'saħħtu, u jibnu relazzjonijiet bejn l-iskejjel, il-ġenituri, dawk li jipprovdu s-servizzi tas-saħħa u l-komunità sabiex tisaħħaħ l-integrazzjoni soċjali taż-żgħażagħ;

26.

Jistieden lill-Istati Membri biex jorganizzaw programmi ta’ appoġġ għall-ġenituri, b’mod partikulari għall-familji żvantaġġati, u biex jippromwovu l-allokazzjoni ta’ impjiegi bħala counsellors f’kull skola sekondarja biex jassistu l-ħtiġijiet soċjoemozzjonali taż-żgħażagħ, b’enfasi speċjali fuq programmi ta’ prevenzjoni bħalma huma t-tisħiħ tal-awtostima, u l-immaniġġjar tal-kriżijiet;

27.

Jenfasizza l-bżonn ta’ ppjanar tas-sistemi tas-saħħa li jissodisfa l-bżonn ta’ speċjalisti tas-servizzi tas-saħħa mentali għat-tfal u l-adoloxxenti, filwaqt li titqies il-bidla mill-kura istituzzjonalizzata fuq perjodu ta' żmien twil għal appoġġ lill-persuna biex tgħix ħajjitha fil-komunità;

28.

Jenfasizza l-bżonn li ssir djanjosi u li jingħata trattatament bikri fir-rigward ta' problemi tas-saħħa mentali fi gruppi vulnerabbli, b’referenza partikolari għall-persuni minorenni;

29.

Jipproponi li s-saħħa mentali għandha tkun inkorporata fi programmi ta’ studju tal-professjonisti kollha tal-kura tas-saħħa u li wieħed jaħseb għal edukazzjoni u taħriġ kontinwi f’dan is-settur;

30.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Unjoni Ewropea jikkoperaw biex iqajmu kuxjenza dwar is-sitwazzjoni li sejra għall-agħar tas-saħħa mentali tat-tfal li għandhom ġenituri emigranti, u biex jintroduċu programmi skolastiċi mmirati biex jgħinu lil dawn it-tfal jaffrontaw il-problemi psikoloġiċi b’rabta mal-assenza tal-ġenituri tagħhom;

Is-saħħa mentali fil-postijiet tax-xogħol

31.

Jiddikjara li l-postijiet tax-xogħol għandhom rwol ċentrali fl-integrazzjoni soċjali tal-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u jitlob li jingħata appoġġ għar-reklutaġġ, iż-żamma, ir-riabilitazzjoni u r-ritorn tagħhom għax-xogħol, b’enfasi fuq l-integrazzjoni tal-gruppi l-aktar vulnerabbli, inklużi l-komunitajiet li huma minoranzi etniċi;

32.

Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu r-riċerka fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li jistgħu jżidu l-inċidenza tal-mard mentali, partikolarment fost in-nisa;

33.

Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu u jimplimentaw korsijiet speċifiċi ta' taħriġ vokazzjonali għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali filwaqt li jiġu kkunsidrati l-abilitajiet u l-potenzjal tagħhom, sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tal-impjiegi kif ukoll jiżviluppaw programmi ta' riintegrazzjoni fil-post tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa għal taħriġ adattat għal min iħaddem u għall-impjegati tagħhom biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' persuni bi problemi ta' saħħa mentali;

34.

Jistieden lil min iħaddem biex jippromwovi ambjent ta’ xogħol li jqis il-benessri tal-ħaddiema, joqgħod attent għall-istress ikkaġunat mix-xogħol, il-kawżi li huma responsabbli għall-mard mentali fuq il-post tax-xogħol, u jindirizza dawn il-kawżi;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrikjedi li kull sena n-negozji u l-korpi pubbliċi jippubblikaw rapport dwar il-politika u x-xogħol tagħhom għas-saħħa mentali tal-impjegati tagħhom fuq l-istess bażi li biha jirrapportaw dwar is-saħħa fiżika u s-sikurezza fuq ix-xogħol;

36.

Jinkoraġġixxi lil min iħaddem, bħala parti mill-istrateġiji tiegħu ta’ saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol, biex jadotta programmi biex jippromwovu s-saħħa emozzjonali u mentali tal-impjegati tiegħu, jipprovdi opportunitajiet ta’ appoġġ li jkunu kunfidenzjali u li ma joħolqux stigma u jintroduċi politiki kontra l-bullying; jistieden lill-Kummissjoni biex ixxerred mudelli pożittivi billi tippubblika programmi bħal dawn fuq l-Internet;

37.

Jistieden lill-Istati Membri biex jassiguraw li l-persuni li huma intitolati għall-benefiċċji tal-mard jew tad-diżabilità minħabba problemi ta’ saħħa mentali ma jkunux imċaħħdin mid-dritt tagħhom għall-aċċess għall-impjieg u li ma jitilfux il-benefiċċji relatati mad-diżabilità jew il-mard hekk kif isibu impjieg ġdid;

38.

Jitlob li l-Istati Membri jimplimentaw b’mod sħiħ u effettiv, id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (3);

Is-saħħa mentali tal-anzjani

39.

Jitlob lill-Istati Membri biex jadottaw il-miżuri xierqa biex itejbu u jżommu livell għoli tal-kwalità tal-ħajja għall-anzjani, u biex jippromwovu s-saħħa u tixjieħ attiv permezz tal-parteċipazzjoni fil-ħajja tal-komunità, li tinkludi l-iżvilupp ta’ skemi flessibbli ta’ rtirar;

40.

Jenfasizza l-bżonn tal-promozzjoni tar-riċerka fil-prevenzjoni u l-kura fir-rigward ta’ mard newrodeġenerattiv u mard mentali ieħor marbut mal-età u għal kwalunkwe azzjoni jew proposta fil-ġejjieni min-naħa tal-Kummissjoni biex issir distinzjoni bejn il-marda ta' Alzheimer jew mard newrodeġenerattiv simili u forom oħra ta’ mard mentali;

41.

Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ qafas li fih jiltaqgħu r-riċerka u l-politika fil-qasam tas-saħħa u l-benesseri mentali;

42.

Jinnota l-bżonn li jevalwa l-komorbidità tal-anzjani u l-bżonn għat-taħriġ tal-impjegati tal-kura tas-saħħa biex iżidu l-għarfien dwar il-bżonnijiet tal-adulti bi problemi ta’ saħħa mentali;

43.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-kuntest tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni dwar il-protezzjoni u l-integrazzjoni soċjali, biex jieħdu miżuri li jappoġġjaw lill-carers u biex jiżviluppaw linji gwidi għall-ħarsien ta’ pazjenti u l-kura fuq perjodu twil sabiex jgħinu l-prevenzjoni tat-trattament ħażin lill-anzjani u biex jippermettulhom jgħixu b’dinjità f’ambjent adattat;

Il-ġlieda kontra l-istigma u l-esklużjoni soċjali

44.

Jitlob li jiġu organizzati kampanji ta’ informazzjoni pubblika u ta’ għarfien permezz tal-midja, l-Internet, l-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol, sabiex jippromwovu s-saħħa mentali, iżidu l-għarfien dwar is-sintomi l-aktar komuni tad-dipressjoni u t-tendenzi suwiċidali, titneħħa l-istigma tal-mard mentali, iħeġġu lill-persuni jfittxu l-aħjar assistenza u l-aktar waħda effettiva u jippromwovu integrazzjoni attiva tal-persuni li qed jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali;

45.

Jenfasizza l-irwol kruċjali tal-midja sabiex jinbidlu l-perċezzjonijiet dwar il-mard mentali u jitlob l-iżvilupp ta’ linji gwida Ewropej għar-rappurtar responsabbli tas-saħħa mentali mill-midja;

46.

Jitlob lill-Istati Membri biex jappoġġjaw u jħeġġu s-setgħa ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lin-nies li jużaw is-servizzi u persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u lill-carers sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u fl-istadji kollha tar-riċerka fis-saħħa mentali;

47.

Iqis li t-tneħħija tal-istigma tal-mard mentali jinvolvi l-waqfien tal-użu ta' prattiki invażivi u mhux umani kif ukoll dawk il-prattiki bbażati fuq l-approċċ ta' kustodja;

48.

Jikkunsidra li huma meħtieġa l-promozzjoni u l-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ riabilitazzjoni psikoloġika u soċjali li jħejju ċentri residenzjali pubbliċi, privati u pubbliċi-privati żgħar li jipprovdu faċilitajiet ta' kura matul il-ġurnata jew kura kontinwa, huma simili fid-daqs u fl-etos għal unitajiet ta' familja u jinsabu f'kuntest urban, sabiex jinkoraġġixxu l-integrazzjoni tar-residenti f’kull stadju tal-proċess terapewtiku u tar-riabilitazzjoni;

49.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva ġdida kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentament sesswali lilhinn mis-settur tal-impjiegi u jitlob l-adozzjoni immedjata ta’ din id-direttiva sabiex persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jkunu mħarsa b’mod effettiv, mid-diskriminazzjoni;

50.

Jitlob lill-Istati Membri jirratifikaw mingħajr dewmien il-Konvenzjoni tal-Aja tat-13 ta' Jannar 2000 dwar il-Ħarsien Internazzjonali tal-Adulti (2000);

*

* *

51.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Uffiċċju Ewropew tad-WHO.


(1)  ĠU C 305 Ε, 14.12.2006, p. 148.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0009.

(3)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/30


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Is-segwitu għall-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija: l-ewwel evalwazzjoni

P6_TA(2009)0064

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar is-segwitu għall-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija: l-ewwel evalwazzjoni (2008/2214(INI))

2010/C 76 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 1998 dwar l-effiċjenza tal-enerġija fil-Komunità Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2006 intitolata Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal (COM(2006)0545),

wara li kkunsidra d-dokumenti ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw il-Komunikazzjoni fuq msemmija, jiġifieri l-analiżi tal-Pjan ta’ Azzjoni (SEC(2006)1173), l-analiżi tal-Impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni (SEC(2006)1174) u t-taqsira eżekuttiva tagħha (SEC(2006)1175),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2007 intitolata Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa (COM(2007)0001),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007, rigward l-adozzjoni min-naħa tal-Kunsill tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kunsill Ewropew (2007-2009) – Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ittikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni ta’ l-enerġija tal-bini (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta’ l-enerġija (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali ta’ l-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija (6),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1005/KE tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ l-ittikkettar ta’ l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija għat-tagħmir ta’ l-uffiċċji (7),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar ta’ l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju (verżjonimfasslamill-ġdid) (8),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) (9) u b’mod partikulari l-Kapitolu III tat-Titolu II tagħha, rigward il-Programm Enerġija Intelliġenti – Ewropa,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (10),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2006 dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija jew li jsir aktar b’inqas – Green Paper (11),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2006 dwar Strateġija Ewropea għal Enerġija Sostenibbli, Kompetittiva u Sikura – Green Paper (12),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2008 dwar l-ewwel valutazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza tal-Enerġija kif meħtieġ bid-Direttiva 2006/32/KE dwar effiċjenza fl-użu finali ta’ l-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija (COM(2008)0011),

wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli (COM(2008)0019),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2008 intitolata L-effiċjenza fl-enerġija: il-kisba tal-mira ta’ 20 % (COM(2008)0772),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0030/2009),

A.

billi l-Unjoni Ewropea taħli iktar minn 20 % tal-enerġija tagħha minħabba l-ineffiċjenza u kieku kellu jintlaħaq l-objettiv ta’ ffrankar ta’ 20 %, l-UE tuża madwar 400 Mtoe (ekwivalenti għal miljun tunnellata żejt) enerġija primarja inqas u t-tnaqqis ta’ CO2 jkun jammonta għal madwar 860Mt,

B.

billi l-konsum tal-enerġija flimkien mat-taħlita tal-enerġija nazzjonali, ibbażata prinċipalment fuq sorsi tal-enerġija konvenzjonali, għadu s-sors ewlieni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-Unjoni Ewropea,

C.

billi hemm riskji dejjem aktar kumplessi li jikkonċernaw is-sigurtà u d-dipendenza tal-provvista f’rabta mal-importazzjoni tas-sorsi tal-enerġija fl-UE,

D.

billi aktar inċentivi għal investiment fl-effiċjenza tal-enerġija waqt kriżi finanzjara jew reċessjoni u fi żminijiet ta’ volatilità u imprevedibilità fir-rigward tal-prezzijiet taż-żejt jistgħu jgħinu biex jistimulaw l-ekonomija,

E.

billi żieda fil-prezzijiet tal-enerġija tista’ ssir waħda mill-kawżi ewlenin tal-faqar; billi titjib fl-effiċjenza tal-enerġija huwa l-aktar mod effettiv biex titnaqqas il-vulnerabilità ta’ dawk li jinsabu fil-bżonn,

F.

billi t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija huwa wkoll l-aktar mod effettiv f’sens ta’ spejjeż biex jintlaħqu kemm it-tnaqqis vinkolanti tal-emissjonijiet kif ukoll il-miri ta’ sorsi tal-enerġija li jiġġeddu li l-UE stabbiliet għaliha nnifisha,

G.

billi t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u l-isfruttar tal-possibilitajiet inerenti fiha huma fl-interess komuni tal-Istati Membri; billi jkun rakkomandabbli li jiġu applikati settijiet differenti ta’ miżuri għall-Istati Membri, sabiex jiġu riflessi l-karatteristiċi ekonomiċi u klimatiċi diverġenti tagħhom,

H.

billi l-miżuri għall-effiċjenza tal-enerġija jistgħu jiksbu r-riżultat mixtieq biss jekk jiġu applikati fil-linji politiċi settorjali kollha,

I.

billi, minħabba l-fatt li bosta Stati Membri ma ppreżentawx pjan nazzjonali dwar l-effiċjenza tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri sabiex tinkuraġġixxi iktar Stati Membri biex jimplimentaw id-deċiżjonijiet meħuda f’dan il-qasam,

J.

billi l-kriżi ekonomika internazzjonali u l-volatilità tal-prezzijiet tas-sorsi tal-enerġija qed iżidu l-importanza tal-effiċjenza tal-enerġija, li tista’ żżid b’mod konsiderevoli l-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej,

K.

billi, skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq intitolata L-effiċjenza fl-enerġija: il-kisba tal-mira ta’ 20 %, jeżisti periklu reali li l-mira tal-effiċjenza tal-enerġija stabbilita għall-2020 ma tintlaħaqx,

L.

billi skont il-proposta għal direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu ta’ enerġija minn sorsi li jiġġeddu, l-Istati Membri meħtieġa jippromwovu u jinkuraġġixxu l-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija sabiex jinkisbu aktar faċilment il-miri tagħhom fir-rigward tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu,

M.

billi l-bini residenzjali joffri potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija ta’ madwar 27 %,

N.

billi għad ma hemmx miri legalment vinkolanti għall-effiċjenza tal-enerġija, la fil-livell tal-UE u lanqas f’dak nazzjonali,

O.

billi hemm nuqqas evidenti ta’ kapaċità biex jiġu implimentati proġetti fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija,

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjanijiet ta’ azzjoni li pproduċew l-Istati Membri; fl-istess ħin jinsab imħasseb li d-dewmien biex jitressqu l-pjanijiet u l-kontenut ta’ għadd ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali jindikaw nuqqasijiet li jistgħu jqiegħdu fil-periklu l-kisba tal-objettivi tal-UE fir-rigward tal-effiċjenza tal-enerġija u l-ħarsien tal-klima; jisħaq li issa l-enfasi għandha tkun fuq l-implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri li jiffokaw fuq l-effiċjenza tal-enerġija, fosthom l-iżvilupp tal-aħjar prattiki u sinerġiji kif ukoll informazzjoni u pariri aħjar dwar l-effiċjenza tal-enerġija lill-utenti finali;

2.

Iqis li huwa f’waqtu li, bħala parti mir-reviżjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni tal-2009, għandu jiġi eżaminat bir-reqqa sa fejn il-leġiżlazzjoni u l-pjanijiet ta’ azzjoni jkopru l-possibilitajiet kollha għall-ekonomizzar fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll it-tqassim tar-responsabilità bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali f’termini ta’ implimentazzjoni u infurzar;

3.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tpoġġi l-effiċjenza tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija bħala l-pedamenti tal-Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa; jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq intitolata L-effiċjenza fl-enerġija: il-kisba tal-mira ta’ 20 %, biex tipprepara pjan ta’ azzjoni rivedut tal-UE dwar l-effiċjenza tal-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel il-mira ta’ 20 % ta’ effiċjenza tal-enerġija legalment vinkolanti bħala parti mill-evalwazzjoni li għandha tipprepara dwar il-progress tal-Komunità lejn din il-mira, skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra tagħhom sabiex jintlaħqu l-impenji tal-Komunità fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra sal-2020 (13);

4.

Jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda fir-riżorsi umani tal-Kummissjoni fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija, li minkejja li xorta ma kinetx biżżejjed biex dan il-qasam jopera b’mod sħiħ, wasslet sabiex ġiet aċċellerata t-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi f’ċerti oqsma bħal pereżempju, id-disinn ekoloġiku tal-prodotti, ir-rendiment f’sens ta’ enerġija tal-bini u l-ittikkettar dwar l-enerġija, is-settur tat-trasport kif ukoll l-installazzjonijiet għall-utenti finali; jenfasizza li hemm ħtieġa kontinwa ta’ leġiżlazzjoni f’dawn l-oqsma;

5.

Iqis id-Direttiva 2006/32/KE bħala qafas regolatorju tajjeb; fl-istess ħin, jinnota li l-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Direttiva huwa limitat sa mhux aktar tard mill-2016 u, fi kwalunkwe każ, hija limitata wisq fl-ambizzjoni biex jintlaħaq l-għan ta’ titjib minimu ta’ 20 % fl-effiċjenza tal-enerġija sal-2020, u għalhekk jeħtieġ li ssir reviżjoni fl-2012 fuq il-bażi ta’ studju komprensiv tal-esperjenżi tal-Istati Membri;

6.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li assoċjazzjonijiet professjonali u fornituri tal-enerġija f’għadd ta’ Stati Membri, fuq il-bażi tad-Direttiva, bdew itejbu u jikkoordinaw is-sistemi tal-miters intelliġenti tagħhom stess; minkejja dan, jinnota li bil-qafas regolatorju attwali huwa improbabbli li l-miters intelliġenti jiġu adottati b’mod wiesa’ fil-livell domestiku; għalhekk, jappoġġja l-introduzzjoni obbligatorja ta’ miters intelliġenti f’kull bini fi żmien għaxar snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta’ l-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE (14); iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinforza b’mod iktar rigoruż ir-rekwiżiti tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/32/KE sabiex tiġi aċċellerata l-installazzjoni tas-sistemi ta’ miters intelliġenti fuq skala wiesgħa;

7.

Iqis li hu neċessarju li l-Kummissjoni, sabiex tappoġġja l-introduzzjoni obbligatorja ta’ miters intelliġenti, twettaq studju komprensiv tal-esperjenzi tal-Istati Membri f’dan il-qasam; iqis li fil-ġejjieni, ir-regoli għandhom jimponu rekwiżit sabiex id-djar tal-konsumaturi jiġu mgħammra b’apparat viżiv li jista’ jinqara (readable display) flimkien mas-sistema tal-miter u li l-Kummissjoni għandha wkoll tagħti attenzjoni lir-regoli dwar il-kompatibilità tas-sistemi tal-miters u dwar il-komunikazzjoni tad-dejta, lit-tariffi differenzjati u lill-mikroproduzzjoni;

8.

Iqis li d-dispożizzjonijiet li jsaħħu l-irwol eżemplari tas-settur pubbliku għandhom ikunu appoġġjati; iqis li, fid-dawl tal-ispejjeż tal-enerġija li qed jogħlew, il-kriterji tal-effiċjenza tal-enerġija għandhom ikunu definiti għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku tal-istituzzjonijiet tas-settur pubbliku;

9.

Jirrikonoxxi li ż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija tal-bini għandha potenzjal kbir għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u fir-rigward tal-bidla fil-klima, kemm f’termini ta’ adattazzjoni kif ukoll fl-indirizzar tal-kawżi tal-bidla fil-klima;

10.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sostanzjali mis-sorsi alternattivi tal-enerġija rinnovabbli bħar-riħ, il-bijomassa, il-bijofjuwils kif ukoll l-enerġija tal-mewġ u tal-marea, meta dan ikun possibbli;

11.

Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tħejjija tal-Kummissjoni biex testendi d-Direttiva 2002/91/KE f’dak li huwa l-istandardizzazzjoni ta’ djar li jinvolvu livell baxx ta’ enerġija u livell nett żero ta’ karbonju, u jitlob rekwiżiti fl-UE kollha dwar bini pożittiv f’termini ta’ enerġija, minħabba li dawn jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż għall-utenti finali; iħeġġeġ li tiġi stabbilita skeda eżatta għal standardizzazzjoni u livelli minimi ta’ enerġija minn sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, kemm għal bini ġdid kif ukoll għal dak eżistenti;

12.

Jenfasizza li l-bini residenzjali huwa fost dawk is-setturi li jaħlu l-iżjed u għalhekk iħeġġeġ li jiżdied l-appoġġ finanzjarju kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Komunitarju għar-rendiment f’sens ta’ enerġija tal-bini u anke sabiex l-inċentivi finanzjarji eżistenti jitqabblu mal-impenji stipulati fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali bħala parti mir-Reviżjoni tal-Kummissjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni;

13.

Iħeġġeġ b’mod partikulari lill-Istati Membri u lir-reġjuni sabiex jużaw il-Fondi Strutturali biex fit-territorji tagħhom jistabbilixxu netwerks tematiċi fil-qafas tal-Azzjoni Miftiehma prevista mill-programm ta’ ħidma “Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa” tal-2008 sabiex ikunu infurmati dwar il-prattiki ta’ reġjuni oħra tal-UE fir-rigward tal-użu effiċjenti tal-enerġija u sabiex iwettqu skambju tal-kompetenzi u l-esperjenza f’dan il-qasam;

14.

Jenfasizza li l-politiki dwar l-enerġija fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali li jindirizzaw is-settur residenzjali għandhom jistabbilixxu bħala prijorità t-titjib tal-kwalità komplessiva tad-djar ta’ residenti bi dħul baxx, filwaqt li jitqies il-fatt li l-prezzijiet imprevedibbli tal-fjuwil se jkomplu jaggravaw serjament is-sitwazzjoni ekonomika ta’ dawn il-familji u jistgħu joħolqu problemi soċjali serji;

15.

Jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żidiet li qed isiru f’waqthom u li għadhom għaddejjin mal-leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettar ta’ tagħmir u effiċjenza minima tal-enerġija fir-rigward tal-Pjan ta’ Azzjoni u d-Direttiva 2005/32/KE; iqis li hija ħaġa importanti li l-firxa ta’ tagħmir kopert mil-leġiżlazzjoni tkun estiża, flimkien mal-monitoraġġ tal-użanzi tal-konsumatur;

16.

Jirrakkomanda li sabiex jonqos il-konsum tal-enerġija minn apparat li jkun standby, il-Kummissjoni teżamina l-possibilità li jiġu rregolati s-sorsi tal-enerġija esterni li kapaċi jalimentaw iktar minn apparat wieħed f’daqqa; jistieden lill-Kummissjoni, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/32/KE, sabiex tiżgura li dawk id-dispożizzjonijiet jinkludu ċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodott f’termini ta’ konsegwenzi għall-effiċjenza tal-enerġija; f’dan ir-rigward, jitlob li din id-Direttiva tiġi ssupplementata b’dispożizzjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti, ir-responsabilità ċivili għall-prodotti u r-riparabilità tal-prodotti;

17.

Iqisha importanti li l-intrapriżi li mhumiex regolati mill-Iskema Ewropea tal-Iskambju tal-Emissjonijiet ikunu involuti f’effiċjenza enerġetika akbar, b’mod partikulari fejn spejjeż moħbija jew diffikultajiet oħra jxekklu l-kisba tas-suq tal-effiċjenza enerġetika; sabiex dawn l-effiċjenzi jkunu jistgħu jintlaħqu, iqis li huwa meħtieġ li – flimkien mal-estensjoni tad-disinjar ekoloġiku – tiddaħħal is-sistema taċ-’ċertifikati bojod’; jemmen li biex dan ikun jista’ jseħħ il-Kummissjoni għandha tlesti l-ispezzjonijiet relevanti mill-aktar fis-possibbli; jinnota l-irwol kruċjali li jista’ jkollha l-effiċjenza fl-enerġija biex tgħin l-Istati Membri jilħqu l-għanijiet mandatorji ta’ kondiviżjoni tal-isforz tagħhom; jenfasizza b’mod partikulari l-potenzjal għal tnaqqis tal-infiq effettiv permezz ta’ effiċjenza fl-enerġija aħjar fil-bini;

18.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità għal tnaqqis ta’ tniġġis ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali żgħar (15) u l-konsultazzjoni dwar aktar leġiżlazzjoni biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika speċifika tal-vetturi; jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti mill-aktar fis miri ta’ emissjonijiet aktar stretti fil-ġejjieni fl-interess taċ-ċertezza tal-industrija; jesprimi d-diżappunt tiegħu li għadu ma ġiex ikkonfermat il-limitu ta’ 95g CO2 għall-2020 mitlub mill-Parlament; jinnota, madankollu, bi tħassib li l-leġiżlazzjoni l-ġdida mhix se tpatti għaż-żieda fid-domanda għat-trasport;

19.

Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tfassil tal-Green Paper dwar il-Mobiltà Urbana (COM (2007)0551) imma jinnota li, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet kwantifikabbli speċifiċi, ir-riżervi għall-effiċjenza ma jistgħux ikunu mobilizzati; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina kif il-promozzjoni tal-mobilità urbana u l-iżvilupp ta’ trasport pubbliku li jkunu effiċjenti fl-enerġija jista' jkollhom irwol akbar fil-politika strutturali u ta’ koeżjoni u kif l-effiċjenza fil-mobilità tista’ tingħata aktar importanza fil-kundizzjonijiet għal proġetti ta’ kofinanzjament Komunitarju;

20.

Jisħaq fuq il-fatt li t-tixrid tal-għodod tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għamilha possibbli li jkunu applikati metodi ta’ pedaġġ għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq li mhux biss ikopru n-netwerk tat-toroq ta’ veloċità kbira; iħeġġeġ biex ikunu studjati l-possibilitajiet għal leġiżlazzjoni uniformi ta’ monitoraġġ għas-suq intern;

21.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għall-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni effiċjenti iżda josserva li l-promozzjoni ta’ din it-teknoloġija jista’ jkollha l-irwol li tikkontribwixxi b’mod effettiv biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ tisħin; jinnota li fis-sistemi ta’ tisħin ċentralizzati, l-effiċjenza tan-netwerk hija daqstant importanti daqs l-effiċjenza tat-tagħmir użat mill-konsumatur; iqis li fl-allokazzjoni tal-fondi strutturali, l-effiċjenza tan-netwerk fis-sistemi attwali ta’ tisħin ċentralizzat għandha tingħata aktar importanza b’mod konsiderevoli fil-ġejjieni;

22.

Jibqa’ jsib li linji politiċi settorjali individwali jmorru kontra l-isforzi li tagħmel l-Unjoni Ewropea biex tkun effiċjenti fl-użu tal-enerġija; huwa tal-fehma li l-istess jgħodd ukoll fl-istruttura attwali tal-appoġġ strutturali u ta’ koeżjoni;

23.

Iqis li l-SMEs għandhom rwol importanti fit-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija iżda m’għandhomx l-istess kapaċità biex jimxu mal-leġiżlazzjoni jew ma’ standards ġodda fis-settur tal-enerġija; għalhekk iqis li l-faċilitajiet li se jinħolqu permezz tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għandhom ikunu jistgħu jipproċessaw l-informazzjoni u l-kuntatti mal-SMEs dwar l-effiċjenza fl-enerġija;

24.

Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-livell ta’ ambizzjoni tagħhom u jbiddlu l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza tal-Enerġija tagħhom (NEEAPs) f’għodda prattika biex jintlaħqu mhux biss l-għanijiet tagħhom għall-effiċjenza fl-enerġija skont id-Direttiva 2006/32/KE, iżda wkoll għall-għanijiet aktar wesgħin tagħhom u għal żmien itwal, b’mod partikulari biex l-effiċjenza tal-enerġija titjieb b’mill-inqas 20 % sal-2020 u biex jintlaħqu l-għanijiet nazzjonali vinkolanti ta’ kondiviżjoni tal-isforz għat-tnaqqis fl-emissjonijiet;

25.

Jistieden lill-Istati Membri biex imorru lil hinn mill-għan minimu nazzjonali indikattiv tal-iffrankar fl-enerġija ta’ 9 % sal-2016 skont id-Direttiva 2006/32/KE u biex jiffissaw għanijiet intermedji ċari sabiex jintlaħaq l-għan aħħari;

26.

Iqis il-ħtieġa li l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali jifformulaw miri realistiċi, sostanzjati u vinkolanti u jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jitħaddmu sabiex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu;

27.

Jidhirlu li hija ħaġa importanti ħafna li l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali jkunu adattati għall-istruttura ġeografika, klimatika u ekonomika u għall-karatteristiċi tal-konsumaturi, li jistgħu jippreżentaw differenzi kbar minn reġjun għal ieħor;

28.

Jisħaq fuq ir-relazzjoni li hemm bejn l-effiċjenza tal-enerġija u l-koeżjoni territorjali, kif indikat mill-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-Koeżjoni Territorjali (COM(2008)0616), f’termini ta’ kontribut pożittiv mill-miżuri għal enerġija effiċjenti għall-iżvilupp sostenibbli, l-importanza ta’ strateġija spazjali mfassla sew u l-ħolqien ta’ soluzzjonijiet fuq medda twila ta’ żmien għar-reġjuni kollha;

29.

Iqis il-ħtieġa għal Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali li jilħqu l-miri stabbiliti tal-effiċjenza enerġetika b’mod li l-infiq ikun effettiv u li jiggarantixxu l-valur miżjud mill-għajnuna tal-Istat;

30.

Jistieden lill-Istati Membri biex jinkorporaw, fl-istruttura tal-kuntratti attwali tagħhom bejn l-aġenziji tal-gvern u l-pubbliku, l-informazzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija, l-aħjar prattika f’dawk l-oqsma u d-drittijiet tal-konsumatur li ġew stabbiliti fis-settur tal-enerġija u l-klima;

31.

Iqis li hija ħaġa indispensabbli li, f’kuntrast mal-prattika attwali ta’ għadd ta’ Stati Membri, il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali jkunu mħejjija bl-involviment sostanzjali tal-gvernijiet lokali u reġjonali, organizzazzjonijiet ċivili u s-sħab ekonomiċi sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar mill-qiegħ;

32.

Iqis l-importanza li l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali jagħtu attenzjoni speċjali lill-faqar ikkawżat minn prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew u jiggarantixxu protezzjoni xierqa għal dawk li huma fir-riskju tal-faqar; iqis li t-titjib fl-effiċjenza u fl-għarfien tal-enerġija huma vitali u urġenti;

33.

Jenfasizza l-importanza tal-Istati Membri li fl-NEEAPs tagħhom jinkludu strumenti finanzjarji xierqa għall-iffrankar tal-enerġija kif mitlub minn Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/32/KE; iqis li dawn l-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu magħmula biex jegħlbu l-ostakoli magħrufa għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, bħad-differenza bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji bejn is-sid u l-kerrejja u l-perjodu itwal biex l-investiment jinfeda li jkun meħtieġ meta l-proprjetajiet l-aktar antiki, u li huma aktar diffiċli biex jiġu trattati, jinġiebu għall-istandards kontemporanji ta’ effiċejnza fl-enerġija;

34.

Iqis li hu meħtieġ li l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali jagħmlu enfasi speċjali fuq kif il-gvernijiet għandhom il-ħsieb li jippromwovu u jħeġġu investimenti fl-effiċjenza enerġetika min-naħa tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); għalhekk jisħaq li għandu jingħata rendikont ta’ dawn l-investimenti meta jitfasslu l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali;

35.

Jinnota b’dispjaċir li f’bosta Stati Membri l-fondi allokati għal proġetti dwar l-effiċjenza fl-enerġija għadhom mhux suffiċjenti u ma jkoprux b’mod adegwat id-differenzi reġjonali; jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jiffokaw fuq l-implimentazzjoni tal-programmi tal-operat rispettivi tagħhom dwar miżuri innovattivi, sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet għall-effiċjenza fl-enerġija li f’sens ta’ spejjeż ikun effettiv;

36.

Jisħaq li mil-lum ’il quddiem hemm bżonn ta’ implimentazzjoni effettiva ta’ dawn il-miżuri, fosthom l-iżvilupp tal-aħjar prattiki u sinerġiji u l-organizzazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni tad-diversi partijiet interessati u mxerrda fis-settur tal-effiċjenza tal-enerġija;

37.

Jenfasizza l-ħtieġa għal impenji aktar komprensivi u ċari fit-tieni sett ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali fl-2011 sabiex jinħoloq ambjent ta’ negozju favorevoli u kundizzjonijiet ta’ investiment prevedibbli għall-parteċipanti fis-suq;

38.

Jenfasizza li s-settur privat, bl-appoġġ ta’ miżuri nazzjonali, għandu jkollu rwol prominenti fl-investiment f’teknoloġiji tal-enerġija sostenibbli ġodda u fl-iżvilupp tagħhom, filwaqt li jieħu wkoll azzjonijiet innovattivi biex tiġi adottata perspettiva iktar iffokata fuq l-effiċjenza fl-enerġija;

39.

Jenfasizza l-irwol strateġiku li għandhom l-awtoritajiet pubbliċi tal-UE, b’mod partikulari fil-livell reġjunali u lokali, biex isaħħu l-implimentazzjoni tal-appoġġ istituzzjonali meħtieġ għall-inizjattivi ta’ effiċjenza fl-enerġija, kif imsemmi fid-Direttiva 2006/32/KE; jirrakkomanda it-tisħiħ ta’ kampanji kapillari ta’ tagħrif u edukazzjoni, pereżempju permezz tal-użu ta’ tikketti tal-effiċjenza fl-enerġija li jinftiehmu malajr, u inizjattivi pilota relatati mal-effiċjenza fl-enerġija, kif ukoll taħriġ fit-territorji ta’ dawn l-awtoritajiet reġjunali u lokali bil-għan li titqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini u jinbidlu d-drawwiet;

40.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw kampanji ta’ sensibilizzazzjoni rigward l-effiċjenza fl-enerġija, li jiffokaw fuq l-effiċjenza fil-bini, kemm pubbliku kif ukoll privat, kif ukoll biex jikkonvinċu lill-pubbliku li l-effiċjenza fl-enerġija tista’ twassal għal tfaddil ġenwin ta’ flus;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti analiżi dettaljata tal-ewwel parti tal-pjanijiet kollha li ġew mogħtija sabiex issib x’inhuma r-raġunijiet għad-dewmien u tieħu azzjoni qawwija kontra dewmien ieħor u ommissjonijiet oħra li jistgħu jsiru;

42

Jitlob li l-Kummissjoni Ewropea teżamina, fil-livell Komunitarju u f’dak ta’ Stat Membru, il-konsistenza ta’ kull politika settorjali mal-objettivi tal-effiċjenza enerġetika, u f’dan il-kuntest iqis li huwa indispensabbli li jsir eżami mill-ġdid dettaljat tal-iskemi tal-għajnuna Komunitarja;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid il-proporzjon tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni b’mod sinifikanti, allokati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 lill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (16) għat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija fid-djar attwali, u biex l-Istati Membri jieħdu vantaġġ minn din l-għażla;

44.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lir-reġjuni b’mod partikulari sabiex jużaw Fondi Strutturali biex iniedu fit-territorji tagħhom netwerks tematiċi fil-qafas tal-Azzjoni Miftiehma sabiex ikunu infurmati dwar prattiki f’reġjuni oħra tal-UE rigward l-użu effiċjenti tal-enerġija u sabiex jiskambjaw kompetenzi u esperjenza f’dan il-qasam;

45.

Jitlob lill-Kummissjoni biex għall-perjodu li jmiss tal-Fondi Strutturali tappoġġja l-promozzjoni ta’ objettivi ta’ effiċjenza fl-enerġija, issaħħaħ il-kriterji prijoritarji marbuta ma’ dawn l-għanijiet u tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti u teknoloġiji biex jekonomizzaw l-enerġija u li jkattru l-użu effiċjenti ta’ din l-enerġija, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ sħubijiet, fi proġetti bħalma huma r-rinnovazzjoni ta’ bini, il-modernizzazzjoni tad-dawl fit-toroq, it-trasport ekoloġiku, il-modernizzazzjoni ta’ stallazzjonijiet għal tisħin urban u l-produzzjoni ta’ tisħin u elettriku;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri li hemm bżonn biex l-Istati Membri jkollhom kapaċità istituzzjonali biex jippreparaw u jimplimentaw il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali b’mod effettiv, inklużi l-monitoraġġ uffiċċjali u l-kontroll tal-kwalità tal-miżuri individwali, inter alia dawk l-obbligi relatati maċ-ċertifikati tal-enerġija tal-bini u li jappoġġjaw l-edukazzjoni pubblika u programmi ta’ taħriġ fl-effiċjenza tal-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi bażi tad-dejta pubblika tal-miżuri għall-effiċjenza tal-enerġija fl-Istati Membri u/jew tal-elementi kritiċi għall-applikazzjoni tagħhom;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal mudell, metodoloġija u proċess ta’ evalwazzjoni armonizzati għall-NEEAPs; jinnota li dan se jnaqqas it-toqol amministrattiv minn fuq l-Istati Membri, u jiżgura li l-NEEAPs ikollhom sistemi sodi u jiffaċilitaw l-analiżi komprensiva; jemmen li dan il-mudell u l-metodoloġija armonizzati għandhom bżonn ta’ kapitli għal kull settur u għandu jiddistingwi b’mod ċar bejn il-politiki u l-azzjonijiet tal-effiċjenza tal-enerġija li kienet adottata qabel mill-Istati Membri minn naħa waħda, u linji politiċi ġodda u addizzjonali u azzjonijiet min-naħa l-oħra; jiġbed l-attenzjoni lejn id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-direttiva proposta fil-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli; jisħaq li l-iċċekkjar mill-Kummissjoni u jekk ikun hemm bżonn ir-rifjut tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali fil-mument li dawn jiġu ppreżentati jiżgura kwalità ta’ implimentazzjoni aħjar fl-aħħar mill-aħħar; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali u li jkun hemm rapporti magħmula skont strumenti leġiżlattivi varji marbuta mal-għanijiet dwar il-bidla fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni biex tivverifika diversi drabi l-NEEAPs mal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali oħra bħalhom u r-rapporti, inklużi dawk ippreżentati b’konnessjoni mal-Protokoll ta’ Kjoto u d-dokumenti tal-Qafas ta’ Referenza Strateġika Nazzjonali tal-Fondi Strutturali;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa prinċipji komuni għal metodi biex jitkejjel l-iffrankar tal-enerġija rigward il-prinċipju tas-sussidjarjetà; jinnota li l-ħtieġa għall-kwantifikazzjoni u għall-verifika tal-iffrankar tal-enerġija b’riżultat tat-titjib fil-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija mhijiex biss ta’ interess fl-ambitu tad-Direttiva 2006/32/KE iżda wkoll rigward il-kejl tal-ksib tal-għan ta’ 20 % fl-iffrankar tal-enerġija għall-2020 u għanijiet oħra għall-iffrankar tal-enerġija fil-ġejjieni;

49.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-NEEAPs jippreżentaw strateġija ċara u konġunta u b’mod partikulari li r-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/91/KE, inkluż kull tfassil mill-ġdid sussegwenti, għandu jkun integrat fl-NEEAPs sabiex huma jkunu jistgħu jipproponu miżuri li jkunu verament addizzjonali fuq it-titjib mitlub diġà mill-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja eżistenti fl-effiċjenza tal-enerġija;

50.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinsisti li n-NEEAPs juru biċ-ċar kif għandu jintlaħaq l-obbligu skont id-Direttiva 2006/32/KE għas-settur pubbliku li għandu rwol eżemplari u jekk hemm bżonn, biex tagħmel proposta għal leġiżlazzjoni Komunitarja li tkun tiżgura l-irwol ewlieni tas-settur pubbliku fil-qasam tal-investimenti fl-effiċjenza;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina modi possibbli kif jissaħħu l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’sett ta’ kundizzjonijiet dwar l-effiċjenza enerġetika, li għandhom jintlaħqu billi l-prodotti favur l-ambjent jingħataw prijorità f’kuntratti pubbliċi, inkluża l-applikazzjoni mandatorja għall-istandards effiċjenti fl-enerġija u l-inklużjoni mandatorja tal-ispejjeż tal-enerġija fiċ-ċiklu tal-ħajja fl-evalwazzjoni tal-investimenti; jenfasizza li fil-livelli kollha tagħhom l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu minn tal-ewwel li jagħtu eżempju permezz tal-implimentazzjoni tal-Akkwist Pubbliku favur l-Ambjent fil-proċeduri tagħhom u l-promozzjoni ta’ prattiki li jekonomizzaw l-enerġija fl-attivitajiet ta’ kuljum tagħhom;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja r-riżorsi Komunitarji ddedikati għar-riċerka u l-iżvilupp sabiex tqawwi r-riżorsi ddedikati għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika fil-perspettiva finanzjarja li jmiss;

53.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom m’adottawx il-pjan nazzjonali tagħhom ta’ effiċjenza fl-enerġija biex jimplimentaw id-deċiżjonijiet li ttieħdu f’dak il-qasam;

54.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 394, 17.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16.

(3)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.

(4)  ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.

(5)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(6)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

(7)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 24.

(8)  ĠU L 39, 13.2.2008,p. 1.

(9)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

(10)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(11)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 273.

(12)  ĠU C 317 E, 23.12.2006, p. 876.

(13)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.

(14)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.

(15)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(16)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/38


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Ir-riċerka applikata li jkollha x’taqsam mal-politika komuni tas-sajd

P6_TA(2009)0065

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar ir-riċerka applikata li jkollha x’taqsam mal-politika komuni tas-sajd (2008/2222(INI))

2010/C 76 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 rigward is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Settembru 2008 bit-titolu “Strateġija Ewropea għar-Riċerka tal-Baħar u dik Marittima: Qafas koerenti tal-Qasam ta’ Riċerka Ewropew li jappoġġja l-użu sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra” (COM(2008)0534) (“l-istrateġija għar-riċerka tal-baħar u dik marittima”),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2002 dwar strateġija għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea (COM(2002)0511),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Ġunju 2006 bil-ħsieb li tiġi adottata deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-seba’ programm ta’ qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar politika marittima integrata għall-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent tal-baħar (Id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija tal-Baħar) (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar it-twaqqif ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, l-immaniġġjar u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u dwar l-appoġġ għall-parir xjentifiku rigward il-politika komuni tas-sajd (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-flora u l-fawna selvaġġi (7),

wara li kkunsidra r-rapport tas-samit dinji dwar l-iżvilupp sostenibbli li sar f’Johannesburg (l-Afrika t-Isfel) mis-26 ta’ Awissu sal-4 ta’ Settembru 2002,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Aberdeen li kienet adottata fit-22 ta’ Ġunju 2007 waqt il-konferenza tal-EurOCEAN minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka Ewropej fil-qasam tal-baħar u dak marittimu, netwerks xjentifiċi u għadd kbir ta’ xjentisti minn madwar l-Ewropa,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0016/2009),

A.

billi l-Kummissjoni fittxet li tistimula r-riċerka Ewropea dwar is-sajd u l-akkwakultura sa mir-Raba’ Programm ta’ Qafas sabiex tappoġġja l-politika komuni tas-sajd (PKS),

B.

billi fis-Seba’ Programm ta’ Qafas, ir-riċerka kollha dwar is-sajd u l-akkwakultura hija inkorporata fil-kuntest aktar wiesa’ tar-riċerka dwar l-agrikoltura (qasam tematiku 2), filwaqt li x-xjenzi tal-baħar u l-immaniġġjar taż-żoni kostali jaqgħu taħt ix-xjenza ambjentali,

C.

billi kemm il-kodiċi ta’ kondotta għas-sajd responsabbli tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) kif ukoll il-ftehima għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar relatata mal-konservazzjoni u l-immaniġġjar tal-istokkijiet tal-ħut transżonali u tal-istokkijiet tal-ħut li jpassi ħafna jenfasizzaw il-ħtieġa li jkunu żviluppati attivitajiet ta’ riċerka u l-ġbir ta’ data sabiex jittejjeb l-għarfien xjentifiku tas-settur,

D.

billi l-PKS huwa fost il-politiki Komunitarji li l-aktar huma dipendenti fuq ir-riċerka xjentifika u l-kredibilità tal-miżuri adottati skont il-PKS tiddependi fuq opinjonijiet xjentifiċi ta’ kwalità għolja,

E.

billi l-PKS hija msejsa fuq prinċipji ta’ governanza tajba, li jirrikjedu li l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għandu jkun ibbażat fuq opinjonijiet xjentifiċi serji u li għandu jipproduċi riżultati f’waqthom,

F.

billi dajta xjentifika għandha tittieħed bħala l-bażi għall-iffissar tal-kwoti u għar-Rendiment Sostenibbli Massimu (MSY),

G.

billi s-sajjieda u x-xjentisti bosta drabi ma jaqblux fl-istimi tagħhom tal-istat tal-baħar u tal-istokkijiet tal-ħut,

H.

billi l-istrateġija tar-riċerka tal-baħar u dik marittima, filwaqt li tagħraf l-importanza tal-isforzi li qed isiru l-ħin kollu fid-diversi dixxiplini tal-baħar u marittimi, tiffoka fuq it-titjib tal-interazzjonijiet bejn ir-riċerka tal-baħar u r-riċerka marittima aktar milli timmira għal setturi ta’ riċerka li diġà huma stabbiliti sew,

I.

Billi ċ-ċentri tal-eċċellenza fir-riċerka li jeżistu fl-ibgħad reġjuni huma mezzi speċjalment utli għall-Ewropa biex jiġi osservat l-ambjent tal-baħar, fil-kuntest tal-istratġeija għar-riċerka tal-baħar u marittima,

J.

billi l-eżami mill-ġdid li se jsir dalwaqt tal-PKS, li jagħti importanza akbar lill-immaniġġjar reġjonali u tal-ekosistemi, jitlob bażi soda ta’ għarfien xjentifiku,

1.

Jinsab konvint li huwa meħtieġ li, fil-politiki segwiti fir-rigward tar-riċerka, tingħata attenzjoni akbar lill-problemi speċifiċi tas-sajd u tal-akkwakultura minħabba l-importanza ekonomika, soċjali u politika ta’ dan is-settur fl-UE;

2.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi li qed isiru mill-ġdid mill-Kummissjoni permezz tal-istrateġija tagħha tar-riċerka tal-baħar u marittima biex timmobilizza r-riżorsi bil-għan li tittejjeb l-integrazzjoni bejn ir-riċerka tal-baħar u r-riċerka marittima;

3.

Ifakkar lill-Kummissjoni li, skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002, hija għandha obbligu legali li ssejjes il-proposti tagħha relatati mal-PKS fuq “parir xjentifiku sod u fuq approċċ ta’ prekawzjoni”; jappella lill-Kummissjoni sabiex tenfasizza u tipprova l-ħtieġa tal-importanza tar-riċerka xjentifika dwar l-istat tal-baħar u tal-istokkijiet tal-ħut;

4.

Jinsab imħasseb minħabba r-riorganizzazzjoni tat-temi fis-Seba’ Programm ta’ Qafas, li jfisser li r-riċerka dwar il-produzzjoni tal-ħut ġiet isseparata mis-sajd u l-ekoloġija tal-baħar, anke jekk riorjentament ċar tal-PKS lejn approċċ mil-lat ta’ ekosistemi għall-kuntrarju jkun jirrikjedi livell aqwa ta’ integrazzjoni;

5.

Jiddeplora l-fatt li s-Seba’ Programm ta’ Qafas la jqis is-sajd u l-anqas l-akkwakultura bħala linji speċifiċi, u jirreferi biss għall-qasam tematiku 2, “Ikel, agrikoltura u sajd, u bijoteknoloġija”, li jkopri r-riċerka dwar is-sajd, imma biss f’sens imbiegħed u jekk ikun interpreta fis-sens aktar wiesa’; jinnota li l-istess ħaġa tapplika għall-qasam tematiku 6, “L-Ambjent (inkluża l-bidla fil-klima)”;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid is-Seba’ Programm ta’ Qafas meta ssir l-evalwazzjoni ta’ nofs it-term, skedata għall-2010, filwaqt li tqis din ir-riżoluzzjoni u tagħti każ ħafna aktar tal-problemi speċifiċi tas-sajd u l-akkwakultura;

7.

Jinsab konvint li kemm dawk li jagħmlu l-politiki u kemm l-operaturi fis-settur tas-sajd għandhom ħtieġa kruċjali ta’ tip aktar prattiku ta’ riċerka u, minħabba t-tul taż-żmien li fih is-Seba’ Programm ta’ Qafas idum fis-seħħ, bilfors li jridu jkunu inklużi l-objettivi li għandhom jintlaħqu;

8.

Huwa tal-fehma li, minħabba n-nuqqas ta’ linji speċifiċi għas-sajd u l-akkwakultura fis-Seba’ Programm ta’ Qafas, m’hemmx inċentiv biżżejjed għal għadd suffiċjenti ta’ proġetti ta’ riċerka li jridu jitfasslu f’dawn l-oqsma, ħaġa li għandha effett ta’ ħsara fuq l-importanza u r-relevanza tal-proġetti magħżula;

9.

Jisħaq fuq il-punt li, sabiex ikun żgurat li jkun hemm implimentazzjoni effettiva tal-PKS, jeħtieġ li jinħolqu programmi speċifiċi fil-qasam tar-riċerka applikata, u l-finanzjament tagħhom jeħtieġ li jkun żgurat permezz ta’ allokazzjoni tal-baġit adegwata; hu tal-fehma li, għal dan il-għan, hija ħaġa vitali li fis-Seba’ Programm ta’ Qafas tkun inkluża skema ta’ allokazzjonijiet;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni biex il-finanzjament tar-riċerka applikata fil-qasam tal-PKS skont is-Seba’ Programm ta’ Qafas jintuża bħala lieva biex ikunu promossi sinerġiji bejn l-isforzi tar-riċerka fid-diversi Stati Membri u tintlaħaq il-massa kritika meħtieġa biex ikunu ffaċċjati l-isfidi enormi tar-riċerka tal-baħar pluritematika;

11.

Jirrakkomanda li, fil-qasam tar-riċerka xjentifika tal-baħar, tingħata prijorità mhux biss lir-riċerka bil-għan li jkun akkwistat għarfien dwar l-istat tal-istokkijiet tal-ħut imma wkoll lill-aspetti ekosistemiċi, kummerċjali, ekonomiċi u soċjali li jiddeterminaw l-immaniġġjar tas-sajd, peress li dawn l-aspetti kollha huma ta’ importanza kruċjali;

12.

Hu tal-fehma li, fl-oqsma tas-sajd u tal-akkwakultura b’mod partikulari, għandha tingħata prijorità lir-riċerka applikata li l-objettiv fundamentali tagħha għandu jkun li tittejjeb id-data xjentifika utilizzata bħala bażi għal-leġiżlazzjoni u għall-immaniġġjar tas-sajd, b’mod partikulari f’dak li jirrigwarda l-pjanijiet ta’ rkupru għal speċijiet li jinsabu f’riskju bijoloġiku;

13.

Jinnota li hemm konflitt ta’ interess ċar bejn is-sajjieda u x-xjentisti fiż-żmien qasir, filwaqt li l-objettivi tagħhom fuq żmien fit-tul huma aktar kompatibbli; jikkunsidra li konsensus dwar l-istat tal-baħar għandu jkun il-bażi tal-politika tas-sajd li tkun immirata għas-sostenibilità; jappella lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi koperazzjoni aħjar bejn is-sajjieda u x xjentisti;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex juru u jwasslu b’mod aħjar lis-sajjieda li huwa fl-interess tagħhom li jitqies il-benefiċċju ekonomiku li jistgħu jistennew fuq medda ta’ żmien medja jew twila fl-evalwazzjoni tat-telf ekonomiku preżunt tagħhom fuq perjodu qasir;

15.

Jisħaq fuq il-problema inkwetanti tan-nuqqas ta’ xjentisti żgħażagħ fir-riċerka applikata fis-settur tas-sajd, minħabba li l-karrieri ma tantx huma attraenti meta mqabbla ma’ riċerka bażika u dixxiplini xjentifiċi oħra;

16.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkunu stabbiliti mill-ġdid korsijiet ta’ lawrja universitarja li jkunu interessanti u li jsaħħu l-istatus li jwasslu għal karrieri rimunerattivi għal din ir-rotta xjentifika;

17.

Huwa favur politika tal-edukazzjoni li tipprovdi motivazzjoni akbar għax-xjentisti żgħażagħ biex jaqbdu l-linja tar-riċerka applikata fis-settur tas-sajd, minflok il-linja tar-riċerka bażika;

18.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-ħolqien ta’ netwerk Ewropew stabbli, imsejjes fuq l-infrastruttura fiżika eżistenti fl-Istati Membri u li jkun immirat għall-osservazzjoni u l-ġbir ta’ data dwar l-ambjent tal-baħar, li jkun jiffaċilita l-iskambju ta’ tagħrif bejn l-operaturi fis-settur u l-korpi ta’ riċerka Ewropej, u li jkun iżomm lill-UE f’pożizzjoni ta’ eċċellenza; Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis b’mod partikukari dan in-netwerk taċ-ċentri ta’ riċerka li jeżisti fl-ibgħad reġjuni;

19.

Ifakkar fil-ħtieġa li jkunu standardizzati d-diversi mudelli ta’ riċerka applikata li attwalment huma utilizzati fl-Istati Membri biex isir aktar faċli kemm li jiġu mqabbla r-riżultati u kemm li tkun iffaċilitata l-aggregazzjoni tad-data;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi l-komunità xjentifika biex tfassal aktar standards komuni ta’ metodoloġija fir-riċerka tal-ħut u biex tagħti spinta lill-koperazzjoni bejn l-istituti ta’ riċerka nazzjonali;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor tagħrif speċifiku dwar il-mod li bih attwalment qed jopera d-djalogu ta’ bejn ix-xjentisti u s-sajjieda fid-diversi Stati Membri u biex telenka l-aħjar prattiki;

22.

Jisħaq fuq il-punt li l-Kunsilli ta’ Konsulenza Reġjonali għandhom irwol importanti xi jwettqu fil-kuntest tar-riċerka applikata u jitlob, konsegwentement, li għandu jkun possibbli għax-xjentisti li jkunu membri sħaħ ta’ dawn il-korpi;

23.

Jinnota bi tħassib li l-ammont totali li l-Istati Membri nefqu biex jiġbru d-data fis-settur tas-sajd naqas b’mod kostanti mill-2006;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jallokaw l-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit tal-UE għall-ġbir tad-data fis-settur tas-sajd, b’mod partikulari taħt l-intestatura tal-baġit 11 07 02: “Appoġġ għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd (titjib tal-parir xjentifiku)”;

25.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lil gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU C 300 E, 9.12.2006, p. 400.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2008)0213.

(5)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(6)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/42


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Ħolqien ta’ Tessera Professjonali Ewropea għal min jipprovdi s-Servizzi

P6_TA(2009)0066

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-Ħolqien ta’ Tessera Professjonali Ewropea għal min jipprovdi s-Servizzi (2008/2172(INI))

2010/C 76 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar l-għarfien ta’ kwalifiki professjonali (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass) (3),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar it-twaqqif ta’ Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (4),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-6 ta’ Diċembru 2007 bl-isem “Il-Mobilità, strument għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar: Il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tal-Impjiegi (2007-2010)” (COM(2007)0773),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2007 bl-isem “Proposta għal Programm ta’ Liżbona tal-Komunità 2008 - 2010” (COM(2007)0804),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar l-impatti u l-konsegwenzi tal-esklużjoni tas-servizzi tas-saħħa mid-Direttiva dwar is-servizzi fis-suq intern (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2007 dwar l-obbligi tal-fornituri tas-servizz transkonfinali (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0029/2009),

A.

billi d-dritt taċ-ċittadini tal-UE li jistabbilixxu lilhom infushom jew li jipprovdu servizzi madwar l-UE jikkostitwixxi libertà fundamentali tas-Suq Uniku li tinkludi d-dritt li titwettaq professjoni, f’kapaċità ta’ persuna li taħdem għal rasha jew ta’ impjegat, fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih tkun inkisbet il-kwalifika professjonali,

B.

billi, skont l-Artikolu 3(1)(c) tat-Trattat, l-abolizzjoni bejn l-Istati Membri ta’ ostakoli għall-moviment liberu tal-persuni u tas-servizzi tikkostitwixxi waħda mill-objettivi tal-Komunità,

C.

billi ż-żieda fil-mobilità tal-persuni u tas-servizzi bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni tikkostitwixxi element essenzjali għall-kisba tal-objettivi tal-aġenda ta’ Liżbona għat-tkabbir u għall-impjiegi, u tista’ żżid il-produttività billi ġġib magħha perspettivi, ideat u kapaċitajiet ġodda,

D.

billi l-mobilità fl-UE għadha baxxa, meta jitqies li 4 % biss tan-nies li jistgħu jaħdmu għexu u ħadmu fi Stat Membru ieħor u madwar 2 % bħalissa qed jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru ieħor (7),

E.

billi għad hemm ostakoli kbar għall-persuni li jixtiequ jaħdmu fi Stat Membru ieħor, u 20 % tal-ilmenti li rċeviet is-SOLVIT fl-2007 kienu jikkonċernaw l-għarfien tal-kwalifiki professjonali meħtieġa biex titwettaq professjoni regolata,

F.

billi l-Kummissjoni bdiet proċeduri ta’ ksur skont l-Artikolu 226 tat-Trattat kontra bosta Stati Membri talli naqsu milli jinnotifikawha rigward il-miżuri adottati fit-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE,

G.

billi l-Premessa 32 tad-Direttiva 2005/36/KE tgħid li “l-introduzzjoni, fuq livell Ewropew, ta’ tesseri professjonali minn assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet professjonali tista’ tiffaċilita l-mobilità ta’ professjonisti, b’mod partikulari billi tħaffef l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istat Membru ospitanti u l-Istat Membru ta’ oriġini. Din it-tessera professjonali għandha tirrendi possibbli l-monitoraġġ tal-karriera ta’ professjonisti li jistabbilixxu ruħhom fi Stati Membri differenti. Dawn it-tesseri jista’ jkun fihom informazzjoni, bir-rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tad-data, dwar il-kwalifiki professjonali tal-professjonista (università jew istituzzjoni frekwentata, kwalifiki miksuba, esperjenza professjonali), dwar l-istabbiliment legali tiegħu, dwar penali marbuta mal-professjoni tiegħu li jkun irċieva u dwar id-dettalji tal-awtorità kompetenti relevanti”,

H

billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq dwar l-impatti u l-konsegwenzi tal-esklużjoni tas-servizzi tas-saħħa mid-Direttiva dwar is-servizzi fis-suq intern, huwa appella għat-twaqqif ta’ “Karta Ewropea li tipprovdi aċċess għal informazzjoni dwar il-ħiliet ta’ professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u li tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pazjenti”,

Mobilità transkonfinali

1.

Jinkoraġġixxi l-inizjattivi kollha bil-għan li tiġi faċilitata l-mobilità transkonfinali bħala mezz ta’ tħaddim effettiv tas-suq tax-xogħol u tas-servizzi, u bħala mezz biex jiżdied it-tkabbir ekonomiku fi ħdan l-UE;

2.

Jenfasizza r-responsabilità tal-UE li tiffaċilita ulterjorment il-mobilità ġeografika u tas-suq tax-xogħol permezz ta’ żieda fit-trasparenza, rikonoxximent u paragunabilità tal-kwalifiki kif ukoll permezz ta’ garanzija tas-sigurtà tal-pazjenti u tal-konsumaturi;

3.

Jenfasizza madankollu l-bżonn li jkun hemm approċċ aktar effiċjenti u kkoordinat mill-Kummissjoni bejn l-inizjattivi li għandhom l-għan li jiffaċilitaw u jħeġġu l-mobilità tal-professjonisti bejn l-Istati Membri, bħall-EUROPASS (CV Ewropew), il-EURES (portal għall-mobilità tal-impjiegi) u l-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki (EQF), kif ukoll bejn id-diversi netwerks li jibbenefikaw minn finanzjament jew kofinanzjament Komunitarju li huma assoċjati ma’ dawn il-kwistjonijiet, bħas-SOLVIT, l-IMI, il-EUROGUIDANCE, u l- ENIC/NARIC;

4.

Jenfasizza r-responsabilità konġunta tas-soċjetà ċivili, inklużi l-persuni li jħaddmu, il-unions, l-organizzazzjonijiet professjonali u l-awtoritajiet responsabbli, għall-iffaċilitar u t-titjib tal-mobilità fi ħdan is-suq intern;

It-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE

5.

Iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ttrasponewx id-Direttiva 2005/36/KE, li kellha sseħħ sal-20 ta’ Ottubru 2007, sabiex jagħmlu dan, u jġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni kontra dawk l-Istati Membri li għadhom ma ttrasponewx id-Direttiva 2005/36/KE;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/36/KE dwar il-mobilità fir-rapport li hija se tfassal skont l-Artikolu 60(2) tal-istess Direttiva;

8.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaħdmu sabiex jinkiseb approċċ iktar armonizzat għall-għarfien tal-kwalifiki u tal-kompetenzi, biex jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi involuti u biex inaqqsu l-ispejjeż għall-professjonisti;

Ħtieġa ta’ Tessera Professjonali Ewropea

9.

Huwa tal-fehma li l-valur miżjud ta’ Tessera Professjonali Ewropea, minbarra miżuri eżistenti bil-għan li jiffaċilitaw u jħeġġu l-mobilità, għandu jiġi stabbilit għall-parti l-kbira tal-professjonijiet;

10.

Jinnota li f’xi professjonijiet regolati u armonizzati, bħal dawk tal-avukati u tal-professjonisti tas-saħħa, bħalissa jeżistu qed jiġu żviluppati tesseri professjonali Ewropej, iżda li fi professjonijiet oħrajn li mhumiex jew li huma inqas armonizzati, l-introduzzjoni ta’ tesseri professjonali hija iktar diffiċli peress li r-regolamenti jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, u d-data dwar il-kwalifiki trid qabel kollox tkun validata u rikonoxxuta reċiprokament;

11.

Jinnota li Tessera Professjonali Ewropea tista’ tkun ta’ vantaġġ anki għal dawk il-professjonijiet li mhumiex regolati u li mhumiex armonizzati, għax din ikollha rwol informattiv b’mod speċjali għal min jimpjega u għall-konsumaturi, li jkun il-każ għal ħafna mill-professjonijiet liberali;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel lista tal-inizjattivi differenti li jikkonċernaw l-iżvilupp ta’ tesseri professjonali u biex tippreżenta inventarju rapreżentattiv lill-Parlament Ewropew;

13.

Jistieden lill-Kummisjoni biex teżamina l-inizjattivi sabiex tara jekk, flimkien ma’ miżuri oħra, Tessera Professjonali Ewropea tkunx tista’:

(a)

tikkontribwixxi għas-sigurtà taċ-ċittadini f’każ li jiġu f’kuntatt ma’ fornitur li jista’ jipprovdi servizzi transkonfinali, billi, permezz tat-Tessera Professjonali, iċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżaminaw l-identità u l-kwalifiki tal-fornitur tas-servizz,

(b)

twassal għal simplifikazzjoni amministrattiva u għal tnaqqis fin-nefqa u, fuq medda twila ta’ żmien, tissostitwixxi fajls ta’ karti u żżid it-trasparenza,

(c)

tħeġġeġ il-provvista ta’ servizzi temporanji,

(d)

tħeġġeġ il-provvista ta’ servizzi xierqa ta’ kwalità għolja fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi terzi,

(e)

isservi ta’ mezz ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni adegwata lill-persuni li jirċievu servizzi sabiex tissaħħaħ is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi,

(f)

isservi bħala mezz ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni adegwata għal min jimpjega (fis-settur pubbliku u privat) sabiex jiġi ffaċilitat ir-reklutaġġ transkonfinali;

huwa tal-fehma li kwalunkwe pass pubbliku ulterjuri għandu jinvolvi deskrizzjoni definita sew tat-tipi ta’ professjonijiet u tal-bżonnijiet speċifiċi li t-tessera għandha tkun tkopri;

Il-Karatteristiċi ta’ Tessera Professjonali Ewropea

14.

Huwa tal-fehma li kwalunkwe tessera professjonali, jekk teżisti talba kbira biżżejjed biex din tiġi żviluppata, għandha tkun kemm jista’ jkun sempliċi, faċli u liberali, u tevita piżijiet burokratiċi ġodda, u li tkun tista’ tistabbilixxi “lingwaġġ komuni” fil-kwalifiki ta’ ċerti professjonijiet;

15.

Iħeġġeġ sabiex it-Tessera Professjonali Ewropea ma jkollhiex effetti negattivi fuq il-mobilità transkonfinali, u għandha biss tintuża bħala xhieda tad-dritt li professjonista jiċċaqlaq, mingħajr ma tkun tikkostitwixxi kundizzjoni għal tali ċaqliq; jenfasizza li gruppi speċifiċi m’għandhomx ikunu mċaħħda milli joffru servizzi fi Stati Membri oħra, u li speċjalment għal persuni b’inqas kwalifiki jew bi kwalifiki inqas speċifiċi, it-tessera m’għandhiex toħloq ostakoli ġodda;

16.

Jenfasizza li l-użu ta’ Tessera Professjonali Ewropea waħda jew iktar għandu jippermetti d-diversità, pereżempju biex jiġu previsti differenzi bejn il-professjonijiet jew differenzi bejn l-Istati Membri; iqis li l-professjonijiet infushom għandhom jiffinanzjaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ tessera professjonali Ewropea, jekk iħossu li dan ikun xieraq;

17.

Jenfasizza li, f’każ li l-grupp professjonali konċernat diġa’ jkun kopert minn Tessera Professjonali nazzjonali, ikun xieraq, minħabba kunsiderazzjonijiet prattiċi, li l-funzjonijiet tat-Tessera nazzjonali jkunu integrati ma dik tat-Tessera Professjonali Ewropea;

18.

Jenfasizza li l-informazzjoni dwar it-tessera professjonali Ewropea għandha tkun affidabbli, ivvalidata u aġġornata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; hu tal-fehma li, jekk ikun il-każ, l-informazzjoni li hemm fis-CVs tal-EUROPASS għandha tiddaħħal fit-tessera Professjonali Ewropea;

19.

Jenfasizza li l-aċċess għad-data li tkun tinsab fuq it-tessera għandu jkun konformi mal-ogħla standards ta’ protezzjoni tal-privatezza;

*

* *

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(2)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(3)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6.

(4)  ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(5)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p 279.

(6)  ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 312.

(7)  Stħarriġ tal-Ewrobarometru 64.1 tal-2005 dwar il-mobilità ġeografika u tas-suq tax-xogħol.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/46


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Azzjoni Komunitarja dwar il-kaċċa għall-balieni

P6_TA(2009)0067

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-azzjoni Komunitarja dwar il-kaċċa għall-balieni (2008/2101(INI))

2010/C 76 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għar-Regolamentazzjoni tal-kaċċa għall-balieni tal-1946 u t-twaqqif tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-kaċċa għal Baleni (IWC),

wara li kkunsidra l-ftehima dwar limiti tal-ebda qbid (il-“moratorju”) tal-IWC għall-kaċċa kummerċjali għall-balieni li daħlet fis-seħħ fl-1986,

wara li kkunsidra l-aġġornament taċ-Ċetaċji tal-Lista l-Ħamra tal-Ispeċijiet fil-Periklu tal-2008 li saret mill-Unjoni Internazzjonali tal-Konservazzjoni tan-Natura,

wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura f'Barċellona, bejn il-5 u l-14 ta' Ottubru 2008,

wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 175 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-19 ta' Diċembru 2007 dwar l-azzjoni Komunitarja rigward il-kaċċa għall-balieni (COM(2007)0823),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni adottata mill-Kunsill fil-5 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-pożizzjoni Komunitarja rigward il-kaċċa għall-balieni (1),

wara li kkunsidra t-twaqqif ta’ Grupp Żgħir ta’ Ħidma dwar il-futur tal-IWC (il-“Grupp ta’ Ħidma”) mill-IWC matul is-60 laqgħa annwali tagħhom f’Santiago, iċ-Ċili, f’Ġunju 2008,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-abitati naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (2) (id-Direttiva dwar l-Abitati),

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Amsterdam tal-1997 li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea - Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benessri tal-annimali.

wara li kkunsidra l-adozzjoni, min-naħa tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċi ta' Fawna u Flora Salvaġġi fil-Periklu (CITES) kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha mill-UE, ta' projbizzjoni dwar il-kummerċ internazzjonali fi prodotti tal-ispeċi kollha ta' balieni kbar,

wara li ikkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0025/2009),

A.

billi l-għan primarju għandu jkun il-protezzjoni tal-bijodiversità, li jinkludi l-konservazzjoni tal-ispeċi,

B.

billi l-riżq tal-annimali għandu dejjem jitqies,

C.

billi madankollu hemm kwistjonijiet ta’ sikurezza u provvista tal-ikel, b’mod partikulari għall-komunitajiet li tradizzjonalment jikkaċjaw għall-balieni,

D.

billi “t-tfixkil, il-qbid jew il-qtil intenzjonat” tal-ispeċi kollha tal-balieni attwalment huwa pprojbit fl-ibħra tal-Komunità skont id-Direttiva tal-Abitati,

E.

billi kważi waħda minn fuq kull erba’ speċi taċ-ċetaċji attwalment huma kkunsidrati f’periklu, b’disa’ speċi elenkati bħala f’periklu jew f’periklu serju, u billi l-istatus ta’ ħafna speċi u popolazzjonijiet jibqa' mhux ċar,

F.

billi għalkemm uħud mill-popolazzjonijiet tal-balieni irnexxilhom jirkupraw xi ftit sa mill-introduzzjoni tal-moratorju, oħrajn ma rnexxilhomx u l-kapaċità tagħhom li jadattaw għall-kondizzjonijiet ambjentali li qed jinbidlu tibqa' mhux magħrufa,

G.

billi fil-bidu l-moratorjum kien maħsub li jtul sakemm tiddaħħal fis-seħħ skema adegwata ta’ ġestjoni u li tħalli biżżejjed żmien biex l-istokks ta’ numri żgħar jirkupraw,

H.

billi mhux il-membri kollha tal-IWC jaqblu mal-moratorju,

I.

billi l-moratorju fl-ebda każ, ma jkopri l-qtil tal-balieni għal skopijiet xjentifiċi,

J.

billi n-numru ta’ balieni maqtula taħt Permess Speċjali fil-fatt żdied sa mill-introduzzjoni tal-moratorju,

K.

billi l-IWC (f'aktar minn 30 riżoluzzjoni) u numru ta’ NGOs u entitajiet oħra esprimew tħassib serju li l-Permess Speċjali attwali għall-kaċċa tal-balieni hu “kontra l-ispirtu tal-moratorju fuq il-kaċċa kummerċjali tal-balieni” (IWC2003-2); il-laħam minn din il-kaċċa għall-balieni m'għandux jintuża għal skopijiet kummerċjali;

L.

billi, minkejja t-titjib riċenti, il-metodi li bih il-balieni jiġu maqtula xorta ma jilħqux l-istandards mixtieqa,

M.

billi ċ-ċetaċji huma f’periklu mhux biss minħabba l-kaċċa iżda wkoll minħabba l-bidla fil-klima, it-tniġġis, l-inċidenti li jinvolvu l-vapuri, it-tagħmir tas-sajd, is-sonar u perikli oħrajn,

N.

billi l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq ibbażżat ruħha fuq l-Artikolu 175 tat-Trattat KE u rrelatat biss mal-laqgħa tal-IWC imsemmija hawn fuq f'Santiago, iċ-Ċili, f'Ġunju 2008,

1.

Jilqa' bi pjaċir il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar l-azzjoni Komunitarja rigward il-kaċċa għall-balieni, li ġiet adottata b’maġġoranza kkwalifikata mill-Kunsill; u jappoġġja ż-żamma ta' moratorju globali fuq il-kaċċa kummerċjali għall-balieni, u projbizzjoni fuq il-kummerċ internazzjonali tal-prodotti mill-balieni; ifittex li jwaqqaf “il-kaċċa xjentifika għall-balieni” u jappoġġja l-għażla ta' reġjuni kbar fl-oċeani u fl-ibħra bħala santwarji li fihom il-kaċċa għall-balieni hija pprojbita b'mod indefinit;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jadotta pożizzjoni komuni ġdida skont l-Artikolu 37 kif ukoll l-Artikolu 175 tat-Trattat KE;

3.

Jemmen li l-konservazzjoni tal-balieni u ċetaċji oħra fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq l-iżvilupp ta’ miżuri li huma suġġetti għal kunsens wiesa' biżżejjed biex ikunu implimentati b'mod effettiv;

4.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lil dawk l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-Grupp ta’ Ħidma biex jaħdmu għall-ilħuq ta’ dan il-qbil;

5.

Jemmen li d-diskussjonijiet mal-Grupp ta' Ħidma għandhom ikunu suġġetti għall-akbar trasparenza possibbli;

6.

Jispera li l-Grupp ta’ Ħidma jindirizza l-kwistjoni tal-kaċċa letali għall-balieni għal skopijiet xjentifiċi sabiex isib bażi biex tiġi eliminata;

7.

Jirrispetta l-bżonn ta' kaċċa limitata li għandha ssir minn dawk li tradizzjonalment jikkaċċjaw għall-iskop ta’ provvista ta’ ikel, iżda jitlob li ssir enfasi akbar fuq ir-riċerka dwar metodi ta’ qtil umani u kif ukoll l-użu tagħhom;

8.

Jitlob li din it-tip ta’ kaċċa issir biss bi kwoti ċari bbażati fuq il-parir tal-Kumitat Xjentifiku tal-IWC u li tkun irregolata b’kontrolli iżjed stretti li jinkorporaw reġistrazzjoni u rappurtaġġ sħaħ lill-IWC;

9.

Jitlob ukoll li jitwaqqfu, f’postijiet adattati madwar id-dinja, aktar Zoni tal-Baħar Protetti li fihom il-balieni jirċievu protezzjoni speċjali;

10.

Jinnota li d-Direttiva dwar l-Abitati li tiddefinixxi l-pożizzjoni Komunitarja rigward il-balieni (u d-dniefel) ma tippermettix li l-kaċċa kummerċjali għall-balieni tkompli ssir fuq kwalunkwe stokk ta' balieni fl-ibħra tal-UE;

11.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jkun użat apparat tas-sajd selettiv biex jevita qbid mhux intenzjonat ta' speċi oħra, partikolarment ta' ċetaċji;

12.

Iqis li l-istorja traġika tal-kaċċa kummerċjali għall-balieni, flimkien mal-ħafna theddidiet li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom il-popolazzjonijiet tal-balieni (fosthom, inter alia, il-qbid inċidentali f'operazzjonijiet tas-sajd, il-ħabtiet mal-bastimenti, il-bidla fil-klima globali u t-tniġġis tal-ħsejjes fl-oċeani) tobbliga lill-UE biex tippromwovi f'fora internazzjonali ewlenin, b'mod koordinat u koerenti, l-ogħla livell ta' ħarsien għall-balieni fid-dinja kollha;

13.

Jitlob li theddid fuq popolazzjonijiet taċ-ċetaċji kkawzat mill-bidla fil-klima, it-tniġġis, l-inċidenti li jinvolu l-vapuri, it-tagħmir tas-sajd, ħsejjes tal-oċean antropġeniċi (inklużi s-sonar, l-istħarriġ seiżmiku u l-ħsejjes tal-vapuri) u perikli oħrajn jiġi indirizzat ’il-barra minn dawn iz-zoni ta’ protezzjoni;

14.

Jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha, qabel ma tittieħed azzjoni globali, tressaq aktar proposti biex topponi dan it-theddid fir-rigward tal-ibħra u bastimenti tal-Komunità;

15.

Hu tal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tiddefinixxi qafas regolatorju rivedut għall-prattika tal-osservazzjoni tal-balieni li jipproteġi l-interess ekonomiku u soċjali tar-reġjuni tal-kosta fejn issir din l-attività, waqt li jqis l-iżvilupp reċenti tagħhom;

16.

Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamentari tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kaċċa għall-Balieni, lill-Kunsilli Reġjonali ta' Konsulenza, lill-Kumitat Konsultattiv għas-Sajd u l-Akkwakultura u l-Organizzazzjonijiet Reġjonali ta' Ġestjoni tas-Sajd li l-UE tagħmel parti minnhom.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tkun adottata f'isem il-Komunità Ewropea fis-60 Laqgħa tal-IWC fl-2008 rigward il-proposti għal emendi għall-Iskeda tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Regolament tal-Kaċċa għall-Balieni (Dokument tal-Kunsill Nru 9818/2008).

(2)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/49


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew

P6_TA(2009)0068

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew (2008/2179(INI))

2010/C 76 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni (92) 70 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tal-15 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew u r-Riżoluzzjoni (94) 4 tal-20 ta’ Marzu 1997 li tikkonferma l-kontinwazzjoni tal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew u l-Istatut tal-Osservatorju anness magħha,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Res (2000) 7 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tal-21 ta’ Settembru 2000 rigward emendi għall-Istatut tal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/784/KE 22 ta’ Novembru 1999 rigward il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2007 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/784/KE tat-22 ta’ Novembru 1999, kif emendata bid-Deċiżjoni 2239/2004/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill rigward il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew (COM(2006)0835),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stipulati mil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-midja awdjoviżivi (Direttiva tas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi) (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0010/2009),

A.

billi s-settur awdjoviżiv jagħti kontribut importanti lill-ekonomija kreattiva u l-ekonomija tal-għarfien Ewropej u għandu rwol ċentrali fil-promozzjoni tad-diversità kulturali u l-pluraliżmu fl-Unjoni Ewropea,

B.

billi l-konverġenza tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u tas-servizzi tal-midja, netwerks u inġenji toħloq sfidi ġodda f’termini ta’ l-adattament tal-qafas legali eżistenti bid-drittijiet u l-obbligi tiegħu f’ħafna oqsma, u toffri numru ta’ opportunitajiet ġodda,

C.

billi t-trasparenza u d-disponibilità ta’ informazzjoni affidabbli u komparabbli dwar is-suq awdjoviżiv Ewropew jistgħu jagħmlu lill-operaturi tas-settur, speċjalment lill-SMEs, aktar kompetittivi billi jtejbu l-fehim tal-potenzjal tal-industrija, u jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-utenti,

D.

billi l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew (l-Osservatorju) b’hekk qed jikkontribwixxi għall-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva Ewropea billi jiġbor u jxerred informazzjoni dettaljata dwar is-settur awdjoviżiv,

E.

billi l-Osservatorju jipprovdi varjetà wiesgħa ta’ prodotti, inklużi servizzi online, publikazzjonijiet u bażijiet ta’ data li wrew li huma ta’ valur kbir, kemm għall-industrija u kemm għal min jagħmel il-politika fil-livell nazzjonali u Komunitarju,

F.

billi l-azzjoni tal-Komunità b’appoġġ għall-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati mill-Istrateġija ta’ Liżbona,

1.

Jirrikonoxxi li l-Osservatorju huwa l-unika organizzazzjoni ta’ servizz pubbliku pan-Ewropea dedikata għall-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-industrija awdjoviżiva Ewropea u li din għandha rwol vitali fil-forniment ta’ informazzjoni dettaljata dwar is-settur, kemm għall-korpi pubbliċi u kemm privati f’dan il-qasam;

2.

Jenfasizza li l-konverġenza tas-servizzi ta’ informazzjoni tas-soċjetà u servizzi tal-midja, netwerks u inġenji, qanqlu sfidi ġodda għar-riċerka dwar is-settur awdjoviżiv u dan għandu jiġi rifless fl-attivitajiet tal-Osservatorju;

3.

Jerġa’ jisħaq li teknoloġiji ġodda u tal-multimedia se jkollhom irwol dejjem akbar fis-settur awdjoviż u li l-osservatorju jeħtieġ li fi żmien xieraq isaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jsegwi dawn l-iżviluppi ġodda sabiex ikun jista’ jkompli jkollu rwol importanti fis-settur;

4.

Jenfasizza li l-Osservatorju għandhom jingħatawlu r-riżorsi meħtieġa biex ikompli jwettaq l-objettivi tiegħu biex b’hekk ikompli jżomm il-pass b’mod effetiv mal-iżviluppi ġodda tal-multimedia u tat-teknoloġiji ġodda;

5.

Rigward dan, jistieden lill-Ossevatorju biex jespandi l-attivitajiet tiegħu biex ikopri aktar speċifikament l-aħħar sfidi li jinħolqu bil-konverġenzi tal-midja u l-iżviluppi ġodda, billi jagħti attenzjoni partikolari għall-analiżi tal-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq l-industrija tal-films u dik awdjoviżiva in ġenerali u l-analiżi tas-servizzi awdjoviżi online, televiżjoni mobbli u logħob tal-vidjows;

6.

Jenfasizza l-importanza tal-kuntatt u l-koordinazzjoni mar-regolaturi nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati fis-settur tal-midja awdjoviżiva sabiex jiġi garantit valur miżjud;

7.

Jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-Osservatorju dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet oħra relatati u jissuġġerixxi li l-Osservatorju jkopri dawn il-kwistjonijiet b’mod sistematiku u, kemm jista jkun anke fid-dawl tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali (4), jespandi l-ambitu tiegħu biex jinkludi l-kwistjoni tal-liġi fiskali u x-xogħol fis-settur awdjoviżwali fl-Ewropa;

8.

Jistieden lill-Osservatorju, bħalha entità esperta, biex jagħmel suġġerimenti u jipprovdi għażliet ta’ politiki li jistgħu jservu bħala bażi għall-politika Ewropea, filwaqt li jqis l-aħjar prattiki li qed jintużaw f’partijiet oħra tad-dinja u l-iżviluppi ekwivalenti fil-qasam tal-midja awdjoviżiva, (bħal ma huma fl-Ażja u l-Amerika ta’ Fuq);

9.

Jilqa’ l-investigazzjoni tal-Osservatorju fis-sinifikat ta’ xogħlijiet awdjoviżivi minn pajjiżi terzi fuq is-suq Ewropew u jirrakkomanda analiżi dwar l-iżviluppar ta’ mudelli ta’ kooperazzjoni mal-imsieħba minn pajjiżi terzi dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali u d-Direttiva tas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi msemmija hawn fuq fir-rigward tax-“xogħlijiet Ewropej” skont l-Artikolu 1(n) ta’ dik id-Direttiva u inkluż il-proġett pilota tal-Midja Internazzjonali;

10.

Jirrikonoxxi li differenzi kulturali bejn l-Istati Membri jistgħu jwasslu għal modi differenti kif jindirizzaw materjal awdjoviżiv li jagħmel ħsara jew li jkun offensiv, speċjalment fir-rigward tal-minorenni, filwaqt li jikkunsidra l-armionizzazzjoni minima fil-qasam tal-protezzjoni tal-minorenni stipulat fir-Direttiva għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva u l-azzjonijiet meħuda skont il-programm Safer Internet plus li għandu l-iskop li jippromwovi użu aktar sikur tal-internet u tat-teknoloġiji ġodda online, b’mod partikulari għat-tfal, u sabiex jiġġieled kontra kontenut illegali u kontenut mhux mixtieq mill-utent aħħari;

11.

Rigward dan, jistieden lill-Osservatorju biex jimmoniterja l-istrumenti legali differenti u sabiex jiżviluppa għażliet ta’ politiki;

12.

Iħeġġeġ id-diseminizzazzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-Osservatorju permezz ta’ politika ta’ komunikazzjoni intensifikata sabiex tippromwovi l-għarfien tal-attivitajhiet tiegħu;

13.

Jilqa’ r-reviżjoni li hemm ippjanata għall-websajt tal-Osservatorju li għandha tirrifletti l-ogħla u l-aktar standards reċenti ta’ multimedia u teknoloġija, u jappoġġja l-isforzi li hemm ippjanati sabiex jittejjeb id-disinn u l-interattività tagħha hekk li jagħmluha aktar informattiva u aktar faċli biex tintuża;

14.

Jirrikonoxxi li, filwaqt li xi oqsma speċifiċi, bħalma hija l-konoxxenza tal-midja, ma jaqgħux attwalment fl-ambitu ta’ attività tal-Osservatorju, esplorazzjoni ta’ kwistjonijiet bħal dawn għandha tiġi kkunsidrati;

15.

Iħeġġeġ lill-Osservatorju biex jipprovdi, b’koperazzjoni mal-membri tiegħu, aktar informazzjoni dwar id-disponibilità ta’ servizzi awdjoviżiv speċifiċi bħall-użu ta’ subtitoli, deskrizzjoni awdjo u lingwa bis-sinjali li huma mfasslin biex jgħinu persuni b’diżabilità;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Osserv atorju Awdjoviżiv Ewropew.


(1)  ĠU L 307, 2.12.1999, p. 61.

(2)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.

(3)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23.

(4)  Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali 2005 tal-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNESCO).


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/51


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
L-użu allegat ta’ pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta’ priġunieri

P6_TA(2009)0073

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar l-użu allegat ta’ pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta’ priġunieri

2010/C 76 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-istrumenti internazzjonali, Ewropej u nazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u dwar il-projbizzjoni tad-detenzjoni arbitrarja, l-għajbien furzat u t-tortura, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta’ Diċembru 1966 u l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Kastigi oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-10 ta’ Diċembru 1984, u l-protokolli relevanti tagħhom,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2007 dwar l-użu allegat ta’ pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasportazzjoni u d-detenzjoni illegali ta’ priġunieri (1), kif ukoll rapporti oħra u riżoluzzjonijiet li jqajmu l-kwistjoni, inkluż ix-xogħol tal-Kunsill tal-Ewropa dwar dan is-suġġett,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Frar 2009 dwar ir-ritorn u r-rilokazzjoni tal-priġunieri tal-faċilità ta’ detenzjoni ta’ Guantánamo (2),

wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta mill-President tiegħu lill-parlamenti nazzjonali dwar is-segwitu mogħti mill-Istati Membri għar- mir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta’ Frar 2007,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi mir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2007 dwar l-użu allegat ta’ pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasportazzjoni u d-detenzjoni illegali ta’ priġunieri indirizza sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet dettaljati lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill,

B.

billi, mill-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2007, seħħew għadd ta’ żviluppi fl-Istati Membri, inklużi:

l-istqarrijiet tas-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit dwar żewġ titjiriet ta’ konsenja straordinarji mill-Istati Uniti li kellhom fuqhom żewġ priġunieri li llandjaw fit-territorju tar-Renju Unit fl-2002, kif ukoll it-tfassil ta’ lista ta’ titjiriet suspettużi li kellha tintbagħat lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jintalbu garanziji speċifiċi li dawn ma ntużawx għall-konsenja, kif ukoll l-istqarrijiet tal-Prim Ministru f’dan ir-rigward; ir-riferenza tas-Segretarju tal-Istat tar-Renju Unit lill-Avukat Ġenerali tar-Renju Unit tal-kwistjoni tal-possibilià ta’ “imġiba ħażina kriminali” fit-trattament ta’ Bonyam Mohammed mill-MI5 u mis-CIA; is-Sentenza tal-Qorti Superjuri tal-5 ta’ Frar 2009 li ma setgħetx tordna l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar it-tortura allegata ta’ Binyam Mohamed minħabba li s-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit qal li l-Renju Unit kien mhedded mill-Istati Uniti li jkun imblukkat l-iskambju tal-intelliġenza dwar it-terroriżmu, u l-isfida legali għas-sentenza fuq il-bażi ta’ dubji dwar l-awtentiċità ta’ din l-istqarrija;

id-deċiżjoni tal-Prim Ministru Pollakk li jagħti lill-prosekuturi dokumenti dwar titjiriet u ħabsijiet tas-CIA, kif ukoll is-sejbiet tal-Prosekutur Pubbliku Pollakk li juru li iktar minn tużżana titjiriet tas-CIA użaw l-ajruport ta’ Szymany, u b’hekk ikkonfermaw is-sejbiet tal-Kumitat Temporarju tal-Parlament,

l-istqarrijiet tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Spanjol fil-Parlament Spanjol li jikkjarifikaw l-informazzjoni ppubblikata mill-gazzetta El País dwar it-titjiriet militari,

l-impożizzjoni ta’ rekwiżiti ta’ segretezza tal-istat minn xi gvernijiet fuq informazzjoni rilevanti għall-inkjesti dwar il-konsenja, kif ġara fl-Italja, fejn il-proċeduri dwar il-konsenja ta’ Abu Omar huma attwalment sospiżi u hija mistennija deċiżjoni mill-Qorti Kostituzzjonali dwar il-leġittimità tal-invokazzjoni tas-segretezza tal-istat,

C.

billi fit-3 ta’ Frar 2009 l-Kummissarju għal-Ġustizzja, il-Libertà, u s-Sigurtà u stqarr fil-Parlament li ħa għadd ta’ azzjonijiet biex ikunu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, inklużi ittra lill-awtoritajiet tal-Polonja u r-Rumanija biex jitlobhom jipprovdu kjarifika sħiħa dwar il-pożizzjoni dwar l-eżistenza allegata ta’ ħabsijiet sigrieti fit-territorju tagħhom u l-ħruġ ta’ komunikazzjoni li tipproponi miżuri ġodda fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili,

D.

billi l-konsenja straordinarja u d-detenzjoni sigrieta jmorru kontra l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kontra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-tortura, kontra l-Konvenzjoni Ewropea għal-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u billi l-awtoritajiet tal-Istati Uniti bħalissa qed jirrevedu dawn il-prattiki,

E.

billi dawk li nħatfu f’xi Stati Membri taħt il-programm ta’ konsenja straordinarja ttieħdu Guantánamo jew fi Stati oħra mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti fuq titjiriet militari jew tas-CIA, li spiss taru minn fuq it-territorju tal-UE u f’xi każi anke għamlu waqfiet f’ċerti Stati Membri tal-UE; billi dawk li ttieħdu f’pajjiżi terzi ġew ittorturati f’ħabsijiet lokali,

F.

billi xi Stati Membri avviċinaw lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti u talbu r-rilaxx u r-ripatrijazzjoni ta’ persuni li għaddew minn rendiment straordinarju u li huma ċittadini tagħhom jew li qabel kienu residenti fit-territorju tagħhom; billi uffiċjali ta’ xi Stati Membri kellhom aċċess għall-priġunieri fi Guantánamo jew f’faċilitajiet ta’ detenzjoni oħra, u interrogawhom biex jivverifikaw l-atti ta’ akkuża miġjuba kontrihom mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, u b’hekk illeġittimaw l-eżistenza ta’ faċilitajiet ta’ detenzjoni ta’ dan it-tip,

G.

billi r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2007 tiddikjara, u l-avvenimenti sussegwenti kkonfermaw, li bosta Stati Membri kienu involuti jew ikkoperaw b’mod attiv jew passiv mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti fit-trasport illegali u/jew fid-detenzjoni ta’ priġunieri mis-CIA u mill-awtoritajiet militari tal-Istati Uniti fi Guantánamo u f’“ħabsijiet sigrieti” rikonoxxuti mill-President Bush - kif pruvat minn informazzjoni żvelata reċentement rigward l-awtorizzazzjonijiet tal-gvernijiet għat-talbiet tal-Istati Uniti biex isiru titjiriet minn fuq il-pajjiżi kkonċernati u minn informazzjoni tal-gvern dwar il-ħabsijiet sigrieti - u li l-Istati Membri għandhom sehem partikulari fir-responsabilità politika, morali u legali għat-trasportazzjoni u għad-detenzjoni tal-persuni miżmuma fi Guantánamo u fil-faċilitajiet sigrieti ta’ detenzjoni,

H.

billi s-Senat tal-Istati Uniti rratifika l-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-Estradizzjoni u l-Għajnuna Legali Reċiproka, ratifikata mill-Istati Membri kollha ħlief l-Italja,

I.

billi l-ordnijiet eżekuttivi maħruġa mill-President Obama fit-22 Jannar 2009, għalkemm pass kbir 'il quddiem, ma jidhirx li jindirizzaw bis-sħiħ il-kwistjonijiet ta’ detenzjoni sigrieta u ħtif jew dik tal-użu tat-tortura,

1.

Jikkundanna n-nuqqas ta’ azzjoni li ttieħdet s’issa mill-Istati Membri u mill-Kunsill sabiex jitfgħu dawl fuq il-programm ta’ konsenji straordinarji u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament; imaqdar il-fatt li ma ngħatawx tweġibiet sodisfaċenti mill-Kunsill lill-Parlament fit-3 ta’ Frar 2009;

2.

Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jimplimentaw b’mod sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament fir- r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2007 u biex jikkollaboraw biex tinstab il-verità billi jinfetħu inkjesti jew jikkollaboraw mal-organi kompetenti billi jiżvelaw u jipprovdu l-informazzjoni relevanti kollha u billi jiżguraw skrutinju parlamentari effettiv tal-azzjoni tas-servizzi sigrieti; jitlob lill-Kunsill biex jiżvela l-informazzjoni relevanti kollha dwar it-trasport u d-detenzjoni illegali tal-priġunieri, inkluż fil-qafas tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Liġi Pubblika Internazzjonali (COJUR); jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jikkooperaw mal-organi internazzjonali kompetenti kollha, inklużi n-NU u l-Kunsill tal-Ewropa, u biex jagħtu lill-Parlament kwalunkwe informazzjoni relevanti, u kwalunkwe rapport jew sentenza ta’ inkjesta parlamentari;

3.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex isaħħu d-djalogu transatlantiku dwar approċċ komuni ġdid biex ikun affrontat it-terroriżmu, approċċ ibbażat fuq valuri komuni ta’ osservanza tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, f’qafas ta’ kooperazzjoni internazzjonali;

4.

Jemmen li l-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-Estradizzjoni u l-Assistenza Legali Reċiproka jikkostitwixxu għodda relevanti għall-infurzar tal-liġi solida legalement u l-koperazzjoni ġudizzjarja fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; jilqa’, għaldaqstant, ir-ratifika tagħhom mis-Senat tal-Istati Uniti u jistieden lill-Italja biex tirratifikahom malajr kemm jista’ jkun;

5.

Jilqa’ l-fatt li l-President Obama ħareġ tliet ordnijiet eżekuttivi biex jingħalaq iċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Guantánamo, biex jitwaqqfu l-proċedimenti tal-kummissjonijiet militari, biex jintemm l-użu tat-tortura u biex jingħalqu l-ħabsijiet sigrieti barra l-pajjiż;

6.

Jenfasizza, madankollu, il-fatt li għad fadal xi ambigwitajiet rigward il-kontinwazzjoni limitata ta’ numri ta’ skemi ta’ konsenja u ta’ faċilitajiet ta’ detenzjoni sigrieta, u għandu fiduċja li se jsiru kjarifiki dwar l-għeluq u l-projbizzjoni tal-faċilitajiet kollha ta’ detenzjoni sigrieta mmaniġġjati direttament jew indirettament mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti fl-Istati Uniti jew barra minnhom; ifakkar li d-detenzjoni sigrieta fiha nnifisha tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem;

7.

Jafferma għal darb’oħra li, skont l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura, kwalunkwe vittma ta’ att ta’ tortura għandu jedd li jista’ jiġi infurzat għal rimedju u għal kumpens ġust u xieraq;

8.

Jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żjara li se ssir fl-Istati Uniti fis-16 u s-17 ta’ Marzu 2009 mill-Kummissarju għal-Estradizzjoni u l-Għajnuna Legali Reċiproka, mill-Presidenza tar-Repubblika Ċeka u mill-Koordinatur Kontra t-Terroriżmu tal-UE u jistieden lir-rappreżentanti tal-UE biex iqajmu l-kwistjoni ta’ konsenji straordinarji u faċilitajiet ta’ detenzjoni sigrieti, minħabba li dan huwa ksur serju tal-liġi internazzjonali u tal-liġi Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tas-26 ta’ Frar 2009 biex jieħu pożizzjoni ferma dwar dan, u biex jiddiskuti l-kwisjoni tal-għeluq ta’ Guantanamo u l-istabbilizzazzjoni mill-ġdid tal-prigunieri, b’kunsiderazzjoni xierqa għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Frar 2009 dwar dan is-suġġett;

9.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jinvestigaw u jiċċaraw kompletament l-abbużi u l-ksur tal-liġi internazzjonali u nazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, il-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament ħażin, l-għejbien infurzat u d-dritt għal smigħ xieraq b’konnessjoni mal-“gwerra kontra t-terroriżmu” sabiex tkun stabbilita r-responsabilità għaċ-ċentri ta’ detenzjoni sigrieti, inkluż Guantánamo, u għall-programm ta’ konsenji straordinarji, u biex ikun żgurat li ksur bħal dan ma jerġax isir fil-futur u li l-ġlieda kontra t-terroriżmu ssir billi jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

10.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Koordinaturtal-UE kontra t-terroriżmu biex, wara ż-żjara tad-delegazzjoni tal-UE fl-Istati Uniti, jirrappurtaw lill-Parlament dwar l-applikazzjoni tal-ftehim dwar l-Estradizzjoni u l-Għajnuna Legali Reċiproka, kif ukoll dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu filwaqt li jkun żgurat rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, sabiex il-kumitat kompetenti jkun jista’ jindirizza dawn il-kwistjonijiet f’rapport imħejji inter alia fuq il-bażi tal-paragrafu 232 tar-riżoluzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2007;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurta’ Komuni, lill-Koordinatur tal-UE Kontra t-Terroriżmu,lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lis-Segretarju Ġenerali u lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-President u lill-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerika.


(1)  ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 309.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0045.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/54


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Rapport Annwali (2007) dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK

P6_TA(2009)0074

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti l-ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-Politika Komuni Barranija u ta’ Sigurtà (CFSP) fl-2007, ippreżentat lill-Parlament Ewropew b’applikazzjoni tal-punt G, paragrafu 43 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 (2008/2241 (INI))

2010/C 76 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat tal-UE,

wara li kkunsidra r-rapport annwali (2007) mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti l-ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-Politika Komuni Barranija u ta’ Sigurtà (CFSP) fl-2007, ippreżentat lill-Parlament Ewropew b’applikazzjoni tal-punt G, paragrafu 43 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda (1),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea (ESS) adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2003,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta’ April 2005 (2), tat-2 ta’ Frar 2006 (3), tat-23 ta’ Mejju 2007 (4) u tal-5 ta’ Ġunju 2008 (5) dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill għall-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tas-CFSP,

wara li kkunsidra l-Artikolu 112(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Baġits (A6–0019/2009),

A.

billi definizzjoni ċara tal-interessi komuni tal-Unjoni hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-UE u b’mod partikolari dawk tal-PESK,

B.

billi kull meta l-UE tkellmet b’vuċi waħda gawdiet minn awtorità sostanzjali, kisbet riżultati tanġibbli u kellha influwenza mhux żgħira fuq il-kors tal-ġrajjiet, influwenza proporzjonata mal-qawwa ekonomika tagħha,

C.

billi s-CFSP, li issa tistrieħ fuq medda wiesgħa ta’ għodod operattivi konsolidati, dieħla fi stadju ġdid, immarkat minn enfasi akbar fuq it-tfassil strateġiku u azzjoni bi prijoritizzazzjoni ċara,

D.

billi, biex ittejjeb l-effikaċja u l-konsistenza tal-azzjoni tagħha fix-xena dinjija, l-UE l-ewwel nett għandha bżonn l-għodod ta’ politika barranija stipulati fit-Trattat ta’ Liżbona; billi madankollu, il-possibilitajiet prattiċi kollha offruti mit-trattati attwali, flimkien ma’ rieda politika komuni b’saħħitha, għandhom jintużaw biex isaħħu l-koerenza istituzzjonali tal-azzjoni esterna tal-UE,

E.

billi l-Kunsill u Kummissjoni diġà nedew inizjattivi għall-promozzjoni ta’ sinerġija akbar u aktar konsistenti bejnithom stess; billi għalhekk il-Parlament għandu jagħmel sforzi simili sabiex jevita l-frammentazzjoni interna fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni,

Il-prinċipji

1.

Itenni li s-CFSP għandha tintrifed u tkun immexxija mill-valuri li l-UE u l-Istati Membri tagħha jħaddnu, b’mod partikulari d-demokrazija, l-istat tad-dritt, u r-rispett lejn id-dinjità tal-persuna umana, lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll il-promozzjoni tal-paċi u l-multilateraliżmu effettiv;

2.

Jenfasizza li l-UE għandha tuża s-CFSP biex tiġġieled għall-interessi komuni taċ-ċittadini tagħha, inklużi d-drittijiet tagħhom li jgħixu fil-paċi u s-sigurtà f’ambjent nadif u li jkollhom aċċess iddiversifikat għar-riżorsi vitali bħall-enerġija;

3.

Jemmen ħafna li l-UE tista’ tagħmel impatt biss jekk titkellem b’vuċi waħda, jekk tkun mgħammra b’tagħmir xieraq jekk tkompli ssaħħaħ il-koperazzjoni tagħha man-NU, u jekk tingħata l-leġittimità demokratika soda li tiġi mill-iskrutinju informat kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-parlamenti nazzjonali li jaħdmu fil-livelli rispettivi tagħhom u skont il-mandati tagħhom; jemmen f’dan ir-rigward li l-membri tal-kumitati għall-affarijiet barranin u d-difiża tal-parlamenti nazzjonali għandhom jiġu mistiedna mill-Parlament Ewropew biex jiltaqgħu miegħu b’mod regolari sabiex jeżaminaw bir-reqqa, fuq bażi ta’ għodda u metodoloġiji analitiċi xierqa l-iżviluppi ewlenin fis-CFSP; hu tal-fehma li għandhom isiru sforzi ġodda biex titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tas-CFSP;

4.

Huwa wkoll tal-fehma li l-istrutturi u l-organizzazzjoni tal-Parlament għandhom jiġu riveduti sabiex ikun jista’ jiġbor flimkien u juża aħjar l-esperjenzi miksuba kollha fi kwistjonijiet li jirrigwardaw is-CFSP sabiex jipprovdi kontribuzzjoni aktar effettiva u konsistenti għall-iżvilupp ta’ CSSP aktar strateġiku u demokratiku;

Aspetti baġitarji

5.

Jiddispjaċih għall-fatt li l-baġit tas-CFSP huwa nieqes sew mill-fondi u jfakkar li, sabiex tkun kredibbli u tirrispondi għall-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE, is-CFSP għandu jkollha allokati r-riżorsi paragunabbli mal-objettivi u l-miri speċifiċi tagħha;

6.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-laqgħat ta’ konsultazzjoni regolari dwar il-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni (CFSP) bejn il-Parlament u l-Presidenza tal-Kunsill kif stipulat mill-Ftehima Interistituzzjonali; jenfasizza madankollu li dawn il-laqgħat għandhom jitqiesu bħala opportunità ta’ skambju ta’ opinjonijiet dwar il-bżonnijiet potenzjali, l-azzjonijiet intenzjonati fil-qasam tas-CFSP u dwar l-istrateġiji fuq medda ta’ żmien medju u twil tal-UE f’pajjiżi terzi;

7.

Jixtieq jirċievi aktar informazzjoni mill-Kunsill dwar l-attivitajiet iffinanzjati mill-baġit tal-Kunsill jew permezz tal-mekkaniżmu ATHENA, u b’mod partikulari dwar kif dawk l-approprjazzjonijiet ikkonċernati jagħmlu tajjeb għall-fondi tal-azzjonijiet CFSP skont il-baġit tal-UE;

8.

Jitlob li l-baġit tas-CFSP jkun kompletament trasparenti għall-awtorità baġitarja u ta’ kwittanza; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-prattika li l-approprjazzjonijiet li ma ntefqux jiġu ttrasferiti għall-baġit li jmiss skont il-kapitolu CFSP, u jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament fi żmien xieraq dwar trasferimenti interni, speċjalment minħabba li l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-missjonijiet tal-PESK ikkonċernati, biex ma nsemmux il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-UE (l-EUMM) fil-Ġeorġja jew il-Missjoni tal-Istat tad-Dritt tal-UE (il-EULEX) fil-Kosovo, huma ta’ natura politikament sensittiva u jindirizzaw kriżijiet li huma ppubbliċizzati sewwa;

Ir-Rapport Annwali tal-Kunsill tal-2007 dwar is-CFSP

9.

Jinnota b’sodisfazzjon li, għall-ewwel darba, ir-rapport tal-Kunsill jirreferi b’mod sistematiku għar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament; jiddispjaċih, iżda, li l-Kunsill ma jidħolx fi djalogu sostanzjali dwar il-ftehimiet mressqin mill-Parlament, u lanqas ma jirreferi għal dawk ir-riżoluzzjonijiet f’dokumenti operattivi bħalma huma l-azzjonijiet konġunti jew il-pożizzjonijiet komuni;

10.

Huwa tal-fehma li, aktar milli jikkuntenta ruħu billi jagħti katalgu eżawrjenti tal-attivitajiet imwettqin, ir-rapport annwali tal-Kunsill għandu jagħti l-opportunità li jsir djalogu mal-Parlament immirat lejn l-iżvilupp ta’ approċċ aktar strateġiku lejn is-CFSP, imsejjes fuq l-identifikazzjoni tal-isfidi ewlenin, u jiddefinixxi l-prijoritajiet u l-objettivi għall-azzjoni futura;

11.

Għalhekk iħeġġeġ lill-Kunsill biex jikkunsidra mill-ġdid il-bażi loġika ġenerali u l-format speċifiku tar-rapport sabiex jiżgura li jkun jinkludi evalwazzjoni bir-reqqa tal-politika tal-UE lejn pajjiżi terzi jew blokok reġjonali u r-reazzjoni tal-UE għall-kriżijiet umanitarji u ta’ sigurtà, kif ukoll proposti speċifiċi għal azzjoni futura;

Aġenda transatlantika ġdida

12.

Jemmen illi x-xhur li ġejjin se jipprovdu opportunità unika għall-UE biex tfassal aġenda transatlantika ġdida flimkien mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti, li tkopri materji strateġiċi ta’ interess komuni, bħal governanza globali ġdida li tkun aktar inklużiva u aktar effettiva bbażata fuq organizzazzjonijiet multilaterali aktar b’saħħithom, il-kriżi finanzjarja, l-istabbiliment ta’ sett ġdid ta’ istituzzjonijiet Ewro-Atlantiċi u ta’ suq transatlantiku wiesa’ u komprensiv, miżuri biex tiġi indirizzata l-bidla fil-klima, is-sigurtà tal-enerġija, il-promozzjoni ta’ paċi dejjiema fil-Lvant Nofsani, is-sitwazzjoni fl-Iran u fl-Afganistan, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, in-nonproliferazzjoni nukleari u d-diżarm, u l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp;

L-aspetti orizzontali tas-CFSP

13.

Jemmen li s-CFSP għandha tkompli tiffoka fuq id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, fuq il-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà fil-viċinat tal-Ewropa u fil-livell globali, fuq l-appoġġ għal multilateraliżmu effettiv u li l-liġi internazzjonali tiġi rispettata, fuq il-ġlieda kontra t-terroriżmu, fuq in-nonproliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa u d-diżarm, u fuq il-bidla fil-klima u s-sigurtà tal-enerġija, peress li dawn il-kwistjonijiet jikkostitwixxu l-akbar sfida għall-pjaneta tagħna u għalhekk huma direttament marbutin mat-tħassib taċ-ċittadini Ewropej;

14.

Fir-rigward tal-ħtif u l-qtil ta’ ostaġġi minn terroristi Islamiċi, jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm tisħiħ fil-koperazzjoni u fil-koordinazzjoni tal-politika kontra t-terroriżmu bejn l-Istati Membri tal-UE, l-Istati Uniti u n-NATO, li għandu jkollu l-għan, b’mod partikulari, li jtejjeb l-effettività ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ imnedija bil-għan li jiġu salvati l-ħajjiet tal-ostaġġi;

15.

Jitlob lill-Kunsill jibqa’ jsegwi bid-determinazzjoni r-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-Parlament għall-iżvilupp ta’ politika komuni esterna Ewropea għall-enerġija, b’mod partikolari billi jippromwovi l-koeżjoni tal-UE fin-negozjati mal-fornituri tal-enerġija u l-pajjiżi ta’ tranżitu u billi jiddefendi l-interessi komuni tal-UE, u jiżviluppa diplomazija enerġetika effikaċi u aktar mekkaniżmi effiċjenti biex jirrispondi għas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u, fl-aħħar nett, billi jiżgura d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija u l-użu sostenibbli tagħhom u l-promozzjoni tal-enerġija li tiġġedded;

16.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li r-reviżjoni attwali tal-ESS tqis l-isfidi l-ġodda għas-sigurtà, bħalma huma s-sigurtà enerġetika, il-bidla fil-klima u ċ-ċibersigurtà, u hi mmirata lejn it-titjib tal-kwalità tal-implimentazzjoni tal-istrateġija nnifisha; jinnota f’dan il-kuntest id-dibattitu mniedi mill-Kunsill, mill-Parlament Ewropew u mill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri dwar il-futur tas-sigurtà Ewropea; jenfasizza li, minflok ma jipprovaw jibnu arkitettura radikalment ġdida, dawn id-diskussjonijiet, li jinvolvu l-UE, ir-Russja, l-Istati Uniti u l-istati membri tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta’ u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa li mhumiex membri tal-UE, għandhom jibnu fuq il-kisbiet u l-valuri tal-Unjoni Ewropea, kif tfissru fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u kif inkorporati mill-Att Finali ta’ Ħelsinki u l-Karta ta’ Pariġi;

17.

Jemmen ukoll li l-gwerra fil-Ġeorġja tikkonferma l-ħtieġa li tkompli tiġi żviluppata, fil-qafas tar-reviżjoni tal-ESS, diplomazija preventiva tal-UE, imżewġa ma’ għodod adegwati għall-prevenzjoni tal-kriżijiet, inkluż l-Istrument għall-Istabilità, l-ippjanar għall-kontinġenzi u finanzjament fit-tul affidabbli, u l-ħtieġa biex isir użu sħiħ mill-kapaċitajiet u l-esperjenza tal-UE fil-ġestjoni tad-diżastri u tal-kriżijiet;

It-tħassib ewlieni tal-UE dwar is-sigurtà

Il-Balkani tal-Punent

18.

Ifakkar li l-konsolidazzjoni tal-Kosovo post-status hija essenzjali għall-ksib tal-istabilità fil-Balkani tal-Punent; jilqa’ għalhekk, il-kunsens li nkiseb fil-Kunsill ta’ Sigurtà tan-NU fis-26 ta’ Novembru 2008 biex il-EULEX tintbagħat fil-Kosovo kollu, u jħeġġeġ lill-Kunsill, f’koperazzjoni mal-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Interim tan-NU fil-Kosovo (UNMIK) biex tikseb relazzjoni ta’ ħidma ċara u passaġġ bla intoppi minn missjoni għall-oħra fil-qasam tal-istat tad-dritt; jistieden lill-EULEX biex tipprovdi riżultati malajr fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-prosekuzzjoni ta’ dawk akkużati b’reati tal-gwerra; barra minn hekk, juri l-appoġġ tiegħu għall-ħidma tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE fil-Kosovo u jħeġġu biex ikompli jimplimenta l-mandat tiegħu u biex jippromwovi spirtu ta’ koperazzjoni prammatika bejn l-awtoritajiet fi Priština u dawk f’Belgrad, għall-benefiċċju tal-komunitajiet Serbi li qed jgħixu fil-Kosovo;

19.

Jerġa’ jafferma li l-objettiv tal-UE fil-Bożnja u Ħerżegovina (BiH) jibqa’ li jiġi garantit pajjiż stabbli, paċifiku u multietniku fit-triq irriversibbli lejn sħubija fl-UE; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi tal-Bożnja u l-Ħerżegovina biex jimplimentaw il-ftehim li ntlaħaq fit-8 ta’ Novembru 2008 sabiex jiġu indirizzati malajr l-objettivi u l-kundizzjonijiet li fadal li kienu ġew stipulati mill-Kunsill għall-Implimentazzjoni tal-Paċi għat-tranżizzjoni mill-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli għall-uffiċju tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE sa nofs l-2009; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-possibilità li t-truppi tal-komunità internazzjonali jiġu rtirati mill-Bożnja u l-Ħerżegovina; jemmen fil-fatt li t-tmiem tal-involviment internazzjonali jista’ jseħħ bi qbil sħiħ mal-awtoritajiet tal-BiH u la darba l-Bożnja u l-Ħerżegovina fl-aħħar issir stat stabbli b’istituzzjonijiet funzjonabbli għal kollox;

Is-Sħubija tal-Lvant

20.

Itenni l-konvinzjoni tiegħu li hemm bżonn li jissaħħu l-inċentivi għall-pajjiżi sħab tal-Politika tal-Ewropa għall-Viċinat u huwa tal-fehma li l-kriżi reċenti fil-Kawkażu t’Isfel uriet biċ-ċar il-ħtieġa għal preżenza aktar b’saħħitha tal-UE fit-territorji ġirien tagħha fil-lvant; għalhekk jappoġġja l-istrateġija li qed tipprova tasal għaliha l-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tat-3 ta’ Diċembru 2008 dwar Sħubija tal-Lvant (COM(2008)0823), li hi mmirata biex tistabbilixxi zona ta’ kummerċ ħieles wiesgħa u komprensiva, biex progressivament jitneħħew l-ostakli kollha għall-moviment ħieles tal-persuni (anke, eventwalment l-ivvjaġġar bla ħtieġa ta’ viża) u l-koperazzjoni f’kull aspett tas-sigurtà, b’mod speċjali s-sigurtà tal-enerġija; huwa tal-opinjoni li s-Sħubija tal-Lvant u l-Koperazzjoni tal-Baħar l-Iswed għandhom isostnu lil xulxin, biex hekk joħolqu żona ta’ paċi, sikurezza, stabilità u rispett għall-integrità territorjali; huwa tal-fehma li din is-sħubija għandha tiżżewweġ mal-irduppjar tal-assistenza finanzjarja tal-UE u dimensjoni politika f’saħħitha li għandhom jiffurmaw parti integrali minnha l-EURONEST, l-assemblea parlamentari konġunta proposta komposta minn Membri tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti tal-viċinat;

21.

Jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kunsill li jidħol mill-ġdid f’taħditiet mal-awtoritajiet tal-Belarus, filwaqt li jissokta bid-djalogu mal-forzi demokratiċi kollha tal-pajjiż, sakemm l-awtoritajiet tal-Belarus jirrispondu pożittivament għal din l-offerta billi jagħmlu progress tanġibbli f’termini ta’ rispett lejn il-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; huwa tal-fehma li, fuq dan is-sies, għandha tiġi żviluppata, pass pass, il-koperazzjoni msejsa fuq kondizzjonalità stretta, biex b’hekk tkun imdaħħla l-Belarus fis-Sħubija tal-Lvant; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu passi effikaċi mingħajr aktar dewmien biex jiffaċilitaw il-proċeduri tal-viża għaċ-ċittadini tal-Belarus, inkluż it-tnaqqis fl-ispejjeż għad-dħul tagħhom fiz-Zona Schengen;

Il-Ġeorġja

22.

Ifaħħar lill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill talli żgurat li l-Unjoni Ewropea kellha rwol ta’ importanza primarja biex tintemm il-gwerra fil-Ġeorġja; jitlob lill-Unjoni, u b’mod partikolari lir-Rappreżentant Speċjali tagħha għall-kriżi fil-Ġeorġja, timxi mal-prinċipju tal-integrità territorjali tal-Ġeorġja u r-rispett għall-minoranzi, filwaqt li tipprova tilħaq ftehim li jipprovdi mekkaniżmi effiċjenti għar-ritorn qawwi u sħiħ tal-persuni spustjati internament u tar-refuġjati u l-monitoraġġ effettiv tas-sigurtà tar-reġjuni;

23.

Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jinsisti fuq l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u biex jiżgura li dawk li qed jimmonitorjaw f’isem l-UE jingħataw aċċess sħiħ għal kull fejn hu affettwat mill-kunflitt, bi qbil mal-Mandat tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-UE (l-EUMM); iqis li hu importanti ħafna li jkun regolarment u kompletament infurmat dwar ir-rapporti li jsiru mill-EUMM;

24.

Hu tal-opinjoni li l-UE għandha timmonitorja mill-qrib kunflitti potenzjali oħrajn f’din il-parti tat-territorji ġirien tal-UE, u timpenja ruħha li tikkontribwixxi għas-soluzzjoni tagħhom, anke billi jiġu stabbiliti l-kuntatti u jinfetħu kanali ta’ komunikazzjoni mal-atturi kollha relevanti tar-reġjun; jenfasizza f’dan ir-rigward li għandha tiġi stabbilita koperazzjoni mill-qrib mat-Turkija;

Ir-Russja

25.

Jemmen li s-sħubija tal-UE mar-Russja għandha tkun imsejsa fuq strateġija koerenti u impenn ċar miż-żewġ naħiet li jaġixxu b’mod li jirrispetta bis-sħiħ id-Dritt Internazzjonali u l-ftehimiet bilaterali u multilaterali tagħhom; skont il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta’ Settembru u tal-15 u tas-16 ta’ Ottubru 2008, jenfasizza li r-Russja għandha tosserva l-impenji li ħadet skont il-ftehmiet tat-12 ta’ Awwissu u tat-8 ta’ Settembru 2008; huwa konvint, għalhekk, li l-qbil tar-Russja li tippermetti li l-osservaturi internazzjonali jimmonitorjaw il-qagħda fl-Ossezja t’Isfel u fl-Abkazja u l-konformità sħiħa tagħha mat-termini tal-pjan tas-6 punti huma neċessarji għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet UE-Russja; hu tal-fehma wkoll li mhi possibbli l-ebda sħubija strateġika sakemm ma jkunux maqsuma u rrispettati l-valuri ta’ demokrazija, rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kunsill biex dawn il-valuri jqegħedhom fil-qalba tan-negozjati li attwalment għaddejjin għal Ftehima ġdida ta’ Sħubija u Koperazzjoni mal-Russja;

Il-Lvant Nofsani

26.

Jiddispjaċih għad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u n-numru kbir ta’ mwiet ta’ persuni ċivili kkawżati mill-konflitt armat fil-Medda ta’ Gaża, mkabbra bin-nuqqas ta’ progress sostanzjali fil-proċess tal-paċi; iwissi l-iskadenza tat-terminu miftiehem fil-Konferenza ta’ Annapolis u jinsab konvint mill-valur miżjud li koperazzjoni tranżatlantika msaħħa tista’ ġġib magħha għall-proċess ta’ Annapolis; jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu rwol b’saħħtu u viżibbli fir-reġjun, paragunabbli mar-riżorsi finanzjarji li għamlet disponibbli, biex tindirizza b’mod partikulari l-kriżi umanitarji drammatika fil-Medda ta’ Gaża; jistieden lill-Kunsill biex jissokta fl-isforzi tiegħu biex jintlaħaq waqfien mill-ġlied permanenti fil-Medda ta’ Gaża, in konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1860 (2009), sabiex jibdew in-negozjati ta’ paċi bejn il-poplu Iżraeljan u dak Palestinjan, b’koordinazzjoni mal-parteċipanti reġjonali l-oħrajn; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jikkunsidra l-mezzi kollha biex jippromwovi paċi dejjiema fir-reġjun, anke li tintbagħat missjoni tal-ESPD (Politika Ewropea għad-Difiża u s-Sigurtà);

27.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-intervent tal-Kunsill biex jiġġedded il-mandat tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fit-Territorji Palestinjani, u jemmen li għadu meħtieġ appoġġ iktar b’saħħtu għall-iżvilupp tal-istat tad-dritt u l-kapaċità tal-pulizija; barra minn hekk, jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jestendi l-mandat tal-Missjoni ta’ Assistenza fil-Fruntiera tal-UE f’Rafaħ u d-determinazzjoni u d-dispożizzjoni tiegħu li jerġa’ jattiva dik il-missjoni; jemmen li din id-determinazzjoni għandha twassal għal inizjattivi konkreti biex tinġieb mill-ġdid il-libertà tal-moviment fit-territorji Palestinjani;

L-Unjoni għall-Mediterran

28.

Huwa sodisfatt bil-progress miksub fis-Samit Ministerjali Ewro-Mediterran li sar f’Marsilja fit-3 u l-4 ta’ Novembru 2008 biex jiġi definit aħjar il-qafas tal-Unjoni għall-Mediterran; huwa tal-opinjoni li kwestjonijiet bħad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp fir-reġjun tal-Mediterran ma jistgħux jitqiesu għalihom; jenfasizza li d-djalogu politiku u kulturali, r-relazzjonijiet ekonomiċi, l-immaniġġar tal-fluss ta’ migrazzjoni, il-politiki dwar l-ambjent u s-sigurtà – inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu – kollha għandhom jifformaw parti sostanzjali mill-aġenda Ewro-Mediterranja; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħtu rwol sinifikanti u xieraq lit-Turkija fl-Unjoni għall-Mediterran; jikkunsidra li hu essenzjali għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja li tkun integrata fl-istruttura tal-Unjoni għall-Mediterran sabiex tipprovdi d-dimensjoni parlamentari tagħha;

Il-Lvant Nofsani aktar wiesa’

29.

Jemmen li l-UE għandha ssaħħaħ l-involviment tagħha fl-Iraq u, f’koperazzjoni mal-Gvern Iraqi u man-NU, għandha tappoġġja l-proċess ta’ żvilupp tal-istituzzjonijiet demokratiċi, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll tinkoraġġixxi l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, mhux biss fl-Iraq innifsu imma wkoll bejn l-Iraq u l-ġirien tiegħu; jilqa’ b’sodisfazzjon l-estensjoni tal-Missjoni Integrata ta’ Stat tad-Dritt tal-UE (EUJUST LEX) u l-progress li sar fit-tħejjija tal-ewwel ftehima ta’ kummerċ u koperazzjoni li qatt kien hemm bejn l-UE u l-Iraq;

30.

Jitlob lill-UE tiżviluppa relazzjoni aktar effikaċi u komprensiva mal-Iran li, barra milli tittratta l-kwisjoni nukleari, għandha tkopri wkoll il-koperazzjoni fil-kummerċ u fl-enerġija, l-istabilità reġjonali u, l-aħħar imma mhux l-anqas, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

31.

Jikkunsidra li l-UE għandha tippromwovi approċċ ġdid lejn l-Afganistan u għandha tikkoordina mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti bil-ħsieb li jinfetħu l-bibien għan-negozjati bejn il-Gvern Afgan u dawk l-elementi li huma lesti li jaċċettaw il-kostituzzjoni u jabbandunaw il-vjolenza; jinnota li l-assistenza għandha tiffoka aktar fuq l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, l-għoti ta’ servizzi bażiċi (b’attenzjoni partikulari għas-saħħa) u l-iżvilupp ekonomiku u rurali, anke permezz tal-promozzjoni ta’ alternattivi reali għall-produzzjoni tal-oppju;

32.

Huwa mħasseb dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Afganistan; itenni l-ħtieġa urġenti li jingħelbu l-ostakli istituzzjonali u li titjieb il-koperazzjoni bejn l-UE u n-NATO biex tkun iffaċilitata l-ħidma tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL); jemmen li l-UE u l-Istati Uniti għandhom jikkoordinaw aħjar l-inizjattivi rispettivi fil-qasam tar-riformi fil-pulizija; jilqa’ l-impenn tal-Istati Membri tal-UE li jiżdied il-għadd tal-persunal tal-EUPOL u jitlob li jintbagħtu malajr; jinsab konvint li s-suċċess tal-operazzjoni hu ta’ importanza kbira għall-ġejjieni tal-alleanza trans-Atlantika u li, b’dan f’moħħhom, l-Istati Membri kollha tal-UE għandhom jimpenjaw ruħhom aktar għall-istabilità fl-Afganistan;

L-Afrika

33.

Jistieden lill-Kunsill biex iwessa’ l-aġenda mal-Afrika, biex tkopri firxa usa’ ta’ politiki milli attwalment hu l-każ, u biex tagħmilha prijorità għall-azzjoni esterna tal-UE;

34.

Jemmen li l-appoġġ tal-UE għan-NU fiċ-Ċad tal-Lvant jibqa’ importanti, bħala parti mis-soluzzjoni reġjonali għad-Darfur; jinnota li l-Forza Chad tal-Unjoni Ewropea (EUFOR) Ċad se jiżżarma kif ippjanat u se jgħaddi l-operazzjonijiet tiegħu lil missjoni mmexxija min-NU; jistieden lill-Kunsill jiffaċilita t-tranżizzjoni mingħajr intoppi u li jikkunsidra, b’mod ikkoordinat, kif l-UE tista’ tassisti lid-Dipartiment tan-NU tal-Operazzjoni taż-Żamma tal-Paċi li bħalissa jinsab mifni bix-xogħol biex tibda l-ħidma tal-missjoni tan-NU;

35.

Hu mħasseb serjament bis-sitwazzjoni umanitarja mwiegħra fis-Somalja; jitlob lill-UE tikkunsidra kif tista’ tassisti lin-NU, b’koordinazzjoni mill-qrib mal-Unjoni Afrikana, biex tiġi ttrattata malajr din l-isfida politika, umanitarja u tas-sigurtà; jiġbed l-attenzjoni għat-theddid dejjem jikber tal-piraterija mal-kosta tas-Somalja u jilqa’ f’dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-UE li tvara operazzjoni marittima ESDP;

36.

Huwa mħasseb biż-żieda fil-vjolenza u l-kunflitt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) li jista’ jwassal għal kriżi umantarja kbira; jitlob lill-partijiet kollha, inklużi t-truppi governattivi, biex itemmu l-vjolenza indiskriminata u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu lill-popolazzjoni ċivili, biex jerġgħu jimpenjaw ruħhom fin-negozjati għall-paċi mnedija f’Goma u Nairobi u japprovaw il-programm adottat mill-Assemblea Nazzjonali tad-DRC; jemmen li l-impenn tal-UE fid-DRC jrid imur lil hinn mill-assistenza teknika pprovduta mill-Missjoni ta’ Riforma tas-Settur ta’ Sigurtà tal-UE (EUSEC RD Congo) u l-Missjoni tal-Pulizija tal-UE (EUPOL RD Congo) u mill-RD tal-Kongo u jrid jirriżulta fl-għoti ta’ appoġġ tanġibbli għall-missjoni għaż-żamma tal-paċi tan-NU, li s’issa wriet li mhix kapaċi twaqqaf il-vjolenza;

L-Ażja

37.

Jilqa’ it-tnaqqis sinifikanti tat-tensjoni fl-inħawi tal-Istrett ta’ Tajwan u d-djalogu li għaddej bejn Beijing u Tajpej dwar l-interazzjonijiet bilaterali u l-parteċipazzjoni sinifikanti ta’ Tajwan fl-organizzazzjonijiet internazzjonali; jappoġġja bis-saħħa d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Settembru 2008 li ttenni l-appoġġ tiegħu għall-parteċipazzjoni ta’ Taiwan f’forums multilaterali speċjalizzati, inkluż l-għoti tal-istatus ta’ osservatur jekk is-sħubija ta’ Tajwan ma tkunx possibbli;

38.

Jinnota l-fatt li r-rabtiet ekonomiċi bejn l-UE u ċ-Ċina għaddew minn tkabbir kostanti u li l-kuntatti bejn il-popli kibru kemm fl-iskop kif ukoll fid-daqs; fl-istess waqt għadu mħasseb serjament dwar in-nuqqas ta’ rieda tal-awtoritajiet Ċiniżi sabiex jindirizzaw l-għadd numeruż ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u sabiex jiżguraw li l-poplu jista’ jgawdi minn drittijiet u libertajiet bażiċi; f’dan il-kuntest, jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu dwar ir-raġunijiet mogħtija għad-deċiżjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi li jipposponu l-11-il Samit bejn l-UE u ċ-Ċina; jinnota li hemm ippjanat samit ġdid bejn l-UE u ċ-Ċina għall-ewwel nofs tal-2009, u jittama li f’din l-okkażjoni jkun jista’ jsir progress fl-oqsma kollha tal-koperazzjoni;

39.

Jiddeplora d-deċiżjoni tal-awtoritajiet Ċiniżi li jwaqqfu t-taħdidiet mar-rappreżentanti tad-Dalai Lama u jfakkarhom f l-impenji li ngħataw wara l-ġrajjiet traġiċi ta’ Marzu 2008 qabel il-Logħob Olimpiku; għal darb’oħra jitlob lill-Kunsill sabiex jaħtar mibgħut speċjali dwar kwistjonijiet tat-Tibet sabiex isegwi s-sitwazzjoni mill-qrib u jiffaċilità l-bidu mill-ġdid tad-djalogu bejn il-partijiet;

L-Amerika Latina

40.

Ifakkar fil-proposta magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2001 dwar is-sħubija globali u l-istrateġija komuni għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina (6), sussegwentement imtennija fir-riżoluzzjonijiet tas-27 ta’ April 2006 (7) u l-24 ta’ April 2008 (8) rispettivament adottati fl-isfond tas-Samits tal-UE-LAC (Amerika Latina u Karribew) li saru rispettivament fi Vjenna u f’Lima, EU-LAC, biex issir Karta għall-Paċi u s-Sigurtà Ewro-LatinoAmerikana li, fuq il-bażi tal-Karta tan-NU, tippermetti azzjonijiet u inizjattivi konġunti politiċi, strateġiċi u marbutin mas-sigurtà; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jieħdu passi attivi biex jitwettaq dan il-għan ambizzjuż;

41.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi li wasslu għall-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni bireġjonali mal-Amerika Latina, l-ewwel ftehimiet ta’ dan it-tip konklużi mill-UE;

*

* *

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, liċ-Chairman fil-kariga tal-OSCE, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSCE, liċ-Chairman tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 573.

(3)  ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 59.

(4)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 309.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2008)0254.

(6)  ĠU C 140 E, 13.6.2002, p. 569.

(7)  ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 123.

(8)  Testi adottati, P6_TA(2008)0177.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/61


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
l-Istrateġija Ewropea għas-sigurtà u l-PESD

P6_TA(2009)0075

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar l-Istrateġija Ewropea għas-sigurtà u l-PESD (2008/2202(INI))

2010/C 76 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Europea,

wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Liżbona,

wara li kkunsidra l-Istrateġija ta’ Sigurtà Ewropea (ESS) intitotala “Ewropa Sikura f’ Dinja Aħjar”, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003,

wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE kontra l-armi tal-qerda tal-massa, li ġiet adottata mill-Kunsill tal-Ewropa fit-12 ta’ Diċembru 2003,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-11-12 ta’ Diċembru 2008, li jaqblu mar-rapport tal-11 ta’ Diċembru 2008 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea - il-Ħolqien ta’ Sigurtà f’Dinja li qed Tinbidel (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-Politika Ewropea tas-Sigurtà u d-Difiża (PESD), adottata fit-12 ta’ Diċembru 2008,

wara li kkunsidra d-dokument tal-14 ta’ Marzu 2008 tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissjoni għall-Kunsill tal-Ewropa, bit-titolu “Il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali” (2),

wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2008/851/CFSP tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tkun ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (3) (operazzjoni imsejjħa “Atalanta”),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ April 2005 dwar l-istrateġija Ewropea għas-sigurtà (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ Sigurtà Ewropea fil-kuntest ta’ l-PESD (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà u tal-PESD (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-10 ta’ Lulju 2008 dwar l-ispazju u s-sigurtà (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tal-aġenda tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0032/2009),

Kunsiderazzjonijiet Ġenerali

1.

Jirrimarka li l-Unjoni Ewropea teħtieġ li tiżviluppa l-awtonomija strateġika tagħha permezz ta’ politika barranija, tas-sigurtà u tad-difiża li tkun b’saħħitha u effikaċi, sabiex tippromwovi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali, tiddefendi l-interessi tagħha fid-dinja, tħares is-sikurezza taċ-ċittadini tagħha, tikkontribwixxi għal multilateraliżmu effettiv, tippromwovi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-valuri demokratiċi mad-dinja kollha, u tħares il-paċi dinjija;

2.

Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-UE ssegwi dawn l-objettivi permezz tal-koperazzjoni multilaterali fl-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-ewwel qabel kollox fin-Nazzjonijiet Uniti, u permezz ta’ sħubija ma’ atturi ewlenin oħra skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-prinċipji tal-Att Finali ta’ Helsinki u l-objettivi tal-Karta ta’ Pariġi;

3.

Itenni l-ħtieġa ta’ riforma tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex din tkun tista’ twettaq kompletament ir-risponsabiltajiet tagħha u taħdem b’mod effettiv biex tipprovdi soluzzjonijiet għall-isfidi globali u tirreaġixxi għat-theddidiet ewlenin;

4.

Itenni l-importanza tar-relazzjoni transatlantika u jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni tal-azzjonijiet bejn l-PESD u n-NATO, iżda fl-istess ħin jenfasizza l-ħtieġa ta’ sħubija aktar bilanċjata, mingħajr kompetizzjoni u b’rispett għall-awtonomija ta’ xulxin u ftehim reċiproku fejn ikun hemm kunsiderazzjonijiet strateġiċi diverġenti;

5.

Iqis li ħafna mit-theddidiet il-ġodda mhumiex biss militari, u lanqas ma jistgħux jiġu indirizzati biss b’mezzi militari;

6.

Jirrimarka li din il-politika trid tgħaqqad l-użu ta’ kemm il-mezzi u l-kapaċitajiet ċivili, kif ukoll dawk militari, u li teħtieġ il-koperazzjoni mill-qrib u bla intoppi bejn dawk kollha interessati;

7.

Iħaddan il-kunċett tar-“responsabilità għall-ħarsien”, adottat min-NU fl-2005, u l-kunċett tas-“sigurtà tal-bniedem”, li huwa bbażat fuq il-preminenza tal-individwu u mhux tal-istat; jenfasizza li dawn il-kunċetti jinvolvu kemm konsegwenzi prattiċi u kemm linji gwida politiċi b’saħħithom għall-orjentazzjoni strateġika tal-politika għas-sigurtà Ewropea sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni effettiva fil-kriżijiet; jenfasizza, madankollu, li m’hemm la obbligu awtomatiku u lanqas il-mezzi disponibbli sabiex l-UE tibgħat missjonijiet tal-PESD, kemm ċivili u kemm militari, fis-sitwazzjonijiet kollha ta’ kriżi;

8.

Jagħmel enfasi li l-ġabra flimkien tal-isforzi u tal-kapaċitajiet fil-livell tal-UE hija kruċjali biex jingħelbu l-effetti kkombinati tal-ispejjeż dejjem jikbru tat-tagħmir għad-difiża u l-limiti eżistenti tal-infiq tad-difiża;

9.

Isostni li politika komuni tad-difiża fl-Ewropa teħtieġ forza militari Ewropea integrata li konsegwentement teħtieġ li tkun armata b’sistemi komuni ta’ armi biex b’hekk tiggarantixxi l-uniformità u l-interoperabiltà;

10.

Jenfasizza, li t-trasparenza u l-effiċjenza meta mqabbla man-nefqa, kif ukoll ir-responsabiltà parlamentari u r-rispett tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u dik umanitarja, huma essenzjali sabiex jiġi żgurat li jkun hemm appoġġ mill-pubbliku għad-difiża Ewropea; jenfasizza f’dan ir-rigward l-importanza partikolari li jkun hemm skrutinju parlamentari effettiv tal-PESD fis-sura ta’ koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE;

11.

Iqis li l-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà aġġornata u l-Kunċett Strateġiku ġdid tan-NATO tal-ġejjieni għandhom ikunu koerenti ma’ xulxin u li dan għandu jkun rifless fid-Dikjarazzjoni li se tiġi adottata mil-Laqgħa Għolja tan-NATO tas-Sittin Anniversarju fi Strasburgu u Kehl fit-3 u l-4 ta’April 2009;

12.

Jenfasizza li hija ta’ importanza ewlenija li l-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà tkun implimentata fis-sħuġija tagħha u fil-ħin;

13.

Jilqa’ r-rapport tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-ESS; jinnota madankollku, li peress li l-biċċa l-kbira tal-miri tal-ESS fl-2003 baqgħu ma ntlaħqux, l-UE - imsaħħa bit-Trattat ta’ Liżbona – għandu jkollha rwol aktar deċiżiv billi ssaħħaħ il-leġittimità, it-trasparenza u l-effettività tal-istituzzjonijiet ta’ governanza globali;

14.

Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnidija tal-missjoni ATALANTA tal-PESD fuq imsemmija kontra l-piraterija barra mix-xtut tas-Somalja; ifakkar lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE, madankollu, li r-raġunijiet għall-problema tal-piraterija f’dak ir-reġjun għandhom għeruq aktar fil-fond, bħall-faqar fi stat fallut, u jitlob għal aktar azzjonijiet profondi Ewropej li jindirizzaw dawn il-problemi;

15.

Jenfasizza, fir-rigward tal-ħtif u l-qtil ta’ ostaġġi minn terroristi Islamiċi, jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm tisħiħ fil-koperazzjoni u fil-koordinazzjoni tal-politika kontra t-terroriżmu bejn l-Istati Membri tal-UE, l-Istati Uniti u n-NATO, li għandu jkollu l-għan, b’mod partikulari, li jtejjeb l-effettività ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ imnedija bil-għan li jiġu salvati l-ħajjiet tal-ostaġġi;

16.

Itenni bil-qawwa s-sejħa tiegħu sabiex, permezz tal-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà u l-Politika Ewropea tas-Sigurtà u d-Difiża, jigu pprovduti l-garanziji kollha biex tkun żgurata l-implimentazzjoni b’suċċess tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa u l-Paċi u s-Sigutà, 1325 tal-31 ta’ Ottubru 2000 (S/RES/1325) u 1820 tad-19 ta’ Ġunju 2008 (S/RES/1820) għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ndaqs tan-nisa fil-kwistjonijiet u d-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw il-paċi u s-sigurtà u sabiex l-użu sistematiku tal-vjolenza sesswali kontra n-nisa f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt jiġi kklassifikat bħala delitt tal-gwerra kontra l-umanità; jiddispjaċih li l-progress dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-operazzjonijiet tal-PESD qed isir bil-mod wisq;

Interess Ewropew dwar is-Sigurtà

17.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li spiss, fl-Istati Membri l-ħsieb għadu limitat fi ħdan il-qafas ta’ interessi ta’ sigurtà nazzjonali u minħabba f’hekk ir-responsabiltà komuni għall-ħarsien tal-interessi komuni Ewropej qed tkun traskurata; iqis li din l-istratġeija hija kontroproduttiva u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaħsbu b’mod aktar miftuħ sabiex l-UE jagħmluha attur aktar importanti fix-xena internazzjonali billi jipprovdi għal arranġamenti ta’ sigurtà Ewropea aktar effettivi;

18.

Iqis, għalhekk, li hu meħtieġ li jiġu stabbiliti l-interessi komuni ta’ sigurtà tal-UE; jenfasizza, li l-Unjoni Ewropea tista’ biss tfassal politika komuni aktar koerenti u effettiva jekk ikollha idea ċara tal-interessi komuni tagħha;

19.

Huwa tal-fehma li, minbarra l-isfidi identifikati fl-ESS kif adottati fl-2003, l-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni jinkludu l-ħarsien taċ-ċittadini u tal-interessi tagħha fl-UE kif ukoll barra l-UE, is-sigurtà tal-pajjiżi ġirien tagħha u l-ħarsien tal-fruntieri esterni tagħha u tal-infrastruttura kritika, kif ukoll it-titjib fis-sigurtà taċ-ċibernetika, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u tar-rotot tal-baħar, il-ħarsien tar-riżorsi tagħha tal-ispazju u l-ħarsien mill-konsegwenzi tal-bidla fil-klima;

Ambizzjonijiet Ewropej fil-qasam tas-Sigurtà

20.

Jinnota li l-UE tirrikonoxxi ordni internazzjonali bbażat fuq il-multilateraliżmu effettiv u fuq il-liġi internazzjonali, u li dan jirrifletti l-konvinzjoni tal-Ewropej li l-ebda pajjiż ma jista’ jiffaċċja t-theddidiet ġodda waħdu;

21.

Iqis li l-UE għandha tiddefinixxi b’mod iktar ċar l-ambizzjonijiet tagħha fir-rigward tal-irwol tagħha fid-dinja; huwa tal-fehma li l- UE m’għandhiex tfittex li ssir super potenza bħall-Istati Uniti, iżda li minflok għandek tiggarantixxi s-sigurtà tagħha, taħdem għall-istabilità fil-viċinanzi tagħha, u tikkontribwixxi għal sistema multilaterali ta’ sigurtà globali fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, waqt li tiżgura r-rispett għal-liġi internazzjonali u l-prevenzjoni effettiva tal-kriżijiet u l-kunflitti, kif ukoll il-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ wara l-kunflitti u r-riżoluzzjoni tagħhom;

22.

Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea tagħti prijorità għall-prevenzjoni tal-kriżijiet fl-PESD; jenfasizza li s-sigurtà u l-istat għad-dritt jirrappreżentaw rekwiżiti indispensabbli għall-iżvilupp u l-istabiltà fuq perjodu fit-tul;

L-Iżvilupp tal-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà

23.

Jinnota li l-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-2003 tirrifletti l-iktar theddidiet serji li l- UE qiegħda tħabbat wiċċha magħhom (it-terroriżmu, it-tixrid ta’ armi tal-qerda tal-massa, il-kunflitti reġjonali, il-falliment ta’ stati u l-kriminalità organizzata), u tidentifika għanijiet strateġiċi, li saru l-pedament għal strateġiji sekondarji;

24.

Jifraħ lill-Presidenza riċenti Franċiża tal-UE għall-inizjattiva tagħha li jikkonċernaw l-PESD; Jieħu nota tar-rapport fuq imsemmi tar-Rappreżentant Għoli tal-11 ta’ Diċembru 2008, dwar l-implimentazzjoni tal-ESS kif approvata mill-Kunsill Ewropew u jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li ttieħdu ħafna talbiet mir-rapporti ta’ qabel tal-Parlament dwar l-ESS u l-PESD, b’mod partikolari:

is-sigurtà taċ-ċibernetika,

is-sigurtà tal-enerġija, inklużi l-provvisti lejn l-Ewropa;

it-tilwimiet reġjonali mhux solvuti fil-pajjiżi ġirien tal-UE;

isfidi dwar il-kontinent Afrikan

il-konsegwenzi tal-bidla fil-klima;

il-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali;

il-proġetti biex jissaħħu l-kapaċitajiet ċivili u militari;

l-importanza tal-ispazju għas-sigurtà komuni tagħhna;

is-sigurtà marittima;

25.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kunsill favur l-idea li l- UE għandha tkun fil-fatt kapaċi, fost l-oħrajn, fis-snin li ġejjin u fil-qafas tal-livell stabbilit ta ’ambizzjoni, li tibgħat 60 000 ruħ f’60 ġurnata għal operazzjoni importanti, fil-medda ta’ l-operazzjonijiet previsti mill-għan ewlieni għall-2010 u mil l-għan ċivili ewlieni għall-2010, li jiġu ppjanati u jitmexxew f’daqqa:

żewġ operazzjonijiet importanti ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ rikostruzzjoni, b’komponent ċivili adegwat, appoġġat minn massimu ta’ 10 000 persuna matul talanqas sentejn;

żewġ operazzjonijiet ta’ rispons rapidu ta’ tul ta’ żmien limitat bl-użu, fost l-oħrajn, tal-Battlegroups tal-UE;

operazzjoni ta’ evakwazzjoni b’urġenza ta’ ċittadini Ewropej (f’inqas minn għaxart ijiem) b’kont meħud tal-irwol prinċipali ta’ kull Stat Membru fir-rigward taċ-ċittadini tiegħu u bl-użu tal-kunċett ta’ Stat gwida konsulari;

missjoni ta’ sorveljanza / interdizzjoni marittima jew bl-ajru;

operazzjoni ċivili-militari ta’ assistenza umanitarja li ddum sa 90 jum;

madwar tużżana missjonijiet ċivili tal-PESD (fosthom missjonijiet tal-pulizija, tal-istat ta’ dritt, tal-amminisrazzjoni ċivili, ta’ protezzjoni ċivili, ta’ riforma u osservanza tas-settur tas-sigurtà) taħt diversi forom, li joperaw, fost l-oħrajn, f’sitwazzjoni ta’ reazzjoni rapida, li jinkludu missjoni prinċipali (possibilment sa 3 000 espert), li tista’ ddum diversi snin;

26.

Jiddeplora, madankollu, il-mod xejn ċar kif inhuma ppreżentati l-konklużjonijiet dwar l-ESS u l-PESD (f’erba’ dokumenti minflok f’wieħed); jiddispjaċih għall-għażla ta’ kliem użat, li spiss kien vag u ma jispjegax strateġija reali; jikkritika l-fatt li l-Kunsill ma aċċettax it-talba tal-Parlament għal White Paper u għalhekk mhux probabbli li jingħata bidu għal dibattitu pubbliku wiesa’ u produttiv;

27.

Jiddeplora wkoll il-fatt li talbiet fir-rapporti ta’ qabel tal-Parlament dwar l-ESS u l-PESD ma kenux ikkunsidrati mill-Kunsill, l-aktar:

id-definizzjoni ta’ interessi komuni ta’ sigurtà Ewropej,

id-definizzjoni ta’ kriterji għat-tnidija tal-missjonijiet tal-PESD,

proposti għal sħubija ġdida UE-NATO,

li tiġi ttrattata l-kwistjoni ta’ “caveats” nazzjonali;

28.

Jissuġġerixxi li l-ESS għandha tiġi riveduta kull ħames snin fil-bidu ta’ kull perjodu leġiżlattiv ġdid tal-UE;

29.

Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ progress relattiv mill-2003 fit-tisħiħ tal-koperazzjoni tal-UE fid-difiża; għaldaqstant jappella għal darb’oħra biex titfassal White Paper dwar is-sigurtà u d-difiża Ewropea bħala għodda biex jinbeda dibattitu pubbliku wiesa’ u biex jiżgura li l-ESS tiġi implimentata b’mod effiċjenti;

30.

Jiddispjaċih li, minkejja tħejjija kbira iżda b’riżultat ta’ momentum li ntilef minħabba l-impass dwar it-Trattat ta’ Liżbona, ir-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà – ma wasslitx għal orjentament strateġiku ġdid iżda sempliċement għal rapport li jfisser il-prijoritajiet politiċi ġurnata b’ġurnata kif iseħħu; jinnota li l-firxa ta’ theddidiet kibret u issa tinkludi, fost l-oħrajn, is-sigurtà tal-internet u l-piraterija; jilqa’ l-aspetti innovattivi tar-reviżjoni, bħalma huwa l-fokus tagħha fuq il-bidla fil-klima, is-sigurtà tal-enerġija (inkluż, fil-qasam nukleari, appoġġ għal ċiklu multilaterali ta’ fjuwil nukleari u trattat multilaterali li jipprojbixxi l-produzzjoni ta’ materjal fissili għall-armi nukleari) u t-Trattat Internazzjonali dwar il-Kummerċ tal-Armi kif ukoll trattati oħra dwar id-diżarmament bħall-Konvenzjoni l-ġdida ta’ Oslo dwar il-Munizzjon tat-Tip “Cluster”;

31.

Iqis inaċċettabbli li kien hemm biss dibattitu parlamentari limitat u ma kien hemm l-ebda dibattitu pubbliku qabel ma ġie adottat ir-rapport li ppropona r-reviżjoni tal-ESS;

Ir-Relazzjonijiet mar-Russja

32.

Iqis li l-eskalazzjoni vjolenti tal-kunflitti sa ftit ilu ffriżati fl-Ossezja t’Isfel u l-Abkażja, u ir-rikonoxximent suċċessiv mir-Russja tal-indipendenza ta’ dawk il-provinċji, tenfasizza l-ħtieġa urġenti li jsiru investimenti f’soluzzjonijiet politiċi sostenibbli għal kunflitti bħal dawn fil-pajjiżi ġirien tagħna; itenni l-fehma tiegħu li ma jistax ikun hemm soluzzjoni militari għall-kunflitti fil-Kawkasu u l-kundanna qawwija tiegħu għal dawk kollha li użaw il-vjolenza matul il-kunflitt; jenfasizza li, sabiex ikun hemm aktar żvilupp tas-sħubija strateġika tal-Ewropa mar-Russja, jeħtieġ li dan jinkludi djalogu bi skop dwar is-sigurtà, ibbażat fuq l-impenn iddikjarat taż-żewġ partijiet lejn il-valuri komuni tagħhom, ir-rispett għal-liġi internazzjonali u għall-integrità territorjali, u l-impenn lejn l-obbligi tal-Karta ta’ Ħelsinki, u lejn l-ilħuq ta’ dawn l-obbligi;

33.

Jenfasizza li d-dimensjoni ta’ sigurtà tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja u l-irwol tal-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni u tal-PESD ma jistax jittieħdu iżolati mill-arkitettura usa’ tas-sigurtà Ewropea, li tinkludi n-NATO, l-OSCE u ftehimiet internazzjonali bħat-Trattat Kontra l-Missili Ballistiċi (ABM) u t-Trattat dwar l-Armi Konvenzjonali fl-Ewropa (CFE); iqis li l-iżviluppi rilevanti f’din l-istruttura usa’ tas-sigurtà għandhom jiġu indirizzati bid-djalogu kemm mar-Russja kif ukoll mal-Istati Uniti, u jitlob lill-Kunsill biex jieħu attitudni miftuħa u kostruttiva lejn taħdidiet possibbli bejn l-UE, l-Istati Uniti, ir-Russja u stati membri tal-OSCE li mhumiex membri tal-UE, bil-għan li jiġġedded il-kunsens transatlantiku dwar is-sigurtà, filwaqt li jittieħed bħala bażi l-Att Finali ta’ Ħelsinki;

34.

Jilqa’ l-azzjoni konġunta tal-UE biex tkun ta’ medjatur bejn ir-Russja u l-Ġeorġja meta ġiet iffaċjata bl-isfida li pprovdiet il-gwerra fil-Ġeorġja; jissuġġerixxi, li l-Unjoni Ewropea bl-intervent ta’ malajr u bl-unità tagħha, li wasslu biex jiġi ffirmat ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u biex intbagħtet malajr missjoni ta’ monitoraġġ taħt l-PESD, uriet il-kapaċità tagħha li timmaniġġja l-kriżijiet u li tieħu azzjoni konġunta; ifaħħar lill-Presidenza riċenti Franċiża tal-UE għall-irwol pożittiv tagħha fiż-żamma’ ta’ approċċ komuni Ewropew;

35.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi kummissjoni indipendenti mmexxijja mill- UE biex teżamina l-kawżi tal-kunflitt tal-Ġeorġja;

36.

Jinnota t-tħassib muri mill-Istati Baltiċi u jieħu nota tal-konferma ċara min-NATO u mill-istati membri tagħha dwar il-validità kontinwa tal-impenji tagħhom skont l-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana;

37.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li n-NATO ddeċidiet li l-kanali tal-komunikazzjoni eżistenti terġa’ tużahom u li l-Kunsill NATO-Russja għandu jiġi attivat mill-ġdid;

38.

Iqis li kemm l-UE u n-NATO għandhom jadottaw djalogu onest u realistiku mar-Russja li jkopri kwistjonijiet bħas-sigurtà reġjonali, l-enerġija, id-difiża bil-missili, in-non-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, il-limitazzjoni tal-forzi armati u l-politika għall-ispazju;

39.

Iqis importanti t-tisħiħ tad-djalogu multilaterali dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà fil-qafas tal-Kunsill tas-Sħubija Ewro-Atlantika;

40.

Jirrimarka li r-Russja, minħabba l-pożizzjoni ġeopolitika, il-qawwa militari u l-importanza politika tagħha, kif ukoll il-prosperità fejn tidħol l-enerġija u l-potenzjal ekonomiku tagħha, hija ta’ importanza strateġika għall-Ewropa;

Il-bini tal-kapaċitajiet tal-Ewropa

41.

Jenfasizza li l-UE jrid ikollha l-mezzi biex timplimenta l-politiki tagħha u li, flimkien mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet diplomatiċi tagħha, hija għalhekk għandu jkollha kapaċitajiet ċivili kif ukoll militari, biex issaħħaħ il-politika Ewropea għas-sigurtà u d-difiża u tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha fid-dinja;

42.

Jirrimarka li, sa mill-ħolqien tal-politika Ewropea dwar is-sigurtà u d-difiża, twettqu 22 missjoni fi ħdan il-qafas ta’ din il-politika, li minnhom 16 kienu missjonijiet ċivili; Jenfasizza l-importanza tal-komponenti ċivili tal-PESD; jilqa’ f’dan il-kuntest it-twaqqif ta’ Kapaċità Ċivili ta’ Ppjanar u Kondotta (CPCC) fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri sabiex jimmultiplikaw l-isforzi tagħhom sabiex jagħmlu disponibbli staff kwalifikat għall-missjonijiet ċivili tal-PESD; jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza li jintlaħaq l-objettiv primarju ċivili għall-2010;

43.

Jenfasizza wkoll li - għalkemm qiegħda ssir l-akbar enfasi dwar id-dimensjoni militari tal-PESD- il-progress fl-oqsma tal-kapaċitajiet ċivili u tal-prevenzjoni tal-kunflitti miexi bil-mod wisq u li f’dan il-qasam, hemm bżonn li b’urġenza l-Kunsill u l-Kummissjoni t-tnejn jipproponu dinamiki ġodda;

44.

Jappella għal aktar żvilupp tal-Isħubija għall-Bini tal-Paċi f’Korpi Ċivili tal-Paċi Ewropej;

45.

Huwa tal-fehma li l-UE għandha tiżviluppa iktar l-kapaċitajiet tagħha msejsa fuq l-objettivi ċivili u militari tagħha; jirrimarka li hija għandha tistinka biex ikollha forza ta’ 60 000 suldat dejjem disponibbli; jafferma mill-ġdid il-proposta tiegħu li l-Eurocorps għandhom ikunu l-qofol ta’ din il-forza, li jekk ikun meħtieġ tiġi msaħħa permezz ta’ kapaċitajiet addizzjonali tal-baħar u tal-ajru; jilqa’ l-ftehim milħuq bejn il-Ġermanja u Franza dwar iż-żamma tal-brigata Ġermaniża-Franċiża f’lokalitajiet konġunti; barra minn hekk iqis li l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel dejjem disponibbli numru adegwat ta’ uffiċjali tal-pulizija, imħallfin u prosekuturi; iqisha ħaġa konfuża li l-kunċett tal-Battlegroup tal-UE u x-xenarji speċifiċi għal missjonijiet potenzjali ma jidhrux li qed iwasslu sabiex il-Battlegroups jintużaw fl-operazzjonijiet esterni tal-UE;

46.

Jenfasizza li l-Istati Membri tal-UE flimkien jonfqu iktar minn EUR 200 000 000 000 fis-sena fuq id-difiża, li jikkorispondu għal iktar minn nofs l-ispiża għad-difiża tal-Istati Uniti; għadu tassew imħasseb dwar in-nuqqas ta’ effiċjenza u koordinazzjoni li hemm meta jintużaw dawn il-fondi; Għaldaqstant iħeġġeġ sabiex isiru sforzi akbar biex titneħħa kull duplikazzjoni bla ħtieġa bejn l-Istati Membri, l-aktar permezz ta’ l-ispeċjalizzazzjoni, tal-pooling u l-qsim tal-kapaċitajiet eżistenti, u l-iżvilupp konġunt ta’ oħrajn ġodda; ifaħħar l-Aġenżija Ewropea għad-Difiża (EDA) għax-xogħol eċċellenti li wettqet sa issa u jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-potenzjal tal-EDA;

47.

Jenfasizza, li b’rabta mal-operazzjoni tal-forzi armati, mal-kontroll tal-fruntiera, mal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika u mal-immaniġġjar tad-diżastri, il-ħtieġa tal-kapaċitajiet minn aspett teknoloġiku huma simili ħafna jew anke l-istess; jenfasizza, li dan joffri possibiltajiet ġodda biex jiġu sfruttati s-sinerġiji u tittejjeb l-interoperabilità bejn il-forzi armati u l-forzi tas-sigurtà;

48.

Jitlob b’insistenza li l-UE u l-Istati Membri tagħha jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq kapaċitajiet komuni, li jistgħu jintużaw kemm għal għanijiet ta’ difiża u kemm għal dawk ta’ sigurtà; f’dan ir-rigward, iqis ta’ importanza kruċjali l-intelliġenza bbażata fuq is-satelliti, it-tagħmir ta’ sorveljanza u twissija, l-inġenji tal-ajru bla pilota, il-ħelikopters u tagħmir tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll it-trasport bl-ajru u bil-baħar; jitlob li jkun hemm standard tekniku komuni għal telekomunikazzjonijiet protetti u mezzi għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika;

49.

Jilqa’ d-deċiżjoni meħuda mill-Bord tat-Tmexxija tal-EDA fl-10 ta’ Novembru 2008 dwar it-twaqqif ta’ Flotta Ewropea għat-Trasport bl-Ajru u jieħu nota tad-Dikjarazzjoni ta’ Intenzjoni dwar il-parteċipazzjoni f’din l-inizjattiva, iffirmata mill-Ministri għad-Difiża ta’ tnax-il Istat Membru;

50.

Iqis meħtieġ li s-sistemi Galileo u GMES (Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà) jitħallew jintużaw għal għanijiet tas-sigurtà u tad-difiża;

51.

Japprova l-iżvilupp dinamiku untlerjuri tal-koperazzjoni bejn il-forzi armati nazzjonali sabiex ikunu sinkronizzati dejjem aktar; jipproponi li dan il-proċess u l-forzi armati jingħataw l-isem “SAFE” - Synchronized Armed Forces Europe;

52.

Iqis li s-SAFE jipprovdi biżżejjed lok ta’ manuvrar lill-Istati Membri newtrali tal-UE kif ukoll lil dawk marbuta minn alleanzi militari, għal dawk li llum diġà jikkoperaw mill-qrib bejniethom u għal dawk li baqgħu lura milli jagħmlu dan; jipproponi li jkun hemm mudell opt-in għall-organizzazzjoni ta’ SAFE, ibbażat fuq sinkronizzazzjoni volontarja aktar qawwija;

53.

Fil-qafas tas-SAFE japprova l-idea ta’ statut Ewropew għas-suldati li jirregola l-livell ta’ taħriġ, d-duttrina tal-missjoni, il-libertà tal-azzjoni fil-missjoni, kwistjonijiet relatati mad-dmirijiet u d-drittijiet, kif ukoll l-livell ta’ kwalità tat-tagħmir, tal-kura medika u tal-arranġamenti tas-sigurtà soċjali f’każ ta’ mewt, korriment jew invalidità;

54.

Japprova, fir-rigward tas-SAFE, il-prinċipju ta’ diviżjoni tax-xogħol madwar l-Ewropa kollha fil-kapaċitajiet militari;

55.

Huwa favur koperazzjoni Ewropea aktar mill-qrib fl-oqsma tat-taħriġ, tal-manutenzjoni u tal-loġistika bħala ħtieġa kruċjali biex tiżdied l-effiċjenza fin-nefqa fuq id-difiża;

Il-Ħtieġa għal Strutturi Ġodda

56.

Huwa tal-fehma li l-abbiltà tal-UE li taġixxi b’mod indipendenti fil-qasam tal-politika barranija u dik tas-sigurtà għandha tittejjeb permezz tat-tisħiħ, immirat lejn l-ilħuq tal-għanijiet, tal-kapaċitajiet tagħha fl-oqsma tal-analiżi, tal-ippjanar, tat-tmexxija u tal-intelliġenza; f’dan il-kuntest, jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jaħdem lejn it-twaqqif ta’ struttura integrata tal-ippjanar strateġiku li tkun ċivili u militari għall-operazzjonijiet u l-missjonijiet tal-PESD;

57.

Bl-istess mod jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jwaqqaf grupp informali ta’ livell għoli UE-NATO li x-xogħol tiegħu jkun it-tisħiħ tal-koperazzjoni b’mod prammatiku bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet;

58.

Jappella sabiex jitwaqqaf Kwartier Operazzjonali tal-UE li jkun awtonomu u permanenti bil-kapaċità li jwettaq ippjanar strateġiku u jmexxi operazzjonijiet u missjonijiet tal-PESD;

59.

Jappoġġja l-idea li jinħoloq Kunsill tal-Ministri għad-Difiża, biex tingħata koerenza ikbar lill-politiki nazzjonali tad-difiża u b’hekk jissaħħu l-kontributi nazzjonali rispettivi għall-politika Ewropea tas-sigurtà u d-difiża; jenfasizza l-għan li jkun hemm skrutinju parlamentari sħiħ tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PESD, ukoll mill-Parlament Ewropew;

60.

Jappoġġja bil-qawwa t-tisħiħ ta’ suq Ewropew tad-difiża u s-sigurtà permezz tal-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni għall-akkwist pubbliku u t-trasferimenti fi ħdan il-Komunità, u jirrakkomanda li jkun hemm iktar inizjattivi biex jintlaħaq dan il-għan, l-aktar fl-oqsma tas-sigurtà tal-provvista u s-sigurtà tal-informazzjoni;

61.

Jilqa’, f’dan il-kuntest, l-adozzjoni tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/CFSP tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontrolli fuq l-esportazzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir militari (8), li tbiddel il-Kodiċi tal-Kondotta dwar l-Esportazzjoni tal-Armi fi strument li jorbot legalment; barra minn hekk, jilqa’ l-fatt li l-Istati Membri tal-UE tħallew liberi li b’mod individwali jimplimentaw miżuri aktar rigorużi;

62.

Ifakkar li għandhom jiġu pprovduti sistemi komuni ta’ armi permezz ta’ industrija b’saħħitha għad-Difiża Ewropea li tkun kapaċi tissodisfa l-bżonnijiet attwali u tal-ġejjieni tal-Forza Armata Ewropea u li tagħmel possibbli li l-Ewropa ssir awtosuffiċjenti u indipendenti;

63.

Jitlob li jkun hemm żieda fil-mezzi tal-Komunità għar-riċerka dwar is-sigurtà u l-ħolqien ta’ programmi ta’ riċerka konġunti li jinvolvu l-Kummissjoni u l-EDA;

Il-Ħtieġa ta’ Spirtu ġdid

64.

Iqis li huwa partikolarment importanti li jissaħħaħ il-kulleġġ Ewropew għas-sigurtà u d-difiża u li jiġi ttrasformat fi struttura permanenti, li tkabbar aktar l-iżvilupp ta’ kultura speċifikament Ewropea ta’ sigurtà; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tiffinanzja l-attivitajiet ta’ taħriġ fil-livell tal-UE fil-qasam tal-immaniġġjar civili tal-kriżijiet ’il hinn mill-2009;

65.

Jappella biex ikun hemm iktar inizjattivi konnessi mat-taħriġ komuni u standards komuni għall-persunal li jrid jitqiegħed u jaħdem flimkien f’operazzjonijiet ċivili u militari, aktar interazzjoni bejn il-forzi armati u l-persunal ċivili tal-Istati Membri tal-UE, koordinazzjoni ta’ taħriġ relatat mal-kriżijiet, programmi ta’ skambju fi ħdan il-forzi armati fl-Ewropa, kif ukoll fil-ftuħ tal-armati għal ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-UE;

66.

Jappoġġja bil-qawwa programmi Ewropej li kellhom suċċess bħall-Eurofighter, li se jservi bħala l-pedament tal-kapaċità tal-avjazzjoni militari ta’ ħames forzi tal-ajru Ewropej fl-għexieren ta’ snin li ġejjin; għal din ir-raġuni jqis li l-Istati Membri tal-UE għandhom jinkoraġġixxu u jappoġġjaw inizjattivi bħal dawn;

*

* *

67.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti ta’ l-Istati Membri u lis-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, ta’ l-Organizzazzjoni tat-Trattat ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana u ta’ l-Organizzazzjoni għas-Siġurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u tal-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  S407/08.

(2)  S113/08.

(3)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(4)  ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 580.

(5)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 334.

(6)  Test adottati, P6_TA(2008)0255.

(7)  Test adottati, P6_TA(2008)0365.

(8)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/69


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
L-irwol tan-NATO fl-istruttura ta' sigurtà tal-UE

P6_TA(2009)0076

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar l-irwol tan-NATO fl-istruttura ta' sigurtà tal-UE (2008/2197(INI))

2010/C 76 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-UE u tan-NATO tas-16 ta’ Diċembru 2002,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana, iffirmat f’Washington fl-4 ta’ April 1949,

wara li kkunsidra t-Titlu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Liżbona, iffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2007 u rratifika permezz tal-maġġoranza kbira tal-Istati Membri tal-UE,

wara li kkunsidra l-qafas komprensiv għal rabtiet permanenti bejn l-UE u n-NATO, konkluż mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-UE/Rappreżentant Għoli għall-Politika Komuni Barranija u ta' Sigurtà u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO fis-17 ta' Marzu 2003,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà (ESS) adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana maħruġa f'Bukarest fit-3 ta' April 2008,

wara li kkunsidra r-rapporti dwar il-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża (PESD) maħruġa mill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE tal-11 ta' Diċembru 2007 u tas-16 ta’ Ġunju 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta’ April 2005 dwar l-ESS (1), tas-16 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-ESS fil-kuntest tal-PESD (2), tal-25 ta' April 2007 dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi (3), tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà u l-PESD (4) u tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar is-Samit li se jsir bejn l-UE u l-Istati Uniti (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0033/2009),

A.

billi l-UE u n-NATO huma msejsa fuq valuri komuni bħall-ħelsien, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u kemm ilhom jeżistu qdew biex ikunu evitati gwerer fit-territorju Ewropew, billi, wara l-elezzjoni tal-President il-ġdid tal-Istati Unit, hemm kunsens li dejjem qed jiżdied fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku dwar il-bżonn dejjem jonqos tal-armi nukleari fil-każ ta’ theddid kurrenti u sens ġdid ta urġenza dwar il-bżonn ta’ tnaqqis fid-daqs ta’ ħażniet nukleari skont l-impenji meħuda skont l-Artikolu VI tat-Trattat għan-Nonproliferazzjoni Nukleari,

B.

billi skond il-Karta tan-NU r-responsabbiltà ġenerali għall-paċi u sigurtà internazzjonali hija f’idejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; billi l-Karta tipprovdi l-bażi legali għall-ħolqien ta’ NATO; billi, permezz tal-iffirmar tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, l-istati membri tan-NATO affermaw il-fiduċja tagħhom fl-iskopijiet u l-prinċipji tal-Karta, filwaqt li jobbligaw ruħhom li fir-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom ma jużawx theddid jew użu ta’ forza f’kwalunkwe mod mhux konsisteni mal-iskopijiet tan-Nazzjonijiet Uniti,

C.

billi l-Istati Membri tal-UE jirrikonoxxu fis-sistema tan-NU il-qafas fundamentali għal relazzjonijiet internazzjonali; billi huma jibqgħu dedikati għaż-żamma tal-paċi u t-tisħiħ ta’ sigurtà internazzjonali,skond il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll il-prinċipji tal-Att Finali ta’ Ħelsinki u l-għanijiet tal-Karta ta’ Pariġi, u għall-iżvilupp u konsolidazzjoni ta’ demokrazija u l-istat tad-dritt, rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi l-Istati Membri tal-UE stabbilixxew bħala prijorità ta’ miżuri għal riforma u tisħiħ tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex jagħmluha kapaċi li twettaq r-responsabbiltajiet tagħha u li taġixxi effettivament billi tipprovdi soluzzjonijiet għall-isfidi globali u tirrispondi għal theddid ewlenin,

D.

billi n-NATO tifforma ċ-ċentru tas-sigurtà militari Ewropea u l-UE għandha potenzjal suffiċjenti biex tappoġġja dawn l-attivitajiet, sabiex it-tisħiħ tal-kapaċità ta’ difiża Ewropea u t-tkabbir tal-kooperazzjoni jkunu ta’ benefiċċju għaż-żewġ organizzazzjonijiet,

E.

billi l-arkitettura Ewropea għas-sigurtà tinkludi wkoll l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropea u strumenti internazzjonali bħat-Trattat dwar il-Forzi Armati Konvenzjonali fl-Ewropa

F.

billi n-NATO hija organizzazzjoni intergovernattiva ta' nazzjonijiet demokratiċi, li fihom jeżisti l-prinċipju fejn iċ-ċittadini jiddeċiedu u l-qawwiet militari jwettqu,

G.

billi 94 fil-mija tal-popolazzjoni tal-UE huma ċittadini ta’ stati membri tan-NATO, u 21 mis-27 Stat Membru tal-UE huma alleati tan-NATO, u 21 mis-26 allejat tan-NATO huma Stati Membri tal-UE, u t-Turkija, alleat antik tan-NATO, hija kandidat għall-adeżjoni fl-UE,

H.

billi fl-2007 u l-2008 il-Kunsill Ewropew ħa deċiżjonijiet importanti fil-qasam tal-PESD bl-għan li jkompli jtejjeb l-kapaċitajiet operazzjonali tiegħu; billi d-dħul fis-seħħ mistenni tat-Trattat ta’ Liżbona għandu jintroduċi innovazzjonijiet kbar fil-qasam tal-PESD, filwaqt li jagħmel il-kooperazzjoni Ewropea iktar koerenti u effiċjenti f’dak il-qasam,

I.

billi l-UE u n-NATO għandhom itejbu l-koperazzjoni tagħhom u għandhom jippermettu massimizazzjoni ikbar tal-assi taż-żewġ organizzazzjonijiet u jiżguraw li jkun hemm koperazzjoni effettiva billi jintemmu l-argumenti istituzzjonali,

J.

billi għalkemm in-NATO hija forum għad-diskussjoni u hija l-għażla naturali f'każ ta' operazzjoni militari li tinvolvi l-alleati Ewropej u Amerikani, ir-responsabbiltà finali għall-paċi u s-sigurtà hija f’idejn in-Nazzjonijiet Uniti,

K.

billi t-truppi u t-tagħmir impenjati fil-missjonijiet tal-PESD huma xi ftit jew wisq l-istess bħal dawk impenjati f’operazzjonijiet tan-NATO,

L.

billi n-NATO, bħala entità sħiħa, mhix involuta fl-operazzjonijiet tal-PESD; billi l-UE, meta tidħol għal operazzjonijiet bħal dawn, tagħżel jekk tużax jew le l-mezzi u l-kapaċitajiet tan-NATO, permezz tal-hekk imsejħa arranġamenti “Berlin plus”,

M.

billi l-koperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, li tagħmel parti mill-qafas tal-arranġament “Berlin plus”, s'issa ma ħadmitx b'mod sodisfaċenti, minħabba l-problemi mhux solvuti konnessi mal-fatt li xi pajjiżi huma membri tan-NATO iżda mhux tal-UE,

N.

billi barra mill-arranġamenti “Berlin plus”, in-NATO u l-UE għandhom jiżguraw li jkun hemm immaniġġjar effiċjenti tal-kriżijiet u għandhom jaħdmu flimkien aħjar sabiex isibu l-aħjar mod biex jirrispondu għal kriżijiet, bħal dawk tal-Afghanistan u tal-Kosovo,

O.

billi r-relazzjonijiet bejn in-NATO u l-UE għandhom jittejbu aktar min-naħa taż-żewġ organizzazzjonijiet, billi l-UE tinvolvi aktar fl-PESD lill-alleati tan-NATO li mhumiex fl-UE, u n-NATO tinvolvi aktar lill-Istati Membri tal-UE li mhumiex fin-NATO fit-taħditiet bejn l-UE u n-NATO; billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti għandhom jissaħħu,

P.

billi l-proċessi ta' tkabbir tan-NATO u tal-UE, għalkemm huma differenti, għandhom isaħħu ‘l xulxin sabiex jiżguraw l-istabilità u l-prosperità fil-kontinent Ewropew,

Q.

billi element importanti tar-relazzjoni bejn l-UE u n-NATO huwa l-appoġġ għall-isforzi nazzjonali biex jiġu żviluppati u pprovduti kapaċitajiet militari għall-immaniġġjar ta' kriżijiet b'mod li jsaħħu 'l xulxin, li fih innifisu jsaħħaħ l-irwol primarju tal-ħarsien tal-interessi ta' difiża territorjali u ta' sigurtà tal-pajjiżi membri,

R.

billi s-sinerġija bejn l-UE u n-NATO f'ċerti oqsma ta' kapaċitajiet militari tista' tittejjeb bis-saħħa ta' proġetti pilota konġunti,

S.

billi d-difiża kollettiva tal-Ewropa hija bbażata fuq għaqda ta’ forzi konvenzjonali u nukleari li kellha tkun adattata iktar fid-dettall għas-sitwazzjoni tas-sigurtà li dejjem tinbidel,

T.

billi kemm l-UE kif ukoll in-NATO qedin preżentament iwettqu valutazzjoni mill-ġdid tal-istrateġiji ta’ sigurtà rispettivi tagħhom (l- ESS u d-Dikjarazzjoni dwar is-Sigurtà tal-Alleanza),

U.

billi t-Trattat ta’ Liżbona jikkommetti kapaċitajiet ċivili u militari tal-Istati Membri kollha lill-PESD, jipprovdi għal kooperazzjoni strutturata b’mod permanenti fid-difiża bejn grupp pijunier ta’ stati, jikkommetti stati lit-titjib progressiv ta’ kapaċitajiet militari, jespandi r-rwol tal-Aġenzija ta’ Difiża Ewropea, jobbliga lill-istati biex jgħinu stat ieħor li qed ikun attakkat (bla ħsara għan-newtralità ta’ ċertu stati jew għall-isħubija man-NATO ta’ oħrajn), jaġġorna l-għanijiet tal-UE (ix-xogħlijiet ta’ Petersberg) biex jinkludu l-ġlieda kontra t-terroriżmu, u, fl-aħħarnett, jinsisti fuq is-solidarjetà reċproka f’każ ta’ attakk terroristiku jew diżastru naturali,

Ħarsa strateġika ġenerali

1.

Jenfasizza li l-politiki kollha tal-UE għandhom ikunu konsistenti b’mod sħiħ mal-liġi internazzjonali;

2.

Jenfasizza li r-raison d'être tal-Unjoni Ewropea hija li tinbena l-paċi; jinnota li stratġeija siġurtà effettiva jsostni d-demokrazija u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali; jinnota, għall-kuntrarju, li stratġeija ta' siġurtà li ma tkunx effettiva twassal għal tbatija umana bla bżonn; huwa tal-fehma li l-kapaċità tal-UE biex tibni l-paċi tiddependi fuq l-iżvilupp tal-istratġija ta' siġurtà jew il-politika ta’ sigurtà t-tajba, inkluża l-kapaċità ta’ azzjoni awtonoma u fuq relazzjoni effiċjenti u komplementarja man-NATO;

3.

Għaldaqstant jistieden lill-UE sabiex tkompli timplimenta l-missjonijiet filwaqt li tiżgura sostenibilità ikbar tal-PESD b'mod li ma tħallix li jkun hemm kunflitti, filwaqt li tippromwovi l-istabilità u tagħti għajnuna fejn tkun meħtieġa, bil-kundizzjoni li jkun hemm kunsens komuni bejn l-Istati Membri tal-UE jew fil-qafas ta’ kooperazzjoni strutturata; jemmen f’iktar neċessità ulterjuri li l-UE u n-NATO jiżviluppaw approċċ komprensiv għall-ġestjoni ta’ kriżi;

4.

Jirrikonoxxi li d-differenza fl-interessi li hija naturali f'Unjoni ta' 27 Stat Membru jew aktar - fi kliem ieħor, il-mużajk li minnu hija magħmula l-UE - tagħtiha karattru uniku u l-potenzjal li tintervjeni, tgħin jew tkun ta' medjatur f'diversi nħawi fid-dinja, għal kuntrarju ta' kull potenza ewlenija oħra; jitlob li l-istrumenti tal-ġestjoni ta’ kriżi eżistenti tal-UE jkunu żviluppati iktar u jispera li l-kapaċità militari eżistenti tal-Istati Membri t al-UE ssir iktar integrata, effettiva f’sens ta’ spejjeż u effiċjenti f’sens militari, minħabba li l-Unjoni hekk biss tista’ tiġbor forzi suffiċjenti sabiex tisfrutta l-kapaċitajiet uniċi tagħha fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tas-soluzzjoni tal-kunflitti u tikkomplementa l-varjetà kbira ta' mekkaniżmi ta' mmaniġġjar ta' kriżijiet ċivili tagħha;

5.

Jirrakkomanda bil-qawwi solidarjetà ikbar bejn l-Istati Membri tal-UE fl-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ sigurtà komuni u difiża;

6.

Huwa konvint li sħubija Ewro-Atlantika b’saħħitha u vibranti tibqa’ l-aħjar garanzija għas-sigurtà u l-istabilità fl-Ewropa kollha u għar-rispett tal-prinċipji tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tal-governanza tajba;

7.

Huwa konvint li l-libertajiet demokratiċi u l-istat tad-dritt huma s-soluzzjoni għall-aspirazzjonijiet tal-popli madwar id-dinja; jemmen li l-ebda pajjiż jew nazzjon m'għandu jkun eskluż minn din il-perspettiva, għaliex kull bniedem għandu dritt li jgħix fi stat demokratiku rregolat mill-istat tad-dritt;

8.

Jilqa' l-aġġornament tal-ESS bħala parti mill-impenn tal-Unjoni Ewropea biex tiddefinixxi u tipproteġi l-interessi ta' sigurtà Ewropej u ssaħħaħ l-multilateraliżmu effettiv, sabiex b'hekk l-Unjoni jkollha strateġija sabiex tindirizza t-theddidiet għas-seklu 21; jinnota li kunsens ġenwin, komprensiv u demokrartiku bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO huwa element essenzjali tal-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija, fuq il-bażi ta’ kunsens komuni ta' sigurtà bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika li jirrifletti l-valuri, l-għanijiet u l-prijoritajiet komuni tagħahom, jiġifieri l-primat tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali;

9.

Jenfasizza li dan għadu ferm importanti, fid-dawl tal-ġrajjiet riċenti fil-Kawkasu, żviluppi ġodda fl-Ewropa fl-istrateġija lejn in-NATO, il-bidla fit-tmexxija fl-Istati Uniti tal-Amerika u l-bidu tal-ħidma ta' reviżjoni tal-kunċett strateġiku tan-NATO;

10.

Iħeġġeġ li r-reviżjoni konkorrenti tal-istrateġiji ta’ sigurtà tal-UE u tan-NATO għandhom ikunu mhux biss kumplimentarji iżda wkoll konverġenti, kull waħda tagħti piż xieraq lill-potenzjal ta’ l-oħra;

11.

Huwa tal-fehma li kemm in-NATO kif ukoll l-UE għandhom jadottaw, bħala l-objettiv tagħhom komuni u għall-ġejjieni fit-tul, impenn biex joħolqu dinja aktar sikura skond il-kliem u s-sens tal-Karta tan-NU, għaċ-ċittadini tal-istati membri tagħhom u tad-dinja b'mod ġenerali, u għandhom ukoll b'mod attiv ma jħallux li jkun hemm atroċitajiet tal-massa u kunflitti reġjonali, li għadhom ikunu l-kawża ta' bosta tbatija umana, u jieħdu azzjoni meta dawn jinqalgħu;

12.

Jinsisti li d-demokraziji kollha għandhom ikunu magħquda fl-isforzi tagħhom biex jibnu stabilità u paċi taħt l-awtorità tan-Nazzjonijiet Uniti;

13.

Jirrikonoxxi li s-sigurtà u l-iżvilupp huma dipendenti b’mod reċiproku u li m’hemmx sekwenza ċara ta’ avvenimenti biex ikun miksub żvilupp sostenibbli f’żoni ta’ kunflitt, jiddikjara li, fil-prattika, l-istrumenti kollha huma implimentati b’mod parallel; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq iktar riċerka dwar l-importanza tas-sekwenza ta’ interventi militari u ċivili f’żoni ta’ kunflitt u biex tintegra s-sejbiet tagħhom fil-politiki tagħha tas-sigurtà u ta’ l-iżvilupp;

Ir-relazzjoni bejn in-NATO u l-istruttura ta' sigurtà tal-UE

14.

Jagħraf l-irwol importanti tan-NATO, kemm tal-passat kif ukoll tal-lum, fl-istruttura ta' sigurtà tal-Ewropa; jinnota li għall-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE, li huma wkoll alleati tan-NATO, l-Alleanza għadha l-pedament tad-difiża kollettiva tagħhom, u li s-sigurtà tal-Ewropa in ġenerali, indipendentement mill-pożizzjonijiet individwali adottati mill-istati tagħha, tkompli tibbenefika mill-manteniment tal-alleanza transatlantika; għaldaqstant huwa tal-fehma li d-difiża kollettiva tal-ġejjieni tal-UE għandha sa fejn hu possibbli tkun organizzata b’kooperazzjoni man-NATO; huwa tal-fehma li l-Istati Uniti tal-Amerka u l-UE għandhom bżonn jintensifikaw r-relazzjoni bilaterali tagħhom u jestenduha għal kwistjonijiet li jappartjenu lill-paċi u s-sigurtà;

15.

Jinnota li r-riskji tas-sigurtà fid-dinja moderna qed ikunu dejjem iktar ikkaratterizzati minn fenomini bħat-terroriżmu internazzjonali, il-proliferazzjoni tal-armi għall-qerda tal-massa, l-istati falluti, il-kunflitti li diffiċli jintegħlbu, il-kriminalità organizzata, it-theddid ċibernetiku, id-deterjorazzjoni ambjentali u r-riskji tas-sigurtà assoċjati, id-diżastri naturali u diżastri oħra u jinnota wkoll li dawn għadhom jirrikjedu sħubija iktar mill-viċin u konċentrazzjoni fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ewlenin tal-UE u tan-NATO, u koordinazzjoni iktar mill-viċin fl-oqsma tal-ippjanar, it-teknoloġija, t-tagħmir u t-taħriġ;

16.

Jenfasizza l-importanza li qed tiżdied tal-PESD li se tgħin sabiex tittejjeb l-kapaċità tal-UE li taffronta it-theddidiet għas-sigurtà tal-21 seklu, l-aktar permezz ta' operazzjonijiet konġunti ċivili-militari u miżuri ta' immaniġġjar ta' kriżijiet li jvarjaw minn azzjonijiet ta' prevenzjoni ta' kriżijiet immexxija mill-intelliġenza, għal riforma fis-settur tas-sigurtà, riforma tal-pulizija u tal-ġudikatura u azzjoni militari;

17.

Huwa tal-fehma li l-UE u n-NATO jistgħu jsaħħu lil xulxin billi jevitaw il-kompetizzjoni bejniethom u jiżviluppaw koperazzjoni ikbar fl-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-kriżi fuq il-bażi ta’ diviżjoni prattika tax-xogħol; jikkunsidra li deċiżjoni li fuqha organizzazzjoni għandha timplimenta l-forzi għandha tkun ibbażata fuq il-volontà politika espressa miż-żewġ organizzazzjonijiet, fuq bżonnijiet operazzjonali u leġittimazija politika fuq l-art, u fuq l-abbiltà tagħhom li jwasslu paċi u sigurtà; jinnota li kooperazzjoni fl-elaborazzjoni tal-ESS il-ġdid u l-Kunċett Strateġiku l-ġdid tan-NATO huwa kruċjali għall-kisba ta’ dak l-għan;

18.

Huwa tal-opinjoni li l-UE għandha tiżviluppa l-kapaċitajiet ta’ sigurtà u difiża tagħha stess, li jippermettu qsim aħjar tal-piż ma’ alleati mhux Ewropej u rispons approprjat għal dawk l-isfidi u theddid ta’ sigurtà li jikkonċernaw l-Istati Membri tal-UE biss;

19.

Jitlob lill-UE biex tiżviluppa l-istrumenti tal-istrateġija tas-sigurtà tagħha, li jvarjaw minn prevenzjoni ta’ kriżi diplomatika u assistenza ekonomika u ta’ żvilupp lil kapaċitajiet ċivili fil-qasam ta’ stabilizzazzjoni u rikostruzzjoni, kif ukoll mezzi militari; barra minn hekk, jikkunsidra li għandu jkun magħmul użu strateġiku tal-istrumenti ta’ “ftit poter” fil-viċinat tal-UE;

20.

Jinnota li l-arranġamenti “Berlin plus”, li jippermettu li l-UE tirrikorri għall-mezzi u l-kapaċitajiet tan-NATO, jeħtieġu li jittejbu sabiex iż-żewġ organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jintervjenu u jagħtu għajnuna effettiva fil-kriżijiet attwali li jeħtieġu azzjoni ċivili-militari b'ħidmiet simultanji; għaldaqstant, iqis meħtieġ li tiġi żviluppata aktar ir-relazzjoni bejn in-NATO u l-UE, billi jinħolqu strutturi ta’ koperazzjoni permanenti ta' koperazzjoni, filwaqt li tiġi rrispettata n-natura indipendenti u awtonoma taż-żewġ organizzazzjonijiet u bla ma tkunx eskluża l-parteċipazzjoni tal-membri kollha tan-NATO u tal-Istati Membri kollha tal-UE li jixtiequ jkunu involuti;

21.

Jitlob lit-Turkija biex tieqaf tostakola din il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO;

22.

Jitlob lill-UE, fil-proċess ta’ żvilupp ta’ White Book dwar is-sigurtà u difiża Ewropea, biex tevalwa wkoll l-koerenza tal-operazzjonijiet esterni tal-Ewropa, speċjalment rigward kooperazzjoni ma’ sieħba internazzjonali oħra f’żoni ta’ kriżi;

Il-Koperazzjoni bejn in-NATO u l-UE fi kwistjonijiet ta' sigurtà u ta' difiża

23.

Jilqa' b'sodisfazzjon kbir l-inizjattiva Franċiża għal ritorn formali għall-istrutturi militari tan-NATO, u l-isforzi tal-Presidenza Franċiża fi ħdan il-Kunsill tal-UE sabiex in-NATO u l-UE jitqarrbu lejn xulxin bħala reazzjoni għall-isfidi l-ġodda għas-sigurtà; jilqa' l-isforzi tal-Presidenza Franċiża bil-għan li jiġu adottati inizjattivi konkreti għall-ġbir flimkien ta' kapaċitajiet ta' difiża Ewropej; jilqa' wkoll l-approċċ pożittiv ġdid tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-konsolidazzjoni tal-kapaċitajiet ta' difiża tal-UE;

24.

Iħeġġeġ lill-istati membri taż-żewġ organizzazzjonijiet sabiex ikunu aktar flessibbli, aktar iffukati fuq l-ilħuq ta' objettivi, u prammatiċi fl-implimentazzjoni tas-sħubija bejn l-UE u n-NATO; għaldaqstant, jappoġġja l-proposta tal-Gvern Franċiż għall-istabbilimnet ta’ kuntatti sistematiċi bejn is-segretarji ġenerali tan-NATO u tal-Kunsill tal-UE, b’mod partikolari sabiex tkun evitata l-konfużjoni fejn huma joperaw id f'id f'missjonijiet differenti u bil-għan li jintlaħaq objettiv komuni u fl-istess nħawi, bħal fil-Kosovo u fl-Afghanistan;

25.

Jenfasizza li l-UE hija sieħeb kruċjali tan-NATO, minħabba l-kombinazzjoni speċifiċi tagħha ta’ strumenti disponibbli: operazzjonijiet ċivili, sanzjonijiet, għajnuna umanitarja, politiki ta’ żvilupp u kummerċ, u djalogu politiku; għaldaqstant jitlob lill-UE u lin-NATO biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom lejn l-istabbiliment ta’ qafas għal kooperazzjoni integrata, b’antiċipazzjoni tar-ratifika tat-Trattat ta’ Liżbona;

26.

Jirrikonoxxi l-importanza vitali ta’ titjib tal-ġbir ta’ intelliġenza fost l-alleati tan-NATO u l-imsieħba tal-UE;

27.

Jinnota li ċ-ċittadini tal-UE jappoġġjaw missjonijiet bl-objettiv li tittaffa t-tbatija umana f'żoni ta' kunflitt; jinnota li ċ-ċittadini mhumiex infurmati biżżejjed dwar il-missjonijiet tal-UE u tan-NATO u dwar l-għan tagħhom; għaldaqstant jistieden lill-UE u lin-NATO sabiex jinformaw aħjar liċ-ċittadini dwar il-missjonijiet tagħhom u dwar ir-rwol ta’ dawn il-missjonijiet fil-ħolqien ta’ sigurtà u stabbiltà madwar id-dinja;

28.

Jinnota li, sabiex jikkonsolidaw il-kooperazzjoni tagħhom, kemm in-NATO kif ukoll l-Unjoni Ewropea għandhom jikkonċentraw fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet bażiċi tagħhom, it-titjib tal-interoperabbiltà u l-koordinazzjoni tad-dottrini tagħhom, metodi ta’ ppjanar, teknoloġiji, tagħmir u taħriġ;

Il-Kwartier Operazzjonali tal-UE

29.

Jappoġġja t-twaqqif ta' Kwartier Operazzjonali tal-UE permanenti, taħt l-awtorità tal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli, li jkollu l-ippjanar u t-tmexxija tal-operazzjonijiet militari tal-PESD bħala parti mill-mandat tiegħu;

30.

Jenfasizza li l-esperjenza tal-operazzjonijiet tal-UE turi li abilità ta' ppjanar permanenti u ta' kmand għall-operazzjonijiet tal-UE żżid l-effettività u l-kredibilità tal-operazzjonijiet tal-UE;; ifakkar li, minħabba l-fokus ċivili-militari tal-UE, din l-istruttura ma tkun qed tiddupplika ebda ħaġa li teżisti xi mkien ieħor; ifakkar ukoll li l-Kwartier tan-NATO huwa maħsub primarjament għall-ippjanar militari filwaqt li l-UE għandha kompetenza speċjalizzata fl-ippjanar u fit-twettiq ta' operazzjonijiet ċivili, militari u ċivili-militari, li fil-mument l-ebda attur dinji m'hu kapaċi jwettaq b'suċċess;

31.

Jenfasizza li Kwartier Operazzjonali tal-UE għandujikkumplimenta l-istrutturi attwali ta' kmand tan-NATO u ma jdgħajjifx l-integrità transatlantika tan-NATO;

32.

Jipproponi li, bi qbil man-NATO, kull Stat Membru tal-UE li huwa membru tan-NATO għandu jindika dawk il-forzi li jistgħu jkunu implimentati biss għal operazzjonijiet tal-UE, sabiex jipprevjenu li din l-implimentazzjoni tkun bblokkata mill-membri tan-NATO li mhumiex Stati Membri tal-UE; jikkunsidra li dupplikazzjoni fl-użu ta’ dawn il-forzi għandha tkun evitata;

Kapaċitajiet u nfiq militari

33.

Huwa tal-fehma li l-isfida komuni għall-UE u għan-NATO hija li jagħmlu użu mill-istess ġabra ta' riżorsi nazzjonali f'termini ta' persunal u kapaċitajiet; jistieden lill-UE u lin-NATO sabiex jiżguraw li dawn ir-riżorsi limitati jintefqu fuq il-kapaċitajiet li huma l-aktar xierqa biex jiffaċċjaw l-isfidi diffiċli tal-lum, li jevitaw id-duplikazzjoni tal-ħidma u li jippromwovu l-koerenza; huwa tal-fehma li t-trasport strateġiku bl-ajru, li huwa eżempju partikulari ta' kwalità operazzjonali li hija relattivament skarsa u ta' prezz għoli, għandu jirrappreżenta opportunità ta' koperazzjoni bejn stati membri tal-UE u tan-NATO; jitlob lill-Istati Membri tal-UE biex jiġbru, jaqsmu u jiżviluppaw konġuntament kapaċitajiet militari sabiex jevitaw ħela, joħolqu ekonomiji ta’ skala u jsaħħu l-bażi tekonoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea;

34.

Huwa tal-fehma li, flimkien mal-ħtieġa għall-użu ħafna aktar effiċjenti tar-riżorsi militari, koordinazzjoni aħjar u iktar effiċjenti tal-investimenti fid-difiża, fl-interess tas-sinerġija, min-naħa tal-Istati Membri tal-UE hija essenzjali fl-interessi tas-sigurtà Ewropea; jitlob żieda sinifikanti fil-proporzjon tal-ispejjeż komuni f’kull operazzjoni militari tan–NATO u tal-UE; jinnota d-differenza sinifikanti fl-iskala kif ukoll effettività bejn in-nefqa ta’ difiża tal-membri Ewropej tan-NATO, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra; jistieden lill-UE sabiex timpenja ruħha għal qsim globali tal-piż li jkun aktar ġust; jitlob ukoll lill-Istati Uniti tal-Amerka biex juru volontà ikbar biex jikkonsultaw lill-alleati Ewropej tagħhom dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw il-paċi u s-sigurtà;

35.

Jirrikonoxxi l-kontribuzzjoni potenzjali importanti tal-Aġenzija tad-Difiża Ewropea, imsaħħa mit-Trattat ta’ Liżbona, lejn akkwist ekonomikament effikaċi u interoperabbiltà miżjuda tal-armamenti;

Il-kompatibilità bejn in-NATO u l-Isħubija tal-UE

36.

Jinsisti li l-Istati Membri kollha tal-UE għandhom ikunu preżenti fil-laqgħat konġunti bejn l-UE u n-NATO mingħajr diskriminazzjoni; jenfasizza li l-għaqda ta' valuri u arranġamenti ta' sigurtà hija fattur kruċjali li jiggarantixxi l-paċi, l-istabilità u l-prosperità Ewropea;

37.

Jipproponi li dawk l-alleati tan-NATO li huma kandidati għas-sħubija mal-UE għandhom ikunu iktar involuti mill-viċin fix-xogħol tal-PESD u tal-Aġenzija tad-Difiża Ewropea;

38.

Jinnota li huwa essenzjali li l-problema tal-kompatibilità bejn in-non-sħubija mal-UE u s-sħubija man-NATO, kif ukoll tan-non-sħubija man-NATO u s-sħubija mal-UE, tkun indirizzata sabiex ma ssirx ħsara għall-mod kif taħdem il-koperazzjoni bejn l-UE u n-NATO;

39.

Jiddeplora,b’mod partikolari, l-fatt li t-tilwim bejn it-Torok u ċ-Ċiprijotti għadu jostakola ħafna l-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, peress li min-naħa l-waħda, it-Turkija qed tirrifjuta li tippermetti li Ċipru jipparteċipa fil-missjonijiet tal-PESD li jinvolvu l-intelliġenza u r-riżorsi tan-NATO u li, min-naħa l-oħra, Ċipru jirrifjuta li jippermetti lit-Turkija li tinvolvi ruħha fl-iżvilupp ġenerali tal-PESD sal-estent proporzjonat mal-piż militari u l-importanza strateġika tat-Turkija fir-rigward tal-Ewropa u l-Alleanza Atlantika;

40.

Jinkoraġixxi lil Ċipru, bħala Stat Membru tal-UE, biex tirrevedi l-pożizzjoni politika tagħha dwar l-isħubija tagħha fl-Isħubija għall-Paċi, u jitlob lill-istati membri tan-NATO biex joqogħdu lura milli jużaw il-veto biex ma jħallux li Stati Membri tal-UE jsiru membri tan-NATO;

41.

Jilqa' l-fatt li, fis-Samit tan-NATO f'Bukarest, l-Alleati għarfu l-kontribuzzjoni magħmula minn Ewropa aktar b'saħħitha u aktar kapaċi, u li l-Alleanza għada miftuħa għal tkabbir futur; jinnota li għall-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat tal-Lvant, kif ukoll bil-għan li jiżviluppaw demokratiku u l-iżvilupp tal-istat tad-dritt tagħhom, il-politika ta’ perspettiva Ewropea u għalhekk tal-proġett ta’ Sħubija tal-Lvant hija ta' importanza kbira ħafna;

42.

Huwa tal-opinjoni li, rigward it-tkabbir futur tan-NATO, kull każ għandu jkun aġġudikat skond il-merti tiegħu; madankollu, għall-iskopijiet tal-interessi tas-sigurtà Ewropea, jopponi għat-tkabbir tal-organizzazzjoni biex tinkludi kwalunkwe pajjiż li fih l-isħubija m’għandhiex l-appoġġ tal-popolazzjoni jew fejn hemm argumenti territorjali serji li ma kinux riżolti mal-ġirien tiegħu;

43.

Jinnota li, għal ħafna mill-ġirien tal-UE, l-isħubija kemm tan-NATO kif ukoll tal-UE huma għanijiet realistiċi u kumpatibbli, anke jekk għal terminu fit-tul biss;

44.

Iqis li l-UE u n-NATO għandhom iżommu djalogu realistiku u ħieles mar-Russja, inkluż dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, is-sigurtà reġjonali, l-enerġija, id-difiża bil-missili, in-nonproliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa, il-limitazzjoni tal-politika dwar il-forzi armati u l-ispazju; huwa tal-fehma li, jekk u meta r-Russja ssir demokratika b’mod ġenwin u tiċħad theddid militari bħala mezz ta' pressjoni politika mal-ġirien tagħha, il-profondità tal-koperazzjoni bejnha u l-istrutturi kollha Ewropej, Ewro-Atlantiċi u globali tilħaq livelli bla precedenti, inkluż il-prospett tas-sħubija tar-Russja fl-istrutturi Ewro-Atlantiċi;

45.

Jinsab ħerqan rigward l-opportunitajiet mogħtija mis-Samit għall-għeluq tas-60 sena tan-NATO fi Strasburg u f'Kehl għat-tixtil tal-Alleanza u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħha mal-Unjoni Ewropea;

*

* *

46.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti tal-Istati Membri tal-UE tal-Pajjiżi tan-NATO, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO u lis-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tan-NATO u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 580.

(2)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 334.

(3)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 670.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2008)0255.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2008)0256.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/76


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Il-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran

P6_TA(2009)0077

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (2008/2231(INI))

2010/C 76 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ Barċellona adottata waqt il-Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li saret f’Barċellona nhar is-27 u t-28 ta’ Novembru 1995 li tistabbilixxi Sħubija Ewro-Mediterranja,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2008 bl-isem ta’ “Il-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran” (COM(2008)0319),

wara li kkunsidra l-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tat-13 u l-14 ta’ Marzu 2008 tal-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-Samit ta’ Pariġi għall-Mediterran, li sarfit-13 ta’ Lulju 2008,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali adottata wara l-laqgħa tal-ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni għall-Mediterran li saret f’Marsilja fit-3 u l-4 ta’ Novembru 2008,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin Ewro-Mediterranji, li saret f’Liżbona fil-5 u s-6 ta’ Novembru 2007,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-Samit Ewro-Mediterranju li sar f’Barċellona fis-27 u t-28 ta’ Novembru 2005 għaċ-ċelebrazzjoni tal-għaxar anniversarju tas-Sħubija Ewro-Mediterranja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Bureau tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (EMPA) tat-12 ta’ Lulju 2008, id-Dikjarazzjoni tal-EMPA dwar il-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani tat-13 ta’ Ottubru 2008 u r-Rakkomandazzjoni tal-EMPA lill-Ewwel Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran tat-13 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Samit Ewro-Mediterranju tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali li sar f’Rabat fis-16 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali tal-Presidenza tal-EMPA, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-EMPA matul ir-raba’ sessjoni plenarja tagħha f’Ateni, fis-27 u t-28 ta’ Marzu 2008,

wara li kkunsidra l-ewwel laqgħa tal-EuroMedScola, li fi Strasburgu fis-16 u s-17 ta’ Novembru 2008, laqqgħet iċ-ċittadini żgħażagħ tal-Istati Msieħba u tal-Pajjiżi tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-politika Mediterranja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikulari dik tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (1),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2003 dwar l-għoti ta’ spinta ġdida lill-azzjonijiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni, b’koperazzjoni mal-imsieħba Mediterranji - Linji gwida strateġiċi (COM(2003)0294),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2006 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (COM(2006)0726),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2),

wara li kkunsidra l-prijoritajiet tiegħu għall-Presidenza tal-EMPA (Marzu 2008 - Marzu 2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6–0502/2008);

A.

billi l-Mediterran għandu rwol ċentrali u l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi msieħba għandhom għadd dejjem jiżdied ta’ interessi komuni fil-konfront tal-isfidi tal-globalizzazzjoni u tal-koeżistenza paċifika u, b’konsegwenza ta’ dan, tal-ħtieġa biex tiġi żgurata koeżjoni reġjonali akbar u żvilupp ta’ strateġija politika komuni fir-reġjun,

B.

billi l-UE hija u għandha tibqa’ determinata li tilħaq l-objettivi tal-Millennju għall-iżvilupp ifformulati min-Nazzjonijiet Uniti,

C.

billi jitqiesu d-differenzi ekonomiċi, politiċi u kulturali dejjem ikbar bejn iż-żewġ naħat tal-Mediterran, it-Tramuntana u n-Nofsinhar, u l-bżonn li tinsab soluzzjoni għal dawn id-differenzi sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit spazju komuni ta’ paċi, ta’ sigurtà u ta’ prosperità,

D.

billi hemm il-bżonn li r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Mediterranji msieħba jiġġeddu u jiġu approfonditi b’mod konsiderevoli, tiġdid li jibda mill-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-imsieħba kollha u mill-valurizzazzjoni tal-ħidma li ġa saret, imma waqt li jitqiesu wkoll il-limiti u n-nuqqasijiet tal-politiki implimentati s’issa u, speċifikament, tal-bilanċ ta’ diżappunt tal-proċess ta’ Barċellona,

E.

billi l-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP)li tmexxiet mal-pajjiżi Mediterranji għandha l-limiti tagħha, peress li, billi ġew privileġġati r-relazzjonijiet bilaterali, irriżultat bħala żbilanċjata u mhux kapaċi tikkontribwixxi għal proċess komuni ta’ riformi sinifikanti fir-reġjun,

F.

billi jitqies il-bżonn li jiġu stabbiliti relazzjonijiet ibbażati fuq sħubija mill-qrib kif ukoll fuq l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt bejn l-UE u l-pajjiżi Mediterranji fil-Mediterran kollu kemm hu,

G.

billi mit-tnedija tal-proċess ta’ Barċellona, ċerti pajjiżi msieħba ma rreġistraw l-ebda progress sostanzjali f’dak li jikkonċerna s-sħubija u l-lealtà għal ċerti valuri komuni u għal xi wħud mill-prinċipji komuni fformulati fid-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona tal-1995, li huma firmatarji tagħha, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mad-demokrazija, mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istat tad-dritt,

H.

billi hemm il-bżonn li tiġi promossa l-integrazzjoni territorjali u ekonomika bejn il-pajjiżi tal-baċir Mediterran; billi integrazzjoni territorjali u ekonomika reali hija biss possibbli jekk iseħħ progress konkret fis-sejba ta’ soluzzjoni għall-kunflitti li għadhom għaddejjin bħalissa u fil-qasam tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem,

I.

billi rabtiet iktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Mediterran żiedu b’mod sinifikanti t-traffiku bejn dawn il-pajjiżi, mingħajr ma dan kien akkumpanjat minn titjib neċessarju u modernizzazzjoni tal-infrastruttura korrispondenti,

J.

billi l-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern, fid-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit ta’ Pariġi għall-Mediterran datata t-13 ta’ Lulju 2008, irrikonoxxew li l-EMPA se tkun l-espressjoni parlamentari leġittima tal-proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, filwaqt li ddikjaraw l-appoġġ qawwi tagħom għat-tisħiħ tal-irwol tal-EMPA fir-rabtiet tiegħu mal-isħab Mediterranji,

K.

billi jenfasizza li n-natura intergovernattiva mhijiex biżżejjed biex tiġi indirizzata l-ġabra ta’ relazzjonijiet politiċi bejn il-pajjiżi tar-reġjun Ewro-Mediterranju,

L.

billi jenfasizza l-irwol importanti tal-EMPA, li hija l-unika assemblea parlamentari li tippermetti li jsir djalogu u koperazzjoni fiz-zona Ewro-Mediterranja, peress li tgħaqqad fiha s-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-partijiet kollha assoċjati mal-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani,

M.

billi titqies l-importanza li tiġi garantita l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proġetti u fl-inizjattivi definiti fil-proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, u li jitqiesu l-proposti reċenti mressqa minn dawn l-entitajiet,

N.

billi hu importanti li tiġi garantita l-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili fir-rivitalizzazzjoni tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji,

O.

billi jfakkar li hu indispensabbli li ma jiġux dupplikati u ma jirkbux fuq xulxin l-istrumenti, il-politiki u l-livelli istituzzjonali diġà eżistenti u li tiġi garantita l-koerenza tas-sistema kollha kemm hi tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji,

P.

billi jitqies il-bżonn li jissolvew malajr u b’mod paċifiku l-kunflitti kollha li jinvolvu l-pajjiżi Mediterranji, u billi titqies l-importanza li jinżamm djalogu interkulturali f’dan ir-rigward,

Q.

billi r-rekrudexxenza reċenti tal-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani taffettwa d-djalogu politiku tas-Sħubija Ewro-Mediterranja u tista’ tipperikola t-twettiq ta’ bosta objettivi previsti mill-istituzzjoni l-ġdida,

R.

billi n-nuqqas persistenti ta’ soluzzjoni għat-tensjonijiet politiċi serji fis-Saħara tal-Punent ma jikkontribwixxix għat-tnedija mill-ġdid tas-sħubija Ewro-Mediterranja,

1.

Jemmen li l-proposta li l-proposta tal-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, adottata mill-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern waqt is-Samit għall-Mediterran li sar f’Pariġi fit-13 ta’ Lulju 2008, hija kontribuzzjoni għall-paċi u l-prosperità u għandha tikkostitwixxi pass ‘il quddiem lejn l-integrazzjoni ekonomika u territorjali u lejn il-koperazzjoni dwar il-kwistjonijiet ekoloġiċi u ambjentali bejn il-pajjiżi Mediterranji jekk hija kapaċi twettaq il-wegħdiet u tagħti riżultati konkreti u viżibbli; jenfasizza li l-ftuħ tal-proċess għal pajjiżi mhux assoċjati mas-sħubija jżid il-probabilità li tiġi stabbilita l-ugwaljanza fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-imsieħba Mediterranji u li jissolvew il-problemi tar-reġjun b’mod komprensiv;

2.

Itenni l-pożizzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2009 dwar is-sitwazzjoni f’Gaża (3) u jesprimi t-tħassib tiegħu rigward ir-rekrudexxenza tal-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani li diġà affettwat id-djalogu politiku bejn l-imsieħba fis-sħubija Ewro-Mediterranja; iqis li huwa importanti li jkun evitat aktar dewmien f’din il-fażi inizjali tal-Unjoni għall-Mediterran u jittama li l-koperazzjoni terġa’ tirranka malajr kemm jista’ jkun, u tagħti l-kontribut tagħha għall-għan komuni tal-paċi fil-Lvant Nofsani; jenfasizza li, wara li kkunsidra l-prinċipji li sar qbil dwarhom fis-Samit ta’ Pariġi msemmi hawn fuq tat-13 ta’ Lulju 2008 u fil-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin imsemmija hawn fuq f’Marsilja tat-3 u l-4 ta’ Novembru 2008, l-istituzzjonijiet il-ġodda tal-Unjoni għall-Mediterran għandhom jikkonċentraw fuq dimensjoni ċara orjentata lejn il-proġetti, li tikkostitwixxi l-valur miżjud prinċipali tagħha;

3.

Jinnota li l-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin fit-3 u l-4 ta’ Novembru 2008 f’Marsilja pproponiet li l-“Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran” minn hawn ‘il quddiem jissejjaħ “Unjoni għall-Mediterran”; iqis li dan l-isem jippermetti li tiġi valorizzata n-natura paritarja tas-sħubija bil-għan li jitwettqu l-proġetti ta’ integrazzjoni ekonomika u territorjali; iqis madankollu li huwa neċessarju li l-valur strateġiku tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji u x-xogħol imwettaq mill-Proċess ta’ Barċellona, u partikolarment l-involviment tas-soċjetà ċivili, għandhom ikunu affermati mill-ġdid permezz ta’ politiki li l-UE qed tiżviluppa diġà flimkien mal-imsieħba Mediterranji tagħha, permezz ta’ programmi reġjonali u subreġjonali u linji gwida komuni li jispiraw il-koperazzjoni bilaterali;

4.

Jitlob f’dan ir-rigward lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw il-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni, partikolarment fir-rigward tal-iżviluppi istituzzjonali possibbli (b’mod partikolari l-irwol ta’ rappreżentant għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-politika ta’ sigurtà bħala viċi-President tal-Kummissjoni) u l-użu tal-baġit Komunitarju;

5.

Jilqa’ l-fatt li l-ħolqien tal-Unjoni għall-Mediterran ġiet appoġġata fil-kuntest tal-istituzzjonijiet tal-UE;

6.

Japprova d-deċiżjoni biex jiġi privileġġjat qafas multilaterali permezz tad-definizzjoni ta’ xi proġetti kbar biex jitwettqu permezz tal-istrumenti l-ġodda tal-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran; jieħu nota, madankollu, tan-nuqqas ta’ strateġiji ta’ integrazzjoni ekonomika u territorjali fil-baċir Mediterran bħala sostenn għal dawn il-proġetti;

7.

Hu tal-fehma li, għat-twettiq tal-proġetti, għandha tiġi adottata l-formula ta’ “patti ta’ programmi”, li, b’punt ta’ tluq mill-prinċipju ta’ sussidjarjetà, jiddefinixxu b’mod ċar ir-responsabilitajiet finanzjarji, maniġerjali u ta’ kontroll tal-livelli istituzzjonali varji: Unjoni Ewropea, Stati Membri, reġjuni, intrapriżi, imsieħba soċjali;

8.

Jenfasizza li l-proġetti ffinanzjati fil-kuntest tal-Unjoni għall-Mediterran għandhom jirċievu l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità, tal-pajjiżi msieħba u tas-settur privat; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippreċiżaw u jsaħħu l-irwol u l-inizjattivi tal-Faċilità Ewro-Mediterranja tal-Investiment u s-Sħubija, li permezz tal-programm ta’ investiment tagħha, tiffaċilita l-ftuħ ekonomiku u l-modernizzazzjoni tal-pajjiżi Mediterranji; itenni li hu favur il-ħolqien ta’ Bank Ewro-Mediterranju ta’ Investiment u l-koordinazzjoni mal-investituri internazzjonali; jenfasizza l-importanza tat-trasferiment tal-flus imfaddla tal-emigranti tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom u jqis li dan huwa lieva eċċellenti ta’ żvilupp li s’issa għadha ma ntużatx biżżejjed;

9.

Iqis li, sakemm jerġgħu jiġu eżaminati l-prospettivi finanzjarji, il-kwota ta’ finanzjament tal-Unjoni Ewropea għall-proġetti Mediterranji għandha tiġi żgurata iżda mhux għad-detriment tal-programmi reġjonali Ewro-Mediterranji li attwalment għaddejjin jew li huma previsti u li t-tisħiħ tagħha ntalab għal diversi drabi mill-Parlament; jenfasizza, f’dan il-kuntest, is-setgħa tal-Parlament Ewropew fil-proċedura baġitarja tal-Unjoni Ewropea; jixtieq li l-Parlament jiġi infurmat regolarment dwar il-progress tal-proġetti;

10.

Iqis li s-Segretarjat se jkun jista’ jesprimi potenzjal importanti għat-tnehid mill-ġdid tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji permezz tal-kapaċità operattiva tiegħu u l-valur politiku tal-għamla tiegħu; jitlob li jingħata bidu b’mod urġenti għall-ħidma tas-Segretarjat, sabiex tingħata prova li t-tensjonijiet attwali jistgħu jingħelbu permezz tal-promozzjoni ta’ proġetti reali u konkreti ta’ koperazzjoni reċiproka; jilqa’ l-fatt li ntlaħaq qbil unanimu dwar is-sede tas-segretarjat; ifakkar li l-belt ta’ Barċellona tirrappreżenta l-post fejn inbdiet is-sħubija Ewro-Mediterranja;

11.

Jaqbel illi, mill-perspettiva tal-Unjoni Ewropea, il-kopresidenza tkun kumpatibbli mar-rappreżentanza esterna tal-UE, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat fis-seħħ; jittama, f’dan ir-rigward, waqt li jassumi li t-Trattat ta’ Liżbona se jidħol fis-seħħ, li l-Unjoni Ewropea se tiżgura konsistenza u kontinwità fir-rappreżentanza tagħha fl-istituzzjonijiet il-ġodda tal-Unjoni għall-Mediterran;

12.

Jilqa’ d-Deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali tat-3 ta’ Novembru 2008, li kkunsidrat ir-Rakkomandazzjoni tal-EMPA adottata fil-Ġordan fit-13 ta’ Ottubru 2008; jappoġġja d-deċiżjoni li l-Unjoni għall-Mediterran tingħata dimensjoni parlamentari qawwija, li ssaħħaħ il-leġittimità demokratika tagħha, bl-appoġġ tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (APEM), li għad trid tissaħħaħ, u li x-xogħol tagħha jeħtieġ li jiġi koordinat aħjar ma’ istituzzjonijiet oħra tas-sħubija, billi titqies il-possibilità li tingħatalha personalità ġuridika, id-dritt ta’ proposta u ta’ evalwazzjoni tal-istrateġiji ta’ integrazzjoni ekonomika u territorjali, u tal-proġetti u l-possibilità li jitressqu rakkomandazzjonijiet għal-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin; jippretendi li dan ir-rikonoxximent istituzzjonali tal-EMPA jwassal ukoll għall-parteċipazzjoni tagħha bħala osservatur fil-laqgħat kollha tal-eżekuttiv, fil-laqgħat tal-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern, fil-laqgħat tal-Ministri kif ukoll fil-laqgħat preparatorji tal-uffiċjali għoljin;

13.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni għall-Mediterran li jinkludu l-Lega tal-Istati Għarab bħala parteċipant fil-laqgħat kollha f’kull livell, billi titqies il-kontribuzzjoni pożittiva tagħha għall-objettivi tal-paċi, tal-prosperità u tal-istabilità fir-reġjun Mediterranju;

14.

Jenfasizza l-bżonn li jiġu inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-qafas istituzzjonali l-ġdid; jilqa’ l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni u l-proposta li tinħoloq assemblea reġjonali u lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM);

15.

Iqis li, b’mod parallel mat-tisħiħ tad-dimensjoni parlamentari, hija meħtieġa implimentazzjoni ta’ proċess simili biex jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-istruttura istituzzjonali adegwata tal-Unjoni għall-Mediterran, partikolarment permezz ta’ mekkaniżmi li jiżguraw il-konsultazzjoni tas-soċjeta’ ċivili dwar l-għażla, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-proġetti; jistieden f’dan il-kuntest lill-EMPA biex tinvolvi iktar lis-soċjetajiet ċivili tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Mediterran fix-xogħol tagħha; jitlob li jiġi valorizzat l-irwol tal-imsieħba soċjali fil-perspettiva tat-twaqqif ta’ Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewro-Mediterranju;

16.

Jinnota li ċerti pajjiżi li jipparteċipaw fil-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran ma kinux jagħmlu parti mis-sħubija Ewro-Mediterranja; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati kollha li jipparteċipaw fl-Unjoni għall-Mediterran, biex iwaqqfu qafas koerenti ta’ relazzjonijiet ibbażat fuq l-integrazzjoni ekonomika u territorjali bejn l-UE u l-pajjiżi kollha tal-baċir Mediterranju; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiggarantixxu l-possibilità li l-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni għall-Mediterran ikun jista’ jkollhom aċċess għall-programmi reġjonali diġà previsti mis-sħubija Ewro-Mediterranja;

17.

jenfasizza li l-parteċipazzjoni fl-Unjoni għall-Mediterran ma tissostitwixxix it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u ma tagħmilx ħsara lill-perspettivi ta’ sħubija ta’ kwalunkwe stat kandidat, ta’ issa jew tal-ġejjieni; iqis li l-Unjoni għall-Mediterran mhijiex se xxekkel inizjattivi oħra ta’ koperazzjoni reġjonali;

18.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-politika Ewro-Mediterranja kollha tiġi riveduta fil-fond, waqt li tissaħħilha d-dimensjoni politika u l-kożvilupp, u jfakkar li, f’kull każ, l-inizjattiva “Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran” ma ddgħajjifx il-prospettiva ta’ din il-politika, prospettiva li hi aktar wiesgħa;

19.

Huwa tal-fehma li l-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran għandu jsaħħaħ il-forom eżistenti ta’ koperazzjoni fil-kuntest tal-Euromed sabiex il-pajjiżi kollha msieħba jkollhom il-possibilità li jipparteċipaw fil-programmi reġjonali u fil-politiki korrispondenti tal-UE fuq il-bażi tal-prijoritajiet u tal-objettivi ffissati bi qbil komuni; ifakkar li huwa importanti li tissaħħaħ l-estensjoni tal-programmi Komunitarji għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msieħba, partikolarment fl-oqsma tal-edukazzjoni, tar-riċerka, tat-taħriġ pofessjonali (skambju ta’ studenti, eċċ);

20.

Iqis li l-problemi tal-paċi u s-sigurtà, tad-drittijiet tal-bniedem u demokrazija, u anke tal-koperazzjoni kulturali, għandhom jiġu affrontati mill-perspettiva Ewro-Mediterranja; itenni li l-Unjoni għall-Mediterran għandha l-iskop li jiġu affrontati l-problemi ta’ territorji, infrastrutturi u ambjent, permezz ta’ pjanijiet strateġiċi u proġetti speċifiċi; jixtieq li din id-dimensjoni konkreta tkun tista’ tikkontribwixxi biex tissaħħaħ is-sħubija Ewro-Mediterranja;

21.

Ifakkar fl-ewwel inizjattivi proposti waqt is-samit ta’ Pariġi dwar il-Mediterran nhar it-13 ta’ Lulju 2008: it-tneħħija tat-tniġġis mill-Mediterran, ir-rotot tal-baħar u r-rotot tal-art, il-protezzjoni ċivili, il-pjan tal-Mediterran dwar l-enerġija solari, l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, l-inizjattiva tal-Mediterran għall-iżvilupp tal-intrapriżi;

22.

Ifakkar li biex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-Proċess ta’ Barċellona, huwa neċessarju li l-oqsma tal-koperazzjoni jitwessgħu għall-ġestjoni tal-ilma, għall-agrikoltura, għas-sikurezza tal-provvista tal-ikel, għall-enerġija, għat-taħriġ professjonali, il-kultura, is-saħħa, it-turiżmu, eċċ.;

23.

Jappoġġja bis-saħħa d-dimensjoni ambjentali tal-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran u l-inizjattivi u l-proġetti marbuta miegħu, bħall-inizjattiva l-ġdida Mediterranja għat-tindif tal-Mediterran u l-proġett Mediterran għall-enerġija solari;

24.

Iqis li l-integrazzjoni tal-pajjiżi Mediterranji kollha fil-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran toffri l-possibilità li jiġu ffaċċjati l-problemi tar-reġjun b’mod iktar globali kif ukoll li, b’mod effikaċi, jiġi artikulat u kkoordinat il-proċess ma’ programmi li diġà qed jitwettqu, bħall-pjan ta’ azzjoni għall-Mediterran tal-UNEP (Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent);

25.

Jilqa’ l-proposta li tinsab fid-dikjarazzjoni finali tal-Presidenza tar-Raba’ Sessjoni Plenarja tal-EMPA tas-27 u t-28 ta’ Marzu 2008, għall-ħolqien ta’ komunità Ewro-Mediterranja tal-enerġija, bl-appoġġ tal-EMPA; jirrikonoxxi li huwa importanti li tissaħħaħ il-koperazzjoni fil-qasam tal-enerġija bejn l-imsieħba Ewro-Mediterranji u li huwa neċessarju li jiġi żviluppat suq reġjonali tal-enerġija, bl-objettiv li jiġu implimentati proġetti ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ infrastruttura tal-enerġija fuq skala kbira fir-reġjun tal-Mediterran;

26.

jittama li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji se jġedded it-twaqqif ta’ spazju ta’ paċi u prosperità; jenfasizza li l-paċi u l-istabilità politika fir-reġjun Mediterranju huma elementi deċiżivi għas-sigurtà kollettiva u individwali ferm lil hinn mill-fruntieri tiegħu; jenfasizza li huwa biss permezz ta’ regolazzjoni negozjata u globali tal-kunflitti fir-reġjun li dan l-objettiv jista’ jintlaħaq; iqis li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha rwol b’saħħtu fis-sejba ta’ soluzzjoni għal dawn il-kunflitti billi tikseb il-fiduċja tal-partijiet kollha interessati; jinsisti dwar il-bżonn li tinżamm formalment koperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità organizzata u t-traffikar tal-bnedmin; jilqa’ l-appell magħmul fid-Dikjarazzjoni ta’ Marsilja lill-partijiet ikkonċernati biex isir sforz sabiex jitwettaq proċess ta’ dimilitarizzazzjoni u ta’ diżarmament gradwali tal-Lvant Nofsani, partikolarment bil-għan li tinħoloq zona mingħajr armi nukleari u armi ta’ qirda tal-mases;

27.

Iqis li t-taffija tal-problemi madwar il-Mediterran teħtieġ li tittejjeb il-komprensjoni soċjali u kulturali bejn il-popli, u li għalhekk għandhom jiġu appoġġjati inizjattivi bħall-Alleanza taċ-Ċivilizzazzjonijiet, bħala spazju ta’ djalogu privileġġjat li jikkontribwixxi għall-istabilizzazzjoni tar-reġjun; jitlob minnufih lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw strateġiji għall-iżvilupp ta’ djalogu bħal dan; iħeġġeġ it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-EMPA u l-Fundazzjoni Anna Lindh, inkluża l-organizzazzjoni ta’ laqgħat bejn in-netwerks prinċipali tal-Fundazzjoni Anna Lindh u l-Kumitat għall-Kultura tal-EMPA;

28.

Jenfasizza l-fatt li wieħed mill-objettivi ewlenin tal-politika Ewro-Mediterranja huwa li jiġi promoss l-istat tad-dritt, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-pluraliżmu politiku, u josserva li għad hemm ksur serju ħafna ta’ dawn; itenni l-importanza tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt; jixtieq li jiġu evalwati r-riżlutati miksuba s’issa u l-adegwazzjoni tal-istrumenti mwaqqfa fil-kuntest tas-sħubija; jistieden minnufih lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi kriterji ta’ eliġibilità preċiżi għal dawn l-istrumenti, inkluż fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħall-Kunsill tal-Ewropa, u biex tistabbilixxi sistema effikaċi ta’ kontroll tal-implimentazzjoni tagħhom; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-partijiet kollha interessati mill-inizjattiva biex jiffavorixxu u japprofondixxu l-osservanza tal-libertà reliġjuża ta’ kulħadd, b’mod partikolari tal-minoranzi reliġjużi rispettivi tagħhom; jipproponi t-tfassil ta’ qafas politiko-istituzzjonali komuni li jippermetti li tiġi valorizzata d-dimensjoni tar-reċiproċità, kemm fil-livell tad-determinazzjoni tal-problemi kif ukoll f’dak tat-tfittix ta’ soluzzjonijiet komuni;

29.

Jitlob, għalhekk, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex idaħħlu b’mod ċar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fl-objettivi ta’ din l-inizjattiva ġdida, biex isaħħu l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi eżistenti bħall-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem li tinsab fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni u t-twaqqif ta’ sottokumitati dwar id-drittijiet tal-bniedem u biex joħolqu mekkaniżmu għall-applikazzjoni ta’ din il-klawsola fil-ftehimiet tal-ġenerazzjoni l-ġdida u fil-pjanijiet ta’ azzjoni bilaterali tal-ENP; jenfasizza li l-għodda għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-ENP għandha tiġi sfruttata bl-aħjar mod possibbli, billi tiġi garantita koerenza politika mtejba bejn l-istituzzjonijiet Ewropej;

30.

Jistieden lill-pajjiżi kollha parteċipanti, lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet tal-ġejjieni tal-Unjoni għall-Mediterran biex iġeddu l-politiki migratorji komuni tagħhom sabiex jiġu valorizzati r-riżorsi umani u biex isaħħu l-iskambji bejn il-popolazzjonijiet tal-baċir filwaqt li jirrinunċjaw għal kwalunkwe viżjoni esklussivament siguritarja; iqis li l-kwistjonijiet dwar l-immigrazzjoni għandhom ikunu konċentrati fuq il-possibilitajiet ta’ mobilità legali, fuq il-ġlieda kontra l-flussi illegali, fuq integrazzjoni mtejba tal-popolazzjonijiet immigranti u fuq l-eżerċitar tad-dritt għall-ażil; jenfasizza l-importanza li huwa jagħti lil kollaborazzjoni mill-qrib u lill-ispirtu ta’ responsabilità reċiproka li teżisti bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Istati tan-Nofsinhar tal-Mediterran; jilqa’ l-fatt li seħħet il-Konferenza Ministerjali Euromed dwar il-migrazzjoni f’Novembru 2007 u jqis li l-Unjoni għall-Mediterran għandha tagħti attenzjoni prijoritarja lill-ġestjoni b’ordni tal-flussi migratorji;

31.

Jinnota d-dikjarazzjoni konġunta tal-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern wara s-Samit ta’ Pariġi għall-Mediterran tat-13 ta’ Lulju 2008, skont liema l-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran juri determinazzjoni li jkun privileġġat l-iżvilupp ta’ riżorsi umani u l-impjieg skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju, inkluż billi jitnaqqas il-faqar, u tħares ‘il quddiem lejn l-introduzzjoni ta’ inizjattivi, programmi u dispożizzjonijiet finanzjarji ġodda għal dak l-għan;

32.

Jikkunsidra li l-inizjattivi ekonomiċi u kummerċjali tal-Unjoni għall-Mediterran, sabiex jippermettu t-twettiq ta’ zona ta’ kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja ta’ benefiċċju reċiproku, iridu jiffavorixxu t-tkabbir ekonomiku tar-reġjun, l-aħjar integrazzjoni tiegħu fl-ekonomija dinjija u t-tnaqqis tad-diskrepanzi fl-iżvilupp bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Mediterran, filwaqt li tiġi msaħħa l-koeżjoni soċjali;

33.

Jenfasizza li hemm bżonn li jkun evalwat u kkunsidrat b’mod sistematiku l-impatt socjali tal-proċess tal-liberalizzazzjoni, b’mod speċjali f’termini ta’ sikurezza tal-ikel; jenfasizza wkoll li dan l-impatt jista’ jvarja ħafna minn settur għall-ieħor u minn pajjiż għall-ieħor;

34.

Jenfasizza l-importanza tas-settur informali u tal-ekonomija popolari fil-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran; iqis li l-iżvilupp tar-reġjun jeħtieġ l-appoġġ tal-integrazzjoni progressiva ta’ dawn l-attivitajiet fl-ekonomija formali;

35.

Jiġbed l-attenzjoni li, sa mis-sħubiji tal-2004 u l-2007, l-iskambji kummerċjali bejn l-Istati Membri l-ġodda tal-UE u l-imsieħba Mediterranji tagħhom dejjem qegħdin jiżdiedu; jitlob li din it-tendenza titqies u tiġi appoġġjata fil-qafas tas-sħubija;

36.

Jenfasizza l-bżonn li wieħed iħeġġeġ liż-żgħażagħ biex joħolqu intrapriżi zgħar, inkluż billi jiġi faċilitat l-aċċess għall-kreditu u għall-mikrokreditu; iqis mill-banda l-oħra li jeħtieġ li jissaħħaħ l-appoġġ lill-FEMIP;

37.

Jinnota l-fatt li l-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn banda, u l-istati Mediterranji mill-banda l-oħra, jipprevedu miżuri ta’ koperazzjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni u tal-ażil politiku, inkluż il-finanzjament ta’ ċentri għall-immigrati, u jitlob b’urġenza lill-Unjoni u lill-Istati Membri biex jivverifikaw jekk humiex qed jiġu rispettati bis-sħiħ, f’dawn iċ-ċentri, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

38.

Jikkunsidra li hu essenzjali li jitwettqu objettivi konkreti u tanġibbli fil-qasam soċjali; ifakkar f’dan ir-rigward li l-objettiv ta’ zona ta’ skambju ħieles ma jistax jiġi evalwat biss f’dak li għandu x’jaqsam mal-iżvilupp ekonomiku, imma fuq kollox f’termini ta’ ħolqien ta’ impjiegi; ifakkar li l-qgħad fost iż-żgħażagħ u n-nisa jikkostitwixxi l-emerġenza soċjali ewlenija fil-pajjiżi Mediterranji;

39.

Jistieden lill-pajjiżi sħab tan-Nofsinhar biex jiżviluppaw l-iskambji min-Nofsinhar għan-Nofsinhar, bħall-Ftehima Ekonomika ta’ Agadir iffirmata mill-Eġittu, mill-Ġordan, mill-Marokk u mit-Tuniżija, u jenfasizza li l-Istituzzjonijiet tal-UE għandhom jissodisfaw it-talbiet ta’ appoġġ tekniku sabiex wieħed jiffavorixxi l-integrazzjoni ekonomika min-Nofsinhar għan-Nofsinhar;

40.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi msieħba tal-Unjoni għall-Mediterran.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0257.

(2)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 443.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2009)0025.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/83


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Ir-reviżjoni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija

P6_TA(2009)0078

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar ir-reviżjoni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (2008/2236(INI))

2010/C 76 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (1) (ENPI),

wara li kkunsidra l-iżvilupp tal-Politika Ewropea għall-Viċinat (ENP) mill-2004 ‘l hawn, u b’mod partikolari r-rapporti ta’ progress tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħha;

wara li kkunsidra l-pjani ta’ azzjoni li ġew adottati b’mod konġunt mal-Armenja, l-Awtorità Palestinjana, l-Ażerbajġan, l-Eġittu, il-Ġeorġja, il-Ġordan, l-Iżrael, il-Libanu, il-Marokk, il-Moldova, it-Tuneżija u l-Ukraina;

wara li kkunsidra l-Ftehima ta’ Sħubija u Koperazzjoni li tistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1997, u t-tkomplija tan-negozjati f’-Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ Ftehima mġedda ta’ Sħubija u Koperazzjoni f’Diċembru 2008,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsilli għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni f’Settembru u f’Ottubru 2008 sabiex id-djalogu mal-awtoritajiet Belorussi jissokta u sabiex ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar għal persuni importanti jiġu sospiżi għal perjodu ta’ sitt xhur wara l-ħelsien ta’ priġunieri politiċi u t-tijib żgħir fil-mod ta’ kif saru l-elezzjonijiet parlamentari,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona adottata waqt il-Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li saret f’Barċellona fis-27 u t-28 ta’ Novembru 1995, li tistabbilixxi Sħubija Ewro-Mediterranja,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2008 bl-isem “Il-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran” (COM(2008)0319),

wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran mill-Kunsill Ewropew tal-13 u l-14 ta’ Marzu 2008,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Laqgħa Għolja ta’ Pariġi għall-Mediterran, li saret f’Pariġi fit-13 ta’ Lulju 2008,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar il-governanza, il-proġetti u d-djalogu politiku reġjonali adottata waqt il-konferenza ministerjali “Il-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran” li saret f’Marsilja fit-3 u l-4 ta’ Novembru 2008,

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2006 dwar it-Tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (COM(2006)0726), u tal-5 ta’ Diċembru 2007 (COM(2007)0774) dwar Politika Ewropea tal-Viċinat b’saħħitha,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ April 2007 bl-isem “Sinerġija tal-Baħar l-Iswed – Inizjattiva ta’ Kooperazzjoni Reġjonali Ġdida” (COM(2007)0160) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2008 (COM(2008)0391) li tirrapporta dwar l-ewwel sena tal-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008 bl-isem “Is-Sħubija tal-Lvant” (COM(2008)0823),

wara li kkunsidra l-ittra tas-26 ta’ April 2006 mill-Kummissarju Benita Ferrero Waldner lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-ENP u l-istrateġija tat-tkabbir tal-UE,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-pajjiżi u r-reġjuni ġirien tal-UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0037/2009),

A.

billi r-riforma tal-istrumenti finanzjarji tal-2006 u l-ftehima dwar il-qafas il-ġdid għall-għajnuna esterna kienu jinkludu impenn mill-Kummissjoni li twettaq reviżjoni ta’ nofs il-perjodu tal-implimentazzjoni tar-Regolament ENPI qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2009 u taw lill-Parlament aktar setgħat ta’ skrutinju fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja,

B.

billi fl-2006 l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin waqqaf gruppi ta’ ħidma fir-rigward tal-ENPI tan-Nofsinhar u l-ENPI tal-Lvant, sabiex isir djalogu strutturat mal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ implimentazzjoni, li jistipulaw il-qafas tal-politika għall-għoti ta’ għajnuna skont l-ENPI,

C.

billi mill-bidu tal-prospett finanzjarju attwali fl-2007 l-għan tal-ENPI kien li jappoġġja l-implimetazzjoni tal-ENP u b’mod partikolari l-pjani ta’ azzjoni tal-ENP, kif ukoll is-sħubija strateġika mal-Federazzjoni Russa permezz tal-appoġġ tagħha għall-implimentazzjoni tal-pjani direzzjonali għall-erba’ Spazji Komuni,

D.

billi l-objettiv ewlieni tal-ENP huwa li jiġi stabbilit ambjent ta’ ħbiberija fl-inħawi l-aktar qrib l-Unjoni Ewropea; billi l-pajjiżi ġirien huma naturalment maqsuma f’żewġ kategoriji: tan-Nofsinhar u tal-Lvant, b’għanijiet u approċċi differenti għall-Unjoni Ewropea; billi eżempju ta’ din id-diviżjoni huwa ż-żewġ inizjattivi proposti dan l-aħħar, jiġifieri l-Unjoni għall-Mediterran u s-Sħubija tal-Lvant,

E.

billi l-ENPI kien maħsub ukoll biex jiffinanzja programmi transkonfinali u li jinkludu aktar minn pajjiż wieħed fiz-zona tal-ENPI, bil-għan li jiġu appoġġjati inter alia inizjattivi bħas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed, l-Unjoni għall-Mediterran u s-Sħubija tal-Lvant,

F.

billi l-ENP tibqa’ waħda mill-prijoritajiet prinċipali tal-politika barranija tal-Unjoni Ewropea u toffri lill-Istati kollha kkonċernati l-possibilità ta’ integrazzjoni iktar mill-qrib mal-UE,

G.

billi l-ENP huwa indipendenti mill-proċess ta’ adeżjoni iżda ma jeskludihx, u huwa pass lejn it-tqarrib ekonomiku u politiku bejn l-UE u l-pajjiżi ġirien,

H.

billi t-tkabbir demografiku mgħaġġel tal-pajjiżi ġirien tal-UE, li riżultat tiegħu hu li l-popolazzjonijiet qed isiru iżjed urbanizzati, jirrappreżenta sfida ġdida għall-ENPI,

Kummenti ġenerali

1.

Iqis li, b’mod ġenerali, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ENPI huma xierqa u validi għall-iskopijiet ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi ġirien u ma’ organizzazzjonijiet multilaterali oħra;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-gvernijiet sħab, sabiex ikomplu jiżviluppaw mekkaniżmi għall-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u mal-awtoritajiet lokali, sabiex dawn jiġu involuti aħjar fl-ippjanar u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ENPI u tal-programmi nazzjonali ta’ riforma; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħaffef il-pubblikazzjoni tal-programmi annwali ta’ azzjoni fuq il-websajt tagħha u sabiex tikkonvinċi lill-gvernijiet sħab sabiex jagħmlu d-dokumenti tal-ipproggrammar nazzjonali tagħhom disponibbli għall-pubbliku b’mod regolari;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex flimkien mal-Parlament jiżviluppa strument flessibbli u trasparenti għall-għoti tal-informazzjoni f’dan il-qasam u biex jgħaddi minnufih lill-Parlament il-minuti tad-deċiżjonijiet adottati;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jippromwovu programmi ta’ ġemellaġġ bejn bliet u reġjuni u biex jipprovdu assistenza xierqa għal dan il-għan, bil-ħsieb li tinbena l-kapaċità amministrattiva fil-livelli lokali u reġjonali fil-pajjiżi tal-viċinat u li jiġu promossi kemm programmi ta’ skambju għas-soċjetà ċivili u kif ukoll mikro-proġetti;

5.

Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija mill-Kummissjoni, taħt l-ENPI, tal-programm il-ġdid Koperazzjoni fl-Iżvilupp u d-Djalogu Urban (CIUDAD) biex ikun possibbli li jingħata appoġġ għal proġetti speċifiċi ta’ koperazzjoni bejn il-bliet Ewropej u l-bliet fil-pajjiżi koperti mill-ENPI; jirrimarka li din it-tip ta’ inizjattiva hija mezz xieraq ħafna biex jitkomplew id-djalogu u l-proċess ta’ demokratizzazzjoni; jitlob li jkunu rilaxxati somom ikbar għal dan l-għan sabiex jissaħħu dawn l-inizjattivi meta ssir ir-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu tal-qafas finanzjarju fl-2008-2009;

6.

Huwa tal-fehma li l-viżibilità tal-għajnuna Komunitarja għandha tiżdied permezz ta’ komunikazzjoni mmirata mal-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali, u jirrakkomanda li jkunu żviluppati kuntatti għal dan l-għan mas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, minħabba li huma iktar viċin iċ-ċittadini u għalhekk jirrappreżentaw livell kompetenti u effettiv li fuqu tista’ tittieħed azzjoni;

7.

Jitlob li l-programmi ta’ azzjoni nazzjonali fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem jitwettqu b’mod aktar ambizzjuż skont l-objettivi stipulati fil-pjani ta’ azzjoni tal-ENP, sabiex tiġi evitata differenza sinifikanti fl-allokazzjonijiet bejn is-sħab tal-Lvant u dawk tal-Mediterran; jemmen li għandu jsir aktar sabiex il-gvernijiet sħab jiġu konvinti jimpenjaw ruħhom għal azzjoni f’dawn l-oqsma;

8.

Jenfasizza l-bżonn li jkunu definiti objettivi ċari, konkreti u li jkunu jistgħu jitkejlu fil-pjani ta’ azzjoni ġodda kollha tal-ENP li qed ikunu nnegozjati; jenfasizza l-interdipendenza meħtieġa bejn il-kapitoli kollha ta’ dawn il-pjani ta’ azzjoni bil-għan li jintlaħaq progress fil-kapitoli kollha mingħajr diskriminazzjoni; f’dan ir-rigward, jerġa’ jtenni t-talba tiegħu għal Politika globali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija li tiġbor l-istrumenti eżistenti kollha f’dan il-qasam;

9.

Huwa tal-fehma li, minkejja ż-żieda fil-flessibilità u s-simpliċità fl-istrumenti ta’ għajnuna Komunitarja, kif jidher b’mod partikolari fl-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (2), il-proċeduri u l-iskedi fl-ENPI għadhom ta’ piż għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq analiżi komparattiva tal-proċeduri applikati minn donaturi ewlenin oħrajn u sabiex tippreżenta r-riżultati ta’ din l-analiżi lill-Parlament;

10.

Jemmen li l-għajnuna baġitarja settorjali u ġenerali fl-ENPI għandha tkun disponibbli biss għall-gvernijiet li huma kapaċi jimplimentawha b’mod trasparenti, effettiv u li jista’ jiġi verifikat u fejn dan jikkostitwixxi inċentiv reali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tanalizza kemm hu xieraq li jingħata appoġġ baġitarju lil pajjiżi li għandhom problemi bi proċeduri ta’ mmaniġġjar u ta’ kontroll baġitarju u livelli għoljin ta’ korruzzjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tilħaq bilanċ korrett bejn il-flessibilità u t-trasparenza waqt l-għażla, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi ENPI;

11.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ speċifiku għal kull pajjiż fir-rigward tal-kundizzjonalità politika, imfassal inter alia biex jiġu promossi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-tmexxija tajba, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi u l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja; iqis għalhekk li għandha tiġi ppubblikata evalwazzjoni fid-dettall u komprensiva tal-proġetti “Ġustizzja” kollha ffinanzjati minn dan l-istrument u li din tiġi mgħoddija lill-Parlament;

12.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inklużjoni tal-koperazzjoni transkonfinali fl-ambitu tar-Regolament tal-ENPI bħala għodda strateġika għall-iżvilupp ta’ proġetti komuni u għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi tal-ENP u l-Istati Membri; jinsisti, madankollu, fuq il-ħtieġa li jinħolqu strumenti speċifiċi sabiex ikun żgurat monitoraġġ regolari tal-immaniġġjar tal-implimentazzjoni ta’ programmi operazzjonali konġunti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntieri tal-UE u kif ukoll tal-proċess ta’ din l-implimentazzjoni;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji deskrizzjoni dettaljata tal-programmi operazzjonali konġunti kollha li huma approvati għall-perjodu 2007-2013, flimkien ma’ evalwazzjoni ta’ kemm il-prinċipji tat-trasperenza, tal-effiċjenza u tas-sħubija fl-implimentazzjoni tal-proġetti kienu rispettati; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tħejji inventarju tal-problemi l-aktar spissi li jiltaqgħu magħhom l-awtoritajiet tal-immaniġġjar kemm fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE u kif ukoll fil-pajjiżi tal-ENP, sabiex ikunu identifikati soluzzjonijiet aktar xierqa għalihom għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;

14.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenzi u tal-aħjar prattika fil-koperazzjoni transkonfinali bejn il-programmi u l-proġetti tal-ENP u l-azzjoni meħuda skont l-objettiv tal-“Koperazzjoni territorjali Ewropea” u skont l-inizjattiva Komunitarja Interreg III A li diġà tlestiet; jemmen, b’mod partikolari, li l-inizjattivi ta’ taħriġ (inkluż programmi għal tagħlim ta’ lingwi tal-pajjiżi tal-viċinat) u ta’ ġemellaġġ għall-impjegati tas-servizz ċivili għandhom ikunu inkoraġġiti; jissuġġerixxi, f’dan il-kuntest, li jsiru analiżijiet perjodiċi tat-titjibiet li jkunu saru f’dawk li huma l-bini tal-kapaċità u istituzzjonali fuq iż-żewġ naħat tal-fruntieri tal-UE;

15.

Jenfasizza l-importanza li tkun kjarifikata r-relazzjoni bejn l-ENP bħala politika ta’ qafas u l-inizjattivi reġjonali tal-ENP bħas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed, l-Unjoni għall-Mediterran u s-Sħubija tal-Lvant ġejjienija, u li tissaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kumplimentarjetà ta’ dawn l-inizjattivi u l-istrumenti differenti ta’ għajnuna Komunitarja; jitlob li jkun hemm sinkronizzazzjoni mtejba bejn il-programmi ENPI u l-koperazzjoni finanzjarja pprovduta mill-Istati Membri u minn organizzazzjonijiet internazzjonali;

16.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ koperazzjoni msaħħa min-naħa tal-pajjiżi ENPI mal-aġenziji tal-UE u l-ħtieġa ta’ aktar opportunitajiet għall-pajjiżi tal-ENPI sabiex dawn jipparteċipaw fil-programmi Komunitarji, sakemm l-objettivi tal-pjani ta’ azzjoni tal-ENP jkunu ġew issodisfati; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri effettivi biex timminimizza l-piż finanzjarju li jaqa’ fuq pajjiżi terzi li jkunu qed jridu jipparteċipaw f’dawn il-programmi tal-Komunità;

17.

Jenfasizza l-bżonn li l-ħlasijiet li jsiru mill-ENPI jkunu trasparenti rigward il-pajjiż, ir-reġjun u l-qasam ta’ prijorità;

18.

Jitlob li ssir enfasi akbar fuq żieda fil-mobilità, partikolarment permezz tal-istabbiliment ta’ sħubijiet ta’ mobilità mal-pajjiżi tal-ENPI, u kuntatti bejn il-popli (people-to-people), partikolarment fl-oqsma tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-kummerċ u d-djalogu politiku; jappoġġja azzjoni urġenti sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-viża għaċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-pajjiżi tal-ENPI, bl-għan aħħari jkun il-liberalizzazzjoni tal-viża;

19.

Japprova l-approċċ tal-Kummissjoni rigward l-integrazzjoni ekonomika, li jinkludi l-għan li tiġi stabbilita zona ta’ kummerċ ħieles komprensiva;

20.

Jinnota li minkejja l-isforzi f’ċerti pajjiżi tal-ENPI biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex iseddqu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika, miżuri bħal dawn għadhom ma wasslux għal xi titjib sinifikanti fil-Viċinat tal-Mediterran, u f’ċerti pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant; jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza b’mod aktar sistematiku l-inugwaljanzi bejn is-sessi fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-ENPI;

21.

Jappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni tas-sigurtà tal-enerġija, li għandu l-għan li joħloq fuq medda medja ta’ żmien, suq tal-enerġija diversifikat u interkonness li jkollu benefiċċji reċiproċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ġirien; jenfasizza madanakollu li minbarra l-iżvilupp ulterjuri tal-armonizzazzjoni tal-politika tal-enerġija u l-leġiżlazzjoni tas-sħab mal-prassi tal-Unjoni Ewropea u l-acquis communautaire, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-immodernizzar tal-infrastruttura tal-enerġija fil-pajjiżi sħab;

22.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni għall-Isħubija tal-Lvant tinkludi l-istabbiliment ta’ pjattaformi tematiċi (demokrazija, tmexxija tajba u stabilità, integrazzjoni ekonomika u konverġenza mal-politika tal-UE, sigurtà tal-enerġija, kuntatti bejn il-popli) li jikkorrispondu mal-oqsma ewlenin ta’ koperazzjoni;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-pakkett finanzjarju ENPI jiżdied sabiex l-ENP tkun tista’ tilħaq l-objettivi dejjem aktar ambizzjużi tagħha u sabiex jiġu appoġġjati l-inizjattivi reġjonali ġodda tagħha; jitlob li, meta sseħħ din il-ħaġa, bejn il-pajjiżi tal-Mediterran u l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant ikunu jistgħu jibbenefikaw it-tnejn li huma;

24.

Jitlob li ssir evalwazzjoni tal-effiċjenza u tal-impatt attwali tal-ispejjeż fil-kuntest wiesa’, bħall-attivitajiet ta’ għajnuna ta’ pajjiżi terzi;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprepara evalwazzjoni tal-impatt tal-politika ta’ għajnuna barranija ta’ pajjiżi terzi fil-pajjiżi ENP, speċjalment dik taċ-Ċina u tar-Russja, u l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq il-pajjiżi ENPI kollha;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa rigorożament il-ħtiġijiet reali tal-pajjiżi li bħalissa qed jirċievu għajnuna mill-Għajnuna għall-Iżvilupp Uffiċjali (Overseas Development Aid) u assistenza simili, b’referenza partikolari għal-livell tal-Prodott Gross Domestiku u għar-rati ta’ tkabbir ekonomiku fl-istati li jirċievu din l-għajnuna;

27.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-aġenda ta’ riforma stipulata fil-pjani ta’ azzjoni tal-ENP permezz ta’ aktar kontribuzzjonijiet għall-Faċilità ta’ Investiment fil-Viċinat u inizjattivi simili tal-ENPI, kif ukoll aktar għajnuna bilaterali;

28.

Ifakkar li matul in-negozjati dwar il-bażi legali tal-ENPI, il-Parlament kellu tħassib leġittimu dwar kif se jkunu suġġetti għal skrutinju parlamentari d-dokumenti ta’ strateġija u d-dokumenti tal-pajjiż maħsuba għal żmien qasir u medju, li spiss ikun fihom ammonti finanzjarji indikattivi; jitlob li ssir evalwazzjoni dwar kif dawn l-impenji finanzjarji indikattivi ġew implimentati matul dawn l-aħħar sentejn;

29.

Jesprimi, f’dan il-kuntest, it-tħassib tiegħu dwar il-livell għoli ta’ trasferimenti baġitarji rikjesti għall-kapitolu 1908 tal-baġit, li diġà jammontaw għal żieda kumulattiva ta’ EUR 410 miljun f’impenji u EUR 635 miljun fi ħlasijiet għas-snin 2007 u 2008;

30.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-pajjiżi koperti mill-ENPI huma intitolati li jibbenefikaw minn self li jingħata mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) (3), u li l-iffinanzjar tal-operazzjonijiet għandu jkun konsistenti mal-politika barranija tal-UE, li jinkludu objettivi reġjonali speċifiċi, u jkun ta’ appoġġ għalihom; ifakkar li l-limitu massimu preżenti għall-operazzjonijiet tal-iffinanzjar tal-BEI għall-pajjiżi tal-ENPI matul il-perjodu 2007-2013 huwa ta’ EUR 12.4 biljun, maqsuma f’żewġ sottolimiti indikattivi ta’ EUR 8.7 biljun għall-pajjiżi tal-Mediterran u EUR 3.7 biljun għall-pajjiżi tal-Lvant u r-Russja; jitlob li ssir evalwazzjoni flimkien mal-BEI biex ikun stabbilit kif qed ikunu implimentati dawn it-tipi ta’ self.

31.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Ġustizzja dan l-aħħar ħassret il-bażi legali oriġinali għal dan is-self, wara li ġiet ikkontestata mill-Parlament (4), u ddeċidiet li f’dawn il-każijiet il-proċedura ta’ kodeċiżjoni għandha tapplika skont l-Artikoli 179 u 181a tat-Trattat KE; jenfasizza li r-reviżjoni tal-ENPI u l-adozzjoni ta’ regolament li jieħu post id-Deċiżjoni annullata tal-Kunsill dwar garanzija tal-Komunità għal għoti b’self mill-EIB, għandhom isiru b’mod parallel, ladarba dawn huma strumenti komplementari fir-rigward tal-politika tal-UE lejn il-pajjiżi ġirien filwaqt li dispożizzjonijiet kontradittorji u li jfixklu għandhom jiġu evitati;

32.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqasijiet potenzjali marbuta mar-responsabilità diretta u r-riskju ta’ approprjazzjoni mingħajr dritt ta’ fondi tal-Komunità meta l-għajnuna tal-UE tingħata permezz ta’ fondi tat-tip “trust” b’ bosta donaturi; jenfasizza l-importanza ta’ sistema finanzjarja soda bbażata fuq it-trasparenza u r-responsabilità demokratika; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tevita li l-fondi jgħaddu permezz ta’ dawn l-intermedjarji, meta dan ikun possibbli, u fejn jeżistu mezzi aħjar u aktar trasparenti biex jiġu mgħoddija fondi bħal dawn;

Rimarki speċifiċi dwar pajjiżi u reġjuni

33.

Jinnota l-progress li sar fl-inizjattiva tal-Unjoni għall-Mediterran; madanakollu jisħaq li:

l-iffinanzjar ENPI tal-inizjattiva ENP għan-Nofsinhar jew għal-Lvant m’għandux jintuża għad-detriment ta’ xulxin,

il-Parlament għandu jiġi infurmat b’mod xieraq bil-proġetti tal-Unjoni għall-Mediterran iffinanzjati mill-ENPI;

meta jintużaw fondi mill-ENPI, it-trasparenza ta’ sorsi oħrajn, inklużi dawk privati, hija partikolarment importanti;

34.

Itenni li l-komponent Mediterranju tal-ENP għandu jikkumplimenta l-Proċess ta’ Barċellona u li l-objettivi tal-ENP jeħtieġ li jkunu definiti b’mod iktar ċar sabiex jissaħħaħ il-Proċess ta’ Barċellona permezz ta’ approċċ reġjonali multilaterali;

35.

Iqis li, sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-proġetti reġjonali, multilaterali u transkonfinali fil-qafas tal-ENPI, għandha tiġi prevista l-estensjoni tal-parteċipazzjoni f’dawk il-programmi għas-sħab il-ġodda kollha tal-Unjoni għall-Mediterran;

36.

Huwa tal-fehma li l-iżviluppi ġeopolitiċi riċenti fil-viċinat tal-Lvant tal-UE jinfasizzaw l-importanza li l-ENP jiġi żviluppat aktar billi jiġi adattat aħjar għall-bżonnijiet tal-pajjiżi sħab, inkluż involviment imsaħħaħ tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u Sħubija tal-Lvant ambizzjuża; jisħaq dwar il-ħtieġa li, fir-rigward tal-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina b’mod partikolari, jitħaffef il-ħolqien ta’ zona ta’ kummerċ ħieles hekk kif il-pajjiżi sħab ikunu lesti, u dwar il-ħtieġa li kemm jista’ jkun malajr jiġu ffinalizzati l-passi lejn il-libertà tal-viża mal-UE, kif ukoll il-bżonn li tissaħħaħ il-koperazzjoni reġjonali biex ikunu promossi l-istabilità u l-prosperità fil-viċinat Ewropew;

37.

Jipproponi li tinħoloq miġimgħa tal-Viċinat tal-Lvant (“Euroeast”), bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew, fuq il-mudell tal-miġimgħat Euromed u EuroLat, bil-ħsieb li tiġi implimentata l-ENPI fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant, jiġifieri fl-Armenja, fl-Ażerbajġan, fil-Ġeorġja, fil-Moldova, fl-Ukraina u fil-Belarus;

38.

Jirrimarka li l-kunflitti friżati jirrappreżentaw ostakolu għall-iżvilupp sħiħ tal-ENP rigward ir-reġjun tal-Kawkasu t’Isfel u jistieden lill-Kunsill biex jimpenja ruħu b’mod iktar attiv fis-soluzzjoni tal-kunflitt;

39.

Jenfasizza li huwa meħtieġ impenn iktar qawwi fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed jekk l-UE għandha tgħin biex ikunu solvuti xi wħud mill-kunflitti pendenti u biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tar-reġjun; iqis li aktar koperazzjoni fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed għandha tkun waħda mill-prijoritajiet kruċjali għall-ENP, kif ukoll għal għadd ta’ inizjattivi reġjunali mnedija mill-UE; jistenna bil-ħerqa aktar implimentazzjoni tas-Sinerġija għall-Baħar l-Iswed; jitlob li jkun hemm koperazzjoni msaħħa mat-Turkija fil-Baħar l-Iswed, meta titqies l-importanza strateġika tagħha u l-irwol futur li jista’ jkollha għal politika barranija u tas-sigurtà komuni reġjonali, kif ukoll mar-Russja, b’enfasi fuq il-ħtieġa tal-impenn sħiħ ta’ dawn il-pajjiżi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti reġjunali u għall-promozzjoni tal-paċi u tal-istabilità fil-viċinat Ewropew; huwa tal-opinjoni li bosta proġetti ta’ interess komuni jistgħu jiġu implimentati fi ħdan dan il-qafas;

40.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li s-Sħubija tal-Lvant toffri inċentiv aktar sinifikanti lil pajjiżi sħab ambizzjużi bħall-Ukraina; jilqa’ b’sodisfazzjon b’mod partikolari l-programm Bini Komprensiv ta’ Istituzzjonijiet sabiex titjieb il-kapaċità amministrattiva fis-setturi relevanti ta’ koperazzjoni;

41.

Iqis li s-Sħubija tal-Lvant m’għandhiex tfixkel is-sħubija mal-UE għall-pajjiżi ġirien li jixtiequ japplikaw fuq il-bażi tal-Artikolu 49 tat-Trattat UE;

42.

Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li relazzjonijiet ġodda mal-pajjiżi tal-Isħubija tal-Lvant ikunu mibnija fuq il-bażi ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni ġodda mfassla apposta għal kull pajjiż, ftehimiet li jipprovdu reazzjoni aħjar għall-aspirazzjonijiet tas-sħab għal relazzjoni iktar mill-qrib;

43.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li s-sigurtà tal-enerġija hija parti integrali tal-proposta għall-Isħubija tal-Lvant fir-relazzjonijiet mas-sħab tal-Lvant; japprova l-objettivi ewlenin tal-komunikazzjoni hawn fuq imsemmija tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2008, bħat-tlestija mgħaġġla tan-negozjati dwar l-adeżjoni tal-Ukraina u l-Moldova fil-Komunità tal-Enerġija u t-tisħiħ tal-impenn politiku mal-Ażerbajġan, immirat lejn il-konverġenza tiegħu mas-suq tal-enerġija tal-UE u l-integrazzjoni infrastrutturali; jindika l-fatt li l-pajjiżi kollha tal-ENP għandhom jiġu inklużi fil-miżuri ta’ koperazzjoni fl-enerġija;

44.

Japprova l-pakkett għall-Irkupru Ekonomiku u l-Istabilità fil-baġit Komunitarju, li ser jipprovdi sa EUR 500 miljun matul is-snin 2008-2010 sabiex il-Ġeorġja terġa’ tinbena wara gwerra li għamlet il-ħsara u sabiex tiġi żgurata r-riabilitazzjoni ekonomika tal-persuni spustjati internament sakemm dawn jirritornaw fi djarhom u fil-proprjetajiet tagħhom; jenfasizza li, sabiex jiġi garantit li l-għajnuna tkun allokata għall-aktar ħtiġijiet urġenti tal-Ġeorġja, għandhom jintrabtu mekkaniżmi xierqa ta’ kundizzjonalità u monitoraġġ mal-iffinanzjar tal-Komunità; jenfasizza li l-għajnuna għandha tiġi mmirata sabiex tappoġġja l-aġenda ta’ riforma kif definita fil-pjan ta’ azzjoni tal-ENP u d-dokumenti ta’ pprogrammar tal-ENPI, li għadhom xierqa ħafna;

45.

Jisħaq li l-pakkett finanzjarju għall-Belorussja jeħtieġ li jkun rivedut biex ikun ivverifikat jekk il-koperazzjoni tistax titwessa’ sabiex tkopri oqsma lil hinn mill-enerġija, l-ambjent u l-migrazzjoni, bil-għan li titwettaq il-politika ta’ involviment mill-ġdid mibdija mill-Kunsill f’Settembru 2008; ifakkar li r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Belarus jiddependu ħafna fuq l-impenn tal-gvern tal-Belarus rigward il-valuri demokratiċi; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm kundizzjonalità politika effettiva u li jkun hemm garanziji li l-għajnuna jkollha impatt pożittiv immedjat fuq iċ-ċittadini u ma tiġix użata ħażin mill-awtoritajiet kontra l-avversarji politiċi tagħhom; jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti appoġġ iktar effettiv lis-soċjetà ċivili u lill-partiti politiċi li jiddefendu d-demokrazija;

46.

Huwa tal-opinjoni li l-Unjoni Ewropea għandha tiffoka fuq il-kwistjonijiet li ġejjin matul in-negozjati dwar Ftehima ġdida bejn l-UE u r-Russja dwar is-Sħubija u l-Koperazzjoni:

aktar koperazzjoni Russa fl-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet ċari ta’ koperazzjoni finanzjarja li jwasslu għal ippjanar aħjar u għal programmar plurijennali tal-għajnuna;

garanziji li kwalunkwe għajnuna finanzjarja mogħtija lill-awtoritajiet Russi tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-istandards demokratiċi fil-Federazzjoni Russa;

aktar pussess konġunt tal-proġetti identifikati għall-iffinanzjar;

*

* *

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi ENPI, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja.


(1)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

(2)  Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1)

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew għall-Investiment kontra telf minn self kif ukoll garanziji għas-self għal proġetti barra mill-Komunità (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 95).

(4)  Sentenza tas-6 ta’ Novembru 2008 fil-Każ C-155/07, Parlament Ewropew v Kunsill tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 327, 20.12.2008, p. 2).


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/90


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Il-ġlieda kontra l-marda ta’ Alzheimer

P6_TA(2009)0081

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet tal-ġlieda kontra l-marda ta’ Alzheimer

2010/C 76 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli tiegħu,

A.

billi l-marda ta' Alzheimer fil-preżent tolqot 6,1 miljun Ewropew u li din iċ-cifra se tirdoppja jew tittriplika sal-2050 bil-proċess tat-tixjiħ tal-popolazzjonijiet,

B.

billi din il-marda tirrappreżenta l-aktar kawża komuni tad-dipendenza,

C.

billi l-impenn politiku huwa importanti ħafna fl-oqsma tar-riċerka, tal-prevenzjoni u tal-protezzjoni soċjali,

1.

Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-marda ta’ Alzheimer bħala prijorità għas-saħħa pubblika Ewropea u biex ifasslu pjan ta' azzjoni Ewropew:

għall-promozzjoni ta’ riċerka fl-Ewropea kollha dwar il-kaġuni, il-prevenzjoni u t-trattament tal-marda ta’ Alzheimer,

għat-titjib fid-dijanjosi bikrija,

għat-tħaffif tal-proċeduri għall-morda u għal min jieħu ħsiebhom u għat-titjib fil-kwaliltà tal-ħajja tagħhom,

għall-promozzjoni tal-irwol tal-assoċjazzjonijiet Alzheimer u biex jingħatalhom appoġġ regolari,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kkonċernati.

Lista ta' firmatarji

Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Gabriele Albertini, Georgs Andrejevs, Laima Liucija Andrikienė, Emmanouil Angelakas, Alfredo Antoniozzi, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Richard James Ashworth, Robert Atkins, John Attard-Montalto, Elspeth Attwooll, Jean-Pierre Audy, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Peter Baco, Mariela Velichkova Baeva, Enrique Barón Crespo, Paolo Bartolozzi, Domenico Antonio Basile, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Christopher Beazley, Zsolt László Becsey, Glenn Bedingfield, Angelika Beer, Bastiaan Belder, Ivo Belet, Irena Belohorská, Jean-Luc Bennahmias, Maria Berger, Slavi Binev, Johannes Blokland, Sebastian Valentin Bodu, Guy Bono, Vito Bonsignore, Mario Borghezio, Erminio Enzo Boso, Costas Botopoulos, John Bowis, Sharon Bowles, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, André Brie, Danutė Budreikaitė, Kathalijne Maria Buitenweg, Udo Bullmann, Nicodim Bulzesc, Colm Burke, Philip Bushill-Matthews, Niels Busk, Cristian Silviu Bușoi, Philippe Busquin, Simon Busuttil, Milan Cabrnoch, Maddalena Calia, Martin Callanan, Mogens Camre, Luis Manuel Capoulas Santos, Marco Cappato, Giorgio Carollo, David Casa, Paulo Casaca, Jean-Marie Cavada, Alejandro Cercas, Giles Chichester, Giulietto Chiesa, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Ole Christensen, Sylwester Chruszcz, Fabio Ciani, Philip Claeys, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Richard Corbett, Dorette Corbey, Giovanna Corda, Thierry Cornillet, Michael Cramer, Jan Cremers, Gabriela Crețu, Brian Crowley, Magor Imre Csibi, Marek Aleksander Czarnecki, Ryszard Czarnecki, Joseph Daul, Dragoș Florin David, Bairbre de Brún, Jean-Luc Dehaene, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marielle De Sarnez, Marie-Hélène Descamps, Nirj Deva, Christine De Veyrac, Mia De Vits, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jolanta Dičkutė, Giorgos Dimitrakopoulos, Alexandra Dobolyi, Bert Doorn, Brigitte Douay, Den Dover, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Konstantinos Droutsas, Andrew Duff, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Lena Ek, Saïd El Khadraoui, James Elles, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Jonathan Evans, Robert Evans, Carlo Fatuzzo, Emanuel Jardim Fernandes, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Věra Flasarová, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Brigitte Fouré, Janelly Fourtou, Juan Fraile Cantón, Armando França, Monica Frassoni, Duarte Freitas, Kinga Gál, Milan Gaľa, Gerardo Galeote, Vicente Miguel Garcés Ramón, José Manuel García-Margallo y Marfil, Elisabetta Gardini, Salvador Garriga Polledo, Patrick Gaubert, Jean-Paul Gauzès, Jas Gawronski, Georgios Georgiou, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Monica Giuntini, Ioannis Gklavakis, Robert Goebbels, Bogdan Golik, Bruno Gollnisch, Ana Maria Gomes, Dariusz Maciej Grabowski, Luis de Grandes Pascual, Martí Grau i Segú, Nathalie Griesbeck, Lissy Gröner, Mathieu Grosch, Françoise Grossetête, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Zita Gurmai, Cristina Gutiérrez-Cortines, Fiona Hall, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Malcolm Harbour, Marian Harkin, Gyula Hegyi, Erna Hennicot-Schoepges, Jeanine Hennis-Plasschaert, Edit Herczog, Esther Herranz García, Luis Herrero-Tejedor, Jens Holm, Mary Honeyball, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Milan Horáček, Ian Hudghton, Stephen Hughes, Jana Hybášková, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Ville Itälä, Carlos José Iturgaiz Angulo, Caroline Jackson, Lily Jacobs, Mieczysław Edmund Janowski, Lívia Járóka, Rumiana Jeleva, Anne E. Jensen, Romana Jordan Cizelj, Madeleine Jouye de Grandmaison, Aurelio Juri, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Othmar Karas, Ioannis Kasoulides, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Metin Kazak, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Timothy Kirkhope, Christa Klaß, Jaromír Kohlíček, Maria Eleni Koppa, Magda Kósáné Kovács, Sergej Kozlík, Guntars Krasts, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Wiesław Stefan Kuc, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Alain Lamassoure, Jean Lambert, Stavros Lambrinidis, Carl Lang, Esther De Lange, Raymond Langendries, Anne Laperrouze, Kurt Joachim Lauk, Henrik Lax, Johannes Lebech, Roselyne Lefrançois, Bernard Lehideux, Fernand Le Rachinel, Katalin Lévai, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Marie-Noëlle Lienemann, Kartika Tamara Liotard, Alain Lipietz, Eleonora Lo Curto, Antonio López-Istúriz White, Andrea Losco, Patrick Louis, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Florencio Luque Aguilar, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mairead McGuinness, Jamila Madeira, Eugenijus Maldeikis, Toine Manders, Ramona Nicole Mănescu, Marian-Jean Marinescu, Catiuscia Marini, Sérgio Marques, Maria Martens, David Martin, Jean-Claude Martinez, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Jiří Maštálka, Véronique Mathieu, Marios Matsakis, Yiannakis Matsis, Maria Matsouka, Iosif Matula, Mario Mauro, Manolis Mavrommatis, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Gay Mitchell, Nickolay Mladenov, Viktória Mohácsi, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Philippe Morillon, Elisabeth Morin, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Juan Andrés Naranjo Escobar, Bill Newton Dunn, Annemie Neyts-Uyttebroeck, James Nicholson, Angelika Niebler, Lambert van Nistelrooij, Ljudmila Novak, Cem Özdemir, Péter Olajos, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Ria Oomen-Ruijten, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Csaba Őry, Siiri Oviir, Reino Paasilinna, Athanasios Pafilis, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Vladko Todorov Panayotov, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Georgios Papastamkos, Aldo Patriciello, Bogdan Pęk, Alojz Peterle, Maria Petre, Sirpa Pietikäinen, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Hubert Pirker, Gianni Pittella, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Zdzisław Zbigniew Podkański, José Javier Pomés Ruiz, Miguel Portas, Horst Posdorf, Bernd Posselt, Christa Prets, Vittorio Prodi, Jacek Protasiewicz, John Purvis, Luís Queiró, Bilyana Ilieva Raeva, Miloslav Ransdorf, Poul Nyrup Rasmussen, Vladimír Remek, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Teresa Riera Madurell, Frédérique Ries, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Marco Rizzo, Giovanni Robusti, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Luca Romagnoli, Raül Romeva i Rueda, Dagmar Roth-Behrendt, Libor Rouček, Paul Rübig, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Tokia Saïfi, Aloyzas Sakalas, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, María Isabel Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Salvador Domingo Sanz Palacio, Jacek Saryusz-Wolski, Gilles Savary, Lydia Schenardi, Agnes Schierhuber, Margaritis Schinas, Carl Schlyter, Frithjof Schmidt, Olle Schmidt, Pál Schmitt, György Schöpflin, Inger Segelström, Esko Seppänen, Czesław Adam Siekierski, José Albino Silva Peneda, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Nina Škottová, Csaba Sógor, Renate Sommer, Søren Bo Søndergaard, María Sornosa Martínez, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Peter Šťastný, Petya Stavreva, Dirk Sterckx, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Dimitar Stoyanov, Daniel Strož, Margie Sudre, David Sumberg, Gianluca Susta, Eva-Britt Svensson, Hannes Swoboda, József Szájer, Andrzej Jan Szejna, István Szent-Iványi, Csaba Sándor Tabajdi, Hannu Takkula, Charles Tannock, Salvatore Tatarella, Michel Teychenné, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Silvia-Adriana Țicău, Gary Titley, Patrizia Toia, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Jacques Toubon, Georgios Toussas, Antonios Trakatellis, Catherine Trautmann, Kyriacos Triantaphyllides, Claude Turmes, Evangelia Tzampazi, Vladimir Urutchev, Nikolaos Vakalis, Anne Van Lancker, Geoffrey Van Orden, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Ioannis Varvitsiotis, Ari Vatanen, Armando Veneto, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Alejo Vidal-Quadras, Kristian Vigenin, Oldřich Vlasák, Dominique Vlasto, Sahra Wagenknecht, Diana Wallis, Graham Watson, Henri Weber, Andrzej Wielowieyski, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Bernard Wojciechowski, Janusz Wojciechowski, Corien Wortmann-Kool, Francis Wurtz, Anna Záborská, Jan Zahradil, Zbigniew Zaleski, Mauro Zani, Andrzej Tomasz Zapałowski, Stefano Zappalà, Tomáš Zatloukal, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Vladimír Železný, Gabriele Zimmer, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2008-2009 Dati tas-seduti: 18 u 19 ta' Frar 2009 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 202 E, 27.8.2009. TESTI ADOTTATI

Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009

25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/93


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Proċedura b'kumitat assoċjati — determinar tal-kompetenzi (interpretazzjoni tal-Artikoli 47 u 149)

P6_TA(2009)0080

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 47 u 149 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar il-proċedura b'Kumitat assoċjati u d-determinar tal-kompetenzi

2010/C 76 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tat-27 ta' Jannar 2009 u tat-13 ta' Frar 2009 mingħand il-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Konstituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikoli 201 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li jżid l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 47:

“Assoċjazzjoni ta' kumitati skont l-Artikolu 47 għall-iskopijiet tal-iskrutinju ta' ftehima internazzjonali taħt l-Artikolu 83 ma tistax tapplika għall-proċedura ta' kunsens skont l-Artikolu 75.”;

2.

Jiddeċiedi li jżid l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 149:

“Membri li jkunu talbu għall-verifika tal-kworum għandhom ikunu preżenti fil-Kamra meta ssir it-talba.”

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2008-2009 Dati tas-seduti: 18 u 19 ta' Frar 2009 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 202 E, 27.8.2009. TESTI ADOTTATI

Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009

25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/94


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI) *

P6_TA(2009)0058

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI) (COM(2008)0467 – C6-0306/2008 – 2008/0148(CNS))

2010/C 76 E/19

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0467),

wara li kkunsidra l-Artikolu 171 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 172 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0306/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0007/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 3

(3)

Filwaqt li l-appoġġ tradizzjonali għall-użu u l-iżvilupp ta’ l-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka essenzjalment ħa l-forma ta’ għotjiet favur l-infrastrutturi tar-riċerka stabbiliti fl-Istati Membri, il-bżonn għal sforzi addizzjonali beda jidher fl-aħħar snin sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ strutturi ġodda billi jinħoloq qafas ġuridiku xieraq li għandu jiffaċilita l-istabbiliment u l-operat tagħhom fuq il-livell tal-Komunità.

(3)

Filwaqt li l-appoġġ tradizzjonali għall-użu u l-iżvilupp tal-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka essenzjalment ħa l-forma ta’ għotjiet favur l-infrastrutturi tar-riċerka stabbiliti fl-Istati Membri, il-bżonn għal sforzi addizzjonali beda jidher fl-aħħar snin sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ strutturi ġodda jew biex jittejbu strutturi eżistenti sabiex jintużaw bl-aħjar mod possibbli billi jinħoloq qafas ġuridiku xieraq li għandu jiffaċilita l-istabbiliment u l-operat tagħhom fuq il-livell tal-Komunità.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 4

(4)

Dan il-bżonn issemma f’numru ta’ okkażjonijiet, kemm fuq il-livell politiku mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-Komunità, kif ukoll mid-diversi partijiet ikkonċernati fi ħdan il-komunità tar-riċerka Ewropea bħall-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet.

(4)

Dan il-bżonn issemma f’numru ta’ okkażjonijiet, kemm fuq il-livell politiku mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-Komunità, kif ukoll mid-diversi partijiet ikkonċernati fi ħdan il-komunità tar-riċerka Ewropea bħall-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka, l-universitajiet u, b’mod partikolari, il-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastruttura tar-Riċerka (ESFRI) .

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

 

(6a)

Infrastruttura tar-riċerka li titwaqqaf skont dan ir-Regolament bħala Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERI) għandu jkollha l-għan li tiffaċilita u tippromwovi r-riċerka ta’ interess pan-Ewropew. Dan għandu jsir fuq bażi li mhijiex ekonomika jiġifieri, li ma toffrix li twettaq xogħol jew li tipprovdi provvisti u/jew servizzi li jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni. Madankollu, sabiex tippromwovi l-iskambju tal-innovazzjoni, tal-għerf u tat-teknoloġija, l-ERI għandha titħalla tagħmel xi ftit attivitajiet ekonomiċi limitati b’ċerti kundizzjonijiet.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 7

(7)

B’kuntrast ma’ l-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija (il-“JTI”) li nħolqu bħala Impriżi Konġunti li fihom il-Komunità hija membru u tagħtihom kontributi finanzjarji, l-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (minn issa ’l quddiem l -“ERI ) ma għandhiex titqies bħala korp Komunitarju fis-sens ta’ l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, imma bħala entità ġuridika li fiha l-Komunità mhux neċessarjament tkun membru u li ma tagħtihiex kuntributi finanzjarji fis-sens tal-punt (f) ta’ l-Artikolu 108(2) tar-Regolament Finanzjarju.

(7)

B’kuntrast mal-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija (il-“JTI”) li nħolqu bħala Impriżi Konġunti li fihom il-Komunità hija membru u tagħtihom kontributi finanzjarji, ERI ma għandhiex titqies bħala korp Komunitarju fis-sens tal-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, imma bħala entità ġuridika li fiha l-Komunità ma tkunx membru u li ma tagħtihiex kontributi finanzjarji fis-sens tal-punt (f) tal-Artikolu 108(2) tar-Regolament Finanzjarju. Dan m’għandux japplika fejn il-Komunità ssir membru ta’ ERI u tagħti kontribut finanzjarju relevanti skont l-Artikolu 185(1) tar-Regolament Finanzjarju. F’kull każ, kull finanzjament ta’ ERI mill-Komunità għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 8

(8)

Minħabba l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Komunità fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet tar-riċerka rispettivi tagħhom b’mod kumplimentari, kif stabbilit fl-Artikoli 164 u 165 tat-Trattat, għandhom ikunu l-Istati Membri interessati, waħidhom jew flimkien ma’ entitajiet ikkwalifikati oħra, li jiddefinixxu l-ħtiġijiet tagħhom għall-istabbiliment ta’ infrastrutturi tar-riċerka bbażati fuq l-attivitajiet tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp teknoloġiku tagħhom u fuq ir-rekwiżiti Komunitarji. Għall-istess raġunijiet, is-sħubija fl-ERI għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri interessati bil-possibilità tal-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi kkwalifikati u ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi speċjalizzati.

(8)

Minħabba l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Komunità fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tar-riċerka rispettivi tagħhom b’mod kumplimentari, kif stabbilit fl-Artikoli 164 u 165 tat-Trattat, għandhom ikunu l-Istati Membri interessati, li jiddefinixxu l-ħtiġijiet tagħhom għall-istabbiliment ta’ infrastrutturi tar-riċerka bbażati fuq l-attivitajiet tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku tagħhom u fuq ir-rekwiżiti Komunitarji. Għall-istess raġunijiet, is-sħubija fl-ERI għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri interessati bil-possibilità tal-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi kkwalifikati u ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi speċjalizzati.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 9

(9)

L-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (minn issa ’l quddiem l -“ERI ) imwaqqfa taħt dan ir-Regolament għandu jkollha l-istabbiliment u l-operat ta’ l-infrastruttura tar-riċerka bħala l-kompitu tagħha. Għandha tagħmel dan fuq bażi mhux ekonomika sabiex tevita t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Sabiex tippromwovi l-innovazzjoni u l-iskambju ta’ l-għarfien u tat-teknoloġija, l-ERI għandha titħalla tagħmel xi ftit attivitajiet ekonomiċi limitati b’ċerti kundizzjonijiet. L-istabbiliment ta’ l-infrastrutturi tar-riċerka bħala ERIs ma jeskludix li infrastrutturi tar-riċerka ta’ interess pan-Ewropew li għandhom forma ġuridika oħra jistgħu jkunu rikonoxxuti bl-istess mod bħala kontributuri għall-implimentazzjoni tal-pjan żviluppat mill-Forum ta’ l-Istrateġija Ewropea għall-Infrastruttura tar-Riċerka (l-ESFRI) u għall-progress tar-riċerka Ewropea. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-membri ta’ l-ESFRI u l-partijiet interessati l-oħra jkunu infurmati dwar dawn il-forom ġuridiċi alternattivi.

(9)

L-istabbiliment tal-infrastrutturi tar-riċerka bħala ERIs skont dan ir-Regolament ma jeskludix li infrastrutturi tar-riċerka ta’ interess pan-Ewropew li għandhom forma ġuridika oħra jistgħu jkunu rikonoxxuti bl-istess mod bħala kontributuri għall-progress tar-riċerka Ewropea. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-partijiet interessati jkunu infurmati dwar dawn il-forom ġuridiċi alternattivi.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 10

(10)

L-infrastrutturi tar-riċerka għandhom jgħinu sabiex jissalvagwardjaw is-suċċess xjentifiku tar-riċerka tal-Komunità u l-kompetittività ta’ l-ekonomija tagħha, kif ibbażati fuq previżjonijiet għat-terminu ta’ żmien medju sa dak fit-tul, permezz ta’ l-appoġġ effiċjenti ta’ l-attivitajiet tar-riċerka Ewropej. Sabiex jinkiseb dan, huma għandhom ikunu effettivament miftuħin għall-komunità tar-riċerka Ewropea in ġenerali u għandu jkollhom l-ambizzjoni li jsaħħu l-kapaċitajiet xjentifiċi Ewropej lil hinn mil-livell ta’ għarfien attwali u b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(10)

L-infrastrutturi tar-riċerka għandhom jgħinu sabiex jissalvagwardjaw is-suċċess xjentifiku tar-riċerka tal-Komunità u l-kompetittività tal-ekonomija tagħha, kif ibbażati fuq previżjonijiet għat-terminu ta’ żmien medju sa dak fit-tul, permezz tal-appoġġ effiċjenti tal-attivitajiet tar-riċerka Ewropej. Sabiex jinkiseb dan, huma għandhom ikunu effettivament miftuħin għall-komunità tar-riċerka Ewropea b’mod ġenerali skont ir-regoli stabbiliti fl-istatuti tagħhom u għandu jkollhom l-ambizzjoni li jsaħħu l-kapaċitajiet xjentifiċi Ewropej lil hinn mil-livell ta’ għarfien attwali u b’hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, b mod partikolari billi jippromwovu sinerġiji mal-politika ta koeżjoni tal-UE .

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

 

(10a)

B’mod partikolari, infrastrutturi ġodda tar-riċerka għandhom iqisu, fejn ikun xieraq, l-importanza li jiġi lliberat il-potenzjal għall-eċċellenza xjentifika fir-reġjuni ta’ konverġenza, bħala mezz biex tissaħħaħ il-prestazzjoni tal-UE fuq żmien twil fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fil-kompetittività ekonomika.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 12

(12)

Għal raġunijiet tat-trasparenza, id-deċiżjoni tat-twaqqif ta’ ERI għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għall-istess raġunijiet, estratt mill-Istatuti, li jipprovdi l-elementi essenzjali tagħhom, għandhu jkun anness mad-deċiżjoni.

(12)

Għal raġunijiet tat-trasparenza, id-deċiżjoni tat-twaqqif ta’ infrastruttura tar-riċerka bħala ERI għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għall-istess raġunijiet, estratt mill-Istatuti, li jipprovdi l-elementi essenzjali tagħhom, għandhu jkun anness mad-deċiżjoni.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 14

(14)

Is-sħubija fl-ERI għandha tkun magħmula minn ta’ lanqas tliet Stati Membri u tista’ tinkludi pajjiżi terzi kkwalifikati u organzzazzjonijiet intergovernattivi speċjalizzati. Għalhekk, l-ERI għandha tikkwalifika bħala korp jew organizzazzjoni internazzjonali għall-mira ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Sabiex jappoġġaw b’mod iktar effettiv l-attivitajiet tar-riċerka ta’ l-ERI, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha possibbli sabiex jagħtu l-eżenzjoni l-iktar estensiva minn taxxi oħra lil din it-tip ta’ ERI.

(14)

Is-sħubija fl-ERI għandha tkun magħmula minn ta’ lanqas tliet Stati Membri u tista’ tinkludi pajjiżi terzi kkwalifikati u organizzazzjonijiet intergovernattivi speċjalizzati. Għalhekk, dispożizzjoni essenzjali ta’dan ir-Regolament għandha tkun li l-ERI għandha tikkwalifika bħala korp jew organizzazzjoni internazzjonali għall-mira tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Sabiex jappoġġaw b’mod iktar effettiv l-attivitajiet tar-riċerka tal-ERI, u b’hekk jagħmluhom aktar kompetittivi fil-livell dinji, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha possibbli sabiex jagħtu l-eżenzjoni l-iktar estensiva minn taxxi oħra lil din it-tip ta’ ERI.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 17

(17)

Huwa meħtieġ li jkun żgurat, fuq naħa waħda, li l-ERI għandha l-flessibbiltà li temenda l-Istatuti tagħha, u fuq in-naħa l-oħra, li l-Komunità li tistabbilixxi l -ERI żżomm il-kontroll fuq ċerti elementi essenzjali. F’każ li jkun hemm xi emenda li tikkonċerna suġġett kopert fl-estratt mill-Istatuti anness mad-deċiżjoni li twaqqaf l-ERI, din it-tip ta’ emenda għandha tkun approvata, qabel ma tidħol fis-seħħ, permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda bl-istess proċedura li tkun ġiet segwita fit-twaqqif ta’ l-ERI, minħabba li l-informazzjoni li jkun fiha hi kkunsidrata essenzjali. Kwalunkwe emenda oħra għandha tkun mgħarrfa lill-Kummissjoni li għandha l-opportunità li toġġezzjona f’każ li hija tqis li l-emenda tmur kontra dan ir-Regolament. F’każ li ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni, għandu jiġi pubblikat avviż xieraq flimkien ma’ sommarju konċiż ta’ l-emenda.

(17)

Huwa meħtieġ li jkun żgurat, fuq naħa waħda, li l-ERI għandha l-flessibbiltà li temenda l-Istatuti tagħha, u fuq in-naħa l-oħra, li l-Komunità li tistabbilixxi infrastruttura tar-riċerka bħala ERI żżomm il-kontroll fuq ċerti elementi essenzjali. F’każ li jkun hemm xi emenda li tikkonċerna suġġett kopert fl-estratt mill-Istatuti anness mad-deċiżjoni li twaqqaf l-ERI, din it-tip ta’ emenda għandha tkun approvata, qabel ma tidħol fis-seħħ, permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda bl-istess proċedura li tkun ġiet segwita fit-twaqqif tal-ERI, minħabba li l-informazzjoni li jkun fiha hi kkunsidrata essenzjali. Kwalunkwe emenda oħra għandha tkun mgħarrfa lill-Kummissjoni li għandha l-opportunità li toġġezzjona f’każ li hija tqis li l-emenda tmur kontra dan ir-Regolament. F’każ li ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni, għandu jiġi pubblikat avviż xieraq flimkien ma’ sommarju konċiż tal-emenda.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 20

(20)

L-ERIs jistgħu jirċievu kofinanzjament mill-istrumenti finanzjarji tal-Politika ta’ Koeżjoni f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

(20)

L-ERIs jistgħu jirċievu kofinanzjament mill-istrumenti finanzjarji tal-Politika ta’ Koeżjoni f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta’Koeżjoni (1) .

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 22

(22)

Peress li l-ERI hi stabbilita taħt il-liġi tal-Komunità, għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Komunità, flimkien mal-liġi tal-pajjiż fejn għandha s-sede statutorja tagħha. Madankollu, l-ERI jista’ jkollha post ta’ operat f’pajjiż ieħor . F’dak il-każ, il-liġi ta’ dak il-pajjiż għandha tapplika fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza pubbliċi u fuq il-post tax-xogħol; il-ħarsien ambjentali, it-trattament tas-sustanzi perikolużi u l-ħruġ tal-permessi meħtieġa. Barra dan, l-ERI għandha tkun irregolata mill-Istatuti tagħha, adottati f’konformità mas-sorsi tal-liġi preċedenti, u mir-regoli ta’ implimentazzjoni li jikkonformaw ma’ l-Istatuti.

(22)

Peress li l-ERI hi stabbilita taħt il-liġi tal-Komunità, għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Komunità, flimkien mal-liġi tal-pajjiż fejn għandha s-sede statutorja tagħha. Madankollu, l-ERI jista’ jkollha postijiet ta’ operat f’pajjiżi oħra . F’dak il-każ, il-liġi ta’ dawn il-pajjiżi għandha tapplika fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza pubbliċi u fuq il-post tax-xogħol, il-ħarsien ambjentali, it-trattament tas-sustanzi perikolużi u l-ħruġ tal-permessi meħtieġa. Barra dan, l-ERI għandha tkun irregolata mill-Istatuti tagħha, adottati f’konformità mas-sorsi tal-liġi preċedenti, u mir-regoli ta’ implimentazzjoni li jikkonformaw ma’ l-Istatuti.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 23

(23)

Sabiex tiżgura kontroll suffiċjenti tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-ERI għandha tressaq lill-Kummissjoni r-rapport annwali ta’ l-ERI u kwalunkwe informazzjoni dwar ċirkustanzi li jheddu li jfixklu serjament il-ksib tal-kompiti ta’ l-ERI . F’każ li l-Kummissjoni tikseb indikazzjonijiet, permezz tar-rapport annwali jew mod ieħor, li l-ERI qiegħda taġixxi bi ksur serju ta’ dan ir-Regolament jew ta’ liġi applikabbli oħra, il-Kummissjoni għandha titlob spjegazzjonijiet u/ jew azzjonijiet mill-ERI u/jew mill-membri tagħha. F’każijiet estremi u jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni ta’ rimedju, il-Kummissjoni tista’ tħassar id-deċiżjoni li twaqqaf l-ERI; dan iwassal għall-istralċ ta’ l-ERI.

(23)

Sabiex tiżgura kontroll suffiċjenti tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-ERI għandha tressaq lill-Kummissjoni r-rapport annwali u kwalunkwe informazzjoni dwar ċirkustanzi li jheddu li jfixklu serjament l-il-ksib tal-objettiv tagħha . F’każ li l-Kummissjoni tikseb indikazzjonijiet, permezz tar-rapport annwali jew mod ieħor, li l-ERI qiegħda taġixxi bi ksur serju ta’ dan ir-Regolament jew ta’ liġi applikabbli oħra, il-Kummissjoni għandha titlob spjegazzjonijiet u/ jew azzjonijiet mill-ERI u/jew mill-membri tagħha. F’każijiet estremi u jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni ta’ rimedju, il-Kummissjoni tista’ tħassar id-deċiżjoni li twaqqaf l-ERI; dan iwassal għall-istralċ tal-ERI.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 23 a (ġdida)

 

(23a)

Fuq il-bażi tal-prattika tal-aġġornament regolari tal-Pjan Direzzjonali ESFRI, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew b’mod regolari dwar l-istat ta’ evoluzzjoni tal-ERIs fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka, flimkien mal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tagħha f’il-qasam.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 24

(24)

Minħabba li l-għanijiet ta’ l-azzjoni li għad iridu jittieħdu; jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas għall-Infrastrutturi Ewropej tar-Riċerka bejn l-Istati Membri, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri fil-qafas tas-sistemi kostituzzjonali nazzjonali tagħhom, għalhekk, minħabba n-natura tranżnazzjonali tal-problema, dawn l-għanijiet jistgħu jinkisbu aħjar fuq il-livell Komunitarju. Il-Komunità tista’ għalhekk tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(24)

Minħabba li l-għanijiet tal-azzjoni li għad iridu jittieħdu; jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas għall-ERIs imwaqqfa b’mod kollettiv mill-Istati Membri, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri fil-qafas tas-sistemi kostituzzjonali nazzjonali tagħhom, għalhekk, minħabba n-natura tranżnazzjonali tal-problema, dawn l-għanijiet jistgħu jinkisbu aħjar fuq il-livell Komunitarju. Il-Komunità tista’ għalhekk tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafi 1 u 2

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas li jistipula r-rekwiżiti u l-proċeduri għat - twaqqif ta’ Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (minn issa ’l quddiem l-“ERI”) u l-effetti tiegħu .

2.     Għandu japplika għall-infrastrutturi tar-riċerka ta’ interess pan-Ewropew.

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti u l-proċeduri għal infrastruttura tar-riċerka ta’ interess pan-Ewropew li għandha titwaqqaf bħala Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (minn issa ’l quddiem l-“ERI”).

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.     Struttura ta’ riċerka ta’ interess pan-Ewropew hija faċilità, li tinkludi riżorsi u servizzi marbuta, li tista’ tintuża mill-komunità xjentifika biex twettaq riċerka ta’ livell għoli skont l-oqsma rispettivi. Din id-definizzjoni tkopri t-tagħmir xjentifiku jew is-settijiet ta’ strumenti ewlenin; ir-riżorsi bbażati fuq l-għarfien bħall-kollezzjonijet, l-arkivji jew informazzjoni xjentifika strutturata; infrastrutturi ta’ bażi msejsa fuq l-ICT bħall-“grid”’ xorta waħdanija essenzjali biex tinkiseb l-eċċellenza fir-riċerka. Dawn it-tipi ta’ infrastrutturi tar-riċerka jistgħu jkunu f’sit wieħed jew imqassma (netwerk organizzat ta’ riżorsi).

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – titolu

Il-kompitu u attivitajiet oħra

L-objettiv u l-attivitajiet ta’ ERI

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

1.    Il-kompitu ta’ l-ERI għandu jkun li tistabbilixxi u topera infrastruttura tar-riċerka.

1.    L-objettiv tal-ERI għandu jkun li tiffaċilita u tippromwovi r-riċerka ta’ interess pan-Ewropew f’infrastruttura Ewropea eżistenti jew f’infrastruttura ġdida stabbilita b’mod konġunt bejn għadd ta’ Stati Membri.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

2.    L -ERI għandha twettaq il-kompitu tagħha fuq bażi mhux ekonomika. Madankollu, tista’ tagħmel xi ftit attivitajiet ekonomiċi limitati relatati mill-qrib mal- kompitu tagħha, sakemm dawn ma jfixklux il-ksib ta’ dak il-kompitu .

2.    L-attivitajiet imwettqa minn ERI għandhom ikunu ta’ natura mhux ekonomika. Madankollu, tista’ tagħmel xi ftit attivitajiet ekonomiċi limitati relatati mill-qrib mal-objettiv tagħha, sakemm dawn ma jfixklux il-ksib ta’ dak l-objettiv u d-dħul minn attivitajiet bħal dawn jintuża esklussivament biex jintlaħaq dak l-objettiv.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a.     L-ERIs għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-brevetti u drittijiet u interessi oħra ta’ proprijetà intellettwali li intellettwali, li jirriżultaw mill-attivitajiet tagħhom u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali permezz ta’ rapport annwali.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Rekwiżiti relatati ma’ l-infrastruttura

Rekwiżiti ġenerali

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

L-infrastruttura tar-riċerka li għandha tiġi stabbilita mill -ERI għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

L-infrastruttura tar-riċerka mwaqqfa bħala ERI għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

(b)

tirrappreżenta valur miżjud fl-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u titjib sinifikanti fl-oqsma relevanti xjentifiċi u teknoloġiċi fuq livell internazzjonali.

(b)

tirrappreżenta valur miżjud fl-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka inkluż billi jiġi lliberat il-potenzjal tar-riċerka fir-reġjuni kollha tal-UE, u bit-titjib fil-metodi tar-riċerka, titjib sinifikanti fl-oqsma speċjalisti relevanti xjentifiċi u teknoloġiċi fuq livell internazzjonali;

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

(c)

il-Komunità Ewropea tar-riċerka, magħmula minn riċerkaturi mill-Istati Membri u minn pajjiżi assoċjati mal-programmi tar-riċerka, ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Komunità jista’ jkollha aċċess effettiv għaliha; kif ukoll

(c)

tkun aċċessibbli b’mod effettiv għall -Komunità Ewropea tar-riċerka, magħmula minn riċerkaturi mill-Istati Membri u minn pajjiżi assoċjati mal-programmi tar-riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-Komunità jista’ b’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Istatuti tagħha;

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

 

(ca)

tikkontribwixxi għat-taħriġ tar-riċerkaturi żgħażagħ; u

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt d a (ġdid)

 

(da)

issaħħaħ l-effiċjenza tar-riċerka interdixxiplinari bħala riżultat tal-konċentrazzjoni ta' proġetti ta' riċerka fil-qafas ta' perjodu ta' żmien stipulat.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

L-infrastruttura tar-riċerka li titwaqqaf bħala ERI għandha tippreżenta evalwazzjoni tal-impatt mal-applikazzjoni tagħha.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 b (ġdid)

 

Il-membri tal-infrastruttura tar-riċerka li tkun se titwaqqaf bħala ERI għandhom jimpenjaw ir-riżorsi umani u finanzjarji neċessarji biex titwaqqaf u biex topera.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

L-applikazzjoni għat-twaqqif ta’ ERI

L-applikazzjoni

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

1.   L-entitajiet li japplikaw sabiex iwaqqfu ERI (minn issa ’l quddiem “l-applikanti”) għandhom iressqu applikazzjoni lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha titressaq bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u għandha tinkludi dan li ġej:

1.   L-entitajiet li japplikaw sabiex l-infrastruttura tar-riċerka titwaqqaf bħala ERI (minn issa ’l quddiem “l-applikanti”) għandhom iressqu applikazzjoni lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha titressaq bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u għandha tinkludi dan li ġej:

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

(a)

talba lill-Kummissjoni biex twaqqaf l -ERI;

(a)

talba lill-Kummissjoni biex l-infrastruttura tar-riċerka titwaqqaf bħala ERI;

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

(c)

deskrizzjoni teknika u xjentifika ta’ l-infrastruttura tar-riċerka li tkun se tiġi stabbilita u operata mill -ERI, li tindirizza partikularment ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3.

(c)

deskrizzjoni teknika u xjentifika tal-infrastruttura tar-riċerka li tkun se tiġi mwaqqfa bħala ERI, u l-effetti soċjoekonomiċi u l-kontribut għall-objettivi ta’ konverġenza tal-UE, li tindirizza partikularment ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3;

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

2.     Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni. Matul il-valutazzjoni tista' tikseb il-fehmiet ta' esperti indipendenti b’mod partikulari fil-qasam ta' l-attivitajiet intenzjonati ta' l-ERI. Ir-riżultat ta' din it-tip ta' valutazzjoni għandu jkun ikkomunikat lill-applikanti li għandhom ikunu mistiedna jimlew jew jemendaw l-applikazzjoni fi żmien raġonevoli jekk dan ikun meħtieġ.

imħassar

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

L-evalwazzjoni u d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu -1 (ġdid)

 

-1.     Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni. Matul il-valutazzjoni għandha tikseb il-fehmiet ta' esperti indipendenti b’mod partikulari fil-qasam tal-attivitajiet intenzjonati tal-ERI. Ir-riżultat ta' din il-valutazzjoni għandu jkun ikkomunikat lill-applikanti li jiġu mistiedna jimlew jew jemendaw l-applikazzjoni fi żmien raġonevoli jekk dan ikun meħtieġ

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

1.   Il-Kummissjoni għandha, hija u tikkunsidra r-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fl- Artikolu 4(2) u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21:

1.   Il-Kummissjoni għandha, hija u tikkunsidra r-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fl- Artikolu 5(-1) u l-ħtiġijiet identifikati fil-Pjan Direzzjonali għal Forum Strateġiku Ewropew dwar l-Infrastrutturi ta’ Riċerka (ESFRI) u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21:

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

(a)

tadotta deċiżjoni li twaqqaf l-ERI wara li tkun sodisfatta li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu; jew

(a)

tadotta deċiżjoni li twaqqaf infrastruttura tar-riċerka bħala ERI wara li tkun sodisfatta li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu; jew

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

2.   Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-applikanti. Id-deċiżjoni li twaqqaf l-ERI għandha tiġi pubblikata wkoll fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-applikanti. Id-deċiżjoni li twaqqaf infrastruttura tar-riċerka bħala ERI għandha tiġi pubblikata wkoll fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fil-każi fejn jiġu miċħuda, l-applikanti għandu jkollhom aċċess għar-rapport ta’ evalwazzjoni

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.     Fil-każ ta' infrastrutturi b'forma legali differenti, il-persuna ġuridika oriġinali għandha tieqaf teżisti fid-data msemmija fil-paragrafu 1, u l-ERI għandha topera bħala s-suċċessur legali tagħha bis-saħħa tar-regoli tas-suċċessjoni skont il-liġi;

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

2.   ERI għandu jkollha isem li jinkludi l-kliem “Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka” jew it-taqsira “ERI”.

2.   ERI għandu jkollha isem li jinkludi l-kliem “Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka” jew it-taqsira “ERI” u referenza għall-qasam ta’ riċerka tagħha .

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

2.   ERI għandu dejjem ikollha għall-inqas tliet Stati Membri bħala membri. Jistgħu jingħaqdu iktar Stati Membri bħala membri fi kwalunkwe ħin fuq termini ġusti u raġonevoli kif speċifikati fl-Istatuti.

2.   ERI għandu dejjem ikollha għall-inqas tliet Stati Membri bħala membri. Jistgħu jingħaqdu iktar Stati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali bħala membri fi kwalunkwe ħin fuq termini ġusti u raġonevoli kif speċifikati fl-Istatuti.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

4.   Kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz jista’ jkun irrappreżentat minn entità pubblika waħda jew iktar, inkluż reġjuni, jew minn entitajiet privati b’missjoni ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta’ l-eżerċizzju ta’ drittijiet speċifiċi u fit-twettiq ta’ obbligi speċifiċi bħala membru ta’ l-ERI.

4.   Kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz jista’ jkun irrappreżentat fl-assemblea tal-membri minn entità pubblika waħda jew iktar, inkluż reġjuni, jew minn entitajiet privati b’missjoni ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta’ l-eżerċizzju ta’ drittijiet speċifiċi u fit-twettiq ta’ obbligi speċifiċi bħala membru tal-ERI.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

5.   Il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi li japplikaw għal sħubija f’ERI għandhom jirrikonoxxu li l-ERI għandu jkollha personalità u kapaċità ġuridiċi skond l-Artikoli 6(1) u (2) u li hija għandha tkun suġġett għar-regoli ddeterminati fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 16.

5.   Il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi li japplikaw għal sħubija f’ERI għandhom jirrikonoxxu li l-ERI għandu jkollha personalità u kapaċità ġuridika fit-territorji u fl-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom skont l-Artikoli 6(1) u (2) u li hija għandha tkun suġġett għar-regoli ddeterminati fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 16.

Fil-każ li fondi tal-Komunità jkunu qed jintużaw minn ERI, il-membri internazzjonali jew intergovernattivi tal-ERI għandhom iżommu l-istatus ERI tagħhom biss jekk jimpenjaw ruħhom li jibagħtu l-verifika interna u esterna tagħhom lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-Awditur Intern tal-Kummissjoni.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6 a (ġdid)

 

6a.     Jekk il-Komunità ssir membru ta’ ERI direttament jew permezz ta’ intermedjarju, il-Kummissjoni għandha tinforma liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja minnufih.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

(b)

il-kompiti u l-attivitajiet ta’ l-ERI;

(b)

l-għan u l-attivitajiet tal-ERI;

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt e

(e)

id-drittijiet u l-obbligi tal-membri, inkluż l-obbligu li jagħtu kontribuzzjonijiet lejn baġit ibbilanċjat,

(e)

id-drittijiet u l-obbligi tal-membri, inkluż l-obbligu li jagħtu kontribuzzjonijiet lejn baġit ibbilanċjat u d-drittijiet għall-votazzjoni;

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt h – punt i

(i)

il-politika ta’ l-aċċess għall-utenti;

(i)

il-politika tal-aċċess għall-utenti bbażata fuq l-eċċellenza xjentifika ;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt h – punt i a (ġdid)

 

(ia)

politika ta’investiment;

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt h – subpunt vi a (ġdid)

 

(via)

politika ta’antidiskriminazzjoni, li tqis b’mod partikolari l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabilità;

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt j a (ġdid)

 

(ja)

ftehima dwar l-individwu awtorizzat biex jittratta l-brevetti u drittijiet oħra ta’ proprjetà intellettwali u l-interessi li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-ERI u l-użu li jsir mid-dħul li jkun ġej minn drittijiet bħal dawn;

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6

6.   L-ERI għandha tagħmel assikurazzjoni xierqa biex tkopri r-riskji kollha speċifikament relatati ma’ l-operat tagħha.

6.   L-ERI għandha tagħmel assikurazzjoni xierqa biex tkopri r-riskji kollha speċifikament relatati mal-bini tal-infrastruttura u mal-operat tagħha.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Il-finanzjament tal-Komunità lill-ERI jista’ jingħata biss f’konformità mat-Titolu VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-finanzjament taħt il-Politika ta’ Koeżjoni għandu jkun possibbli wkoll, f’konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Komunità.

Il-finanzjament tal-Komunità lill-ERI jista’ jingħata biss f’konformità mat-Titolu VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-finanzjament taħt il-Politika ta’ Koeżjoni għandu jkun possibbli wkoll, f’konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Komunità.

Jekk il-Komunità fi kwalunkwe ħin issir membru ta’ ERI direttament jew permezz ta’ intermedjarju, dik l-ERI għandha titqies bħala entità b’personalità ġuridika skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. Dan japplika wkoll għal ERI li tirċievi kontribuzzjonijiet (għotjiet operattivi) skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a

(a)

mil-liġi tal-Komunità, b’mod partikulari dan ir-Regolament u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5(1)(a) u 10(1);

(a)

mil-liġi tal-Komunità, b’mod partikulari dan ir-Regolament u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5(1)(a) u 10(1) u r-Regolament Finanzjarju fejn ikun il-każ ;

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

5.   F’każ li ma tittieħed l-ebda azzjoni ta’ rimedju, il-Kummissjoni tista’ tħassar id-deċiżjoni li tistabbilixxi l -ERI. Din it-tip ta’ deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-ERI u għandha tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan għandu jwassal għall-istralċ ta’ l-ERI.

5.   F’każ li ma tittieħed l-ebda azzjoni ta’ rimedju, il-Kummissjoni tista’ tħassar id-deċiżjoni li twaqqaf l-infrastruttura tar-riċerka bħala ERI. Din it-tip ta’ deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-ERI u għandha tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan għandu jwassal għall-istralċ ta’ l-ERI.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport ta’ attività annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tinnotifikhom bi kwalunkwe deċiżjoni adottata taħt il-paragrafi 3 sa 5.


(1)   ĠU L 210, 31.7.2006 p. 79.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/107


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Emendi għall-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni rigward is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku *

P6_TA(2009)0059

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni ta’ emendi għall-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni rigward is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku, li jippermettu l-istabbiliment ta’ proċeduri biex jissolva t-tilwim, l-estensjoni tal-ambitu tal-Konvenzjoni u reviżjoni tal-għanijiet tal-Konvenzjoni (COM(2008)0512 – C6-0338/2008 – 2008/0166(CNS))

2010/C 76 E/20

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (COM(2008)0512),

wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 300, paragrafu 2, tat-Trattat tal-KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300 (3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0338/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 83(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat tas-Sajd (A6-0009/2009),

1.

Japprova l-emendi għall-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni rigward is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/107


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali ***I

P6_TA(2009)0069

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali (COM(2007)0249 – C6-0143/2007 – 2007/0094(COD))

2010/C 76 E/21

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lil-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0249),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 63(3)(b) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0143/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0026/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata fl-4 ta’ Frar 2009 (1);

2.

Japprova d-Dikjarazzjoni Konġunta annessa hawnhekk;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2009)0043.


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
P6_TC1-COD(2007)0094

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Frar 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva 2009/52/KE.)


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
ANNESS

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Il-Parlament u l-Kunsill jiddikjaraw li r-regoli dwar is-subkuntrattazzjoni miftiehma fl-Artikolu 8 (l-Artikolu 9 preċedenti) ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzjoni għal dispożizzjonijiet oħra dwar din il-kwistjoni li għandhom jiġu adottati fi strumenti leġislattivi futuri.


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/108


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Statistika tal-ħsad ***I

P6_TA(2009)0070

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward statistika tal-ħsad (COM(2008)0210 – C6-0179/2008 – 2008/0079(COD))

2010/C 76 E/22

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0210),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0179/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0472/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
P6_TC1-COD(2008)0079

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Frar 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward statistika tal-għelejjel u li tħassar ir-regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 543/2009.)


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/109


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Inbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0071

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0848 – C6-0006/2008 – 2007/0287(COD))

2010/C 76 E/23

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni – Tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0848),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 37 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6–0006/2008),

wara li kkunsidra l-impennji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b’ittra tat-2 ta’ Frar 2009 biex il-proposta tiġi adottata kif emendata, skont l-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ riformulazzjoni għall-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0216/2008),

A.

billi, skond il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludix xi emendi sostantivi għajr dawk meqjusa bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tat-testi eżistenti, il-proposta għandha kodifikazzjoni ċara ta’ dawk it-testi bla ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
P6_TC1-COD(2007)0287

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Frar 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru ….)


25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/110


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Rati mnaqqsa ta' taxxa fuq il-valur miżjud *

P6_TA(2009)0072

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-19 ta' Frar 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, fir-rigward ta' rati mnaqqsa ta' taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2008)0428 – C6-0299/2008 – 2008/0143(CNS))

2010/C 76 E/24

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0428),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0299/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0047/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 4

(4)

F’dik il-Komunikazzjoni hawn fuq imsemmija, ġie konkluż li rati differenti tal-VAT applikati għal servizzi pprovduti lokalment ma huma ta' l-ebda detriment reali għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri kollha jingħataw il-possibilità biex japplikaw rati mnaqqsa ta’ VAT għal servizzi, bħal servizzi li jirrikjedu ħafna ħaddiema koperti bid-dispożizzjonijiet temporanji applikabbli sa tmiem l-2010, servizzi relatati mas-settur tad-djar u mal-kura personali u servizzi tar-ristoranti. Dawn it-tibdiliet jagħmluha possibbli għall-Istati Membri biex japplikaw rati mnaqqsa tal-VAT rates għal-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni u tiswija li jimmiraw għall-iffrankar fl-enerġija u għalleffiċjenza fl-enerġija.

(4)

F’dik il-Komunikazzjoni hawn fuq imsemmija, ġie konkluż li rati differenti tal-VAT applikati għal servizzi pprovduti lokalment ma huma ta' l-ebda riskju maġġuri għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u jista' jkollhom effetti pożittivi fir-rigward tal-ħolqien tal-impjiegi u fil-ġlieda kontra l-ekonomija illegali . Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri kollha jingħataw il-possibilità biex japplikaw rati mnaqqsa ta’ VAT għal servizzi, bħal servizzi li jirrikjedu ħafna ħaddiema koperti bid-dispożizzjonijiet temporanji applikabbli sa tmiem l-2010, għal servizzi relatati mas-settur tad-djar u mal-kura personali u servizzi tar-ristoranti. Rati mnaqqsa tal-VAT f’dawn l-oqsma għandhom impatt pożittiv fit-tfassil mill-ġdid ta’ għadd ta' setturi tas-servizzi peress li dawn inaqqsu l-livell tax-xogħol mhux dikjarat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu gwida ċara u aċċessibbli għall-intrapriżi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rati mnaqqsa tal-VAT.

Emenda 7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 4 a (ġdida)

 

(4a)

Fir-rigward tas-settur tad-djar, din id-Direttiva tagħmilha wkoll possibbli għall-Istati Membri li japplikaw rati mnaqqsa tal-VAT għal xogħlijiet ta' rinnovazzjoni u tiswija li għandhom l-għan li jiffrankaw l-enerġija u jżidu l-effiċjenza fl-enerġija.

Emenda 2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness - punt 5a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Anness III - punt 11

 

5a)

Il-punt 11) huwa sostitwit mit-test li ġej:

“11)

il-forniment tal-oġġetti u l-għoti tas-servizzi ta' tip li normalment huwa maħsub għal użu fil-produzzjoni agrikola, inkluż il-makkinarju, minbarra oġġetti ta' tagħmir, bħal bini;”

Emenda 5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Anness III – punt 16

(16)

forniment ta' servizzi ta' ta' funerali jew servizzi ta' ħruq u l-forniment ta' oġġetti relatati magħhom;

(16)

forniment ta' servizzi ta' funerali jew servizzi ta' kremazzjoni u l-forniment ta' oġġetti relatati magħhom, bħall-monumenti u l-ġebel ta' fuq il-qabar u l-kura tagħhom ;

Emenda 4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Anness - punt 7a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Anness III - punt 18a (ġdid)

 

7a)

Il-punt 18a) li ġej għandu jiddaħħal:

“18a)

ħwejjeġ u żraben għat-tfal;”

25.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 76/112


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
L-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

P6_TA(2009)0079

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (2008/2164(ACI))

2010/C 76 E/25

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu bid-data tal-1 ta' Ottubru 2008,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (SEC(2008)2109 - C6-0256/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Nru 3 dwar l-Artikolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea mehmuża mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta' Nizza,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tas-26/01/2009 li tinforma lill-Istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra risponsabbli għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet rigward ċerti emendi għall-abbozz ta' deċiżjoni approvata mill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fid-9 ta' Jannar 2001 u adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Jannar 2009 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 120(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal- Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0426/2008),

A.

billi l-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (OPOCE, min hawn 'l quddiem “l-Uffiċċju”) twaqqaf fl-1969 bid-Deċiżjoni 69/13/Euratom/ECSC/EEC tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (2),

B.

billi dik id-deċizjoni ġiet emendata fl-1980 (3) u mħassra u mibdula b'deċiżjoni ġdida fis-sena 2000 (4),

C.

billi, fil-paragrafu 45 tar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Jannar 2004 dwar il-kwittanza (5)fir-rigward tas-sena finanzjarja 2001, il-Parlament għamel l-osservazzjoni li ġejja: “[Il-Parlament…] Iqis li huwa partikularment diffiċli li tiġi identifikata responsabilità politika f'korpi interistituzzjonali kif juri l-każ tal-OPOCE; għalhekk jistieden lill-Istituzzjonijiet biex jeżaminaw mill-ġdid id-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw il-korpi interistituzzjonali eżistenti, madankollu mingħajr ma jiddaħħal il-prinċipju ta' koperazzjoni interistituzzjonali li jippermetti li jiġu ffrankati ammonti sinifikanti fil-baġit Ewropew; għalhekk jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jibdlu l-bażi legali għall-korpi interistituzzjonali b'mod li jkun hemm allokazzjoni ċara tar-responsabilitajiet amministrattivi u politiċi”,

D.

billi l-Kummissjoni għaddiet abbozz ta' deċiżjoni li tħassar u tieħu post id-deċiżjoni 2000/459/KE, ECSC, Euratom li bħalissa hija fis-seħħ,

E.

billi l-abbozz ta’ deċiżjoni huwa maħsub li jistipula f'iktar dettall il-kompetenzi u l-ħidmiet tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ir-responsabilitajiet rispettivi tal-istituzzjonijiet, l-irwoli tal-Kumitat ta’ Tmexxija u tad-Direttur tal-Uffiċċju,

F.

billi l-Uffiċċju huwa korp imwaqqaf permezz ta' ftehim komuni bejn l-istituzzjonijiet, u b'hekk jissodisfa l-kriterji ta' ftehima interistituzzjonali,

G.

billi s-Segretarji Ġenerali tal-istituzzjonijiet involuti approvaw l-abbozz tad-deċiżjoni fit-18 ta' April 2008 u l-Bureau tal-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu fit-3 ta' Settembru 2008,

H.

billi l-Artikolu 120(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu jistipula li l-ftehimiet interistituzzjonali għandhom jiġu ffirmati mill-President wara li jkunu ġew eżaminati mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet kostituzzjonali u wara li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu,

1.

Japprova l-abbozz ta' deċiżjoni flimkien mal-emendi li jipproponi l-Kunsill kif jinsabu fl-anness mehmuż;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat għar-Reġjuni, għall-informazzjoni.


(1)  Dokument 14485/1/08 REV 1 u REV 2.

(2)  ĠU L 13, 18.1.1969, p. 19.

(3)  Deċiżjoni 80/443/KEE, Euratom, ECSC tas-7 ta' Frar 1980 li temenda d-Deċiżjoni tas-16 ta' Jannar 1969 li twaqqaf l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 107, 25.4.1980, p. 44).

(4)  Id-Deċiżjoni 2000/459/KE, KEFA, Euratom tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-20 ta' Lulju 2000 fuq l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 183, 22.7.2000, p. 12).

(5)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 2004 dwar l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar l-osservazzjonjiet fir-riżoluzzjoni mehmuża mad-deċiżjoni li tagħti kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2001 (ĠU C 96 E, 21.4.2004, p. 112).


Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
ANNESS

Abbozz ta'

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL, TAL-KUMMISSJONI, TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, TAL-QORTI TA' L-AWDITURI, TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

(…)

dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament ta' l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW,

IL-KUNSILL,

IL-KUMMISSJONI,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,

IL-QORTI TA' L-AWDITURI,

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW,

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tat-8 ta' April 1965 dwar l-istabbiliment provviżorju ta' ċerti istituzzjonijiet u servizzi tal-Komunitajiet (1) ipprovda għal uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem “l-Uffiċċju”) li għandu jkun jinsab fil-Lussemburgu. Din id-dispożizzjoni ġiet implimentata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2000/459/KE, KEFA, Euratom (2).

(2)

Ir-regoli u r-regolamenti applikabbli għall-uffiċjali u ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej japplikaw għall-Uffiċċju. Għandhom jitqiesu l-emendi riċenti għal dawk ir-Regoli u regolamenti.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”) fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-funzjonament ta' l-Uffiċċju.

(4)

Qed iseħħu avvanzi teknoloġiċi kbar fil-pubblikazzjoni u dawn jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fil-mod kif jaħdem l-Uffiċċju.

(5)

Għall-finijiet taċ-ċarezza, huwa xieraq li titħassar id-Deċiżjoni 2000/459/KE, KEFA u li din tinbidel b’din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

1.   Il-kompitu ta' l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “l-Uffiċċju”), li huwa uffiċċju interistituzzjonali, għandu jkun li jippubblika l-pubblikazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Unjoni Ewropea fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli.

Għal dan il-għan, l-Uffiċċju għandu, minn naħa waħda, jippermetti lill-istituzzjonijiet li jissodissfaw l-obbligi tagħhom li jippubblikaw it-testi leġiżlattivi u, min-naħa l-oħra, jikkontribwixxi għall-formulazzjoni teknika u għall-implimentazzjoni tal-linji politiċi ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu.

2.   L-Uffiċċju għandu jkun ġestit mid-Direttur tiegħu skond il-linji gwida strateġiċi ffissati minn kumitat ta' tmexxija. Minbarra d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni li huma speċifiċi għar-rwol interistituzzjonali ta' l-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu japplika l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji tal-Kummissjoni. Fl-istabbiliment ta' dawn il-proċeduri, il-Kummissjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni n-natura speċifika ta' l-Uffiċċju.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1)

“il-pubblikazzjoni” tfisser, kwalunkwe azzjoni meħtieġa għad-disinn, il-verifika, l-allokazzjoni tan-numri standard internazzjonali u/jew in-numri ta' l-ikkatalogar, il-produzzjoni, l-ikkatalogar, l-indiċjar, id-distribuzzjoni, il-promozzjoni, il-bejgħ, il-ħażna u l-arkivjar tal-pubblikazzjonijiet, f'kull forma jew sura u b'kull mezz, preżenti jew futur;

2)

“pubblikazzjonijiet” tfisser, it-testi kollha, pubblikati fuq kwalunkwe mezz u fi kwalunkwe format li jkollhom numru standard internazzjonali u/jew numru ta' l-ikkatalogar;

3)

“pubblikazzjonijiet obbligatorji” tfisser, il-pubblikazzjonijiet pubblikati skond it-Trattati jew testi leġiżlattivi oħra;

4)

“pubblikazzjonijiet mhux obbligatorji” tfisser, kwalunkwe pubblikazzjoni pubblikata fil-qafas tal-prerogattivi ta' kwalunkwe istituzzjoni;

5)

“il-ġestjoni tad-drittijiet ta' l-awtur” tfisser li s-servizzi tal-awtur iżommu d-drittijiet ta' l-awtur jew id-dritt ta' użu mill-ġdid u jinkludi l-ġestjoni ta' dawkn id-drittijiet mill-Uffiċċju għall-pubblikazzjonijiet li l-pubblikazzjoni tagħhom hija fdata lill-Uffiċċju;

6)

“dħul nett mill-bejgħ” tfisser is-somma totali tal-fatturati, imnaqqsa bl-iskonti kummerċjali mogħtija u bl-ispejjeż tal-ġestjoni, spejjeż tal-ġbir u spejjeż bankarji;

7)

“istituzzjonijiet”, tfisser l-istituzzjonijiet, l-entitajiet, l-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti minn jew taħt it-Trattati.

Artikolu 3

Ambitu tal-Kompetenzi ta' l-Uffiċċju

1.   L-Uffiċċju għandu jkollu kompetenza għal dan li gej:

a)

il-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “Ġurnal Uffiċjali”) u l-garanzija ta' l-awtentiċità tiegħu;

b)

il-pubblikazzjoni ta' pubblikazzjonijiet obbligatorji oħra;

c)

il-pubblikazzjoni jew il-kopubblikazzjoni ta' pubblikazzjonijiet mhux obbligatorji fdati lill-Uffiċċju fil-qafas tal-prerogattivi ta' kull istituzzjoni, partikolarment fil-kuntest ta' l-attivitajiet ta' komunikazzjoni ta' l-istituzzjonijiet;

d)

il-pubblikazzjoni jew il-kopubblikazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu, inklużi pubblikazzjonijiet intiżi għall-promozzjoni tas-servizzi tiegħu stess; f'dan il-kuntest, l-Uffiċċju jista' jikseb traduzzjonijiet permezz ta' kuntratt ta' servizz;

e)

l-iżvilupp, iż-żamma u l-aġġornament tas-servizzi ta' pubblikazzjoni elettronika għall-pubbliku;

f)

id-disponibbiltà għall-pubbliku tal-leġiżlazzjoni kollha u testi uffiċjali oħra;

g)

il-preżervazzjoni tal-pubblikazzjonijiet kollha ta' l-istituzzjonijiet u t-tqegħid tagħhom għad-dispożizzjoni għall-pubbliku f'forma elettronika;

h)

l-allokazzjoni ta' numri standard internazzjonali u/jew numri ta’ l-ikkatalogar għall-pubblikazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet;

i)

il-ġestjoni tad-drittjiet ta' riproduzzjoni u tat-traduzzjoni tal-pubblikazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet;

j)

il-promozzjoni u l-bejgħ tal-pubblikazzjonijiet u tas-servizzi li joffri lill-pubbliku.

2.   L-Uffiċċju għandu jipprovdi parir u assistenza lill-istituzzjonijiet dwar dan li gej:

a)

il-programmazzjoni u l-ippjanar tal-programmi tagħhom ta' pubblikazzjoni;

b)

l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' publikazzjoni tagħhom, ikun x'ikun il-mezz tal-pubblikazzjoni;

c)

il-forniment ta' l-arranġament tal-paġni u d-disinn tal-proġetti ta' pubblikazzjoni tagħhom;

d)

il-forniment ta' informazzjoni dwar ix-xejriet tas-suq tal-pubblikazzjonijiet fl-Istati Membri u dwar is-suġġetti li x'aktarx ikollhom l-akbar udjenza;

e)

l-iffissar ta' kemm pubblikazzjonijiet għandhom jiġu stampati u l-istabbiliment ta' pjani ta' distribuzzjoni;

f)

l-iffissar tal-prezz u l-bejgħ tal-pubblikazzjonijiet;

g)

il-promozzjoni, id-distribuzzjoni u l-evalwazzjoni tal-pubblikazzjonijiet tagħhom, kemm jekk bla ħlas u kemm jekk għall-bejgħ;

h)

l-analiżi, l-evalwazzjoni u l-kostruzzjoni ta' siti u servizzi ta' l-internet għall-pubbliku;

i)

it-tfassil ta' kuntratti qafas għal attivitajiet ta' pubblikazzjoni;

j)

il-forniment ta' superviżjoni teknoliġika tas-sistemi ta' pubblikazzjoni.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet ta' l-istituzzjonijiet

1.   Kull istituzzjoni għandha jkollha l-kompetenza esklussiva sabiex tieħu d-deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jużaw is-servizzi ta' l-Uffiċċju għall-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjonijiet obbligatorji tagħhom.

3.   L-istituzzjonijiet jistgħu jippubblikaw il-pubblikazzjonijiet mhux obbligatorji tagħhom mingħajr l-involviment ta' l-Uffiċċju. F'dan il-każ, huma għandhom jitolbu lill-Uffiċċju n-numri standard internazzjonali u/ jew in-numri ta’ l-ikkatalogar u jagħtu lill-Uffiċċju verżjoni elettronika tal-pubblikazzjoni, ikun x'ikun il-format tagħha, kif ukoll żewġ kopji fuq karta tal-pubblikazzjoni fejn xieraq.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jintrabtu li jiggarantixxu ż-żamma tad-drittijiet ta' riproduzzjoni, ta' traduzzjoni u ta' distribuzzjoni ta' l-elementi kostitwenti kollha ta' pubblikazzjoni.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jintrabtu li jistabbilixxu pjan ta' distribuzzjoni, approvat mill-Uffiċċju, għall-pubblikazzjonijiet tagħhom.

6.   L-istituzzjonijiet jistgħu jikkonkludu ftehim ta' servizz ma' l-Uffiċċju sabiex jiddefinixxu l-metodi ta' kooperazzjoni tagħhom.

Artikolu 5

Kompiti ta' l-Uffiċċju

1.   Il-kompiti mwettqa mill-Uffiċċju għandhom jinkludu dan li ġej:

a)

il-kollazzjoni ta' dokumenti għal pubblikazzjoni;

b)

it-tħejjija, id-disinn grafiku, il-korrezzjoni, l-arranġament tal-paġni u l-verifika tat-testi u elementi oħra, ikun x'ikun il-format jew il-mezz, skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-istituzjonijiet u filwaqt li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' preżentazzjoni tipografika u lingwistika stabbiliti f'kollaborazzjoni ma' l-istituzzjonijiet;

c)

l-indiċjar u l-ikkatalogar tal-pubblikazzjonijiet;

d)

l-analiżi dokumentarja tat-testi pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali u fit-testi uffiċjali l-oħra;

e)

il-konsolidazzjoni tal-leġiżlazzjoni;

f)

il-ġestjoni, l-iżvilupp, l-aġġornament u d-distribuzzjoni tat-teżawru multilingwi Eurovoc;

g)

l-organizzazzjoni ta' l-istampar mill-fornituri ta' servizzi tiegħu;

h)

il-monitoraġġ ta' l-eżekuzzjoni tax-xogħol;

i)

il-kontroll tal-kwalità;

j)

l-aċċettazzjoni fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità;

k)

id-distribuzzjoni fiżika u elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali, tat-testi uffiċjali minbarra dawk pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali u ta' pubblikazzjonijiet oħra mhux obbligatorji;

l)

il-ħżin;

m)

l-arkivjar fiżiku u elettroniku;

n)

l-istampar mill-ġdid tal-pubblikazzjonijiet li jkunu spiċċaw u l-istampar fuq talba;

o)

il-ħolqien ta' katalgu konsolidat tal-pubblikazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet;

p)

il-bejgħ, inkluż il-ħruġ ta' fatturi, il-ġbir u t-trasferiment tad-dħul, u l-ġestjoni tal-pretensjonijiet;

q)

il-promozzjoni;

r)

il-ħolqien, ix-xiri, il-ġestjoni, l-aġġornament, il-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-listi ta' l-indirizzi ta' l-istituzjonijiet u l-ħolqien ta' listi ta' indirizzi mmirati.

2.   Fil-qafas tas-setgħat proprji tiegħu jew fuq il-bażi tad-delega tas-setgħat ta' uffiċċjal ta' awtorizzazzjoni mill-istituzzjonijiet, l-Uffiċċju għandu jkun responsabbli minn:

a)

l-akkwist pubbliku, inkluż it-teħid ta' impenji li jorbtu legalment,

b)

il-kontroll finanzjarju ta' kuntratti ma' fornituri;

c)

il-ħlas ta' l-ispejjeż, inkluża l-aċċettazzjoni fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità, espressa bl-iffirmar ta' awtorizzazzjoni għall-ħlas;

d)

l-awtorizzazzjoni ta' l-ispejjeż;

e)

l-operazzjonijiet ta' dħul.

Artikolu 6

Kumitat tal-Ġestjoni

1.   Għandu jiġi stabbilit Kumitat tal-Ġestjoni li fi ħdanu għandhom ikunu rappreżentati l-istituzzjonijiet firmatarji. Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jkun magħmul mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill u s-Segretarji Ġenerali ta' l-istituzzjonijiet l-oħra jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-Bank Ċentral Ewropew għandu jieħu sehem fix-xogħol tal-Kumitat tal-Ġestjoni bħala osservatur.

2.   Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jaħtar President, li għandu jintgħażel minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta' sentejn.

3.   Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jiltaqa' mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba ta' xi istituzzjoni.

4.   Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

5.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Ġestjoni għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi, ħlief fejn ikun stipulat mod ieħor.

6.   Kull istituzzjoni firmatarja ta' din id-Deċiżjoni għandha jkollha vot wieħed fi ħdan il-Kumitat tal-Ġestjoni.

Artikolu 7

Kompiti u responsabbiltajiet tal-Kumitat tal-Ġestjoni

1.   B'deroga mill-Artikolu 6, il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu, b'deċiżjoni unanima, fl-interess komuni ta' l-istituzzjonijiet u fl-ambitu tal-kompetenza ta' l-Uffiċċju, jadotta dawn id-deċiżjonijiet:

a)

abbażi ta' proposta mid-Direttur, għandu jadotta l-għanijiet strateġiċi ta' l-Uffiċċju u r-regoli tal-funzjonament ta' l-Uffiċċju;

b)

għandu jiffissa l-linji gwida tal-linji politiċi ġenerali ta' l-Uffiċċju, partikolarment fir-rigward tal-bejgħ, id-distribuzzjoni u l-pubblikazzjoni, u għandu jiżgura li l-Uffiċċju jikkontribwixxi għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' linji politiċi ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni fi ħdan l-oqsma ta' kompetenza tiegħu;

c)

abbażi ta' abbozz imħejji mid-Direttur ta' l-Uffiċċju, għandu jadotta rapport ta' ġestjoni annwali lill-istituzzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija u s-servizzi mogħtija mill-Uffiċċju; sa l-1 ta' Mejju ta' kull sena għandu jibgħat ir-rapport tiegħu fuq is-sena finanzjarja li tkun għandha kif intemmet lill-istituzzjonijiet;

d)

għandu japprova l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Uffiċċju taħt il-proċedura tal-baġit għall-baġit amministrattiv tal-Uffiċċju;

e)

għandu japprova l-kriterji li fuqhom l-Uffiċċju jmexxi l-kontabilità ta' l-ispejjeż tiegħu, li d-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jadotta;

f)

għandu jressaq quddiem l-istituzzjonijiet kwalunkwe suġġeriment li jista' jtejjeb il-funzjonament bla xkiel ta' l-Uffiċċju.

2.   Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jieħu in kunsiderazzjoni l-linji gwida maħluqa mill-entitajiet interistituzzjonali fl-oqsma tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni stabbiliti għal dan il-għan. Il-President tal-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jikkomunika ma' dawn l-entitajiet kull sena.

3.   Il-persuna ta' kuntatt bl-awtorità ta' kwittanza għal deċiżjonijiet strateġiċi fi ħdan l-oqsma ta' kompetenza ta' l-Uffiċċju għandha tkun il-President tal-Kumitat tal-Ġestjoni fil-kapaċità tiegħu ta' rappreżentant tal-kooperazzjoni interistituzzjonali.

4.   Il-President tal-Kumitat tal-Ġestjoni u d-direttur ta' l-Uffiċċju bi ftehim komuni għandhom jistabbilixxu r-regoli ta' l-informazzjoni reċiproka u tal-komunikazzjoni sabiex jifformalizzaw ir-relazzjonijiet tagħhom. Dan il-ftehim għandu jintbgħat lill-membri tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-informazzjoni.

Artikolu 8

Direttur ta' l-Uffiċċju

Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jkun responsabbli għat-tmexxija bla xkiel ta' l-Uffiċċju, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kumitat tal-Ġestjoni u fil-limiti tal-ambitu tal-kompetenzi tiegħu. Għall-applikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u finanzjarji huwa għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kummissjoni.

Artikolu 9

Kompiti u responsabbiltajiet tad-Direttur ta' l-Uffiċċju

1.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Kumitat tal-Ġestjoni u għandu jippreżenta rapporti kull tliet xhur lill-Kumitat tal-Ġestjoni dwar il-qadi ta' dmirijietu.

2.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jippreżenta lill-Kumitat tal-Ġestjoni kwalunkwe proposta għat-titjib tal-funzjonament ta' l-Uffiċċju.

3.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jiffissa t-tipi ta' servizzi li l-Uffiċċju jista' jagħti bi ħlas lill-istituzzjonijiet u t-tariffi għalihom, wara konsultazzjoni għal opinjoni mill-Kumitat tal-Ġestjoni.

4.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni, jiddetermina l-kriterji li fuqhom l-uffiċċju għandu jmexxi l-kontabilità ta' l-ispejjeż tiegħħu. Huwa għandu jiddefinixxi l-proċeduri għal kooperazzjoni fil-kontabilità bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet bi qbil ma' l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni.

5.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jistabbilixxi l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Uffiċċju taħt il-proċedura tal-baġit għall-baġit amministrattiv tal-Uffiċċju. Wara l-approvazzjoni mill-Kumitat tal-Ġestjoni, dawn il-proposti għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.

6.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jiddeċiedi jekk, u skond liema proċeduri, il-pubblikazzjonijiet minn terzi jistgħu jiġu pubblikati.

7.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jipparteċipa fl-attivitajiet interistituzzjonali dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni fi ħdan l-oqsma ta' kompetenza ta' l-Uffiċċju.

8.   Fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u d-dokumenti uffiċjali relatati mal-proċedura leġiżlattiva, inkluż il-Ġurnal Uffiċjali, id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu:

a)

jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti f'kull istituzzjoni jieħdu d-deċiżjonijiet bażiċi li għandhom jiġu applikati b'mod konġunt;

b)

iressaq proposti sabiex titjieb l-istruttura u l-preżentazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali u t-testi leġiżlattivi uffiċjali;

c)

iressaq proposti lill-istituzzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-presentazzjoni tat-testi għall-pubblikazzjoni;

d)

jeżamina d-diffikultajiet li jiltaqa' magħhom waqt l-operazzjonijiet ta' kuljum, jagħmel abbozz fil-kuntest tal-uffiċċju, tal-istruzzjonijiet meħtieġa, u jissuġġerixxi lill-istituzzjonijiet rakkomandazzjonijiet xierqa sabiex jingħelbu dawn id-diffikultajiet.

9.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju, iħejji rapport ta' attività annwali li jkopri l-ġestjoni tal-fondi assenjati mill-Kummissjoni u istituzzjonijiet oħra taħt ir-Regolament Finanzjarju. Dan ir-rapport għandu jkun indirizzat lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet ikkonċernati u, għall-informazzjoni, lill-Kumitat tal-Ġestjoni.

10.   Għall-finijiet ta' assenjazzjoni tal-fondi tal-Kummissjoni u ta' implimentazzjoni tal-baġit, il-proċeduri ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni bejn il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mir-relazzjonijiet ma' l-Uffiċċju u d-Direttur ta' l-Uffiċċju għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim komuni.

11.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta' l-għanijiet strateġiċi adottati mill-Kumitat tal-Ġestjoni u mill-ġestjoni tajba ta' l-Uffiċċju u ta' l-attivitajiet tiegħu kif ukoll mill-ġestjoni tal-baġit tiegħu.

12.   F'każ ta' assenza jew ta' nuqqas ta' disponibbiltà tad-Direttur, għandhom japplikaw ir-regoli ta' deputazzjoni fuq il-bażi tal-grad u l-anzjanità ħlief jekk il-Kumitat tal-Ġestjoni, fuq proposta tal-President tiegħu jew tad-Direttur ta' l-Uffiċċju, jiddeċiedi fuq ordni differenti.

13.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jinforma lill-istituzzjonijiet dwar l-ippjanar u l-użu tar-riżorsi u l-progress tax-xogħol f'rapport kull tliet xhur.

Artikolu 10

Persunal

1.   Il-Kummissjoni, wara li tikseb l-approvazzjoni unanima tal-Kumitat tal-Ġestjoni, għandha taħtar Direttur Ġenerali u Direttur. Ir-regoli tal-Kummissjoni dwar il-mobbiltà u l-evalwazzjoni tal-livelli superjuri tat-tmexxija għandhom japplikaw għad-Direttur Ġenerali u d-Diretturi (gradi AD 16/AD 15/AD 14). Meta tkun qed toqrob l-iskadenza tal-mobbiltà normalment prevista fir-regoli relevanti għal xi uffiċjal li jkun jokkupa tali post, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat tal-Ġestjoni, li jista' joħroġ opinjoni unanima dwar il-każ.

2.   Il-Kumitat tal-Ġestjoni għandu jkun involut mill-qrib fi kwalunkwe proċeduri li għandhom jitlestew qabel il-ħatra ta' l-uffiċjali jew ħaddiema oħra għall-postijiet ta' Direttur Ġenerali (gradi AD16/AD15) u Direttur (gradi AD15/AD14) fl-Uffiċċju, speċjalment fl-abbozzar ta' l-avviżi għall-postijiet vakanti, l-eżaminar ta' l-applikazzjonijiet u l-ħatra tal-bordijiet ta' l-għażla għall-kompetizzjonijiet fir-rigward ta' dawk il-postijiet.

3.   Is-setgħat ta' l-awtorità li taħtar u dawk ta' l-awtorità li jkollha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta' impjieg għal uffiċjali u ħaddiema oħra ta' l-Uffiċċju għandhom ikunu eżerċitati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tiddelega ftit mis-setgħat tagħha fi ħdan il-Kummissjoni u lid-Direttur ta' l-Uffiċċju. Tali delega għandha ssir taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni.

4.   Soġġetti għall-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg tal-Ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw għall-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra impjegati fl-Uffiċċju taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali u l-ħaddiema tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu.

5.   L-uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet kollha għandhom jiġu informati bi kwalunkwe post vakanti fi ħdan l-Uffiċċju li għalih għandu jiġi pubblikat avviż ta' post disponibbli, hekk kif l-awtorità li taħtar jew l-awtorità li jkollha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta' impjieg tiddeċiedi li timla dak il-post.

6.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-Kumitat tal-Ġestjoni dwar il-ġestjoni tal-persunal tliet darbiet fis-sena.

Artikolu 11

Aspetti finanzjarji

1.   L-approprjazzjonijiet allokati lill-Uffiċċju, li l-ammont totali tagħhom għandu jiġi muri taħt intestatura separata fit-taqsima tal-baġit relatat mal-Kummissjoni, għandhom ikunu stabbiliti fid-dettal f'anness ma' dik it-taqsima. Dan l-Anness għandu jkun fil-forma ta' dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq, subdiviża bl-istess mod bħat-taqsimiet tal-baġit.

2.   Il-pjan ta' stabbiliment ta' l-Uffiċċju għandu jkun stabbilit f'anness mal-pjan ta' stabbiliment tal-Kummissjoni.

3.   Kull istituzzjoni għandha tkun l-uffiċjal awtorizzanti għall-approprjazzjonijiet relevanti taħt l-intestatura “infiq għall-pubblikazzjoni” tal-baġit tagħha.

4.   Kull istutuzzjoni tista’ tiddelega l-poteri ta’ l-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni lid-direttur ta’ l-Uffiċċju għall-ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet imdaħħla fit-taqsima tiegħu, u għandha tiffissa l-limiti u l-kondizzjonijiet għal din id-delega ta’ poteri f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jinforma lill-Kumitat tal-Ġestjoni b'tali delega ta' setgħat kull tliet xhur.

5.   Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja ta' l-Uffiċċju, inkluża l-ġestjoni ta' l-approprjazzjonijiet assenjati mill-istituzzjonijiet minbarra l-Kummissjoni, għandha titmexxa skond ir-Regolament Finanzjarju u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu u l-qafas finanzjarju fis-seħħ fil-Kummissjoni.

6.   Il-kontijiet ta' l-Uffiċċju għandhom jiġu stabbiliti skond ir-regoli u l-metodi tal-kontabilità approvati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni. L-Uffiċċju għandu jżomm kontijiet separati għall-bejgħ tal-Ġurnal Uffiċjali u l-pubblikazzjonijiet. Id-dħul nett mill-bejgħ għandu jiġi mgħoddi lill-istituzzjonijiet.

Artikolu 12

Kontroll

1.   Il-funzjoni ta' l-awditur intern għandha titwettaq fl-Uffiċċju mill-awditur intern tal-Kummissjoni, skond ir-Regolament Finanzjarju. L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi struttura ta' verifika interna, b'arranġamenti simili għal dawk previsti għad-Direttorati Ġenerali u d-dipartimenti tal-Kummissjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu jitolbu lid-Direttur ta' l-Uffiċċju sabiex jinkludi verifiki speċifiċi fil-programm ta' ħidma ta' l-istruttura tal-verifika interna ta' l-Uffiċċju.

2.   L-Uffiċċju għandu jwieġeb kull mistoqsija li taqa' taħt il-kompetenza tiegħu fil-qafas tal-funzjonijiet ta' l-Uffiċċju Ewropew tal-Ġlieda kontra l-Frodi (OLAF). Sabiex ikunu żgurati l-interessi ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jitfassal ftehim li jistabbilixxi l-modalitajiet ta' l-informazzjoni reċiproka bejn il-President tal-Kumitat tal-Ġestjoni u d-Direttur ta' l-OLAF.

Artikolu 13

Ilmenti u talbiet

1.   Fil-limiti tal-kompetenza tiegħu, l-Uffiċċju għandu jkun responsabbli sabiex iwieġeb il-mistoqsijiet ta' l-Ombudsman Ewropew u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

2.   Kwalunkwe azzjoni legali fl-oqsma ta' kompetenza ta' l-Uffiċċju għandhom jitressqu kontra l-Kummissjoni.

Artikolu 14

Aċċess pubbliku għad-dokumenti

1.   Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (4). Fejn applikazzjonijiet jiġu miċħuda, id-deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet konfermatorji għandhom jittieħdu mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni.

2.   L-Uffiċċju għandu jżomm reġistru tad-dokumenti skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Artikolu 15

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2000/459/KE, KEFA, Euratom hija b'dan mħassra.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi magħmula għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 16

Effett

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell u fil-Lussemburgu,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

Għall-Kummissjoni

Il-President

Għall-Qorti tal-Ġustizzja

Il-President

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Il-President

Għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

Il-President

Għall-Kumitat tar-Reġjuni

Il-President


(1)  ĠU 152, 13.7.1967, p. 18.

(2)  ĠU L 183, 22.7.2000, p. 12.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.