ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.070.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 70

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
19 ta' Marzu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2010/C 070/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2010 dwar mudell ta' ftehim għall-istabbiliment ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta (SIK)

1

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2010/C 070/02

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Aġenzija għall-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, u dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti lill-Aġenzija stabbilita permezz tar-Regolament XX funzjonijiet dwar il-ġestjoni operattiva tas-SIS II u l-VIS f'applikazzjoni tat-Titolu VI tat-Trattat tal-UE

13

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 070/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

21

2010/C 070/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5732 – Hewlett-Packard/3COM) ( 1 )

26

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 070/05

Rata tal-kambju tal-euro

27

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 070/06

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

28

2010/C 070/07

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping

29

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 070/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5835 – Cucina/Brakes/Menigo) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

30

 

ATTI OĦRAJN

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 070/09

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda, skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 6, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeoġrafiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

31

 

Rettifika

2010/C 070/10

Rettifika għall-Għajnuna mill-Istat — ir-Repubblika Latvjana — Għajnuna mill-Istat C 39/09 (ex N 385/09) — Finanzjament pubbliku tal-Infrastruttura tal-port fil-port ta’ Ventspils — Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE (ĠU C 62, 13.3.2010)

39

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kunsill

19.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/1


RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Frar 2010

dwar mudell ta' ftehim għall-istabbiliment ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta (SIK)

2010/C 70/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

WARA LI KKUNSIDRA l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Mejju 2000 (1) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”) u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 (2) dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti (minn hawn 'il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni Kwadru”);

WARA LI KKUNSIDRA r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar mudell ta' ftehim għall-istabbiliment ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta (3), approvata fl-2003 biex tappoġġa lill-esperti fl-implimentazzjoni inizjali ta' SIK,

FILWAQT LI JQIS li dak iż-żmien ma kienx possibbli li l-mudell ta' ftehim ikun ibbażat fuq l-aħjar prattika derivata minn esperjenza attwali minħabba fin-numru limitat ta' SIK li kienu qed joperaw dak iż-żmien, għalkemm dan ipprovda l-bażi għal ftehimiet dwar is-SIK li saru wara,

KONXJU li mill-2003 ġew stabbiliti numru sinifikanti ta' SIK u li issa hemm ferm aktar tħejjija biex dawn jiġu stabbiliti milli kien hemm ftit snin ilu,

META JIKKUNSIDRA li tali mudell ta' ftehim għandu jkun komprensiv iżda wkoll flessibbli sabiex jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jadattawh għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull każ,

KONVINT li l-professjonisti jeħtieġu mudell aġġornat ibbażat fuq l-aħjar prattika meta jistabbilixxu SIK,

FILWAQT LI JQIS il-konklużjonijiet tan-netwerk ta' esperti tas-SIK stabbilit fl-2005 (4), b'mod partikolari l-konklużjonijiet li ntlaħqu fit-tielet, ir-raba' u l-ħames laqgħa tiegħu li saru f'Novembru 2007 (5), Diċembru 2008 (6) u Diċembru 2009 (7), u l-aħjar prattika tal-Eurojust u l-Europol,

META JIKKUNSIDRA li minn meta żviluppat il-prattika fl-istabbiliment u l-operazzjoni tas-SIK u meta jittieħed kont debitu tal-problemi u d-diffikultajiet iffaċċjati sa issa, instab li kien meħtieġ li jinbidel il-Mudell ta' ftehim taħt ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2003 b'wieħed aġġornat.

B'KONT MEĦUD li din il-ħtieġa hija rikonoxxuta wkoll fil-punt 4.3.1 tal-Programm ta' Stokkolma li jiddikjara li l-mudell ta' ftehim għall-istabbiliment ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunti għandu jiġi aġġornat,

B'KONT MEĦUD li l-objettiv ewlieni ta' SIK hu li tinkiseb informazzjoni u evidenza dwar ir-reat li s-SIK tkun ġiet stabbilita biex tinvestiga,

IĦEĠĠEĠ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jixtiequ jistabbilixxu Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta konformement mat-termini tad-Deċiżjoni Kwadru u l-Konvenzjoni flimkien ma' awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri oħrajn, biex jużaw, fejn adatt, il-mudell ta' ftehim imniżżel fl-Anness għal din ir-Riżoluzzjoni sabiex jaqblu dwar il-modalitajiet għall-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

F. CAAMAÑO


(1)  ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1.

(3)  ĠU C 121, 23.5.2003, p. 1.

(4)  Dok. 11037/05 Crimorg 67 Enfopol 88.

(5)  Dok. 5526/08 Crimorg 14 Enfopol 13 Eurojust 7 Copen 10.

(6)  Dok. 17512/08 Crimorg 217 Enfopol 265 Eurojust 118 Copen 262.

(7)  Dok. 17161/09 Crimorg 180 Eurojust 73 Enfopol 310 EJN 39 Copen 243 Enfocustom 137.


ANNESS

MUDELL TA' FTEHIM DWAR L-ISTABBILIMENT TA' SKWADRA TA' INVESTIGAZZJONI KONĠUNTA

F'konformità mal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Mejju 2000  (1) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”) u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti  (2) (minn hawn 'il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni Kwadru”)

1.   Partijiet għall-Ftehim

Il-partijiet li ġejjin ikkonkludew ftehim dwar l-istabbiliment ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta, minn hawn 'il quddiem imsejħa “SIK”:

1.

(Isem tal-ewwel aġenzija/amministrazzjoni kompetenti ta' Stat Membru bħala Parti għall-ftehim)

u

2.

(Isem tat-tieni aġenzija/amministrazzjoni kompetenti ta' Stat Membru bħala parti għall-ftehim)

3.

(Isem tal-aħħar aġenzija/amministrazzjoni kompetenti ta' Stat Membru parti għall-ftehim)

Il-Partijiet għall-ftehim jistgħu jiddeċiedu bi qbil komuni li jistiednu aġenziji/amministrazzjonijiet ta' Stati Membri oħra biex isiru partijiet għal dan il-ftehim. Għal arranġamenti possibbli ma' pajjiżi terzi, korpi kompetenti bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet adottati fil-qafas tat-Trattati u korpi internazzjonali involuti fl-attivitajiet tas-SIK, ara l-Appendiċi I.

2.   Għan tas-SIK

Il-ftehim għandu jkopri l-istabbiliment ta' SIK għall-għan li ġej:

Deskrizzjoni tal-għan speċifiku tas-SIK. Din għandha tinkludi ċ-ċirkostanzi tal-att(i) kriminali taħt investigazzjoni (data, post u natura).

Il-partijiet jistgħu, bi qbil komuni, jiddefinixxu mill-ġdid l-iskop speċifiku tas-SIK.

3.   Approċċ

Il-partijiet għall-ftehim jistgħu jaqblu dwar pjan ta' azzjoni operattiv (PAO) li jistabbilixxi l-orjentazzjonijiet li l-għan tas-SIK għandu jinkiseb konformement magħhom (3).

4.   Perijodu kopert mill-ftehim

F'konformità mal-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni u l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru, is-SIK għandhom jiġu stabbiliti għal perijodu ta' żmien limitat. Fir-rigward ta' dan il-ftehim, din is-SIK tista' topera matul il-perijodu li ġej:

minn:

[daħħal id-data]

sa

[daħħal id-data]

Id-data tal-iskadenza msemmija f'dan il-ftehim tista' tiġi estiża b'kunsens reċiproku tal-partijiet fil-forma prevista fl-Appendiċi II għal dan il-mudell ta' ftehim.

5.   L-Istat Membru jew Stati Membri fejn ser topera s-SIK

Is-SIK ser topera fl-Istat Membru jew Stati Membri msemmijin hawn taħt:

[Stat Membru jew Stati Membri maħturin fejn ser topera s-SIK]

F'konformità mal-Artikolu 13(3)(b) tal-Konvenzjoni u l-Artikolu 1(3)(b) tad-Deċiżjoni Kwadru, l-iskwadra għandha twettaq l-operazzjonijiet tagħha konformement mal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun qed topera fi kwalunkwe żmien partikolari. Jekk is-SIK tmexxi l-bażi operattiva tagħha għal Stat Membru ieħor, għandha mbagħad tapplika l-liġi ta' dan l-Istat Membru.

6.   Mexxej/Mexxejja ta' SIK  (4)

Il-partijiet ħatru l-persuna li ġejja, li għandha tkun rappreżentanta tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru jew Stati Membri fejn l-iskwadra qed topera, bħala l-mexxejja tas-SIK u li taħt it-tmexxija tagħha l-membri tas-SIK għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom fl-Istat Membru minn fejn tkun ġejja:

Stat membru

Issekondat mingħand (isem tal-korp)

Isem

Grad u affiljazzjoni (awtorità ġudizzjarja, tal-pulizija jew awtorità oħra kompetenti)

Jekk xi waħda mill-persuni msemmijin hawn fuq ma tkunx tista' twettaq id-dmirijiet tagħha, tinħatar persuna mingħajr dewmien biex tissostitwiha b'kunsens reċiproku tal-partijiet f'appendiċi għall-ftehim. F'każijiet urġenti, ikun biżżejjed li l-partijiet għas-SIK jibagħtu notifika tas-sostituzzjoni permezz ta' ittra. Tali notifika għandha wara tiġi kkonfermata f'appendiċi għall-ftehim.

7.   Membri tas-SIK

Minbarra l-persuni msemmija fl-Artikolu 6, il-persuni li ġejjin (5) għandhom ikunu membri tas-SIK:

Stat membru

Issekondat mingħand (isem tal-korp)

Isem/numru ta' identifikazzjoni (6)

Grad u affiljazzjoni (awtorità ġudizzjarja, tal-pulizija jew awtorità oħra kompetenti)

Rwol

Jekk xi waħda mill-persuni msemmijin hawn fuq ma tkunx tista' twettaq id-dmirijiet tagħha, jinħatar sostitut mingħajr dewmien f'appendiċi għal dan il-ftehim jew b'notifika bil-miktub mibgħuta mill-mexxej kompetenti tas-SIK.

8.   Parteċipanti fis-SIK

Id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipanti (7) fis-SIK jiġu ttrattati fl-appendiċi rilevanti għal dan il-ftehim.

9.   Evidenza

Il-partijiet jafdaw lill-mexxej jew membru/i tas-SIK bl-inkarigu li jagħti pariri dwar il-kisba ta' evidenza. Ir-rwol tiegħu jew tagħha jinkludu l-għoti ta' gwida lill-membri tas-SIK dwar l-aspetti u l-proċeduri li jridu jitqiesu fit-teħid tal-evidenza. Il-persuna jew persuni li jwettqu din il-funzjoni għandhom ikunu indikati hawnhekk.

Fil-PAO l-partijiet jistgħu jgħarrfu lil xulxin dwar l-għoti ta' xhieda mill-membri tas-SIK.

10.   Kondizzjonijiet Ġenerali tal-Ftehim

B'mod ġenerali, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni u d-Deċiżjoni Kwadru għandhom japplikaw kif implimentati minn kull Stat Membru fejn topera s-SIK.

11.   Emendi għall-ftehim

Emendi għal dan il-ftehim, inklużi iżda mhux limitati għal dawn li ġejjin:

(a)

l-inkorporazzjoni ta' membri ġodda tas-SIK;

(b)

tibdil għall-iskop previst fl-Artikolu 2 ta' dan il-ftehim;

(c)

żidiet jew tibdil fl-artikoli attwali.

għandhom ikunu fil-forma prevista fl-Appendiċi III għal dan il-mudell ta' ftehim, għandhom ikunu ffirmati mill-partijiet u għandhom ikunu annessi għall-verżjoni oriġinali.

12.   Evalwazzjoni interna

Mill-inqas kull sitt xhur, il-mexxejja tas-SIK għandhom jevalwaw il-progress miksub fir-rigward tal-għan ġenerali tas-SIK, filwaqt li jiddeterminaw u jindirizzaw kwalunkwe problema identifikata b'dan il-mod.

Wara li tintemm l-operazzjoni tas-SIK, il-partijiet jistgħu, meta jkun adatt, iħejju laqgħa biex jevalwaw il-prestazzjoni tas-SIK.

Is-SIK tista' tfassal rapport dwar l-operazzjoni, li tista' turi kif ġie implimentat il-pjan ta' azzjoni operattiv u liema riżultati nkisbu.

13.   Arranġamenti speċifiċi tal-ftehim (biex ikun evitat li l-ftehim ikun ikkumplikat wisq xi punti jew il-punti kollha indikati taħt 13.1-13.11 jistgħu jkunu jinsabu fil-PAO)

L-arranġamenti speċjali li ġejjin jistgħu japplikaw għal dan il-ftehim (innota li numru ta' dawn l-aspetti huma rregolati wkoll fil-Konvenzjoni u d-Deċiżjoni Kwadru):

(Iridu jiddaħħlu, jekk applikabbli. Is-subkapitoli li ġejjin huma maħsuba biex jenfasizzaw oqsma possibbli li jeħtieġ li jiġu deskritti speċifikament).

13.1.

Termini li bihom membri ssekondati tas-SIK jistgħu jiġu esklużi meta jittieħdu miżuri investigattivi

13.2.

Kondizzjonijiet speċifiċi li bihom membri ssekondati jistgħu jwettqu investigazzjonijiet fl-Istat Membru ta' operazzjoni

13.3.

Kondizzjonijiet speċifiċi li bihom membru ssekondat ta' SIK jista' jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu jew tagħha biex jieħdu miżuri li huma mitluba mill-iskwadra mingħajr ma jippreżentaw ittra ta' talba

13.4.

Kondizzjonijiet li bihom membri ssekondati jistgħu jikkondividu informazzjoni miksuba minn awtoritajiet li jissekondaw

13.5.

Dispożizzjonijiet rigward il-mezzi tal-informazzjoni, b'mod partikolari l-ħtieġa għal konsultazzjoni qabel il-preżentazzjoni ta' stqarrijiet għall-istampa u laqgħat uffiċjali ta' tagħrif.

13.6.

Dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità ta' dan il-ftehim.

13.7.

Il-lingwa li għandha tintuża għall-komunikazzjoni għandha tkun definita.

13.8.

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-infiq:

13.8.1.

Dispożizzjonijiet dwar l-assigurazzjoni għal membri ssekondati tas-SIK;

13.8.2.

Dispożizzjonijiet rigward infiq għal traduzzjoni/interpretazzjoni/smigħ ta' konversazzjonijiet fuq it-telefon, eċċ.

13.8.3.

Dispożizzjonijiet dwar it-traduzzjoni ta', pereżempju, id-dokumenti miksuba għal-lingwa ta' membri oħra tas-SIK, kif ukoll għal-lingwa uffiċjali ta' komunikazzjoni (jekk differenti), peress li dan jista' jinvolvi nefqa konsiderevoli (mhux meħtieġa);

13.8.4.

Dispożizzjonijiet rigward spejjeż jew dħul li jirriżultaw minn assi sekwestrati.

13.9.

Kondizzjonijiet li bihom tista' tingħata assistenza mitluba taħt il-Konvenzjoni u arranġamenti oħra

13.10.

Regoli speċifiċi għall-protezzjoni tad-data

13.10.bis

Kunfidenzjalità u użu ta' informazzjoni diġà eżistenti u/jew miksuba matul l-operazzjoni tas-SIK.

13.11.

Kondizzjonijiet li bihom membri ssekondati jistgħu jġorru/jużaw armi

Magħmul fi (post tal-firma), (data)

(Firem tal-partijiet kollha)


(1)  ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1.

(3)  Fid-dawl tal-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti u r-rekwiżiti tagħha dwar żvelar, il-PAO jista' jiġi inkluż fil-ftehim dwar is-SIK, jew bħala appendiċi għall-ftehim jew ittrattat bħala dokument kunfidenzjali separat. Fil-każijiet kollha l-awtoritajiet kompetenti li jiffirmaw il-ftehim għandhom ikunu konxji mill-kontenut tal-PAO. Il-PAO għandu jkun dokument flessibbli li fih ftehimiet prattiċi dwar strateġija komuni u dwar kif jinkiseb l-għan tas-SIK kif imniżżel fl-Artikolu 2, inklużi l-arranġamenti prattiċi li mhumiex koperti b'mod ieħor minn dan il-ftehim.

Lista ta' verifika dwar il-punti marbuta mal-kontenut possibbli tal-PAO tinsab fl-Appendiċi IV għal dan il-mudell ta' ftehim.

(4)  L-Artikolu 1(3)(a) tad-Deċiżjoni Kwadru għandu japplika, jiġifieri l-mexxej tal-iskwadra għandu jkun rappreżentant tal-awtorità kompetenti li tkun qed tipparteċipa f'investigazzjonijiet kriminali mill-Istat Membru fejn topera l-iskwadra.

(5)  Is-SIK tista' tinkludi rappreżentanti tal-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-pulizija jew awtoritajiet oħra kompetenti b'funzjonijiet investigattivi.

Taħt din l-intestatura, tista' tinkludi wkoll membri tal-Eurojust meta joperaw bħala awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif hemm imsemmi fl-Art. 9f tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja. Dawn huma l-membri nazzjonali tal-Eurojust, il-viċi u l-assistenti tagħhom - kif ukoll persuni oħra li, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, huma wkoll membri tal-uffiċċju nazzjonali, jiġifieri esperti nazzjonali ssekondati.

L-awtoritajiet tal-pulizija jistgħu jinkludu membri tal-unitajiet nazzjonali tal-Europol tal-Istati Membri. Dawn l-unitajiet nazzjonali huma bbażati fl-Istati Membri u huma awtoritajiet nazzjonali tal-pulizija. Anke l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Istati Membri fl-Europol iżommu l-kapaċità tagħhom li jaġixxu bħala awtoritajiet nazzjonali tal-pulizija.

(6)  Jekk hemm raġunijiet tajba għall-protezzjoni tal-identità ta' membru jew membri tas-SIK, bħal f'każijiet ta' investigazzjonijiet sigrieti jew f'każijiet ta' terroriżmu li jeħtieġu sigurtà massima, għandhom jiġu assenjati numri ta' identifikazzjoni lil dawk il-persuni, safejn dan ikun kompatibbli mal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru, li huma parti għall-ftehim. In-numri assenjati għandhom ikunu inklużi f'dokument kunfidenzjali. Jekk ma jkunx possibbli li jiġi assenjat numru ta' identifikazzjoni, jista' jsir qbil li l-identità tal-membri tkun stabbilita f'dokument kunfidenzjali, li hu mehmuż ma' dan il-ftehim u li hu magħmul disponibbli għall-partijiet kollha għalih.

(7)  Il-parteċipanti fis-SIK huma maħtura minn pajjiżi terzi, l-Eurojust, l-Europol, il-Kummissjoni (OLAF), il-korpi kompetenti bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet adottati fil-qafas tat-Trattati u organizzazzjonijiet internazzjonali li jipparteċipaw fl-attivitajiet tas-SIK, bħala partijiet għall-ftehim previst fl-Appendiċi I għal dan il-mudell ta' Ftehim.

Appendiċi I

GĦALL-MUDELL TA' FTEHIM DWAR L-ISTABBILIMENT TA' SKWADRA TA' INVESTIGAZZJONI KONĠUNTA

Parteċipanti fis-SIK

Arranġament mal-Europol/Eurojust/il-Kummissjoni (OLAF), korpi kompetenti bħala riżultat tad-dispożizzjonijiet adottati fil-qafas tat-Trattati, korpi internazzjonali oħra jew pajjiżi terzi

1.   Partijiet għall-arranġament

u

u

(…u…)

qablu li l-persuni li ġejjin minn (ismijiet tal-partijiet għall-ftehim li mhumiex Stati Membri) ser jipparteċipaw fl-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta, stabbilita bi ftehim fi … (data u post tal-ftehim li miegħu hi mehmuża din l-appendiċi).

2.   Parteċipanti fis-SIK

Il-persuni li ġejjin ser jipparteċipaw fis-SIK:

Stat/Organizzazzjoni

Issekondat mingħand (isem tal-aġenzija/korp)

Isem

Grad u affiljazzjoni

Rwol

L-Istat Membru … ddeċieda li l-membri nazzjonali tiegħu tal-Eurojust ser jipparteċipaw fl-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta bħala awtorità nazzjonali kompetenti (1).

Jekk xi waħda mill-persuni msemmija hawn fuq ma tkunx tista' twettaq id-dmirijiet tagħha, tinħatar persuna biex tissostitwiha f'appendiċi għal dan il-ftehim. F'każijiet urġenti, ikun biżżejjed li l-parti tibgħat notifika tas-sostituzzjoni permezz ta' ittra. Tali notifika għandha wara tiġi kkonfermata f'appendiċi għall-ftehim.

3.   Arranġamenti Speċifiċi

Il-parteċipazzjoni tal-persuni msemmija hawn fuq ser tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin u għall-għanijiet li ġejjin biss:

3.1.   L-ewwel parti għall-ftehim li mhijiex Stat Membru

3.1.1.   Għan ta’ parteċipazzjoni

3.1.2.   Drittijiet konferiti (jekk hemm)

3.1.3.   Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-ispejjeż

3.1.4.   Dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw jew jippermettu l-kisba tal-għan tal-parteċipazzjoni

3.1.5.   Dispożizzjonijiet jew kondizzjonijiet speċifiċi oħra (2)

3.1.6.   Regoli speċifiċi għall-protezzjoni tad-data

3.2.   It-tieni parti għall-ftehim li mhijiex Stat Membru (jekk applikabbli)

3.2.1.   …

4.   Arranġamenti speċifiċi relatati mal-parteċipazzjoni tal-Europol  (3)

4.1.   Prinċipji ta' parteċipazzjoni

4.1.1.   Il-persunal parteċipanti tal-Europol fis-SIK għandu jassisti lill-membri tal-iskwadra konformement mad-Deċiżjoni dwar l-Europol u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-iskwadra topera.

4.1.2.   Il-persunal parteċipanti tal-Europol fis-SIK għandu jaħdem taħt il-gwida tal-mexxej(ja) tal-iskwadra kif identifikat(i) fil-punt […] tal-Ftehim u għandu jipprovdi kull għajnuna meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi u l-iskop tas-SIK, kif identifikati mill-mexxej(ja) tal-iskwadra.

4.1.3.   Il-persunal tal-Europol għandu d-dritt ma jwettaqx il-kompiti li jikkunsidra huma ksur tal-obbligi tiegħu taħt id-Deċiżjoni dwar l-Europol. F'dak il-każ, il-membru tal-persunal tal-Europol għandu jgħarraf lid-Direttur jew lir-rappreżentant tiegħu. L-Europol għandu jikkonsulta lill-mexxej(ja) tal-iskwadra bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti.

4.1.4.   Il-persunal tal-Europol li jipparteċipa fis-SIK ma għandux ikun involut fit-teħid ta' kwalunkwe miżura ta' koerċizzjoni. Madankollu, il-persunal parteċipanti tal-Europol jista', taħt il-gwida tal-mexxej(ja) tal-iskwadra, ikun preżenti waqt l-attivitajiet operattivi tas-SIK, sabiex jipprovdi pariri fil-post u jassisti lill-membri tal-iskwadra li jeżegwixxu miżuri ta' koerċizzjoni, dment li ma jkunx hemm restrizzjonijiet legali fil-livell nazzjonali fejn l-iskwadra topera.

4.1.5.   L-Artikolu 11(a) tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea ma għandux japplika għall-persunal parteċipanti tal-Europol fis-SIK. (4)

4.1.6.   Waqt l-operazzjonijiet tas-SIK, il-persunal tal-Europol għandu, fir-rigward ta' reati mwettqa kontrih jew minnu, ikun soġġett għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tal-operazzjoni applikabbli għal persuni b'funzjonijiet komparabbli.

4.2.   Tip ta' assistenza

4.2.1.   Il-persunal parteċipanti tal-Europol ser jipprovdi firxa sħiħa tas-servizzi ta' appoġġ tal-Europol, konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Europol safejn ikun meħtieġ jew mitlub. Dawn jinkludu fost oħrajn appoġġ analitiku operattiv u strateġiku, b'mod partikolari permezz tal-fajl(s) ta' ħidma ta' analiżi (AWF) (isem/ismijiet tal-fajl(s) ta' ħidma u proġetti relatati). Fejn ikun meħtieġ u meta jintalab mill-mexxej(ja) tal-iskwadra, l-Europol jista' jappoġġja s-SIK billi jipprovdi “uffiċċju mobbli” tal-Europol jew tagħmir tekniku ieħor, jekk ikun disponibbli u konformi mal-istandards tas-sigurtà tal-Europol.

4.2.2.   Il-persunal parteċipanti tal-Europol fis-SIK jista' jassisti fl-attivitajiet kollha, b'mod partikolari billi jipprovdi pjattaforma ta' komunikazzjoni, appoġġ strateġiku, tekniku u forensiku kif ukoll kompetenza tattika u operattiva u pariri lill-membri tas-SIK, kif meħtieġa mill-mexxej(ja) tal-iskwadra.

4.2.3.   L-Europol għandu, fil-limiti tal-qafas legali tiegħu, jiffaċilita l-iskambju b'sigurtà ta' informazzjoni bejn il-partijiet tas-SIK u Stati mhux parteċipanti u/jew korpi tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali, jekk mitlub mill-mexxej(ja) tal-iskwadra.

4.3.   Aċċess għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-Europol

4.3.1.   Il-persunal parteċipanti tal-Europol fis-SIK għandu jkollu aċċess għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-Europol, imsemmijin fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni dwar l-Europol. Dan l-aċċess għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni dwar l-Europol u mal-istandards applikabbli għas-sigurtà u l-protezzjoni tad-data sakemm idum membru tas-SIK.

4.3.2.   Il-persunal tal-Europol jista' jżomm kuntatt dirett mal-membri tas-SIK u jipprovdi lill-membri u l-membri ssekondati tas-SIK, konformement mad-Deċiżjoni dwar l-Europol, b'informazzjoni minn kwalunkwe wieħed mill-komponenti tas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni msemmijin fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni dwar l-Europol. Il-kondizzjonijiet u r-restrizzjonijiet dwar l-użu ta' din l-informazzjoni għandhom ikunu rrispettati.

4.3.3.   L-informazzjoni miksuba minn membru tal-persunal tal-Europol waqt li jkun parti mis-SIK tista', bil-kunsens u taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru li pprovda l-informazzjoni, tiġi inkluża fi kwalunkwe wieħed mill-komponenti tas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni msemmijin fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni dwar l-Europol, taħt il-kondizzjonijiet stipulati hemmhekk.

4.4.   Spejjeż u tagħmir

4.4.1.   L-Istat Membru fejn qed jittieħdu miżuri investigattivi hu responsabbli biex jipprovdi t-tagħmir tekniku (uffiċċji, telekomunikazzjoni, eċċ) meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti u għandu jħallas l-ispejjeż imġarrba. L-Istat Membru rispettiv għandu wkoll jipprovdi l-komunikazzjoni tal-uffiċċji u t-tagħmir tekniku l-ieħor meħtieġ għall-iskambju (kriptat) tad-data. L-ispejjeż għandhom jitħallsu minn dak l-Istat Membru.

4.4.2.   L-Europol għandu jkopri l-ispejjeż imġarrba b'riżultat tal-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Europol fis-SIK, b'mod partikolari rigward assigurazzjoni u salarji għall-persunal kif ukoll spejjeż tal-akkomodazzjoni u l-ivvjaġġar. L-Europol għandu wkoll jerfa' l-ispejjeż tat-tagħmir speċjali msemmi fil-punti 4.1 u 4.2 hawn fuq.

Data/firem (5)


(1)  Ħassar dan il-paragrafu jekk ma japplikax.

(2)  Pereżempju, referenzi għall-oqfsa legali bażiċi jew applikabbli, eċċ.

(3)  Għall-inklużjoni biss meta l-Europol hu parteċipant fis-SIK. Dawn ir-regoli ġew adottati mill-Bord Amministrattiv tal-Europol fid-9 ta' Lulju 2009 (Fajl Nru 3710-426r6) u mudell ta' arranġament ta' SIK ġie adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Europol fit-18 ta' Novembru 2009 (Fajl Nru 2610-74r2), kif speċifikat fl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni dwar l-Europol. Għal informazzjoni aġġornata jekk jogħġbok irreferi għall-websajt tal-Europol: http://www.europol.europa.eu

(4)  Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata), ĠU C 115, 9.5.2008, p. 266.

(5)  Firem tal-partijiet kollha għal dan l-arranġament.

Appendiċi II

GĦALL-MUDELL TA' FTEHIM DWAR L-ISTABBILIMENT TA' SKWADRA TA' INVESTIGAZZJONI KONĠUNTA

Ftehim li jestendi skwadra ta' investigazzjoni konġunta

F’konformità mal-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Mejju 2000 (1) u l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti (2):

Il-partijiet qablu li jestendu l-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta (minn hawn ’il quddiem “SIK”) stabbilita bil-ftehim ta' [daħħal id-data] magħmul fi [daħħal il-post tal-iffirmar], li kopja tiegħu hija mehmuża hawnhekk.

Il-partijiet jikkunsidraw li s-SIK għandha tiġi estiża lill hinn mill-perijodu li għalih hija ġiet stabbilita [daħħal id-data li fiha l-perijodu jintemm] peress li l-għan tagħha kif stabbilit fl-Artikolu [daħħal l-Artikolu dwar l-għan tas-SIK hawnhekk] għadu ma nkisibx.

Iċ-ċirkostanzi li jeħtieġu li s-SIK tiġi estiża ġew eżaminati bir-reqqa mill-partijiet kollha. L-estensjoni tas-SIK hija kkunsidrata essenzjali għall-kisba tal-għan li għalih ġiet stabbilita s-SIK.

Għalhekk is-SIK ser tibqa’ topera sa [daħħal id-data li fiha jintemm il-perijodu l-ġdid]. Il-perijodu ta' hawn fuq jista' jiġi estiż aktar mill-partijiet bi ftehim reċiproku.

Data/Firma


(1)  ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1.

Appendiċi III

GĦALL-MUDELL TA' FTEHIM DWAR L-ISTABBILIMENT TA' SKWADRA TA' INVESTIGAZZJONI KONĠUNTA

Formulazzjoni ssuġġerita għal tibdil li mhux il-perijodu li għalih tiġi stabbilita SIK

F'konformità mal-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Mejju 2000 (1) u l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti (2), li taħthom ġiet stabbilita din l-iskwadra ta' investigazzjoni konġunta:

Il-partijiet qablu li jemendaw il-ftehim bil-miktub għall-istabbiliment ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta (minn hawn 'il quddiem “SIK”) ta' [daħħal id-data], magħmul fi [daħħal il-post], li kopja tiegħu hija mehmuża hawnhekk.

Il-firmatarji qablu li l-ftehim ta' hawn fuq għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

(Emenda …)

(2)

(Emenda …)

Iċ-ċirkostanzi li jeħtieġu li l-ftehim dwar is-SIK jiġi estiż ġew eżaminati bir-reqqa mill-partijiet kollha. L-emenda/i għall-ftehim dwar is-SIK hija/huma kkunsidrata/i essenzjali għall-kisba tal-għan li għalih ġiet stabbilita s-SIK.

Data/Firma


(1)  ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1.

Appendiċi IV

Proposta għal lista ta' verifika għall-Pjan ta' Azzjoni Operattiv (PAO) (1)

Il-punti li ġejjin jistgħu jkunu indirizzati mill-partijiet:

Introduzzjoni– deskrizzjoni tal-iskop tas-SIK. It-test użat taħt “skop tas-SIK” fil-ftehim dwar is-SIK normalment ikun biżżejjed.

Proċedura operattiva– identifikazzjoni tal-post(ijiet) fejn is-SIK x'aktarx topera, deskrizzjoni ta' kif ser tkun amministrata s-SIK u kif ser titmexxa l-investigazzjoni, b'kont meħud tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-linji gwida u l-proċedura

Rwol tal-membri u/jew parteċipanti tas-SIK– identifikazzjoni u deskrizzjoni tar-rwoli operattivi u l-kompiti differenti ta' kull membru u/jew parteċipant fis-SIK (Stati Membri tal-UE, Europol, Eurojust, OLAF) jekk mhux deskritt diġà fil-ftehim dwar is-SIK

Miżuri speċjali jew speċifiċi li jridu jiġu implimentati– identifikazzjoni u deskrizzjoni ta' attività investigattiva li teħtieġ miżuri jew proċedura speċjali, eż. persuni suspettati jew vittmi li jkunu tfal, ambjent ta' ħidma perikoluż jew ostili

Setgħat operattivi u investigattivi– identifikazzjoni u deskrizzjoni tat-teknika operattiva/investigattiva li ser tintuża matul l-investigazzjoni, eż. sorveljanza intrużiva, informaturi, aġenti infiltrati, interċettazzjonijiet tal-komunikazzjoni, eċċ u l-leġiżlazzjoni/proċedura relatata

Skambju u komunikazzjoni tal-informazzjoni– deskrizzjoni ta' kif ser tiġi skambjata l-informazzjoni u l-proċeduri għall-komunikazzjoni u identifikazzjoni tas-sieħeb jew l-aġenzija kompetenti, eż. Europol, Eurojust, OLAF, SECI, Interpol; jista' jkun hemm ħtieġa ta' qbil dwar il-lingwa tal-komunikazzjoni; jiġi kkunsidrat l-użu tal-mezz ta' komunikazzjoni sigur (SIENA) tal-Europol u l-Fajls ta' Ħidma Analitiċi (AWFs) bħala mezz għal ambjent sigur għall-ħażna ta' informazzjoni sensittiva

Valutazzjoni u assenjazzjoni ta' kompiti ta' intelligence– deskrizzjoni tal-proċess ta' ġbir u żvilupp ta' intelligence u l-linji gwida relatati

Investigazzjonijiet finanzjarji– tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li tissegwa t-“traċċa tal-flus”

Ġbir ta' evidenza– identifikazzjoni konformement ma' kwalunkwe leġiżlazzjoni, linji gwida, proċedura, eċċ tal-ġuriżdizzjoni(jiet) li jridu jitqiesu inkluż ir-rekwiżit li l-aġenzija jew l-individwu responsabbli jittraduċi l-evidenza

Prosekuzzjoni– identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti f'kull pajjiż jew ġuriżdizzjoni u kwalunkwe linji gwida relatati ma' deċiżjonijiet ta' prosekuzzjoni inkluż ir-rwol tal-Eurojust f'dan ir-rigward

Xhieda– identifikazzjoni tal-probabbiltà u l-proċeduri fis-seħħ għal kull ġuriżdizzjoni rigward ir-rekwiżit li l-membri tas-SIK jipprovdu evidenza

Kxif– deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri għall-ġuriżdizzjonijiet kollha fejn is-SIK x'aktarx ser topera

Laqgħat operattivi u strateġiċi– identifikazzjoni u deskrizzjoni tal-laqgħat li ser iseħħu, il-frekwenza u l-parteċipanti

Amministrazzjoni u loġistika– kull punt dwar amministrazzjoni, tagħmir (bħal uffiċċji, vetturi, tagħmir tal-informatika jew kull tagħmir ieħor tekniku), riżorsi, persunal, il-mezzi tal-informazzjoni, aspetti ta' kunfidenzjalità, eċċ għandhom jissemmew hawnhekk:

Traduzzjoni

Uffiċċji

Vetturi

Tagħmir tekniku ieħor


(1)  Il-kontenut tal-PAO hu dokument ħaj li jirrifletti l-aspetti prattiċi ta' SIK. Il-PAO għandu jkun koerenti mat-Taqsima 13 “Arranġamenti speċifiċi” tal-Ftehim dwar SIK. Xi elementi tat-Taqsima 13 jistgħu jkunu jinsabu fil-PAO.


OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

19.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/13


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Aġenzija għall-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, u dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti lill-Aġenzija stabbilita permezz tar-Regolament XX funzjonijiet dwar il-ġestjoni operattiva tas-SIS II u l-VIS f'applikazzjoni tat-Titolu VI tat-Trattat tal-UE

2010/C 70/02

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (1),

Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data, mibgħuta lill-KEPD fil-11 ta' Awissu 2009 (2),

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA

I.   INTRODUZZJONI – KUNTEST TAL-OPINJONI

Deskrizzjoni tal-proposti

1.

Fl-24 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni adottat pakkett leġiżlattiv li jistabbilixxi aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Il-pakkett jikkonsisti fi proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Aġenzija u proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti lill-Aġenzija funzjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni operattiva tas-SIS II u l-VIS f'applikazzjoni tat-Titolu VI tat-Trattat tal-UE (3). Iż-żewġ proposti huma spjegati ulterjorment f'komunikazzjoni adottata fl-istess data (4). Fil-11 ta' Awwissu 2009, il-proposti u l-komunikazzjoni ntbagħtu lill-KEPD għal konsultazzjoni flimkien mal-Valutazzjoni tal-Impatt u s-sommarju tal-Valutazzjoni tal-Impatt (5).

2.

Ir-Regolament propost isib il-bażi legali tiegħu fit-Titolu IV tat-Trattat KE. Minħabba li l-użu tas-SIS II u l-VIS għall-fini ta' kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali hija attwalment ibbażata fuq it-Titolu VI tat-Trattat tal-UE, ir-Regolament propost huwa ikkumplimentat bi proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li hija bbażata fuq it-Titolu VI tat-Trattat tal-UE.

3.

L-istrumenti legali rispettivi li jistabbilixxu s-SIS II, il-VIS u l-Eurodac jiddeterminaw li l-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva ta' dawn it-tliet sistemi (6). Fil-każ tas-SIS II u l-VIS dan għandu jkun biss għal perijodu transitorju, li wara dan Awtorità ta' Tmexxija ser tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva. F'Dikjarazzjoni Konġunta tas-7 ta' Ġunju 2007, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni biex, wara valutazzjoni tal-impatt li fih jiġu analizzati l-alternattivi, tippreżenta l-proposti leġiżlattivi meħtieġa li jafdaw aġenzija bil-ġestjoni operattiva għall-perijodu fit-tul tas-SIS II u l-VIS (7). Din l-istedina wasslet għall-proposti attwali.

4.

L-Aġenzija stabbilita mir-Regolament propost fil-fatt ser tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva tas-SIS II u l-VIS, iżda wkoll għall-Eurodac u sistemi oħra possibbli tal-IT fuq skala kbira. Ir-referenza għal “sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira” ser tkun diskussa fil-punti 28-31 ta' din l-Opinjoni. Skont il-preambolu tar-Regolament propost, ir-raġunijiet għaliex it-tliet sistemi ta' IT fuq skala kbira, u sistemi oħra possibbli, tpoġġew taħt id-direzzjoni ta' Aġenzija waħda huma biex jinkisbu sinerġiji, biex jinkiseb benefiċċju minn ekonomiji ta' skala, biex tinħoloq massa kritika u biex tkun żgurata l-ogħla rata ta' utilizzazzjoni possibbli ta' kapital u ta' riżorsi umani (8).

5.

Ir-Regolament propost jistabbilixxi aġenzija regolatorja li għandha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja u li għandha personalità ġuridika. L-Aġenzija ser twettaq il-kompiti li huma kkonferiti lill-Awtorità ta' Tmexxija (jew lill-Kummissjoni) kif deskritt fl-istrumenti legali li jistabbilixxu s-SIS II, il-VIS u l-Eurodac. Barra dan, l-Aġenzija għandha tissorvelja r-riċerka u, fuq talba speċifika tal-Kummissjoni, timplimenta l-iskemi pilota għall-iżvilupp u/jew ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, b'applikazzjoni tat-Titolu IV tat-Trattat KE u possibbilment l-ispazju usa' tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja wkoll (ara l-punti 28-31 hawn taħt).

6.

L-istruttura amministrattiva u ta' ġestjoni tal-Aġenzija ser tinkludi Bord ta' Tmexxija, kompost minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, Direttur Eżekuttiv, maħtur mill-Bord ta' Tmexxija, u Gruppi Konsultattivi li jipprovdu lill-Bord ta' Tmexxija bil-kompetenza esperta relatata mas-sistemi tal-IT rispettivi. F'dan il-mument, il-proposta tipprevedi tliet Gruppi Konsultattivi għas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac.

7.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta tikkonferixxi fuq l-Aġenzija l-kompiti mogħtija lill-Awtorità ta' Tmexxija kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI dwar is-SIS II u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI dwar il-VIS (9). Barra minn hekk, id-Deċiżjoni proposta tagħti lill-Europol l-istatus ta' osservatur fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija meta jkun hemm mistoqsija relatata mas-SIS II jew il-VIS fuq l-aġenda. Il-Europol tista' wkoll taħtar rappreżentant għall-Gruppi Konsultattivi tas-SIS II u l-VIS (10). Il-Eurojust għandu wkoll status ta' osservatur u jista' jaħtar rappreżentant, iżda biss fir-rigward tas-SIS II.

Konsultazzjoni tal-KEPD

8.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li huwa kkonsultat dwar din il-kwistjoni u jirrakkomanda li ssir referenza għal din il-konsultazzjoni fil-premessi tal-proposti, kif isir ġeneralment f'atti leġiżlattivi li dwarhom il-KEPD ikun ġie kkonsultat f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

9.

Qabel l-adozzjoni tal-proposta, il-KEPD kien ikkonsultat informalment. Il-KEPD laqa' din il-konsultazzjoni informali u bi pjaċir jara li ttieħed kont tal-parti l-kbira tal-kummenti tiegħu fil-proposta finali.

10.

Jidher ċar li l-KEPD qed isegwi mill-qrib l-iżviluppi rigward il-ħolqien tal-Aġenzija li suppost għandha ssir responsabbli għall-operazzjoni tajba u s-sigurtà tal-bażijiet tad-data, bħas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac, li fihom ammonti kbar ta' data personali. Kif se jkun spjegat ulterjorment f'din l-Opinjoni, il-KEPD ma jopponix il-ħolqien ta' Aġenzija bħal din, sakemm ċerti riskji possibbli, li jista' jkollhom impatt kbir fuq il-privatezza tal-individwi, ikunu indirizzati b'mod suffiċjenti fl-istrument(i) leġiżlattivi fundaturi.

11.

Qabel ma din il-fehma tiġi spjegata aktar fid-dettal fil-Parti III u l-parti IV, il-KEPD l-ewwel ser janalizza, fil-parti II, l-impatt tal-proposti attwali tat-Trattat ta' Liżbona li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009. Fil-Parti V l-KEPD ser jagħti kummenti dwar diversi dispożizzjonijiet speċifiċi taż-żewġ proposti.

II.   IMPATT TAT-TRATTAT TA' LIŻBONA

12.

L-istruttura legali tal-Unjoni Ewropea nbidlet konsiderevolment bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009. Speċjalment fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, il-kompetenza tal-UE twessgħat u ġew aġġustati l-proċeduri leġiżlattivi. Il-KEPD analizza l-impatt tal-bidliet fit-Trattati dwar il-proposti attwali.

13.

Il-bażijiet legali msemmijin fir-Regolament propost huma l-Artikoli 62(2)(a), 62(2)(b)(ii), 63(1)(a), 63(3)(b) u 66 tat-Trattat KE. It-test ta' dawn l-Artikoli jista' jiġi rintraċċat, fil-biċċa l-kbira tiegħu, fl-Artikoli 77(1)(b), 77(2)(b), 77(2)(a), 78(2)(e), 79(2)(c) 74 TFUE. Il-proċedura leġiżlattiva li għandha tkun segwita għall-adozzjoni ta' miżuri dwar dawn il-bażijiet legali mhijiex ser tinbidel, il-proċedura ta' kodeċiżjoni kienet applikabbli u ser tibqa' applikabbli, iżda issa ġiet imsejħa l-“proċedura leġiżlattiva ordinarja”. L-impatt tat-Trattati emendati fuq il-bażi legali u l-proċedura leġiżlattiva għar-Regolament propost għalhekk jidher li huwa limitat.

14.

L-Artikoli li fuqhom hija bbażata attwalment id-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta huma l-Artikoli 30(1)(a), 30(1)(b) u l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat UE. Fit-Trattati l-ġodda, l-Artikolu 34 tat-Trattat UE ġie rrevokat. L-Artikolu 30(1)(a) huwa sostitwit bl-Artikolu 87(2)(a) TFUE, li joħloq il-bażi għal miżuri li jikkonċernaw il-ġbir, il-ħażna u l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, adottata f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-Artikolu 30(1)(b) tat-Trattat UE, li jittratta dwar il-kooperazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti, huwa sostitwit bl-Artikolu 87(3) TFUE li jippreskrivi proċedura leġiżlattiva speċjali li jfisser li l-Kunsill jaġixxi unanimament wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew. Minħabba li ż-żewġ proċeduri leġislattivi mhumiex kompatibbli ma' xulxin, l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 87(3) TFUE ma jistgħux jibqgħu jifformaw il-bażi legali konġunta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill. Għalhekk jeħtieġ li ssir għażla.

15.

Il-KEPD huwa tal-opinjoni li l-Artikolu 87(2)(a) TFUE jista' jkun il-bażi unika għall-miżura proposta. Dan ikun ukoll l-għażla preferuta minħabba li l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja jimplika l-involviment sħiħ tal-Parlament Ewropew u jiżgura l-leġittimità demokratika tal-proposta (11). F'dak ir-rigward, għandu jkun issottolinjat li l-proposta tittratta dwar l-istabbiliment ta' aġenzija li ser tkun responsabbli għall-protezzjoni ta' data personali, li tirriżulta minn dritt fundamentali rikonoxxut mill-Artikolu 16 TFUE u l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li sar vinkolanti mill-1 ta' Diċembru 2009.

16.

Barra minn hekk, it-teħid tal-Artikolu 87(2)(a) TFUE bħala l-unika bażi legali jippermetti lill-Kummissjoni tgħaqqad iż-żewġ proposti attwali fi strument uniku għall-istabbiliment tal-Aġenzija, li huwa Regolament li ser ikun adottat f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

17.

Fi kwalunkwa każ, il-KEPD jistieden lill-Kummissjoni tiċċara din is-sitwazzjoni fi żmien qasir.

III.   L-ISTABBILIMENT TA' AĠENZIJA MIL-LAT TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA

18.

Kif imsemmi fil-punt 3 hawn fuq, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni tanalizza alternattivi u tippreżenta l-proposti leġiżlattivi meħtieġa li jafdaw aġenzija bil-ġestjoni operattivi għal perijodu fit-tul tas-SIS II u l-VIS. Il-Eurodac ġiet miżjuda mill-Kummissjoni. Fil-Valutazzjoni tal-Impatt, il-Kummissjoni esplorat ħames għażliet għall-ġestjoni operattiva tat-tliet sistemi:

it-tkomplija tal-arranġament attwali, jiġifieri ġestjoni mill-Kummissjoni li, fir-rigward tas-SIS II u l-VIS, tinkludi delegazzjoni ta' kompiti lil żewġ Stati Membri (l-Awstrija u Franza);

l-istess bħall-ewwel għażla, flimkien mad-delegazzjoni tal-ġestjoni operattiva tal-Eurodac lill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

l-istabbiliment ta' aġenzija regolatorja ġdida;

l-għoti tal-ġestjoni operattiva lill-Frontex;

l-għoti tal-ġestjoni operattiva tas-SIS II lill-Europol u t-tkomplija tal-ġestjoni mill-Kummissjoni tal-VIS u l-Eurodac.

Il-Kummissjoni analizzat dawn l-għażliet minn erba' angoli differenti: operattiv, ta' governanza, finanzjarju u legali.

19.

Bħala parti mill-analiżi legali, il-Kummissjoni qabblet kif dawn l-istrutturi differenti jippermettu s-salvagwardjar effettiv tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u b'mod partikolari tal-protezzjoni tad-data personali. Hija kkonkludiet li l-għażliet 3 u 4 kienu l-għażliet preferibbli f'dak ir-rigward (12). Fir-rigward tal-ewwel żewġ għażliet, il-Kummissjoni rreferiet għad-diffikultajiet possibbli rigward is-superviżjoni mill-KEPD, li kienu diskussi matul l-iżvilupp tas-SIS II. Fir-rigward tal-ewwel żewġ għażliet, il-Kummissjoni rreferit ukoll għas-sitwazzjoni problematika, f'termini ta' responsabbiltà li tirriżulta mill-Artikolu 288 tat-Trattat UE (issa: l-Artikolu 340 TFUE), jekk l-operazzjonijiet li jitwettqu mill-persunal nazzjonali jiġu sfidati.

20.

Il-KEPD jaqbel mal-Kummissjoni li fil-perspettiva tas-superviżjoni mill-KEPD, ikun preferibbli li jkun hemm entità Ewropea waħda li tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva ta' sistema tal-IT fuq skala kbira bħas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac. Barra minn hekk, l-istabbiliment ta' entità unika tiċċara kwistjonijiet ta' responsabbiltà u ta' liġi applikabbli. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 ikun applikabbli għall-attivitajiet kollha ta' tali entità Ewropea.

21.

Madankollu, il-mistoqsija li jmiss hija liema jew liema tip ta' entità Ewropea din għandha tkun. Il-Kummissjoni tiddiskuti l-istabbiliment ta' aġenzija ġdida u l-użu ta' żewġ entitajiet eżistenti, jiġifieri l-Frontex u l-Europol. Hemm argument b'saħħtu kontra l-ġestjoni operattiva ta' sistemi ta' IT fuq skala kbira mill-Frontex jew l-Europol, minħabba li fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, il-Frontex u l-Europol għandhom l-interessi personali tagħhom fl-użu ta' data personali. L-aċċess mill-Europol għas-SIS II u l-VIS huwa diġà previst u l-leġiżlazzjoni għall-aċċess mill-Europol għall-Eurodac qed tiġi diskussa attwalment (13). Il-KEPD huwa tal-opinjoni li għażla preferibbli tkun waħda li tafda l-ġestjoni operattiva magħquda ta' bażijiet tad-data fuq skala kbira bħas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac, lil entità indipendenti li m'għandhiex l-interessi personali tagħha bħala utent tal-bażi tad-data. Dan inaqqas ir-riskju ta' użu ħażin tad-data. F'dak ir-rigward, il-KEPD jixtieq jindika l-prinċipju bażiku tal-protezzjoni tad-data tal-limitazzjoni tal-iskop, li jeħtieġ li data personali ma tistax tintuża għal skopijiet li mhumiex kompatibbli mal-iskop li għalih id-data kienet ipproċessata oriġinarjament (14).

22.

Għażla waħda li mhijiex diskussa mill-Kummissjoni hija l-ġestjoni operattiva tas-sistemi mill-Kummissjoni nfisha, mingħajr l-ebda delegazzjoni fil-livell nazzjonali. L-istabbiliment ta' aġenzija eżekuttiva minflok aġenzija regolatorja hija qrib ta' din l-għażla. Għalkemm ma hemm l-ebda punt ta' prinċipju mil-lat tal-protezzjoni tad-data kontra li l-Kummissjoni tieħu dan il-kompitu (il-Kummissjoni nfisha mhijiex l-utent ta' dawn is-sistemi) il-KEPD jara l-benefiċċji prattiċi ta' aġenzija separata. L-għażla ta' aġenzija regolatorja minflok waħda eżekuttiva tista' tkun aċċettata wkoll, minħabba li tipprevjeni lill-aġenzija, u l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tagħha, milli tkun stabbilita u ddeterminata abbażi ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni biss. L-Aġenzija attwali ser tkun stabbilita abbażi ta' Regolament li huwa adottat f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u hija għalhekk soġġetta għal deċiżjoni demokratika.

23.

Il-KEPD jara l-vantaġġi fil-ħolqien ta' aġenzija regolatorja indipendenti. Madankollu, il-KEPD jixtieq jissottolina li tali aġenzija għandha tkun stabbilita biss meta l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet u tar-responsabbiltajiet tagħha jkunu definiti b'mod ċar.

IV.   ŻEWĠ KAWŻI TA' TĦASSIB ĠENERALI RIGWARD L-ISTABBILIMENT TAL-AĠENZIJA

24.

Matul id-dibattitu leġiżlattiv u pubbliku attwali dwar din il-proposta, ġie espress tħassib dwar il-ħolqien possibbli ta' “aġenzija superjuri (big brother agency)”. Din id-dikjarazzjoni hija relatata mal-possibbiltà ta' żvijar tal-użu (function creep), iżda wkoll mal-kwistjoni ta' interoperabbiltà tas-sistemi ta' IT differenti. Dawn iż-żewġ kawżi ta' tħassib ser ikunu indirizzati f'din il-parti tal-Opinjoni.

25.

Qabel xejn, il-KEPD jixtieq jippreżenta – bħala assunzjoni bażika – li r-riskju ta' żbalji jew ta' użu ħażin ta' data personali jista' jiżdied meta sistemi tal-IT fuq skala kbira jiġu fdati lill-istess diriġent operattiv. In-numru totali ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti minn Aġenzija waħda għandu għalhekk ikun ristrett għal numru li bih ikunu assigurati b'mod suffiċjenti s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data. Fi kliem ieħor, il-punt ta' tluq m'għandux ikun li l-ikbar numru possibbli ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira jinġiebu taħt il-ġestjoni operattiva ta' Aġenzija waħda.

IV.1.   Żvijar tal-użu

26.

Fil-kuntest attwali, il-biża' ta' żvijar tal-użu jirreferi għall-idea li l-Aġenzija l-ġdida ser tkun tista' toħloq u tgħaqqad fuq inizjattiva tagħha stess is-sistemi tal-IT fuq skala kbira li huma diġà eżistenti u dawk il-ġodda sa' grad li mhuwiex previst fil-preżent. Il-KEPD huwa tal-opinjoni li l-iżvijar tal-użu mill-Aġenzija jista' jkun evitat jekk, l-ewwel, il-kamp ta' applikazzjoni ta' attivitajiet (possibbli) ikun limitat u definit b'mod ċar fl-istrument legali fundatur u, it-tieni, jekk ikun żgurat li kwalunkwe espansjoni ta' dan il-kamp ta' applikazzjoni ser ikun ibbażat fuq proċedura demokratika ta' teħid ta' deċiżjonijiet, li normalment hija l-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

27.

Fir-rigward tal-limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' attivitajiet (possibbli) tal-Aġenzija, il-proposta attwali tirreferi fl-Artikolu 1 għall-ġestjoni operattiva tas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac, kif ukoll għall-'iżvilupp u l-ġestjoni ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira, b'applikazzjoni tat-Titolu IV tat-Trattat KE'. F'termini tad-determinazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni, din l-aħħar parti tqajjem tliet mistoqsijiet: x'inhu mifhum bi “żvilupp”, x'inhu mifhum b' “sistemi tal-IT fuq skala kbira” u x'inhi t-tifsira tal-frażi wara l-virgola? Dawn it-tliet mistoqsijiet ser ikunu ttrattati hawn taħt, f'ordni inversa.

X'inhi t-tifsira tal-frażi “b'applikazzjoni tat-Titolu IV tat-Trattat KE”?

28.

Il-frażi “b'applikazzjoni tat-Titolu IV tat-Trattat KE” tpoġġi limitazzjoni lis-sistemi tal-IT fuq skala kbira li jistgħu jinġiebu taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija. Il-KEPD jinnota, madankollu, li din il-frażi timplika kamp ta' applikazzjoni aktar limitat ta' attivitajiet possibbli li jistgħu jkunu derivati mit-titolu tar-Regolament propost, Premessa 4 u Premessa 10. Dawk it-testi huma differenti mill-Artikolu 1 fis-sens li għandhom kamp ta' applikazzjoni usa': huma jirreferu għall-“ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja” minflok il-qasam aktar limitat ta' kompetenza kif stabbilit fit-Titolu IV tat-Trattat KE (viżi, asil, immigrazzjoni u linji politiċi oħra relatati mal-moviment liberu tal-persuni).

29.

Id-distinzjoni bejn it-Titolu IV tat-Trattat KE u l-kunċett usa' tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (li jinkludi wkoll it-Titolu VI tat-Trattat UE) hija rikonoxxuta fl-Artikolu 6 tar-Regolament propost, li fil-paragrafu 1 jittratta dwar il-possibbiltà għall-Aġenzija li timplimenta skemi pilota għall-iżvilupp u/jew il-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, b'applikazzjoni tat-Titolu IV tat-Trattat KE, u fil-paragrafu 2 mal-possibbiltà li l-iskemi pilota relatati ma' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira jkunu implimentati mill-Aġenzija fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Fis-sens strett tal-kelma, l-Artikolu 6(2) mhuwiex konformi mal-Artikolu 1 tar-Regolament propost.

30.

Il-kontradizzjoni bejn l-Artikolu 1 u t-titolu tar-Regolament propost, kif ukoll il-Premessi 4 u 10 u l-Artikolu 6(2) trid tiġi solvuta. B'referenza għall-assunzjoni bażika magħmula fil-punt 25 hawn fuq, il-KEPD huwa tal-opinjoni li f'dan l-istadju jkun irrakkomandat biex ikun illimitat tassew il-qasam tal-kompetenza lil sistemi tal-IT fuq skala kbira b'applikazzjoni tat-Titolu IV tat-Trattat KE. Mill-1 ta' Diċembru 2009, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, dan jimplika limitazzjoni tal-oqsma ta' politika msemmijin fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TFUE. Wara li tinkiseb l-esperjenza u wara valutazzjoni pożittiva tal-funzjonament tal-Aġenzija (ara l-Artikolu 27 tal-proposta, u l-kummenti fil-punt 49 hawn taħt) ir-referenza fl-Artikolu 1 tista' forsi titwessa' biex tkopri l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja kollu, sakemm tali deċiżjoni tkun ibbażata fuq il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

31.

Madankollu, jekk il-leġiżlatur jiddeċiedi li jagħżel kamp ta' applikazzjoni hekk kif jista' jkun idderivat mit-titolu u l-Premessi 4 u 10, allura għandha tkun iċċarata kwistjoni oħra rigward l-Artikolu 6(2). Kuntrarjament għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, it-tieni paragrafu ma jispeċifikax li l-implimentazzjoni tal-iskema pilota hija għall-iżvilupp u/jew il-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira. Id-distinzjoni maħsuba bejn iż-żewġ paragrafi u n-nuqqas tal-frażi addizzjonali fit-tieni paragrafu tqajjem il-mistoqsija x'ippruvat attwalment tistabbilixxi l-Kummissjoni. Jista' jkun li dan ifisser li l-iskemi pilota msemmijin fl-ewwel paragrafu għandhom jinkludu valutazzjoni tal-iżvilupp u l-ġestjoni operattiva possibbli mill-Aġenzija l-ġdida, u li tali valutazzjoni mhijiex parti mill-iskemi pilota fit-tieni paragrafu? Jekk dak huwa l-każ, allura dan għandu jkun iċċarat aħjar fit-test minħabba li tħassir tal-ispeċifikazzjoni ma jeskludix l-implimentazzjoni u l-ġestjoni operattiva ta' tali sistemi mill-aġenzija. Jekk il-Kummissjoni riedet tfiehem xi ħaġa oħra, allura dan għandu jkun iċċarat ukoll.

X'inhi sistema tal-IT fuq skala kbira?

32.

Il-kunċett ta' “sistemi tal-IT fuq skala kbira” huwa wieħed li jista' jkun argumentat. Mhux dejjem hemm fehim komuni dwar liema sistemi għandhom ikunu kkunsidrati bħala sistemi tal-IT fuq skala kbira u liema m'għandhomx ikunu kkunsidrati hekk. L-interpretazzjoni tal-kunċett għandha implikazzjonijiet importanti għall-kamp ta' applikazzjoni ta' attivitajiet futuri possibbli tal-Aġenzija. It-tliet sistemi tal-IT fuq skala kbira li huma msemmijin espliċitament fil-proposta għandhom bħala fattur komuni l-ħżin ta' data f'bażi tad-data ċentralizzata li hija (attwalment) responsabbiltà tal-Kummissjoni. Mhux ċar jekk l-attivitajiet futuri possibbli tal-Aġenzija humiex limitati għal sistemi tal-IT fuq skala kbira b'tali karatteristika, jew jekk jistgħux jinkludu wkoll sistemi deċentralizzati fejn ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni hija limitata għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura komuni ta' tali sistema, bħas-sistema Prüm u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) (15). Sabiex ma jkun hemm l-ebda intendiment ħażin fil-futur, il-KEPD jistieden lil-leġiżlatur biex jiċċara l-kunċett ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fir-rigward tal-istabbiliment tal-Aġenzija.

X'inhu mifhum bl-'iżvilupp' ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira?

33.

Flimkien mal-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, l-Aġenzija ser twettaq ukoll il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 5 (monitoraġġ tar-riċerka) u l-Artikolu 6 (skemi pilota). L-ewwel wieħed jimplika l-monitoraġġ tar-riċerka rilevanti u r-rappurtar tiegħu lill-Kummissjoni. L-attivitajiet fir-rigward tal-iskemi pilota huma l-implimentazzjoni ta' skemi pilota għall-iżvilupp u/jew il-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira (ara, madankollu, il-kummenti fil-punt 31 hawn fuq). L-Artikolu 6 jiddefinixxi kif għandha tinftiehem il-kelma “żvilupp”. L-użu tal-kelma fl-Artikolu 1 jagħti l-idea li l-Aġenzija tista' tkun responsabbli għall-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fuq l-inizjattiva tagħha stess. Madankollu, dan huwa eskluż fil-formulazzjoni tal-Artikolu 6(1) u (2). Huwa ddikjarat b'mod ċar li l-Aġenzija tista' tagħmel dan “fuq talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni”. Fi kliem ieħor, l-inizjattiva għall-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira hija f'idejn il-Kummissjoni. Kwalunkwe deċiżjoni biex tkun fil-fatt stabbilita sistema ġdida tal-IT fuq skala kbira għandha tkun ibbażata fuq il-proċeduri leġiżlattivi previsti fit-TFUE. Sabiex tissaħħaħ il-formulazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament propost, il-leġiżlatur jista' jiddeċiedi li jżid il-kelma“biss” fil-bidu tal-Artikolu 6(1) u (2).

Fil-qosor

34.

Kif iddikjarat, ir-riskju tal-iżvijar tal-użu jista' jkun evitat, l-ewwel nett, jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' attivitajiet (possibbli) tal-Aġenzija jkun limitat u definit b'mod ċar fl-istrument legali ta' bażi u, it-tieni nett, jekk ikun żgurat li kwalunkwe espansjoni ta' dan il-kamp ta' applikazzjoni tkun ibbażata fuq proċedura demokratika ta' teħid ta' deċiżjonijiet, li normalment hija l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. It-test attwali diġà fih speċifikazzjonijiet li jillimitaw ir-riskju tal-iżvijar tal-użu.

35.

Madankollu, jibqgħu ċerti inċertezzi rigward l-iskop preċiż ta' attivitajiet possibbli tal-Aġenzija l-ġdida. Il-leġislatur għandu, l-ewwel nett, jiċċara u jiddeċiedi konxjament jekk il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet huwiex limitat għall-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TFUE, jew jekk huwa jkoprix potenzjalment is-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-leġiżlatur għandu, it-tieni nett, jiċċara l-kunċett ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira f'dan il-qafas, u jiċċara jekk huwiex limitat għal sistemi tal-IT fuq skala kbira li għandhom bħala karatteristika l-ħżin ta' data f'bażi ta' data ċentralizzata li hija responsabbiltà tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija. It-tielet nett, għalkemm l-Artikolu 6 diġà jipprevjeni l-iżvilupp ta' sistemi ġodda tal-IT fuq skala kbira mill-Aġenzija fuq l-inizjattiva tagħha stess, it-test tal-Artikolu 6 jista' jissaħħaħ biż-żieda tal-kelma “biss” fil-paragrafi 1 u 2, jekk dan tal-aħħar jiġi mwettaq.

IV.2.   Interoperabbiltà

36.

Il-kunċett ta' “interoperabbiltà” huwa ambigwu. Il-KEPD wasal għal din il-konklużjoni fil-kummenti tiegħu tal-10 ta' Marzu 2006 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interoperabbiltà tal-bażijiet Ewropej tad-data (16). Fir-rigward tal-Aġenzija l-ġdida, il-kunċett ta' interoperabbiltà għandu jinftiehem li jinkludi r-riskju li permezz tal-ġabra ta' diversi sistemi tal-IT fuq skala kbira taħt il-ġestjoni operattiva ta' Aġenzija waħda, ser tintuża teknoloġija simili għas-sistemi kollha li jistgħu għalhekk jiġu interkonnessi faċilment. B'mod ġenerali, il-KEPD jirrikonoxxi dan it-tħassib. Fil-kummenti tiegħu tal-10 ta' Marzu 2006, il-KEPD ddikjara li l-fatt li l-interkonnessjoni bejn is-sistemi differenti tal-IT fuq skala kbira ssir fattibbli teknikamenti, jikkostitwixxi spinta qawwija biex dan isir fil-prattika. Din hi raġuni qawwija biex għal darb'oħra tiġi enfasizzata l-importanza tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Għaldaqstant, il-KEPD ssottolinja li l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira tista' ssir biss b'rispett sħiħ għall-prinċipji tal-protezzjoni tad-data u b'mod partikolari b'rispett sħiħ għall-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, imsemmi preċedentement (ara l-punt 21 hawn fuq).

37.

Madankollu, l-inkoraġġiment possibbli biex is-sistemi tal-IT fuq skala kbira jsiru interoperabbli jekk tintuża teknoloġija li tista' tkun interkonnessa faċilment, mhuwiex bil-fors relatat mal-istabbiliment ta' Aġenzija ġdida. Barra minn hekk, mingħajr tali aġenzija jistgħu jiġu żviluppati sistemi b'modi simili li jistgħu jniedu l-interoperabbiltà.

38.

Hi x'inhi l-istruttura tal-ġestjoni operattiva li tintgħażel, l-interoperabbiltà tkun possibbli biss jekk din tkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u d-deċiżjoni nfisha biex dan isir tkun ibbażata fuq proċedura leġiżlattiva ordinarja. Jidher ċar mir-Regolament propost li d-deċiżjoni li sistema tal-IT fuq skala kbira ssir interoperabbli mhijiex deċiżjoni li tista' tittieħed mill-Aġenzija (ara wkoll l-analiżi fil-punt 33 ta' hawn fuq). Biex issir enfasi akbar, kif jidher ukoll mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2008 dwar l-aġenziji Ewropej, il-Kummissjoni ma tistax tiddelega lil aġenzija s-setgħa tal-adozzjoni ta' tali miżura regolatorja ġenerali (17). Dment li ma titteħidx deċiżjoni bħal din, l-Aġenzija hi obbligata li tistabbilixxi miżuri tas-sigurtà adatti sabiex tipprevjeni kwalunkwe interkonnessjoni possibbli tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira li tiġġestixxi (fir-rigward tal-miżuri tas-sigurtà ara l-punti 46 u 47).

39.

L-interoperabbiltà (prevista jew prevista possibbilment fil-futur) tista' tkun parti mit-talba tal-Kummissjoni lill-Aġenzija biex timplimenta skema pilota għall-iżvilupp ta' sistemi ġodda tal-IT fuq skala kbira, kif deskritt fl-Artikolu 6 tar-Regolament propost. Dan iqajjem il-mistoqsija dwar liema proċedura ser issegwi l-Kummissjoni biex titlob lill-Aġenzija għal tali skema pilota. Fi kwalunkwe każ, it-talba tal-Kummissjoni għandha tkun ibbażata fuq tal-inqas valutazzjoni preliminari dwar jekk is-sistema tal-IT fuq skala kbira, bħala tali, u b'mod partikolari l-interoperabbiltà, tkunx f'konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data u b'mod aktar ġenerali mal-bażi legali li toħloq dawn is-sistemi. Barra minn hekk, konsultazzjoni obbligatorja tal-Parlament Ewropew u l-KEPD tista' tkun parti mill-proċedura li twassal għat-talba. It-talba nfisha tal-Kummissjoni lill-Aġenzija għandha fi kwalunkwe każ tkun aċċessibbli għall-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-Parlament u l-KEPD. Il-KEPD jħeġġeġ lil-leġislatur biex jiċċara din il-proċedura.

V.   KUMMENTI SPEĊIFIĊI

Premessa 16 u l-Artikolu 25 tar-Regolament propost: referenzi għar-Regolament (KE) Nru 45/2001

40.

Ir-Regolament propost jistabbilixxi aġenzija regolatorja indipendenti li jkollha personalità ġuridika. Fil-Premessa 6 tar-Regolament propost hu ddikjarat li din l-aġenzija ser tkun stabbilita minħabba li l-Awtorità ta' Ġestjoni għandu jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Kif ġie diġà ddikjarat fil-punt 20 ta' hawn fuq, l-istabbiliment ta' entità unika jiċċara l-kwistjonijiet tar-responsabbiltà u l-liġi applikabbli.

41.

L-Artikolu 25 tar-Regolament propost jikkonferma li l-ipproċessar tal-informazzjoni mill-Aġenzija l-ġdida hu soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Barra minn hekk, il-Premessa 16 tenfasizza li dan ifisser li l-KEPD ser ikollu s-setgħa li jikseb mill-Aġenzija aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-istħarriġ tiegħu jew tagħha.

42.

Il-KEPD hu sodisfatt li l-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għall-attivitajiet tal-Aġenzija l-ġdida hi sottolinjata f'tali mod. Fid-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta jonqos referenza għar-Regolament (KE) Nru 45/2001, għalkemm jidher ċar li l-Aġenzija ser tintrabat ukoll bid-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament meta l-bażi tad-data tintuża għal attivitajiet li jaqgħu taħt il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, u jekk il-leġiżlatur jiddeċiedi li jappoġġa d-diviżjoni fost iż-żewġ strumenti legali (ara l-kummenti fil-Parti II ta' hawn fuq), ma hemm l-ebda raġuni kontra r-referenza għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fil-premessi u/jew kif ukoll fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Artikolu 9(1)(o) tar-Regolament propost: l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

43.

Il-KEPD hu sodisfatt ukoll li l-ħatra tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) saret espliċita fl-Artikolu 9(1)(o) tar-Regolament propost. Il-KEPD jixtieq jenfasizza l-importanza tal-ħatra tal-UPD fi stadju bikri, b'kont meħud tad-dokument li jagħti l-pożizzjoni tal-KEPD dwar l-UPD (18).

Artikolu 9 (1)(i) u (j) tar-Regolament propost: programm ta' ħidma u rapport ta' attività annwali

44.

Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, u permezz tal-istrumenti legali li jistabbilixxu s-sistemi tal-IT, il-KEPD għandu setgħat superviżorji fuq l-Aġenzija. Dawn is-setgħat, li huma elenkati fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, fil-parti l-kbira huma invokati meta jkun diġà seħħ ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Il-KEPD hu interessat li jiġi informat b'mod regolari, mhux biss wara, iżda wkoll bil-quddiem, dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija. Attwalment, il-KEPD żviluppa prattika mal-Kummissjoni li tissodisfa dan l-interess. Il-KEPD jesprimi t-tama tiegħu li tali kooperazzjoni sodisfaċenti ser tinkiseb ukoll bl-Aġenzija li għadha kemm ġiet stabbilita. Fid-dawl ta' dan, il-KEPD jirrakkomanda lil-leġislatur li jinkludi lill-KEPD fil-lista ta' dawk li jirċievu l-programm ta' ħidma annwali u r-rapport ta' attività annwali, kif irregolat fl-Artikolu 9(1)(i) u (j) tar-Regolament propost.

Artikolu 9(1)(r) tar-Regolament propost: verifiki mill-KEPD

45.

L-Artikolu 9(1)(r) tar-Regolament propost jittratta r-rapport tal-KEPD dwar il-verifika skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 dwar is-SIS II u l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 dwar il-VIS. il-formulazzjoni attwali tagħti l-impressjoni li l-Aġenzija għandha diskrezzjoni totali fir-rigward tas-segwitu tal-verifika inkluża l-possibbiltà li ma ssegwi l-ebda rakkomandazzjoni. Għalkemm l-Aġenzija tista' tagħmel kummenti dwar ir-rapport u ser tkun libera fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-KEPD, ma tistax ma ssegwi l-ebda rakkomandazzjoni. Għalhekk, il-KEPD jissuġġerixxi jew li dan l-Artikolu jitħassar jew li l-frażi “u jiddeċiedi dwar is-segwitu tal-verifika” tiġi sostitwita bi: “u jiddeċiedi dwar kif għandu jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet fl-aktar mod adatt wara l-verifika”.

Artikolu 9(1)(n), Artikolu 14(6)(g) u Artikolu 26 tar-Regolament propost: regoli dwar is-sigurtà

46.

Ir-Regolament propost jiddikjara li d-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord ta' Ġestjoni għall-adozzjoni, l-abbozz għal miżuri tas-sigurtà meħtieġa inkluż pjan ta' sigurtà (ara l-Artikolu 14(6)(g) u l-Artikolu 9(1)(n)). Is-sigurtà hi msemmija wkoll fl-Artikolu 26 li jittratta r-regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata. Qiegħda ssir referenza għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (19) tad-29 ta' Novembru 2001 u fit-tieni paragrafu għall-prinċipji tas-sigurtà rigward l-ipproċessar ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata kif adottata u implimentata mill-Kummissjoni Ewropea. Minbarra l-kummenti li jsegwu fil-punt li jmiss, il-KEPD jirrakkomanda lil-leġiżlatur li jinkludi referenza għal dokumentazzjoni speċifika fit-tieni paragrafu kif ukoll, minħabba li l-paragrafu huwa pjuttost vag kif inhu bħalissa.

47.

Il-KEPD jixtieq jinnota l-fatt li l-istrumenti legali abbażi tas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac fihom dispożizzjonijiet dettaljati rigward is-sigurtà. Minnu nnifsu mhuwiex evidenti li dawn ir-regoli speċifiċi huma kompletament simili għar-regoli msemmija fl-Artikolu 26 jew kompatibbli bis-sħiħ magħhom. Minħabba li l-pjan ta' sigurtà għandu jiżgura l-ogħla livell ta' sigurtà, il-KEPD jirrakkomanda lil-leġiżlatur li jibdel l-Artikolu 26 f'dispożizzjoni usa' li tindirizza l-kwistjoni tar-regoli tas-sigurtà b'mod aktar ġenerali u li jinkludi referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istrumenti legali dwar it-tliet sistemi ta' IT fuq skala kbira. Dan għandu jkun preċedut minn valutazzjoni dwar il-punt safejn ir-regoli msemmija huma simili u kompatibbli ma' xulxin. Barra minn hekk għandha tiġi stabbilita rabta bejn din id-dispożizzjoni usa' u l-Artikolu 14(6)(g) u l-Artikolu 9(1)(n) li jittrattaw l-abbozzar u l-adozzjoni tal-miżuri tas-sigurtà u l-pjan tas-sigurtà.

Artikoli 7(4) u 19 tar-Regolament propost: l-akkomodazzjoni tal-Aġenzija

48.

Il-KEPD hu konxju tal-fatt li d-deċiżjoni dwar is-sede tal-Aġenzija, kif previst fl-Artikolu 7(4), hi fil-parti l-kbira waħda politika. Madankollu, il-KEPD jirrakkomanda li, fid-dawl tal-Artikolu 19 li jittratta l-Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali, l-għażla tas-sede ser tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi bħall-akkomodazzjoni disponibbli, li għandha tkun bini uniku ddedikat lill-Aġenzija biss, u l-possibbiltajiet li tiġi żgurata s-sigurtà tal-bini.

Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kummissjoni: evalwazzjoni

49.

L-Artikolu 27 tar-Regolament propost jiddetermina li fi żmien tliet snin mid-data meta l-Aġenzija tassumi r-responsabbiltajiet tagħha u kull ħames snin wara, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti abbażi tat-termini ta' referenza maħruġa mill-Bord ta' Ġestjoni wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-protezzjoni tad-data tkun parti minn dawn it-termini ta' referenza, il-KEPD jirrakkomanda lil-leġiżlatur li jagħmel referenza espliċita għal dan fl-ewwel paragrafu. Barra minn hekk, il-KEPD jistieden lil-leġiżlatur biex jispeċifika b'mod mhux restrittiv il-partijiet interessati msemmija fit-tieni paragrafu u jinkludi lill-KEPD. Il-KEPD jirrakkomanda lil-leġiżlatur li jinkludi lill-KEPD fil-lista tal-istituzzjonijiet li jirċievu d-dokumenti msemmija fit-tielet paragrafu.

VI.   KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

50.

Bħala kwistjoni preliminari, il-KEPD jindika l-impossibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta tkun ibbażata fuq żewġ artikoli tat-TFUE li huma s-suċċessuri tal-artikoli tat-Trattat tal-UE li attwalment il-proposta hi bbażata fuqhom. Il-KEPD jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara s-sitwazzjoni u tikkunsidra li bħala bażi legali jintuża l-artikolu li jagħti l-parti l-kbira tas-setgħa lill-Parlament Ewropew u li tikkunsidra l-fużjoni taż-żewġ proposti f'Regolament wieħed.

51.

Il-KEPD analizza l-għażliet differenti għall-ġestjoni operattiva tas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac, u jara l-vantaġġi tal-ħolqien ta' aġenzija regolatorja għall-ġestjoni operattiva ta' ċerti sistemi tal-IT fuq skala kbira. Madankollu, il-KEPD jissottolinja li tali aġenzija għandha tkun stabbilita biss meta l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet u tar-responsabbiltajiet tagħha jkunu definiti b'mod ċar.

52.

Il-KEPD iddiskuta żewġ kwistjonijiet ta' tħassib ġenerali rigward l-istabbiliment ta' aġenzija b'rilevanza għall-protezzjoni tad-data: ir-riskju tal-iżvijar tal-użu u l-konsegwenzi għall-interoperabbiltà tas-sistemi.

53.

Il-KEPD hu tal-fehma li r-riskju tal-iżvijar tal-użu jista' jkun evitat, l-ewwel nett, jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' attivitajiet (possibbli) tal-Aġenzija jkun limitat u definit b'mod ċar fl-istrument legali ta' bażi u, it-tieni nett, jekk ikun żgurat li kwalunkwe espansjoni ta' dan il-kamp ta' applikazzjoni ser tkun ibbażata fuq proċedura demokratika ta' teħid ta' deċiżjonijiet. IL-KEPD jinnota li l-proposti attwali diġà fihom tali speċifikazzjonijiet iżda li jibqgħu ċerti inċertezzi. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda lil-leġiżlatur:

li jiċċara u jiddeċiedi konxjament jekk il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija huwiex limitat għall-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TFUE, jew jekk huwa jkoprix potenzjalment is-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira żviluppati fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

li jiċċara l-kunċett ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fir-rigward tal-istabbiliment tal-Aġenzija, u jiċċara jekk huwiex limitat għal dawk is-sistemi li għandhom bħala karatteristika l-ħżin ta' data f'bażi ta' data ċċentralizzata li hija responsabbiltà tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija;

li jkompli jsaħħaħ it-test tal-Artikolu 6 biż-żieda tal-kelma “biss” għall-paragrafi 1 u 2, jekk dan tal-aħħar jiġi appoġġat.

54.

B'mod ġenerali, il-KEPD hu mħasseb bl-ambigwitajiet fl-iżviluppi rigward l-interoperabbiltà possibbli tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira. Madankollu, il-KEPD ma jqisx l-istabbilimenti tal-Aġenzija bħala l-aktar fattur ta' theddida f'dak ir-rigward. Il-KEPD nnota li l-Aġenzija mhux ser tkun tista' tiddeċiedi dwar l-interoperabbiltà fuq mozzjoni tagħha stess. Il-KEPD jinkoraġġixxi lil-leġislatur, fil-kuntest tal-iskemi pilota proposti, li jiċċara l-proċedura li l-Kummissjoni għandha ssegwi qabel ma titlob l-iskema pilota. Skont il-KEPD, tali proċedura għandha tinkludi valutazzjoni, li tista' teħtieġ l-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-KEPD, tal-impatt possibbli fuq il-protezzjoni tad-data tal-inizjattiva żviluppata wara tali talba.

55.

Barra minn hekk, il-KEPD jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

li l-KEPD jiġi inkluż fil-lista ta' dawk li jirċievu l-programm ta' ħidma annwali u r-rapport ta' attività annwali, kif irregolat fl-Artikolu 9(1)(i) u (j) tar-Regolament propost;

li l-Artikolu 9(1)(r) tar-Regolament propost jew jitħassar jew li l-frażi 'u jiddeċiedi dwar is-segwitu tal-verifika' tiġi sostitwita bi: “u jiddeċiedi dwar kif għandu jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet bl-aktar mod adatt wara l-verifika”;

li l-Artikolu 26 tar-Regolament propost jinbidel f'dispożizzjoni li tindirizza l-kwistjoni tar-regoli tas-sigurtà b'mod aktar ġenerali u li tinkludi referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istrumenti legali dwar is-sistemi tal-IT fuq skala kbira u li tiġi stabbilita rabta bejn din id-dispożizzjoni usa' u l-Artikolu 14(6)(g) u l-Artikolu 9(1)(n) tar-Regolament propost;

fir-rigward tal-punt preċedenti, li tiġi inkluża referenza għal dokumentazzjoni speċifika fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament propost;

li jittieħed kont tal-kiterji oġġettivi u prattiċi meta tintgħażel is-sede tal-aġenzija;

li l-KEPD jiġi inkluż fil-lista tal-istituzzjonijiet li jirċievu d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 27(3) tar-Regolament propost.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2009.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  Ara COM(2009) 293 finali u COM(2009) 294 finali.

(4)  Ara COM(2009) 292 finali.

(5)  Ara SEC(2009) 836 finali u SEC(2009) 837 finali.

(6)  Ara l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 dwar is-SIS II (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4), l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 dwar il-VIS (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60) u l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill 2725/2000 (ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1).

(7)  Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-7 ta' Ġunju 2007, li hija mehmuża mar-Riżoluzzjoni Leġislattiva tal-Parlament tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar ir-Regolament tal-VIS propost.

(8)  Ara l-Premessa 5 tar-Regolament propost.

(9)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63 u ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129.

(10)  Jekk il-Europol jingħata aċċess għall-Eurodac wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta dwar talbiet għal tqabbil ma' data tal-EURODAC mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-Europol għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi (ara COM(2009) 344 finali), huwa probabbilment ser ikun intitolat għall-istess pożizzjonijiet meta mqabbel mal-Eurodac. Madankollu, ara l-opinjoni kritika tal-KEPD tas-7 ta' Ottubru 2009 dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta, li hija disponibbli fi: http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2009/09-10-07_Access_Eurodac_EN.pdf

(11)  Fl-hekk imsejħa sentenza Diossidu tat-Titanju, il-QĠE tat importanza partikolari lill-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, ara QĠE 11 ta' Ġunju 1991, Il-Kummissjoni v. Il-Kunsill, Każ C-300/89, [Ġabra] 1991, p. I-2867, par. 21.

(12)  Ara l-Valutazzjoni tal-Impatt fil-paġna 32.

(13)  Dwar dan tal-aħħar, ara l-Opinjoni tal-KEPD tas-7 ta' Ottubru 2009 msemmija fin-nota 10 f'qiegħ il-paġna.

(14)  Ara l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(15)  Għas-sistema Prüm, ara d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1 u ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12) u l-Opinjonijiet tal-KEPD tal-4 ta' April 2007 (ĠU C 169, 21.7.2007, p. 2) u tad-19 ta' Diċembru 2007 (ĠU C 89, 10.4.2008, p. 1). Għall-ECRIS, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33) u l-Opinjoni tal-KEPD tas-16 ta' Settembru 2008 (ĠU C 42, 20.2.2009, p. 1).

(16)  Il-kummenti tal-KEPD tal-10 ta' Marzu 2006, li jinstabu fuq http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Comments/2006/06-03-10_Interoperability_EN.pdf

(17)  COM(2008) 135 finali, p. 5.

(18)  Id-Dokument tat-28 ta' Novembru 2005, li jagħti l-Pożizzjoni tal-KEPD, disponibbli fuq: http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/EDPS/Publications/Papers/PositionP/05-11-28_DPO_paper_EN.pdf

(19)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni Ewropea

19.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/21


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 70/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.1.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 672/08

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

Attiki

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Restructuring aid to Kalofolias S.A.

Il-bażi legali

Νόμος 3299/2004, όπως τροποποιήθηκε και ισχύει. Ο νόμος έχει ήδη καταχωρηθεί, με βάση τον κανονισμό 1828/2006, ως καθεστώς περιφερειακών ενισχύσεων με στοιχεία XR 86/2007 «Κίνητρα για ιδιωτικές επενδύσεις με σκοπό την προώθηση της οικονομικής ανάπτυξης και της περιφερειακής σύγκλισης».

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 7,1 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2009-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Il-Midja, L-industrija tal-manifattura, Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών, Γενική Γραμματεία Επενδύσεων και Ανάπτυξης

Γενική Διεύθυνση Ιδιωτικών Επενδύσεων

Νίκης 5-7

101 80 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 296/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Biberach

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Staatliche Beihilfe N 296/09 — F2F; FuE-Einzelbeihilfe im Bereich der Luftfahrt zugunsten der Diehl Aircabin GmbH

Il-bażi legali

Haushaltsgesetz des Bundes, Bundeshaushalt 2009: Kapitel 0902; Titel 66292 — 634: Ausgaben zur Absicherung des Ausfallrisikos im Zusammenhang mit Darlehen zur Finanzierung der anteiligen Entwicklungskosten ziviler Luftfahrzeuge; Gesetz über die Kreditanstalt für Wiederaufbau in der Fassung der Bekanntmachung vom 23. Juni 1969 (BGBl. I S. 573), zuletzt geändert durch Artikel 173 der Verordnung vom 31. Oktober 2006 (BGBl. I S. 2407); Bekanntmachung über die Möglichkeit einer anteiligen Finanzierung der Entwicklungskosten von Projekten beteiligter Unternehmen der Ausrüstungsindustrie am Programm A350XWB und an anderen künftigen zivilen Flugzeugprogrammen

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja rimborsabbli

L-estimi

Baġit globali: EUR 14,69 miljun

L-intensità

25 %

It-tul ta' żmien

2009-2013

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Wirtschaft und Technologie

10119 Berlin

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 297/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Biberach

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Staatliche Beihilfe N 297/09 — Airducts; FuE-Einzelbeihilfe im Bereich der Luftfahrt zugunsten der Diehl Aircabin GmbH

Il-bażi legali

Haushaltsgesetz des Bundes, Bundeshaushalt 2009: Kapitel 0902; Titel 66292 — 634: Ausgaben zur Absicherung des Ausfallrisikos im Zusammenhang mit Darlehen zur Finanzierung der anteiligen Entwicklungskosten ziviler Luftfahrzeuge; Gesetz über die Kreditanstalt für Wiederaufbau in der Fassung der Bekanntmachung vom 23. Juni 1969 (BGBl. I S. 573), zuletzt geändert durch Artikel 173 der Verordnung vom 31. Oktober 2006 (BGBl. I S. 2407); Bekanntmachung über die Möglichkeit einer anteiligen Finanzierung der Entwicklungskosten von Projekten beteiligter Unternehmen der Ausrüstungsindustrie am Programm A350XWB und an anderen künftigen zivilen Flugzeugprogrammen

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja rimborsabbli

L-estimi

Baġit globali: EUR 10,93 miljun

L-intensità

25 %

It-tul ta' żmien

2009-2013

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Wirtschaft und Technologie

10119 Berlin

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

22.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 608/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

State aid N 608/09 — Germany — Prolongation of Deutscher Filmförderfonds (N 695/06)

Il-bażi legali

Richtlinie des Deutschen Filmförderungsfonds, Bundeshaushaltsgesetz und Bundeshaushaltsordnung

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: EUR 60 miljun

L-intensità

20 %

It-tul ta' żmien

1.1.2010-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Filmförderungsanstalt, Bundesanstalt des öffentlichen Rechts

Große Präsidentenstraße 9

10178 Berlin

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

2.2.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 683/09

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Programa Emprendedores en red

Il-bażi legali

Borrador de la Orden Modificada que modifica el ORDEN ITC/2544/2009, de 11 de septiembre 2009 por la que se aprueba la normativa reguladora de los créditos para la puesta en marcha del programa «Emprendedores en red» — BOE, 24.9.2009, núm. 231

Convenio entre la Secretaría de Estado de Telecomunicaciones y para la Sociedad de la Información y Red.es para la puesta en marcha del Programa Emprendedores en red

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju

Il-forma tal-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-estimi

Baġit annwali: EUR 35 miljun

Baġit globali: EUR 35 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Il-kompjuter u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Red.es

Plaza Manuel Gomez Moreno s/n

28020 Madrid

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


19.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/26


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5732 – Hewlett-Packard/3COM)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 70/04

Fit-12 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5732. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni Ewropea

19.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/27


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Marzu 2010

2010/C 70/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3660

JPY

Yen Ġappuniż

123,33

DKK

Krona Daniża

7,4407

GBP

Lira Sterlina

0,89400

SEK

Krona Żvediża

9,7243

CHF

Frank Żvizzeru

1,4474

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,9990

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,284

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

261,92

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7081

PLN

Zloty Pollakk

3,8730

RON

Leu Rumen

4,0776

TRY

Lira Turka

2,0815

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4821

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3801

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6010

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9066

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9040

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 548,87

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,9820

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3245

HRK

Kuna Kroata

7,2580

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 483,42

MYR

Ringgit Malażjan

4,5141

PHP

Peso Filippin

62,416

RUB

Rouble Russu

39,9500

THB

Baht Tajlandiż

44,108

BRL

Real Brażiljan

2,4278

MXN

Peso Messikan

17,0286

INR

Rupi Indjan

62,0920


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Opinjonijiet

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni Ewropea

19.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/28


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

2010/C 70/06

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Il-proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri tista' twassal għat-tkomplija jew għall-okkorrenza mill-ġdid ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu ta' żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, liema talba għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË (2) wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat b’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Il-Prodott

Il-Pajjiż(i) ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni

Il-Miżuri

Referenza

Id-Data tal-iskadenza

Roti u ċerti parts tar-roti

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Il-Vjetnam

Dazju anti-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 (ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39) emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 (ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1) u mwessa’ biex ikopri l-parts tar-roti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55)

15.7.2010


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Feks +32 22956505.


19.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/29


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping

2010/C 70/07

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (1) tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Il-proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri tista' twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, liema talba għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË (2) wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Il-prodott

Il-pajjiż(i) ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni

Il-miżuri

Referenza

Id-data tal-iskadenza

Ġakkijiet manwali għall-irfigħ tal-pallets u partijiet essenzjali għalihom

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

It-Tajlandja

Dazju anti-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 (ĠU L 189, 21.7.2005, p. 1) u mwessa’ biex ikopri l-importazzjonijiet mit-Tajlandja bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009 (ĠU L 151, 16.6.2009, p. 1)

22.7.2010


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Telefaks +32 22956505.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni Ewropea

19.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/30


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5835 – Cucina/Brakes/Menigo)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 70/08

1.

Fit-12 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Brakes Group (ir-Renju Unit) (ikkontrollata minn Bain Capital Investors) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta' Menigo Food services AB (l-Isvezja), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bain Capital Investors: impriża ta' investiment f'ekwità privata, b'attività dinjija,

għal Brake group: distribuzzjoni tas-servizzi tal-ikel fir-Renju Unit, l-Irlanda u fi Franza,

għal Menigo Foodservice AB: distribuzzjoni tas-servizzi tal-ikel fl-Isvezja u fid-Danimarka.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5835 – Cucina/Brakes/Menigo, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Kummissjoni Ewropea

19.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/31


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda, skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 6, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeoġrafiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

2010/C 70/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 9

“AGNELLO DI SARDEGNA”

Nru tal-KE: IT-PGI-0105-0097-08.04.2008

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda:

Denominazzjoni tal-prodott

Image

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Image

Prova tal-oriġini

Image

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Image

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Image

Oħrajn – Dettalji ġodda għall-Korp ta' Kontoll

2.   Tip ta' emenda:

Image

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sinteżi ma ġew ippubblikati

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma għandhiex bżonn emendi tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta minn miżuri sanitarji jew fitosanitarji mandatorji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott:

Mill-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni fis-seħħ, tneħħiet it-tabella attwali li tirrigwarda l-karatteristiċi kimiko fiżiċi tal-laħam tal-“Agnello di Sardegna” u ġew identifikati 3 parametri sinifikanti. Fil-fatt, l-elementi li jinsabu fit-tabella attwali jinsabu wkoll f'tipoloġiji oħrajn ta' laħam (per eżempju tal-majjal u taċ-ċanga), kif jidher minn studju tal-Università ta' Sassari, u li għaldastant ma jikkaratterizzawx il-prodott “Agnello di Sardegna” IĠP, filwaqt li l-parametri individwati fit-test il-ġdid juru biċ-ċar karatteristiċi speċifiċi tal-“Agnello si Sardegna”. L-iskopijiet ta' din il-modifika huma l-ewwel nett li tiġi rkuprata l-possibbiltà tal-verifika tal-parametri kwalitattivi tal-laħam, permezz tal-kejl tal-valuri tal-PH, u wkoll li jiġu evitati analiżi inutli fuq il-prodott ta' karatteristiċi li fil-fatt “non caratterizzanti” (ma jikkaratterizzawhx) filwaqt li jinżammu żewġ indikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodott li huma l-Proteini u x-Xaħam.

3.2.   Metodu ta' produzzjoni:

Fl-Artikolu 3(2) tal-ispeċifikazzjoni fis-seħħ, rigward il-kenn għall-annimali, it-terminu “vengono” (jiġu) inbidel b'“possono essere” (jistgħu jkunu) sabiex jiġi ppreċiżat li mhemmx obbligu li l-ħrief jiddaħħlu fi strutturi għall-kenn billejl matul il-perjodu tax-xitwa. Fil-fatt, mhux rari li f'Sardegna ix-xtiewi jkunu moderati u għalhekk il-kenn ta' billejl ma jkunx meħtieġ,

Fil-ħames(5) paragrafu tal-Artikolu 3 ġiet emendata l-parti li tirrigwarda s-sistema ta' identifikazzjoni tal-annimali ovini billi ttieħdu in konsiderazzjoni s-sistemi ottiċi u elettroniċi, flimkien mas-sistema manwali diġà prevista fl-ispeċifikazzjoni fis-seħħ, sabiex isir adattament għal-leġislazzjoni komunitarja u nazzjonali differenti fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-annimali. Fil-fatt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jemenda d-Direttiva 92/102/KEE u li ddaħħal l-Italja fl-2005, jinkludi regoli iktar speċifiċi u stretti fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali tal-ispeċi ovina u kaprina,

Fl-punt a) tal-Artikolu 3 ddaħħal għall-“Agnello di Sardegna”“da latte” (tal-ħalib) piż minimu (5 kg), li ma kienx previst fl-ispeċifikazzjoni fis-seħħ li min-naħa l-oħra kienet tiddefinixxi biss il-piż massimu. L-inklużjoni tal-piż minimu kienet meħtieġa sabiex jiġi evititat li jinqatlu annimali li huma żgħar wisq u li ma jkunux iffurmati perfettament u li l-laħam tagħhom ma jkollux il-karatteristiċi previsti fl-ispeċifikazzjoni. Il-piż minimu ta' 5 kg jiggarantixxi li l-ħrief ikunu laħqu età (ta' madwar 30 jum) u għalhekk żvilupp fiżiku li jippermetti li l-prodott jikseb ir-rekwiżiti tal-muskolatura, xaħam u kulur tal-laħam għal produzzjoni tal-“Agnello di Sardegna” IĠP,

Fl-istess Artikolu 3, ġie indikat il-piż tal-karkassa “a freddo, senza pelle e con testa e corata” (kiesħa mingħajr ġilda u bir-ras u bil-ġewwieni), għat-tliet tipologiji ta' ħrief “da latte” (tal-ħalib), “leggero” (ħafif) u “da taglio” (għat-tqattigħ) kollha, li fl-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni fis-seħħ mhuwiex indikat,

Dejjem fl-Artikolu 3 tneħħew il-kitbiet “allevate in purezza/ottenute in purezza” (imrobbijin puri/miksuba minn razez puri) li jinsabu fl-ewwel paragrafu tal-punti a), b) u c). L-interpretazzjoni li ngħatat attwalment lil din id-“definizione” (definizzjoni) hija dik tal-Legge Nru 280 tat-3 ta' Awwissu 1999, li tiddefinixxi r-riprodutturi ta' razza pura ta' speċi ovina bħala “annimal irregistrat fir-reġistru tar-razza jew addattat sabiex ikun irreġistrat fih minħabba li l-ġenituri jew in-nanniet tiegħu jkunu rreġistrati f'reġistru tal-istess razza”. Fil-fatt dan ma jistax jitwettaq minħabba li ma jaqbilx mar-realtà tas-sistema produttiva f'Sardegna: il-popolazzjoni ovina ta' Sardegna, li tilħaq iktar minn tliet miljun annimal, hija komposta esklussivament minn individwi li huma parti mir-razza ta' Sardegna. Iżda, bħalma jiġri fil-bqija tal-Italja, ir-reġistrazzjoni tar-razez ovini fir-reġistru tar-razza f'Sardegna, hija limitata għal perċentwal żgħir ħafna ta' suġġetti (minn 3 sa 5 % fir-razez ta' konsistenza maġġuri) minħabba li r-reġistru tar-razza għandu l-għan li jikseb titjib ġenetiku tar-razza. Għalhekk normalment is-suġġetti maħsuba għar-riproduzzjoni biss jiġu rreġistrati fir-reġistru tar-razza u mhux dawk maħsubin għall-qatla bħan-nagħġa tar-razza ta' Sardegna,

Fl-aħħar, fil-punti b) u c) tal-Artikolu 3, fejn jissemma l-għalf tan-nagħaġ, idaħħlu il-kliem “latte materno e integrato con” (ħalib tal-omm u integrat ma') sabiex jiġi ċċarat is-sehem tal-ħalib tal-omm fid-dieta tal-ħaruf. Fil-fatt, fit-test tal-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni fis-seħħ jidher qisu l-ħaruf “leggero” (ħafif) (7-10 kg) u l-ħaruf “da taglio” (għat-tqattigħ) (10-13 %) ma jerdgħux ħalib tal-omm iżda jieklu biss għalf naturali frisk u/jew niexef. Min-naħa l-oħra huwa ovvju li fl-ewwel fażi (30-35 ġurnata) id-dieta tal-ħaruf hija bbażata l-iktar fuq il-ħalib tal-omm filwaqt li fit-tieni fażi jiżdied l-għalf naturali, ħxejjex u ċereali friski jew nixfin li għall-bidu jingħataw xi kultant u bħala integrazzjoni, u iktar tard jiżdiedu fil-kwantità. Għaldaqstant, billi iddaħħlu l-kelmiet “latte materno e integrato con” (ħalib tal-omm u integrat ma'), ġie ċċarat dan il-kunċett u b'hekk tiġi evitata l-possibbiltà ta' interpretazzjonijiet differenti.

3.3.   Tikkettar:

L-ewwel nett, fl-Artikolu 6 ġiet ipprovduta kjarifika fuq il-qatgħa indikata fil-paragrafu 3 tal-punti a) u b) billi żdiedu l-kelmiet “intero o a fette” (sħiħ jew imqatta'),

Dejjem fl-Artikolu 6, iddaħħlu żewġ tipi ġodda ta' qatgħat: “spalla, coscia, carrè” (spalla, koxxa, lonża) u “confezione mista” (pakkett imħallat) li jirrappreżentaw il-qatgħat l-iktar tipiċi tat-tradizzjoni ta' Sardegna u jiżdiedu għalhekk ma' dawk l-iktar industrijali li huma diġà previsti fl-ispeċifikazzjoni. Fil-fatt, xi wħud mit-tipoloġiji tal-qatgħat (bħall-Ispalla/Koxxa/Lonża) jikkaratterizzaw sew il-ħaruf li jitqies mill-konsumatur, kważi kważi għax ismu miegħu, bħala “l’agnello piccolo” (il-ħaruf żgħir), li huwa kompletament differenti mill-ħrief tal-laħam li jkollhom piż notevolment ikbar u li jinsabu iktar fi swieq oħra,

Fl-Artikolu 8 ddaħlu l-logo li qabel kien inkluż fl-anness flimkien ma' deskrizzjoni dettaljata tiegħu.

Bl-inklużjoni tal-logo, il-kelma “eventuale” (possibbli), fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tinbidel bl-artiklu “il” (il-).

3.4.   Prova tal-oriġini:

Minħabba li l-ispeċifikazzjoni ma kinitx tinkludi referenzi għall-prova tal-oriġini, tqies bħala xieraq li jiżdied il-punt “prova dell'origine” (prova tal-orġini) fl-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni fis-seħħ,

Fl-aħħar ġew aġġornati r-referenzi għal-leġislazzjoni, li emendaw l-Artikolu 7 rigward il-“Controlli” (Kontrolli) b'referenza għar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

L-istess aġġornament sar fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“AGNELLO DI SARDEGNA”

Nru tal-KE: IT-PGI-0105-0097-08.04.2008

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Denominazzjoni:

“Agnello di Sardegna”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott (Anness III):

Klassi 1.1.

Laħam frisk (u l-interjuri)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih tapplika d-denominazzjoni ta' (1):

Meta jitpoġġa għall-konsum, l-“Agnello di Sardegna” IĠP għandu jkollu dawn il-karatteristiċi li jidhru: laħam abjad, b'nisġa fina, kompatt iżda artab meta jissajjar u bi ftit ħjut ta' grass, b'masses muskolari li mhumiex kbar wisq u bilanċ tajjeb bejn l-għadam u l-muskolatura.

L-eżami organolettiku għandu juri biċ-ċar il-karatteristiċi ta' laħam tari, immerraq, l-aroma delikata u l-preżenza ta' rwejjaħ partikolari li huma tipiċi ta' laħam żgħir fl-età u frisk.

Barra minn hekk irid ikollu wkoll il-karatteristiċi kimiko fiżiċi li ġejjin:

pH

iktar minn 6

Proteini (fuq il-prodott kif ikun)

bejn 13-20 %

Estratt ta' etere (fuq il-prodott kif ikun)

inqas minn 3 %

Il-laħam tal-“Agnello di Sardegna” IĠP huwa dak ta' ħrief li twieldu u trabbew f'Sardegna, li ġejjin minn nagħaġ ta' razza ta' Sardegna jew minn taħlit tal-ewwel ġenerazzjoni ma' razez tal-laħam tal-Ile De France u Berrichon Du Cher, jew razez tal-laħam li huma speċjalizzati u ttestjati sew.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss):

L-għalf tal-ħrief għandu jiġi biss mill-ħalib tal-omm (rdigħ naturali) għat-tip “da latte” (tal-ħalib) (5-7 kg) u bl-integrazzjoni ta' ikel naturali (ħaxix u ċereali) friski u/jew nixfin u ħaxix selvaġġ li huwa partikolari għall-ħabitat karatteristiku tal-gżira ta' Sardegna għat-tip “leggero” (ħafif) (7-10 kg) u għat-tip “da taglio” (għat-tqattigħ) (10-13 Kg)

3.5.   Il-fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

L-indikazzjoni Ġeografika Protetta “Agnello di Sardegna” hija rriżervata esklussivament għal ħrief imwielda, mrobbija u maqtula f'Sardegna.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

L-operazzjonijiet ta' preparazzjoni u ppakkjar tal-qatgħat tal-“Agnello di Sardegna” għandhom jitwettqu fiż-żona tar-reġjun.

Għall-bejgħ tal-karkassi tal-ħrief sħaħ, prinċipalment fiż-żona ta' produzzjoni, ma huwa obbligat l-ebda ppakkjar partikolari. Il-karkassi jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sħaħ, għandhom jirrispettaw ir-regolamenti iġjeniċi u sanitarji fis-seħħ u għandhom jintużaw mezzi ta' trasport b'tagħmir għall-iffriżar adegwat.

L-“Agnello di Sardegna” IĠP jista' joħroġ għall-konsum sħiħ u/jew imqatta' f'porzjonijiet skont il-qatgħat li jsegwu:

(a)

Agnello di Sardegna “da latte” (tal-ħalib) (5-7 kg):

(1)

sħiħ;

(2)

nofs karkassa: miksuba permezz ta' qatgħa li taqsam il-karkassa f'żewġ partijiet li huma simettriċi;

(3)

robbu ta' quddiem u ta' wara (sħiħ jew biċċiet);

(4)

ras u l-ġewwieni;

(5)

spalla, koxxa u lonża; (partijiet tal-ġisem sħaħ jew f'biċċiet);

(6)

pakkett imħallat (kontenut imħallat li jinkludi partijiet anatomiċi deskritti qabel).

(b)

Agnello di Sardegna “leggero” (ħafif) (7-10 Kg) u Agnello di Sardegna “da taglio” (għat-tqattigħ) (10-13 Kg):

(1)

sħiħ;

(2)

nofs karkassa: miksuba permezz ta' qatgħa li taqsam il-karkassa f'żewġ partijiet li huma simettriċi;

(3)

robbu ta' quddiem u ta' wara (sħiħ jew biċċiet);

(4)

ras u l-ġewwieni;

(5)

sieq sħiħa: tinkludi fiha iż-żewġ koxox sħaħ inkluża l-għadma (tal-lemin u tax-xellug);

(6)

il-qatgħa tad-dahar (English saddle): tinkludi n-naħa ta' fuq tas-sinsla tad-dahar, l-aħħar żewġ kustilji, l-ġnub taż-żaqq;

(7)

lonża: tinkludi parti tad-dahar ta' fuq – in-naħa ta' quddiem;

(8)

ingroppa: li tinkludi iż-żewġ nofsijiet tal-flettijiet;

(9)

ir-robbu ta' quddiem: tinkludi l-ispalel, il-kustilji tan-naħa ta' isfel, l-għonq u l-kustilji ta' fuq tal-parti ta' quddiem;

(10)

in-naħa ta' barra tal-ispallejn: tinkludi ż-żewġ spallejn magħqudin fl-għonq;

(11)

il-koxxa: tinkludi s-sieq, il-koxxa, il-parti tal-ilju u l-ossu sagru u l-parti ta' wara tal-lonżi;

(12)

koxxa mqassra: tinkludi s-saqajn ta' wara tan-naħa tal-ilju u l-ossu sagru u l-parti ta' wara tal-lonżi;

Qatgħat oħrajn:

(13)

il-qatgħa tad-dahar; tinkludi l-parti tal-ilju u l-ossu sagru li tista' tinkludi jew le l-aħħar vertebra tal-parti lumbarali tas-sinsla;

(14)

flett: tinkludi l-parti tal-ġenbejn;

(15)

lonża mgħottija: il-parti tad-dahar ta' fuq li tinkludi l-ewwel u t-tieni kustilja;

(16)

lonża mikxufa: parti ta' quddiem magħmula mill-ewwel ħames (5) vertebra tas-sinsla tad-dahar;

(17)

Spalla: sħiħa;

(18)

l-għonq; tinkludi l-parti tal-għonq;

(19)

kustilji l-għoljin; tinkludi l-parti toraċika ta' isfel;

(20)

spalla, koxxa u lonża; (partijiet anatomiċi sħaħ jew f'biċċiet);

(21)

pakkett imħallat (kontenut imħallat li jinkludi partijiet anatomiċi deskritti qabel).

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

L-I.Ġ.P. “Agnello di Sardegna” għandha toħroġ għall-konsum sħiħa u/jew imqatta' f'biċċiet u fuq il-pakketti tal-karkassi sħaħ u/jew imqatta' f'biċċiet immarkati bl-I.Ġ.P., jew fuq it-tikketti mwaħħlin fuq l-istess pakketti, għandhom jidhru l-indikazzjonijiet previsti fir-regoli dwar it-tikkettar b'tipa ċara u li ma tiħassarx.

B'mod partikolari, il-pakketti li titneħħielhom l-arja minnhom jew ippakkettjati b'xi sistema oħra awtorizzata bil-liġi, għandhu jkollhom:

(a)

verżjoni sħiħa tal-kitba I.Ġ.P. “Agnello di Sardegna” u l-logo;

(b)

it-tip ta' laħam;

(c)

id-denominazzjoni tal-qatgħa.

Il-logo tad-denominazzjoni huwa stilizzat bi xbieha ta' ħaruf li minnhu tidher ir-ras u sieq. Il-linja ta' mad-dawra ta' barra għandha l-forma ta' Sardegna. It-tipa li tintuża għall-logotip “Agnello di Sardegna” hija l-Block.

Il-bordura ta' madwar l-istess marka u tal-ħaruf huma tal-kulur Pantone 350 (cyan 63 % – isfar 90 % – iswed 63 %); L-isfond tal-logo huwa tal-kulur Pantone 5763 (cyan 14 % – isfar 54 % – iswed 50 %);

Image

Fl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta ma tista' tiżdied l-ebda kwalifikazzjoni, inklużi l-aġġettivi li ma humiex espressament previsti: fin, magħżul, selezzjonat, superjuri, ġenwin.

Madankollu, huwa permess l-użu onest ta' referenzi ġeografiċi miżjuda, ismijiet storiċi ġeografiċi, ismijiet ta' muniċipalitajiet, tal-artijiet, tal-farms u tal-azjendi, marbutin mat-trobbija, il-qatla u l-ippakkjar tal-prodott, sakemm dawn ma jkollhomx tifsira ta' tifħir u ma jkunux b'mod li jistgħu jingannaw il-konsumatur. Dawn ir-referenzi għandhom jidhru fuq it-tikketta u jkun daqs terz it-tipa li tinkiteb biha l-IĠP.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona maħsuba għat-trobbija tal-“Agnello di Sardegna” tinkludi fiha t-territorju kollu tar-Regjun ta' Sardegna.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Ir-reġjun ta' Sardegna huwa gżira bi klima essenzjalment Mediterranja li hija kkaratterizzata minn xtiewi moderati u x'aktarx bix-xita u sjuf sħan u xotti.

L-effetti tal-baħar jinħassu kważi minn kull parti tal-gżira u għalhekk il-medji tat-temperaturi, li jittaffew bil-baħar, huma pjuttost moderati: il-medja fis-sena tkun bejn wieħed u ieħor bejn 14 °C u 18 °C. Ix-xita tinżel l-iktar f'Novembru u Diċembru filwaqt li f'Lulju u Awwissu ma tinżel kważi xejn; matul il-bqija tas-sena, is-sitwazzjoni tkun irregolari ħafna. L-inżul tax-xita komplessivament mhumiex skars wisq (valuri medji 500-800 mm fis-sena).

Ċertament, fost l-iktar elementi klimatiċi importanti f'Sardegna nsibu r-riħ: bi frekwenza ogħla fix-xitwa, imma xi drabi anke matul l-istaġuni l-oħra, jonfoħ b'qawwa kbira riħ kiesaħ li jkun ġej mill-Majjistral. Iżda għalkemm fl-aħħar tal-ħarifa x'aktarx li jkun hemm l-iktar irjieħ umdi u moderati li jkunu ġejjin mill-Atlantiku, fil-bidu tar-Rebbiegħa, ikun hemm iktar irjieħ sħan u xotti li jkun ġejjin mill-Afrika, jiġifieri minn Nofsinhar.

Sardegna, anke minħabba li l-popolazzjoni żgħira tagħha u minħabba l-karattru insulari tagħha li ffavorixxa l-iżolament minn kulma hemm madwaha, fil-fatt ikkonservat sal-lum il-ġurnata ħafna mill-aspetti naturali oriġinali tagħha, li ħafna minnhom huma partikolari għall-aħħar. Spiss il-pajsaġġ jidher salvaġġ, aħrax u mingħajr preżenza umana; xi drabi dan jirriżulta f'ambjent ta' sbuħija u tqanqil ta' emozzjonijiet rari fiż-żona tal-Mediterran. Minħabba f'hekk il-flora ta' Sardegna kkonservat b'mod li mhux mittiefes parti kbira mill-ispeċijiet veġetali li huma qodma ħafna, u li fi bnadi oħra ġew ittrasformati jew ġew estinti. Il-parti l-kbira tal-erja tal-gżira, fejn minn dejjem kienet tiddomina t-tradizzjoni tat-trobbija tal-annimali f'mergħat fil-ftuħ, hija mimlija mergħat li huma rappreżentati kemm minn steppa bil-ħaxix kif ukoll minn żoni bl-arbuxelli. Il-formazzjoni veġetali l-iktar rikka, mifruxa u mimlija ħajja hija ċertament dik tipika tal-Mediterran u tikkaratterizza l-pajsaġġ ta' Sardegna sa livell ta' madwar 800 metru għoli, xi kultant tifforma boskijiet żgħar sbieħ u iżolati fuq irdumijiet għerja ta' mal-kosta. Il-ġmiem miksi b'siġar żgħar tipikament marbut mal-ħdura matul is-sena kollha li tinkludi arbuxelli anke għoljin – f'dan il-każ wieħed isib ukoll dik li hija magħrufa bħala “macchia alta” (ġmiem tal-għoli) fejn is-siġar żgħar jistgħu jilħqu għoli ta' madwar 4-5 m meta jsibu ħamrija iktar fonda u iktar umdità – fosthom l-iktar l-oleastru jiġifieri ż-żebbuġ selvaġġ, is-siġra tal-mastiċi, il-ħarrub u r-riħan, ir-rand, siġar tal-għargħar u taċ-ċistu; mal-ġnub tan-nixxigħat ta' spiss wieħed isib kwantità kbira ta' siġar tal-oleandru. Wieħed isib ukoll ġmiem b'inqas siġar, b'arbuxelli ta' madwar 50 ċm, li fil-lingwaġġ komuni hija magħrufa bħala xagħri, li tinkludi s-salvja, il-klin, sġajjar mill-ġenus tal-erica, is-sagħtar, il-ġenista s-safra, eċċ. u l-palmi nani li huma interessanti.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-“Agnello di Sardegna” IĠP huwa kkaratterizzat qabel xejn mid-daqs ċkejken tiegħu: hemm differenza kbira bejn il-laħam tal-“Agnello di Sardegna” IĠP u laħam ieħor tan-nagħaġ li jkun ġej minn annimali ta' piż ikbar u li għandhom diversi funzjonijiet, li ta' spiss ikun ikkaratterizzat minn togħma partikolari li mhijiex apprezzata bis-sħiħ mill-konsumatur. Fil-fatt, fost dawn l-“Agnello di Sardegna” IĠP jiddistingwi ruħu minħabba li għandu togħma dejjem pjaċevoli minħabba li fil-parti tax-xaħam, ftit li xejn hemm xaħmijiet saturati u fiha aktar ktajjen ta' xaħmijiet mhux saturi (li jiġu mill-ħalib li jerdgħu l-annimali fuq mergħa naturali) u li jiġu ddiġeriti iktar faċilment u jintgħoġbu iktar.

Ix-xaħam fil-karkassi jikkomplimenta b'mod naturali l-parti bil-laħam u fil-biċċa l-kbira tiegħu jintilef mas-sajran, u b'hekk iħalli l-laħam immerraq b'mod perfett u pjaċevoli u fuq kollox irendih aktar artab u sukkulenti waqt li jittiekel. L-“Agnello di Sardegna” IĠP fil-fatt jiddistingwi ruħu minħabba l-laħam abjad u artab, ir-riħa qawwija u estrema tad-diġestibbiltà tiegħu u minħabba n-nuqqas ta' xaħam fil-laħam.

L-“Agnello di Sardegna” IĠP huwa ikel ideali mhux biss minħabba t-togħma li għandu imma anke minħabba l-kwalitajiet nutrizzjonali tiegħu, li jinkludu kontenut għoli ta' proteini nobbli. Dawn il-karatteristiċi jagħmluh partikolarment indikat għal dieti ta' persuni li jeħtieġu ikel ħafif iżda b'valur enerġetiku għoli.

L-“Agnello di Sardegna” IĠP huwa prodott tajjeb bijoloġikament, u huwa ħieles għal kollox minn kull sustanza kimika jew bijotika li tista' tniġġsu. Minħabba l-età żgħira tiegħu, mhuwiex soġġett għal ikel sfurzat, stress mill-ambjent jew trattamenti ormonali minħabba li huwa mrobbi “fil-ftuħ”, f'ambjent li huwa għal kollox naturali.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP):

Il-karatteristiċi tal-“Agnello di Sardegna” jirriflettu b'mod assolut ir-rabta mat-territorju tal-oriġini.

It-togħma deċiża u selvaġġa hija dovuta għal fatt li l-ħaruf ġie mrobbi bil-ħalib tal-omm u b'ikel naturali f'libertà sħiħa. Fil-fatt, l-“Agnello di Sardegna” jiġi mrobbi skont metodu ta' trobbija estensiva u mingħajr kenn fiss f'ambjent li huwa naturali għal kollox, ikkaratterizzat minn spazji wisgħin u li huma esposti dejjem għal xemx qawwija, għar-riħ u għal-klima ta' Sardegna.

It-trobbija “fil-ftuħ” tfisser li l-ikel tal-“Agnello di Sardegna” huwa kważi esklussiv. Fil-każ tat-tip “tal-ħalib”, dan jieħu biss ħalib tal-omm, u mbagħad meta jikber, isegwi b'mod liberu lill-ommu meta din tmur tirgħa, u għalhekk id-dieta tiegħu tiġi integrata ma' ikel naturali, ħaxix ikkultivat u ħaxix selvaġġ u aromatiku li huwa karatteristiku tal-ħabitat tal-gżira. L-ovini ta' Sardegna kellhom jadattaw iċ-ċiklu bijoloġiku u riproduttiv tagħhom, għall-ambjent li jgħixu fih; għalhekk iż-żgħar jitwieldu l-iktar fl-aħħar tal-ħarifa, u dan jaħbat mal-ewwel xita u għalhekk meta jerġa' jikber il-ħaxix. Minħabba dawn ir-raġunijiet, il-laħam tiegħu huwa prestiġjuż ħafna mill-aspett organolettiku. Mill-bqija, in-nutrizzjoni bil-ħalib tal-omm mhux biss taffettwa l-kwantità ta' xaħam, imma tiddetermina wkoll il-kwalità tiegħu. Fil-fatt ix-xaħmijiet integrati waqt l-irdigħ jiddeterminaw il-kompożizzjoni tal-lipidi fil-ġisem matul iż-żmien tat-tkabbir kollu.

Barra minn hekk, it-trobbija “fil-ftuħ” hija garanzija tal-benessri u tal-attività fiżika funzjonali ideali speċjalment f'ambjent naturali bħal dak ta' Sardegna li huwa kkaratterizzat minn spazji wisgħin, min-nuqqas ta' stabbilimenti industrijali u l-preżenza minima tal-bniedem fit-territorju. It-territorju ta' Sardegna għandu kwalità komuni, hemm uniformità inkredibbli: L-ixfqa huma għerja – minħabba n-nuqqas ta' siġar ikkultivati – u dan ifakkar dejjem dwar il-prevalenza tal-ħajja pastorali. Din id-dehra ma tqarraqx: Sardegna hija gżira ta' rgħajja; l-ekonomija pastorali hija ċertament l-iktar waħda importanti tal-gżira. Il-gżira tagħna għandha fil-fatt madwar 40 % tal-patrimonju kollu tal-annimali ovini Taljani, 16 410 azjenda, mifruxa madwar it-territorju kollu tal-gżira jrabbu 3 294 044 annimal.

Għalhekk Sardegna għadha sal-lum il-ġurnata gżira ta' rgħajja kif dejjem kienet magħrufa matul is-sekli. It-trobbija tal-annimali tal-mergħa tmur lura saż-żmien prenuraġiku: fin-“nuraghi” (siti arkeoloġiċi f'Sardegna) instabu fdalijiet tal-ewwel oġġetti li kienu jintużaw biex jiġi pproċessat il-ħalib. Hemm ukoll għadd kbir ta' kwotazzjonijiet mill-epoka Rumana. Ir-razza tal-annimali ovini ta' Sardegna qabbdet għeruqha fit-territorju tal-gżira permezz ta' storja twila ta' adattament; hija r-riżultat ta' sekli sħaħ ta' espermenti tar-raħħala, u prinċipalment tirriżulta minn proċess twil ta' adattament bejn il-bniedem u t-territorju, bejn il-bniedem, it-territorju u r-razez tal-annimali.

Illum, bħal ma kien jiġri sekli sħaħ ilu, l-attenzjoni u d-dedikazzjoni li jagħtu ir-rgħajja baqgħet l-istess bħal ma kienet qabel. U b'hekk, biż-żamma tad-drawwiet antiki, il-purezza u t-tjubija tal-“Agnello di Sardegna” baqgħu għal kollox integri u uniċi. Illum bħal qabel.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

Din l-Amministrazzjoni nediet il-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni għall-proposta ta' emenda tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Agnello di Sardegna” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 2 tat-3 ta' Jannar 2008.

It-test ikkonsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab disponibbli fuq il-link li ġej:

 

http://www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg

jew

 

billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru (http://www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE [regolamento (CE) n. 510/2006]”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Rettifika

19.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/39


Rettifika għall-Għajnuna mill-Istat — ir-Repubblika Latvjana — Għajnuna mill-Istat C 39/09 (ex N 385/09) — Finanzjament pubbliku tal-Infrastruttura tal-port fil-port ta’ Ventspils — Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 62, tat-13 ta’ Marzu 2010 )

2010/C 70/10

F’paġna 7, it-tielet paragrafu, l-indirizz:

minflok:

“European Commission

Directorate-General for Transport and Energy

Directorate A

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Feks +32 22964104”;

aqra:

“European Commission

Directorate-General for Competition

State Aid Greffe

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Feks +32 22961242”.