|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.CA2010.064.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 64A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Opinjonijiet |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2010/C 064A/01 |
Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 — Amministraturi (AD 5) |
|
REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI
Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.
Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.
|
5 |
(FR) |
|
9 |
|
|
19 |
(FR) |
|
23 |
(DE/ES/PT) |
|
28 |
|
|
48 |
|
|
53 |
|
|
56 |
|
|
57 |
|
|
60 |
|
|
61 |
(DE/EN/FR) |
|
62 |
|
|
64 |
|
|
MT |
|
V Opinjonijiet
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)
|
16.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 64/1 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI EPSO/AD/177/10 — AMMINISTRATURI (AD 5)
(2010/C 64 A/01)
Interessat f'karriera fl-istituzzjonijiet Ewropej?
Il-profil tiegħek jikkorrispondi mal-kriterji tagħna?
Mela applika
Għati lilek innifsek iċ-ċans li tirnexxi
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza testijiet ta' dħul kif ukoll kompetizzjoni ġenerali, permezz ta' eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (1).
EPSO/AD/177/10 — AMMINISTRATURI (AD 5)
fl-oqsma li ġejjin:
|
1. |
AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA EWROPEA |
|
2. |
LIĠI |
|
3. |
EKONOMIJA |
|
4. |
VERIFIKA |
|
5. |
TEKNOLOĠIJI TAL-INFORMAZZJONI U TAL-KOMUNIKAZZJONI (ICT) |
L-għan ta' din il-kompetizzjoni hu li jitfasslu listi ta' riżerva maħsuba biex jimlew postijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa il-gwida ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 57 A tad-9 ta' Marzu 2010 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO.
Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċedura u l-kundizzjonijiet ta' iskrizzjoni.
WERREJ
|
I. |
QAFAS ĠENERALI |
|
II. |
DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET |
|
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
|
IV. |
TESTIJIET TA' DĦUL |
|
V. |
KOMPETIZZJONI ĠENERALI |
|
VI. |
LISTI TA' RIŻERVI |
|
VII. |
KIF TAPPLIKA? |
I. QAFAS ĠENERALI
|
|
|||||||||||||||||
|
Int tista' tapplika f'qasam wieħed biss. Din l-għażla għandha ssir fil-ħin tal-iskrizzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ivvalidajt u bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku. |
II. DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET
AD 5 huwa l-grad li fih il-kandidati magħżula jidħlu f'karriera ta' amministratur fl-Istituzzjonijiet Ewropej. L-amministraturi impjegati f'dan il-grad jistgħu jwettqu taħt superviżjoni, tliet tipi ewlenin ta' xogħol fl-istituzzjonijiet: tfassil tal-politika, twassil operattiv u ġestjoni tar-riżorsi. Aħna qed infittxu partikolarment kandidati b'potenzjal ta' żvilupp fil-karriera.
Deskrizzjoni dettaljata tal-oqsma differenti tinsab fl-anness.
Il-profil ġenerali tal-kandidati mfittex mill-istituzzjonijiet huwa mfisser fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.
III. KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI
, int għandek tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
|
1. Kundizzjonijiet ġenerali
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
2.1 |
Kwalifiki: ara l-anness |
||||||||||
|
2.2 |
Esperjenza professjonali L-ebda esperjenza professjonali m'hi meħtieġa. |
||||||||||
|
2.3. |
Għarfien lingwistiku |
||||||||||
|
Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin: |
|||||||||||
|
BG (Bulgaru) CS (Ċek) DA (Daniż) DE (Ġermaniż) EL (Grieg) EN (Ingliż) ES (Spanjol) ET (Estonjan) |
FI (Finlandiż) FR (Franċiż) GA (Irlandiż) HU (Ungeriż) IT (Taljan), LT (Litwan) LV (Latvjan) MT (Malti) |
NL (Olandiż) PL (Polakk) PT (Portugiż) RO (Rumen) SK (Slovakk) SL (Sloven) SV (Svediż) |
|||||||||
|
Lingwa prinċipali: għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
||||||||||
|
u |
|
||||||||||
|
Tieni lingwa (għandha tkun differenti mil-lingwa 1): għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż |
||||||||||
IV. TESTIJIET TA' DĦUL
|
, tkun iddikjarajt li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi elenkati fit-taqsima III. |
|||
|
Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla maħsuba biex jivvalutaw l-abiltajiet u l-kompetenzi ġenerali fil-qasam tal-kapaċità ta': |
|||
|
Test a) |
raġunament verbali |
Marki: 0 sa 20 punt Minimu meħtieġ: 10 punti |
||
|
Test b) |
raġunament numeriku |
Marki: 0 sa 10 punti |
||
|
Test c) |
raġunament astratt |
Marki: 0 sa 10 punti |
||
|
|
Il-Minimu meħtieġ:10 punti għat-testijiet (b) u (c) flimkien |
|||
|
Lingwa 2 |
|||
|
Sensiela ta' mistoqsijiet b'għażla multipla maħsuba biex jivvalutaw il-kompetenzi tiegħek fil-qasam tal-valutazzjoni sitwazzjonali |
L-evalwazzjoni ta' dan it-test se jkun ikkomunikat lill-ġurija biss bħala konsulenza pprovduta mill-esperti u kontribuzzjoni teknika fil-proċess ta' deċiżjoni għall-kandidati ammessi fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni. |
||
|
Lingwa 2 (Ġermaniż, Ingliż jew Franċiż) |
|||
V. KOMPETIZZJONI ĠENERALI
|
jekk int (2) tikseb waħda mill-aħjar marki (3) u l-minimu meħtieġ għat-testijiet ta' dħul u jekk, kif iddikjarajt fl-iskrizzjoni elettronika tiegħek, int tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi fit-taqsima III. (*) L-ammissjoni se tkun ikkonfermata bil-kundizzjoni ta' verifikazzjoni ulterjuri tad-dokumenti ta' appoġġ mehmuża mal-fajl ta' iskrizzjoni komplut tiegħek. Id-dokumenti ta' prova tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni u li jkunu kisbu l-aħjar marki fl-elementi differenti taċ-ċentru ta' evalwazzjoni se jkunu eżaminati f'ordni dixxendenti sakemm jintlaħaq in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni. Id-dokumenti ta' appoġġ tal-kandidati li ġew ikklassifikati taħt dan il-limitu mhux se jkunu eżaminati. |
||||||||||||||||||||||||||
|
Int mistieden tipparteċipa f'ċentru ta' evalwazzjoni li se jsir fi Brussell, u li jdum ġurnata. Int se tkun evalwat fuq il-kompetenzi speċifiċi fil-qasam li tkun għażilt kif ukoll dwar dawn il-kompetenzi ġenerali:
Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-detall fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjoni ġenerali. Dawn il-kompetenzi se jkunu eżaminati permezz ta' dawn l-elementi:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
Lingwa 2: (Ġermaniż, Ingliż jew Franċiż) L-għarfien tiegħek tal-lingwa prinċipali tiegħek (lingwa 1) se jkun eżaminat ukoll waqt l-istudju tal-każ (element a). |
||||||||||||||||||||||||||
|
Minn 0 sa 20 punt għall-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam Minimu meħtieġ: 10 punti Minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali Minimu meħtieġ:
|
VI. LISTI TA' RIŻERVI
|
Il-gurija tikteb ismek fil-lista tar-riżerva jekk int wieħed mill-kandidati (4) li kisbu l-aħjar marki fl-eżamijiet kollha taċ-ċentru ta' evalwazzjoni u l-minimu meħtieġ (ara n-numru tal-kandidati magħżula, taqsima I.1 u jekk, kif iddikjarajt fid-dokumenti ta' appoġġ tiegħek int tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni. |
||
|
Il-listi huma stabbiliti skont il-qasam, skont il-grupp ta' mertu (massimu ta' 4) u skont l-ordni alfabetiku f'kull grupp ta' mertu. |
VII. KIF TAPPLIKA?
|
Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO. Data ta' għeluq: 15 April 2010 sa 12h (nofsinhar), ħin ta' Brussell |
||
|
F'fażi ulterjuri, il-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni se jkunu mistiedna jibagħtu fajl ta' iskrizzjoni komplut (applikazzjoni elettronika ffirmata u dokumenti ta' appoġġ). Data ta' għeluq: Id-data ta' għeluq se tkun ikkomunikata fi żmien xieraq permezz tal-kont EPSO tiegħek. Proċedura: ara l-punt 2.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjoni ġenerali. |
(1) F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.
(2) Jekk fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati jkunu ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(3) In-numru tal-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal tliet darbiet in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni u se jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-internet tal-EPSO (www.eu-careers.eu).
(4) Jekk fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati jkunu ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
ANNESS
1. AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA EWROPEA
1. Dmirijiet
L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew l-entità tagħhom.
Id-dmirijiet ewlenin involuti, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:
|
— |
Tfassil, implimentazzjoni, segwitu u kontroll tal-programmi u pjanijiet ta' azzjoni; |
|
— |
Ġestjoni ta' riżorsi inkluż persunal, finanzi u tagħmir; |
|
— |
Assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' kontribuzzjonijiet miktuba jew orali; |
|
— |
Tfassil ta' aġġornamenti ta' analiżi ta' politika; |
|
— |
Komunikazzjoni esterna kif ukoll rappurtar u komunikazzjoni interna; |
|
— |
Koordinazzjoni u konsultazzjoni bejn is-servizzi u l-istituzzjonijiet, kif ukoll relazzjonijiet ma' partijiet interessati esterni. |
2. Kwalifiki
Għandu jkollok livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma.
2. LIĠI
1. Dmirijiet
L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-liġi huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew l-entità tagħhom, jipprovdu konsulenza u pariri legali lill-unitajiet ta' ġestjoni u/jew operattivi fi ħdan id-dipartiment tagħhom, filwaqt li jiżguraw konformità mal-liġi nazzjonali u tal-UE.
Id-dmirijiet ewlenin involuti, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:
|
— |
Assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' kontribuzzjonijiet miktuba jew orali; |
|
— |
Analiżi legali, riċerka, pariri u assistenza kif ukoll superviżjoni ta' kwistjonijiet legali; |
|
— |
Tfassil ta' dokumenti legali; |
|
— |
Rappurtar u komunikazzjoni interna dwar kwistjonijiet legali; |
|
— |
Koordinazzjoni ma' u konsultazzjoni ta' servizzi oħra dwar kwistjonijiet legali; |
|
— |
Ġestjoni ta' riżorsi inkluż persunal, finanzi u tagħmir; |
|
— |
Tfassil, implimentazzjoni, segwitu u kontroll tal-programmi u pjanijiet ta' azzjoni. |
2. Kwalifiki
Għandu jkollok livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fil-liġi.
jew
Għandu jkollok livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma, kif ukoll kwalifika li permezz tagħha tkun tista' taħdem bħala avukat.
3. EKONOMIJA
1. Dmirijiet
L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-ekonomija huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew entità tagħhom, jipprovdu analiżi ekonomika u/jew statistika meħtieġa għall-bidu, żvilupp, ġestjoni u/jew evalwazzjoni tal-politiki tal-UE.
Id-dmirijiet ewlenin involuti, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:
|
— |
Assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' kontribuzzjonijiet miktuba jew orali; |
|
— |
Analiżi strateġika tal-politika kif ukoll definizzjoni u twettiq tal-metodi u studji tal-analiżi tal-politika, inkluż b'mod partikolari l-metodi empiriċi fil-qasam tal-ekonomija; |
|
— |
Komunikazzjoni esterna relatata mal-politika kif ukoll rappurtar u komunikazzjoni interna; |
|
— |
Relazzjonijiet ma istituzzjonijiet tal-UE u dipartimenti interni oħra kif ukoll relazzjonijiet ma' partijiet interessati esterni; |
|
— |
Koordinazzjoni ma' u konsultazzjoni ta' servizzi oħra dwar kwistjonijiet ta' politika; |
|
— |
Valutazzjoni tal-impatt u tar-riskju; |
|
— |
Tfassil, implimentazzjoni, segwitu u kontroll tal-programmi u pjanijiet ta' azzjoni; |
|
— |
Ġestjoni ta' riżorsi inkluż persunal, finanzi u tagħmir. |
2. Kwalifiki
Għandu jkollok livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fl-ekonomija.
jew
Għandu jkollok livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma u kwalifika postgradwatorja fl-ekonomija.
4. VERIFIKA
1. Dmirijiet
L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-verifika huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew l-entità tagħhom.
F'dan il-grad, huma jaħdmu f'oqsma bħal verifika finanzjarja, tal-prestazzjoni u dik interna. L-awdituri jipprovdu servizzi ta' assigurazzjoni u ta' konsulenza fl-oqsma operattivi kollha tal-Komunitajiet Ewropej bl-għan li jtejbu l-governanza u l-ġestjoni. Dan jista' jinvolvi operazzjonijiet fis-27 Stat Membru kif ukoll f'pajjiżi terzi.
Id-dmirijiet ewlenin involuti, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:
|
— |
Verifika esterna, verifiki finanzjarji kif ukoll eżaminazzjonijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba inkluż implimentazzjoni u rappurtar; |
|
— |
Kontroll u spezzjonijiet esterni, titjib ta' sistemi ta' kontroll; |
|
— |
Verifika interna, appoġġ metodoloġiku, konsulenza u taħriġ; |
|
— |
Koordinazzjoni u konsultazzjoni bejn is-servizzi dwar kwistjonijiet tal-verifika; |
|
— |
Informazzjoni u konsulenza dwar kwistjonijiet tal-verifika. |
2. Kwalifiki
Għandu jkollok livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma rilevanti mad-dmirijiet, jew taħriġ professjonali/kwalifika professjonali ta' livell ekwivalenti relevanti ma' dawk id-dmirijiet.
Jekk jogħġbok kun af li jista' jkollok bżonn tagħti prova ċara tas-suġġetti studjati sabiex ikun iktar faċli għall-ġurija biex tivvaluta jekk il-kwalifiki humiex rilevanti.
5. TEKNOLOĠIJI TAL-INFORMAZZJONI U TAL-KOMUNIKAZZJONI (ICT)
1. Dmirijiet
L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew l-entità tagħhom. B'mod partikolari, huma jiddefinixxu, jimplimentaw, isegwu u jamministraw l-istrateġija, il-politika, il-proċeduri, is-sistemi/l-infrastrutturi u proġetti tal-ICT. Huma jipprovdu wkoll kompetenza għall-appoġġ tal-IT u l-ġestjoni ta' kuntratti.
Id-dmirijiet ewlenin involuti, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:
|
— |
Ġestjoni tal-proġett u l-proċess; |
|
— |
Monitoraġġ, analiżi u ġestjoni tal-prodotti u l-proċessi tal-ICT, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interni u esterni; |
|
— |
Analiżi u konsulenza teknika, inkluż assistenza lill-persunal tal-proġett; |
|
— |
Koordinazzjoni u konsultazzjoni bejn is-servizzi; |
|
— |
Ġestjoni ta' kuntratti u implimentazzjoni tal-baġit; |
|
— |
Ġestjoni ta' riżorsi inkluż persunal, finanzi u tagħmir. |
2. Kwalifiki
Għandu jkollok livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni.
jew
Għandu jkollok livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma, u kwalifika postgradwatorja fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni.