ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.057.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 57

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
9 ta' Marzu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 057/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

1

2010/C 057/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

4

2010/C 057/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

8

2010/C 057/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5730 – Telefonica/Hansenet Telekommunikation) ( 1 )

9

2010/C 057/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5549 – EDF/Segebel) ( 1 )

9

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 057/06

Rata tal-kambju tal-euro

10

2010/C 057/07

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiki ristrettivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Novembru 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/39.316 – GDF Esklużjoni – Rapporteur: Il-Bulgaria

11

2010/C 057/08

Rapport finali tal-uffiċjal tas-seduta – Każ COMP/39.316 – Esklużjoni mill-GDF Rigward il-Gass

12

2010/C 057/09

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2009 dwar proċedura skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/39.316 – GDF) (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9375 finali)  ( 1 )

13

 

AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 057/10

Informazzjoni relatata mal-lista kkumpilata tal-Kummissjoni tal-listi ta' fiduċja tal-Istati Membri kif ġew innotifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE

15

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 057/11

Komunikazzjoni mill-gvern Franċiż rigward id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ Permis des Marges du Finistère)  ( 1 )

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni Ewropea

9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 57/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

22.1.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 673/09

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Verlängerung von N 81/08 Konsolidierungsmaßnahmen im Rahmen der Bürgschaftsrichtlinien der Oberösterreichischen Kreditgarantiegesellschaft m.b.H. (OÖ KGG)

Il-bażi legali

Bürgschaftsrichtlinien (Fassung per 1.11.2009)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit annwali: EUR 5,1 miljun

Baġit globali: EUR 15,8 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

10.10.2009-9.10.2012

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

OÖ. KreditGarantie Gesellschaft m.b.H

Hessenplatz 3

4010 Linz

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

1.2.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 20/10

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation of Danish guarantee scheme on new debt

Il-bażi legali

Lov om statsligt kapitalindskud i kreditinstitutter mv. lov nr. 67 af 3. februar 2009

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: DKK 600 000 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

3.2.2010-30.6.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Finansiel Stabilitet A/S

Amaliegade 3-5, 5

1256 København K

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.1.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 28/10

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Reestructuración bancaria y reforzamiento de los recursos propios de las entidades de crédito

Il-bażi legali

Real Decreto-ley 9/2009 de 26 de junio sobre restructuración bancaria y reforzamiento de los recursos propios de las entidades de crédito y Acuerdo de la Comisión Rectora del Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria de 29 de enero de 2010 por el que se detallan los criterios y condiciones a los que se ajustará la actuación del Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria en los procesos de integración de entidades de crédito previstos en el articulo 9 del Real Decreto-ley 9/2009 de 26 de junio, sobre reestructuración bancaria y reforzamiento de los recursos de las entidades de crédito

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-estimi

Baġit globali: EUR 99 000 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sat 30.6.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Economy and Treasury

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/4


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 57/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

14.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 273/09

Stat Membru

Il-Lussemburgu

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Régime d'aides:

aux jeunes entreprises innovantes (art. 8, point b, numéro 1er du projet de loi);

à l’innovation de procédé et d’organisation dans les services (art. 11 du projet de loi);

à l’investissement dans les pôles d’innovation (art. 12 du projet de loi);

à l’animation de pôles d’innovation (art. 13 du projet de loi)

Il-bażi legali

Loi du 5 juin 2009 relative à la promotion de la recherche du développement

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Sussidju fuq l-imgħax

L-estimi

Baġit annwali: EUR 8 miljun

Baġit globali: EUR 40 miljun

L-intensità

35 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'economie et du commerce extérieur

19-21 boulevard Royal

2914 Luxembourg

LUXEMBOURG

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.1.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 419/09

Stat Membru

Malta

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Investments on electricity transmission and interconnector infrastructure-Enemalta Corporation

Il-bażi legali

Malta Resources Authority Act (CAP 423 of the Laws of Malta) — Article 13 of Legal Notice 511: Electricity Regulations, 2004. Enemalta Act (CAP 272 of the Laws of Malta) — Article 3

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

It-twettiq ta' proġetti importanti ta' interess komuni Ewropew

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: 0,9 miljun EUR

L-intensità

Miżura li mhix għajnuna

It-tul ta' żmien

sal-2027

Setturi ekonomiċi

Il-provvista ta' dawl, gass u ilma

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry for Infrastructure, Transport and Communications Palazzo Verdelin

Archbishop Street

Valletta

VLT 1444

MALTA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 453/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Hessen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Richtlinien des Landes Hessen zur Innovationsförderung, Teil II Nr. 2: Aufbau, Erweiterung und Belebung von Innovationskernen

Il-bażi legali

Richtlinien des Landes Hessen zur Innovationsförderung, Teil II Nr. 2: Aufbau, Erweiterung und Belebung von Innovationskernen, Staatsanzeiger des Landes Hessen, Nr. 15/2009, S. 874 und Berichtigung in Nr. 18/2009, S. 1022

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: EUR 4 miljun

Baġit globali: EUR 20 miljun

L-intensità

35 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Hessisches Ministerium für Wirtschaft, Verkehr und Landschaftsentwicklung

Kaiser-Friedrich-Ring 75

65185 Wiesbaden

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

9.2.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 658/09

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Przedłużenie obowiązywania Programu wspierania finansowania banków w Polsce

Il-bażi legali

Ustawa z dnia 12 lutego 2009 r. o udzielaniu przez Skarb Państwa wsparcia instytucjom finansowym

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija, Aizdevums uzņēmuma sanācijai

L-estimi

Baġit globali: 5 000 miljun PLN

L-intensità

It-tul ta' żmien

25.3.2010-30.6.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Minister właściwy do spraw finansów publicznych

ul. Świętokrzyska 12

00-916 Warszawa

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

25.1.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 690/09

Stat Membru

Il-Greċja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Μέτρα στήριξης για τα πιστωτικά ιδρύματα της Ελλάδας Metra stiriksis gia ta pistwtika idrumata ths Elladas

Il-bażi legali

N 3723/08 «Ενίσχυση της ρευστότητας της οικονομίας για την αντιμετώπιση των επιπτώσεων της διεθνούς χρηματοπιστωτικής κρίσης και άλλες διατάξεις» N 3723/08 «Enisxisi ths refstotitas tis oikonomias gia tin antimetwpisi twn epiptwsewn tis diethnous xrhmatopistwtikis krisis kai alles diatakseis»

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija, Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: EUR 28 000 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-30.6.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών Ypourgeio Oikonomias kai Oikonomikwn

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/8


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 57/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.1.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 101/05

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

L-Abruzzo

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Indennizzo dei danni subiti nel 2004

Il-bażi legali

Leggi regionali n. 1/1984 e n. 6/2005

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kumpens għad-danni wara diżastri naturali jew avvenimenti straordinarji.

Il-forma tal-għajnuna

Kumpens dirett

L-estimi

EUR 300 000

L-intensità

40 %

It-tul ta' żmien

2005

Setturi ekonomiċi

Is-Sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Direzione Agricoltura, Foreste e Sviluppo Rurale

Pescara

Abruzzo

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test bil-lingwa/i awtentiku/ċi tad-deċi¿joni, li minnu jkun tneħħa t-tagħrif kunfidenzjali kollu, jinsab fuq is-sit tal-internet:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5730 – Telefonica/Hansenet Telekommunikation)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 57/04

Fid-29 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5730. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5549 – EDF/Segebel)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 57/05

Fit-12 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 3209M5549. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni Ewropea

9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/10


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Marzu 2010

2010/C 57/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3662

JPY

Yen Ġappuniż

123,48

DKK

Krona Daniża

7,4420

GBP

Lira Sterlina

0,90240

SEK

Krona Żvediża

9,6794

CHF

Frank Żvizzeru

1,4628

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0490

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,578

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

265,34

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7084

PLN

Zloty Pollakk

3,8681

RON

Leu Rumen

4,0900

TRY

Lira Turka

2,0880

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4970

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4023

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6001

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9457

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9110

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 547,28

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,0639

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3269

HRK

Kuna Kroata

7,2618

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 550,47

MYR

Ringgit Malażjan

4,5590

PHP

Peso Filippin

62,604

RUB

Rouble Russu

40,6165

THB

Baht Tajlandiż

44,644

BRL

Real Brażiljan

2,4275

MXN

Peso Messikan

17,2346

INR

Rupi Indjan

62,1050


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/11


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiki ristrettivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Novembru 2009 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/39.316 – GDF Esklużjoni

Rapporteur: Il-Bulgaria

2010/C 57/07

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqsam l-istess tħassib tal-Kummissjoni espress fl-abbozz tad-Deċiżjoni hekk kif ikkomunikat lill-Kumitat Konsultattiv fid-9 ta’ Novembru 2009 taħt l-Artikolu 82 tat-Trattat u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn GDF Suez (GDF Suez SA, GRTgaz SA u Elengy SA) huma adatti, meħtieġa u proporzjonati.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti minn GDF Suez, ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/12


Rapport finali tal-uffiċjal tas-seduta (1)

Każ COMP/39.316 – Esklużjoni mill-GDF Rigward il-Gass

L-abbozz ta’ Deċiżjoni ppreżentat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) għandu x’jaqsam mal-allegata esklużjoni ta’ swieq ta’ fornitura ’l isfel mis-sors għall-gass naturali fi Franza mill-Gaz de France Suez S.A. u mis-sussidjarji tagħha GRTgaz S.A. u Elengy S.A. (minn issa ’l quddiem imsejħin b’mod kollettiv “il-GDF”) B’mod partikulari, l-esklużjoni hija allegatament ir-riżultat taż-żamma għal medda twila ta' żmien tal-biċċa l-kbira tal-kapaċità ta' importazzjoni ta’ Franza; il-proċeduri biex tiġi allokata l-kapaċità ta’ importazzjoni fit-terminal il-ġdid ta’ Fos Cavaou tal-gass naturali fi stat likwidu; u l-limitazzjoni strateġika ta’ investimenti fil-kapaċità addizzjonali ta’ importazzjoni fit-terminal ta’ Montoir de Bretagne tal-gass naturali fi stat likwidu.

Il-Kummissjoni fetħet il-proċeduri fis-16 ta’ Mejju 2008 u adottat valutazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) fit-22 ta’ Ġunju 2009. Fl-24 ta’ Ġunju 2009 l-GDF issottomettiet għadd ta’ impenji skont l-Artikolu 9 (1) sabiex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni rigward il-kompetizzjoni. L-impenji essenzjalment jikkonsistu f’rilaxx sinifikanti ta’ kapaċità ta’ importazzjoni għal medda twila taż-żmien u fl-obbligu li l-ammonti miżmumin mill-GDF jitniżżlu taħt il-50 % tal-kapaċità totali ta’ importazzjoni għal medda twila ta’ żmien mhux aktar tard mill-2014 u li jinżammu f’dak il-livell għal għaxar snin.

Fid-9 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ppubblikat avviż skont l-Artikolu 27(4), li fih ippreżentat fil-qosor it-tħassib u l-impenji, u li permezz tiegħu stiednet lil partijiet terzi interessati biex jagħmlu osservazzjonijiet dwar din in-notifika fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni rċeviet 23 rispons minn partijiet terzi interessati. Fil-21 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni għarrfet lill-GDF bil-fomm bir-riżultat tat-test tas-suq. Il-GDF ma talbitx għal xi aċċess bil-miktub għar-risponsi għat-test tas-suq. Fil-21 ta’ Ottubru 2009, il-GDF issottomettiet proposta riveduta tal-impenji.

Il-Kummissjoni issa waslet għall-konklużjoni li, fid-dawl tal-impenji proposti mill-GDF, u bla ħsara għall-Artikolu 9(2), jeħtieġ li l-proċeduri jintemmu.

Fis-26 ta’ Ottubru 2009, il-GDF issottomettiet dikjarazzjoni lill-Kummissjoni li fiha qalet li kienet irċeviet biżżejjed aċċess għall-informazzjoni li kienet tqis meħtieġa biex tipproponi impenji sabiex tissodisfa t-tħassib li esprimiet il-Kummissjoni.

Ma saru l-ebda mistoqsijiet jew sottomissjonijiet oħrajn lill-Uffiċjal tas-Seduta b’rabta ma’ dan il-każ mill-GDF jew minn xi partijiet terzi.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, inqis li d-dritt li wieħed jinstema' ġie rispettat f’dan il-każ.

Brussell, is-17 ta’ Novembru 2009.

Karen WILLIAMS


(1)  skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar it-termini ta’ riferenza ta’ Uffiċjali tas-Seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21.

(2)  Minn hawn 'il quddiem, l-Artikoli u l-kapitoli kollha msemmijin huma dawk tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.


9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/13


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-3 ta' Diċembru 2009

dwar proċedura skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/39.316 – GDF)

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9375 finali)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 57/09

Fit 3 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea  (1). B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (2), il-Kummissjoni qiegħda tippubblika hawn taħt isem il-partijiet interessati u l-kontenut essenzjali tad-deċiżjoni, kif ukoll is-sanzjonijiet li, jekk kien il-każ, ġew imposti fuqhom, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi li s-sigrieti kummerċjali tagħhom ma jinkixfux. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tinsab fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/index/by_nr_78.html#i39_316

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-GDF Suez S.A., lis-sussidjarji tagħha, b’mod partikulari l-GRTgaz S.A. u l-Elengy S.A., u lill-impriżi kkontrollati minnhom (ilkoll flimkien imsejħin “il-GDF Suez”). Hija tagħmel obbligatorji l-impenji proposti mill-GDF Suez sabiex twieġeb għat-tħassib dwar l-effetti fuq il-kompetizzjoni li dwarhom għarrfitha l-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tagħha.

2.   PROĊEDURA

(2)

Il-każ beda mill-ispezzjonijiet għall-għarrieda li saru fis-16 ta’ Mejju 2006 fl-impjanti tal-GDF. Fis-16 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedura skont l-Artikolu 11, il-paragrafu 6, tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (3), u tal-Artikolu 2, il-paragrafu 1, tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (4). Fit-22 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni adottat evalwazzjoni preliminari skont l-Artikolu 9, il-paragrafu 1, tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li fiha tippreżenta t-tħassib tagħha rigward il-kompetizzjoni. Fl-24 ta’ Ġunju 2009, il-GDF Suez ipproponiet impenji, b’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, bħala rimedju għat-tħassib rigward il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari. Fid-9 ta’ Lulju 2009 ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 27, il-paragrafu 4, tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, komunikazzjoni li ppreżentat fil-qosor il-każ u l-impenji proposti, u li stiednet lill-partijiet terzi interessati biex, fi żmien xahrejn minn meta tiġi ppubblikata l-komunikazzjoni (5), iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-impenji msemmijin. Fil-21 ta’ Ottubru 2009, il-GDF Suez ressqet proposta mmodifikata ta’ impenji b’riżultat tal-kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet imressqin mill-partijiet terzi interessati. Il-kumitat konsultattiv fil-qasam tal-prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti ta opinjoni favorevoli fid-9 ta' Novembru 2009 (6). L-Uffiċjal tas-Seduta ppreżentat ir-rapport finali tagħha fis-17 ta’ Novembru 2009 (7).

3.   TĦASSIB IDENTIFIKAT FL-EVALWAZZJONI PRELIMINARI

(3)

Skont l-evalwazzjoni preliminari, il-GDF Suez hija parteċipant dominanti fis-swieq tal-kapaċitajiet ta' importazzjoni u tal-provvista tal-gass fiż-żewġ żoni tal-ibbilanċjar tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tan-netwerk ta’ trasport tal-GRTgaz. L-evalwazzjoni preliminari kkonkludiet li l-GDF Suez setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha skont it-tifsira tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi eskludiet l-aċċess għall-kapaċitajiet ta’ importazzjoni tal-gass fi Franza, u b’hekk illimitat il-kompetizzjoni fis-swieq tal-provvista. Din l-esklużjoni allegatement tirriżulta miż-żamma għal żmien twil tal-biċċa l-kbira tal-kapaċitajiet ta’ importazzjoni fi Franza, mid-determinazzjoni tal-kwantità li kapaċi jirċievi t-terminal il-ġdid tal-gass ta’ Fos Cavaou kif ukoll il-proċeduri tal-allokazzjoni tal-kapaċitajiet fuq terminu twil ta’ żmien f’din l-infrastruttura ta’ importazzjoni, u mil-limitazzjoni strateġika tal-investimenti fil-kapaċitajiet supplimentari ta’ importazzjoni fit-terminal tal-gass ta’ Montoir de Bretagne.

4.   IMPENJI

(4)

L-impenji tal-GDF Suez jipprevedu t-trasferiment minnufih tal-kapaċitajiet sinifikattivi ta’ importazzjoni fermi għal medda twila ta’ żmien f’kull waħda miz-zoni ta’ bbilanċjar tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tan-netwerk ta' trasport tal-GRTgaz. Huma jipprevedu wkoll il-limitazzjoni, għal għaxar snin li jibdew jgħoddu mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2014, tar-riservazzjonijiet tal-GDF Suez għal taħt il-50 % tat-totalità tal-kapaċitajiet ta’ importazzjoni għal medda twila ta’ żmien fi Franza.

(5)

L-impenji tal-GDF Suez huma biżżejjed biex isolvu l-problemi identifikati mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tagħha, mingħajr mhuma sproporzjonati.

(6)

L-impenji finali joffru soluzzjoni xierqa għall-problemi ta’ kompetizzjoni li identifikat il-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tagħha. Tabilħaqq, it-tnaqqis tal-parti tar-riżervazzjonijiet tal-GDF Suez meta mqabbla mat-totalità tal-kapaċitajiet fermi ta’ importazzjoni fuq medda twila ta’ żmien fi Franza (li tirriżulta mit-trasferiment fuq medda qasira ta’ żmien ta’ kapaċitajiet sinifikattivi u minn limitu ta’ inqas minn 50 % għal għaxar snin li jibdew jgħoddu mill-2014) se jippermetti lill-ispedituri terzi li jiżviluppaw malajr il-preżenza tagħhom fis-swieq ’l isfel tal-provvista tal-gass fi Franza u li jsaħħu għal żmien twil il-pressjoni kompetittiva eżerċitata fuq il-GDF Suez. L-impenji finali huma wkoll neċessarji u proporzjonati meta wieħed iqis il-kobor tar-riżervazzjoni tal-GDF Suez meta mqabbla mat-totalità tal-kapaċitajiet ta’ importazzjoni fi Franza u mal-medja għolja tat-tul ta’ żmien tar-riservazzjonijiet tagħha.

5.   KONKLUŻJONI

(7)

Fid-dawl tal-impenji proposti, id-deċiżjoni tqis li m'għadx fadal lok għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u li l-proċedura għandha tintemm, bla ħsara għall-Artikolu 9, il-paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.


(1)  B’effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru, rispettivament, l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Fiż-żewġ każi d-dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, jekk ikun il-każ, bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 rispettivament tat-Trattat tal-KE.

(2)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(3)  Ara n-nota 2.

(4)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.

(5)  ĠU C 156, 9.7.2009, p. 25.

(6)  Ara paġna 11 ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali preżenti.

(7)  Ara paġna 12 ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali preżenti.


AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/15


Informazzjoni relatata mal-“lista kkumpilata” tal-Kummissjoni tal-listi ta' fiduċja tal-Istati Membri kif ġew innotifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE (1)

2010/C 57/10

Informazzjoni pproċessata li tiżgura l-awtentiċità u l-integrità tal-“lista kkumpilata” tal-Kummissjoni tal-listi ta' fiduċja tal-Istati Membri kif ġew innotifikati lill-Kummisjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2.3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE, ġiet ippubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 45 tat-23 ta' Frar 2010  (2).

L-informazzjoni pproċessata ppubblikata fit-23 ta' Frar 2010 għaċ-ċertifikat li jappoġġja l-konnessjoni sigura TLS/SSL għall-pubblikazzjoni tal-verżjoni li tista' tinqara tal-“lista kkumpilata”, tiskadi fis-7 ta' Marzu 2010. Iċ-ċertifikat il-ġdid li jappoġġja l-konnessjoni TSL/SSL huwa validu mit-8 ta' Marzu 2010 u jista' jkun awtentikat permezz tal-informazzjoni pproċessata li ġejja:

SHA-256 digest (Hex) value: 81 bc 61 fa 39 fa f5 b4 d5 d8 77 98 be 53 bd 68 68 af 06 ff 05 78 bf a9 3b 15 76 5a 6f da 8d ad

SHA-1 digest (Hex) value: 5e 98 89 3b ed 90 44 ef b0 9a 94 c4 8a fd b6 52 b5 19 70 8f

SHA-256 digest (Base64) value: gbxh+jn69bTV2HeYvlO9aGivBv8FeL+pOxV2Wm/aja0=

SHA-1 digest (Base64) value: XpiJO+2QRO+wmpTEiv22UrUZcI8=

Id-dejta msemmija hawn fuq hija valida sat-28 ta' Marzu 2013.

L-awtentiċità u l-integrità tal-lista “kkumpilata” għandhom ikunu vverifikati minn partijiet dipendenti fuqha qabel kwalunkwe użu. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni tal-kontenut tal-listi ta' fiduċja nazzjonali msemmija li huwa kompitu esklussiv tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 299, 14.11.2009, p. 18.

(2)  ĠU C 45, 23.2.2010, p. 16.


V Opinjonijiet

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni Ewropea

9.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/16


Komunikazzjoni mill-gvern Franċiż rigward id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis des Marges du Finistère”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 57/11

Permezz ta' applikazzjoni bid-data tal-15 ta' Settembru 2009, il-kumpanija GTO Ltd, li għandha s-sede tagħha fi Trafalgar House, 11 Waterloo Place, London SW1Y 4AU UNITED KINGDOM, talbet li, għal perjodu ta' ħames snin, tingħata permess esklussiv għat-tiftix tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis des Marges du Finistère”, fuq medda ta' madwar 21 000 km2, fit-territorju tad-département ta’ Finistère.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arki tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti definiti hawn taħt permezz tal-koordinati ġeografiċi tagħhom, bil-meridjan oriġinali jkun dak ta' Pariġi għall-koordinati espressi fi gradi, u bil-meridjan ta’ Greenwich għall-koordinati espressi fi gradi, minuti u sekondi (għall-informazzjoni biss):

Punt A

:

l-intersezzjoni tal-meridjan 12,60 gr W (9° 00′ 00″ W), bil-punt ta’ firda bejn il-blata kontinentali Franċiża u dik Ingliża.

Punt B

:

l-intersezzjoni tal-meridjan 8,70 gr W (5° 30′ 00″ W), bil-punt ta’ firda bejn il-blata kontinentali Franċiża u dik Ingliża.

Punt

Lonġitudni

Latitudni

C

8,70 gr W (5° 30′ 00″ W)

53,30 gr N (48° 00′ 00″ W)

D

12,60 gr W (9° 00′ 00″ W)

53,30 gr N (48° 00′ 00″ W)

Punti A-B

=

Punt ta' firda tal-blata kontinentali Franċiża u dik Ingliża.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tad-dritt, definiti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-digriet Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jressqu applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-digriet Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jintbagħtu lill-Ministru inkarigat mill-minjieri fl-indirizz indikat hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla tal-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri mhux aktar tard mill-15 ta' Settembru 2011.

Kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u għat-twaqqif tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għad-digriet Nru 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art, u għar-regolamenti dwar il-minjieri u l-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Għal aktar tagħrif, wieħed jista' jikkuntattja:

lill-ministeru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Baħar: Direction générale de l'énergie et du climat, Direction de l’énergie, Sous-direction de la sécurité d’approvisionnement et nouveaux produits énergétiques Grande Arche — Paroi Nord, 92055 La Défense Cedex, FRANCE tel. +33 140819529. Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jistgħu jinqraw fuq is-sit ta’ Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.