ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.055.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 55

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
5 ta' Marzu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 055/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax ( 1 )

1

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 055/02

Att Tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 2010 li jiddetermina l-grad u l-iskala għall-ħatra mill-ġdid ta' Viċi Direttur tal- Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

5

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 055/03

Rata tal-kambju tal-euro

6

2010/C 055/04

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta' Marzu 2010(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

7

 

AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 055/05

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

8

2010/C 055/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont obbligi ta’ servizz pubbliku ( 1 )

9

2010/C 055/07

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

10

2010/C 055/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għal sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta' servizzi tal-ajru bi skeda, konformi mal-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

11

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 055/09

Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

12

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Kummissjoni Ewropea

2010/C 055/10

Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/B-1/39.315 – ENI ( 1 )

13

2010/C 055/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5817 – Triton Fund III/Ambea) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

16

2010/C 055/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5763 – Dassault Systemes/IBM DS PLM Software business) ( 1 )

17

 

2010/C 055/13

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Kummissjoni Ewropea

5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 55/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

10.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 468/09

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Wielkopolskie

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Roche Polska Sp. z o.o

Il-bażi legali

Projekt umowy ramowej o udzielenie dotacji celowej pomiędzy Ministrem Gospodarki a Roche Polska sp. z o.o.

Projekt uchwały Rady Ministrów w sprawie ustanowienia programu wieloletniego pod nazwą „Wsparcie finansowe inwestycji realizowanej przez Roche Polska sp. z o.o. we Wrocławiu pod nazwa: Finansowe Centrum Badawczo-Rozwojowe w latach 2009–2010”

Artykuł 117 Ustawy z dnia 30 czerwca 2005 r. o finansach publicznych

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: PLN 1,15 miljun

L-intensità

3,91 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Il-kompjuter u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Minister Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

22.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 506/09

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Amendment to the framework scheme ‘Limited amounts of compatible aid in the form of guarantees during the financial and economic crisis’ (N 124/09)

Il-bażi legali

Amendment of Regulation of the Cabinet of Ministers of the Republic of Latvia ‘Regulations on Guarantees for Development of Enterprise Competitiveness’

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: LVL 40,6 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Latvian Guarantee Agency 11/13

Tirgonu Str 15

Rīga, LV-1050

LATVIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 584/09

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

PT200 — Região Autónoma da Madeira

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Sistema de Incentivos ao Funcionamento da Região Autónoma da Madeira (SI-Funcionamento)

Il-bażi legali

Decreto Legislativo Regional n.o 22/2007/M, de 7 de Dezembro 2007, Jornal Oficial da Região Autónoma da Madeira n.o 236

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: EUR 10 miljun

Baġit globali: EUR 40 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Instituto de Desenvolvimento Empresarial da Região Autónoma da Madeira

Avenida Arriaga

Edifício Golden Gate n.o 21-A, 3.o andar

9004-528 Funchal

PORTUGAL

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

22.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 640/09

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Capital injection and asset guarantee to BAWAG P.S.K.

Il-bażi legali

§ 2 Abs. 1 Ziffer 2 und Ziffer 3 Finanzmarktstabilitäts- und Interbankstärkungsgesetz für Kreditinstitute und Versicherungsunternehmen in Österreich

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Injezzjoni ta' kapital, garanzija

L-estimi

Injezzjoni ta' kapital ta’ EUR 550 miljun u garanzija ta’ EUR 400 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-21.6.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Finanzen

Himmelpfortgasse 4

1010 Wien

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

2.2.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 711/09

Stat Membru

Is-Slovakkja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Dodatok č. 1 k Schéme pre dočasné poskytovanie malej pomoci v Slovenskej republike počas trvania finančnej a hospodárskej krízy

Il-bażi legali

Zákon NR SR č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov a príslušné všeobecne záväzné právne predpisy, podľa ktorých príslušný poskytovateľ môže poskytovať pomoc

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Maħfra ta' dejn

L-estimi

Baġit globali: EUR 400 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bosta awtoritajiet tal-Istat

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/5


ATT TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Frar 2010

li jiddetermina l-grad u l-iskala għall-ħatra mill-ġdid ta' Viċi Direttur tal- Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

2010/C 55/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2009 li jaħtar mill-ġdid il-Viċi Direttur tal-Europol u b'mod partikolari l-premessa (7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pjan ta' Stabbiliment tal-Persunal tal-Europol għall-2010-2012 u b'mod partikolari l-punt 1.1 (C) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Is-Sur Michel QUILLÉ, imwieled fis-6 ta' April 1949, li l-mandat tiegħu bħala Viċi Direttur ral-Europol iġġedded għall-perijodu mill-31 ta' Awwissu 2010 sat-30 ta' April 2014, għandu jinħatar fil-grad AD 13, skala 2.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2010

Għall-Kunsill

Il-President

A. PÉREZ RUBALCABA


Kummissjoni Ewropea

5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Marzu 2010

2010/C 55/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3668

JPY

Yen Ġappuniż

120,86

DKK

Krona Daniża

7,4423

GBP

Lira Sterlina

0,90500

SEK

Krona Żvediża

9,7430

CHF

Frank Żvizzeru

1,4632

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0505

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,818

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

266,02

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7091

PLN

Zloty Pollakk

3,9010

RON

Leu Rumen

4,0885

TRY

Lira Turka

2,1120

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5149

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4071

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6105

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9826

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,9109

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 565,19

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,1925

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3303

HRK

Kuna Kroata

7,2653

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 667,29

MYR

Ringgit Malażjan

4,6075

PHP

Peso Filippin

63,002

RUB

Rouble Russu

40,7000

THB

Baht Tajlandiż

44,606

BRL

Real Brażiljan

2,4435

MXN

Peso Messikan

17,3595

INR

Rupi Indjan

62,6200


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/7


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta' Marzu 2010

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

2010/C 55/04

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta' riferenza u ta' tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta' referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f'din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta' tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta' 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda r-regolament ta' implimentazzjoni (KE) Nru 764/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f'deċiżjoni speċifika, ir-rata ta' rkupru għandha tkun ikkalulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

Abbozz tat-test ippubblikat fil-ĠU C 323, 31.12.2009, p. 25.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.3.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,39

1,24

1,88

4,73

1,24

1,24

1,24

1,24

7,03

1,24

1,24

7,17

1,24

11,76

1,24

1,24

4,49

1,24

9,92

1,02

1,24

1,24

1,16

1.1.2010

28.2.2010

1,24

1,24

4,92

1,24

2,39

1,24

1,88

6,94

1,24

1,24

1,24

1,24

7,03

1,24

1,24

8,70

1,24

15,11

1,24

1,24

4,49

1,24

9,92

1,02

1,24

1,24

1,16


AVVIŻI MILL-ISTATI MEMBRI

5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/8


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 55/05

Stat Membru

Franza

Rotot konċernati

Strażburgu–Milan

Strażburgu–Ruma

Strażburgu–Varsavja

Strażburgu–Vjenna

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Revoka

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni relatata mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Arrêté du 8 février 2010 relatif à l’abrogation des obligations de service public imposées sur les services aériens réguliers entre Strasbourg, d’une part, Milan, Rome, Varsovie et Vienne, d’autre part

NOR: DEVA1002764A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

Kuntatti:

Direction générale de l'aviation civile

DTA/SDT/T2

50 rue Henry Farman

75720 Paris cedex 15

FRANCE

Tel. +33 158094321

E-mail: osp-compagnies.dta@aviation-civile.gouv.fr


5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/9


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont obbligi ta’ servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 55/06

Stat Membru

Franza

Rotta konċernata

Annecy (Meythet)–Pariġi (Orly)

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

Sentejn mill-1 ta' Lulju 2010 l-aktar tard

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

għall-applikazzjonijiet (l-ewwel pass): 19.4.2010, (nofsinhar, ħin lokali)

għall-offerti (it-tieni pass) 21.5.2010, (nofsinhar, ħin lokali)

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa għall-offerti u l-obbligu ta' servizz pubbliku

Chambre de Commerce et d’Industrie de La Haute-Savoie

5 rue du 27ème BCA

B.P. 2072

74011 Annecy Cedex

FRANCE

Monsieur Roland DAVIET

Directeur financier de la CCI de la Haute-Savoie

Tel. +33 450337220

Feks +33 450337117

E-mail: rdaviet@haute-savoie.cci.fr


5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/10


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 55/07

Stat Membru

il-Greċja

Rotta konċernata

Ateni–Kozani–Kastoria

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Mill-1 ta' Ġunju 2010

L-indirizz minn fejn jista' jinkiseb mingħajr ħlas, it-test u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew id-dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu ta' servizz pubbliku

Hellenic Civil Aviation Authority

Directorate-General for Air Transport

Air Transport Division

Section II

Vas. Georgiou 1

166 04 Athens

GREECE

Tel. +30 2108916149 / 2108916121

Feks +30 2108947132

Sit tal-internet: http://www.hcaa.gr


5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/11


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għal sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta' servizzi tal-ajru bi skeda, konformi mal-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 55/08

Stat Membru

Il-Greċja

Rotta konċernata

Ateni–Kozani–Kastoria

Perjodu ta' validità tal-kuntratt

Mill-1 ta' Ġunju 2010 sal-31 ta' Mejju 2014

Data ta' skadenza għat-tressiq tas-sejħiet għall-offerti

61 jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-PSOs

Indirizz fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test tal-istedina għas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe tagħrif rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u l-obbligu tas-servizz pubbliku

Hellenic Civil Aviation Authority

Directorate General for Air Transport

Air Transport and International Affairs Division

Section II

Vas. Georgiou 1

166 04 Athens

GREECE

Tel. +30 2108916149 / 2108916121

Feks +30 2108947132

Sit tal-internet: http://www.hcaa.gr


V Opinjonijiet

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Kummissjoni Ewropea

5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/12


Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

2010/C 55/09

B'referenza għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1), li warajh ma waslet l-ebda talba għal reviżjoni, il-Kummissjoni Ewropea tavża li l-miżuri anti-dumping imsemmija isfel se jiskadu dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (2) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Ir-reviżjonijiet parzjali interim li kienu mibdija skont l-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 sabiex jeżaminaw il-livell ta' dumping ġew mitmuma kif xieraq (3)  (4)

Prodott

Pajjiż ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza

Fibri prinċipali tal-polijester

Repubblika tal-Korea

Dazju anti-dumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2852/2000 (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 17) kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 412/2009 (ĠU L 125, 21.5.2009, p. 1)

18.3.2010


(1)  ĠU C 249, 17.10.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  ĠU C 284, 25.11.2009, p. 30.

(4)  ĠU C 142, 23.6.2009, p. 4.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Kummissjoni Ewropea

5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/13


Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/B-1/39.315 – ENI

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 55/10

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi – f'każijiet fejn ikun biħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fit-temm u l-partijiet ikkonċernati joffru li jintrabtu biex isibu tarf tat-tħassib espress lilhom mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari li tagħmel dak l-irbit vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi addottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   SOMMARJU TAL-KAŻ

(2)

Fis-6 ta' Marzu 2009 l-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 moqri flimkien mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (2) dwar l-allegazzjoni ta' ksur tal-Artikolu 102 TFUE minn ENI Spa (minn hawn ’il quddiem ENI). L-ENI wieġbet għad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet fl-1 ta' Ottubru 2009. Saret seduta fis-27 ta' Novembru 2009. Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tikkostitwixxi wkoll valutazzjoni preliminari skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003.

(3)

Skont id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet, l-ENI għandha pożizzjoni dominanti fis-suq/swieq tat-trasport tal-gass naturali lejn u mill-Italja u kif ukoll fil-livell sussegwenti fil-katina tal-forniment tas-swieq tal-gass.

(4)

Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet esprimiet it-tħassib dwar il-possibbiltà li l-ENI abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) meta rrifjutat li tipprovdi kapaċità ta' trasport fil-pipeline tal-gass naturali tagħha. Prinċipalment, il-ġestjoni u l-użu li għamlet l-ENI mill-pipelines ta' trażmissjoni tal-gass naturali tagħha allegatament kienu jinkludu i) ir-rifjut li jingħata aċċess għall-kapaċità disponibbli fuq in-netwerk tat-trasport (“ħżin ta' kapaċità”), ii) l-offerta ta' kapaċità b'manjiera anqas utli (“degradazzjoni tal-kapaċità”) u iii) limitazzjoni strateġika ta' investiment (“nuqqas strateġiku ta' investiment”) fis-sistema tagħha tal-pipeline ta' trażmissjoni internazzjonali.

(5)

Skont id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet, dawn il-prattiki jista' jkun li seħħew minkejja domanda sinfikanti, fuq terminu qasir u twil ta' żmien, minn spedituri, li possibbilment wasslu għall-esklużjoni mis-suq ta' kompetituri li kienu qegħdin jippruvaw jittrasportaw u jbigħu gass lillkonsumaturi Taljani u għaldaqstant jista' jkun li llimitaw il-kompetizzjoni fil-livelli sussegwenti fil-katina tal-forniment tas-swieq tal-gass.

3.   IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAL-IMPENJI OFFRUTI

(6)

L-ENI ma taqbilx mal-konklużjoni tad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni. Madankollu offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. L-elementi ewlenin tal-impenji jistgħu jitqassru kif ġej:

(7)

L-ENI se ċċedi n-negozji attwali tagħha tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass fil-Ġermanja (TENP) lil xerrej xieraq li prima facie ma jqanqalx tħassib dwar il-kompetizzjoni. L-ENI se ċċedi n-negozji attwali tagħha tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass fl-Iżvizzera (Transitgas) lil xerrej xieraq li prima facie ma jqanqalx tħassib dwar il-kompetizzjoni. L-ENI se ċċedi n-negozji tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass fl-Awstrija jew lil Cassa Depositi e Prestiti SpA (minn hawn ’il quddiem CDP), kumpanija bl-azzjonisti li hija kkontrollata pubblikament, jew lil entità pubblika kkontrollata mill-Gvern Taljan u b'hekk tissodifa r-rekwiżiti stabbiliti fl-impenji tagħha.

(8)

Jekk ma jiġi ffirmat l-ebda bejgħ vinkolanti jew ftehimiet ta' akkwist matul il-perjodu ta' ċessjoni, li jinsab imniżżel fis-sottoparagrafu (7) ta' hawn fuq, ma' xerrejja xierqa jew, fil-każ tan-negozju tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass fl-Awstrija, mas-CDP jew ma' entità pubblika oħra kkontrollata mill-Gvern Taljan, l-ENI se tagħti mandat esklussiv lill-fiduċjarju taċ-ċessjoni biex ibigħ in-negozji ċeduti lil xerrej xieraq mingħajr prezz minimu.

(9)

Fir-rigward tan-negozji tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass fil-Ġermanja, prinċipalment l-ENI impenjat li ċċedi:

l-ishma kollha tagħha f'Eni Gas Transport GmbH, li jikkorrispondu għal parteċipazzjoni ta' kontroll ta' 49 % fi Trans Europa Naturgas Pipeline GmbH & Co. KG, il-kumpanija li għandha s-sjieda u li topera s-sistema ta' pipeline TENP li hija twila madwar 500 km (mill-fruntiera fejn is-sistema ta' pipeline TENP hija konnessa man-netwerk Olandiża sal-fruntiera Żvizzera fejn it-TENP hija interkonnessa mas-sistema ta' pipeline Transitgas);

l-ishma kollha tagħha f' Eni Gas Transport Deutschland S.p.A., li tipprovdi servizzi ta' trasport ta' gass naturali (bħala operatur tas-sistema ta' trażmissjoni/TSO) permezz ta' madwar is-60-70 % tad-drittijiet ta' kapaċità ta' TENP, filwaqt li l-bqija (madwar 30-40 %) tal-kapaċità tiġi ġestita minn trasportatur ieħor E.On Gastransport GmbH;

tagħmir awżiljari neċessarju għat-tħaddim tan-netwerk ta' trażmissjoni;

l-assi intanġibbli neċessarji għat-tħaddim tan-netwerk ta' trażmissjoni (bħal kuntratti u liċenzji u l-ftehimiet ta' użu b'benefiċċju).

(10)

Fir-rigward tan-negozji tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass fl-Iżvizzera, prinċipalment l-ENI impenjat li ċċedi:

is-sehem ta' 46 % fi Transitgas AG, li għandha s-sjieda u topera s-sistema ta' pipeline Transitgas li tikkonsisti minn madwar 292 km ta' pipelines ta' gass naturali;

L-ishma kollha f'Eni Gas Transport International SA (ENI GTI) li tipprovdi servizzi ta' trasport ta' gass naturali inkluż il-kummerċjalizzazzjoni ta' kapaċità ta' trasport ta' madwar 85-95 % tal-kapaċità ta' sistema ta' pipeline Transitgas (bħala TSO);

tagħmir awżiljari neċessarju għat-tħaddim tan-netwerk ta' trażmissjoni;

l-assi intanġibbli neċessarji għat-tħaddim tan-netwerk ta' trażmissjoni (bħal kuntratti u liċenzji, u l-ftehim ta' kiri li f'konformità miegħu huma applikati d-drittijiet tal-kapaċità);

F’dan ir-rigward għandha tinġibed l-attenzjoni li xi funzjonijiet imwettqa minn ENI GTI, awżiljari għall-operat tan-netwerk ta' trażmissjoni, huma pprovduti b'mod konġunt lin-netwerks ta' trażmissjoni kollha tal-ENI kemm fl-UE u kif ukoll lil hinn minnha u lil negozju ta' trasportaturi oħrajn. Dawn il-funzjonijiet kondiviżi (li jikkonsistu, fost l-oħrajn, minn assistenza u appoġġ għal inġinerija, idrawlika, kejl, operat u manutenzjoni u materjali) u l-persunal relevanti ma humiex parti min-negozji li ser jiġu ċeduti (3). Madanakollu, l-EMI kkommettiet ruħha li titrasferixxi l-funzjonijiet kondiviża kollha lil Kumpanija Ġdida ta' Servizz li tista' tipprovdi dawn is-servizzi wkoll lix-Xerrej(ja) fuq talba tiegħu/tagħhom.

(11)

Fir-rigward tan-negozji tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass fl-Awstrija, prinċipalment l-ENI impenjat li ċċedi:

is-sehem ta' 89 % tal-parteċipazzjoni fi Trans Austria Gasleitung GmbH li għandha l-100 % tad-drittijiet ta' kapaċità tat-trasport ta' gass naturali fil-pipeline TAG skont il-ftehim ta' kiri u li tipprovdi servizzi ta' trasport ta' gass naturali (bħala TSO);

l-assi intanġibbli neċessarji għat-tħaddim tan-netwerk ta' trażmissjoni (bħal kuntratti u liċenzji, ftehim ta' kiri).

(12)

L-ENI tikkometti ruħha wkoll għal perjodu limitat wara li tingħalaq iċ-ċessjoni li tforni lix-xerrej(ja) b'servizzi awżiljarji meħtieġa għall-operat tan-netwerks ta' trażmissjoni (bħala pereżempju kuntratt ta' forniment ta' gass bħala fjuwil u gass għal servizzi ta' bbilanċjar) u kif ukoll servizzi oħrajn li bħalissa qegħdin jingħataw minn ENni GTI bħala Funzjonijiet Kondiviżi.

(13)

In-negozji ser ikunu mgħammra bil-persunal meħtieġ għat-tħaddim tan-netwerk ta' trażmissjoni.

(14)

Mit-22 Diċembru 2009 u sal-għeluq, l-ENI tikkommetti ruħha li ma ttawwal u lanqas iġġedded kwalunkwe kuntratt ta' trasport u lanqas tidħol f'kuntratt ta' trasport ġdid għall-benefiċċju tagħha bħala speditur fuq il-pipelines TAG, TENP u Transitgas, għajr għal irkant jew għal proċeduri ta' allokazzjoni pubblika fil-futur għal kapaċità ta' trasport ta' fluss fid-direzzjoni opposta lejn swieq oħrajn għajr dak Taljan (4).

(15)

Se jinħatar fiduċjarju indipendenti biex jissorvelja t-twettiq ta’ dawn l-impenji li daħlet għalihom l-ENI.

(16)

Il-verżjoni mhux kunfidenzjali u sħiħa tal-impenji hija ppubblikata fit-test awtentiku bl-Ingliż u hija disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fuq: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html

4.   STEDINA BIEX JITRESSQU KUMMENTI

(17)

Il-Kummissjoni biħsiebha, soġġett għall-eżitu tal-ittestjar fis-suq, tadotta deċiżjoni taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u tiddikkjara li l-impenji li jinsabu f'sommarju hawn fuq u ppubblikati f il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, huma vinkolanti.

(18)

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-impenji proposti. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni titlob lill-partijiet interessati biex jikkummentaw b’mod partikolari fuq il-mistoqsijiet li ġejjin. Il-kummenti għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu ssostanzjati permezz ta’ motivazzjoni ddettaljata, li għandha jkollha bħala kontenut il-fatti neċessarji li fuqhom il-kummenti huma bbażati u, jekk tiġi identifikata problema, proposta dwar soluzzjoni tal-problema identifikata:

(a)

Iċ-ċessjoni tat-trasportatur u l-kumpaniji TSO tal-ENI li jamministraw u joperaw TENP, Transitgas u TAG għandha l-ħsieb li tindirizza l-problemi identifikati ta' rifjut ta' forniment ta' kapaċità ta' trasport. F’dan ir-rigward l-ENI kkommettiet ruħha li prinċipalment iċċedi s-sehem kollu tagħha f' ENI GTI. Madanakollu, xi funzjonijiet imwettqa minn din il-kumpanija mhumiex ser ikunu parti miċ-ċessjoni. Fost dawn hemm, pereżempju, l-assistenza u l-appoġġ għal operazzjonijiet tekniċi, funzjonijiet ta' kejl u tħaddim u manutenzjoni. Għandek xi kummenti dwar il-fatt li fost l-assi ttrasferuti ma ġewx inklużi servizzi awżiljarji li huma marbuta mal-impatt tal-ġestjoni u l-operat tan-negozji ċeduti? B'mod partikolari, dawk is-servizzi awżiljarji jistgħu jiġu ddupplikati mingħajr diffikultà żejda fis-subkuntrattar fuq is-suq għax-xerrej(ja)? Il-proposta tal-akkwist ta' dawn il-funzjonijiet minn Kumpanija Ġdida ta' Servizz (ikkontrollata mill-ENI) tqanqal tħassib fir-rigward tal-possibbiltà li x-xerrej(ja) jkunu jistgħu jamministraw in-negozji ta' trażmissjoni b'mod effettiv u indipendenti?

(b)

L-ENI titħalla tipprenota kapaċità ta' flus fid-direzzjoni opposta fin-netwerks ta' trażmissjoni. Għandek xi kummenti dwar l-impatt li tali prenotazzjonijiet jistgħu jkollhom fuq il-kapaċità disponibbli ta' importazzjonijiet lejn l-Italja?

Partijiet terzi huma wkoll mistiedna li jressqu l-kummenti tagħhom dwar l-aspetti kollha l-oħra tal-impenji.

(19)

Il-kummenti ta' partijiet terzi għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mistiedna biex jissottomettu verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, fejn għandhom jitħassru s-sigrieti kummerċjali u siltiet kunfidenzjali oħrajn u jiġu ssostitwiti kif meħtieġ b'sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. Jekk it-talba tiegħek għal protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali hija ġġustifikata, il-Kummissjoni se tiżgura l-protezzjoni ta' din l-informazzjoni.

(20)

L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni taħt in-numru ta' referenza COMP/B-1/39.315 – ENI, bl-e-mail (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu), bil-feks (+32 22950128) jew bil-posta f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Antitrust

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza. Għall-iskop ta' dan l-avviż, fejn ikun xieraq ir-referenzi għall-Artikolu 102 TFUE għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-Artikolu 8 2 tat-Trattat KE.

(2)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.

(3)  Ara l-paragrafu 3 tal-Iskeda 1C.

(4)  Ara l-paragrafu 2(e) tal-Iskedi.


5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5817 – Triton Fund III/Ambea)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 55/11

1.

Fis-26 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Triton Managers III Limited u TFF III Limited (li flimkien jagħmlu, “Triton Fund III”, iċ-Channel Islands), li huma proprjetà tal-grupp ta’ fondi ta’ investiment Triton, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kotroll sħiħ tal-impriża Ambea AB (“Ambea”, l-Isvezja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Triton Fund III: fond ta’ investiment ta’ ekwità privata,

għal Ambea: fornitura ta’ servizzi għall-kura tas-saħħa u servizzi ta’ kura fl-Isvezja, fil-Finlandja u fin-Norveġja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5817 – Triton Fund III/Ambea, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5763 – Dassault Systemes/IBM DS PLM Software business)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 55/12

1.

Fl-24 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Dassault Systèmes (Franza) li hi proprjetà ta’ Group Industriel Marcel Dassault (Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ parti minn IBM Corporation’s (“IBM”) Dassault Systèmes product life management (“PLM”) software business (“IBM’s DS PLM software business”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Dassault Systèmes: żvilupp u bejgħ ta’ soluzzjonijiet ta’ software PLM,

għal IBM’s DS PLM software business: tqassim ta’ prodotti tas-software tad-Dassault Systèmes.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5763 – Dassault Systemes/IBM DS PLM Software business, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/s3


AVVIŻ

Fil-5 ta’ Marzu 2010, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 55 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli – it-tieni supplement tat-28 edizzjoni kompluta”.

L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta’ kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ tal-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta’ kull tikketta u jibda: O/…). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa’ disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta’ meta jiġi ppubblikat.

Non-abbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f’wieħed mill-uffiċini tal-bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm).

Dan il-Ġurnal Uffiċjali – bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) – jista’ jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu

Image