ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CA2010.053.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 53A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
3 ta' Marzu 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 053A/01

Post tax-Xogħol Battal għal Maniġer Amministrattiv (Grad AD14) tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi — BEREC — COM/2010/01

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

5

(FR)

9

 

19

(FR)

23

(DE/ES/PT)

28

 

48

 

53

 

MT

 


V Opinjonijiet

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.3.2010   

MT EN

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 53/1


Post tax-Xogħol Battal għal Maniġer Amministrattiv (Grad AD14) tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi — BEREC

COM/2010/01

(2010/C 53 A/01)

L-Uffiċċju BEREC

L-Uffiċċju tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) huwa mwaqqaf biex jipprovdi appoġġ amministrattiv u professjonali lill-BEREC, il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ġdid. L-Uffiċċju tal-BEREC se jkun temporanjament jinsab fi Brussell. Il-post għad irid jiġi kkonfermat.

Il-BEREC huwa kompost minn Bord tar-Regolaturi magħmul mill-Kapijiet tas-27 awtorità regolatorja nazzjonali (NRAs). Il-BEREC se jagħti konsulenza lill-Kummissjoni Ewropea u lill-NRAs u se jassisti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni tal-qafas regolatorju Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-BEREC b'mod partikolari se jgħin biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta u regolamentazzjoni konsistenti fis-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi jipprovdi konsulenza esperta dwar definizzjonijiet tas-suq, analiżi u soluzzjonijiet, definizzjoni ta' swieq transnazzjonali, tilwim transkonfinali u kwistjonijiet ta' numerazzjoni.

L-Uffiċċju tal-BEREC jipprovdi appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC. B'massimu ta' 28 persunal, l-Uffiċċju BEREC se jkun amministrat mill-Maniġer Amministrattiv taħt is-superviżjoni ta' Kumitat ta' Ġestjoni magħmul mill-istess Kapijiet tas-27 NRAs u minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea.

L-Uffiċċju tal-BEREC b'mod partikolari se jiġbor informazzjoni mill-NRAs u se jiskambja u jitrażmetti informazzjoni b'relazzjoni mar-rwol u l-kompiti tal-BEREC; se jxerred l-aħjar prattika regolatorja fost l-NRAs; se jassisti lill-President tal-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC fil-preparazzjoni ta' xogħlu; u se jwaqqaf u jipprovdi appoġġ lill-gruppi ta' ħidma esperti.

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-iskop tal-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti u Kundizzjonjiet tal-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal tal-Uffiċċju, inkluż il-Maniġer Amministrattiv.

Il-kariga

Il-Maniġer Amministrattiv se jkun responsabbli għat-tmexxija tal-Uffiċċju u se jkun responsabbli għax-xogħol ta' kuljum meħtieġ biex ikun provdut appoġġ professjonali u amministrattiv lill-BEREC. Hu għandu jżomm kollegament u jiżgura koordinazzjoni max-xogħol tal-BEREC. Hu għandu jwettaq il-kompiti tiegħu/tagħha b'independenza u jkun responsabbli lejn il-Bord ta' Ġestjoni. Il-Maniġer Amministrattiv għandu:

Jieħu l-miżuri neċessarji biex ikun żgurat l-iffunzjonar tal-Uffiċċju, taħt is-superviżjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni;

Jgħin lill-Kumitat ta' Ġestjoni fil-preparazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju u bil-preparazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-Uffiċċju.

Jaġixxi ta' uffiċjal awtorizzanti u jimplimenta l-baġit tal-Uffiċċju taħt is-superviżjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni u jeżerċita u jkun responsabbli lejn l-awtorità baġitarja;

Jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-Uffiċċju taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi;

Jgħin fit-tħejjija tal-aġendi tal-Bord tar-Regolaturi, tal-Kumitat ta' Ġestjoni u tal-gruppi ta' ħidma ta' esperti.

Jgħin fit-tħejjija tal-abbozz ta' rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-BEREC

Jipparteċipa mingħajr ma jkollu d-dritt li jivvota, fil-ħidma tal-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC u tal-Kumitat ta' Ġestjoni;

Ikun il-persuna ta' kuntatt għall-istituzzjonijiet tal-UE, l-assoċjazzjonijiet, il-partijiet ikkonċernati u kwalunkwe parti terza interessata;

Jgħin lill–President fir-rigward tar-relazzjonijiet tal-BEREC mal-istituzzjonijiet tal-UE u jipparteċipa f'avvenimenti fil-livell xieraq b'mandat mill-President.

Il-kriterji għall-għażla

Il-Maniġer Amministrattiv se jintgħażel fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

Għarfien tajjeb ħafna tal-politika u l-prattika regolatorji rilevanti għall-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u esperjenza ta' tmexxija f'dan il-qasam;

Għarfien eċċellenti tal-Istituzzjonijiet tal-UE u kif dawn joperaw u jinteraġixxu u tal-politiki tal-UE u attivitajiet internazzjonali rilevanti għall-attivitajiet tal-BEREC;

Kapaċità ppruvata ta' mmaniġġjar kemm ta' żvilupp ta' politika/strateġija kif ukoll ta' kwistjonijiet amministrattivi;

Esperjenza ta' xogħol f'kariga superjuri

Kapaċità ta' tmexxija u motivazzjoni ta' tim f'kuntest Ewropew, multikulturali u multilingwi;

Kapaċità ta' komunikazzjoni kemm mal-istituzzjonijiet Ewropej kif ukoll mal-pubbliku u ta' kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati (awtoritajiet Ewropej, internazzjonali, nazzjonali u lokali, organizzazzjonijiet internazzjonali, eċċ.);

Għarfien eċċellenti tal-Ingliż bħala lingwa uffiċjali.

Ikun aħjar jekk l-applikant ikollu:

Esperjenza ta' mmaniġġjar baġitarju, finanzjarju u tar-riżorsi umani f'kuntest nazzjonali, Ewropew u/jew internazzjonali;

Kompetenzi eċċellenti ta' komunikazzjoni bil-kitba u bid-diskors u ta' nnegozzjar;

Esperjenza prattika riċenti fi kwistjonijiet regolatorji fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari jekk dawn ikunu akkwistati f'NRA.

Il-kriterji tal-eliġibilità,

Għall-fażi tal-għażla se jkunu kkunsidrati l-applikanti li sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet ikunu ssodisfaw il-kriterji formali li ġejjin li huma:

: L-applikant ikun ċittadin ta' ;

L-applikant għandu jkollu:

livell ta' edukazzjoni li jikkorrospondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikat b'diploma meta l-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun erba' snin jew aktar; jew

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikati minn diploma flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena meta l-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun tal-inqas tliet snin (din is-sena esperjenza professjonali ma tistax tkun inkluża fl-esperjenza professjonali wara l-ewwel grad universitarju mitluba hawn taħt);

L-applikant għandu jkollu għall-inqas 15–il sena esperjenza wara li jkun iggradwa miksuba wara li jkun kiseb il-kwalifiki msemmija hawn fuq;

Mill-15-il sena esperjenza professjonali, l-applikant għandu jkollu mill-inqas ħames snin esperjenza rilevanti diretta miksuba fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

L-applikant għandu jkollu mill-inqas ħames snin esperjenza professjonali miskubin f'kariga maniġerjali.

L-applikant għandu jkun jaf b'mod eċċellenti waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u jkun jaf b'mod sodisfaċenti lingwa oħra.

L-applikant għandu jkun jista' jikkompleta tliet snin sħaħ f'kariga qabel ma jilħaq l-età tal-irtirar. Għal persunal temporanju tal-Komunitajiet Ewropej, l-età tal-irtirar hija ddefinita li hija l-aħħar tax-xahar li fih persuna tilħaq l-età ta' 65 sena.

Indipendenza u dikjarazzjoni ta' interessi

Il-Maniġer Amministrattiv se jintalab jagħmel dikjarazzjoni li jintrabat li jaġixxi b'mod indipendenti favur l-interess pubbliku, kif ukoll dikjarazzjoni tal-interessi li jistgħu jitqiesu ta' ħsara għall-indipendenza tiegħu jew tagħha. L-applikanti għandhom jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu dan fl-applikazzjoni tagħhom.

Proċedura ta' għażla u ta' ħatra

Il-Maniġer Amministrattiv se jintagħżel mill-Kumitat ta' Ġestjoni wara valutazzjoni tal-merti tiegħu u skont kemm ikun/tkun adattat għall-kariga, fuq il-bażi tal-kriterji stipulati hawn fuq.

Qabel il-ħatra, l-applikant magħżul huwa mistenni li jkun mistieden biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb għal mistoqsijiet.

Opportunitajiet indaqs

L-Uffiċċju BEREC japplika politika ta' opportunitajiet indaqs u mingħajr diskriminazzjoni skont l-Artikolu 1(d) tar-Regolamenti tal-Persunal (1).

Il-kundizzjonijiet tal-Impjieg

Il-Maniġer Amministrattiv se jinħatar għall-persunal tal-Uffiċċju bħala aġent temporanju fil-Grad AD 14 skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (2) għal perjodu ta' tliet snin, li jista' jiġġedded/ jiġi estiż darba kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 li jwaqqaf il-BEREC u l-Uffiċċju (3).

Proċedura għall-applikazzjoni

Sabiex l-applikazzjonijiet ikunu validi, l-applikanti għandhom jissottomettu:

1.

ittra li tispjega fil-qosor ir-raġunijiet għalfejn ikunu applikaw għall-kariga; kif ukoll

2.

Curriculum Vitae (CV) preferibbilment abbozzat bl-użu tal-format Europass CV (4). L-applikanti huma espliċitament mitluba jenfasizzaw u jiddeskrivu fil-qosor l-esperjenza u l-għarfien espert tagħhom rilevanti għall-impjieg. Sabiex l-applikazzjonijiet ikunu validi, il-kandidati għandhom jissottomettu wkoll il-formola tal-applikazzjoni mehmuża (disponibbli wkoll fuq is-sit elettroniku EUROPA).http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm

Applikazzjonijiet mhux kompluti se jkunu rifjutati.

Id-dokumenti ta' prova (eż. kopji ċertifikati ta' gradi universitarji/diplomi, referenzi, prova ta' esperjenza, eċċ.) m'għandhomx jintbagħtu f'dan il-punt iżda għandhom jiġu sottomessi iktar tard fil-proċedura jekk ikun mitlub.

Sabiex il-proċess tal-għażla jiġi ffaċilitat, il-korrispondenza kollha mal-applikanti rigward din il-kariga battala se ssir bl-Ingliż.

L-applikazzjonijiet, preferibbilment bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika lil:

INFSO-SELECTIONS-BERECOFFICE@ec.europa.eu

Applikanti li ma jistgħux jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-posta elettronika jistgħu jibgħatuhom b'posta reġistrata jew b'servizz express ta' kurrier:

European Commission

Directorate-General for Information Society and Media

COM/2010/- Post of Administrative Manager BEREC Office

Unit INFSO.R.1 “Human Resources”

Office BU25 — 04/187

B-1049 BRUSSELS

BELGIUM

L-applikanti huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe tibdil fl-indirizz bil-miktub mingħajr dewmien fl-indirizz imsemmi hawn fuq.

Għal iktar tagħrif ikkuntatja:

Lis-Sur Bernd LANGEHEINE Direttur INFSO.B: “Il-Politika dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi”

Tel 32 (0)2 29 91.855

Posta elettronika: Bernd.Langeheine@ec.europa.eu

Lis-Sna Anne BUCHER Direttur “INFSO.R: Riżorsi”

Tel. 32(0) 2 29 93.456

Posta elettronika: Anne.Bucher@ec.europa.eu

Data tal-għeluq

Id-data tal-iskadenza ġeneralment hija xahar wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu jew bil-posta elettronika jew bil-posta reġistrata mhux aktar tard mis-6 ta’ April 2010 (id-data tal-e-mail jew id-data tat-timbru tal-posta għal posta reġistrata).

Applikazzjonijiet mibgħuta b'servizz express ta' kurrier għandhom jaslu fl-istess data sal-17:00 (ħin ta' Brussell) fl-indirizz imsemmi hawn fuq.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li testendi d-data tal-għeluq għal din il-kariga battala permezz ta' pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss.

Informazzjoni importanti għall-applikanti

L-applikanti huma mfakkra li x-xogħol tal-kumitati tal-għażla huwa kunfidenzjali. Huwa projbit li l-applikanti jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-membri ta' dawn il-kumitati jew li kwalunkwe persuna oħra biex jagħmel dan, f'isimhom.

Protezzjoni tad-dejta personali

Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-BEREC se jiżguraw li d-dejta personali tal-applikanti tkun pproċessata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' din id-dejta (5).


(1)  ĠU L 124,27.4.2004, p. 1; http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32004R0723:MT:NOT

(2)  ĠU L 124,27.4.2004, p. 1; http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32004R0723:MT:NOT

(3)  ĠU L 337, 18.12.2009, p.1 — http://eur-lex.europa.eu/JOHtml.do?uri=OJ:L:2009:337:SOM:MT:HTML

(4)  Il-Europass CV jista' jitniżżel minn fuq din il-websajt: http://europass.cedefop.europa.eu/htm/index.htm

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1


 

Image

Image

Image

Image