ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2010.045.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 45E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
23 ta' Frar 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

Parlament Ewropew

 

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 16 ta’ Diċembru 2008

2010/C 045E/01

L-aspetti tal-iżvilupp reġjonali tal-impatt tat-turiżmu f'reġjuni kostali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-aspetti tal-iżvilupp reġjunali tal-impatt tat-turiżmu f’reġjuni kostali (2008/2132(INI))

1

2010/C 045E/02

Il-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali (2008/2129(INI))

9

2010/C 045E/03

Rekwiżiti ta' Kapital (pjan ta' implimentazzjoni)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-abbozz ta’ direttiva tal-Kummissjoni dwar l-emenda ta’ ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-immaniġġjar tar-riskju

15

2010/C 045E/04

Il-Kumpaniji ta' Direttorju Qarrieqa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kumpaniji ta’ direttorju qarrieqa (Petizzjonijiet 0045/2006, 1476/2006, 0079/2003, 0819/2003, 1010/2005, 0052/2007, 0306/2007, 0444/2007, 0562/2007 u oħrajn) (2008/2126(INI))

17

 

Il-Ħamis, 18 ta’ Diċembru 2008

2010/C 045E/05

Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tax-Xogħol (2007-2010)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar Il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tax-Xogħol (2007-2010) (2008/2098(INI))

23

2010/C 045E/06

Tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni — l-Programm ta' ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-għoti ta’ tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni — l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010 (2008/2102(INI))

33

2010/C 045E/07

L-approċċ tal-Kunsill għar-reviżjoni tar-Regolament tal-OLAF
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-approċċ tal-Kunsill għar-reviżjoni tar-Regolament tal-OLAF

39

2010/C 045E/08

L-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri EUROSUR (2008/2157(INI))

41

2010/C 045E/09

L-impatt tal-iffalsifikar fuq il-Kummerċ Internazzjonali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-iffalsifikar fuq il-Kummerċ Internazzjonali (2008/2133(INI))

47

2010/C 045E/10

Ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta’ daqs medju, b’mod partikulari l-mikroentitajiet

58

2010/C 045E/11

L-Att Awtentiku Ewropew
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 ’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Att Awtentiku Ewropew (2008/2124(INI))

60

ANNESS

63

2010/C 045E/12

Il-ġustizzja elettronika
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġustizzja elettronika (2008/2125(INI))

63

ANNESS

66

2010/C 045E/13

Il-protezzjoni legali tal-adulti: implikazzjoniiet transkonfinali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni legali tal-adulti: implikazzjoniiet transkonfinali (2008/2123(INI))

71

ANNESS

73

2010/C 045E/14

Perspettivi ta' żvilupp dwar il-ħolqien tal-paċi u ta' nazzjon wara l-kunflitti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar perspettivi ta’ żvilupp għat-tisħiħ tal-paċi u l-bini tan-nazzjon f’sitwazzjonijiet ta’ wara konflitti (2008/2097(INI))

74

2010/C 045E/15

Żimbabwe
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

86

2010/C 045E/16

Nikaragwa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-attakki kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet ċivili u d-demokrazija fin-Nikaragwa

89

2010/C 045E/17

L-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u l-ġuri tal-qtil ta' Anna Politkovskaya
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u l-ġuri tal-qtil ta’ Anna Politkovskaya

92

 

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis, 18 ta’ Diċembru 2008

2010/C 045E/18

Emenda tal-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar abbozz ta’ emenda għall-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (2008/2320(ACI))

95

ANNESSEMENDA GĦALL-FTEHIMA INTERISTITUZZJONALI TAS-17 TA’ MEJJU 2006 BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI DWAR ID-DIXXIPLINA BAĠITARJA U L-ĠESTJONI FINANZJARJA SODA

96

2010/C 045E/19

Abbozz ta' emenda tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar abbozz ta’ emenda tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u mmaniġġjar finanzjarju sod (2008/2325(INI))

97

 

 

Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 16 ta’ Diċembru 2008

2010/C 045E/20

Ftehim Ewro-Mediterranju UE-Marokk (adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija) ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex jingħata qies tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (13104/2007 COM(2007)0404 — C6-0383/2008 — 2007/0137(AVC))

99

2010/C 045E/21

Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Albanija (adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija) ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (7999/2008 — COM(2008)0139 — C6-0453/2008 — 2008/0057(AVC))

100

2010/C 045E/22

Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Kroazja (adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (15019/2008 — COM(2007)0612 — C6-0463/2008 — 2007/0215(AVC))

100

2010/C 045E/23

Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2008)0347 — C6-0342/2008 — 2008/0121(CNS))

101

2010/C 045E/24

Protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (14533/2008 — C6-0395/2008 — 2007/0192A(CNS))

102

2010/C 045E/25

Protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m’adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom (14533/2008 — C6-0481/2008 — 2007/0192B(CNS))

102

2010/C 045E/26

Salvagwardji meħtieġa minn kumpanniji bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0544 — C6-0316/2008 — 2008/0173(COD))

103

2010/C 045E/27

Eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta' individwi (verżjoni kodifikata) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta’ individwi (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0376 — C6-0290/2008 — 2008/0120(CNS))

104

2010/C 045E/28

In-nefqa fil-kamp veterinarju (verżjoni kkodifikata) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Kunsill dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0358 — C6-0271/2008 — 2008/0116(CNS))

105

2010/C 045E/29

Midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (COM(2008)0514 VOL I — C6-0332/2008 — 2008/0167(CNS))

105

2010/C 045E/30

Midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2183/2004 li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (COM(2008)0514 VOL II — C6-0335/2008 — 2008/0168(CNS))

106

2010/C 045E/31

Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 9/2008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, taqsima III — Kummissjoni (16263/2008 — C6-0462/2008 — 2008/2311(BUD))

107

2010/C 045E/32

Unitajiet ta' kejl ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (11915/3/2008 — C6-0425/2008 — 2007/0187(COD))

108

2010/C 045E/33

L-Istabbiliment ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid) ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid) (11263/4/2008 — C6-0422/2008 — 2007/0163(COD))

109

2010/C 045E/34

Adattament ta' ċerti atti suġġetti għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2006/512/KE — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (Ir-Raba' Parti) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta’ ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Ir-Raba’ Parti (COM(2008)0071 — C6-0065/2008 — 2008/0032(COD))

110

P6_TC1-COD(2008)0032Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — Ir-Raba’ Parti

111

2010/C 045E/35

Il-ħolqien ta' Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE ta1-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (COM(2008)0380 — C6-0248/2008 — 2008/0122(COD))

111

P6_TC1-COD(2008)0122Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

112

ANNESSDIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

112

2010/C 045E/36

Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0419 — C6-0258/2008 — 2008/0141(COD))

112

P6_TC1-COD(2008)0141Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (tfassil mill-ġdid)

113

2010/C 045E/37

Trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità (COM(2007)0765 — C6-0468/2007 — 2007/0279(COD))

113

P6_TC1-COD(2007)0279Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità

114

2010/C 045E/38

L-approvazzjoni ta' tip ta' vetturi bil-mutur u ta' magni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (COM(2007)0851 — C6-0007/2008 — 2007/0295(COD))

114

P6_TC1-COD(2007)0295Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE

115

2010/C 045E/39

L-ERDF, l-ESF u l-Fond ta' Koeżjoni (proġetti li jiġġeneraw dħul) ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Reġjonali Ewropew għall-Iżvilupp, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, fir-rigward ta’ ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul (13874/2008 — C6-0387/2008 — 2008/0186(AVC))

115

2010/C 045E/40

Ir-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2008)0786 — C6-0449/2008 — 2008/0224(CNS))

116

 

L-Erbgħa, 17 ta’ Diċembru 2008

2010/C 045E/41

Enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (COM(2008)0019 — C6-0046/2008 — 2008/0016(COD))

132

P6_TC1-COD(2008)0016Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE

132

ANNESSDIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

132

2010/C 045E/42

Skambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tas-sistema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (COM(2008)0016 — C6-0043/2008 — 2008/0013(COD))

133

P6_TC1-COD(2008)0013Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra

134

ANNESSDIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

134

2010/C 045E/43

L-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra ***I
IRiżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (COM(2008)0017 — C6-0041/2008 — 2008/0014(COD))

135

P6_TC1-COD(2008)0014Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020

135

2010/C 045E/44

Il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (COM(2008)0018 — C6-0040/2008 — 2008/0015(COD))

136

P6_TC1-COD(2008)0015Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006

136

ANNESSDIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

137

2010/C 045E/45

Il-monitoraġġ u t-tnaqqis ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-fjuwils (trasport fit-toroq u tbaħħir intern) ***
IRiżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, id-diżil u n-nafta (gas-oil) u l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu biex ikun hemm monitoraġġ u tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra mill-użu tal-fjuwils għat-trasport fit-toroq u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE, fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil użat minn bastimenti tal-ilmijiet interni u li tirrevoka d-Direttiva 93/12/KEE (COM(2007)0018 — C6-0061/2007 — 2007/0019(COD))

138

P6_TC1-COD(2007)0019Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE

139

ANNESSDIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

139

2010/C 045E/46

Standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi għall-użu ħafif (COM(2007)0856 — C6-0022/2008 — 2007/0297(COD))

139

P6_TC1-COD(2007)0297Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief

140

ANNESSDikjarazzjoni mill-Kummissjoni

140

2010/C 045E/47

L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/88/KE dwar ċerti aspetti tal-arranġament tal-ħin tax-xogħol (10597/2/2008 — C6-0324/2008 — 2004/0209(COD))

141

P6_TC2-COD(2004)0209Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-17 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol

141

2010/C 045E/48

L-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq (COM(2008)0151 — C6-0149/2008 — 2008/0062(COD))

149

P6_TC1-COD(2008)0062Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq

149

ANNESSFORMOLA għan-notifika ta’ reat

160

 

Il-Ħamis, 18 ta’ Diċembru 2008

2010/C 045E/49

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0732 — C6-0393/2008 — 2008/2317(ACI))

163

ANNESSDEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

163

2010/C 045E/50

Il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità, f’konformità mal-punt 27 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0833 — C6-0466/2008 — 2008/2321(ACI))

164

ANNESSDEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità f’konformità mal-punt 27 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

166

2010/C 045E/51

Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 10/2008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 10/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni (16264/2008 — C6-0461/2008 — 2008/2316(BUD))

167

2010/C 045E/52

Abbozz tal-baġit ġenerali 2009 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha) (16257/2008 — C6-0457/2008 — 2008/2026(BUD)) u Ittri ta’ Emenda 1/2009 (SEC(2008)2435 — 13702/2008 — C6-0344/2008), 2/2009 (SEC(2008)2707 — 16259/2008 — C6-0458/2008) u 3/2009 (SEC(2008)2840 — 16260/2008 — C6-0459/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009

168

ANNESSDIKJARAZZJONIJIET MIFTEHMA FIL-LAQGĦA TA’ KONĊILJAZZJONI tal-21 ta’ Novembru 2008 Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament ta’ faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew f’daqqa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw

175

2010/C 045E/53

Konvenzjoni dwar l-Apparat Mobbli u l-Protokoll tagħha dwar apparat użat fl-ajruplani *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni dwar Interessi Internazzjonali fl-Apparat Mobbli u l-Protokoll tagħha dwar affarijiet li jolqtu b’mod speċifiku apparat użat fl-ajruplani, adottata b’mod konġunt f’Cape Town fis-16 ta’ Novembru 2001 (COM(2008)0508 — C6-0329/2008 — 2008/0162(CNS))

180

2010/C 045E/54

Is-Sikurezza tal-ġugarelli ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (COM(2008)0009 — C6-0039/2008 — 2008/0018(COD))

181

P6_TC1-COD(2008)0018Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

182

ANNESSDIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

182

2010/C 045E/55

Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Qafas Ewropew ta’ Referenza ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (COM(2008)0179 — C6-0163/2008 — 2008/0069(COD))

183

P6_TC1-COD(2008)0069Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni Nru 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew ta’ Referenza għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali

183

2010/C 045E/56

Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) (COM(2008)0180 — C6-0162/2008 — 2008/0070(COD))

184

P6_TC1-COD(2008)0070Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni Nru 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)

184

2010/C 045E/57

Sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u arranġamenti finanzjarji kollaterali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu. (COM(2008)0213 — C6-0181/2008 — 2008/0082(COD))

185

P6_TC1-COD(2008)0082Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu

185

2010/C 045E/58

Skemi ta' Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u d-dewma għall-ħlas ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar Skemi ta’ Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u d-dewma għall-ħlas (COM(2008)0661 — C6-0361/2008 — 2008/0199(COD))

186

P6_TC1-COD(2008)0199Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar Skemi ta’ Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u taż-żmien għar-rimbors

186

2010/C 045E/59

Ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta’ żvelar għal kumpaniji ta’ daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati (COM(2008)0195 — C6-0173/2008 — 2008/0084(COD))

187

P6_TC1-COD(2008)0084Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta’ żvelar għal kumpaniji ta’ daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati

187

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta’ konsultazzjoni

**I

Proċedura ta’ konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta’ konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta’ parir konformi

***I

Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta’ kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta’ kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta’ proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


Parlament Ewropew

RIŻOLUZZJONIJIET

Parlament Ewropew

It-Tlieta, 16 ta’ Diċembru 2008

23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/1


L-aspetti tal-iżvilupp reġjonali tal-impatt tat-turiżmu f'reġjuni kostali

P6_TA(2008)0597

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-aspetti tal-iżvilupp reġjunali tal-impatt tat-turiżmu f'reġjuni kostali (2008/2132(INI))

(2010/C 45 E/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar Grupp Ewropew tal-kooperazzjoni territorjali (EGTC) (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar it-twaqqif ta' Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistipula d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-istabbilizzazzjoni ta' qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ambjentali tal-baħar (Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima) (5),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet dimostrattivi (2007 — 2013) (6),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill sabiex tkun adottata Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi fl-ajruporti (7),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Settembru 2000“Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali: strateġija għall-Ewropa” (COM(2000)0547),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2007“Aġenda għal turiżmu Ewropew sostenibbli u kompetittiv” (COM(2007)0621),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Marzu 2006 Tiġdid tal-Politika tal-UE dwar it-Turiżmu: Lejn partenarjat aktar b'saħħtu għat-Turiżmu Ewropew' (COM(2006)0134), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-29 ta' Novembru 2007 dwar dan is-suġġett (8),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2007“Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2007)0575), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Mejju 2008 dwar dan is-suġġett (9),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2008“20 20 sal-2020 — L-opportunità dwar it-tibdil fil-klima għall-Ewropa” (COM(2008)0030),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2006“Lejn Politika Marittima tal-Unjoni għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra” (COM(2006)0275),

wara li kkusidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-14 ta' Diċembru 2007,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta bejn tliet partijiet tal-20 ta' Mejju 2008 bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li tistabbilixxi “Jum Martittimu Ewropew” li jiġi ċċelebrat fl-20 ta' Mejju kull sena,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0442/2008),

A.

billi l-UE għandha sitt makrożoni tax-xtut, dawk mal-Atlantiku, mal-Baltiku, mal-Baħar l-Iswed, mal-Mediterran, mal-Baħar tat-Tramuntana u r-reġjuni l-aktar imbiegħda, u kull wieħed minn dawn għandu r-riżorsi territorjali partikulari tiegħu u kunċett speċifiku tiegħu tat-turiżmu,

B.

billi parti sinifikanti tal-popolazzjoni Ewropea tgħix fil-medda ta' 89,000 km ta' xtut tal-Ewropa kontinentali,

C.

billi l-aċċettazzjoni tad-definizzjoni ta' “żoni tax-xtut” użata fil-kuntest tal-Politika Marittima Ewropea, jiġifieri żoni jew partijiet li jinsabu max-xatt jew sa 50km fl-linja dritta mix-xatt,

D.

billi r-reġjuni tal-kosta jassumu importanza kbira għall-Unjoni Ewropea minħabba l-fatt li fihom jikkonċentraw perċentaġġ sinifikanti ta' attivitajiet ekonomiċi,

E.

wara li kkunsidra d-definizzjoni ta' mmaniġġjar integrat taż-żona tal-kosta u l-irwol li għandu t-turiżmu fl-ilħuq ta' dak l-objettiv,

F.

billi l-iżvilupp pożittiv tar-reġjuni tal-kosta ma jiswiex biss ta' benefiċċju għall-popolazzjoni li tgħix fiż-żoni tal-kosta, imma anki għall-popolazzjoni kollha li tgħix fl-UE,

G.

billi t-turiżmu, li tipikament huwa l-attività prinċipali f'dan ir-reġjuni, u li jikkontribwixxi b'mod pożittiv lejn l-iżvilupp soċjali u ekonomiku f'termini ta' żieda fil-Prodott Gross Domestiku, jista' wkoll ikollu effetti territorjali ħżiena minħabba li l-attività tiddependi mill-istaġuni, l-impjegar ta' ħaddiema mhux kwalifikati, in-nuqqas ta' integrazzjoni bejn ix-xtut u l-partijiet interni tal-pajjiż, in-nuqqas ta' diversifikar ekonomiku jew id-degradazzjoni tal-patrimonju naturali u kulturali,

H.

billi fil-programmi operazzjonali varji għall-2007-2013 m'hemmx referenza speċifika għaż-żoni tal-kosta, u bħala riżultat hemm nuqqas ta' data soċjo-ekonomika u finanzjarja affidabbli u li tista' titqabbel dwar it-turiżmu fix-xtut,

I.

billi, fin-nuqqas ta' data kumparattiva affidabbli dwar it-turiżmu fix-xtut, huwa possibbli li s-saħħa ekonomika tas-settur tkun evalwata anqas milli hi, u dan iwassal għal evalwazzjoni aktar baxxa tal-valur ekonomiku tal-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar u evalwazzjoni aktar għolja tal-irwol tal-investiment fil-kisba ta' dak il-għan,

J.

billi, minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-fondi tal-UE investiti fiż-żoni tal-kosta huwa diffiċili li ssir evalwazzjoni kwantitattiva tal-impatt reali tal-Fondi Strutturali fuq it-turiżmu fil-kosta,

K.

billi t-turiżmu jinsab f'nofs il-politiki varji tal-UE li jaffettwaw b'mod sostanzjali l-kapaċità tiegħu li jikkontribwixxi fil-koeżjoni soċjali u territorjali,

L.

billi, mil-lat kwalitattiv, il-Fondi Strutturali jista' jkollhom impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tar-reġjuni tal-kosta, billi jagħtu nifs ġdid lill-ekonomiji lokali, jistimulaw l-investiment privat u jippromwovu t-turiżmu sostenibbli,

M.

billi l-impatt huwa aktar viżibbli f'postijiet bħal gżejjer żgħar fl-aktar żoni jew żoni tal-kosta imbiegħda fejn it-turiżmu tal-kosta huwa l-attività ekonomika prinċipali,

N.

N billi ż-żoni ta' max-xtut huma influwenzati mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, u jeħtieġu strateġija strutturata li tqis il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom u l-prinċipju ta' sussidjaretà u l-ħtieġa għal proċess ta' teħid ta' deċiżjonijet li japplika l-konsistenza bejn iż-żewġ setturi,

O.

billi, barra minn hekk, ir-reġjuni ta' max-xtut spiss huma wkoll reġjuni mbiegħda bħal gżejjer żgħar, reġjuni mbiegħda jew żoni tal-kosta li jiddependu fuq it-turiżmu li għandhom aċċessibilità limitata fi żmien differenti mill-istaġun l-aktar popolari mat-turisti, fejn il-koeżjoni territorjali teħtieġ il-ħolqien ta' infrastrutturi aħjar u konnessjonijiet aktar regolati ta' trasport bejn il-kosta u l-inħawi ta' ġewwa, kif ukoll titħeġġeġ l-attività ekonomika kontinwa barra l-istaġun l-aktar popolari mat-turisti permezz ta' strateġiji li jiġġeneraw l-investiment għall-kummerċjalizzazzjoni territorjali u l-iżvilupp ekonomiku integrat,

P.

billi ż-żoni ta' max-xtut, minkejja li għandhom problemi simili, m'għandhomx strumenti speċifiċi li jippermettu approċċ strutturat u komunikazzjoni aħjar bejn l-atturi prinċipali, li spiss jaħdmu b'mod indipendenti u maqtugħin minn xulxin,

Q.

billi s-soluzzjonijiet integrati għall-problemi reali jistgħu jinstabu u jiġu implimentati fil-livelli lokali u reġjonali mill-awtoritajiet pubbliċi billi jaħdmu mill-qrib mas-settur privat u jqisu l-interessi ambjentali u komunitarji,

R.

billi l-ħolqien ta' strumenti ta' politika għandhom jgħinu sabiex ikun hemm strateġiji ta' żvilupp aktar integrati u sostenibbli, li jtejbu l-kompetittività tal-ekonomija billi jippreservaw ir-riżorsi naturali u kulturali u jippromwovu mudelli ta' turiżmu etiku,

S.

billi dan jista' jgħin sabiex jinħolqu impjiegi aħjar fiż-żoni ta' max-xtut, jitnaqqas l-element staġjonali u jiġu kkombinati l-għamliet differenti ta' turiżmu u ta' attivitajiet oħra marittimi jew tal-kosta, b'hekk ikun hemm aġġustament fil-fornitura skont id-domanda mistennija u r-rekwiżiti tat-turisti moderni u jkun possibbli li jinħolqu impjiegi speċjalizzati,

T.

billi l-objettiv tal-koperazzjoni territorjali Ewropea stipulat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006, jista' jagħti kontribut effettiv fil-prijoritajiet msemmija hawn fuq, permezz tal-iffinanzjar ta' proġetti ta' koperazzjoni u l-iżvilupp ta' netwerks ta' sħubija bejn il-partijiet interessati fis-settur u ż-żoni tal-kosta, b'enfasi, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza tal-użu tal-Grupp Ewropew tal-kooperazzjoni territorjali, li għalih hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1082/2006, bħala strument għall-ħolqien ta' koperazzjoni kontinwa fil-qasam tal-iżivilupp sostenibbli fir-reġjuni ta' max-xtut, bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba lokali u soċjali,

1.   Jenfasizza li t-turiżmu huwa fattur prinċipali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni tal-UE ta' max-xtut u huwa marbut mill-qrib mal-objettivi tal-istrateġija ta' Liżbona; jenfasizza wkoll li l-objettivi tal-Istrateġija ta' Gothenburg għandhom jitqiesu b'mod aktar rigoruż fir-rigward tal-attivitajiet tat-turiżmu ta' max-xtut;

2.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiddisinjaw strateġiji speċifiċi u pjanijiet integrati fuq il-livell nazzjonali u reġjonali sabiex ikun hemm reazzjoni għan-natura staġjonali tat-turiżmu fiż-żoni tal-kosta u jkun żgurat li jkun hemm impjiegi aktar stabbli u kwalità aħjar tal-ħajja għall-komunitajiet lokali; f'dan il-kuntest jenfasizza l-importanza li l-kummerċ tradizzjonali tal-istaġun jiġi estiż għal attività s-sena kollha permezz tad-diversifikazzjoni tal-prodott u ta' forom alternattivi ta' turiżmu (pereżempju kummerċ, kultura, saħħa, sport, biedja u turiżmu marbut mal-baħar); jinnota li d-diversifikazzjoni tal-prodotti u tas-servizzi tgħin fil-ħolqien ta' tkabbir u impjiegi u tnaqqas l-effetti ambjentali, ekonomiċi u soċjali;

3.   Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema fis-settur, jiġu promossi l-impjiegi ta' kwalità u l-kisba ta' kapaċitajiet, dan ifisser, inter alia, taħriġ xieraq, użu aktar estensiv ta' kuntratti fit-tul, pagi ekwitabbli u diċenti u kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol;

4.   Jirrakkomanda li jkun hemm approċċ integrat lejn it-turiżmu tax-xtut fil-kuntest tal-politiki tal-UE ta' koeżjoni, marittimi, tas-sajd, ambjentali, tat-trasport, tal-enerġija, soċjali u tas-saħħa sabiex jinħolqu sinerġiji u jiġu evitati azzjonijiet inkonsistenti; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqis approċċ integrat bħal dan fit-tkabbir sostenibbli tat-turiżmu fix-xtut, speċjalment b'rabta mal-politika marittima tal-UE, bħala objettiv strateġiku tal-programm ta' ħidma tagħha għall-2010-2015, kif ukoll fil-kuntest ta' reviżjoni ta' nofs terminu tal-qafas finanzjarju għall-2007-2013;

5.   Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li jkun hemm parteċipazzjoni sħiħa tal-awtoritajiet reġjonali u lokali responsabbli għat-turiżmu u għall-iżvilupp reġjonali fiż-żoni tax-xtut kif ukoll tal-isħab ekonomiċi, soċjali u ambjentali fl-istrutturi kollha permanenti mwaqqfa skont dawn il-politiki, u fil-programmi ta' koperazzjoni transkonfinali;

6.   Jenfasizza r-rabta fundamentali bejn struttura li taħdem tajjeb u reġjun turistiku ta' suċċess, u b'hekk jistieden lill-awtoritajiet kompetenti biex ifasslu pjanijiet għall-ottimizzazzjoni tal-infrastruttura lokali, għall-benefiċċju kemm tat-turisti u kemm tar-residenti lokali; fid-dawl ta' dan, jirrakkomanda ħafna li l-Istati Membri ta' mal-kosta jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-proġetti l-ġodda li jtejbu l-infrastruttura, inklużi l-impjanti taż-żejt u faċilitajiet oħra, jinbnew dejjem bl-użu tal-aktar teknoloġiji reċenti, sabiex ikun żgurat tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u fl-emmissjonijiet tal-karbonju u titejjeb l-effiċċjenza tal-enerġija permezz tal-użu ta' għejun ta' enerġija li tiġġedded;

7.   Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jippromwovu ktajjen ta' mobilità sostenibbli li jinvolvu t-trasport pubbliku lokali, kif ukoll il-pisti fejn ikunu jistgħu jsuqu r-roti u l-passaġġi għal min irid jimxi, b'mod partikulari fir-reġjuni transkonfinali tal-kosta, u biex jappoġġjaw l-iskambji ta' prattiki t-tajba;

8.   Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta approċċ olistiku lejn it-turiżmu taż-żoni ta' max-xtut fil-kuntest tal-koeżjoni territorjali tagħha u l-istrateġija tagħha ta' politika marittima integrata, b'mod partikulari għall-gżejjer, l-Istati Membri gzejjer, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u ż-żoni l-oħra ta' max-xtut, b'mod partikulari minħabba li dawn iż-żoni huma dipendenti ħafna mit-turiżmu;

9.   Iħeġġeġ ħafna li l-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkludu t-turiżmu tal-kosta fil-lista ta' prijoritajiet fil-linji gwida strateġiċi għall-perjodu li jmiss ta' programmazzjoni tal-Fondi Strutturali, kif ukoll fost il-politiki tar-reġjuni tal-kosta tal-UE, u sabiex jiddefinixxu strateġija innovattiva li tkun kapaċi tintegra l-offerta tat-turiżmu tal-kosta;

10.   Għalhekk jilqa' l-parteċipazzjoni tar-reġjuni tal-kosta fil-programmi u l-proġetti INTERREG IV B u C li jkopru l-koperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali fil-qasam tat-turiżmu u jistiedinhom sabiex jagħmlu użu effittiv tal-inizjattivi u l-istrumenti tal-UE għar-reġjuni tal-kosta (bħall-Istrateġiji tal-Mediterran u tal-Baħar Baltiku u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed); jirrakkomanda ħafna li l-Kummissjoni tagħmel aktar enfasi fuq ir-reġjuni tal-kosta fil-programmi l-ġodda INTERREG għal-perjodu ta' programazzjoni li jmiss;

11.   Jinnota l-opinjoni tal-Kumitat għar-Reġjuni rigward il-ħolqien ta' fond Ewropew għall-kosta, u jistieden lill-Kummissjoni biex fil-kuntest tal-qafas finanzjarju li jmiss, teżamina metodi ta' koordinazzjoni aħjar tal-istrumenti finanzjarji futuri li jkopru l-ħidma fir-reġjuni tal-kosta;

12.   Jirrakkomanda li jinbena pilastu ta' għarfien bħala parti mill-iżivilupp integrat taż-żoni tal-kosta, billi tinħoloq netwerk Ewropea settorjali fi ħdan l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija msemmi fir-Regolament (KE) Nru 294/2008 u s-Seba' Programm ta' Qafas imsemmi fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE;

13.   Jirrakkomanda li l-Istati Membri ta' max-xtut japplikaw l-approċċ integrat fil-livell tal-programm meta jagħżlu u jwettqu proġetti marbuta max-xtut, jadottaw metodu intersettorjali u jagħtu prijorità lill-ħolqien ta' sħubijiet pubbliċi-privati, sabiex titnaqqas il-pressjoni fuq l-awtoritajiet lokali kkonċernati;

14.   Jilqa' l-prijoritajiet identifikati mill-Kummissjoni għat-turiżmu tal-kosta u marittimu fl-Aġenda msemmija hawn fuq għal Turiżmu Ewoprew Sostenibbli u Kompetittiv; Jissuġġerixxi li l-Portal Ewropew tad-Destinazzjonijiet Turistiċi li nħoloq ftit ta' żmien ilu jista' jinkludi informazzjoni dwar id-destinazzjonijiet u netwerks tal-kosta, speċjalment dawk li huma anqas magħrufa u anqas publiċizzati, bil-għan li jiġu promossi lil hinn mill-fruntieri tal-UE inkluż fuq il-livell reġjonali u lokali;

15.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, b'rabta ma' dan, tirrikonoxxi t-turiżmu kostali u tal-baħar bħala żona ta' eċċellenza għall-2010 fil-kuntest tal-proġett pilota tagħha dwar Destinazzjonijiet Ewropej ta' Eċċellenza;

16.   Jilmenta dwar il-fatt li minħabba n-nuqqas attwali ta' trasparenza f'dak li jirrigwarda n-nefqa tal-UE fiż-żoni tal-kosta, huwa impossibbli li jiġi kwantifikat il-livell ta' investiment jew li jiġi analizzat l-impatt tal-inizjattivi appoġġjati f'dawk ir-reġjuni; f'dan il-kuntest jilqa' l-Green Paper imsemmija hawn fuq dwar id-dispożizzjoni tal-politika marittima futura għall-ħolqien ta' bażi ta' data għal reġjuni marittimi li tinkludi informazzjoni dwar il-benefiċċjarji tal-fondi Komunitarji kollha (inklużi l-Fondi Strutturali) u jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq dan ix-xogħol importanti bla dewmien; jenfasizza l-importanza ta' inizjattiva bħal din fl-iżgurar ta' trasparenza f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tattiva strumenti xierqa biex din id-data tkun disponibbli għal skopijiet analitiċi u ta' statistika u jistieden lill-Istati Membri sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom rigward il-publikazzjoni tal-benefiċċjarji finali b'hekk jipprovdu stampa komprensiva tal-proġetti eżistenti;

17.   Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u r-reġjuni biex flimkien ifasslu katalgu li jinkludi kollox u li jkun disponibbli fuq l-internet, tal-proġetti ffinanzjati fiż-żoni ta' max-xtut biex b'hekk ir-reġjuni jkunu jistgħu jitgħallmu mill-esperjenza tal-oħrajn u l-akkademiċi, il-komunitajiet ta' max-xtut u partijiet oħra interessati jkunu jistgħu jidentifikaw, jippubbliċizzaw u jimmassimizzaw it-trasferiment tal-aħjar prattiki lill-komunitajiet lokali; fid-dawl ta' dan jirrakkomanda t-twaqqif ta' forum fejn il-partijiet interessati jkunu jistgħu jikkuntattaw lil xulxin u jaqsmu bejniethom il-prattiki t-tajba u t-twaqqif ta' grupp ta' rapprenżentanti ta' Stati Membri biex jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni dwar it-turiżmu fil-kosta u jrawwmu l-iskambju ta' esperjenzi fuq il-livell istituzzjonali;

18.   Jistieden lill-Kummissjoni wkoll biex tuża dan il-katalogu internet sabiex il-pubbliku jagħraf il-benefiċċji miġjuba mill-UE fir-reġjuni tal-kosta, b'hekk isir kontribut lejn viżjoni pożittiva tal-iffinanzjar tal-UE u tittejjeb id-dehra tal-UE;

19.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-ġbir kontinwu min-naħa tal-Eurostat ta' bażi ta' data soċjo-ekonomika għar-reġjuni ta' max-xtut tal-UE tinkludi data dwar it-turiżmu li hija affidabbli, uniformi u aġġornata peress li hija essenzjali biex ikun iffaċilitat it-teħid ta' deċiżjonijiet fis-settur pubbliku u jkun possibbli li jsir paragun bejn ir-reġjuni u s-setturi; jirrakkomanda li l-Istati Membri ta' max-xtut jimplimentaw b'urġenza is-Sistema li Tkejjel l-Impatt tat-Turiżmu fuq l-ekonomija nazzjonali fuq bażi annwali (Tourism Satellite Account) fit-territorju tagħhom;

20.   Jenfasizza li hemm rabta mill-qrib bejn l-ambjent u t-turiżmu fiż-żoni ta' max-xtut; u li l-politiki għall-iżvilupp tat-turiżmu għandhom jinkludu miżuri prattiċi konformi ma' politika ġenerali ta' ħarsien u mmaniġġjar ambjentali; għalhekk, jilqa' l-fatt li l-iżvilupp sostenibbli huwa protett fl-Artikolu 17 fir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (dwar il-Fondi Strutturali 2007-2013) bħala wieħed mill-prinċipji prinċipali li japplikaw għall-implimentazzjoni tal-interventi strutturali kollha li l-applikazzjoni tagħhom trid tkun debitament ivverifikata peremzz tal-attivitajiet xierqa ta' monitoraġġ; jirrakkomanda ħafna li tiġi introdotta dispożizzjoni simili fir-Regolamenti għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; jenfasizza l-kontribut importanti ta' dan fit-trawwim tal-ekoturiżmu;

21.   Jenfasizza li r-reġjuni ta' max-xtut huma affettwati b'mod partikulari mill-impatt tal-bdil fil-klima u l-livell tal-baħar li qed jogħla u t-tnawwir tar-ramel, kif ukoll il-frekwenza u s-saħħa tal-maltempati, li dejjem qed jiżdiedu; għalhekk jinsisti li r-reġjuni ta' max-xtut ifasslu pjanijiet ta' riskji u prevenzjoni marbuta mal-bdil fil-klima;

22.   Jenfasizza l-effetti li għandha l-bidla fil-klima fuq it-turiżmu tal-kosta; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni, minn naħa waħda, biex tintegra b'mod loġiku fil-politika tat-trasport u tat-turiżmu l-objettivi Komunitarji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u, min-naħa l-oħra, biex tinkoraġġixxi miżuri li jkollhom il-għan li jħarsu t-turiżmu sostenibbli kontra l-effetti tal-bdil fil-klima;

23.   F'dan il-kuntest jenfasizza l-importanza tal-evalwazzjoni tal-potenzjal tat-turiżmu fil-kontribut lejn il-ħarsien u l-konservazzjoni tal-ambjent; jinnota li t-turiżmu jistgħa joffri metodu faċli biex titqajjem kuxjenza fir-rigward tal-valuri ambjentali permezz ta' azzjoni kollettiva min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali min-naħa waħda u l-operaturi turistiċi u l-managers tal-lukandi u r-ristoranti min-naħa l-oħra; għalhekk iqis li dawn l-isforzi għandhom ikunu iffukati fuq ir-reġjuni ta' max-xtut minħabba l-profil turistiku evidenti;

24.   Jenfasizza l-ħtieġa li fl-iżvilupp tat-turiżmu tkun dejjem żgurata l-protezzjoni tal-fatturi storiċi u t-teżori arkeoloġiċi u ż-żamma tat-tradizzjonijiet u tal-patrimonju kulturali b'mod ġenerali, billi jitrawwem l-involviment tal-komunitajiet lokali;

25.   Jitlob li jkunu awtorizzati inċentivi biex ikun iffavorit l-iżvilupp sostenibbli, ħalli jkunu salvagwardjati l-patrimonju kulturali u naturali u n-nisġa soċjali tar-reġjuni tal-kosta;

26.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-eżekuzzjoni attiva konformi mad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija għall-Ambjent Marittimu tkun kundizzjoni biex jingħata ffinanzjar tal-UE għall-proġetti fiż-żoni ta' max-xtut li għandhom impatt fuq il-baħar;

27.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-istrumenti kollha xierqa għall-evalwazzjoni biex tiżgura li ssir l-implimentazzjoni ta' dan il-prinċipju fiż-żoni ta' max-xtut waqt il-perjodu ta' programmazzjoni attwali, kif ukoll li jkun hemm qsim ta' responsabilitajiet bejn il-livell differenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

28.   Jenfasizza li l-pressjoni fuq iż-żoni tal-kosta minħabba interventi eċċessivi ta' infrastruttura fiżika tagħmel ħsara lill-iżvilupp u l-attrazzjoni tat-turiżmu tal-kosta, filwaqt li dawk l-aspetti jistgħu jitrawwmu permezz ta' servizzi turistiċi ta' kwalità għolja, essenzjali għall-kompetittività reġjonali tal-kosta u l-promozzjoni ta' impjiegi ta' kwalità u tal-kwalifiki; għalhekk jistieden lir-reġjuni tal-kosta biex iħeġġu l-investimenti alternattivi bħall-investimenti f'servizzi bbażati fuq ITC, il-potenzjali ġodda ta' prodotti ta' tradizzjoni lokali u t-taħriġ ta' livell għoli għall-ħaddiema fis-settur turistiku; jistieden ukoll sabiex jitfasslu programmi ta' taħriġ biex jinħoloq grupp ta' ħaddiema kwalifikati li jitrattaw il-komplessità u l-varjetà li dejjem qed tikber tas-settur turistiku;

29.   Jistieden lill-Istati Membri biex ifasslu politiki adegwati rigward l-iżvilupp u l-ippjanar urban li jkunu kompatibbli mal-pajsaġġ tal-kosta;

30.   Jenfasizza li l-kwalità għolja tirrappreżenta l-vantaġġ komparattiv bażiku tal-prodott tat-turiżmu tal-UE; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jenfasizzaw u jsaħħu l-kwalità tas-servizzi turistiċi f'termini ta' sigurtà, infrastruttura wiesgħa u moderna, responsabilità soċjali korporattiva tal-intrapriżi involuti u attivitajiet eknomiċi li jirrispettaw l-ambjent;

31.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-politika għall-gruppi marittimi tinkludi servizzi produttivi u setturi ta' relevanza għat-turiżmu fiż-żoni ta' max-xtut, b'hekk ikun possibbli li jkun hemm interazzjoni li tagħti l-frott fost dawk li jagħmlu użu mill-baħar bħala riżorsa biex iżidu l-kompetittività, is-sostenibilità u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn l-iżvilupp ekonomiku tax-xtut; barra minn hekk iqis li l-faċilitajiet ta' mediċina, ta' benessri, edukattivi, teknoloġiċi u sportivi għandhom ikunu inklużi fis-servizzi taż-żoni ta' max-xtut skont il-gruppi marittimi bħala element prinċipali għall-iżvilupp taż-żoni ta' max-xtut;

32.   Jenfasizza l-importanza tal-aċċessibilità għall-iżvilupp tar-reġjuni tal-kosta; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jiżviluppaw modi biex jiżguraw li jkun hemm konnettività mill-aqwa permezz tat-trasport bl-art, bl-ajru u bil-baħar; itenni l-appell tiegħu lill-istess partijiet interessati biex iżidu l-inċentivi għall-forniment ta' vapuri fil-port min-netwerk tal-art, minħabba l-livell għoli ta' tniġġis fil-baħar f'għadd kbir ta' reġjuni u bliet li għandhom portijiet; jistieden lill-Istati Membri biex janalizzaw il-possibilità li jiġu adottati miżuri bħat-tnaqqis ta' ħlasijiet fl-ajruporti, dejjem skont il-proċedura stabbilita fil-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 msemmija hawn fuq, sabiex tiżdied l-attrazzjoni tal-kompetittività u titrawwem il-kompetittività taż-żoni tal-kosta; għall-istess raġunijiet, jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb ir-rispett tal-istandards ta' sikurezza tal-ajruporti u tal-avjazzjoni, inkluż, meta neċessarju, it-tneħħija ta' mħażen ta' fjuwil fejn l-ajruporti;

33.   Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex jippromwovu l-valorizzazzjoni mill-ġdid tal-portijiet u tal-ajruporti fir-reġjuni tal-kosta u fil-gżejjer, bil-għan li jkunu indirizzati l-ħtiġijiet tat-turiżmu, filwaqt li jitqiesu kif jixraq il-possibilitajiet li jeżistu fil-qasam ambjentali u r-rispett għall-estetika u għall-ambjent naturali;

34.   Jenfasizza li l-koeżjoni territorjali hija kunċett orizzontali li jkopri l-UE kollha, li jista' jtejjeb ir-rabtiet bejn il-kosta u ż-żoni interni tal-pajjiż permezz ta' kumplimentarjetajiet u tal-influwenza reċiproka li diġà jeżistu bejn il-kosta u ż-żoni interni (pereżempju l-konnessjoni tal-attivitajiet tal-kosta mat-turiżmu rurali u urban, it-titjib tal-aċċessibilità għat-turiżmu barra mill-istaġun favorit mat-turisti, l-għoti ta' aktar attenzjoni lill-prodotti lokali filwaqt li titħeġġeġ id-diversifikazzjoni tagħhom); jinnota li l-Green Paper imsemmija hawn fuq dwar il-politika marittima tal-ġejjieni tagħmel referenza għar-reġjuni li huma gżejjer, billi tirrikonoxxi li huma jiffaċċjaw sfidi partikulari ta' żvilupp minħabba d-diżabilitajiet naturali u permanenti tagħhom; jenfasizza li ġeneralment ir-reġjuni tal-kosta jiffaċċjaw problemi simili u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis il-ħtieġa li t-turiżmu tal-kosta jintrabat mal-immaniġġjar integrat taż-żoni tal-kosta u jkun hemm pjanifikazzjoni tal-ispazji għall-ibħra fl-implimentazzjoni fil-ġejjin tal-koeżjoni territorjali;

35.   Iħeġġeġ lill-awtoritajiet reġjonali u lokali taż-żoni ta' max-xtut biex, b'mod simili, jinkoraġġixxu skemi ta' kummerċjalizzazzjoni territorjali integrati flimkien mas-sħab tagħhom fil-kuntest ta' relazzjoni ta' viċinat imsejsa fuq il-baħar u l-art u l-promozzjoni tal-ekwità fl-iżvilupp tat-turiżmu u tal-ivjaġġar, bil-għan li tiżdied il-kompetittività fis-settur tat-turiżmu mingħajr preġudizzju tal-kompetittività globali;

36.   Iħeġġeġ lir-reġjuni ta' max-xtut biex jieħdu sehem fi proġetti għall-koperazzjoni interreġjonali, pereżempju skont it-Tema IV tal-inizjattiva “Reġjuni għall-Bidla Ekonomika”, bil-għan li jinħolqu netwerks ġodda tematiċi ta' turiżmu fiż-żoni ta' max-xtut u jkompli jsir progress f'dawk li diġà jeżistu kif ukoll ikun żgurat li jkun hemm skambju tal-għarfien u tal-aħjar prattiki;

37.   Jirrakkomanda li l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati fuq il-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jaġixxu biex jippromwovu proġetti strateġiċi għat-turiżmu fil-kosta skont il-programmi tagħhom ta' koperazzjoni, billi jipprovdu għajnuna teknika għat-tħejjija ta' proġetti, il-preżenza ta' livelli differenti ta' ffinanzjar għal azzjonijiet bħal dawn u tingħata prijorità lill-użu tal-Fondi Strutturali għall-iżvilupp ta' turiżmu sostenibbli u li jirrispetta l-ambjent fir-reġjuni tal-kosta, kemm għall-qasam ta' Konverġenza u Kompetittività u kemm għal dak tal-Impjiegi; f'dan il-kuntest, jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-operazzjonijiet li għandhom l-għan li jkun hemm jżivlupp fil-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija informatika;

38.   Jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza mill-anqas avveniment speċjali wieħed fis-sena li ġejja, preferibilment fl-20 ta' Mejju, il-Jum Marittimu Ewropew, li jiffoka fuq it-turiżmu fiż-żoni ta' max-xtut bil-għan li tkun iffaċilitata l-komunikazzjoni u jitrawwmu l-kuntatti bejn is-sħab u jsir skambju tal-aħjar prattiki, pereżempju bl-implimentazzjoni tal-mudell integrat ta' mmaniġġjar ta' kwalità tal-UE; f'dan il-kuntest iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha biex jippreżentaw il-proġetti tagħhom, ffinanzjati mill-Komunità, direttament jew indirettament marbuta mat-turiżmu tal-kosta;

39.   Iqis li t-trawwim tat-turiżmu nawtiku, anki permezz tal-promozzjoni ta' attivitajiet marbuta mas-settur, jista' jgħin liċ-ċittadini tal-Unjoni biex jiżviluppaw drawwiet aktar sostenibbli u kuxjenza ekoloġika ogħla; għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex iħeġġu l-investimenti għal dan il-għan fiż-żoni tal-kosta tagħhom;

40.   Barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħejji gwida prattika għall-iffinanzjar tal-UE fil-qasam tat-turiżmu fiż-żoni ta' max-xtut, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jorjentaw ruħhom fil-mument li jfittxu l-fondi;

41.   Jagħraf il-potenzjal kbir ta' kontribut taż-żieda fit-turiżmu tal-kruċieri għall-iżivilupp ta' komunitajiet tal-kosta, sakemm jinstab bilanċ bejn ir-riskji u r-responsabilitajiet u bejn l-ispejjeż fissi għall-investimenti fil-pajjiż u l-flessibilità tal-operaturi tal-kruċieri, billi fl-istess ħin jitqies it-tħassib ambjentali;

42.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja l-komumitajiet tal-kosta biex jiksbu l-aħjar prattiki u jitgħallmu jimmassimizzaw id-dħul għall-komunitajiet lokali mill-valur miżjud iġġenerat mit-turiżmu tal-kruċieri b'mod partikulari, u t-turiżmu fil-kosta b'mod ġenerali;

43.   Jistieden lir-reġjuni ta' max-xtut sabiex iwaqqfu u jappoġġjaw aġenziji reġjonali jew lokali ta' żvilupp li għandhom jgħinu l-professjonisti tan-netwerks, l-istituzzjonijiet, l-esperti u l-amministraturi fl-istess żona u bejn l-Istati Membri u joffru konsultazzjonijiet u informazzjoni lil benefiċjarji potenzjali kemm mis-settur pubbliku u kemm mis-settur privat;

44.   Jirrakkomanda li l-Istati Membri tal-kosta jqisu s-sostenibilità fil-kuntest ta' proġetti ta' koperazzjoni li l-iffinanzjar tagħhom isir wara, mhux biss f'termini finanzjarji imma wkoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontinwità tal-koperazzjoni bejn iż-żewġ sħab u l-interkonnessjoni mas-servizzi lokali rilevanti;

45.   Jirrakkomanda li l-Istati Membri ta' max-xtut jiżguraw li l-proġetti magħżula jkollhom viżibilità għolja u jissimplifikaw il-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-iffinanzjar, bil-għan li jinġibed l-iffinanzjar lejn it-turiżmu tal-kosta u jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta' sħubijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati fis-settur privat, speċjalment l-SMEs; jirrakkomanda li jiġu promossi l-benefiċċji ta' rikreazzjoni tat-turiżmu marittimu u ta' max-xtut fil-kuntest li jkunu żgurati flora u fawna b'saħħithom (jitrawwem l-ekoturiżmu, it-turiżmu marbut mal-ħut, l-osservar tal-baleni, etc); jemmen li dawn l-objettivi jistgħu jingħataw forma fil-Jum Marittimu Ewropew fl-20 ta' Mejju;

46.   Jappella sabiex il-gruppi ambjentalisti, is-setturi ekonomiċi marbuta mal-baħar, l-organizzazzjonijiet kulturali, il-komunità xjentifika, l-entitajiet ċivili u r-residenti lokali jipparteċipaw fl-istadji kollha tal-proġetti, inkluż il-monitoraġġ tagħhom bil-għan li jkunu sostenibbli fuq żmien twil;

47.   Fl-aħħar, jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq evalwazzjoni regolari biex tara sa liema grad l-iffinanzjar Komunitarju fiż-żoni ta' max-xtut qed ikollu impatt fuq l-iżvilupp reġjonali tagħhom, bil-għan li xxerred l-aħjar prattika u tappoġġja netwerks ta' sħubija li jgħaqqdu flimkien partijiet interessati differenti permezz ta' ċentru ta' monitoraġġ għal turiżmu sostenibbli fiż-żoni ta' max-xtut;

48.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kumitat tar-Reġjuni.


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.

(3)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(5)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(6)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(7)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0517.

(8)  ĠU C 297 E, 20.11.2008, p. 184.

(9)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0213.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/9


Il-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali

P6_TA(2008)0598

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali (2008/2129(INI))

(2010/C 45 E/02)

Il-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet tax-xandir bit-televiżjoni (1), u b'mod partikulari l-Premessa 37 tad-Direttiva 2007/65/KE u l-Artikolu 26 tad-Direttiva 89/552/KEE,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 854/2005/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi Programm Komunitarju pluriennali dwar il-promozzjoni ta' użu aktar sigur tal-internet u ta' teknoloġiji online ġodda (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (3),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni ta' minuri u d-dinjità umana u dwar id-dritt għal tweġiba fir-rigward tal-kompetittività tal-industrija Ewropea għas-servizzi awdjoviżwali u informazzjoni on-line (2006/952/KE) (4),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (5),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2007“Approċċ Ewropew għal-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali” (COM(2007)0833),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “Il-pluraliżmu tal-midja fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea” (SEC(2007)0032),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2005“i2010 — Soċjetà Ewropea ta' Informazzjoni għat-Tkabbir u l-Impjieg” (COM(2005)0229),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2002 dwar il-konċentrazzjoni tal-midja (6),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 89/552/KEE (“Televiżjoni mingħajr fruntieri”), kif emendata mid-Direttiva 97/36/KE għall-perijodu 2001-2002 (7),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2006 dwar it-tranżizzjoni minn xandir analogu għal xandir diġitali: opportunità għal politika awdjoviżiva fl-Ewropa u għal diversità kulturali (8),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 għall-kompetenzi interkulturali (9), u dwar sistema Ewropea għall-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali, (10)

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-1982 tal-UNESCO fi Grünwald dwar l-edukazzjoni dwar il-midja,

wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Pariġi tal-UNESCO tas-sena 2007: 12-il rakkomandazzjoni għall-edukazzjoni dwar il-midja,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (Rec(2006)0012) tal-Kumitat tal-Ministri tal-Istati Membri dwar l-għoti ta' setgħa lit-tfal fl-ambjent il-ġdid tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0461/2008),

A.

billi l-midja teffettwa l-ħajja ta' kuljum tas-soċjetà u l-politika u billi konċentrazzjoni għolja tal-midja tista' tipperikola l-pluraliżmu medjatiku; u billi l-litteriżmu medjatiku għalhekk jifforma parti importanti mill-edukazzjoni politika u mill-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini tal-Unjoni,

B.

billi l-forom kollha tal-midja, awdjoviżiva jew stampata, tradizzjonali u diġitali jitħalltu flimkien bir-riżultat ta' konverġenza tal-forom differenti tal-midja mill-aspett tekniku u mill-aspett ta' kontenut, u billi l-midja l-ġdida tal-massa qiegħda tippenetra fl-oqsma kollha tal-ħajja permezz ta' teknoloġiji innovattivi, billi din il-midja l-ġdida titlob lill-utenti biex ikollhom irwol iktar attiv u billi s-Social Communities, il-Weblogs u l-logħob ta' fuq il-kompjuter huma wkoll forom ta' midja,

C.

billi fejn jikkonċerna l-utenti żgħar tal-midja l-internet huwa l-ewwel sors ta' informazzjoni u s-sors prinċipali tagħha; billi l-kompetenzi fl-internet huma adattati għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom bla ma jkunu sistematiċi; billi b'kuntrast, l-adulti jinformaw ruħhom prinċipalment permezz tar-radju, it-televiżjoni, il-gazzetti u r-rivisti; u billi, fl-ambjent medjatiku attwali, għaldaqstant il-litteriżmu medjatiku jgħin biex jiġu sodisfatti l-isfidi li jirriżultaw minn forom ġodda tal-midja — b'mod partikolari l-opportunità li joffru għall-interazzjoni u l-parteċipazzjoni kreattiva — kif ukoll billi jipprovdu l-għarfien meħtieġ għall-midja tradizzjonali, li għadha s-sors prinċipali tal-informazzjoni pubblika,

D.

billi l-teknoloġiji l-ġodda tal-komunikazzjoni jistgħu jibilgħu lill-utent mhux informat f'dinja ta' informazzjoni li mhix differenzjata f'termini ta' relevanza, bl-informazzjoni eċċessiva li potenzjalment tista' tkun problema daqs in-nuqqas ta' informazzjoni,

E.

billi taħriġ xieraq dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika u l-midja li jirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn iżid sewwa l-kapaċità ta' impjieg ta' individwu u ekonomikament iwassal sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' Liżbona,

F.

billi l-aċċess wiesa' għat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni joffri lil kulħadd il-possibilità li jittrażmetti informazzjoni globalment, ħaġa li tfisser li kull membru tal-pubbliku huwa ġurnalist potenzjali, u li tagħmel il-litteriżmu medjatiku bżonn mhux biss biex wieħed jifhem l-informazzjoni imma wkoll biex jiġġenera u jxerred il-kontenut tal-midja, u li l-kompetenzi fil-kompjuter biss ma jwasslux awtomatikament għal iktar litteriżmu medjatiku,

G.

billi, fir-rigward tal-iżvilupp tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni u l-progress lejn it-tixrid tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet (ICT), hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn ir-reġjuni, b'mod partikulari f'zoni mbiegħda u rurali, ħaġa li tippreżenta t-theddida li d-distakk diġitali fl-UE tista' titwessa' iktar,

H.

billi l-iskejjel għandhom rwol fundamentali fit-taħriġ ta' persuni li kapaċi jikkomunikaw u jagħmlu ġudizzju tajjeb, u billi jeżistu differenzi kbar fil-qasam tal-edukazzjoni fil-midja bejn l-Istati Membri u r-reġjuni, kif ukoll sa liema grad it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni huma integrati u użati fl-edukazzjoni, u li l-edukazzjoni fil-midja tista' tingħata primarjament minn għalliema li huma stess ikunu litterati fil-midja u li jkunu ngħataw it-taħriġ neċessarju,

I.

billi l-edukazzjoni tal-midja hija essenzjali biex jintlaħaq livell għoli ta' litteriżmu medjatiku, li huwa parti importanti tal-edukazzjoni politika li tgħin lin-nies biex isaħħu l-atteġġjamenti tagħhom bħala ċittadini attivi u jsiru konxji kemm tad-drittijiet kif ukoll tad-dmirijiet tagħhom; barra minn hekk, billi l-anzjani li jkunu politikament infurmati tajjeb, jiffurmaw bażi ta' soċjetà pluralista u billi, meta jipproduċu l-kontenut u l-prodotti tagħhom tal-midja, l-utenti jiksbu abilitajiet li jgħinuhom jifhmu aħjar il-prinċipji u l-valuri ta' kontenut tal-midja prodott professjonalment,

J.

billi l-ħidma dwar tagħlim fil-midja hija anqas stabbilita fost l-anzjani milli fost iż-żgħażagħ, u billi l-anzjani spiss ikollhom il-biża' u l-inibizzjonijiet fil-konfront tal-mezzi ġodda tal-midja,

K.

billi t-theddidiet għas-sigurtà tad-data personali dejjem qed isiru iktar insidjużi u numerużi, u b'hekk jikkostitwixxu riskju għoli għall-utenti mhux informati;

L.

billi l-litteriżmu medjatiku huwa kwalifika elementari essenzjali fis-soċjetà tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni,

M.

billi l-midja tipprovdi opportunitajiet għall-komunikazzjoni globali u għall-ftuħ lid-dinja, billi dawn huma l-pedamenti ta' soċjetajiet demokratiċi u billi dawn jagħtu għarfien kif ukoll jipprovdu informazzjoni, u billi l-midja diġitali l-ġdida tipprovdi opportunitajiet pożittivi għall-parteċipazzjoni u l-kreattività, u b'hekk ittejjeb l-involviment taċ-ċittadini fil-proċessi politiċi,

N.

billi bħalissa hemm data insuffiċjenti disponibbli biex isiru stqarrijiet preċiżi dwar il-livell ta' litteriżmu medjatiku fl-Unjoni Ewropea,

O.

billi l-importanza deċiżiva tal-litteriżmu medjatiku ġiet enfasizzata wkoll mill-UNESCO, pereżempju fid-Dikjarazzjoni ta' Grünwald dwar l-Edukazzjoni dwar il-Midja (1982) u fl-Agenda ta' Pariġi: 12-il rakkomandazzjoni għall-edukazzjoni dwar il-midja (2007),

Prinċipji bażiċi

1.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar il-litteriżmu medjatiku fl-ambjent diġitali, iżda jinnota l-ħtieġa ta' titjib fl-elaborazzjoni tal-kunċett Ewropew tal-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-inklużjoni tal-midja tradizzjonali u r-rikonoxximent tal-importanza tal-edukazzjoni fil-midja;

2.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-Konklużjonijiet tal-Kunsill “Edukazzjoni, żgħażagħ u kultura” tal-21 u t-22 ta' Mejju 2008; jistenna mill-Istati Membri li jimpenjaw ruħhom bil-qawwa favur il-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku, u jipproponi li l-kumitat ta' kuntatt magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri jissaħħaħ permezz ta' esperti fl-edukazzjoni, kif huwa pprovdut fid-Direttiva 89/552/KEE;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta l-proposta u tiżviluppa pjan ta' azzjoni dwar il-litteriżmu medjatiku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fl-2009 torganizza laqgħa tal-kumitat ta' kuntatt dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja, bil-għan li tiffaċilita l-iskambji tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni effettiva b'mod regolari;

4.   Jitlob lill-awtoritajiet responsabbli mir-regolamentazzjoni tal-komunikazzjoni awdjoviżiva u elettronika biex jikkoperaw fil-livelli varji għat-titjib tal-litteriżmu medjatiku; jagħraf il-bżonn speċjali fil-livell nazzjonali, li jiġu żviluppati kemm kodiċi ta' kondotta u kif ukoll ta' inizjattivi regolatorji komuni; jenfasizza l-bżonn li l-parteċipanti kollha jkunu involuti fil-promozzjoni ta' studju sistematiku u ta' analiżi regolari tal-aspetti u d-dimensjonijiet differenti tal-litteriżmu medjatiku;

5.   Jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tappella għall-Grupp ta' Esperti tal-Litteriżmu Medjatiku anki fil-kuntest tad-diskussjoni dwar l-aspetti relattivi għall-edukazzjoni fil-midja u biex dan iżid il-frekwenza tal-laqgħat u jikkonsulta, fuq bażi regolari, mar-rappreżentanti tal-Istati Membri kollha;

6.   Jinnota li, flimkien ma' dawk li jfasslu l-politika, il-ġurnalisti, ix-xandara tar-radju u tat-televiżjoni u l-kumpaniji tal-midja huma prinċipalment l-entitajiet lokali ż-żgħar bħal-libreriji, iċ-ċentri ta' edukazzjoni għall-adulti, iċ-ċentri kulturali u tal-midja għaċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ avvanzat u l-midja taċ-ċittadini (pereżempju l-midja tal-komunità) li jistgħu jagħtu kontribut attiv biex jippromwovu l-litteriżmu medjatiku;

7.   Jitlob lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 89/552/KEE, biex telabora indikaturi tal-litteriżmu medjatiku bil-perspettiva li l-litteriżmu medjatiku fl-Unjoni Ewropa jiġi żviluppat fuq terminu ta' żmien twil;

8.   Jinnota li l-litteriżmu medjatiku jfisser li wieħed ikollu l-kapaċitajiet li juża l-forom differenti tal-midja b'mod awtonomu, li wieħed jifhem u jevalwa b'mod kritiku l-aspetti differenti tal-midja u l-kontenut tagħhom, li huwa stess jikkomunikahom f'kuntesti differenti u joħloq u jxerred kontenut medjatiku; jinnota madanakollu li, meta jitqiesu l-ħafna sorsi disponibbli, l-iktar importanti hija l-abilità li l-informazzjoni tkun separata b'mod speċjali mill-fluss ta' data u ta' xbihat tal-midja l-ġodda u li din l-informazzjoni tiġi kategorizzata;

9.   Jisħaq li l-litteriżmu medjatiku huwa element bażiku fil-politika tal-informazzjoni tal-konsumatur, tal-għarfien u l-familjarità ma' kwistjonijiet relatati ma' drittijiet intellettwali, il-mobilizzazzjoni u l-parteċipazzjoni demokratika taċ-ċittadini u l-promozzjoni ta' djalogu interkulturali;

10.   Jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex tintensifika l-politika tagħha ta' żvilupp tal-litteriżmu medjatiku b'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni kif ukoll mal-entitajiet kollha lokali u reġjonali u biex issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-UNESCO u mal-Kunsill tal-Ewropa;

Gruppi speċifiċi u għanijiet

11.   Jenfasizza li l-attivitajiet ta' edukazzjoni dwar il-midja għandhom jinkludu liċ-ċittadini kollha — it-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità;

12.   Jinnota li l-kisba tal-litteriżmu medjatiku jibda mid-dar billi wieħed jitgħallem kif jagħżel minn servizzi disponibbli tal-midja billi jisħaq fuq l-importanza f'dan ir-rigward, tal-edukazzjoni medjatika għall-ġenituri li għandhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-abitudni tal-użu tal-midja mit-tfal, u tkompli l-iskola u fit-tagħlim matul il-ħajja, u tissaħħaħ bl-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali, governattivi u regolatorji u bil-ħidma ta' professjonisti u istituzzjonijiet tal-midja;

13.   Jinnota li l-għanijiet tal-edukazzjoni dwar il-midja jikkonsistu fl-imġiba kompetenti u kreattiva fil-konfront tal-midja u tal-kontenut tagħha, l-analiżi kritika tal-prodotti medjatiċi, li wieħed jifhem kif tiffunzjona l-industrija medjatika u l-produzzjoni indipendenti ta' kontenut medjatiku;

14.   Jirrakkomanda li l-edukazzjoni dwar il-midja għandha titfa' dawl fuq l-aspetti ta' drittijiet tal-awtur dwar l-użu tal-midja u l-importanza tal-osservanza tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b'mod partikulari dwar l-internet, kif ukoll dwar is-sigurtà tad-data u tal-privatezza u d-dritt għall-awtodeterminazzjoni ta' informazzjoni; jisħaq fuq il-bżonn li l-utenti litterati l-ġodda tal-midja jkunu konxji mir-riskji potenzjali li jikkonċernaw is-sigurtà tat-teknoloġija tal-informatika u s-sigurtà tad-data personali, u mir-riskji marbuta mal-vjolenza fl-internet;

15.   Jinnota li r-riklamar huwa parti importanti mis-servizzi provduti mill-midja llum; jisħaq li l-litteriżmu medjatiku jgħin biex jipprovdi kriterji għall-evalwazzjoni tal-għodod u tal-prattiki użati fir-reklamar;

Garanzija tal-aċċess għat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

16.   Jistieden lil dawk li jfasslu l-politika Ewropea biex inaqqsu id-distakk diġitali bejn l-Istati Membri u bejn l-ambjent tal-bliet u dak rurali permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u partikolarment permezz tal-istallazzjoni ta' konnessjonijiet broadband fir-reġjuni anqas żviluppati;

17.   Jinnota li l-fatt li jiġi provdut aċċess għall-internet broadband huwa wkoll importanti għas-servizzi ta' interess ġenerali u għandu jkun karatterizzat mill-varjetà, minn livell għoli ta' kwalità u minn prezzijiet li jistgħu jintlaħqu, u jitlob li kull ċittadin ikollu l-possibilità juża konnessjoni broadband bi prezzijiet raġjonevoli;

L-edukazzjoni dwar il-midja fl-iskejjel u bħala parti mill-kontenut fit-taħriġ tal-għalliema

18.   Jenfasizza li l-edukazzjoni dwar il-midja għandha tkun parti mill-edukazzjoni formali li għaliha t-tfal kollha jkollhom aċċess u li tkun parti integrali mis-sillabu fil-livelli kollha tat-tagħlim;

19.   Jitlob li l-litteriżmu medjatiku jsir id-disa' kompetenza prinċipali fil-qafas ta' referenza Ewropew għat-tagħlim matul il-ħajja stipulat fir-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE;

20.   Jirrakkomanda li l-edukazzjoni dwar il-midja, sakemm ikun possibbli, għandha tkun orjentata lejn il-prattika u tkun marbuta mas-suġġetti tal-ekonomija, tal-politika, letterarji, soċjali, artistiċi u mat-tekonoloġija tal-informazzjoni, u jipproponi li din titkompla bil-kreazzjoni ta' suġġett speċifiku tal-“Edukazzjoni tal-Midja” u f'approċċ multidixxiplinari li jintrabat ma' proġetti extrakurrikulari;

21.   Jirrakkomanda li l-istittuzzjonijiet edukattivi jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' prodotti tal-midja (f'paġna stampata, f'forma awdjo jew vidjo tal-midja l-ġodda) b'tali mod li jinvolvu kemm lil min qed jitgħallem u lill-għalliema, bħala mod biex jipprovdu taħriġ prattiku fil-litteriżmu medjatiku;

22.   Jitlob lill-Kummissjoni biex fl-elaborazzjoni msemmija ta' indikaturi għal-litteriżmu medjatiku tinkludi kemm il-kwalità tat-tagħlim fl-iskola kif ukolll it-taħriġ tal-għalliema f'dan il-qasam;

23.   Jinnota li, flimkien mal-kunsiderazzjonijiet edukattivi u tal-politika dwar l-edukazzjoni, it-tagħmir tekniku u l-aċċess għal teknoloġiji ġodda huma wkoll ta' importanza vitali, u jenfasizza li għandu jsir titjib kbir fl-infrastruttura tal-iskejjel sabiex ikun possibbli li t-tfal tal-iskola kollha jkollhom aċċess għall-kompjuters, l-internet u t-tagħlim korrispondenti;

24.   Jenfasizza li l-edukazzjoni dwar il-midja għandha importanza partikolari fl-iskejjel speċjali peress li l-midja għandha funzjoni importanti biex tegħleb ċerti ostakoli ta' komunikazzjoni li jinħolqu meta n-nies ikollhom diżabilità;

25.   Jirrakkomanda li moduli obbligatorji dwar il-pedagoġija tal-midja fil-livelli kollha tat-tagħlim għandhom jiġu integrati fit-taħriġ għall-għalliema, sabiex jiġi żgurat tagħlim intensiv; jitlob għalhekk lill-awtoritajiet nazzjonali relevanti biex jiffamiljarizzaw lill-għalliema tas-suġġetti kollha u f'kull tip ta' skola mal-użu tal-għodod awdjoviżivi tat-tagħlim u mal-problemi marbuta mal-edukazzjoni dwar il-midja;

26.   Jenfasizza l-bżonn għal skambju regolari ta' informazzjoni, ta' prattiki tajbin u, fil-qasam tal-edukazzjoni, ta' metodi pedagoġiċi bejn l-Istati Membri;

27.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tiddedika sezzjoni speċifika mis-suċċessur tal-Programm MEDIA 2007 biex tippromwovi l-litteriżmu medjatiku, peress li l-programm attwali ftit jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku; barra minn hekk jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni li jiġi żviluppat programm ġdid bl-isem “Media Mundus” li jappoġġja l-kooperazzjoni internazzjonai fis-settur awdjoviżiv; jitlob li l-litteriżmu medjatiku jidher b'aktar prominenza fi programmi oħra li huma megħjuna mill-UE, b'mod speċjali t-Tagħlim Tul il-Ħajja, l-e-Twinning, l-Internet aktar Sikur u l-Fond Soċjali Ewropew;

L-edukazzjoni dwar il-midja fost l-anzjani

28.   Jenfasizza li l-ħidma dwar il-midja fost l-anzjani għandha ssir fil-post fejn ikunu jgħixu, bħal, p.e. għaqdiet, djar tal-anzjani, istituzzjonijiet li jieħdu ħsieb l-anzjani, gruppi li jorganizzaw passatempi u l-ħin liberu, inizjattivi jew gruppi fejn jiltaqgħu l-anzjani;

29.   Jinnota li n-netwerks diġitali fuq kollox joffru lill-anzjani l-possibilità li jieħdu sehem b'mod komunikattiv fil-ħajja ta' kuljum u jippreservaw l-awtonomija tagħhom għall-iktar żmien twil possibbli;

30.   Jinnota li t-tipi differenti ta' ambjent li fih jgħixu persuni anzjani u l-oqsma varji tagħhom ta' esperjenza, kif ukoll il-mod kif huma nnifishom jużaw il-midja, għandhom jitqiesu fl-edukazzjoni dwar il-midja mmirata għalihom;

*

* *

31.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.

(2)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.

(4)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 72.

(5)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(6)  ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 205.

(7)  ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 117.

(8)  ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 120.

(9)  ĠU C 141, 7.6.2008, p. 14.

(10)  ĠU C 140, 6.6.2008, p. 8.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/15


Rekwiżiti ta' Kapital (pjan ta' implimentazzjoni)

P6_TA(2008)0607

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni dwar l-emenda ta' ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-immaniġġjar tar-riskju

(2010/C 45 E/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (riformulazzjoni) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 150(1) tagħha,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni dwar l-emenda ta' ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-immaniġġjar tar-riskju,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-1 t'Ottubru 2008 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma' istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta' fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (COM(2008)0602) (proposta ta' Reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (COM(2008)0704) (proposta għal Regolament dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu),

wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(2) u (4)(b) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.

billi l-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għal reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (CRD),

B.

billi l-Kummissjoni ressqet ukoll abbozz ta' direttiva li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-immaniġġjar tar-riskju, li tinkludi dispożizzjoni rigward l-iżvelar mill-Istituzzjonijiet Esterni tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAIs),

C.

billi l-Kummissjoni sussegwentement ressqet il-proposta tagħha għal Regolament dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (CRA),

D.

billi l-obbligi tal-iżvelar u t-trasparenza mill-ECAIs u l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu għandhom ikunu ttrattati b'mod koerenti u konsistenti,

E.

billi l-obbligi tal-iżvelar relatati mal-ECAIs proposti mill-Kummissjoni jmorru lil hinn mill-aġġustament tekniku u għalhekk jirrikjedu kunsiderazzjoni xierqa mill-Parlament u għandhom ikunu ttrattati bi qbil mal-proċedura ta' kodeċiżjoni,

F.

billi tali koerenza u konsistenza u l-kunsiderazzjoni xierqa mill-Parlament jirrikjedu li d-dispożizzjoni rigward l-iżvelar relatata mal-ECAIs tkun ittrattata, bi qbil mal-proċedura ta' kodeċiżjoni, fil-qafas tal-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (CRD) jew f'dak tal-proposta għal Regolament dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (CRA),

G.

billi l-Parlament jappoġġa l-emendi tekniċi l-oħra,

1.   Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' Direttiva tal-Kummissjoni li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-immaniġġjar tar-riskju;

2.   Iqis li l-abbozz ta' Direttiva tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fid-Direttiva 2006/48/KE;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tirtira l-abbozz ta' miżura u tressaq wieħed ġdid quddiem il-Kumitat;

4.   Jipproponi li l-abbozz ta' direttiva jkun emendat kif ġej:

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

MODIFIKA

Modifika 1

Abbozz ta' direttiva — att li jemenda

Artikolu 1 — punt 3

Direttiva 2006/48/KE

Anness VI — Parti 2 — punt 7

(3)

Fil-Parti 2 tal-Anness VI, il-punt 7 qed jitbiddel b'dan li ġej:

imħassar

“7.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-prinċipji tal-metodoloġija użata mill-ECAI għall-formulazzjoni tal-valutazzjonijiet ta' kreditu tagħha jkunu disponibbli għall-pubbliku sabiex l-utenti potenzjali kollha jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk dawn il-valutazzjonijiet humiex idderivati b'mod raġonevoli. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fir-rigward ta' valutazzjonijiet tal-kreditu relatati ma' pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni, l-ECAI hija impenjata tipproduċi, fuq bażi kontinwa, tagħrif fil-qosor dwar l-istruttura tat-tranżazzjoni, ir-rendiment tal-assi maqsumin u kif dan jaffettwa l-valutazzjoni tal-kreditu tagħha. Dan it-tagħrif fil-qosor għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu kollha bl-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu għall-għanijiet tal-Artikolu 96 .”

 

5.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/17


Il-Kumpaniji ta' Direttorju Qarrieqa

P6_TA(2008)0608

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-kumpaniji ta' direttorju qarrieqa (Petizzjonijiet 0045/2006, 1476/2006, 0079/2003, 0819/2003, 1010/2005, 0052/2007, 0306/2007, 0444/2007, 0562/2007 u oħrajn) (2008/2126(INI))

(2010/C 45 E/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Petizzjonijiet 0045/2006, 1476/2006, 0079/2003, 0819/2003, 1010/2005, 0052/2007, 0306/2007, 0444/2007, 0562/2007 u oħrajn,

wara li kkunsidra d-dibattiti li saru fi ħdan il-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet dwar Petizzjoni 0045/2006 u oħrajn,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar riklamar qarrieqi u riklamar komparattiv (verżjoni kodifikata) (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (id-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Inġusti) (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur) (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar l-inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (4),

wara li kkunsidra l-istudju intitolat “Prattiki qarrieqa ta' ‘kumpaniji tad-direttorju’ fil-kuntest ta' leġiżlazzjoni tas-suq intern attwali u fil-futur immirata lejn il-ħarsien tal-konsumaturi u l-SMEs” (IP/A/IMCO/FWC/2006-058/LOT4/C1/SC6), ikkummissjonat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 192(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0446/2008),

A.

billi l-Parlament irċieva aktar minn 400 petizzjoni minn intrapriżi żgħar (li jirriflettu biss frazzjoni tan-numru tagħhom) li jsostnu li kienu vittmi ta' riklamar qarrieqi minn kumpaniji tad-direttorju kummerċjali u li sofrew, b'konsegwenza, stress psikoloġiku, sentimenti ta' ħtija, mistħija u frustrazzjoni u kif ukoll telf finanzjarju,

B.

billi dawn l-ilmenti jirriflettu tendenza mifruxa u miftehma ta' prattiki kummerċjali qarrieqa min-naħa ta' ċerti kumpaniji ta' direttorju kummerċjali li jaffettwaw eluf ta' intrapriżi li huma organizzati b'mod transkonfinali u li b'hekk jinvolvu attività f'żewġ Stati Membri jew aktar fi ħdan l-Unjoni Ewropea u lilhinn minnha, b'impatt finanzjarju sinifikanti fuq tali intrapriżi, u billi m'hemm ebda mekkaniżmu amministrattiv jew strument legali li jippermettu lill-aġenziji nazzjonali tal-infurzar tal-liġi li jħadmu flimkien b'mod transkonfinali effiċjenti u effittiv,

C.

billi l-karattru qarrieqi ta' dawn il-prattiki isir aktar ovvju meta jkunu ta' natura elettronika u jinfirxu permezz tal-internet (ara l-Petizzjoni Nru 0079/2003),

D.

billi l-prattiki kummerċjali li dwarhom saru ilmenti jikkonsistu tipikament minn stedinamagħmula minn kumpanija ta' direttorju kummerjċali, l-aktar permezz tal-posta, lill-intrapriżi li tistiedenhom jimlew, jew jaġġornaw, l-isem kummerċjali tagħhom u d-dettalji ta' kuntatt, u li tagħtihom l-impressjoni falza li dawn ser jiġu elenkati f'direttorju kummerċjali mingħajr ħlas; billi l-firmatarji aktar tard jiskopru li, mingħajr ma kienu jafu, jkunu ffirmaw kuntratt li normalment jorbothom għal minimu ta' tliet snin, sabiex jiġu elenkati fid-direttorju kummerjċal bi ħlas ta' madwar EUR1,000 fis-sena,

E.

billi l-formoli użati fi prattiki simili huma ambigwi u diffiċli li wieħed jifimhom u jagħtu l-impressjoni żbaljata ta' elenkar mingħajr ħlas f'direttorju kummerċjali meta fil-fatt jonsbu lill-intrapriżi f'kuntratti mhux mixtieqa għal riklamar f'direttorji kummerċjali,

F.

billi la l-leġiżlazzjoni speċifika tal-UE u lanqas dik nazzjonali ma teżisti fl-Istati Membri rigward kumpaniji tad-direttorju fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn intrapriżiu billi l-Istati Membri għandhom id-diskrezzjoni li jintroduċu leġiżlazzjoni aktar komprensiva u wiesgħa,

G.

billi d-Direttiva 2006/114/KE tapplika wkoll għat-tranżazzjonijiet bejn intrapriżi u tiddefinixxi “riklamar qarrieqi” bħala “kull riklamar li, bi kwalunkwe mod, inkluża l-preżentazzjoni tiegħu, iqarraq, jew jista' jqarraq, bil-persuni li lejhom dan ikun indirizzat jew li jirċevuh u li, minħabba n-natura qarrieqa tiegħu, jista' jaffettwa l-imġiba ekonomika tagħhom jew li, għal dawk ir-raġunijiet, jagħmel ħsara jew jista' jagħmel ħsara lil xi kompetitur”; billi madankollu l-interpretazzjonijiet differenti ta' x'inhu “qarrieqi” jidher li huma ostakolu prattiku ewlieni fil-ġlieda kontra prattiki bħal dawn ta' kumpaniji tad-direttorju f'relazzjonijiet bejn intrapriżi,

H.

billi d-Direttiva 2005/29/KE tipprojbixxi l-prattika li “fil-materjal ta' riklamar tiġi inkluża kont jew dokument simili li jirrikjedi ħlas li jagħti lill-konsumatur l-impressjoni li huwa diġà ordna l-prodott riklamat meta fil-fatt dan ma jkunx minnu”; iżda billi din id-Direttiva ma tapplikax għal prattiki qarrieqa bejn l-intrapriżi u għalhekk, fil-forma attwali tagħha ma tistax tgħin lill-petizzjonanti; billi madankollu din id-Direttiva ma tipprekludix sistema ta' regoli nazzjonali dwar prattiki kummerċjali mhux ġusti li hija applikabbli ugwalment skont iċ-ċirkustanzi kollha għal konsumaturi u intrapriżi,

I.

billi d-Direttiva 2005/29/KE ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jestendu l-applikazzjoni tagħha wkoll għall-intrapriżi kummerċjali permezz tal-liġi nazzjonali; billi, madanakollu, dan iwassal għal livelli differenti ta' ħarsien għal intrapriżi li huma vittmi ta' prattiki qarrieqa minn kumpaniji ta' direttorju kummerjċali fi Stati Membri differenti,

J.

billi r-Regolament (KE) 2006/2004 jiddefinixxi “ksur intra-Komunitarju” bħala “kwalunkwe att jew omissjoni kuntrarji għal-liġijiet li jħarsu l-interessi tal-konsumatur … li jagħmlu ħsara, jew hemm ċans li jagħmlu ħsara, lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi li jgħixu fi Stat Membru jew Stati Membri differenti minn dak li fih ikun sar l-att jew l-omissjoni; jew fejn il-bejjiegħ jew il-fornitur responsabbli jkunu stabbiliti; jew fejn jinstabu l-evidenza jew l-assi li jappartjenu għall-att jew għall-omissjoni”; billi madankollu din id-Direttiva ma tapplikax għal prattiki qarrieqa bejn in-negozji u għalhekk, fil-forma attwali tagħha mhix effiċjenti biex tgħin lill-petizzjonanti,

K.

billi ħafna mill-petizzjonanti jsemmu lid-direttorju kummerjċali magħruf bħala “European City Guide” (l-attivitajiet ta' dan id-direttorju kienu suġġett għall-azzjoni legali u amministrattiva), iżda jissemmew ukoll kumpaniji ta' direttorju kummerċjali oħrajn bħal “Construct Data Verlag”, “Deutscher Adressdienst GmbH” u “NovaChannel”; billi, madanakolli, kumpaniji ta' direttorji kummerċjali oħrajn iwettqu prattiki kummerjċali leġittimi,

L.

billi l-miri ta' dawn il-prattiki kummerċjali qarrieqa huma, fil-parti l-kbira tagħhom, intrapriżi żgħar iżda jinkludu wkoll professjonisti u anke entitajiet li ma jaħdmux għall-profitt, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, karitajiet, skejjel u libreriji u għaqdiet soċjali lokali bħal baned,

M.

billi ta' spiss il-kumpaniji tad-direttorju kummerċjali jkunu stabbili fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn tinstab il-vittma, u għalhekk ikun diffiċli għall-vittma li tfittex il-ħarsien tal-awtoritajiet nazzjonali minħabba l-eżistenza ta' interpretazzjonijiet differenti mill-Istati Membri ta' x'jitqies bħala qarrieqi; billi l-vittmi spiss ukoll ma jsibu ebda rimedju mill-awtoritajiet nazzjonali għall-ħarsien tal-konsumatur għaliex jiġu infurmati li l-liġi hija intenzjonata biex tipproteġi lill-konsumaturi u mhux lill-intrapriżi; billi minħabba l-fatt li jkunu intrapriżi żgħar, ħafna mill-vittmi spiss ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex ifittxu rimedju effettiv permezz ta' tilwima, u billi mekkaniżmi awtoregolatorji għad-direttorji ftit huma ta' rilevanza billi dawk involuti fir- riklamar qarrieqi ma jagħtux kashom,

N.

billi l-vittmi ta' dawn il-prattiki jisfaw imfittxija b'mod rigoruż mill-kumpaniji tad-direttorju kummerjċali nfushom jew anke minn aġenziji għall-ġbir tad-dejn imqabbda minnhom; billi l-vittmi jilmentaw li jħossuhom inkwetati u mhedda minn dawn l-avvanzi u li ħafna minnhom spiss jispiċċaw iħallsu kontra qalbhom biex jevitaw aktar fastidju,

O.

billi l-vittmi li rrifjutaw li jħallsu rarament ittelgħu l-qorti, b'xi ftit eċċezzjonijiet,

P.

billi numru ta' Stati Membri adottaw inizjattivi, partikolarmentta' natura ta' sensibiliżżazzjoni, fost kumpaniji potenzjalment affettwati u billi dan jinkludi l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, pariri, l-avvżar tal-awtoritajiet ta' infurzar u f'xi każi iż-żamma ta' reġistru ta' ilmenti sabiex din il-problema tiġi ttrattata,

Q.

billi l-Awstrija ilha li bidlet il-liġi tagħha dwar il-Prattiċi Kummerċjali Inġusti mill-2000 u l-Artikolu 28a tagħha issa jipprovdi li: “Għandu jkun projbit li wieħed jirreklama, fil-qasam tal-kummerċ u bil-għan ta' kompetizzjoni, għal reġistrazzjoni f'direttorji, bħal paġni s-sofor, id-direttorju tat-telefon jew listi simili, permezz ta' formoli ta' ħlas, formoli ta' money order, kontijiet, offerta ta' korrezzjoni jew meżżi simili jew li wieħed joffri reġistrazzjonijiet simili mingħajr ma jiddikkjara b'mod mhux ekwivoku u b' mezzi ċari u grafiċi li dan ir-riklamar huwa biss offerta ta' kuntratt”,

R.

billi prattiki simili ilhom jiġu applikati għal numru ta' snin, u ħolqu numru kbir ta' vittmi u kellhom impatt finanzjarju sinifikanti u ta' ħsara fis-suq intern,

1.   Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-problema li qajmu l-petizzjonanti, li tidher li problema mifruxa u ta' natura transkonfinali u li għandha impatt finanzjarju sinifikanti, speċjalment fuq intrapriżi żgħar;

2.   Jikkunsidra li n-natura transkonfinali ta' din il-problema timponi d-dmir fuq l-istituzzjonijiet Komunitarji sabiex jipprovdu rimedju xieraq lill-vittmi, sabiex l-validità tal-kuntratti ffirmati fuq il-bażi ta' riklamar qarrieqi tkun tista' tiġi kkontestata, imħassra jew termina, u li vittmi simili jkunu jistgħu jitolbu rimbors tal-flus imħallsa minnhom;

3.   Iħeġġeġ lill-vittmi sabiex jirrapportaw każijiet ta' ingann kummerċjali lill-awtoritajiet nazzjonali, u jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu lill-intrapriżi ż-żgħar u dawk ta' daqs medju bl-għarfien meħtieġ għat-tressiq ta' lmenti ma' awtoritajiet governattivi u mhux governattivi, billi jiżguraw li t-toroq ta' komunikazzjoni huma miftuħa u li l-vittmi jkunu jafu li qabel ma jħallsu l-ammonti mitluba lilhom minn kumpaniji ta' direttorju kummerċjali qarrieqa, teżisti il-possibilità li jieħdu parir għal gwida xierqa; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu u jżommu bażi ta' data ċentralizzata ta' dawn l-ilmenti;

4.   Jesprimi dispjaċir li, minkejja n-natura mifruxa ta' dawn il-prattiki, l-liġijiet nazzjonali u tal-UE ma jidhrux li huma adegwati biex jipprovdu mezz sinifikattiv ta' ħarsien u ta' rimedju effettiv jew mhux qed jiġu infurzati kif suppost fil-livell nazzjonali; jesprimi dispjaċir li l-awtoritajiet nazzjonali jidhru li mhumiex kapaċi joffru rimedju;

5.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi li għamlu organizzazzjonijiet kummerċjali Ewropej u nazzjonali sabiex jissensibiliżżaw lill-membri tagħhom u jistedinhom jintensifikaw l-iforzi tagħhom f'kollaborazzjoni ma' organizzazzjonijiet ta' livell lokali ħalli qabel xejn ikun hemm anqas vittmi ta' kumpaniji ta' direttorji kummerċjali qarrieqa; jesprimi tħassib li xi wħud minn dawn l-organizzazzjonijiet konsegwentement ġew mtella' l-qorti fuq il-bażi ta' malafama allegata jew akkużi simili mill-kumpaniji ta' direttorji kummerċjali qarrieqa msemmija fl-attivitajiet ta' sensibiliżżazzjoni;

6.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjoni li ħadu ċerti Stati Membri fosthom l-Italja, Spanja, l-Olanda, il-Belġju u r-Renju Unit, iżda l-aktar l-Awstrija, sabiex jippruvaw jevitaw li kumpaniji ta' direttorji kummerċjali qarrieqa jwettqu dawn il-prattiki qarrieqa; jikkunsidra, madanakollu, li dawn l-isforzi għadhom mhux biżżejjed u li għad hemm ħtieġa għall-koordinazzjoni ta' kontroll fil-livell internazzjonali;

7.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-isforzi tagħhom, b'kooperazzjoni sħiħa mal-organizzazzjonijiet nazzjonali u Ewropej li jirrapreżentaw l-intrapriżi, sabiex iqajmu kuxjenza dwar din il-problema sabiex aktar persuni jiġu infurmati u jkunu jistgħu jevitaw riklamar qarrieqi li jista' jdaħħalhom f'kuntratti ta' riklamarmhux mixtieqa;

8.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tindirizza l-problema ta' ingann kummerċjali fil-kuntest tal-inizjattiva tagħha dwar l-“Att dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar għall-Ewropa”, kif propost fil-komunikazzjoni tagħha bit-titolu “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21”, u biex tikkopera man-Network ta' Intrapriżi tal-Ewropa, in-network SOLVIT u l-portali tad-Direttorati Ġenerali rilevanti bħala mezz ieħor ta' forniment ta' informazzjoni u għajnuna rigward dawn il-problemi;

9.   Jesprimi dispjaċir li d-Direttiva 2006/114/KE, li tapplika għal tranżazzjonijiet bejn intrapriżi bħal f'dan il-każ, tidher li jew mhix biżżejjed biex tipprovdi rimedju effettiv jew mhix qed tiġi infurzata kif jixraq mill-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta sa Diċembru 2009 dwar il-fattibilità u l-konsegwenzi possibbli tal-emendar tad-Direttiva 2006/114/KE b'mod li jinkludi lista “sewda” jew “griża” ta' prattiki li għandhom jitqiesu bħala qarrieqa;

10.   Ifakkar li, filwaqt li l-Kummissjoni m'għandha ebda saħħa li tinforza d-Direttiva 2006/114/KE kontra individwi jew kumpaniji, din għandha d-dmir, bħala gwardjana tat-Trattat, li tiżgura li d-Direttiva tiġi implimentata b'mod adegwat u effettiv mill-Istati Membri; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jitrasponu b'mod sħiħ u effettiv id-Direttiva 2005/29/KE sabiex il-ħarsien ikun garantit fl-Istati Membri kollha, u biex tinfluwenza l-forma tal-għodod legali u proċedurali disponibbli, kif fil-każ tad-Direttiva 84/450/KEE, li provdiet għodod lill-Awstrija, lill-Spanja u lill-Olanda, b'hekk tkun għamlet id-dover tagħha bħala gwardjana tat-Trattat f'termini ta' ħarsien ta' intrapriżi waqt li tiżgura li d-dritt ta' stabbiliment u li tipprovdiservizz ma jkunx ostakolat;

11.   Jitlob lill-Kummissjoni sabiex iżżid il-monitoraġġ tagħha tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/114/KE, l-aktar f'dawk l-Istati Membri fejn huwa magħruf li huma ibbażati kumpaniji ta' direttorji kummerjċali qarrieqa, iżda b'mod partikolari fi Spanja, fejn il-kumpanija ta' direttorju kummerċjali li l-aktar tissemma mill-petizzjonanti hija stabbilita, u fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovakkja fejn il-qrati taw sentenzi kontra l-vittmi b'mod li jqumu dubbji dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/114/KE f'dawk il-pajjiżi; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-Parlament dwar is-sejbiet tagħha;

12.   Jesprimi dispjaċir li d-Direttiva 2005/29/KE ma tkoprix it-tranżazzjonijiet bejn intrapriżi u li l-Istati Membri jidhru li qegħdin joqgħodu lura milli jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tagħha; jinnota, madanakollu, li l-Istati Membri jistgħu unilateralment jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi nazzjonali tagħhom dwar konsumatur għat-tranżazzjonijiet bejn intrapriżi u jħeġġiġhom b'mod attiv biex jagħmlu dan u wkoll biex jiżguraw koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 sabiex ikun possibbli li jkunu individwati attivitajiet transkonfinali mwettqa minnt kumpaniji ta' direttorju kummerċjali stabbiliti fi ħdan l-UE jew f' pajjiż terz; barra minn dan, jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta sa Diċembru 2009 dwar il-fattibilità u l-konsegwenzi possibbli ta' estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE biex tkopri kuntratti bejn intrapriżi billi jittieħed kont partikolari tal-punt 21 tal-Anness I tagħha;

13.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-eżempju li tat l-Awstrija, li introduċiet projbizzjoni speċifika fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha dwar id-direttorji kummerċjali qarrieqa, u jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tan-natura transkonfinali ta' din il-problema, biex tipproponi leġiżlazzjoni biex testendi l-iskop tad-Direttiva 2005/29/KE, ibbażata fuq il-mudell Awstrijak, b'mod li speċifikament tipprojbixxi r-riklamar f'direttorji kummerjċali sakemm il-klijenti prospettivi ma jkunux infurmati b'mod mhux ekwivoku u b' mezzi ċari u grafiċi li tali riklamar huwa maħsub biss bħala offerta ta' kuntratt bi ħlas;

14.   Jinnota li l-liġi nazzjonali ta' spiss mhix adegwata sabiex wieħed ifittex rimedji kontra kumpaniji ta' direttorji kummerċjali li huma bbażati fi Stati Membri oħrajn u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita aktar kooperazzjoni transkonfinali attiva fost l-awtoritajiet nazzjonali sabiex tippermettilhom jipprovdu rimedju aktar effettiv lill-vittmi;

15.   Jesprimi dispjaċir li r-Regolament (KE) 2006/2004 mhux applikabbli għal tranżazzjonijiet bejn intrapriżi u għalhekk ma tistax tintuża bħala mezz ta' ġlieda kontra d-direttorji kummerċjali qarrieqa; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi leġiżlazzjoni biex testendi l-applikazzjoni tagħha biex tkopi dawn it-tranżazzjonijiet;

16.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-eżempju tal-Belġju, fejn dawk kollha affetwati minn prattiki qarrieqa jistgħu jieħdu azzjoni legali fil-pajjiż tar-residenza tagħhom;

17.   Jinnota li l-esperjenza Awstrijaka turi li d-dritt ta' vittmi li jkollhom azzjoni legali kollettiva meħuda kontra kumpaniji tad-direttorju minn għaqdiet tal-kummerċ jew entitajiet simili tidher li hi rimedju effettiv li jista' jkun replikat fl-inizjattivi meqjusa bħalissa mid-Direttorat Ġenerali għal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni rigward azzjonijiet għal danni minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE u mid- Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi rigward rimedju kollettiv fil-livell tal-UE għall-konsumaturi;

18.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-vittmi ta' riklamar qarrieqi jkollhom awtorità nazzjonali identifikabbli li quddiema jistgħu jressqu lment u li permezz tagħha jistgħu jfittxu rimedju anke f'każijiet bħal dawn, fejn il-vittmi ta' riklamar qarrieqi huma intrapriżi;

19.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa linjigwida dwar l-aħjar prattiki għall-aġenziji nazzjonali ta' infurzar biex dawn ikunu jistgħu jsegwuhom meta jiġu ppreżentati b' każijiet ta' riklamar qarrieqi;

20.   Jistieden lill-Kummissoni sabiex tfittex kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti sabiex kumpaniji ta' direttorji kummerċjali qarrieqa bbażati f'pajjiżi terzi ma jagħmlux ħsara lil intrapriżi bbażati fl-Unjoni Ewropea;

21.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti Istati Membri.


(1)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

(2)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(3)  ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 51.


Il-Ħamis, 18 ta’ Diċembru 2008

23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/23


Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tax-Xogħol (2007-2010)

P6_TA(2008)0624

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tax-Xogħol (2007-2010) (2008/2098(INI))

(2010/C 45 E/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 18, 136, 145, 149 u 150 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2007 bl-isem ta' ”Il-mobilità, strument għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar: Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tal-Impjiegi (2007-2010)” (COM(2007)0773),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet tal-liberta' tal-moviment u tar-residenza taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familji tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass) (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 tal-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal raqshom u għal membri tal-familja tagħom li jispustaw ruħhom fil-Komunità (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familja tagħom li jispustaw ruħhom fil-Komunità (5),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2007 bl-isem ta' “Lejn Prinċipji Komuni ta' Flessigurtà: Aktar impjiegi u impjiegi aħjar permezz tal-flessibbiltà u s-sigurtà” (COM(2007)0359),

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-25 ta' Jannar 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għall-Ħiliet u l-Mobilità (COM(2007)0024),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2002 dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ħiliet u l-Mobilità (COM(2002)0072),

wara li kkunsidra l-Istħarriġ Ekonomiku tal-Unjoni Ewropea tal-OECD tal-2007: l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-mobilità ġeografika tal-ħaddiema, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità ta' voluntiera żgħażagħ madwar l-Ewropa (COM(2008)0424),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-EURES għall-2007-2010 adottati f'Ġunju 2006,

wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-attivitajiet tal-EURES 2--4-2005 ippreżentat mill-Kummissjoni fis-16 ta' Marzu 2007 bl-isem ta' ”Lejn suq tax-xogħol Ewropew uniku: Il-kontribuzzjoni tal-EURES” (COM(2007)0116),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2007, adottata wara l-mistoqsija orali B6-0136/2007 dwar ir-rapport dwar l-attivitajiet tal-EURES 2004-2005 bl-isem ta' ”Lejn suq tax-xogħol Ewropew uniku” (6),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fis-sede tal-Kunsill fl-14 ta' Diċembru 2000 dwar pjan ta' azzjoni għall-mobilità (7),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd (8),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 bl-isem ta' “Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21” (COM(2008)0412),

wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Eurobarometer Speċjali nru 261 tal-2006 dwar l-Impjieg u l-Politika Soċjali Ewropea, skond liema ċ-ċittadini tal-UE qegħdin iqisu li l-mobilità kulma tmur qiegħda ssir aktar importanti,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0463/2008),

A.

billi l-moviment liberu u l-libertà ta' stabbiliment jikkostitwixxu drittijiet imniżżla fl-Artikoli 18 u 43 tat-Trattat KE u billi t-tħeġġiġ tal-mobilità fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma provduti fl-Artikoli 149 u 150,

B.

billi l-mobilità tal-ħaddiem hija strument prinċipali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona għalkemm din il-mobilità għadha baxxa fl-UE, anke fost in-nisa,

C.

billi l-mobilità b'sigurtà tal-ħaddiema fuq livell Ewropew hija wieħed mid-drittijiet fundamentali li t-Trattat jagħti liċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll wieħed mill-pilastri essenzjali tal-mudell soċjali Ewropew, u huwa wkoll wieħed mill-mezzi prinċipali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona,

D.

billi l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, jekk ikun meħtieġ, għandha tiġi adattata biex tirrifletti l-forom ġodda tal-mobilità u biex tiżgura li l-ħaddiema emigranti fl-UE ma jkollhomx nuqqas ta' protezzjoni tas-sigurtà soċjali,

E.

billi madwar 2 % taċ-ċittadini li għandhom l-età biex jaħdmu bħalissa jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru li mhuwiex pajjiżhom u billi xi 48 % tal-migranti kollha tal-UE huma nisa,

F.

billi l-Kummissjoni waqqfet Forum ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar it-titjib tal-mobilità tal-Ewropej, li l-objettiv ewlieni tiegħu huwa li jidentifika miżuri li jistgħu jittieħdu biex tikber il-mobilità taż-żgħażagħ, biex titjieb l-għajnuna għall-mobilità fil-qasam tat-taħriġ professjonali u biex tikber il-mobilità tal-artisti, tal-kapijiet ta' intrapriżi u tal-voluntiera,

G.

billi l-kwistjoni tal-mobilità hija element importanti fl-Aġenda Soċjali Mġedda, u l-Aġenda tiddetermina l-opportunitajiet għaliha u timponi l-prinċipji tal-aċċess u tas-solidarjetà,

H.

billi s-suq tax-xogħol dinamiku jpoġġi sfidi serji għall-ħaddiema, speċjalment għan-nisa bit-tfal, iġġegħlhom jagħmlu kompromessi bejn il-ħajja professjonali u dik tal-familja,

I.

billi l-adattament mhux suffiċjenti tal-iskemi tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri joħloq diffikultajiet għan-nisa, pereżempju fir-rigward tat-tqala, tat-trobbija tat-tfal, u tal-opportunitajiet ta' karriera aħjar,

J.

billi l-moviment liberu tal-ħaddiema huwa u se jibqa' waħda mil-libertajiet fundamentali mħaddna mit-Trattat; billi fir-rigward tal-iżgurar tal-moviment liberu għall-ħaddiema, sar progress sinifikanti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sigurtà soċjali, u billi dan iffaċilita l-moviment tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni; billi l-ostakoli amministrattivi u legali li għadhom jeżistu u li qegħdin ifixklu l-mobilità transnazzjonali jridu jitneħħew, billi għandu jsir iktar sforz sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu konxji tad-drittijiet tagħhom u jkunu jistgħu jinfurzawhom,

K.

billi l-iżgurar tal-mobilità jinvolvi li jitħaffu b'mod ġenerali l-ħtiġijiet u l-attivitajiet kollha tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom, u billi, f'numru ta' riżoluzzjonijiet tiegħu, il-Parlament ġibed l-attenzjoni għall-ostakoli għall-mobilità u għad-dritt għall-istabbiliment taċ-ċittadini tal-Unjoni barra l-Istat Membru ta' oriġini tagħhom, u ppropona soluzzjonijiet biex dawn l-ostakoli jitneħħew,

L.

billi l-esperjenza wriet li l-identifikazzjoni tal-ostakoli u t-tressiq ta' proposti ma kinux biżżejjed sabiex jitneħħew kompletament l-ostakoli għal-libertà tal-moviment u tal-mobilità; billi l-problema, fil-passat, kienet is-suġġett ta' bosta testi tal-istituzzjonijiet tal-UE li elenkaw il-problemi u pproponew miżuri korrettivi li madankollu mhux dejjem ġew implimentati,

M.

billi l-Parlament innota f'dawn il-każijiet li r-rieda li jiġu implimentati l-miżuri neċessarji mhux dejjem kienet estiża għall-miżuri li huma importanti għaċ-ċittadini għall-eliminazzjoni ta' ostakoli amministrattivi u legali għall-mobilità,

N.

billi l-Parlament f'bosta okkażjonijiet esprima l-pożizzjoni tiegħu dwar din il-kwistjoni li teffettwa direttament l-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni, u fil-qagħda tiegħu bħala istituzzjoni eletta direttament u demokratikament miċ-ċittadini, se jibqa' jfittex soluzzjonijiet b'mod attiv għall-problemi kollha li jiffaċċjaw iċ-ċittadini fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għall-mobilità fi ħdan it-territorju tal-UE,

O.

billi s-sens ta' ċittadinanza tal-Unjoni taċ-ċittadini tal-Istati Membri jieħu saħħtu b'mod parzjali mill-possibilità ta' impjieg fis-suq intern, u billi għalhekk mhux l-interessi ekonomiċi biss għandhom ikunu l-mutur wara l-mobilità iżda wkoll l-objettiv li jwassal biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jidentifikaw ruħhom aktar bħala tali,

1.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni u jerġa' jtenni l-importanza ċentrali tal-mobilità, jiġifieri l-mobilità fis-suq tax-xogħol u bejn l-Istati Membri jew ir-reġjuni, sabiex jiġi kkonsolidat is-suq tax-xogħol tal-UE u jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona; jappoġġja t-tnedija ta' Pjan ta' Azzjoni u jixtieq li jinżamm infurmat dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li huwa qed ibassar;

2.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tippromwovi l-mobilità b'kundizzjonijiet ġusti, fosthom billi topponi l-impjieg klandestin u d-dumping soċjali;

3.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità ta' voluntiera żgħażagħ fl-Ewropa, iżda madankollu jiddispjaċih mill-fatt li l-Kummissjoni ma tatx żmien biżżejjed lill-Parlament biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta qabel tiġi adottata r-Rakkomandazzjoni;

4.   Jinnota li Sena Ewropea tal-Volontarjat tkun għodda effettiva għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet inklużi fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità ta' volontiera żgħażagħ madwar l-Ewropa;

5.   Iqis li l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja l-inklużjoni tal-kunċett tal-mobilità tal-ħaddiema fl-aspetti kollha tal-politiki Komunitarji, b'mod partikolari fir-rigward tal-ikkumpletar tas-suq intern, tal-protezzjoni tal-ħaddiema, tar-regoli dwar il-ħaddiema ppustjati u ssekondati u l-protezzjoni kontra xogħol mhux sigur, li jistgħu jaffettwaw il-mobilità Ewropea jew jiġġieldu d-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel li l-mobilità tal-impjieg tkun politika trasversali prijoritarja li, konsegwentement, tikkonċerna l-oqsma kollha relevanti tal-politiki tal-UE u li timplika lill-awtoritajiet fil-livelli kollha fl-Istati Membri kollha;

6.   Jenfasizza li l-mobilità tal-ħaddiema tiddependi mill-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-persuni fil-qafas tas-suq intern kif stabbilit fit-Trattat KE;

7.   Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tkompli tippromwovi l-mobilità tax-xogħol, biex tfassal strateġija fit-tul dwar il-mobilità li tqis il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, ix-xejriet ekonomiċi u l-prospetti għat-tkabbir tal-UE, billi strateġija fit-tul biss tista' tiggarantixxi kemm il-moviment liberu tal-ħaddiema bla tilwim, kif ukoll tindirizza kif xieraq il-fenomenu tat-telfa tal-aħjar imħuħ;

8.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-bżonnijiet speċifiċi tal-ħaddiema nisa ta' kull età li jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu u biex tinkludi passi konkreti ħalli jintlaħqu dawn il-bżonnijiet fl-erba' oqsma tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tax-Xogħol;

9.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħti prijorità lis-simplifikazzjoni tal-prattiki amministrattivi u l-koperazzjoni amministrattiva sabiex ikun possibbli li jkun hemm sinerġiji bejn l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet nazzjonali li l-interazzjoni tagħhom hi deċiżiva għas-soluzzjoni effiċjenti tal-problemi bejn l-Istati Membri; barra minn hekk, iqis li l-Istati Membri għandhom jiġġieldu bil-qawwa kontra l-ostakolu legali u amministrattiv kif ukoll kontra l-ostakoli għall-mobilità ġeografika fil-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali, bħan-nuqqas ta' għarfien tal-esperjenzi marbuta mal-mobilità għall-prospetti tal-karriera jew is-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet, b'mod partikulari fl-SMEs;

10.   Iqis li l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni jolqot l-aspetti prinċipali tal-mobilità iżda li jeħtieġ li jitwettqu iktar azzjonijiet, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-tisħiħ tar-rabtiet bejn is-sistemi edukattivi u s-suq tax-xogħol, il-provvista tal-informazzjoni adegwata dwar il-mobilità, iż-żamma ta' kapaċitajiet lingwistiċi akkwiżiti għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom permezz ta' preparazzjoni għall-mobilità b'tagħlim tal-lingwi barranin u fl-aħħarnett it-taħriġ vokazzjonali u s-sistemi ta' tagħlim;

11.   Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu attivament it-tagħlim ta' lingwi barranin (speċjalment għall-adulti), meta jitqies li l-ostakoli lingwistiċi huma x-xkiel ewlieni li fadal għall-mobilità tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom;

12.   Iqis li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tax-xogħol u l-ftehimiet kollettivi taċ-ċittadini li jagħżlu li jiċċaqalqu lejn Stat Membru ieħor ikunu rispettati bis-sħiħ, mingħajr diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru u l-barranin; jemmen li għal dan il-għan, il-miżuri tal-Kummissjoni għandhom jiffukaw sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini migranti jieħdu trattament ugwali u ma jinbidlux f'forza tax-xogħol bl-irħis;

13.   Bil-ħsieb li jinħolqu rabtiet aktar b'saħħithom bejn it-taħriġ u s-suq tax-xogħol, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iġibu din il-kwistjoni quddiem il-kumitati ta' konsultazzjoni settorjali; iqis li l-industrija u l-kummerċ jistgħu jagħtu tagħrif regolari dwar l-oqsma tax-xogħol l-aktar miftuħa għall-mobilità;

14.   Iqis li l-mobilità tax-xogħol fuq medda twila ta' żmien fl-oqsma kollha jista' jkollha rwol prinċipali fil-promozzjoni tat-tkabbir u tal-objettivi tal-impjieg tal-Istrateġija ta' Liżbona, jekk jiġu wkoll salvagwardjati d-drittijiet għal sigurtà soċjali u għal trejdunjins tal-ħaddiema, bi qbil mat-tradizzjonijiet u mal-abitudnijiet tal-Istati Membri; jemmen li forza ta' ħidma estiża u mobbli madwar l-UE, flimkien mal-kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa, il-programmi edukattivi u l-iskemi ta' protezzjoni soċjali, tista' tikkostitwixxi tweġiba għal dawn l-avvenimenti attwali u ttejjeb b'mod sinifikanti l-isforzi sabiex dan isir, fil-kuntest tal-isfidi tal-ekonomija dinjija, tal-popolazzjoni dejjem tixjieħ u tat-tibdil veloċi fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza li għandhom jitqiesu l-aspetti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tal-mobilità;

15.   Jinsab konvint li l-mobilità garantita tal-impjieg huwa mezz adegwat għat-tisħiħ tad-dimensjoni ekonomika u soċjali tal-Istrateġija ta' Liżbona u għandha tiġi stabbilita bl-aħjar mod possibbli, għall-kisba tal-objettivi tal-aġenda soċjali mġedda u sabiex jilqa' għal numru ta' sfidi speċjalment dawk relatati mal-globalizzazzjoni, mat-trasformazzjonijiet industrijali, mal-progress teknoloġiku, mal-iżvilupp demografiku u mal-integrazzjoni tal-ħaddiema migranti; jinsab konvint ukoll li l-mobilità bejn il-karriera u l-industrija (mobilità tax-xogħol) tippermetti lill-ħaddiema li iġeddu u jadattaw l-għerf u l-ħiliet tagħhom biex b'hekk ikunu jistgħu jisfruttaw opportunitajiet ta' karrieri ġodda għalihom infushom;

16.   Itenni li l-mobilità tal-impjieg tikkostitwixxi strument ewlieni għat-tħaddim effettiv tas-suq intern permezz tal-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona u t-tmien prinċipji proposti fil-qasam tal-“flessigurtà” fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2007; jistieden għalhekk lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri xierqa li jenfasizzaw il-flessigurtà minn banda waħda, u li jisħqu fuq is-sigurtà tal-ħaddiema mill-banda l-oħra, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji fundamentali tal-opportunitajiet, l-aċċess u s-solidarjetà msemmija fl-aġenda soċjali mġedda;

17.   Jistieden lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati biex iqisu u jneħħu l-ostakoli kollha għall-mobilità tal-ħaddiema nisa, billi jipprovdu, fost affarijiet oħra, aċċess ġust għal xogħolijiet ikkwalifikati u karigi ta' livell għoli, salarju daqs l-irġiel, kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli, kura tas-saħħa adegwata u servizzi ta' kura tat-tfal, faċilitajiet edukattivi ta' kwalità għolja għat-tfal, drittijiet għall-pensjoni trasferibbli u l-iżgurar tal0eliminazzjoni tal-isterjotipi relatati mal-ġeneru;

18.   Jirrakkomanda li l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u dawk lokali jippromovu b'mod attiv xogħol speċjali, taħriġ, edukazzjoni, tagħlim minn distanza u programmi tal-lingwi sabiex jinħoloq suq tax-xogħol aktar “favur in-nisa” u biex tkun tista' tiġi rrikonċiljata l-ħajja professjonali ma' dik tal-familja;

19.   Jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu l-mobilità tax-xogħol u l-mobilità ġeografika bħala prijorità fil-programmi nazzjonali tagħhom tal-impjiegi u tat-tagħlim tul il-ħajja;

20.   Jinsab imħasseb li ċerti Stati Membri qegħdin iżommu limitazzjonijiet fis-suq tax-xogħol għall-ħaddiema li joriġinaw mill-Istati Membri l-ġodda, minkejja l-fatt li l-analiżi ekonomika u d-dejta tal-istatistika ma jiġġustifikawx dawn il-limitazzjonijiet u ma jappoġġjawx il-biżgħat taċ-ċittadini u tal-gvernijiet tagħhom; jitlob lill-Kunsill biex jiżgura monitoraġġ aktar mill-qrib u involviment ogħla tal-istituzzjonijiet tal-UE, speċjalment tal-Parlament, fejn jidħol il-proċess ta' awtorizzazzjoni u ġustifikazzjoni mill-Istati Membri tal-perjodi ta' tranżizzjoni għall-aċċess taċ-ċittadini tal-Istati Membri l-ġodda għas-suq tax-xogħol tagħhom fl-ewwel snin wara l-adeżjoni ta' dawn il-pajjiżi;

21.   Jenfasizza li l-mobilità tal-ħaddiema m'għandhiex tiġi interpretata minn uħud li jimpjegaw bħala opportunità biex jitnaqqsu l-pagi, is-sigurtà soċjali jew, b'mod ġenerali, biex jitbaxxew il-kundizzjonijiet tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri xierqa, mhux biss biex tiġi eliminata kull forma ta' diskriminazzjoni, imma anke biex jiġu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-attivitajiet tal-ħaddiema migranti u l-familji tagħhom;

22.   Jinsab imħasseb dwar ċertu inizjattivi meħuda mill-Istati Membri li għandhom l-għan li jimmodifikaw il-qafas legali intern tagħhom fil-qasam tal-immigrazzjoni, u li jinterpretaw u japplikaw il-prinċipju li jirrigwarda l-moviment liberu tal-ħaddiema, f'sens assolutament kuntrarju għall-ispirtu tal-istandards Komunitarji li jinsabu fis-seħħ bħalissa; jitlob l-abbandun immedjat ta' prattiki bħal dawn u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw programmi kumplessi ta' integrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea sabiex jeżerċitaw id-dritt għall-moviment liberu fit-territorju tagħhom, b'koperazzjoni, fejn tkun xierqa, mal-Istati Membri ta' oriġini;

23.   Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitoraw u jevalwaw programmi ta' inklużjoni mill-ġdid għaċ-ċittadini li jirritornaw fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom wara li jkunu ħadmu fi Stat Membru ieħor;

24.   Jirrikonoxxi li, waqt li l-mobilità tista' tipprovdi soluzzjonijiet għan-nuqqasijiet ta' ħaddiema fil-pajjiżi li jilqgħuhom, tista' tikkawża nuqqasijiet ta' ħaddiema fil-pajjiżi minn fejn ikunu ġew; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għall-fatt li, f'kull pajjiż, il-popolazzjoni inattiva toffri ammont sinifikanti ta' ħaddiema potenzjali, li biex jiġu mobilizzati se jkun hemm bżonn ta' riżorsi tal-UE u tal-Istati Membri f'miżura ugwali;

25.   Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li fl-UE għad hemm numru ta' ostakoli amministrattivi u leġiżlattivi għall-mobilità tal-ħaddiema, u anke fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki ta' kull livell u esperjenza professjonali; itenni l-impenn tiegħu li jsib soluzzjonijiet għal dawn il-problemi u jitlob lill-Kummissjoni biex timmoniterja b'attenzjoni r-restrizzjonijiet li jkunu inkompatibbli mal-liġi Komunitarja u biex tieħu azzjoni kontrihom;

26.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, qabel ma jimplimentaw liġijiet nazzjonali ġodda fil-qasam tal-kura u s-saħħa pubblika u fis-sistemi soċjali u fiskali, iwettqu studju ta' impatt li jiffoka fuq il-fruntieri biex jiġu enfasizzati minn qabel kwalunkwe problemi li se jkollhom konsegwenzi għall-mobilità tal-ħaddiema;

27.   Hu tal-fehma li l-ħaddiema fil-fruntieri jokkupaw pożizzjoni speċjali fil-qasam tal-mobilità tal-ħaddiema Ewropej;

28.   Jitlob immedjatament lill-Istati Membri biex iħaffu l-proċess tal-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni; iqis li għalkemm l-armonizzazzjoni ta' din is-sistema ta' referenza mhix prevista qabel l-2010, l-implimentazzjoni imħaffa tagħha fl-Istati Membri kollha tista' tnaqqas l-ostakoli li bħalissa qed jolqtu direttament lill-ħaddiema;

29.   Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni fir-rigward tal-EUNetPaS, li tikkostitwixxi l-ewwel pass sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati fl-UE jkunu mħeġġa jtejbu l-kollaborazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-pazjent; jinnota madankollu li, madwar l-UE, għad hemm diversità fir-regolazzjoni tal-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet regolatorji tagħhom sabiex il-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa jaqsmu l-informazzjoni u jwaqqfu sistemi ta' akkreditazzjoni standardizzata għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-pazjent madwar l-UE;

30.   Jinnota li n-nuqqas ta' qafas komuni għat-tqabbil, it-trasferiment u r-rikonoxximent tal-kwalifiki vokazzjonali fil-livell tal-UE jikkostitwixxi ostakolu serju għall-mobilità transnazzjonali; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar it-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET);

31.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li r-rappreżentanti ta' min jimpjega u r-rappreżentanti ta' setturi kummerċjali jiġu involuti malajr kemm jista' jkun fl-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni u b'hekk li s-sistema għar-rikonoxximent tal-kwalifiki tkun tista' tħalli effett fuq is-suq tax-xogħol;

32.   Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u liż-żewġ naħat tal-industrija biex jiftħu dikussjonijiet bl-intenzjoni li jiġu armonizzati l-iskali salarjali bil-livelli ta' kwalifiki differenti stipulati fil-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni sabiex il-mobilità tal-ħaddiema tiġi garantita bis-saħħa tal-livelli tal-pagi li jikkorrispondu għall-kapaċitajiet tal-ħaddiema;

33.   Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet edukattivi biex jaħdmu flimkien b'mod proattiv għall-għarfien reċiproku tal-kwalifiki miksuba permezz ta' edukazzjoni formali, informali u mhux formali, u tal-professjonijiet li jikkorrispondu mal-istandards stabbiliti mill-Istati Membri; jikkunsidra li hu ta' importanti fundamentali li l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-Qafas ta' Kwalifiki Ewropej u li jagħtu segwitu xieraq lill-inizjattivi tal-ġejjieni fis-Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, sabiex il-klassifikazzjoni fil-livelli tas-sistema edukattiva nazzjonali u tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja tagħti l-possibilità lill-ħaddiema mobbli biex ikomplu fit-taħriġ tagħhom; japprova l-impenn tal-Kummissjoni biex tiżviluppa l-Europass sabiex min iħaddem ikun jista' jifhem il-kwalifiki aħjar; jisħaq fuq il-valur tas-Servizzi Euraxess;

34.   Jiddispjaċih li f'xi Stati Membri mhux qed tingħata prijorità biżżejjed u mhux qed ikunu ddedikati fondi biżżejjed biex jiġu żviluppati u implimentati strateġiji għat-tagħlim tul il-ħajja; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw b'mod aktar attiv il-fondi disponibbli mill-Fondi Strutturali u b'mod partikulari mill-Fond Soċjali Ewropew sabiex jiżviluppaw u jimplimentaw skemi ta' dan it-tip;

35.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tnaqqas l-ostakoli leġiżlattivi u amministrattivi, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir aktar progress fir-rikonoxximent u tal-akkumulazzjoni tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u fil-portabilità tal-pensjonijiet;

36.   Hu tal-fehma li l-portabilità tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali tkun koordinata aħjar fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (9), u ftehimiet bilaterali;

37.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KE) Nru 883/2004 (li se jibda japplika mill-2009), kif ukoll il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-ħlas ta' allowances ta' kwalunkwe tip; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jindirizzaw b'mod urġenti l-problemi rikorrenti li tqajmu fil-petizzjonijiet u fl-ilmenti dwar is-sigurtà soċjali, il-pensjonijiet, u l-kura tas-saħħa; jappoġġja l-pjanijiet tal-Kummissjoni għall-introduzzjoni ta' verżjoni elettronika tal-Karta Ewropea ta' Assigurazzjoni fuq is-Saħħa; jissuġġerixxi li għandu jkun hemm ukoll reviżjoni elettrika tal-formola “E106”;

38.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-politika tagħha dwar viżi għall-parteċipanti minn pajjiżi terzi fi programmi ta' volontarjat tal-UE rikonoxxuti, bl-intenzjoni li jiddaħħal reġim għall-viżi aktar liberali b'mod speċjali għall-voluntiera ġejjin minn pajjiżi ġirien tal-UE;

39.   Rigward il-forom ġodda ta' mobilità, jidhirlu li jinħtieġ li tkun eżaminata l-leġiżlazzjoni li diġà teżisti bil-għan li jkun determinat jekk għadhiex aġġornata u bil-għan li jinstabu mezzi xierqa ta' adattament għall-kondizzjonijiet flessibbli l-ġodda dwar is-suq Ewropew tax-xogħol, filwaqt li mhux biss titqies il-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-ħaddiema imma wkoll filwaqt li jkunu eżaminati problemi addizzjonali li jistgħu jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema migranti u l-familji tagħhom; jemmen, fl-istess ħin, li jeħtieġ li ssir analiżi ta' sa fejn waslet verament l-implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-moviment ħieles tax-xogħol u dwar id-dritt tar-residenza tal-ħaddiema u l-familji tagħhom; iqis li, fejn ikun relevanti, għandhom jitfasslu rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-qafas leġiżlattiv u operazzjonali;

40.   Jappoġġja diskussjoni dwar l-arranġamenti tas-sigurtà soċjali, inter alia b'referenza għall-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-fatt li l-mobilità tal-ħaddiema tista', f'ċertu każijiet, twassal għat-telf tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina jekk hemmx bżonn li r-Regolament (KE) Nru 883/2004, ir-Regolament ta' implimentazzjoni (KEE) Nru 574/72 u prattiki amministrattivi relatati jiġu adattati bħala rispons għall-iskemi li qed jinbidlu u għal forom ġodda ta' mobilità tal-ħaddiema, inkluża l-mobilità tax-xogħol għal perjodu qasir;

41.   Iqis li l-Kummissjoni għandha tinvestiga l-effetti li jxekklu l-mobilità li jirriżultaw min-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-ftehimiet fiskali u r-regolament il-ġdid dwar is-sigurtà soċjali (Regolament (KE) Nru 883/2004);

42.   Jappoġġja lill-Kummissjoni fil-pjanijiet tagħha għal azzjoni biex tittejjeb il-proposta tagħha għal direttiva dwar il-ħtiġijiet minimi għat-titjib tal-mobilità tal-ħaddiema permezz tat-titjib fl-akkwist u fil-preservazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni supplimentari, peress li, bl-espansjoni dejjem akbar tal-iskemi ta' pensjoni fuq ix-xogħol, iridu jinstabu regoli dwar il-portabilità li jkunu favorevoli għall-ħaddiema; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tressaq proposta riveduta għal direttiva dwar il-portabilità tal-pensjonijiet ta' fuq ix-xogħol;

43.   Iqis li l-mobilità tal-ħaddiema taż-żewġ sessi bil-familja (jiġifieri tfal u qraba dipendenti) tiddependi ħafna fuq id-disponibilità u kemm iqumu is-servizzi (bħal m'huma l-kura tat-tfal u l-kura taċ-ċittadini anzjani, il-faċilitajiet tal-edukazzjoni, iċ-ċentri ta' matul il-jum, is-servizzi speċjali); iqis, fl-istess ħin, li l-mobilità tax-xogħol għandha tippromwovi s-sodisfazzjon personali u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u tax-xogħol;

44.   Iqis, madankollu, li l-proposta li għandha l-għan li ttejjeb l-iskambji ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali, kif ukoll il-proposta dwar l-introduzzjoni ta' verżjoni elettronika tal-Karta Ewropea tal-Assikurazzjoni kontra l-Mard għandhom jiġu implimentati bil-protezzjoni xierq tad-data. L-Istati Membri jridu jiggarantixxu li d-data personali ma tintużax għal skopijiet oħra apparti dawk li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà soċjali, ħlief fejn il-parti kkonċernata tkun ippermettiet dan l-użu b'mod espliċitu; jixtieq jikseb iktar informazzjoni dwar din l-inizjattiva u dwar kif din tista' ttejjeb il-mobilità tal-ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza u tagħti kontribut għall-possibilità li, fil-futur qarib, tinħoloq Karta Ewropea waħdanija li tkun tinkludi l-informazzjoni kollha dwar il-kontribuzzjonijiet li jkun ħallas id-detentur tal-Karta u dwar id-drittijiet soċjali tiegħu fl-Istati Membri kollha fejn huwa jkun ħadem;

45.   Jappoġġja l-azzjonijiet tan-netwerk TRESS, u jemmen li dan in-netwerk għandu jidħol għall-investigazzjoni li tibqa' għaddejja tal-mudelli differenti ta' mobilità, sabiex ikunu adattati għal-leġiżlazzjoni Komunitarja; jistieden lill-Kummissjoni biex f'dan in-netwerk tinkludi lil min iħaddem u lit- trejdjunjins, waqt li jfakkar li ħafna drabi jkunu dawk li jħaddmu li jappoġġjaw lill-ħaddiema bi kwistjonijiet legali relatati mas-sigurtà soċjali jew biex jiksbu d-dokumenti meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu; jinsisti fuq il-bżonn li l-bażijiet tad-data li jinsabu fis-sistema EURES ikollhom aċċess massimu faċli u li għandhom ikunu aġġornati regolarment u li għandu jiġi żgurat l-iktar aċċess wiesa' għalihom possibbli; jikkunsidra li n-Netwerk EURES għandu jikkollabora b'mod strutturali u istituzzjonali man-netwerk TRESS;

46.   Ikompli jappoġġja l-kontribut tan-netwerk EURES għall-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea; jirrakkomanda li fost is-servizzi EURES għandha tkun inkluża informazzjoni dwar in-netwerks u l-portals speċifiċi tal-internet għal ċerti setturi, u jirrakkomanda li għandha tikkollabora wkoll ma' fornituri oħra tal-informazzjoni, speċjalment il-korpi speċjalisti fl-Istati Membri, fir-rigward tal-prospettivi ta' impjieg fl-Unjoni Ewropea, b'referenza partikulari għall-awtoritajiet nazzjonali tax-xogħol, li jistgħu jipprovdu direttament pariri imfassla individwalment għal min qed ifittex xogħol;

47.   Iqis li l-proġetti transkonfinali tal-EURES għandhom jagħtu prijorità lit-twettiq ta' studji u seminars dwar l-impatt, sabiex id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni jkun jista' jseħħ b'mod effettiv u effiċjenti;

48.   Jappoġġja l-objettivi mħabbra fit-tielet fażi tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Mobilità tal-Ħaddiema, f'konformità mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-EURES; jenfasizza d-diversità tal-kompożizzjoni tas-suq tax-xogħol u l-bżonn li jkun hemm servizzi adattati għall-kategoriji kollha tal-ħaddiema, apparti dawk imniżżla fil-programm tal-Kummissjoni, jiġifieri dawk ta' età avvanzata u b'diżabilità li huma żvantaġġati imma li jistgħu jiġu utilizzati mis-suq tax-xogħol, dawk li għandhom status legali speċjali meta mqabbla ma' ħaddiema oħra, dawk li jaħdmu għal rashom, ħaddiema li qed jerġgħu lura għall-ħajja tax-xogħol wara li jkunu għamlu żmien wieqfa mix-xogħol, u l-bqija; jenfasizza li l-informazzjoni kollha disponibbli permezz tan-netwerk EURES għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

49.   Jistieden lill-Istati Membri biex, permezz tal-awtoritajiet għall-impjiegi tagħhom, jipprovdu uffiċċju 'one-stop shop' għall-ħaddiema kollha, inklużi dawk li huma intenzjonati li jaħdmu barra, sabiex ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni minn sors uniku dwar il-possibilitajiet li wieħed jaħdem barra, fatturi amministrattivi, drittijiet soċjali u kundizzjonijiet legali;

50.   Jappoġġja l-idea li l-EURES tinbidel f'portal ċentrali għall-informazzjoni dwar il-mobilità li tkun taħdem bħala uffiċċju ta' assistenza ċentrali fejn il-ħaddiema potenzjalment mobbli jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar l-aspetti kollha tal-mobilità tax-xogħol — mhux biss dwar il-postijiet tal-impjieg battala, is-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, il-pensjonijiet u dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki, iżda wkoll dwar il-kwistjonijiet tal-lingwi, id-djar, l-impjieg għall-konjuġi, l-edukazzjoni għat-tfal u l-integrazzjoni b'mod ġenerali fl-istat partikulari kkonċernat; jirrimarka li, fejn ikun xieraq, għandu jiġi estiż għall-benefiċċju ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi dawk li għadhom ma kisbux status ta' residenza għal żmien fit-tul;

51.   Jappoġġja bis-sħiħ il-mekkaniżmi ta' informazzjoni eżistenti iżda fl-istess ħin jissuġġerixxi li s-siti, portals, eċċ. relevanti kollha jkunu vverifikati f'dik li hi effiċjenza u, jekk hemm bżonn, jiġu rikonoxxuti, armonizzati jew miġbura mill-ġdid fi gruppi oħra sabiex ikun eħfef biex jintużaw;

52.   Jiġbed l-attenzjoni għall-kwistjoni tal-aċċess għan-netwerk EURES għaċ-ċittadini li jgħixu fir-reġjuni rurali, muntanjużi u remoti u fi gżejjer; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li dawn il-kategoriji tal-popolazzjoni jkollhom aċċess għall-informazzjoni merfugħa f'dan il-portal;

53.   Iqis li l-baġit supplimentari ta' żewġ miljun euro allokat għal proġetti innovattivi fil-qasam tal-mobilità sal-2013 huwa baxx wisq, meta mqabbel man-neċessità li jkunu infurmati għadd kbir kemm jista' jkun taċ-ċittadini Ewropej dwar il-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni, u anke dwar l-objettivi stipulati fid-diversi dokumenti tal-programmi li jsostnu l-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni;

54.   Jenfasizza l-bżonn ta' statistika komparabbli u ta' min joqgħod fuqha dwar il-flussi tal-mobilità tal-ħaddiema, l-istudenti, l-għalliema u r-riċerkaturi sabiex jittejjeb l-għarfien tal-Kummissjoni dwar il-mobilità, kif ukoll il-monitoraġġ tagħha tal-Pjan ta' Azzjoni msemmi hawn fuq;

55.   Jemmen li fis-sitwazzjoni kif inhi bħalissa jeżisti defiċit fl-informazzjoni mogħtija lill-popolazzjoni fir-rigward tal-benefiċċji potenzjali kemm professjonali u kemm ta' karriera li jiġu minn żmien li wieħed iqatta' jaħdem barra u rigward il-kundizzjonijiet tal-impjiegi u tas-sigurtà soċjali biex wieħed jaħdem barra u dwar kif dan jippromwovi wkoll l-integrazzjoni kulturali Ewropea; jappoġġja lill-Kummissjoni fl-azzjonijiet tagħha biex tinforma lill-pubbliku dwar dawn il-kwistjonijiet;

56.   Jiġbed l-attenzjoni għall-programm tal-Parlament Ewropew għal apprendistati għal persuni b'diżabilità, li nbeda fl-2007, u l-programm ta' apprendistati tal-Kummissjoni għal persuni b'diżabilità, li se jibda fil-ħarifa tal-2008. iqis li miżuri pożittivi ta' dan it-tip jippromwovu l-mobilità ta' persuni b'diżabilità u jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti biex jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw u jippromwovu l-aħjar prattiki korrispondenti fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

57.   Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jagħmlu skambji ta' prattiki tajba u skemi reċiproċi ta' tagħlim għall-azzjonijiet tal-mobilità, iffinanzjati mill-fond ta' koeżjoni, u b'mod speċjali l-Fond Soċjali Ewropew;

58.   Iqis li, barra mis-servizzi ’online’, għandhom jiġu esplorati u stabbiliti mezzi supplimentari ta' forniment ta' informazzjoni fl-Istati Membri u fir-reġjuni tal-UE bil-għan li l-informazzjoni dwar il-mobilità tax-xogħol tinfirex fuq medda wiesgħa fl-Istati Membri; iqis li għandu jitwaqqaf ċentru ta' informazzjoni permezz tat-telefown, relatat mal-EURES, dwar il-mobilità tax-xogħol bil-għan li jagħti tagħrif minnufih lill-ħaddiema dwar mistoqsijiet speċifiċi bil-lingwa nazzjonali u mill-inqas b'lingwa oħra Ewropea;

59.   Jesprimi l-appoġġ kontinwu tiegħu għal azzjonijiet bħal m'huma l-fieri tax-xogħol, jiem Ewropej biex fihom issir pubbliċità tal-opportunitajiet ta' xogħol fl-Unjoni kollha, jew sħubijiet Ewropej għall-mobilità tax-xogħol; jidhirlu, madankollu, li l-baġit allokat għal azzjonijiet bħal dawn m'huwiex suffiċjenti fir-rigward tal-għanijiet li tkun reklamata l-azzjoni tal-UE f'dan il-qasam;

60.   Jenfasizza l-bżonn li jkun hemm distinzjoni bejn il-mobilità speċifika tal-artisti u dik tal-ħaddiema fl-Unjoni in ġenerali, fir-rigward tan-natura tal-arti tal-ispettaklu u l-irregolaritajiet u n-nuqqas ta' prevedibilità li tirriżulta minn sistema ta' impjieg partikulari;

61.   Jinsab konxju tan-natura ta' ċerti mpjiegi, bħal m'huma dawk fl-oqsma kulturali u tal-isports, li għalihom il-mobilità, kemm ġeografika u kemm bejn biċċa xogħol u oħra, hija karatteristika inerenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jeżaminaw dawn iċ-ċirkustanzi b'attenzjoni kbira u biex japplikaw il-miżuri meħtieġa, b'mod speċjali fir-rigward tad-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema f'dawn l-oqsma, sabiex ikun żgurat li l-mobilità tagħhom ma tkunx imxekkla minn miżuri amministrattivi;

62.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni qed tieħu miżuri wkoll fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha biex ittejjeb il-qagħda taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi; jirrakkomanda li politika integrata għall-mobilità tax-xogħol għandha dejjem tqis il-migrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;

63.   Jenfasizza l-ħtieġa ta' koperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu identifikati u eliminati s-sitwazzjonijiet u l-azzjonijiet verament inġusti fl-oqsma tal-ġustizzja u t-tassazzjoni filwaqt li jiġu rrispettati l-kompetenzi nazzjonali;

64.   Iqis li hija ħaġa essenzjali li titqajjem kuxjenza dwar il-possibilitajiet biex jitressqu l-ilmenti u l-petizzjonijiet dwar l-ostakli għall-mobilità tax-xogħol u dwar il-ksur ta' leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti;

65.   Jappoġġja u jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni tal-kunċett tal-mobilità ekwa, u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-applikazzjoni tiegħu, pereżempju billi tinkludi l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem sabiex issir il-prevenzjoni tax-xogħol mhux dikkjarat u tat-tbaxxija tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

66.   Jitlob lill-kumpaniji biex jappoġġjaw il-mobilità tal-ħaddiema, pereżempju permezz ta' sigħat flessibbli ta' xogħol u permezz tax-xogħol mil-bogħod (tele-working);

67.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tfittex strumenti li permezz tagħhom jistgħu jiġu eliminati l-ostakli kumplessi li jistgħu jżommu lill-ħaddiema milli jagħżlu li jaħdmu barra minn pajjiżhom, bħad-diffikultà biex isibu impjieg għas-sieħeb/sieħba tagħhom jew għal żwieġhom/in-nisa tagħhom, l-ispejjeż għoljin tar-rilokazzjoni, l-ostakli tal-lingwa u d-differenza li teżisti bejn il-paga tal-irġiel u dik tan-nisa u r-riskju li jintilfu ċerti vantaġġi fiskali jew li wieħed ma jkunx jista' jikkontribwixxi aktar għal skemi nazzjonali ta' pensjoni, ta' assikurazzjoni fuq is-saħħa jew ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad; jenfasizza l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja, b'referenza partikulari għall-importanza tat-tagħlim tal-lingwi, li hu essenzjali biex jiġu sodisfatti d-domandi dejjem jinbidlu tas-suq tax-xogħol;

68.   Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssegwi l-proposta li ppreżentat fl-2005 u l-proposta emendata tagħha tal-2007 għal direttiva li tistipula r-rekwiżiti minimi biex tissaħħaħ il-mobilità tal-ħaddiema billi jittejbu l-għoti u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari;

69.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-mobilità tal-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni u biex jgħinu biex jitneħħew l-ostakli li dawn jiltaqgħu magħhom billi joħolqu aktar xogħolijiet ta' kwalità, jiġġieldu d-diskriminazzjoni, jaffrontaw forom ġodda ta' esklużjoni soċjali, jappoġġjaw l-ugwaljanza bejn is-sessi, jappoġġjaw lill-familja u jiżguraw b'mod effettiv l-aċċess għall-post tax-xogħol, għas-servizzi ta' akkomodazzjoni u għat-trasport;

70.   Jenfasizza li n-nisa bit-tfal huma anqas mobbli mill-irġiel u jitlob li jittieħdu miżuri xierqa biex jitneħħa dan l-iżbilanċ;

71.   Jappoġġja lis-SOLVIT bħala strument biex isolvi malajr il-problemi kemm fis-suq intern kif ukoll dawk relatati mal-mobilità tal-ħaddiema; jirrakkomanda li aktar riżorsi jkunu disponibbli għas-SOLVIT;

72.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu programmi b'appoġġ għall-mobilità tal-professjonisti żgħażagħ; jemmen li dawn il-programmi għandhom ikollhom għeruqhom fir-relazzjoni bejn min iħaddem u l-ħaddiem, u għandhom jirrikonoxxu l-valur miżjud li jiġi mill-esperjenza, l-abilitajiet u l-ħiliet, inkluż l-għarfien tal-lingwi, akkwistati barra l-pajjiż oriġinali ta' dak li jkun;

73.   Jemmen li, ladarba l-mobilità tal-istudenti u tal-għalliema hija element essenzjali tal-mobilità tax-xogħol, għandha tingħata aktar attenzjoni lil inizjattivi bħall-Proċess ta' Bologna u l-Erasmus kif ukoll il-programm Leonardo da Vinci u programmi oħra meta tkun kwistjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tax-Xogħol;

74.   Jifraħ lill-Kummissjoni għall-inizjattiva tagħha li tikkonsulta lill-partijiet kollha involuti fil-promozzjoni tal-mobilità tax-xogħol fl-Unjoni; jemmen li dan id-djalogu se jsaħħaħ it-trasparenza, se jistimula n-netwerking u l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta' approċċi innovattivi biex tingħata spinta lill-mobilità, titħaffef l-implimentazzjoni tal-mobilità fuq bażi komprensiva, u se jikkonsolida wkoll il-prinċipji u l-valuri bażiċi;

75.   Jirrikonoxxi l-kontributi li saru mill-programmi Comenius, Erasmus u Leonardo biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jistudjaw barra, u jenfasizza l-importanza tagħhom mill-aspett tal-mobilità professjonali aktar 'il quddiem; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina kemm hemm possibilità għat-twessigħ tal-aċċess għall-programmi, waqt li żżomm f'moħħha l-ħtiġijiet speċjali tal-gruppi żvantaġġati;

76.   Jitlob li jkun hemm impenn qawwi min-naħa tal-iskejjel u l-universitajiet Ewropej u min-naħa tal-gvernijiet Ewropej biex tiżdied b'mod sinifikanti l-mobilità tax-xogħol, pereżempju permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fin-netwerk tal-partijiet interessati msemmija mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha;

77.   Jemmen li għandha tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-kumpaniji privati jew pubbliċi u l-istituzzjonijiet edukattivi;

78.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(2)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(3)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6.

(4)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(5)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(6)  ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 159.

(7)  ĠU C 371, 23.12.2000, p. 4.

(8)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.

(9)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/33


Tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni — “l-Programm ta' ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010”

P6_TA(2008)0625

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-għoti ta' tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni — l-implimentazzjoni tal-“Programm ta' ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010” (2008/2102(INI))

(2010/C 45 E/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2007 intitolata: “L-għoti ta' tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni: Abbozz tar-rapport ta' progress konġunt tal-2008 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta' ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010” (COM(2007)0703) kif ukoll id-Dokument ta' Ħidma supplimentari tal-persunal tal-Kummissjoni (SEC(2007)1484),

wara li kkunsidra l-programm ta' xogħol dettaljat dwar il-follow-up tal-għanijiet tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ fl-Ewropa (1) u kif ukoll għar-rapporti konġunti temporanji fuq il-progress lejn l-implimentazzjoni tiegħu,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ bħala l-forza ewlenija tal-Istrateġija ta' Liżbona (2),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 dwar kompetenzi ġodda għal impjiegi ġodda (4),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-28 ta' Awwissu 2007 intitolat “Lejn politika bbażata iktar fuq l-għarfien u l-prattika fl-edukazzjoni u t-taħriġ”, SEC(2007)1098,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (5),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/143/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar il-kooperazzjoni Ewropea ulterjuri fl-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla (6),

wara li kkunsidra l-Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-irwol tal-isport fl-edukazzjoni (8),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2008 dwar it-tagħlim tal-adulti: “Qatt m'hu tard wisq biex titgħallem” (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-Proċess ta' Bolonja u l-mobilità tal-istudenti (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 dwar it-titjib tal-kwalità tat-taħriġ tal-għalliema (12),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-13-14 ta' Marzu 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0455/2008),

A.

billi sal-2010, l-Unjoni Ewropea qed tfittex li ssir il-mexxejja dinjija tal-kwalità tal-edukazzjoni u tas-sistemi ta' taħriġ, liema sistemi għandhom ikunu kruċjali għall-progress ulterjuri tal-Proċess ta' Liżbona,

B.

billi sar progress fiż-żieda tal-awtonomija u tar-responsabilizzazzjoni tal-universitajiet u billi hemm bżonn li jissaħħaħ l-appoġġ offrut lilhom f'dan il-proċess,

C.

billi s-sistemi edukattivi u ta' taħriġ għandhom jipprovdu opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel,

D.

billi l-inkorporazzjoni tad-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ hija kruċjali għas-suċċess tal-Istrateġija tal-Liżbona, objettiv li bih wieħed jittakilja l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel fis-swieq tax-xogħol Ewropej, inter alia, billi tintlaħaq rata ta' 60 % ta' impieg fost in-nisa sal-2010,

E.

billi l-Istati Membri għandhom, billi jaħdmu flimkien u jiskambjaw prattika tajba, jimxu lejn riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ nazzjonali tagħhom,

F.

billi strateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja koerenti u komprensivi miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill għandhom jiġu implimentati b'mod konsistenti sabiex jinkisbu l-objettivi tal-istrategija ta' Liżbona u sabiex jissaħħaħ it-trianglu tal-għarfien,

G.

billi l-Ewropa teħtieġ livell ogħla ta' kompetenzi u billi l-kreattività u l-innovazzjoni għandhom ikunu promossi fl-istadji kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ,

H.

billi għandu jittieħed kont ta ta' kompetenzi futuri neċessarji fl-oqsma tal-ambjent u s-soċjetà, pereżempju billi t-tibdil tal-klima u kwistjonijiet ambjentali oħrajn isiru suġġetti interdixxiplinarji fil-forom kollha tat-tagħlim,

I.

billi l-kurrikula għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali tal-istudenti billi jinkludu t-tagħlim tad-drittijiet tal-bniedem u l-valuri Ewropej,

J.

billi l-kwalità u l-effettività tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-aċċessibilità tagħhom għaċ-ċittadini, għandhom ikunu kkunsidrati bħala objettivi ewlenin tal-politika fuq livell Ewropew,

K.

billi l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom dejjem jikkunsidraw il-possibilitajiet, il-karatteristiċi u l-bżonnijiet reġjonali u lokali,

1.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2007 msemmija hawn fuq u d-dettalji li tagħti dwar it-titjib;

2.   Jinnota li azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tkun konsistentement appoġġjata minn miżuri komplimentari ta' natura soċjoekonomika biex jitjieb l-istandard tal-għajxien ġenerali taċ-ċittadini Ewropej;

3.   Jenfasizza l-bżonn li jiġu integrati l-migranti u l-minoranzi (speċjalment ir-Roma) u li ssir ħidma dwar l-inklużjoni ta' gruppi bi bżonnijiet speċjali (speċjalment in-nisa, il-persuni b'diżabilità u l-anzjani) fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha tal-edukazzjoni; jikkunsidra li appoġġ addizzjonali għandu jkun provdut lill-migranti, filwaqt li minoranzi etniċi u r-Roma għandhom jiġu megħjuna minn persunal imħarreġ li jifforma parti mill-istess minoranza jew li għall-inqas jitkellmu l-lingwa omm tagħhom;

4.   Jenfasizza l-importanza tal-isport fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-bżonn li l-isport jingħata kunsiderazzjoni importanti, pereżempju billi jissaħħaħ l-għoti tal-edukazzjoni fiżika u l-isport fil-forom kollha tal-edukazzjoni mill-iskejjel qabel il-primarja sal-università, u jitlob li jkun hemm mill-inqas tliet perjodi ta' tagħlim fil-ġimgħajiġu ddedikati lill-isport fil-kurrikulum u biex ikun hemm appoġġ disponibbli għall-iskejjel biex imorru lil hinn minn dan il-minimu preskritt fejn possibbli;

5.   Jenfasizza l-irwol kruċjali tal-familji u tal-ambjent soċjali f'kull aspett tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

6.   Jinnota li l-edukazzjoni hija essenzjali għall-iżvilupp soċjali u personali kemm tan-nisa u kemm tal-irġiel; għalhekk jenfasizza l-importanza li jissaħħu l-edukazzjoni u taħriġ bħala aspett fundamentali tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

7.   Jiddepplora l-fatt li s-sistemi tal-edukazzjoni jiskoraġġixxu lin-nisa milli jidħlu f'oqsma tal-impjieg u tat-taħriġ vokazzjonali li tradizzjonalment huma dominati mill-irġiel, imma jilqa' b'sodisfazzjon miżuri li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iniedu programmi bl-għan li jagħtu lin-nisa l-aktar gwida professjonali diversifikata possibbli u għajnuna sussegwenti fis-suq tal-impjiegi;

8.   Jenfasizza li l-inugwaljanza eżistenti ta' opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward ta' tagħlim ta' kwalità għolja tul il-ħajja huma aktar qawwija fir-reġjuni li huma ġżejjer u fir-reġjuni li huma ġeografikament u soċjalment żvantaġġati; għalhekk jappella għal aktar promozzjoni ta' inizjattivi edukattivi fil-qafas tal-politika reġjonali;

9.   Jinnota r-rappreżentanza kronika baxxa tan-nisa f'ċerti oqsma ta' studju, fil-livelli kollha, kif ukoll fis-settur tar-riċerka; għalhekk jinkoraġġixxi azzjonijiet prattiċi u pożittivi sabiex titjieb is-sitwazzjoni;

10.   Josserva li studenti li kellhom l-istudji tagħhom interrotti, b'mod partikulari l-ommijiet żgħażagħ, jistgħu jkunu diskriminati u jitlob għall-addozzjoni ta' approċċi iktar flessibbli sabiex jiġi faċilitat t-tkomplija ta l-istudji jew tat-taħriġ wara t-twelid ta' tarbija u biex tiġi faċilitata l-konċiljazzjoni tal-istudji mal-ħajja professjonali u tal-familja;

11.   Josserva li l-kwalità tal-kurrikula u t-tagħlim għandhom jitjiebu f'kull aspett, li s-sigurtà soċjali tal-għalliema għandha titjieb, u li għandha tingħata iktar attenzjoni għat-taħriġ kontinwu u għall-mobilità tagħhom;

12.   Jenfasizza l-fatt li l-litteriżmu tal-media u l-għarfien dwar l-ICT għandhom jiġu promossi bil-qawwa u jirrakkomanda kemm li l-edukazzjoni dwar il-media għandha tifforma parti integrali mill-kurrikulum fil-livelli kollha tal-iskola kif ukoll li għandhom jiġu offruti korsijiet ta' tagħlim dwar il-media għall-għalliema u għall-anzjani;

13.   Jiġbed l-attenzjoni li t-tranżizzjoni bejn sistemi edukattivi u ta' taħriġ differenti u bejn tagħlim formali, mhux formali u informali għandu jkun iffaċilitat;

14.   Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jikkontrolla l-implimentazzjoni prattika ta' edukazzjoni Ewropea u l-politiki ta' tagħlim minn kull Stat Membru; jikkunsidra li gvernijiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu objettivi nazzjonali f'dan il-qasam b'mod trasparenti u għandhom jintroduċu leġiżlazzjoni xierqa u miżuri relevanti li jassiguraw il-kisba ta' standards Ewropej, u, b'mod partikulari, li jiżguraw li l-għodod adottati fil-livell tal-UE, bħar-rakkomandazzjoni msemmija hawn fuq dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, il-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki u l-Europass (13), jiġu implimentati;

Edukazzjoni ta' qabel il-primarja

15.   Jenfasizza l-bżonn ta' żieda fir-riżorsi għat-titjib tal-materjal u tal-kundizzjonijiet tal-ispazju u biex it-taħriġ kontinwu għall-persunal itella' l-kwalità tal-edukazzjoni ta' qabel il-primarja u jiġu provduti aktar riżorsi għal investiment; l-aċċess universali għal edukazzjoni qabel il-primarja ta' kwalità għolja huwa mod effettiv biex jinfetaħ l-aċċess għat-tagħlim matul il-ħajja għat-tfal kollha, imma b'mod partikulari għal tfal li ġejjin minn ambjenti deprivati u minn minoranzi etniċi;

16.   Jinsisti fuq l-importanza tal-kompetenzi bażiċi tal-iżvilupp tat-tfal, li jitgħallmu l-lingwa omm tagħhom jew il-lingwa tal-pajjiż ta' residenza tagħhom u li jitgħallmu jaqraw u jiktbu kmieni kemm jista' jkun;

17.   Jemmen li t-tagħlim tat-tieni lingwa għandu jibda kmieni kemm jista' jkun, imma l-kuntatt ta' tfal żgħar mal-lingwi għandu jkun organizzat permezz tal-logħob u mingħajr pressjoni;

18.   Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jagħmlu l-edukazzjoni qabel il-primarja obbligatorja;

Edukazzjoni primarja u sekondarja

19.   Jenfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lill-individwi li fi stadju iktar tard jista' jkun li jaqtgħu qalbhom mill-edukazzjoni; jemmen li għandhom ikunu adottati programmi speċjali u miżuri biex tonqos ir-rata tal-ħruġ bikri mill-iskola u li, f'każijiet fejn il-ħruġ bikri mill-iskola ma jistax ikun evitat u jkompli jseħħ, l-individwi kkonċernati għandhom ikunu appoġġjati u jingħataw opportunitajiet biex jiġu integrati mill-ġdid fis-soċjetà u jiġu offruti forom xierqa ta' edukazzjoni;

20.   Jenfasizza li l-edukazzjoni primarja u sekondarja għandha trawwem lit-tfal biex jaħsbu b'mod awtonomu, kreattiv u innovattiv u tagħmilhom ċittadini li jikkritikaw il-media uli kapaċi jaħsbu għal-rashom;

21.   Jisħaq fuq l-importanza tal-kurrikula tal-iskejjel ta' kull Stat Membru li għandhom jinkludu korsijiet immirati biex jippromwovu u jiżviluppaw l-ispirtu ta' kreattività u innovazzjoni fit-tfal;

22.   Jikkunsidra li l-kurrikula u l-kontenut tagħhom għandhom jiġu kontinwament aġġornati biex jibqgħu relevanti, billi jitjieb l-irwol importanti tal-kompetenzi intraprenditorjali u tal-volontarjat sabiex ikun appoġġjat l-iżvilupp personali, u jisħaq li l-Istati Membri kollha għandhom jagħtu importanza ikbar lit-taħriġ tal-għalliema u jipprovdu iktar riżorsi għal dan jekk dawn għandhom jagħmlu progress sinifikanti fil-ksib tal-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona fil-“Programm ta' Ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ fl-2010” u jippromwovu l-tagħlim tul il-ħajja fl-Unjoni Ewropea;

23.   Jinsab konvint li t-tfal għandhom jitgħallmu t-tieni lingwa barranija kmieni kemm jista' jkun;

24.   Iħeġġeġ bil-qawwa li l-lingwi barranin għandhom jiġu mgħallma minn età bikrija u li t-tagħlim tal-lingwi barranin għandu jiddaħħal fil-kurrikula kollha tal-iskola primarja; jisħaq li, jekk din il-mira tintlaħaq, għandhom jingħataw riżorsi suffiċjenti biex jitqabbdu u jitħarrġu għalliema tal-lingwi barranin;

25.   Jikkunsidra li l-iżvilupp tat-talenti personali, tal-kapaċitajiet speċifiċi u tal-abilitajiet naturali tal-istudenti għandu jkun għan ewlieni f'dan l-istadju tal-edukazzjoni; jinnota li dawn il-kapaċitajiet jistgħu jipprovdu l-bażi tax-xogħol u l-impjieg iktar tard;

26.   Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċjali għal dawk l-istudenti li ma kisbux jew li mhux qed jiksbu kompetenzi bażiċi, kif ukoll għal studenti li għandhom talenti eċċezzjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jimmassimizzaw l-iżvilupp tal-abilitajiet u t-talenti tagħhom li huma 'l fuq mill-medja;

27.   Jirrakkomanda li l-Istati Membri jtejbu b'mod sostanzjali il-kwalità tal-kwalifiki akkademiċi u professjonali tal-għalliema, tat-taħriġ tagħhom u tat-tagħlim tul il-ħajja;

28.   Jappoġġja bil-qawwi l-promozzjoni ta' żvilupp professjonali kontinwu u koerenti għall-għalliema matul il-karriera tagħhom; hu tal-fehma li l-għalliema kollha għandu jkollhom opportunitajiet regolari biex itejbu u jaġġornaw il-kompetenzi u l-kwalifiki tagħhom, kif ukoll l-għarfien pedagoġiku tagħhom;

29.   Jipproponi li jiġu introdotti fil-kurrikula malajr kemm jista' jkun programmi ta' ċittadinanza Ewropea li jedukaw il-ġenerezzjoni l-ġdida fl-ispirtu tal-valuri tal-Unjoni f'oqsma bħad-drittijiet tal-bniedem, il-multikulturaliżmu, it-tolleranza, l-ambjent u l-bidla fil-klima;

Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET)

30.   Jiġbed l-attenzjoni li għandha tissaħħaħ kemm il-kwalità kif ukoll l-attrazzjoni tal-VET;

31.   Jiġbed l-attenzjoni li l-VET għandha tkun marbuta aħjar u integrata b'mod iktar koerenti fl-ekonomiji kemm Ewropej u kemm nazzjonali sabiex tfassal aħjar il-proċess edukattiv għas-suq tal-impjiegi;

32.   Jinsisti li l-mobilità (mhux biss ġeografika iżda wkoll il-mobilità bejn VET u edukazzjoni ogħla) ta' studenti u għalliema tkun imsaħħa b'mod sinifikanti;

Edukazzjoni Ogħla

33.   Jikkunsidra li l-kurrikula tal-università għandhom ikunu modernizzati sabiex jilħqu l-bżonnijiet soċjoekonomiċi kemm preżenti u kemm futuri;

34.   Jirrakkomanda li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla bħala prijorità għandhom jiżviluppaw programmi interdixxiplinari dwar il-fruntieri bejn ix-xjenzi sabiex jitħarrġu speċjalisti li jkunu kapaċi jsolvu l-problemi l-iktar kumplessi li qed tiffaċċja d-dinja llum;

35.   Jenfasizza li l-interess tal-istudenti u tat-tfal tal-iskola fi programmi ta' studju u kontenut li jittrattaw it-teknoloġija, ix-xjenzi naturali u l-ħarsien tal-ambjent għandu jiżdied;

36.   Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu sħubijiet b'mod effettiv bejn universitajiet u negozji u, minbarra dan, bejn universitajiet u partijiet oħra interessati nazzjonali, reġjonali u lokali;

37.   Jiġbed l-attenzjoni li għandha tissaħħaħ b'mod sinifikanti l-koperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla Ewropej u li barra minn hekk, il-kwalifiki għandhom ikunu trasferibbli bl-iktar mod faċli possibbli;

38.   Jiġbed l-attenzjoni għal-fatt li l-għalliema u l-lecturers fil-livelli għoljin tal-edukazzjoni jeħtieġu li jiġu aġġornati b'mod kontinwu bħall-programmi wżati, il-kontenut u l-metodi ta' ħidma;

39.   Jissuġġerixxi li l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jkun marbut mal-proċess ta' Bolonja u għandu jkun ikkunsidrat fil-kuntest tal-qafas tar-riforma tal-edukazzjoni ogħla Ewropea;

40.   Jirrakkomanda bil-qawwa li l-Istati Membri jtejbu l-mobilità tal-istudenti u l-għalliema, inkluża l-mobilità bejn pajjiżi, programmi u dixxiplini; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza li tiġi implimentata l-Karta Ewropea ta' Kwalità għall-Mobilità mssemmija hawn fuq sabiex tinħoloq zona Ewropea ġenwina għall-edukazzjoni u t-taħriġ matul il-ħajja u tiġi promossa l-kooperazzjoni ekonomika, soċjali u reġjonali;

Tagħlim Tul il-Ħajja

41.   Jikkunsidra li min iħaddem għandu jkun konsistentement inkoraġġit jorganizza edukazzjoni u taħriġ għall-impjegati tiegħu, kif ukoll li jipprovdi inċentivi li jippermettu impjegati li għandhom ftit ħiliet biex jieħdu sehem fi programmi ta' tagħlim tul il-ħajja;

42.   Jiġbed l-attenzjoni li għandhom ikunu kkunsidrati b'mod speċjali l-persuni mingħajr impjieg għal żmien twil li jinsabu f'sitwazzjonijiet soċjali żvantaġġati, il-persuni bi bżonnijiet speċjali, iż-żgħażagħ li kienu f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni mill-ġdid u l-persuni li ħarġu mill-ħabs;

43.   Jisħaq li n-nisa b'mod partikulari għandhom jitħeġġu biex jieħdu sehem fit-taħriġ u f'taħriġ ulterjuri, u li għandhom jiġu provduti u promossi wkoll programmi speċjali li jippromwovu t-tagħlim matul il-ħajja għan-nisa f'dan il-kuntest;

44.   Jenfasizza li ħaddiema li għandhom ftit ħiliet u ħaddiema ikbar fl-età għandhom ikunu partikolarment inkoraġġiti u għandhom jiġu provduti lilhom inċentivi biex jipparteċipaw fi programmi ta' tagħlim tul il-ħajja;

45.   Jappella sabiex il-programmi tal-edukazzjoni għall-adulti u tat-tagħlim tul il-ħajja, jikkunsidrau b'mod partikolari dawk il-gruppi ta' nies li huma l-aktar żvantaġġati fis-suq tax-xogħol, partikolarment iż-żgħażagħ, in-nisa, speċjalment dawk li jinsabu f'sitwazzjonijiet rurali, u l-anzjani;

46.   Jappella sabiex ikun ikkonsidrat il-fatt li t-taħriġ fil-kapaċitajiet ta' ġenituri għan-nisa u għall-irġiel huwa kruċjali għall-benesseri tan-nies, għall-ġlieda kontra l-faqar u għall-koeżjoni soċjali; f'dan l-isfond, jixtieq li l-programmi tat-tagħlim tul il-ħajja bi skop multiplu u t-taħriġ tat-trejners fil-kapaċitajiet ta' ġenituri jiġu stabbiliti fil-qafas għall-edukazzjoni u t-tagħlim;

47.   Jenfasizza li l-għarfien u l-kwalifiki miksuba permezz tat-tagħlim tul il-ħajja għandhom ikunu ħafna usa' u rikonoxxuti b'mod faċli, u li għal dan il-għan l-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki u tal-Europass msemmija hawn fuq bħala strumenti għall-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja għandha titjieb ukoll;

48.   Jikkunsidra li għandhom ikunu provduti iktar fondi għall-miżuri biex tkun promossa l-mobilità kemm mill-awtoritajiet Ewropej kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali fl-istadji kollha tat-tagħlim tul il-ħajja;

49.   Jitlob li l-vantaġġi tal-Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà msemmija hawn fuq jiġu rikonoxxuti u sfruttati u li dawn jitpoġġew fil-prattika mill-Istati Membri, u jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq reviżjoni tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri;

50.   Jinsisti li, kemm jista' jkun possibbli, għandu jkun garantit ammont kbir ta' servizzi soċjali u ta' faċilitajiet ta' appoġġ (pereżempju servizzi għall-kura tat-tfal) għall-istudenti u l-ħaddiema bil-familji;

51.   Jemmen li servizzi volontarji għandhom ikunu integrati u rikonoxxuti fl-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma Edukazzjoni u Taħriġ 2010;

52.   Jinsab konvint li għandhom jissaħħu l-iskambji ta' opinjonijiet u tagħlim reċiproku fost gruppi ta' etajiet differenti;

53.   Jenfasizza li programmi ta' tagħlim tul il-ħajja għandhom jappoġġjaw l-imprenditorija, li tippermetti liċ-ċittadini jistabbilixxu SMEs u li jilħqu l-bżonnijiet kemm tas-soċjetà u tal-ekonomija;

54.   Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandhom ikunu introdotti servizzi ta' gwida u informazzjoni dwar tagħlim tul il-ħajja għal studenti ta' kull età sabiex ikunu appoġġjati l-objettivi msemmija iktar 'il fuq;

*

* *

55.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 142, 14.6.2002, p. 1.

(2)  ĠU C 300, 12.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

(4)  ĠU C 290, 4.12.2007, p. 1.

(5)  ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 60.

(7)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 8.

(8)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 131.

(9)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(10)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0013.

(11)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0423.

(12)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0422.

(13)  Deċiżjoni Nru. 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass) (ĠU L 390, 31.12.2004, p.6).


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/39


L-approċċ tal-Kunsill għar-reviżjoni tar-Regolament tal-OLAF

P6_TA(2008)0632

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-approċċ tal-Kunsill għar-reviżjoni tar-Regolament tal-OLAF

(2010/C 45 E/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali dwar leġiżlazzjoni aħjar (1),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (COM(2006)0244) u l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008 (2) dwar dik il-proposta,

wara li kkunsidra l-Mistoqsija Orali tiegħu lill-Kunsill dwar l-approċċ tal-Kunsill għar-reviżjoni tar-Regolament tal-OLAF (O-0116/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.

billi, għaxar snin wara li ġie stabbilit bħala uffiċċju li jiffunzjona biex iħares l-interessi finanzjarji tal-Komunità fl-1999, l-OLAF kiseb esperjenza siewja fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni,

B.

billi l-qafas regolatorju tal-OLAF għandu jittejjeb fuq il-bażi tal-esperjenza fl-operat miksuba minnu,

C.

billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità leġiżlattiva tal-UE għandhom jikkoperaw mill-qrib skont il-proċedura tal-kodeċiżjoni sabiex il-qafas regolatorju jiġi adattat għall-ħtiġijiet attwali fil-ġlieda kontra l-frodi,

D.

billi kkonkluda l-ewwel qari dwar l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 (Ir-Regolament tal-OLAF) b'maġġoranza kbira fl-20 ta' Novembru 2008,

1.   Iqis li hemm ħtieġa urġenti li l-qafas regolatorju tal-OLAF jiġi kjarifikat sabiex tkompli titjieb l-effiċjenza fl-istħarriġ kontra l-frodi u sabiex tiġi garantita l-indipendenza neċessarja tal-OLAF, filwaqt li jitqiesu l-esperjenzi miksuba minn meta twaqqaf l-OLAF biex jieħu post l-UCLAF fl-1999;

2.   Ifakkar lill-Kunsill li l-pożizzjoni msemmija hawn fuq tal-Parlament tal-20 ta' Novembru 2008 se twassal għal titjib konsiderevoli fl-effiċjenza u l-kwalità tal-istħarriġ tal-OLAF permezz tat-tisħiħ tal-garanziji proċedurali, l-irwol tal-Kumitat ta' Sorveljanza, il-preżunzjoni tal-innoċenza, id-drittijiet tad-difiża ta' dawk li jkunu qegħdin jiġu mistħarrġa u d-drittijiet ta' dawk li jgħaddu xi informazzjoni, l-adozzjoni ta' regoli tal-istħarriġ li jkunu ċari u trasparenti, u t-titjib tal-koperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti nazzjonali u mal-istituzzjonijiet tal-UE;

3.   Iħeġġeġ lill-Presidenzi Franċiżi u Ċeki biex iressqu kalendarju għan-negozjati mal-Parlament imsejjes fuq ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, sabiex jiġi kkonfermat li qegħdin jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex tinkiseb l-adozzjoni fil-pront ta' pożizzjoni komuni mill-Kunsill u biex jiġi evitat li jkun hemm iktar dewmien mingħajr raġuni;

4.   Iqis li l-pożizzjoni tal-Kunsill għall-konsolidament sempliċi tat-tliet bażijiet legali eżistenti tal-istħarriġ tal-OLAF mhuwiex argument validu sabiex in-negozjati dwar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 ma jiftħux minnufih, billi l-konsolidament sempliċi ma jtejjibx il-qafas legali tal-istħarriġ tal-OLAF kontra l-frodi u għalhekk dan ikun telf ta' żmien konsiderevoli fl-isforzi biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi; jagħżel għalhekk li ssir riformulazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE kontra l-frodi, fosthom tar-Regolamenti (KE) Nri 1073/1999, (Euratom, EC) 2185/96 u (KE, Euratom) 2988/95, li għandhom ikunu bbażati fuq ir-Regolament rivedut (KE) Nru 1073/1999;

5.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-kumitati rilevanti tal-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll lill-entitajiet ta' verifika nazzjonali tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0553.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/41


L-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR)

P6_TA(2008)0633

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri EUROSUR (2008/2157(INI))

(2010/C 45 E/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2008 bl-isem “Rapport dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Aġenzija FRONTEX” (COM(2008)0067),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2008 bl-isem “Eżaminazzjoni dwar il-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Sorveljanza għall-Fruntieri (EUROSUR)” (COM(2008)0068),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2008 bl-isem “It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea” (COM(2008)0069),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew dwar l-immigrazzjoni u l-ażil, miftiehem bejn is-27 Stat Membru f'Pariġi nhar is-7 ta' Lulju 2008 u approvat matul il-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ottubru 2008,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Diċembru 2005 dwar “Approċċ Globali għall-Migrazzjoni: il-prijoritajiet tal-azzjoni ċċentrati fuq l-Afrika u l-Mediterran”, ippubblikati fil-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta' Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2007 dwar il-prijoritajiet tal-politika fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0437/2008),

A.

billi l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u, b'mod speċifiku, l-ġestjoni integrata tal-fruntieri kollha tal-UE għandhom iseħħu fil-qafas ta' approċċ globali u armonizzat tal-fenomeni migratorji, inklużi wkoll l-organizzazzjoni tal-immigrazzjoni legali, l-integrazzjoni tal-immigranti legali u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu,

B.

billi l-isfida tal-immigrazzjoni illegali hija sfida Ewropea komuni u għalhekk teħtieġ li tiġi implimentata politika Ewropea komuni fil-materja,

C.

billi dawn il-fenomeni migratorji se jdumu sakemm idumu d-differenzi fl-iżvilupp bejn id-diversi reġjuni tad-dinja, u f'dan ir-rigward jaqbel li l-ġestjoni tal-flussi migratorji tkun organizzata f'sinerġija mal-politiki ta' żvilupp u ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi,

D.

iwissi li l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) mhijiex soluzzjoni għall-problemi kollha kkawżati mill-migrazzjoni irregolari,

E.

billi s-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-Unjoni hija element dinamiku fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, li għandha tkun akkumpanjata minn politiki ta' rinfurzar addizzjonali maħsuba biex jeradikaw tali immigrazzjoni fis-sors tagħha, b'mod partikulari permezz tal-adozzjoni tal-proposta tad-Direttiva li tipprovdi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (COM(2007)0249) u kontra n-netwerks ta' traffikanti li jagħmlu parti mill-kriminalità organizzata,

F.

billi hemm rata għolja ta' mortalità marbuta mal-immigrazzjoni illegali u hemm bżonn li jsiru kampanji ta' informazzjoni, bil-kooperazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini u t-tranżitu, fuq ir-riskji u l-konsegwenzi fatali ta' din it-tip ta' immigrazzjoni,

G.

billi, anke jekk il-kontroll tal-fruntieri hu r-responsabilità ta' kull Stat Membru għall-parti tal-fruntiera li tkun tiegħu, il-pressjoni migratorja li hemm fil-fruntieri tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea titlob li jiġi żviluppat u organizzat spirtu ta' responsabilità kondiviża u ta' solidarjetà obbligatorja bejn l-Istati Membri, b'tali mod li jkun iffaċilitat li r-riżorsi materjali u umani li jistgħu jiġu mobilizzati jitpoġġew għad-dispożizzjoni komuni fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu,

H.

billi l-għan għal żmien fit-tul ta' dawn l-istrumenti (il-FRONTEX, l-EUROSUR, is-Sistema Elettronika tal-Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar (ESTA), is-sistema ta' dħul u ħruġ jew il-Fast Track) huwa t-twaqqif gradwali ta' sistema integrata tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri,

I.

billi l-ewwel riżultati kwantifikabbli tal-Aġenzija FRONTEX mit-tnedija operattiva tagħha f'Ottubru 2005 huma disponibbli, u billi hemm ħtieġa li tkun definita strateġija għal żmien medju u fit-tul, li saret essenzjali f'dan l-istadju tal-iżvilupp tagħha,

J.

billi l-FRONTEX hija korp Komunitarju tal-ewwel pilastru suġġetta għal prinċipji ta' skrutinju demokratiku sħiħ u tat-trasparenza u li, għalhekk, għandha l-obbligu li tħares u tippromwovi l-valuri fundamentali tal-Unjoni,

K.

billi l-operazzjonijiet ta' koordinazzjoni mmexxija mill-FRONTEX fil-qasam tal-informazzjoni huma bbażati fuq l-analiżi tar-riskji u l-evalwazzjonijiet tat-theddid marbuta bir-regola tal-kunfidenzjalità,

L.

billi l-istrateġija ta' żvilupp tal-FRONTEX għandha sservi ta' opportunità biex tittestja l-vijabilità tal-prinċipju ta' “solidarjetà obbligatorja” bejn l-Istati Membri (prinċipju msemmi fir-Regolament (KE) Nru 863/2007 li jikkoordina l-kapaċitajiet ta' reazzjoni rapida tal-Unjoni f'każijiet ta' urġenza) sabiex jintagħżel il-modus operandi rilevanti biex jiggarantixxi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni bla kundizzjonijiet ir-riżorsi materjali (imniżżla fir-repertorju ċentralizzat tat-tagħmir tekniku (CRATE — Centralised Records of Available Technical Equipment) u ta' riżorsi umani meħtieġa għall-azzjoni effikaċi tal-Aġenzija,

M.

billi l-Parlament appoġġja b'mod konsistenti lill-Aġenzija u approva li jiżdied il-baġit tagħha b'mod sinifikanti sabiex tkun tista' tiddisponi minn riżorsi finanzjarji biex twettaq il-missjoni tagħha,

N.

billi l-FRONTEX nediet missjonijiet 'il barra mill-kosta ta' Stati Membri tan-nofsinhar, li s-suċċess tagħhom varja skont il-livell ta' kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi li minnhom jitilqu l-immigranti; billi l-missjoni Hera, imnedija 'l barra mill-Gżejjer Kanarji, kienet ta' suċċess u wasslet għal tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' wasliet, billi l-missjoni Nautilus, madankollu, imnedija fil-Mediterran ċentrali, ma kinitx effikaċi billi l-għadd ta' wasliet żdied flok naqas,

O.

billi l-missjonijiet marittimi mwaqqfa fuq bażi permanenti jridu jagħmlu għassa kontinwa tal-immigrazzjoni fiż-żoni l-aktar diffiċli fir-reġjuni marittimi tan-nofsinhar,

P.

billi kull azzjoni meħuda mill-FRONTEX għandha f'kull każ tibqa' konformi mal-istandards tal-liġi internazzjonali, b'mod partikulari dawk li japplikaw għal-liġi marittima u għad-drittijiet tal-bniedem, għad-dinjità tal-persuna umana u għar-refuġjati, b'mod partikulari għad-dritt tal-ażil u għall-prinċipju ta' non-refoulement,

Q.

billi l-FRONTEX għandha tinkorpora fl-azzjonijiet kollha tagħha l-ħtieġa li jittieħdu l-prekawzjonijiet u l-mezzi neċessarji kollha rigward il-persuni l-iktar vulnerabbli, in-nisa, u b'mod partikulari n-nisa tqal, it-tfal, b'mod speċjali l-minorenni mhux akkumpanjati, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità jew maħkuma minn mard serju,

R.

billi d-dimensjoni umanitarja tal-azzjoni tal-FRONTEX għandha tkun imsaħħa minn sigurtà ġuridika massima, kemm fil-qasam tal-operazzjonijiet ta' salvataġġ li jkollha twettaq kif ukoll f'dak tal-operazzjonijiet konġunti ta' ritorn li jkollha tieħu sehem fihom,

S.

billi, fid-dawl tas-suċċess tagħhom, l-operazzjonijiet ta' taħriġ tal-istaff speċjalizzat involut fl-iffunzjonar tal-FRONTEX għandhom jitkomplew u, b'mod partikulari, għandhom jiġu estiżi għall-istaff tal-pajjiżi terzi li ta' kuljum jintalab jikkopera mal-FRONTEX sabiex jitħarreġ fl-operazzjonijiet ta' salvataġġ fuq il-baħar u l-irkupru ta' katavri fil-każ tal-għarqa ta' vapur,

T.

billi l-kontrolli fuq il-fruntiera ma jiffokawx biss fuq il-qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera, iżda wkoll fuq aspetti oħra ta' kriminalità transkonfinali, bħat-traffikar tan-nies, it-traffikar tad-drogi jew il-kummerċ illegali tal-armi, u għalhekk jgħinu sabiex tiżdied is-sigurtà interna b'mod ġenerali,

U.

billi l-azzjoni tal-FRONTEX ma tistax tkun effikaċi mingħajr politika ta' ġestjoni tal-fruntieri tal-UE li tinkorpora s-sistemi ġodda ta' kontroll tal-fruntieri tal-UE proposti, bħas-Sistema Elettronika tal-Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar (ESTA), is-sistema ta' reġistrazzjoni tad-dħul u l-ħruġ, jew il-fast tracking,

1.   Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-isfida tal-migrazzjoni permezz ta' approċċ globali li javvanza bl-istess enerġija t-tisħiħ tal-kontrolli fil-fruntieri tal-Unjoni, il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni klandestina u r-ritorn tal-immigranti illegali f'pajjiżhom, u l-ġlieda kontra l-impjieg illegali u t-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll l-organizzazzjoni tal-immigrazzjoni legali u l-miżuri li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-immigranti legali, it-tisħiħ ta' sħubija globali mal-pajjiżi terzi li jiffavorixxu relazzjoni pożittiva bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp, u l-istabbiliment ta' politika konsistenti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE;

2.   Jikkunsidra lill-FRONTEX bħala strument essenzjali fl-istrateġija globali tal-Unjoni dwar l-immigrazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti biex tirrevedi l-mandat tal-Aġenzija sabiex issaħħaħ l-irwol tagħha u tagħmlu iktar effikaċi;

3.   Jisħaq fuq l-importanza tal-għarfien li hu assolutament neċessarju li l-FRONTEX tkun tista' tistrieħ fuq id-disponibilità tar-riżorsi li joffrulha l-Istati Membri, b'mod partikulari permezz ta' CRATE, kemm għall-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti individwali kif ukoll għall-missjonijiet permanenti tagħha; jiddispjaċih li xi Stati Membri s'issa ma wrewx rieda biżżejjed biex jipprovdu l-assi neċessarji lill-FRONTEX u jistedinhom biex jagħmlu dan;

4.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil mill-Kunsill Ewropew u t-tisħiħ tal-Aġenzija li dan jirrakkomanda;

5.   Jenfasizza li l-FRONTEX għandha tintegra fil-kamp ta' azzjoni tagħha l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikulari fil-fruntieri esterni tal-Unjoni;

6.   Jistieden għal dan il-għan lill-Istati Membri biex jifformalizzaw mill-iktar fis possibbli sistema ta' “solidarjetà obbligatorja u irrevokabbli”, suġġetta għall-possibilità u l-bżonnijiet speċifiċi attwali ta' kull pajjiż li jipparteċipa, li tagħmilha possibbli għall-FRONTEX li, fit-tħejjija u fit-twettiq tal-missjonijiet tagħha, tneħħi l-inċertezza dwar il-kobor tar-riżorsi li tista' torbot fuqhom fi żmien reali;

7.   Jitlob li tiġi stabbilita għassa ta' sorveljanza konġunta operattiva li tkun permanenti u kontinwa matul is-sena kollha fiż-żoni kollha ta' riskju serju, b'mod partikulari fil-fruntieri tal-baħar fejn hemm riskju serju ta' telf ta' ħajja, billi d-dritt tal-ħajja huwa l-ewwel dritt fundamentali invjolabbli;

8.   Jenfasizza l-importanza li l-liġi tal-UE tkun armonizzata mal-liġi internazzjonali applikabbli f'dan il-qasam, sabiex l-Unjoni tkun tista' tikkontribwixxi b'mod effikaċi għall-isforzi meħtieġa sabiex tgħin lir-refuġjati li jkollhom bżonn l-għajnuna;

9.   Jistieden lill-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom, mill-iktar fis possibbli, biex jagħtu ħarsa konkreta lejn dan il-prinċipju ta' solidarjetà, billi b'mod partikulari jżidu r-riżorsi materjali li dawn ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija, b'mod speċjali r-riżorsi tal-baħar, u billi jiżgurawha fil-prattika mid-disponibilità assoluta tagħhom fil-waqt;

10.   Jistieden lill-FRONTEX biex tgħaddi rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih dettalji b'mod partikulari dwar l-użu effikaċi u d-disponibilità reali tal-materjal fid-database CRATE u biex, jekk ikun hemm bżonn, jisħqu fuq id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar liema Stati Membri jkunu qegħdin jipprovdu r-riżorsi u liema mhumiex;

11.   Jistieden lill-Istati Membri, fil-każ li ma jkunx hemm riżorsi biżżejjed disponibbli, biex jipprevedu malajr it-tibdil sostanzjali fl-iskala tal-baġit tal-FRONTEX u possibbilment jeżaminaw l-aspetti legali tal-kiri u/jew tal-akkwist ta' materjali fil-futur għat-twettiq tal-missjonijiet tagħha;

12.   Ifakkar li l-Parlament, bħala l-awtorità baġitarja, diġà żied il-baġit tal-FRONTEX mill-ħolqien tagħha u se jiżgura li dan il-baġit ikun implimentat b'mod korrett kif ukoll li jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-funzjonijiet tal-Aġenzija;

13.   Jiddikjara li l-kooperazzjoni tal-UE ma' pajjiżi terzi għandu jkun ibbażat fuq obbligi internazzjonali li jikkonċernaw il-ħarsien ta' rifuġjati u dawk li jfittxu l-ażil u, b'mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus ta' Rifuġjati (1951);

14.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi kbar ta' kooperazzjoni mwettqa minn kważi l-pajjiżi terzi kollha li magħhom il-FRONTEX tintalab taħdem ta' kuljum, u li wasslu għal riżultati pożittivi ħafna bħal dawk miksuba fil-Gżejjer Kanarji; jiddispjaċih, madankollu, li kooperazzjoni dwar l-immigrazzjoni għadha nieqsa f'pajjiżi oħra, bħal fit-Turkija u fil-Libja;

15.   Iħeġġeġ lill-Unjoni biex tinkludi, bħala parti min-negozjati tagħha ma' pajjiżi terzi, il-bżonn ta' kooperazzjoni ikbar minn pajjiżi terzi fil-qasam tal-immigrazzjoni u jistieden lil dawk li l-kooperazzjoni tagħhom mhix biżżejjed — jew inkella hija ineżistenti — biex jagħmlu l-aħjar sforzi tagħhom biex jiffaċilitaw il-ħidma tal-FRONTEX, b'mod partikulari billi jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni iktar effikaċi bejn is-servizzi tagħhom;

16.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jiksbu livell ogħla ta' kooperazzjoni minn pajjiżi terzi, b'mod partikulari fin-negozjati dwar il-ftehimiet ta' ammissjoni mill-ġdid; jikkunsidra li l-immigrazzjoni għandha tkun parti integrali min-negozjati ta' ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jkunu pajjiżi tal-oriġini jew ta' tranżitu;

17.   Jenfasizza l-bżonn li l-FRONTEX, f'koperazzjoni ma' pajjiżi terzi, tqis kif jixraq l-opinjonijiet ta' dawk l-Istati Membri li kellhom l-ikbar esperjenza f'dawk li huma l-isfidi maħluqa mill-immigrazzjoni illegali, fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi; iżid li l-parteċipazzjoni ta' pajjiż terz f'operazzjoni konġunta mmexxija mill-Istati Membri u kkoordinata mill-FRONTEX għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun qiegħda ssir l-operazzjoni;

18.   18 Jitlob li l-mandat tal-FRONTEX jinkludi b'mod espliċitu l-obbligu li jintlaħqu l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u d-dmir lejn dawk li jkunu qegħdin ifittxu l-ażil f'operazzjonijiet ta' salvataġg fil-baħar miftuħ, u jitlob biex il-kooperazzjoni mal-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) u ma' NGOs rilevanti oħra tkun formalizzata f'dan il-mandat;

19.   Hu mħasseb li ċittadini ta' pajjiżi terzi jista' ma jkollhomx mezzi adegwati biex jaraw jekk l-informazzjoni personali dwarhom miġbura mis-“sistema tas-sistemi” ppjanata mill-UE tkunx immaniġġjata skont il-prinċipji tal-liġi tal-protezzjoni tad-dejta li japplikaw fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkjarifika sa liema punt id-dejta personali se tkun disponibbli għall-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi;

20.   Jitlob li l-kompetenzi tal-FRONTEX ikunu estiżi sabiex din l-aġenzija tiġi mħeġga tniedi proġetti u operazzjonijiet f'pajjiżi terzi, inter alia sabiex titjieb l-effikaċja tal-ftehimiet eżistenti u sabiex jiġu identifikati l-bżonnijiet għall-bini tal-kapaċitajiet fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri fil-pajjiżi terzi;

21.   Jitlob lill-FRONTEX biex issaħħaħ u tagħti s-sehem importanti tagħha billi tappoġġja l-operazzjonijiet konġunti ta' ritorn, filwaqt li tqis it-tajjeb u l-ħażin ta' dawn il-proċeduri; jistieden lill-Istati Membri, fi spirtu ta' solidarjetà, biex jinvolvu lill-FRONTEX meta jippjanaw u jorganizzaw titjiriet konġunti ta' ritorn u biex jidentifikaw il-ħtieġa għal ritorn konġunt;

22.   Jistieden lill-Istati Membri biex jippermettu li ssir reviżjoni tal-mandat tal-FRONTEX sabiex ineħħu l-vojt ġuridiku li jista' jxekkel l-azzjoni tagħha, billi jintegraw b'mod partikulari l-kundizzjonijiet ġuridiċi preċiżi tal-interventi ta' salvataġġ tagħha fuq il-baħar, kif ukoll dawk tal-kontribut tagħha għall-operazzjonijiet ta' ritorn u l-possibilità ta' rikors għat-tagħmir tagħha minn pajjiżi terzi, b'mod partikulari permezz tal-proġetti pilota li minnhom ikunu jistgħu jibbenefikaw;

23.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa bir-reqqa l-attivitajiet tal-FRONTEX fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, inkluż ’ir-responsabbiltà tal-protezzjoni’;

24.   Jitlob li l-istaff tal-FRONTEX jitħarreġ fit-tipi differenti ta' kwistjonijiet li jidħlu fil-qafas tal-ħidma tagħha;

25.   Iqis li l-kompiti kif imwessgħa tal-FRONTEX u l-kontribut tagħha fil-ġlieda ta' kuljum kontra l-immigrazzjoni illegali jistgħu jiġġustifikaw żvilupp strutturali tal-kapaċitajiet loġistiċi u amministrattivi tagħha, filwaqt li jkun osservat il-prinċipju ta' proporzjonalità;

26.   Iqis, b'mod partikulari, li jekk ir-ritmu u r-riżorsi implimentati jkunu għadhom ma jiġġustifikawx il-multiplikazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati, jista' jiġi previst mil-lum il-ħolqien ta' żewġ fergħat differenti — waħda biex tikkoordina l-attività fuq il-fruntieri tal-art, u l-oħra l-operazzjonijet marittimi; ifakkar li, billi għall-ġejjieni r-rotot fuq l-art li jaqbdu l-migranti fuq il-fruntiera tal-lvant jirrappreżentaw sfida li kulma tmur qiegħda tikber, jaqbel li tingħatalhom attenzjoni doppja u li jiżdiedu r-riżorsi implimentati;

27.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-possibilità ta' sistema tal-UE għall-għassa tal-fruntieri;

28.   Jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir it-taħriġ tal-istaff mobilizzat fl-operazzjonijiet tal-FRONTEX — b'mod partikulari fil-qasam tal-liġi marittima, tal-liġi tal-ażil u tad-drittijiet fundamentali — inkluż, malli l-mandat tagħha jitwessa', għall-istaff tal-pajjiżi terzi kkonċernati; jinkoraġġixxi għal dan il-għan lill-FRONTEX biex tikkopera ma' istituzzjonijiet oħra bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-UNHCR, il-korp tan-NU responsabbli mil-Liġi tal-Baħar, kif ukoll l-NGOs u għaqdiet oħra b'esperjenza u kapaċità f'dawn l-oqsma;

29.   Jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza kampanji ta' informazzjoni dwar ir-riskji tal-immigrazzjoni klandestina, b'konformità mal-aħjar prattiki fl-Istati Membri;

30.   Jilqa' b'sodisfazzjon id-dibattiti attwali fil-Kunsill bl-iskop li titwaqqaf is-sistema ta' sorveljanza tal-fruntieri EUROSUR, sabiex ikun żgurat li l-mezzi kollha ta' sorveljanza jiġu sfruttati bl-aħjar mod possibbli, essenzjalment billi tkun esitża l-kopertura attwali tagħhom li llum tapplika biss għal parti miż-żoni fejn l-operazzjonijiet jintalbu li jsiru;

31.   Jinsisti, għalhekk, biex jibda bla dewmien l-adattament għat-talba tas-sistemi nazzjonali ta' sorveljanza u tal-interkonnessjoni tagħhom fin-netwerk, u biex — għal raġunijiet ta' koerenza — il-FRONTEX tingħata l-għodod kollha disponibbli, b'mod partikulari l-ġestjoni tan-netwerk ta' informazzjoni u ta' koordinazzjoni sikura mqabbad mal-Internet għas-servizzi tal-Istati Membri responsabbli mill-ġestjoni tal-flussi migratorji (ICONet) (4) u t-tnedija mill-ġdid tal-attivitajiet taċ-Ċentru għall-Informazzjoni, id-Diskussjoni u l-Iskambju dwar il-Qsim tal-Fruntieri u l-Immigrazzjoni (CIREFI) kif imsemmi fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994;

32.   Jinsisti fuq il-bżonn li tiżdied il-kooperazzjoni tal-FRONTEX dwar l-analiżi tar-riskju mal-Europol u ma' aġenziji Ewropej oħra, kif ukoll ma' korpi internazzjonali oħra u awtoritajiet ta' kontroll tal-fruntieri ta' pajjiżi terzi, b'mod speċjali fil-kuntest tat-tkissir ta' netwerks internazzjonali tat-traffikanti u t-twettiq ta' ġustizzja fuq l-individwi involuti fit-traffikar tal-immigranti klandestini; jikkunsidra li jkun essenzjali wkoll li jiġi implimentat mekkaniżmu li jippermetti lill-FRONTEX li tgħaddi informazzjoni importanti lill-persuni li jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnha;

33.   Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-bżonnijiet konkreti tas-servizzi responsabbli mill-kontrolli tal-fruntieri jitqiesu b'mod speċifiku fl-attivitajiet ta' riċerka;

34.   Iqis l-għan tal-ġestjoni integrata tassew tal-fruntieri tal-UE bħala leġittimu u jaqbel li huwa importanti li l-politika komuni tal-UE dwar il-ġestjoni tal-fruntieri tibqa' tiżviluppa u tissaħħaħ kontinwament; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li ssir valutazzjoni u evalwazzjoni tas-sistemi eżistenti u ta' dawk li qegħdin jitħejjew qabel ma wieħed jgħaddi għall-fażi li jmiss kif propost mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha imsemmija hawn fuq bl-isem “It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea”; jinsisti, barra minn hekk, fuq pjan ewlieni komprensiv li jfassal l-arkitettura sħiħa tal-istrateġija tal-UE dwar il-fruntieri, kif ukoll id-dettalji ta' kif il-programmi u l-iskemi kollha relatati għandhom jaħdmu flimkien u kif ir-relazzjoni bejn il-programmi relatati tista' tkompli titjieb;

35.   Jistieden lill-FRONTEX biex tieħu l-inizjattiva u toħloq ambjent komuni ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sabiex jiġu ottimizzati l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta' din id-dejta delikata; jitlob lill-Forum Ewropew tar-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-qasam tas-Sigurtà (ESRIF) biex jagħti l-kontribut tiegħu għat-twettiq ta' dan l-objettiv, billi fil-ħidmiet tiegħu jagħti preferenza lill-applikazzjonijiet komuni fil-qasam tal-ipperfezzjonar u tal-innovazzjoni tal-għodod ta' sorveljanza;

36.   Jitlob li jissaħħaħ il-kontroll demokratiku tal-FRONTEX mill-Parlament, u jistieden lill-FRONTEX biex tinformah dwar in-negozjati biex jiġu konklużi l-ftehimiet iffirmati mal-pajjiżi terzi, biex tippreżenta evalwazzjonijiet tattiċi li jiffukaw fuq reġjuni partikulari fuq il-fruntieri, u biex tippubblika rapporti ta' evalwazzjoni dwar operazzjonijiet konġunti u missjonijiet koordinati oħra, analiżi tar-riskji, studji tal-fattibilità u statistika dwar ix-xejriet tal-migrazzjoni; jiġbed l-attenzjoni li s-superviżjoni demokratika tal-attivitajiet tal-FRONTEX, fost affarijiet oħra, issaħħaħ il-leġittimità tagħha; madankollu, l-informazzjoni ppubblikata f'dawk ir-rapporti m'għandhiex tinkludi dejta kunfidenzjali li tista' taffettwa l-operazzjonijiet li jkunu għaddejjin;

37.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkjarifika liema kwalità ta' għajnuna loġistika għas-sorveljanza tal-fruntieri hija intenzjonata għall-pajjiżi terzi li huma ġirien, kif imsemmi fit-tielet stadju tal-ewwel fażi tal-EUROSUR;

38.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni.


(1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30.

(3)  ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 223.

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE tas-16 ta' Marzu 2005 (ĠU L 83, 1.4.2005, p. 48).


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/47


L-impatt tal-iffalsifikar fuq il-Kummerċ Internazzjonali

P6_TA(2008)0634

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-iffalsifikar fuq il-Kummerċ Internazzjonali (2008/2133(INI))

(2010/C 45 E/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp (OECD) tal-2007 bit-titolu “L'impatt ekonomiku tal-iffalsifikar u tal-piraterija”,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta' Novembru 2005 bit-titolu “Implimentar tal-programm tal-Komunità ta' Liżbona — politika moderna għal tkabbir ekonomiku u l-impjiegi tal-SME” (COM(2005)0551),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2006 bit-titolu “Ewropa Globali: kompetizzjoni dinjija — Kontribut lill-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi” (COM(2006)0567),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' April 2007 bit-titolu “Ewropa Globali: sħubija aktar b'saħħitha biex itejjeb l-aċċess għas-suq għall-esportaturi Ewropej” (COM(2007)0183),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-19 ta' Frar 2008 dwar l-Istrateġija tal-UE li tipprovdi l-aċċess għas-swieq għall-impriżi Ewropej (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-22 ta' Mejju 2007 dwar l-Ewropa Globali — aspetti esterni tal-kompetittività (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar ir-regoli u l-proċeduri effettivi fir-rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni għas-servizz tal-politika kummerċjali (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi tranżatlantiċi UE-USA (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Merkosur rigward il-konklużjoni tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali mal-Korea (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Mejju 2008 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali mal-pajjiżi tal-Ażja tax-Xlokk (ASEAN) (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar il-prospettivi tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina (8),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2006 bit-titolu “Ċina — UE: Msieħba aktar mill-qrib, tkabbir tar-responsabilitajiet” (COM(2006)0631) u d-dokument ta' ħidma li jakkumpanjaha, bit-titolu “Imsieħba aktar mill-qrib, Responsabbiltajiet Ikbar — dokument ta' politika dwar il-kummerċ u l-investiment bejn l-UE u ċ-Ċina: Kompetizzjoni u Sħubija” (COM(2006)0632),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 3286/94 tal-Kunsill, tat-22 ta' Diċembru 1994, li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji fis-settur tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiġi ggarantit it-twettiq tad-drittijiet tal-Komunità skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, partikolarment dawk imwaqqfa taħt il-patroċinju tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (9), (Regolament dwar l-ostakoli għall-kummerċ),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 bit-titolu “Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali” (COM(2008)0465),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2001 bit-titolu “Programm ta' azzjoni: Azzjoni aċċellerata fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar” (COM(2001)0096),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2003 bit-titolu “Aġġornament tal-programm ta' azzjoni komunitarja — Azzjoni aċċellerata fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar — kwistjonijiet ta' politika pendenti u sfidi futuri” (COM(2003)0093),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2004 bit-titolu “Qafas ta' Politika Koerenti Ewropea għal Azzjoni Esterna biex tingħeleb il-problema tal-HIV/AIDS, il-Malarja u t-Tuberkulosi” (COM(2004)0726),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 816/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 2006, dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saħħa pubblika (10),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 980/2005 tal-Kunsill, tas-27 ta' Ġunju 2005, dwar l-applikazzjoni ta' sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (11) (Regolament GSP),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2008 dwar l-attivitajiet doganali tal-komunità fir-rigward tal-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali — Riżultati tal-Fruntiera Ewropea 2007,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (12),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-1 ta' April 2008 bit-titolu “Strateġija għall-evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali” (COM(2008)0169),

wara li kkunsidra l-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu infurzati tas-26 ta' April 2006 (COM(2006)0168),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar l-erbgħin anniversarju tal-Unjoni Doganali (13),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 rigward l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (14),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (15),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0447/2008),

A.

billi jeħtieġ li l-iffalsifikar ikun miġġieled b'mod effettiv sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda ta' Liżbona l-ġdida, kemm fir-rigward tal-aspetti interni tagħha u kemm dawk esterni kif stabbiliet il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq tat-18 ta' April 2007,

B.

billi l-Unjoni Ewropea hi t-tieni l-akbar importatur fid-dinja ta' oġġetti u servizzi, u li s-suq waħdieni tagħha, estremament miftuħ u trasparenti, joffri opportunitajiet enormi, imma jippreżenta wkoll riskji serji ta' invażjoni ta' prodotti ffalsifikati,

C.

billi l-ekonomija tal-UE speċjalizzat fi prodotti ta' kwalità għolja, b'valur miżjud għoli, ħafna drabi protetti minn trademarks, privattivi u indikazzjonijiet ġeografiċi, li, min-natura tagħhom, huma l-aktar suxxettibbli li jkunu ffalsifikati,

D.

billi l-każi ta' ksur serju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) joħolqu barriera kummerċjali mhux tariffarja li tagħmel l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi aktar diffiċli u jiswa ħafna, l-aktar għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) minħabba li għandhom mezzi u riżorsi limitati,

E.

billi l-kompetittività Ewropea hi tradizzjonalment marbuta mal-kwalità tal-forza tax-xogħol, u sa ċertu punt, l-aktar għall-SMEs, mar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR),

F.

billi l-IPRs, kif ukoll l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini, mhumiex dejjem protetti b'mod effettiv mill-imsieħba tan-negozju tal-Unjoni Ewropea,

G.

billi jeżisti ammont kbir u li qed jiżdied ta' tipi ta' prodotti ffalsifikati, mhux aktar ristretti għal prodotti ta' lussu u ta' kwalità għolja imma jinkludi wkoll prodotti ta' użu komuni, bħal ġugarelli, mediċini, kosmetiċi u ikel,

H.

billi stħarriġ reċenti mill-OECD kkalkula li l-kummerċ internazzjonali marbut ma' ksur tal-IPR ammonta għal EUR 150 biljun fl-2005, li miegħu għandu jiżdied il-valur ta' tranżazzjonijiet nazzjonali u ta' prodotti ffalsifikati u illegali li qed jitqassmu permezz tal-internet,

I.

billi fl-2007 l-ammont ta' oġġetti li kienu jiksru l-IPRs sekwestrati mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Unjoni Ewropea żdied bi 17 % meta mqabbel mas-sena preċedenti, b'żieda ta' 264 % għall-kosmetiċi u prodotti tal-iġjene personali, ta' 98 % għall-ġugarelli u ta' 51 % għall-mediċinali,

J.

billi l-fenomenu tal-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali iġib konsegwenzi allarmanti għall-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u għas-sistema soċjo-ekonomika komunitarja kollha, inaqqas l-inċentivi għall-innovazzjoni, iżomm l-investiment barrani dirett, waqt li jelimina postijiet kwalifikati tax-xogħol mill-industrija u joħloq il-bażi għall-iżvilupp ta' sistema ekonomika illegali, parallela ma' dik legali, u kkontrollata mill-kriminalità organizzata,

K.

billi r-rapport tal-2007 msemmi hawn fuq mill-OECD bit-titolu ’L-impatt ekonomiku tal-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali’, kif ukoll ir-rapport li jmiss tal-Phase II mill-OECD dwar ’L-ikkuppjar illegali ta' kontenut diġitali’, jenfasizzaw l-iskala globali, it-tkabbir mgħaġġel u l-impatt ekonomiku detrimentali tal-piraterija diġitali fuq id-detenturi tad-drittijiet,

L.

billi l-iffalsifikar jagħmel ħsara gravi lill-ambjent, kemm minħabba l-insuffiċjenza tal-istandards ta' kwalità tal-merkanzija ffalsifikata u kemm minħabba l-ispejjeż għolja tar-rimi u tal-qerda tagħha,

M.

billi l-aċċess għal proċeduri fil-ġlieda kontra oġġetti ffalsifikati hu kkumplikat, jiswa l-flus u jieħu ż-żmien, speċjalment għall-SMEs,

N.

billi s-suq waħdieni jiggarantixxi lill-konsumaturi Ewropej il-possibilità li jagħżlu b'mod ħieles, trasparenti u sikur liema prodotti jixtru u billi l-prodott iffalsifikat, jekk ma jkunx ikkontrollat fil-ħin, jista' jaffettwa ħażin mhux biss il-prinċipju tal-fiduċja li fuqu sserraħ is-sistema kollha imma jista' wkoll jikkawża riskji serji għas-sikurezza, is-saħħa u, f'każi estremi, il-ħajja stess tal-konsumaturi, u għalhekk hu importanti li jkunu ggarantiti aħjar id-drittijiet tagħhom,

O.

billi inizjattivi biex titqajjem kuxjenza fost il-konsumaturi dwar ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom u, b'mod ġenerali, dwar il-konsegwenzi ta' xiri ta' oġġetti ffalsifikati huma għodda effettiva fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar,

P.

billi teħtieġ tittieħed azzjoni aktar stretta kontra min jiffalsifika prodotti li għandhom impatt dirett fuq is-saħħa pubblika,

Q.

billi d-diverġenzi persistenti bejn il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, partikolarment fir-rigward tal-miżuri penali li għandhom l-għan li jiżguraw li dawk id-drittijiet ikunu rispettati, idgħajfu l-pożizzjoni tan-negozjar tal-Unjoni Ewropea u jistgħu jimminaw l-isforzi li saru s'issa biex ikun miġġieled b'mod aktar effettiv l-iffalsifikar f'livell internazzjonali,

R.

billi l-proċedura simplifikata mniżżla fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 fi Stati Membri bħall-Portugal, il-Greċja, l-Ungerija, l-Olanda u l-Litwanja li jippermettu li jinqerdu kwantitajiet kbar ta' oġġetti ffalsifikati f'qasir żmien u bi spejjeż relattivament żgħar,

S.

billi s-samit tal-G8 tal-2006 f'St Petersburg irrikonoxxa n-natura globali tal-problema tal-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali u saħaq dwar il-ħtieġa li titjieb il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-G8, pajjiżi terzi u l-istituzzjonijiet kompetenti internazzjonali,

T.

billi s-samit sussegwenti tal-G8 f'Heilingendamm stabbilixxa Task Force dwar l-IPR biex tiġġieled l-iffalsifikar u l-piraterija bħala parti mill-“Proċess Heiligendamm” (16),

U.

billi fl-2007 l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun u l-Istati Uniti ħabbru l-bidu ta' negozjati dwar il-ftehima multilaterali ġdida maħsuba biex issaħħaħ l-applikazzjoni tal-IPRs u l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali (Anti-Counterfeiting Trade Agreement — ACTA),

V.

billi konklużjoni favorevoli tal-Ftehima ACTA se tagħmilha possibbli li jkunu stabbiliti standards komuni għall-ħarsien ċivili u amministrattiv, għal koperazzjoni interistituzzjonali msaħħa u koperazzjoni mas-settur privat, kif ukoll l-inkorporazzjoni ta' assistenza teknika, bil-għan li r-rispett għall-IPR isir aktar sempliċi kif ukoll iktar sikur u b'inqas spejjeż,

W.

billi jeħtieġ issir distinzjoni bejn il-mediċini ġeneriċi, li għandu jkollhom inċentivi biex jiċċirkulaw u jkunu kkummerċjalizzati kemm fl-Unjoni Ewropea u kemm fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u mediċini ffalsifikati li, min-naħa huma perikolużi għas-saħħa pubblika u mill-oħra jwasslu biex ikun hemm telf ekonomiku sostanzjali għall-impriżi fis-settur u jistgħu jxekklu l-iżvilupp ta' skoperti ġodda, mingħajr benefiċċju għall-popolazzjonijiet tal-pajjiżi l-inqas żviluppati, billi, barra minn hekk, il-mediċini ffalsifikati huma biss parti mill-mediċini illegali,

X.

billi, fir-rigward ta' prodotti li għandhom impatt dirett fuq is-saħħa pubblika, l-internet u netwerks ta' distribuzzjoni parallela tal-kummerċ għandhom kontribut kbir fit-tqassim ta' prodotti ffalsifikati li huma ta' ħsara għas-saħħa pubblika,

Y.

billi l-Unjoni Ewropea qed tagħmel sforzi kontinwi biex tarmonizza l-miżuri ta' infurzar tal-IPR, l-aktar bi proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jkun garantit l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tat-12 ta' Lulju 2005 (COM(2005)0276), u dan il-proċess m'għandux jitwarrab minn negozjati ta' kummerċ li huma barra mill-iskop tal-proċessi normali tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE,

Z.

billi hu kruċjali wkoll li jkun żgurat li l-iżvilupp ta' miżuri tal-infurzar tal-IPR iseħħ b'mod li ma jfixkilx l-innovazzjoni jew il-kompetizzjoni, ma jdgħajjifx il-limitazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet tal-IPR jew id-dejta personali, ma jirrestrinġix l-iskambju ħieles tal-informazzjoni, jew ma joħloqx piżijiet bla bżonn għall-kummerċ leġittimu,

AA.

billi l-Unjoni Ewropea uriet l-impenn tagħha favur infurzar effettiv u bilanċjat tal-IPR bl-adozzjoni ta' ġabra ta' diretttivi f'dan il-qasam wara skrutinju dettaljat mill-Parlament u mill-Kunsill fuq numru ta' snin,

AB.

billi hu fundamentalment importanti, meta wieħed jikkunsidra miżuri legali, li tiġi rikonoxxuta d-differenza sostanzjali bejn id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali u dik materjali, u għalhekk bejn il-ksur tad-drittijiet u s-serq,

AC.

billi l-każi kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jagħmlu ħsara lill-kummerċ u lin-negozju, iżda billi l-każi ta' ksur fuq skala kummerċjali għandhom effetti addizzjonali u aktar mifruxa,

AD.

billi, fil-każ ta' privattivi fuq prodotti farmaċewtiċi, filwaqt li l-ksur tal-privattivi jiġi trattat każ b'każ fuq il-bażi ta' argumenti sustantivi magħmula fi ħdan proċeduri ċivili għal raġunijiet ta' ksur ta' privattivi, il-ksur tad-drittijiet tal-awtur u ta' marki reġistrati jikkostitwixxi offiżi intenzjonati,

Il-qafas multilaterali

1.   Iqis li s-sistema tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għandha l-għan li tiżgura rikonoxximent aktar wiesa' tal-IPRs f'livell internazzjonali waqt li tipprovdi livell ta' standards li hemm qbil dwarhom permezz tal-Ftehima dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), tad-djalogu bejn l-Istati Membri u istituzzjonijiet oħra bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Uffiċċji tad-Dwana (WCO), kif ukoll permezz ta' mekkaniżmu ta' prevenzjoni u ta' soluzjoni ta' tilwim;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinsisti fil-Kunsill TRIPS biex ir-regoli minimi inkorporati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jkunu akkumpanjati minn miżuri effettivi ta' applikazzjoni u tal-prevenzjoni tal-każi ta' ksur; hu tal-fehma li l-flessibilitajiet provduti fil-ftehima TRIPS u kkonfermati fid-Dikjarazzjoni ta' Doha dwar il-ftehim TRIPS u s-saħħa pubblika, għandhom jinżammu sakemm jibqa' jitħares l-għan li jkun garantit bilanċ ġust bejn l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u dawk tal-utenti aħħarija;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti lill-Parlament li jiggarantixxu li l-esportazzjoni, it-tranżitu u l-operazzjonijiet tal-kunsinja jkunu ttrattati kif xieraq fil-ftehima TRIPS u biex teżamina jekk hemmx ħtieġa ta' aktar bidliet fil-ftehima, sabiex jinħoloq bilanċ ġust bejn l-interessi tal-pussessuri u dawk tal-utenti potenzjali tal-IPR, partikolarment meta wieħed iqis il-livell ta' żvilupp tal-partijiet involuti u jiddistingwi bejn pajjiżi li jipproduċu prodotti ffalsifikati u kkuppjati illegalment, dawk li jużawhom, u dawk li l-prodotti jgħaddu mit-territorju tagħhom;

4.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fl-Unjoni Ewropea fi programmi ta' assistenza teknika li għenu biex jissaħħu l-IPRs f'pajjiżi emerġenti u li qed jiżviluppaw, u jenfasizza l-importanza li dawn il-programmi jitkomplew minħabba l-benefiċċji li dawn jistgħu jiksbu f'termini ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli u l-irwol importanti tagħhom fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar;

5.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw miżuri speċifiċi, appoġġjati minn għajnuna finanzjarja xierqa, favur edukazzjoni aktar wiesgħa tal-konsumatur fl-Ewropa kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex ikunu evitati riskji marbuta ma' prodotti ffalsifikati u potenzjalment perikolużi;

6.   Jappoġġja s-soluzzjonijiet imressqa fit-Tnax-il Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, fi ħdan l-Inizjattiva “Afrika Kreattiva”, li jikkonsidraw l-industriji kreattivi bħala fattur essenzjali fit-tkabbir ta' pajjiżi li mhumiex żviluppati, u jaffermaw mill-ġdid l-irwol vitali tal-IP għall-iżvilupp sostenibbli ta' dawn ir-reġjuni;

7.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu u jappoġġjaw abbozz ta' protokoll dwar l-iffalsifikar, li għandu jiżdied mal-Konvenzjoni Internazzjonalitan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriminalità Organizzata (Konvenzjoni ta' Palermo);

8.   Ifakkar li, fi wħud mill-ekonomiji emerġenti, il-produzzjoni tal-oġġetti ffalsifikati u illegali laħqet dimensjonijiet allarmanti; waqt li jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi ta' koperazzjoni li kien hemm s'issa, hu tal-opinjoni li jeħtieġu miżuri speċjali biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati bejn l-uffiċċji tad-dwana, l-entitajiet ġudizzjarji u tal-pulizija, kif ukoll biex titħeġġeġ l-armonizzazzjoni tar-regoli ta' dawn il-pajjiżi ma' dawk tal-Unjoni Ewropea;

9.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi, fl-istess linja tal-Artikolu 3(2) (17) tad-Direttiva 2004/48/KE, salvagwardji fuq livell internazzjonali sabiex ikun garantit li kull miżura addizzjonali ta' infurzar tal-privattivi ma tkunx abbużata biex tfixkel kummerċ leġittimu;

10.   Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom mal-pajjiżi msieħba Ewro-Mediterranji fi ħdan il-Programm ’Euromed Market’ u sabiex jippromwovu fir-reġjun Ewro-Mediterranju metodu komuni ta' leġiżlazzjoni, ta' proċeduri u ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-koperazzjoni tal-uffiċċji tad-dwana u tal-azzjoni kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ bejn il-pajjiżi msieħba Ewro-Mediterranji;

11.   Hu konvint li biex il-ġlieda kontra l-iffalsifikar tissaħħaħ għandu jsir użu aktar frekwenti u mmirat tal-Entità ta' Soluzzjoni ta' Tilwim tad-WTO li, flimkien mal-qrati Komunitarji u nazzjonali, tista' tiggarantixxi ħarsien aħjar tal-industrija u tal-konsumaturi Ewropej billi tikkonsolida l-każistika li ssaħħaħ il-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehima TRIPS;

12.   Jafferma mill-ġdid li kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġi sustantiva għandha tirrispetta s-sovranità nazzjonali u t-trattati internazzjonali f'dan il-qasam;

ACTA u inizjattivi bilaterali u reġjonali oħra tal-UE

13.   Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'mod parallel man-negozjati multilaterali, tkompli l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali anke permezz ta' ftehimiet bilaterali, reġjonali u multilaterali biex tqarreb lejn xulxin il-leġiżlazzjonijiet u l-applikazzjoni effettiva tagħhom, waqt li tipprevedi t-twaqqif ta' sistemi effiċjenti ta' soluzzjoni ta' tilwim kif ukoll ta' sanzjonijiet f'każ li ma jitħarsux l-obbligi sottoskritti;

14.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinnegozjaw l-ACTA taħt kundizzjonijiet l-aktar trasparenti favur iċ-ċittadini tal-UE, speċjalment dwar id-definizzjonijiet tat-termini “ffalsifikar” u “kkupjar illegali” kif ukoll il-miżuri ta' sanzjonijiet kriminali previsti; hu tal-fehma li jrid ikun evalwat l-impatt soċjali tal-ftehima kif ukoll l-impatt fuq il-libertajiet ċivili; jappoġġja t-twaqqif ta' task force biex teżamina l-implimentazzjoni tal-ftehima, billi tippromwovi dan is-suġġett fi djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi u bħala parti minn miżuri ta' koperazzjoni ma' dawk il-pajjiżi;

15.   Jikkunsidra li għadu inċert jekk it-Trattat KE jipprovdix bażi legali għal miżuri Komunitarji li jippreskrivu t-tip u l-livell ta' pieni kriminali u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni ma jistax ikollha l-kompetenza biex tinnegozja f'isem il-Komunità ftehima internazzjonali li tispeċifika n-natura u l-livell tal-miżuri tal-liġi kriminali li għandhom jittieħdu kontra min jikser trademarks u drittijiet tal-awtur;

16.   Jenfasizza li f'kull ftehima ta' applikazzjoni tal-proprjeta' intellettwali prevista, użu personali li mhux għall-profitt għandu jitqies b'mod differenti minn kummerċ frawdolenti u intenzjonat ta' ffalsifikar u kkuppjar illegali ta' oġġetti;

17.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tinnegozja ma' pajjiżi terzi t-twaqqif ta' task forces biex jiġġieldu l-iffalsifikar;

18.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tassigura li l-ACTA ma tagħtix aċċess għall-kompjuters privati u mezzi elettroniċi oħra lill-awtoritajiet pubbliċi;

19.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-interess li qed jikber minn numru ta' pajjiżi tad-WTO fl-ACTA, jemmen li għandhom isiru sforzi biex ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil, kif ukoll blokki ta' kummerċ reġjonali bħall-Merkosur, il-CARICOM u l-ASEAN ikunu inklużi, sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem fin-negozjati tal-ftehima, waqt li jkunu mistiedna minn issa biex jimpenjaw irwieħhom li jiggarantixxu r-rispett għall-IPR fit-territorju tagħhom;

20.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tevita l-periklu ta' kontradizzjonijiet u ta' duplikazzjoni bejn l-ACTA, il-ftehima TRIPS u trattati internazzjonali oħra dwar l-IPR;

21.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura li l-ACTA tikkonċentra biss fuq miżuri ta' applikazzjoni tal-IPR u mhux fuq kwistjonijiet sostantivi tal-IPR bħall-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni, il-limitazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet, responsabbilta' sekondarja jew responsabbilta' ta' intermedjarji;

22.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura li l-ACTA ma tintużax bħala mezz biex ikun modifikat il-qafas ta' applikazzjoni tal-IPR Ewropew attwali, imma li tirrifletti b'mod sħiħ il-bilanċ stabbilit mid-direttivi differenti adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'dan il-qasam, u l-aktar id-dispożizzjoni tal-Premessa 2 tad-Direttiva 2004/48/KE;

23.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiċċaraw l-irwol u l-kompetenza tal-Kumitat tal-Artikolu 133 u l-kumitati l-oħra involuti fin-negozjati dwar l-ACTA;

24.   Jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra ċerta kritika qawwija dwar l-ACTA fin-negozjati li għaddejjin, fosthom li tista' tippermetti li detenturi ta' trademarks u ta' drittijiet tal-awtur jinvadu l-privatezza ta' persuni li allegatament ikunu ħatja ta' ksur mingħajr proċess legali, li tikkriminalizza ulterjurment lil każi ta' ksur mhux kummerċjali tad-dritt tal-awtur u tat-trademark, li tista' tkompli ssaħħaħ it-teknoloġiji tal-Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali għas-spejjeż tad-drittijiet ta' ’użu ġust’, li tista' tistabbilixxi proċedura ta' soluzzjoni ta' tilwim barra mill-istrutturi attwali tad-WTO u fl-aħħar li tista' ġġiegħel lill-firmatarji kollha biex ikopru l-ispiża ta' infurzar ta' każi ta' ksur tad-drittijiet tal-awtur u tat-trademarks;

25.   F'dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura proċess pubbliku ta' konsultazzjoni kontinwu u trasparenti, sabiex tappoġġja l-benefiċċji ta' dan il-proċess mal-pajjiżi kollha li qed jinnegozjaw, u sabiex tassigura li l-Parlament ikun infurmat sew u b'mod regolari dwar l-istat attwali tan-negozjati;

26.   Ifakkar li t-Trattat KE jinkludi derogi fejn in-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet fil-qasam tal-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali huma relatati mal-kummerċ f'servizzi kulturali u awdjoviżivi; jirrimarka li, f'dawn iċ-ċirkustanzi, in-negozar u l-konklużjoni ta' ftehimiet huma parti mill-kompetenza komuni tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha; barra minn hekk jenfasizza li, flimkien ma' deċiżjoni Komunitarja meħuda skont id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat KE, in-negozjar ta' dan it-tip ta' ftehimiet jirrikjedi l-kunsens tal-Istati Membri, u ftehimiet negozjati b'dan il-mod iridu jiġu konklużi b'mod konġunt bejn il-Komunità u l-Istati Membri;

27.   Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-qafas tan-negozjati tal-ACTA, fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tirrigwarda l-protezzjoni tad-dejta personali, u d-Direttiva 95/46/KE tal-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (18);

28.   Hu tal-fehma li, fl-iżvelar tal-abbozzi ta' tħejjija għall-ACTA, inklużi r-rapporti ta' progress, u fil-mandat għan-negozjar tal-Kummissjoni, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (19) m'għandux ikollu prevalenza fuq l-interess pubbliku, u jħeġġeġ lill-Kunsill biex japplika l-Artikolu 255 tat-Trattat KE b'tali mod li jiġi żgurat l-akbar aċċess possibbli għad-dokumenti, sakemm jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa kif titlob il-liġi tal-protezzjoni tad-dejta;

29.   Jinnota b'dispjaċir li l-protezzjoni tal-IPR fit-Turkija għadha ma tilħaqx l-istandards tal-UE u għalhekk teħtieġ li tkun riveduta; jirrimarka li t-Turkija tista' ssir kandidat kredibbli għall-adeżjoni meta tkun f'pożizzjoni li timplimenta l-acquis communautaire u li tiggarantixxi rispett sħiħ għall-IPR 'il ġewwa mill-fruntieri tagħha;

Relazzjonijiet UE-Ċina

30.   Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex iżidu l-isforzi tagħhom u jieħdu azzjoni legali b'aktar enerġija kontra dawk li jiksru l-IPRs u, f'dan ir-rigward, jilqa' b'sodisfazzjon il-bidla fl-attitudni min-naħa tal-entitajiet ġuridiċi li reċentement irrikonoxxew il-jeddijiet taċ-ċittadini tal-UE għall-IPR fiċ-Ċina u kkundannaw kumpaniji lokali li kisru dawk id-drittijiet;

31.   Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tiżdied il-koperazzjoni mal-awtoritajiet tad-dwana Ċiniżi waqt li jkunu garantiti l-għajnuna u l-appoġġ mis-servizzi amministrattivi korrispondenti Ewropej;

32.   Jenfasizza l-fatt li 60 % tal-oġġetti ffalsifikati maqbuda mill-awtoritajiet tad-dwana tal-UE kienu magħmula fiċ-Ċina; jitlob lill-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet Ċiniżi, biex jippreżentaw pjan ta' azzjoni li jiġġieled l-iffalsifikar malajr kemm jista' jkun;

Miżuri ta' appoġġ estern fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar

33.   Jirrikmanda l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ effettiv fir-rigward ta' każi ta' ksur possibbli tal-IPRs li huma protetti skont ftehimiet varji, flimkien ma' mezzi ta' inċentivi tal-kummerċ bħala parti minn impenn speċifiku fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali;

34.   Ifakkar li r-Regolament tal-GSP jipprevedi, fost l-oħrajn, il-possibilità ta' sospensjoni temporanja tal-preferenzi għall-imsieħba li jużaw prattiki kummerċjali mhux leali; hu tal-fehma li fil-każ ta' każi ta' ksur serju tal-proprjetà intellettwali, bħal f'każi li jikkostitwixxu theddida serja għas-sikurezza u s-saħħa pubblika, l-użu ta' dan id-deterrent għandu jitqies sew mill-Kummissjoni;

35.   35 Hu tal-fehma li r-Regolament dwar l-Ostakli għall-Kummerċ jista' joffri għajnuna importanti lill-impriżi Ewropej li għandhom problemi ta' aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' każi ta' ksur tal-proprjetà intellettwali u jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-użu tiegħu partikolarment mill-SMEs;

36.   Hu tal-fehma li koperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri f'pajjiżi terzi tista' tiggrantixxi skambji ta' informazzjoni aktar effettivi, użu aħjar tar-riżorsi disponibbli u impatt akbar fuq miżuri li jiġġieldu l-iffalsifikar kemm fir-rigward ta' azzjoni politikodiplomatika u b'mod aktar strett f'aspetti tekniċi;

37.   Jstieden lill-Kummissjoni biex ’it-tim tal-aċċess għas-suq’ fid-delegazzjonijiet tal-UE isiru punt ta' referenza tanġibbli għall-kumpaniji Komunitarji (partikolarment l-SMEs) li jilmentaw minn każi ta' ksur tal-proprjeta' intellettwali;

Kwistjonijiet normativi u organizzativi

38.   Jinnota l-impenn tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-proprjetà intellettwali fl-Unjoni Ewropea u jitlob impenn akbar fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar u biex ikun hemm armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Istati Membri;

39.   Jinnota li ma hemm l-ebda definizzjoni armonizzata fl-Unjoni Ewropea ta' ’ffalsifikar’ u ta' ’kkuppjar illegali’ u li d-definizzjonijiet tal-Istati Membri huma differenti;

40.   Jinnota bi tħassib l-evoluzzjoni tal-iffalsifikar u tal-ikkupjar illegali, partikolarment f'ekonomija globalizzata, kif ukoll l-implikazzjonijiet serji għall-kompetittività tal-Unjoni Ewropea u tan-negozji, l-awturi u l-konsumaturi tagħha; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni biżżejjed dwar il-perikli ta' ffalsifikar u ta' kkupjar illegali, partikolarment ir-riskju konsiderevoli għas-saħħa u s-sikurezza li prodotti ffalsifikati, inklużi mediċini, joħolqu lill-konsumaturi;

41.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tinvestiga b'mod speċifiku r-riskji għas-saħħa u s-sikurezza marbuta ma' ffalsifikar sabiex ikun evalwat jekk humiex meħtieġa aktar miżuri;

42.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-ħila kollha tagħha ħalli jkun hemm ftehim dwar sanzjonijiet minimi fil-liġi kriminali Ewropea għal każi ta' ksur serju tal-IPR;

43.   Jemmen li hi meħtieġa armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali fis-seħħ kontra l-iffalsifikar sabiex tkun garantita applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-ftehima futura ACTA;

44.   Jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni imtejba fi ħdan il-Kummissjoni bejn id-dipartimenti li jittrattaw il-ġlieda kontra l-iffalsifikar u t-tqassim aħjar tal-inizjattivi Komunitarji li l-Kummissjoni tadotta f'dan ir-rigward, minħabba li l-frammentazzjoni tal-arranġamenti tas-sanzjonijiet hi ta' ħsara għas-suq intern u ddgħajjef l-Unjoni Ewropea fin-negozjati tagħha tal-kummerċ; jenfasizza wkoll li s-setturi privati u pubbliċi għandhom jestendu l-koperazzjoni tagħhom biex jassiguraw li l-miżuri biex jikkumbattu l-iffalsifikar ikunu aktar attivi, dinamiċi u effettivi;

45.   Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu żviluppati korsijiet kontinwi ta' taħriġ adatt għall-istaff tal-uffiċċju tad-dwana, maġistrati u professjonisti oħra involuti u li l-Istati Membri jitħeġġu jwaqqfu timijiet speċjalizzati kontra l-iffalsifikar;

46.   Jinnota r-rikonoxximent mill-Kummissjoni, fil-White Paper tagħha ta' Lulju 2007 dwar l-Isport, li l-vijabilità ekonomika tal-isfruttar tad-drittijiet tal-isport tiddependi mid-disponibilità ta' mezzi effettivi li jipproteġu kontra l-attivitajiet ta' min jikser id-drittijiet ta' proprjeta' intellettwali fuq livell nazzjonali u dak internazzjonali u jitlob biex is-sidien ta' drittijiet sportivi jkunu inklużi fi kwalunkwe azzjoni li teħodha kontra l-iffalsifikar u l-ikkupjar diġitali illegali;

47.   Jirrikmanda aktar titjib u koordinazzjoni aħjar tal-proċeduri tad-dwana fl-Unjoni Ewropea sabiex b'mod sostanzjali ikun ristrett l-aċċess għas-suq waħdieni għal prodotti ffalsifikati jew illegali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tressaq proposta lill-Parlament u lill-Kunsill li tipprovdi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha b'dejta u statistika dwar l-iffalsifikar f'livell tal-UE;

48.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-użu speċifiku tal-internet bħala mezz li bih jitqassmu prodotti ffalsifikati u biex tkejjel l-impatt tiegħu fuq l-ekonomija tal-Istati Membri billi tiżviluppa għodda statistika li tista' tiffaċilita reazzjoni kkoordinata;

49.   Jitlob lill-Kummissjoni biex twaqqaf jew tiffaċilita helpdesk għall-SMEs, preferibbilment integrat ma' faċilitajiet simili, biex tingħata għajnuna teknika lill-SMEs dwar il-proċeduri li jirregolaw oġġetti ffalsifikati;

50.   Iqis essenzjali li l-industrija Ewropea tagħti l-appoġġ tagħha u l-għajnuna tagħha lill-inizjattivi li se jittieħdu mill-istituzzjonijiet Ewropej; iqis partikolarment essenzjali li l-SMEs jitqiegħdu f'pożizzjoni minn fejn ikunu jistgħu jiddefendu b'mod effettiv id-drittijiet tagħhom speċjalment fir-rigward tal-każi ta' ksur tal-IPRs f'pajjiżi terzi;

51.   Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jinkoraġġixxu inizjattivi li jkomplu jqajmu l-kuxjenza tal-konsumatur dwar il-konsegwenzi ta' xiri ta' oġġetti ffalsifikati; jenfasizza l-irwol importanti li s-settur tan-negozju għandu f'dawn l-inizjattivi;

52.   Iqis li, għal skopijiet ta' traċċabilità, għandhom jittieħdu passi biex jinkoraġġixxu miżuri meħuda mill-industrija li jużaw teknoloġiji moderni biex jiddistingwu b'mod aktar effettiv bejn prodotti oriġinali u prodotti ffalsifikati, u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi meħtieġa ħalli tippromwovi u tistabbilixxi passi kostruttivi bħal dawn fuq bażi permanenti;

53.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma implimentawx id-Direttiva 2004/48/KE biex jagħmlu dan mingħajr dewmien;

54.   Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu rispettati l-erba' drittijiet fundamentali tas-suq intern u li jibda jitħaddem aħjar;

55.   Jistieden lill-Kummissjoni biex, mill-Istati Membri, tiġbor dejta dwar il-ħsara għas-saħħa tal-konsumaturi li ġrat bħala riżultat ta' prodotti ffalsifikati u dwar l-ilmenti tal-konsumatur dwar prodotti ffalsifikati; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li din id-dejta tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet fl-Istati Membri kollha;

56.   Jisħaq, f'dan ir-rigward, dwar il-ħtieġa li jiġu mmobilizzati l-operaturi kollha kkonċernati sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-istrumenti li jiġġieldu kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali fis-suq intern;

57.   Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-istaff doganali tagħhom fit-territorju nazzjonali tagħhom u biex jibdew iħaddmu servizz, identifikabbli minn partijiet terzi (inklużi l-Istati Membri, pajjiżi terzi, istituzzjonijiet tal-Komunità, intrapriżi u individwi) inkarigati mill-ġlieda kontra l-iffalsifikar u mill-informazzjoni dwar din il-problema;

58.   Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-importanza li jkollhom brevett Komunitarju u sistema ta' ġurisdizzjoni għall-privattivi bħala mod kif jiżguraw il-konformità mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utenti fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, u b'hekk jagħtu ċ-ċans lill-intrapriżi innovattivi li jipproteġu kemm jista' jkun l-invenzjonijiet tagħhom u li jagħmlu profitt akbar minnhom;

59.   Jistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jqajmu kuxjenza u jkabbru l-informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali fiz-zoni turistiċi, kif ukoll fil-fieri u fil-laqgħat professjonali;

60.   Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza li jiġu armonizzati l-IPR u l-privattivi nazzjonali u Komunitarji eżistenti fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar, u jistieden lill-Istati Membri biex iħeġġu lill-kumpaniji biex jipproteġu s-servizzi u l-prodotti tagħhom billi jirreġistraw it-trademarks, id-diżinji u l-privattivi, sabiex l-IPR jitħarsu aħjar;

61.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa tabella ta' valutazzjoni sabiex tiġi mkejla l-prestazzjoni doganali tal-Istati Membri u sabiex tkompli għaddejja l-ġlieda kontra l-iffalsifikar, kif ukoll biex jibda jaħdem netwerk għall-iskambju rapidu tal-informazzjoni dwar il-prodotti ffalsifikati, fuq il-bażi tal-punti ta' kuntatt nazzjonali u ta' għodda moderna għall-iskambju tal-informazzjoni;

62.   Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-koordinazzjoni bejn is-servizzi doganali tagħhom u biex japplikaw ir-regoli Komunitarji dwar id-dazji b'mod uniformi fl-Unjoni Ewropea;

63.   Jistieden lill-Istati Membri biex, flimkien mal-Kummissjoni, jiżviluppaw metodu komuni għall-qerda ta' prodotti ffalsifikati;

64.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-implimentazzjoni tal-proċedura simplifikata mniżżla fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 fl-Istati Membri kollha;

65.   Barra minn hekk jissuġġerixxi li aspetti sinifikanti tal-iffalsifikar (l-imitazzjoni tal-prodotti/ksur tat-trademark fuq skala kummerċjali) huma differenti minn dawk tal-ikkuppjar illegali (ksur tad-drittijiet tal-awtur fuq skala kummerċjali), u li għandha tingħata kunsiderazzjoni li dawn jiġu trattati b'mod indipendenti u separat, b'mod speċjali rigward il-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati aspetti tas-saħħa pubblika u tas-sikurezza li jeżistu fl-iffalsifikar;

66.   Jappoġġja, rigward il-qasam tas-saħħa pubblika, id-definizzjoni tad-WHO tal-mediċina ffalsifikata: “mediċina ttikkettata ħażin, b'mod intenzjonat u bi frodi, rigward l-identità u/jew is-sors. L-iffalsifikar jista' japplika kemm għal prodotti tad-ditta kif ukoll għal dawk ġeneriċi, u l-prodotti ffalsifikati jistgħu jinkludu prodotti bl-ingredjenti korretti jew bl-ingredjenti ħżiena, prodotti mingħajr ingredjenti attivi, b'ingredjenti attivi insuffiċjenti jew b'imballaġġ falz.”;

67.   Jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali bħall-ħarsien tal-privatezza u d-dejta meta jittieħdu miżuri biex jiġu miġġielda l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali;

Kunsiderazzjonijiet finali

68.   Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Kunsill u l-Istati Membri, biex jiddefinixxu linja ta' politika ċara, strutturata u ambizzjuża li, flimkien ma' miżuri interni tad-dwana, jikkoordinaw u jindirizzaw l-azzjonijiet “esterni” tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali;

69.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi miżuri li huma kumplimentari ma' standards leġiżlattivi u, b'mod partikolari, biex tistabbilixxi kuxjenza Ewropea akbar dwar il-perikli tal-iffalsifikar bil-għan li jinbidlu l-attitudnijiet tal-persuni dwar l-iffalsifikar u l-ikkupjar illegali;

70.   Iqis li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-twaqqif ta' tabella ta' valutazzjoni internazzjonali dwar l-iffalsifikar li għandha tkun immudellata fuq it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern u li tista' titfa' l-attenzjoni fuq pajjiżi li huma taħt il-medja fir-rigward tal-ġlieda kontra oġġetti ffalsifikati;

71.   Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippermettu lill-Parlament li jkollu rwol aktar ċentrali fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar; iqis partikolarment xieraq li l-Unjoni Ewropea tippromwovi preżenza politika tagħha f'laqgħat internazzjonali speċjalizzati bħall-Kungress Globali Kontra l-Iffalsifikar u l-Ikkuppjar Illegali, kif ukoll f'organizzazzjonijiet internazzjonali involuti fil-ħarsien tal-proprjetà intellettwali;

72.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iżommuh kompletament infurmat u biex jistednuh jipparteċipa fl-inizjattivi relevanti kollha; jemmen li fl-ispirtu tat-Trattat ta' Liżbona, l-ACTA għandha tkun ratifikata mill-Parlament Ewropew skont il-proċedura ta' kunsens;

*

* *

73.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0053.

(2)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 128.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0247.

(4)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 235.

(5)  ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 182.

(6)  Testi Adottati, P6_TA(2007)0629.

(7)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0195.

(8)  ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 103.

(9)  ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71.

(10)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.

(12)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(13)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0305.

(14)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.

(15)  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.

(16)  Dikjarazzjoni tas-Samit, Tkabbir u Responsabilità fl-Ekonomija Dinjija, 7 ta' Ġunju 2007, Sammit tal-G8 Heiligendamm.

(17)  L-Artikolu 3(2) jgħid li “Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ukoll ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi u għandhom ikunu applikati b'mod u manjiera li jevitaw il-ħolqien ta' ostakoli għall-kummerċ leġittimu u biex jiġu provduti salvagwardji kontra l-abbuż tagħhom.”.

(18)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(19)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/58


Ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju

P6_TA(2008)0635

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikulari l-mikroentitajiet

(2010/C 45 E/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 192(2) u 232(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Qafas dwar ir-Relazzjonijiet ta' bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 2005 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ambjent kummerċjali għall-kumpaniji ssimplifikat fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, tal-kontabilità u tal-verifika (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 bit-titolu “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” — “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (COM(2008)0394),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti dwar Piżijiet Amministrattivi tal-10 ta' Lulju 2008 bit-titolu 'Tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi; qasam ta' prijorità il-liġi tal-kumpaniji / kontijiet annwali,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE fir rigward ta' ċerti rekwiżiti tal-iżvelar għall-kumpaniji ta' daqs medju u dwar l-obbligu li jitfasslu kontijiet konsolidati (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward ta' kumpaniji ta' daqs medju li saret lill-Parlament matul is-seduta kurrenti tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-regoli eżistenti tal-kontabilità stabbiliti mir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażati fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċertu tipi ta' kumpaniji (4) (ir-Raba Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji) u s-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (5) (is-Seba' Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji) spiss huma ta' piż kbir għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, u b'mod partikulari għall-mikroentitajiet (kumpaniji żgħar ħafna),

B.

billi l-Grupp ta' Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti dwar Piżijiet Amministrattivi fl-opinjoni tiegħu msemmija hawn fuq diġà stieden lill-Kummissjoni biex teżenta lill-mikroentitajiet mid-direttivi tal-kontabilità,

1.   Ifakkar lill-Kummissjoni li, filwaqt li sistema ta' kontabilità li tkun koerenti u armonizzata fl-Unjoni Ewropea tiffaċilita l-kummerċ fi ħdan is-suq intern, mikroentitajiet huma mgħobbija wisq minn regoli eżistenti tal-kontabilità, li dawn jistgħu, pereżempju, ikunu bejjiegħa bl-imnut żgħar jew negozji tal-artiġjanat, li jekk dawk il-kumpaniji huma attivi prinċipalment fi ħdan Stat Membru wieħed fuq livell lokali jew reġjonali m'għandhom l-ebda impatt transkonfinali fuq is-suq intern jew fuq il-kompetizzjoni fi ħdan l-UE u li għalhekk l-Istati Membri għandu jkollhom il-għażla li jeżentaw totalment jew parzjalment lil dawk il-kumpaniji minn obbligi statutorji ta' kontabilità;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva li tkun tippermetti l-Istati Membri li jeżentaw mill-iskop tar-Raba' u s-Seba' Direttiva tal-Liġi tal-Kumpanija lil dawk l-impriżi li fuq il-bażi tad-dejta tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbżux il-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

total tal-karta tal-bilanċ: EUR 500 000

fatturat nett: EUR 1 000 000

għadd medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja: 10

jekk l-attivitajiet kummerċjali ta' dawn il-kumpaniji huma mmexxija f'livell lokali jew reġjonali fi ħdan Stat Membru wieħed;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li jkunu mqanqla s-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-liġi tal-kumpaniji u b'mod partikulari tar-regoli tal-kontabilità fi ħdan is-suq intern, biex tkompli bl-isforzi tagħha fl-eżami mill-ġdid tar-raba' direttiva u tas-seba' direttiva tal-liġi tal-kumpaniji u biex tippreżenta qafas ta' kontabilità Ewropew uniformi qabel tmiem l-2009; ifakkar lill-Kummissjoni li standard uniformi se jnaqqas il-piż amministrattiv għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju kollha u se jżid it-trasparenza għall-partijiet interessati relevanti kollha u li s-simplifikazzjoni għandha tingħata spinta qawwija wkoll minn introduzzjoni Ewropea strutturata tal-XBRL (Lingwaġġ ta' Rappurtar Kummerċjali Estensibbli);

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 125.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0220.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0631.

(4)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

(5)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/60


L-Att Awtentiku Ewropew

P6_TA(2008)0636

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Att Awtentiku Ewropew (2008/2124(INI))

(2010/C 45 E/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta' Mejju 2005 bit-titolu “Il-programm tal-Aja: Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin. Il-Partenarjat għal tiġdid Ewropew fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja” (COM(2005)0184),

wara li kkunsidra l-istudju komparattiv dwar l-istrumenti awtentiċi mwettaq mill-Kummitat għall-Affairjiet Legali,

wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0451/2008),

A.

billi, fil-Komunikazzjoni hawn fuq imsemmija dwar il-programm tal-Aja, il-Kummissjoni stqarret li waħda mill-prijoritajiet tagħha hija l-ħtieġa li tiggarantixxi spazju Ewropew effettiv fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, u prinċipalment f'dak li jikkonċerna r-rikonoxximent u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet legali; billi bil-għan li jkabbar il-fiduċja reċiproka fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-programm imsemmi jelenka bħala prijorità essenzjali fis-snin li ġejjin l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku, billi dan huwa mod konkret ta' kif jitħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini u biex b'hekk tiġi garantita l-applikazzjoni transkonfinali fl-Ewropa,

B.

billi l-Programm tal-Aja jistipola li t-twettiq tal-implimentazzjoni tal-programm ta' rikonoxximent reċiproku jikkostitwixxi prijorità essenzjali, u li din l-implimentazzjoni għandha sseħħ sal-2011,

C.

billi l-moviment taċ-ċittadini fi ħdan l-Unjoni Ewropea qiegħed jikber kontinwament; billi, b'konsegwenza ta' dan, kien hemm żvilupp fis-sitwazzjonijiet legali li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed,

D.

billi l-Kummissjoni rrikonoxxiet, fil-komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq dwar il-Programm tal-Aja, li fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, ir-rikonoxximent tal-atti pubbliċi huwa aspett fundamentali li jrid jiġi trattat; billi għalhekk jeħtieġ b'mod urġenti li r-rikonoxximent u l-implimentazzjoni tal-atti awtentiċi, kif definiti fis-sentenza Unibank, jiġu promossi (1),

E.

billi approċċ settorjali u mhux omoġenju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam mhuwiex sodisfaċenti (2),

F.

billi titqies il-ħtieġa li ċ-ċittadini Ewropej jiġu mħarsa fir-relazzjonijiet familjari u ta' proprjetà tagħhom lilhinn mill-fruntieri,

G.

billi l-impriżi qed ikollhom dejjem aktar uffiċċji f'pajjiżi barranin u attivitajiet interkomunitarji li qed iwasslu għal ċirkulazzjoni akbar tal-atti awtentiċi relatati mal-ħolqien u mat-tħaddim tal-impriżi,

H.

billi huwa fundamentali għall-Unjoni li tistabbilixxi qafas legali ċar u sħiħ li jiggarantixxi liċ-ċittadini u lill-operaturi ekonomiċi Ewropej is-sigurtà u l-prevedibilità tas-sitwazzjonijiet legali u tat-tranżazzjonijiet stabbiliti minn dawk li jingħataw l-awtorità pubblika,

I.

billi l-ħolqien tal-ispazju legali Ewropew ġenwin f'dak li jikkonċerna l-qasam tat-tilwim jiddependi fuq ir-rikonoxximent transkonfinali tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji meħuda minn qorti jew minn awtorità amministrattiva u, f'dak li jikkonċerna l-qasam mhux ġudizzjarju, fuq ir-rikonoxximent transkonfinali tal-atti awtentiċi li tirċievi awtorità ġudizzjarja jew li jirċievu uffiċjali pubbliċi maħtura sabiex jawtentifikaw tal-atti legali,

J.

billi r-regolamenti eżistenti fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet legali japplika għall-atti awtentiċi li joħorġu mill-awtoritajiet pubbliċi,

K.

billi l-karatterstika essenzjali tal-att awtentiku hija s-saħħa probatorja tiegħu li tieħu preċedenza fuq dik ta' att privat, u li din is-saħħa probatorja, li l-maġistrat huwa obbligat li jaċċettaha, hija attribwita lilu regolarment fil-liġijiet tal-Istati Membri fuq il-bażi tal-fiduċja fl-atti stabbiliti, fil-qafas tat-tranżazzjonijiet legali, minn uffiċjal pubbliku awtorizzat biex jagħmel dan jew minn awtorità pubblika (3),

L.

billi l-kundizzjoni mitluba bil-quddiem għas-saħħa probatorja ta' att awtentiku hija r-rikonoxximnet tal-awtentiċità tiegħu, fis-sens li dan joħroġ minn uffiċjal pubbliku li għandu s-setgħa li jistabbilixxi atti awtentiċi jew minn awtorità pubblika; billi l-fiduċja reċiproka fil-qasam tal-ġustizzja tal-Istati Membri tiġġustifika li l-proċeduri marbuta mal-verifika tal-awtentiċità ma jkunux applikabbli fil-futur sakemm ma jkunx hemm dubju serju dwar l-veridiċità tiegħu,

M.

billi r-rispett għal-liġi tal-Istat Membru fit-territorju li fih l-att ikun ippreżentat għall-użu jimplika, madankollu, iċ-ċertezza li r-rikonoxximent tas-saħħa probatorja ma jfissirx li l-att awtentiku barrani jgawdi, bis-saħħa tar-rikonoxximent tiegħu fl-Istat Membru li fih irid jiġi ppreżentat, minn saħħa probatorja li tieħu preċedenza fuq dik tal-att awtentiku nazzjonali ta' dak l-Istat Membru; billi l-kamp ta' applikazzjoni tal-materjal tar-Regolament mitlub irid ikun ikopri l-parti essenzjali tal-liġi ċivili u kummerjċali, ħlief f'ċerti oqsma definiti,

N.

billi d-differenzi fl-istruttura u fl-organizzazzjoni ta' sistemi ta' reġistri pubbliċi fil-qasam tal-pussess ta' proprjetà, kif ukoll id-differenzi dwar in-natura u d-dimensjoni tal-fiduċja pubblika fihom, jirriżultaw fl-esklużjoni tat-trasferiment tad-drittijiet reali immobiljari minn strument Komunitarju futur, meta titqies il-korrelazzjoni stretta bejn il-metodu ta' tfassil ta' att awtentiku, minn naħa, u l-iskrizzjoni fir-reġistru pubbliku min-naħa l-oħra,

O.

billi, fil-qasam tar-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet legali madwar l-Unjoni, esklużjoni bħal din tikkorrisponi għall-għoti tal-kompetenza esklussiva lill-qrati fejn tinstab il-proprjetà għall-appelli kollha relatati mad-drittijiet reali immobiljari u għall-għoti lill-qrati fit-territorju fejn jinżamm ir-reġistru pubbliku għall-appelli kollha dwar il-validità tal-iskrizzjonijiet fir-reġistru pubbliku (4),

P.

billi l-istituzzjoni tal-att awtentiku ma teżistix f'sistemi ta' “common law“, b'mod partikolari fil-liġi Ingliża u dik ta' Wales, jew fil-pajjiżi Nordiċi; billi, fl-Ingilterra u f'Wales, jeżistu avukati (solicitors) li jwettqu d-dmirijiet ta' nutari, kif ukoll nutari professjonisti (scrivener notaries), iżda li dawn il-ġuristi ma jistgħux joħorġu atti awtentiċi u huma biss mogħtija s-setgħa li jiċċertifikaw il-firem, u li għalhekk jaqbel li, matul l-adozzjoni ta' kull liġi li tkun tikkonċerna l-atti awtentiċi Ewropej, jittieħdu miżuri sabiex jiġi eskluż kwalunkwe riskju ta' konfużjoni f'dan ir-rigward; billi, bħala konsegwenza ta' dan, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiġi garantit li, fil-pajjiżi fejn iċ-ċittadini ma jkollhomx il-possibilità li jistabbilixxu atti awtentiċi, ma jkunx possibbli li atti bħal dawn jintużaw biex wieħed jevita l-proċeduri previsti mis-sistemi legali ta' dawn il-pajjiżi (pereżempju l-proċedura ta' ċertifikazzjoni); billi, minbarra dan, il-Kummissjoni għandha tniedi kampanja ta' informazzjoni adattata sabiex tiġbed l-attenzjoni tal-membri tal-professjonijiet legali tal-Istati Membri fejn ma jeżistux l-atti awtentiċi, u billi għandu jsir kull ma jkun possibbli sabiex jiġi garantit li l-membri tal-professjonijiet legali tal-pajjiżi tal-“common law“ ikunu konxji mill-ħidma mwettqa mill-uffiċjali pubbliċi taċ-ċivil tal-pajjiżi tal-liġi ċivili u mill-vantaġġi eventwali — partikolarment f'termini ta' sigurtà legali — li għall-klijenti tagħhom jirrappreżenta l-użu ta' atti awtentiċi fit-tranżazzjonijiet li jkunu jixtiequ jikkonkludu f'pajjiżi fejn jeżisti dan it-tip ta' strument; billi dan jenfasizza l-ħtieġa, kif esprima kemm il-darba l-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament, għal netwerk trans-Ewropew ta' professjonisti legali, għal kampanji u materjal ta' informazzjoni u għal taħriġ komuni li l-Kummissjoni qed tiġi mistiedna tippromwovi,

Q.

billi r-Regolament mitlub ma jistax jiġi applikat la għal kwistjonijiet dwar il-liġi applikabbli li tkun koperta minn strumenti Komunitarji oħrajn u lanqas għal kwistjonijiet dwar il-kompetenza, l-organizzazzjoni u l-istruttura tal-awtoritajiet u tal-uffiċjali pubbliċi, li tinkludi l-proċedura ta' awtentiċità, li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri,

1.   Iqis li l-fiduċja reċiproka fil-liġi fi ħdan il-Komunità tiġġustifika l-fatt li l-proċeduri marbuta mal-verifika tal-veridiċità tal-att awtentiku fil-qasam transkonfinali jiġu eliminati fil-ġejjieni; iqis li dan ir-rikonoxximent ta' att awtentiku għal użu fl-Istati Membri li jitolbu jista' jiġi rrifjutat biss fil-każ ta' dubji serji u ssostanzjati dwar l-awtentiċità tiegħu, jew jekk ir-rikonoxximent ikun kuntrarju għall-politika pubblika fl-Istat Membru li jitolbu;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq quddiem il-Parlament, skont l-Artikolu 65(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 67(5) tat-Trattat KE, proposta leġiżlattiva dwar l-istabbiliment ta' rikonoxximent reċiproku u l-infurzar tal-atti awtentiċi;

3.   Jenfasizza li r-rikonoxximent ma jistax ikollu bħala konsegwenza li jagħti lil att barrani iktar effett minn dak li jkollu att nazzjonali;

4.   Jixtieq li r-Regolament mitlub ikun japplika għall-atti awtentiċi kollha dwar il-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali minbarra dawk marbuta mal-immobbli, u għandu jew jista' jkun soġġett għal iskrizzjoni jew traskrizzjoni f'reġistru pubbliku;

5.   Jispeċifika li r-Regolament mitlub m'għandux japplika la għall-kwistjonijiet marbuta mal-liġi applikabbli għas-suġġett tal-att awtentiku u lanqas għall-mistoqsijiet marbuta mal-kompetenza, l-organizzazzjoni u l-istruttura tal-awtoritajiet u l-uffiċjali pubbliċi, inkluża l-proċedura ta' awtentikazzjoni;

6.   Jinnota illi, f'dan il-kuntest, ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati fl-anness jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

7.   Iqis li l-proposta mitluba m'għandhiex konsegwenzi finanzjarji;

8.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati fl-anness, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tas-17 ta' Ġunju 1999, fil-każ C-260/97, ECR 1999, I-3715.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1); Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 805/2004 (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 15).

(3)  Konklużjonijiet tal-avukat ġenerali La Pergola tat-2 ta' Frar 1999 fil-każ Unibank imsemmija hawn fuq, punt 7.

(4)  Ara l-Artikolu 22, punti 1 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.


ANNESS

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI RIGWARD IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

1.   Il-fiduċja reċiproka fil-liġi fi ħdan il-Komunità tiġġustifika l-fatt li l-proċeduri marbuta mal-verifika tal-veridiċità tal-att awtentiku fil-qasam transkonfinali jiġu eliminati fil-ġejjieni.

2.   Dan ir-rikonoxximent ta' att awtentiku għal użu fl-Istati Membri li jitolbu jista' jiġi rrifjutat biss fil-każ ta' dubji serji u ssostanzjati dwar l-awtentiċità tiegħu, jew jekk ir-rikonoxximent ikun kuntrarju għall-politika pubblika fl-Istat Membru li jitolbu.

3.   Il-Parlament jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq quddiemu, skont l-Artikolu 65(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 67(5) tat-Trattat KE, proposta leġiżlattiva dwar l-istabbiliment ta' rikonoxximent reċiproku u l-infurzar tal-atti awtentiċi.

4.   L-att li huwa s-suġġett tal-proposta leġiżlattiva ikun japplika għall-atti awtentiċi kollha dwar il-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali minbarra dawk marbuta mal-immobbli, u għandu jew jista' jkun soġġett għal iskrizzjoni jew traskrizzjoni f'reġistru pubbliku; Ir-Regolament mitlub m'għandux japplika la għall-kwistjonijiet marbuta mal-liġi applikabbli għas-suġġett tal-att awtentiku u lanqas għall-mistoqsijiet marbuta mal-kompetenza, l-organizzazzjoni u l-istruttura tal-awtoritajiet u l-uffiċjali pubbliċi, inkluża l-proċedura ta' awtentikazzjoni.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/63


Il-ġustizzja elettronika

P6_TA(2008)0637

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġustizzja elettronika (2008/2125(INI))

(2010/C 45 E/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra x-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar l-Ipproċessar ta' Data Legali (Ġustizzja elettronika),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2008 intitolata “Lejn Strateġija Ewropea tal-Ġustizzja Elettronika” (COM(2008)0329),

wara li kkunsidra l-ħidma għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja li l-Kummissjoni Ewropea attwalment qed twettaq f'dan il-qasam fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa,

wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0467/2008),

A.

billi l-Kunsill iddeċieda fl-2007 li jibda l-ħidma fuq l-iżvilupp fil-livell Ewropew tal-użu tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni (ICT) fil-qasam tal-ġustizzja, b'mod partikulari billi joħloq portal Ewropew,

B.

billi huwa stmat li madwar 10 miljun persuna huma involuti f'litigazzjoni transkonfinali fl-Ewropa u allura huwa essenzjali li jsir użu ikbar tat-teknoloġija tal-informatika (IT) sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadin ikollu aċċess aħjar għall-ġustizzja u bl-għan li jkunu razzjonalizzati u ssimplifikati l-proċeduri ġudizzjarji u jitnaqqsu l-iskadenzi proċedurali u l-ispejjeż operazzjonali fil-litigazzjoni transkonfinali,

C.

billi l-ġustizzja elettronika għandha tifsira wiesgħa li, b'mod ġenerali, tinkludi l-użu ta' teknoloġiji elettroniċi fil-qasam tal-ġustizzja u billi din id-definizzjoni tkopri għadd ta' kwistjonijiet li mhumiex b'mod neċessarju marbuta mal-kunċett tal-ġustizzja elettronika kif ġie interpretat mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq tat-30 ta' Mejju 2008 u mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar il-ġustizzja elettronika,

D.

billi, jekk tkun applikata korrettament, l-IT tista' tagħti kontribut sinifikanti għat-titjib tal-aċċessibilità u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji u legali tal-Ewropa; billi, b'suq intern dejjem iktar integrat u b'mobilità li qed tikber fl-Ewropa, l-isfidi inerenti ffaċċjati minn sistema ġudizzjarja transkonfinali, bħal lingwa, distanza u sistemi legali mhux familjari, probabilment se jsiru iktar komuni; billi dawn il-problemi jistgħu, madankollu, jittaffew sa ċertu punt permezz tal-applikazzjoni xierqa tal-ICT, biex b'hekk mhux biss jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini Ewropej iżda jingħata wkoll kontribut għall-effiċjenza tas-suq waħdieni,

E.

billi, kif ġie enfasizzat fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja dwar l-użu tal-ICT fis-sistemi ġudizzjarji Ewropej, l-applikazzjoni ta' teknoloġiji elettroniċi għall-ġustizzja mhux dejjem ikollha effett pożittiv u, sabiex jinkisbu riżultati tajbin, l-azzjoni għandha titwettaq b'mod istituzzjonali u strateġiku,

F.

billi, fuq perjodu ta' żmien itwal, l-użu tal-IT fir-riżoluzzjoni tat-tilwim se jirrikjedi li jsiru bidliet fundamentali fil-liġi proċedurali u fil-mod li l-leġiżlazzjoni tkun ikkonċepita u mfassla, u l-aċċess effiċjenti għal-liġi u l-ġustizzja se jirrikjedi li r-reġistri (reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji, reġistri tal-art, reġistri ta' testmenti, eċċ.) jiġu konnessi flimkien; billi l-Parlament diġà ħa ħsieb li jagħmel l-aċċess għall-ġustizzja iktar kompatibbli mal-użu tal-IT fit-trattament tiegħu tal-leġiżlazzjoni dwar it-talbiet żgħar, l-ordni ta' infurzar Ewropew u l-medjazzjoni; billi l-użu tal-IT għandu jitħeġġeġ fl-oqsma kollha, inklużi fit-tressiq, it-tqassim u s-servizz tad-dokumenti, l-għoti ta' evidenza u t-trattament ta' talbiet għal għajnuna legali, u b'hekk għandu jkun jidher fil-proposti leġiżlattivi kollha fil-ġejjieni; billi diġà tista' tiġi kkontemplata azzjoni fl-oqsma tal-atti elettroniċi, it-trasparenza tal-assi tad-debituri u l-evidenza,

G.

billi l-idea li jinħoloq portal/netwerk tal-ġustizzja elettronika ntlaqgħet tajjeb, iżda hemm bżonn li tingħata attenzjoni biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet kemm taċ-ċittadini tal-UE u kemm ta' dawk li jipprattikaw il-professjoni legali fl-UE u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja billi jiġu offruti mezzi trasparenti u faċli għall-aċċess għall-informazzjoni; billi r-relazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-UE u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali għandha b'hekk tiġi ffaċilitata, u l-vittmi ta' delitti, il-persuni suspettati u l-“utenti tal-ġustizzja” b'mod ġenerali għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-għodda tal-ġustizzja tal-UE fil-ħajja tagħhom ta' kuljum; billi, fl-istess ħin, sabiex ikun verament effettiv, il-portal/netwerk għandu jiddaħħal bħala proġett pilota fil-qafas tan-Netwerks Trans-Ewropej antiċipat fl-Artikolu 154 tat-Trattat KE u żviluppat permezz ta' soluzzjonijiet ta' interoperabilità għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej kif imsemmijin fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2008 (COM(2008)0583),

H.

billi, peress li 50 % biss taċ-ċittadini Ewropej għandhom aċċess għall-internet, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-servizzi tal-ġustizzja elettronika għandhom jimxu id f'id mal-osservanza assoluta tal-prinċipji ta' trasparenza, ugwaljanza quddiem il-liġi u skrutinju pubbliku u għandhom, tal-anqas waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, ikunu ta' natura supplimentari u fakultattiva f'dak li għandu x'jaqsam mal-prattiki segwiti sa dakinhar fl-Istati Membri,

I.

billi l-portali li diġa jeżistu huma primittivi, mimlija b'kontenut żejjed u mhux faċli biex wieħed jużahom, u billi l-aqwa mħuħ fil-kamp tal-IT għandhom jitqabbdu biex itejbu l-aċċess għall-informazzjoni, is-sistemi elettroniċi u r-reġistri; billi portal Ewropew uniku għall-ġustizzja, b'aċċess differenzjali għall-ġudikatura u għall-ħaddiema tal-gvern, għall-professjonisti legali u ta' tip ieħor u għaċ-ċittadini, għandu jipprovdi sistema għall-immaniġġjar tal-identità biex iżżomm iż-żona għaċ-ċittadini separata miż-żona għall-professjonisti; billi, għalkemm huwa essenzjali li jsir xogħol li jibni fuq in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u li jtejbu, l-enfasi prinċipali għandha tkun, iktar minn qatt qabel, fuq l-aċċess għall-ġustizzja miċ-ċittadini u n-negozji,

J.

billi l-objettiv li tinħoloq żona ta' ġustizzja Ewropea, sa ċertu punt, mhux se jinkiseb daqshekk malajr minħabba n-numru żgħir ta' awtoritajiet ġudizzjarji li jista' jkollhom aċċess għal taħriġ ġudizzjarju tal-UE, u billi l-għodda elettronka tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal disseminazzjoni mifruxa ta' kultura ġudizzjarja Ewropea li hija l-bażi taż-żona ta' ġustizzja Ewropea futura,

K.

billi għandha tingħata konsiderazzjoni għall-inugwaljanzi sinifikanti fl-għarfien li għandhom l-imħallfin nazzjonali tal-liġi Komunitarji fl-Istati Membri kollha, kif enfasizzat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-irwol tal-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjarja Ewropea (1),

L.

billi l-kwistjonijiet ewlenin fil-qasam tal-ġustizzja elettronika għandhom jibdew jiġu ttrattati immedjatament, inkluża l-kwistjoni tal-lingwa,

M.

billi l-Ministri għall-Ġustizzja appoġġjaw approċċ deċentralizzat għall-iżviluppp tal-ġustizzja elettronika fil-livell Ewropew, b'ċertu livell ta' koordinazzjoni ċentrali, li tippermetti li l-informazzjoni tinqasam fuq livell Ewropew, waqt li tippermetti li sistemi nazzjonali jiġu operati b'mod indipendenti u tevita l-piżijiet inerenti fil-ħolqien ta' sistema ġdida u ċentralizzata ta' ġustizzja elettronika għall-UE, u billi ċerti Stati Membri huma impenjati f'koperazzjoni bilaterali; billi l-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill ikkonkluda li l-inizjattivi rigward il-ġustizzja elettronika m'għandhomx ikunu obbligatorji għall-Istati Membri, u m'għandhomx jiġu obbligati li jintroduċu sistemi nazzjonali ġodda jew li jibdlu b'mod fundamentali lil dawk li diġà jeżistu,

N.

billi ġie ppruvat li t-teknoloġija tal-informatika hi għodda effettiva biex tiġi indirizzata l-kriminalità transnazzjonali, kif inhu enfasizzat mir-riżultati li, pereżempju, inkisbu mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u l-iżviluppi ulterjuri tagħha; billi l-użu ta' teknoloġija għolja fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transnazzjonali għandu jiġi sfruttat kompletament u proġetti bħas-Sistema Ewropea dwar l-Informazzjoni dwar ir-Rekords Kriminali għandhom jirċievu appoġġ mifrux bl-aktar mod possibbli, anke f'termini finanzjarji,

O.

billi s-sistema attwali għall-ġbir ta' evidenza kriminali fi Stati Membri oħra għadha bbażata fuq strumenti li jaħdmu bil-mod u li mhumiex effettivi, u li jiġu offruti permezz ta' assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali, u billi, fejn ikun xieraq u f'dawk il-każi biss meta ma jkunx ta' detriment għall-pożizzjoni legali tal-persuna li tkun qed tagħti x-xhieda tagħha, l-użu ta' għodda teknoloġika, bħall-mezzi ta' vidjokonferenza, ikun pass kbir 'il quddiem fil-ġbir tal-evidenza mill-bogħod,

P.

billi l-ħolqien ta' żona ta' ġustizzja Ewropea jinvolvi wkoll it-tisħiħ tad-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji proċedurali għaċ-ċittadini tal-UE, u billi l-istrateġija għandha tkun implimentata b'konformità sħiħa mal-ogħla standards tal-protezzjoni tad-data,

Q.

billi l-miżuri leġiżlattivi li għandhom l-għan li jżidu l-għarfien dwar is-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri l-oħra għandhom jimxu id f'id sabiex jagħmlu dan it-tagħrif disponibbli onlajn,

1.   Jappoġġja l-pjanijiet tal-Kummissjoni, b'mod partikulari l-proposta għall-promozzjoni ta' Qafas Ewropew ta' Interoperabilitá fil-kuntest tal-programm IDABC u l-ħidma li għaddejja dwar il-firma elettronika u l-identità elettronika;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkomplementa ż-żona Ewropea ta' ġustizzja, libertà u sigurtà b'zona ta' ġustizzja elettronika billi:

a)

tieħu azzjoni konkreta bl-intenzjoni li tiġi implimentata z-zona Ewropea ta' ġustizzja elettronika;

b)

tidentifika b'mod ċar il-kwistjonijiet koperti minn azzjoni tal-UE billi, pereżempju, tuża definizzjoni differenti jew tuża l-akronimu “UE” mat-terminu “ġustizzja elettronika” sabiex ikun hemm referenza għal “ġustizzja elettronika tal-UE” jew “Ġustizzja-UE”;

c)

timplimenta l-portal/netwerk tal-ġustizzja elettronika filwaqt li tindirizza l-bżonnijiet kemm taċ-ċittadini tal-UE kif ukoll ta' dawk li jipprattikaw il-professjoni legali fl-UE u tiżgura d-disponibilità ta' mezzi trasparenti u faċli biex tużahom għall-aċċess għall-informazzjoni billi japprofittaw ruħhom min-Netwerks Trans-Ewropej antiċipati fl-Artikolu 154 tat-Trattat KE u żviluppati permezz ta' soluzzjonijiet ta' interoperabilità għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej;

d)

tagħmel użu mifrux mill-għodda elettronika fl-iżvilupp ta' kultura ġudizzjarja Ewropea;

e)

tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tat-teknoloġiji l-ġodda fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transnazzjonali;

f)

issaħħaħ u tipprovdi, mingħajr dewmien, l-għodda, bħall-mezzi ta' vidjokonferenza, biex jittejjeb il-ġbir tal-evidenza fi Stati Membri oħra;

g)

issaħħaħ id-drittijiet fundamentali, is-salvagwardji proċedurali fil-proċeduri kriminali u l-protezzjoni tad-data bħala parti integrali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-ġustizzja fl-UE;

3.   Jikkunsidra li x-xogħol tal-Istituzzjonijiet għandu jkun iffukat ħafna iktar fuq iċ-ċittadin;

4.   Waqt li jilqa' l-entużjażmu li l-Istati Membri qed juru għat-twaqqif ta' proġetti bilaterali li, aktar tard, jistgħu jitwessgħu biex jinkludu l-Istati Membri kollha u li għalhekk, wieħed jittama, jistgħu jipprovdu l-aħjar riżultat għall-UE kollha kemm hi, iwissi kontra l-possibilità li approċċ ta' dan it-tip ikollu effett frammentarju u jittama li se ssir għassa biex din ma sseħħx;

5.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti l-attenzjoni li hemm bżonn għall-iżvilupp ta' għodda għat-tagħlim elettroniku għall-ġudikatura fil-kuntest tal-ġustizzja elettronika;

6.   Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

7.   Jikkunsidra li l-proposta mitluba m'għandhiex implikazzjonjiet finanzjarji;

8.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0352.


ANNESS

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

Rakkomandazzjoni 1 (dwar il-forma u l-kamp ta' applikazzjoni tal-istrument li għandu jkun adottat)

Peress li l-Kunsill għadu ma vvutax għal riżoluzzjoni dwar pjan ta' azzjoni li jinvolvi lill-Kummissjoni fit-twettiq tiegħu, il-Kummissjoni qed tintalab tħejji Pjan ta' Azzjoni dwar il-ġustizzja elettronika fil-livell Ewropew. Dan għandu jikkonsisti f'sensiela ta' azzjonijiet individwali, skond kif deskritt fid-dettall hawn taħt, li wħud minnhom jistgħu jirriżultaw fi proposti leġiżlattivi, pereżempju għall-koperazzjoni amministrattiva skont l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, waqt li oħrajn jistgħu jirriżultaw f'rakkomandazzjonijiet u oħrajn f'atti u deċiżjonijiet amministrattivi.

(Azzjoni konkreta għall-implimentazzjoni ta' żona ta' ġustizzja Ewropea) L-ewwel pass f'din d-direzzjoni għandu jkun, ovvjament, li kull awtorità ġudizzjarja fl-UE tingħata kompjuter, indirizz elettroniku u konnessjoni għal mal-internet. Dan għandu mnejn jidher ovvju iżda sfortunatament mhuwiex: f'ħafna każi l-awtoritajiet ġudizzjarji m'humiex provduti b'din l-għodda indispensabbli jew, anke jekk ikunu, ma jistgħux jew ma jridux jagħmlu użu minnha. Din is-sitwazzjoni trid tingħeleb.

(L-identifikazzjoni b'mod ċar tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ġustizzja elettronika) Sabiex jiġu evitati l-inkomprensjonijiet, ikun xieraq li l-kwistjonijiet koperti minn azzjoni tal-UE jiġu identifikati b'mod ċar billi, pereżempju, tintuża definizzjoni differenti jew jintuża l-akronimu “UE” mat-terminu “ġustizzja elettronika” sabiex ikun hemm referenza għal “ġustizzja elettronika tal-UE” jew “Ġustizzja-UE”.

Rakkomandazzjoni 2 (dwar il-kontenut minimu tal-istrument li għandu jkun adottat)

Il-Pjan ta' Azzjoni għandu jikkonsisti f'tal-anqas l-azzjonijiet li ġejjin:

1.   Pjan ta' Azzjoni “Ġustizzja-UE”

Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni u jissaħħu l-koordinazzjoni u l-konsistenza, il-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament, għandha tfassal Pjan ta' Azzjoni dwar il-ġustizzja fl-UE orjentat għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini u ta' dawk li jipprattikaw il-professjoni legali, fejn tipproponi strateġija għall-aħjar implimentazzjoni taż-żona ta' ġustizzja Ewropea. Minn din il-prospettiva, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw b'lealtà (bi qbil mal-Artikolu 10 tat-Trattat KE) billi jimpenjaw ruħhom biex jinfurmaw lil xulxin dwar kull informazzjoni relevanti inkluża l-leġiżlazzjoni li tkun għadha kemm ġiet adottata, kif diġà jiġri, mutatis mutandis, fis-suq intern permezz tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-regolamenti tekniċi nazzjonali. Fl-istess ħin, waqt li kull miżura li għandha l-għan li ttejjeb il-fehim reċiproku tal-informazzjoni se tintlaqa' tajjeb, trid tingħata attenzjoni biex jiġi definit u ċirkoskritt b'mod ċar sa liema punt jista' jsir l-użu ta' sistemi għat-traduzzjoni awtomatika, peress li dawn ġieli jipproduċu traduzzjonijiet li jistgħu jkunu qarrieqa.

2.   Azzjoni rigward leġiżlazzjoni li tkun valida anke fil-futur

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf mekkaniżmu adegwat biex ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni futura kollha fil-qasam tal-liġi ċivili titfassal b'tali mod li jippermetti li tintuża f'applikazzjonijiet onlajn. Pereżempju, jistgħu jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-Kumpanija Privata Ewropea li qed tiġi proposta tkun tista' titwaqqaf permezz ta' applikazzjonijiet onlajn u li l-proposti dwar ir-rikonoxximent ta' strumenti bħal dawk li jittrattaw il-protezzjoni legali tal-adulti u atti awtentiċi oħra jiġu adattati għall-użu onlajn. Għaldaqstant, meta jsiru proposti li jinvolvu formoli intiżi biex jimtlew miċ-ċittadini, il-formoli għandhom jitfasslu u jkunu fformattjati ab initio għall-użu elettroniku u jkunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Istati Membri. Għandha tittieħed azzjoni biex jitnaqqas kemm jista' jkun il-bżonn li jiddaħħal test b'mod ħieles u biex ikun żgurat li, fejn hemm bżonn, tingħata għajnuna onlajn fil-lingwi uffiċjali kollha u jkunu disponibbli servizzi onlajn ta' traduzzjoni elettronika. Bl-istess kriterju, fejn ikun hemm il-ħtieġa li tkun prevista n-notifika ta' dokumenti, għandha ssir dispożizzjoni biex ikun żgurat li d-dokumenti jkunu jistgħu jiġu nnotifikati u l-komunikazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru permezz tal-posta elettronika u l-firem jiġu pprovduti elettronikament u, fejn ikun hemm il-bżonn ta' xhieda orali, jitħeġġeġ l-użu ta' mezzi għal vidjokonferenza.

Il-proposti futuri kollha għandhom jinkludu stqarrija mmotivata mill-Kummissjoni li tkun saret verifika ta' kompatibilità mal-kunċett ta' ġustizzja elettronika.

Il-Kummissjoni għandha twettaq verifika tal-leġiżlazzjoni eżistenti kollha fil-qasam tal-ġustizzja ċivili u, fejn ikun hemm bżonn, tipproponi emendi sabiex tagħmel il-leġiżlazzjoni eżistenti kumpatibbli mar-rekwiżiti tal-ġustizzja elettronika. B'mod iktar speċifiku, il-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, qed tintalab teżamina bħala prijorità il-proċedura Ewropea rigward talbiet żgħar, l-ordni ta' infurzar Ewropew u soluzzjoni alternattiva tat-tilwim sabiex tippermetti li ċ-ċittadini u n-negozji jkollhom aċċess dirett għalihom onlajn. B'mod simili, ir-Regolament dwar is-Servizz ta' Dokumenti (1) u r-Regolament dwar Xhieda f'Materji Ċivili (2) għandhom jiġu riveduti. L-għan għandu jkun li tkun ipprovduta firxa kompleta ta' strumenti effettivi u sempliċi li jkunu utli għaċ-ċittadini u n-negozji u li jistgħu jintużaw minnhom, u mhux sistema li tiffavorixxi biss lil-litiganti kummerċjali involuti f'talbiet kbar.

3.   Azzjoni rigward proċedura ċivili

Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jirrapportaw lill-Parlament Ewropew dwar ir-riforma u l-armonizzazzjoni tal-liġi proċedurali u l-liġi dwar l-evidenza f'kawżi transkonfinali u kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, waqt li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fil-qasam tat-teknoloġija tal-informatika. L-għan għandu jkun dak ta' proċeduri ċivili iktar sempliċi, orħos u iktar rapidi f'kawżi transkonfinali.

4.   Azzjoni rigward il-liġi dwar il-kuntratti u l-liġi dwar il-konsumatur

Hawnhekk l-enfasi għandha titqiegħed fuq il-liġi preventiva billi tkun prevista iktar ċarezza u sempliċità u jkunu evitati l-intoppi, il-problemi u l-ispejjeż li, b'mod partikulari, toħloq il-liġi internazzjonali privata.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni qed tintalab li tibda taħdem fuq termini u kundizzjonijiet standard għall-kummerċ elettroniku. Fl-aħħar mill-aħħar, dan jippermetti li l-kummerċjanti elettroniċi joffru “buttuna blu” li permezz tagħha l-konsumaturi (jew anke kummerċjanti oħra) ikunu jistgħu jaċċettaw li tiġi applikata l-liġi standard Ewropea dwar il-kuntratti għat-transazzjonijiet tagħhom. Din tista' tkun akkumpanjata minn sistema onlajn għall-ilmenti u aċċess għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim approvata onlajn.

5.   Azzjoni rigward lingwi, multilingwiżmu u interoperabilità

Għandu jitnieda programm biex ikun eżaminat l-aħjar mod kif jistgħu jkunu pprovduti faċilitajiet onlajn ta' traduzzjoni għall-portali Ewropej ta' ġustizzja elettronika. B'mod parallel, għandu jitwaqqaf grupp ta' ħidma dwar is-simplifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni tat-terminoloġija. Kull Stat Membru għandu jipprovdi bażi ta' data ta' tradutturi u interpreti legali.

6.   Azzjoni rigward portali Ewropej ta' ġustizzja elettronika

L-azzjonijiet kollha msemmija hawn fuq għandhom ikunu assenjati lil unità ta' koordinazzjoni u ġestjoni, li tkun responsabbli wkoll għall-koordinazzjoni tal-kontributi tal-Istati Membri varji u biex tiżgura l-interoperabilità tagħhom.

L-unità ta' koordinazzjoni u ġestjoni għandha tkun responsabbli wkoll għat-tfassil u t-tħaddim tat-tliet portali Ewropej ta' ġustizzja elettronika, li għandhom jipprovdu żoni għaċ-ċittadini, għall-professjonisti fil-qasam legali u l-ġudikatura, u għall-ħaddiema tal-gvern, u għandha tirrapporta lill-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Kemm jista' jkun malajr (u sa mhux aktar tard mill-2009-20101) għandu jingħata bidu għal studji ta' fattibilità dwar l-użu ta' firem elettroniċi f'kuntest legali, dwar l-aċċess minn distanza għar-reġistri nazzjonali (reġistri dwar insolvenzi, reġistri tal-art, reġistri kummerċjali, eċċ.) u għall-ħolqien ta' netwerk sikur, waqt li jitqiesu r-riżultati diġà miksuba mill-Kunsill (interkonnessjoni tar-reġistri dwar insolvenzi, il-possibilità ta' koperazzjoni mal-EULIS u l-EBR). L-istudju ta' fattibilità rigward pjattaforma għal skambju virtwali għandu jibda fl-2011. L-istudji ta' fattibilità għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar ir-reklamar u l-aċċess għall-informazzjoni stipulati f'kull Stat Membru sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tad-data u ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-informazzjoni.

Fit-twettiq ta' dawn l-istudji, għandu jitqies ix-xogħol li diġà sar mill-professjoni tan-nutara f'dan il-qasam (rikonoxximent ta' firem, nutar elettroniku, reġistru ta' testmenti, eċċ.). L-għan huwa li tiġi garantita għodda li faċli tintuża miċ-ċittadini, min-negozji, mill-persuni li jippratikaw il-professjoni legali, mill-ġudikatura u mill-uffiċjali responsabbli għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

(a)   Il-Portal Ewropew ta' ġustizzja elettronika għaċ-ċittadin

Dan il-portal multilingwi għandu jitfassal bl-għan li joffri l-għajnuna kollha possibbli liċ-ċittadini u lin-negozji li jfittxu għajnuna legali u konsulenza legali inizjali dwar problemi legali transkonfinali.

Apparti l-aċċess għal bażijiet ta' data legali u rimedji elettroniċi (talbiet żgħar, ordni għall-ħlas), skemi onlajn għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (inkluża SOLVIT) u ombudsmen, il-portal għandu jinkorpora sistemi intelliġenti mfassla biex jgħinu liċ-ċittadin isir jaf kif għandu jittratta problemi legali. Sistemi ta' dan it-tip għandhom jiggwidaw lin-nies dwar (a) kif isibu avukat fi Stat Membru ieħor li jitkellem bil-lingwa tagħhom (avukat, nutar, prokuratur, eċċ)., u jispjegaw x'inhuma l-funzjonijiet tagħhom, (b) kif jaċċertaw x'għajnuna legali, jekk ikun hemm, hija disponibbli, u (c) kif jidentifikaw liema passi għandhom jieħdu biex iwettqu ċertu formalitajiet fl-Istati Membri differenti (eż. kif wieħed jistabbilixxi kumpanija, iżomm rekord tal-kontijiet, jagħmel testment, jixtri/jbigħ dar, eċċ.). Għandhom iservu wkoll ta' gwida rigward it-tip tal-problema, il-passi proċedurali li għandhom jittieħdu, u kwistjonijiet oħra ta' dan it-tip.

Fejn ikun possibbli, għandha tiġi pprovduta konsulenza legali inizjali b'xejn, permezz ta' email, minn entitajiet professjonali nazzjonali u taħt is-superviżjoni tagħhom. Tal-inqas, għandhom ikunu disponibbli direttorji ta' avukati, nutara, marixxalli tal-qrati u uffiċjali ġudizzjarji oħra, awdituri, esperti b'liċenzja nazzjonali u tradutturi u interpreti legali f'kull Stat Membru, flimkien ma' indikazzjoni tal-entità professjonali kompetenti. Għandhom ikunu wkoll disponibbli faċilment gwidi sempliċi għas-sistema legali ta' kull Stat Membru.

Wieħed għandu jkollu wkoll il-possibilità ta' aċċess ta' malajr għal għajnuna legali ta' emerġenza u għall-pulizija.

Barra minn hekk, il-portal għandu joffri wkoll aċċess għar-reġistri varji u jippermetti l-pubblikazzjoni ta' Avviżi Uffiċjali nazzjonali.

(b)   Il-portal Ewropew tal-ġustizzja elettronika sikur

Dan il-portal għandu jitfassal biex jintuża bħala għodda mill-imħallfin, l-uffiċjali tal-qrati, l-uffiċjali tal-Ministeri tal-Ġustizzja u l-avukati li jipprattikaw il-professjoni legali bis-sigurtà ggarantita mill-għoti ta' drittijiet ta' aċċess differenti.

Minbarra li jipprovdi aċċess għal bażijiet ta' data legali u leġiżlattivi u għall-ikbar firxa possibbli ta' reġistri nazzjonali, għandu jippermetti wkoll komunikazzjoni sikura, l-użu ta' mezzi ta' vidjokonferenza u l-iskambju ta' dokumenti bejn il-qrati u bejn il-qrati u l-partijiet involuti fil-proċeduri (żmaterjalizzazzjoni tal-proċeduri). Għal dan il-għan, għandu jippermetti wkoll il-verifika ta' firem elettroniċi u jipprevedi sistemi ta' verifika xierqa.

Il-portal għandu joffri wkoll mezz ta' skambju ta' informazzjoni dwar, pereżempju, persuni li kienu pprojbiti milli jaħdmu mat-tfal jew li jaħdmu bħala diretturi ta' kumpaniji.

Il-punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali fl-Istati Membri għandhom jitħeġġu li jieħdu rwol attiv fl-iżvilupp tal-ġustizzja elettronika Ewropea billi jikkontribwixxu għall-konċepiment u t-tfassil tal-portali futuri, inkluż il-portal ta' ġustizzja elettronika għaċ-ċittadin, bħala parti mill-politika Komunitarja dwar ġustizzja elettronika, imfasslin b'mod partikulari biex jippermettu li ċ-ċittadin ikollu aċċess dirett għall-ġustizzja. Bħala pass inizjali, is-siti tal-internet tal-Ministeri tal-Ġustizzja għandhom jinkludu link għas-sit tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.

Il-portal għandu jagħti liċ-ċittadin tal-UE informazzjoni dwar is-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tagħhom, u għandu jinkludi informazzjoni prattika dwar liema awtorità għandha tiġi indirizzata u kif, dwar kif jistgħu jinkisbu l-formoli, u dwar l-għajnuna legali, u anke l-listi tal-avukati li huma kapaċi jieħdu ħsieb klijenti barranin. Il-portal għandu jipprovdi wkoll lil dawk li jipprattikaw il-professjoni legali bil-leġiżlazzjoni tal-UE u bil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Istati Membri. Is-siti elettroniċi tat-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew, tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, tan-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju u ta' entitajiet oħrajn diġa joffru ħafna informazzjoni utli. Madankollu, din l-informazzjoni hija frammentarja u mhux faċli ssibha. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji relevanti għandhom isiru disponibbli. Din l-informazzjoni kollha għandha tkun disponibbli onlajn u offlajn u trid tingħata attenzjoni partikulari lill-mekkaniżmi ta' sinkronizzazzjoni li joffru informazzjoni aġġornata (Feeds RSS).

7.   Taħriġ ġudizzjarju

Sabiex tinxtered il-kultura ġudizzjarja Ewropea u bil-għan li jintlaħaq l-ikbar għadd ta' membri tal-ġudikatura possibbli sa mill-ewwel mument li jingħaqdu mal-ġudikatura, għandha tingħata speċi ta' tagħmir ta' “sopravvivenza” fil-forma ta' CD jew stikka USB li jkun fihom it-Trattat tal-UE, it-Trattat tal-KE u anke t-testi bażiċi dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja u informazzjoni dwar is-sistemi ġudizzjarji ta' Stati Membri oħra lil kwalunkwe membru tal-ġudikatura li jkun għadu kif inħatar. Għandha tingħata wkoll kunsiderazzjoni għall-pubblikazzjonijiet tal-UE indirizzati liċ-ċittadin li jipprovdu informazzjoni prattika dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja tal-UE u s-sistemi għall-ġustizzja kriminali ta' Stati Membri oħra. Barra minn hekk, l-għodda elettronika ta' taħriġ offruta min-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju, li jirrappreżenta skejjel ta' taħriġ ġudizzjarju fl-UE kollha, għandhom jingħataw attenzjoni adegwata u appoġġ mill-Kummissjoni u l-Kunsill.

8.   Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transnazzjonali

S'issa l-aktar applikazzjoni importanti tal-ġustizzja elettronika fil-kuntest tal-ġustizzja fi kwistjonijiet kriminali hija l-ħolqien tas-Sistema Ewropea dwar l-Informazzjoni dwar ir-Rekords Kriminali. Biex tkun effettiva, hemm bżonn li din is-sistema tiġi appoġġjata minn struttura elettronika li tkun kapaċi tagħmel interkonnessjoni bejn ir-reġistri kriminali nazzjonali kollha (3) u li għandha tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien. Applikazzjoni tal-IT oħra ta' relevanza għaż-żona tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà hija s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, bażi tad-dejta fuq skala kbira li tippermetti li l-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni u jikkoperaw b'ħafna modi, fosthom permezz tat-trażmissjoni tal-mandati ta' arrest Ewropej, b'mod sigur u ta' malajr ħafna. Kif jidher fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 (4), il-Eurojust huwa attur prinċipali fil-ġlieda kontra l-kriminalità transazzjonali fil-livell tal-Unjoni Ewropea. L-azzjoni ta' koordinazzjoni tagħha hija fundamentali biex jiġu indirizzati fenomeni ta' kriminalità serji li qed jużaw dejjem aktar il-mezzi teknoloġiċi. Bis-saħħa wkoll tas-sistema innovattiva tagħha għall-ipproċessar tad-data (is-sistema E-POC) l-għadd ta' każi li mmaniġġja l-Eurojust fl-2008 laħaq il-limitu minimu ta' 1,000. Dawn l-eżempji għandhom jiġu mmultiplikati u ffinanzjati bir-riżorsi finanzjarji tal-UE.

9.   Mezzi ta' vidjokonferenza

L-użu ta' mezzi ta' vidjokonferenza fil-kuntest ta' proċeduri kriminali f'ċerti Stati Membri huwa pjuttost komuni. Dan jippermetti li tinġabar l-evidenza billi jittieħdu l-istqarrijiet tal-persuni akkużati, ix-xhieda jew l-esperti fin-nuqqas tal-preżenza fiżika tagħhom waqt li fl-istess ħin jippermettu li tingħata protezzjoni adegwata lil dawk li jkollhom bżonnha. Il-Konvenzjoni Ewropea tal-2000 dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali tistipula regoli dwar is-smigħ ta' xhieda, ta' persuni akkużati u ta' esperti permezz ta' vidjokonferenza. Din issa ġiet irratifikata minn 24 Stat Membru. Il-Parlament Ewropew qed jistieden lill-Istati Membri biex itemmu l-proċess tar-ratifika mill-iktar fis possibbli. S'issa għad m'hemm l-ebda statistika disponibbli dwar l-applikazzjoni prattika tal-mezzi ta' vidjokonferenza. Jidher li l-mezzi ta' vidjokonferenza għadhom mhumiex qed jiġu sfruttati kompletament, u waħda mir-raġunijiet hija n-nuqqas tal-appoġġ elettroniku rikjest. L-appoġġ u l-għajnuna finanzjarja mill-UE jridu jiġu pprovduti mill-iktar fis possibbli.

10.   It-tisħiħ tad-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji proċedurali

Kull progress teknoloġiku se jintlaqa' tajjeb, dejjem sakemm ma jpoġġix id-drittijiet fundamentali fil-periklu. B'dan f'moħħna, fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-Pjan ta' Azzjoni, trid tingħata attenzjoni lir-rispett tad-drittijiet fundamentali, u b'mod speċifiku, lis-salvagwardji proċedurali u l-protezzjoni tad-data, waqt li liċ-ċittadini tal-UE jingħata d-dritt ta' aċċess għall-informazzjoni maħżuna u maqsuma mill-awtoritajiet rilevanti li tinformahom dwar ir-rimedji disponibbli. Strateġija ta' vera għall-ġustizzja elettronika ma tistax taħdem mingħajr l-armonizzazzjoni tas-salvagwardji proċedurali u mingħajr salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data li japplikaw fi kwistjonijiet ta' ġustizzja kriminali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (ĠU L 160, 30.6.2000, p. 37).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).

(3)  Il-Parlament jappoġġja dan il-proġett u jittama li se jiġi implimentat, waqt li titqies il-pożizzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar it-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), (P6_TA(2008)0465).

(4)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI (P6_TA(2008)0384).


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/71


Il-protezzjoni legali tal-adulti: implikazzjoniiet transkonfinali

P6_TA(2008)0638

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni legali tal-adulti: implikazzjoniiet transkonfinali (2008/2123(INI))

(2010/C 45 E/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu tat-Trattat tal-KE,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tat-13 ta' Jannar 2000 dwar il-protezzjoni internazzjonali tal-adulti,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti tat-13 ta' Diċembru 2006,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilitajiet (COM(2008)0530),

wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2005 bl-isem “Il-Programm tal-Aja: Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin. Sħubija Ewropea għat-tiġdid Ewropew fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja” (COM(2005)0184),

wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (A6-0460/2008),

A.

billi fil-qafas tal-Komunikazzjoni diġà msemmija dwar il-Programm tal-Aja, il-Kummissjoni għażlet bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha, il-ħtieġa li jkun hemm garanzija ta' spażju reali Ewropew fil-qafas tal-ġustizzja ċivili, u b'mod partikulari f'dak li jikkonċerna r-rikonoxximent u t-twettiq tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji,

B.

billi diġà sar xogħol u saru konsultazzjonijiet f'dan il-kuntest dwar deċiżjonijiet rigward il-patrimonju familjari u s-suċċessjoni jew testamenti, bl-iskop li jiġu ppreparati proposti leġiżlattivi ġodda;

C.

billi jeħtieġ li tingħata għajnuna għar-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi li ttieħdu rigward persuni suġġetti għal miżuri ta' protezzjoni;

D.

billi trid titqies l-attenzjoni li trid tingħata għaċ-ċirkustanzi delikati u vulnerabbli ta' persuni li huma suġġetti għal miżuri ta' protezzjoni, kif ukoll il-ħtieġa tal-ħeffa li trid tingħata għat-trattament ta' talbiet ta' koperazzjoni, informazzjoni jew rikonoxximent u nfurzar,

E.

billi l-iżvilupp tas-sitwazzjonijiet jew l-implimentazzjoni ta' protezzjoni ġudizzjarja tikkonċerna żewġ Stati Membri jew aktar,

F.

billi żviluppaw ruħhom sitwazzjonijiet li fihom każijiet li jinvolvu protezzjoni legali jikkonċernaw żewġ Stati Membri jew aktar u jikkonċernaw Stati Membri u Stati li mhumiex membri tal-UE, b'mod partikulari minħabba flussi ta' migrazzjoni tradizzjonali (eks kolonji, l-Istati Uniti u l-Kanada),

G.

billi tfaċċaw problemi minħabba ż-żieda fil-movimenti bejn l-Istati Membri fejn hemm ħruġ nett ta' persuni rtirati, li jinkludi adulti vulnerabbli, u dawk l-Istati Membri fejn għandhom dħul nett ta' individwi rtirati,

H.

billi l-bżonn għall-protezzjoni legali għal adulti vulnerabbli u l-prinċipji li jirregolawha qablu fuqhom l-Istati Membri tal-UE fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Nru R (99) 4 tal-Kumitat tal-Ministri għall-Istati Membri dwar il-prinċipji li jikkonċernaw il-protezzjoni legali ta' adulti inkapaċi, adottata fit-23 ta' Frar 1999,

I.

billi l-protezzjoni legali ta' adulti vulnerabbli għandha tkun il-pilastru tad-dritt għall-moviment ħieles tal-persuni,

J.

billi trid titqies id-differenza li teżisti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-miżuri ta' protezzjoni;

K.

billi jeħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilitajiet,

L.

billi d-dispożizzjoniiet tal-Konvenzjoni tal-Aja jistgħu jkollhom jgħinu jintlaħaq il-għan li jinħoloq l-ispazju ta' ġustizzja, libertà u sigurtà billi jiffaċilitaw ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet li jiddikjaraw miżura ta' protezzjoni, id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli u l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali,

M.

billi jkun xieraq li jiġu implimentati miżuri speċifiċi u xierqa ta' koperazzjoni bejn l-Istati Membri li jkunu jistgħu jispiraw ruħhom mill-mekkaniżmi ta' din il-konvenżjoni,

N.

billi formoli uniċi tal-Komunità jistgħu jiġu implimentati sabiex jippromwovu l-informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta' protezzjoni kif ukoll dwar iċ-ċirkulazzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' dawn id-deċiżjonijiet,

O.

billi tkun tista' tinħoloq formola unika fil-livell tal-Unjoni Ewropea għal każijiet ta' mandati ta' inkapaċità sabiex tiggarantixxu l-effettività tagħhom fl-Istati Membri kollha,

P.

billi jistgħu jiġu introdotti mekkaniżmi għar-rikonoxximent faċli, ir-reġistrazzjoni u l-użu ta' prokuri dewwiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea,

1.   Jilqa' b'sodisfazzjoni l-impenn tal-Presidenza Franċiża għas-sitwazzjoni tal-adulti vulnerabbli u tal-protezzjoni transkonfinali legali tagħhom; jifraħ lil dawk l-Istati Membri li ffirmaw u rratifikaw il-Konvenzjoni tal-Aja u jħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ffirmawhiex jew ma rratifikawhiex, sabiex jagħmlu hekk;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni, hekk kif tinkiseb esperjenza biżżejjed dwar l-operat tal-Konvenzjoni tal-Aja, sabiex tippreżenta lill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KE, proposta leġiżlattiva li jkollha l-iskop li ssaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u biex ittejjeb ir-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar ta' deċiżjonijiet għal protezzjoni ta' anzjani u għal mandati ta' inkapaċità u prokuri dewwiema, skont ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati mfissra hawn taħt;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex timmoniterja l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri u biex tissottometti fi żmien xieraq lill-Parlament u lill-Kunsill rapport li jiġbor fil-qosor il-problemi u l-aħjar prattiki fl-applikazzjoni prattika tagħha u li jinkludi, jekk ikun meħtieġ, proposti għal dispożizzjonijiet tal-Komunità li jissupplimentaw jew jispeċifikaw il-mod kif il-Konvenzjoni għandha tiġi applikata;

4.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-possibilità tal-adeżjoni tal-Komunità mal-Konvenzjoni tal-Aja; jissuġġerixxi li dan jista' jkun qasam ta' koperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri;

5.   Jistieden lill-Istati Membri kollha li għadhom ma ffirmawx jew ma rratifikawx il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità sabiex jagħmlu dan għaliex dan iservi sabiex titjieb il-protezzjoni ta' adulti vulnerabbli fl-UE;

6.   Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiffinanzja studju biex iqabbel il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar adulti vulnerabbli u miżuri ta' protezzjoni bl-iskop li jinstab fejn jistgħu jinqalgħu kwistjonijiet legali u x'miżuri jkunu meħtieġa fil-livell tal-UE jew tal-Istati Membri biex tinstab soluzzjoni għal kwistjoniiet bħal dawn; iqis li l-istudju għandu jindirizza wkoll il-kwistjoni tal-istituzzjonalizzazzjoni ta' adulti b'diżabilitajiet intellettwali fir-rigward tat-tutela tagħhom u l-abilità tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet legali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni sabiex torganizza serje ta' konferenzi għal professjonisti legali li huma involuti direttament f'każijiet bħal dawn u sabiex f'leġizlazzjoni futura tingħata konsiderazzjoni għar-riżultati tal-istudju u tal-opinjonijiet tal-professjonisti;

7.   Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-miżuri protettivi huma proporzjonati għall-istat tal-adulti vulnerabbli konċernati sabiex iċ-ċittadini individwali tal-UE ma jiġux miċħuda dritt legali meta jkun għad għandhom l-abilità li jeżerċitaw dan id-dritt;

8.   Jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri għall-protezzjoni tal-adulti vulnerabbli biex ma jispiċċawx vittmi ta' serq ta' identità jew frodi, jew ta' reati oħra permezz tat-telefon jew tal-internet, inklużi miżuri legali li jtejbu l-protezzjoni ta' u/jew jillimitaw l-aċċess għad-dejta personali tal-adulti vulnerabbli;

9.   Jappoġġja l-ħolqien ta' mekkaniżmi sikuri, suġġetti għal regoli b'saħħithom għall-protezzjoni ta' dejta personali u regoli dwar il-limitazzjoni ta' aċċess, għall-iskambju tal-aħjar prattiki u informazzjoni oħra dwar miżuri protettivi attwali li jinsabu fis-seħħ fost l-Istati Membri, inkluża l-possibilità li s-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membrità ikollhom skambju ta' informazzjoni dwar l-istejtus ta' protezzjoni ta' adulti vulnerabbli;

10.   Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li mhux l-adulti vulnerabbli kollha huma hekk minħabba età avvanzata u jitlob li jittieħdu passi mhux biss biex jissaħħu l-protezzjoni legali u d-drittijiet ta' dawk l-adulti anzjani vulnerabbli, imma wkoll dawk l-adulti li huma vulnerabbli minħabba diżabilitajiet fiżiċi u/jew mentali gravi, u sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tagħhom anke meta jittieħdu miżuri futuri sabiex jiġu żgurati dawn id-drittijiet legali;

11.   Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipji ta' solidarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

12.   Iqis li l-proposta li qed tintalab m'għandhiex impatti finanzjarji;

13.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati mehmużin magħha, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvenijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


ANNESS

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI U L-KONTENTUT TAL-PROSPOSTA MRESSQA

A.   PRINĊIPJI U GĦANIJIET TAL-PROPOSTA

1.   Il-promozzjoni tar-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet legali jew amministrattivi rigward persuni li huma suġġetti għal miżuri ta' protezzjoni.

2.   Miżuri sabiex jgħinu biex jintlaħaq il-għan li tinħoloq żona ta' ġustizzja, libertà u sigurtà billi jiffaċilitaw ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet li jipprovdu miżuri ta' protezzjoni, id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli u l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali.

3.   Miżuri speċifiċi u xierqa għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom jiġu implimentati billi jintużaw l-istrumenti li hemm disponibbli fil-Konvenzjoni tal-Aja.

4.   Formoli uniċi tal-Komunità biex ikun hemm promozzjoni tal-informazzjoni dwar deċiżjoni ta' protezzjoni u t-tixrid, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' dawn id-deċiżjonijiet.

5.   Formoli uniċi tal-Komunità fil-livell Ewropew fil-każijiet ta' mandati ta' inkapaċità sabiex tkun żgurata l-effettività tagħhom fl-Istati Membri kollha.

B.   PROPOSTI TA' AZZJONIJIET

1.   Jitlob lill-Kummissjoni, hekk kif tinkiseb esperjenza biżżejjed dwar l-operat tal-Konvenzjoni tal-Aja, sabiex tippreżenta lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KE, proposta leġiżlattiva biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u biex jittejjeb ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet għal protezzjoni ta' anzjani, għal mandati ta' inkapaċità u prokuri dewwiema.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/74


Perspettivi ta' żvilupp dwar il-ħolqien tal-paċi u ta' nazzjon wara l-kunflitti

P6_TA(2008)0639

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar perspettivi ta' żvilupp għat-tisħiħ tal-paċi u l-bini tan-nazzjon f'sitwazzjonijiet ta' wara konflitti (2008/2097(INI))

(2010/C 45 E/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolamenti ta' The Hague tal-1907, l-erba' Konvenzjonijiet ta' Ġinevra mill-1949 u l-Protokolli Addizzjonali I u II tagħhom tal-1977,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kollha tan-Nazzjonijiet Uniti u l-protokolli fakultattivi tagħhom,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966 u ż-żewġ protokolli fakultattivi tagħhom,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1945u b'mod speċifiku l-Artikoli 1 u 25 u, fil-Kapitoli VII, l-Artikoli 39 u 41 tagħha,

wara lil kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950 u l-ħames protokolli tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 Settembru 2000 li tistabbilixxi l-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju bħala kriterji stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 60/1 tal-24 ta' Ottubru 2005 dwar ir-Riżultat tas-Samit Dinji tal-2005, u b'mod partikulari l-paragrafi 138-140 tagħha dwar ir-responsabilità għall-protezzjoni tal-popolazzjonijiet mill-ġenoċidji, id-delitti tal-gwerra, it-tindif etniku u d-delitti kontra l-umanità,

wara li kkunsidra l-interventi għall-paċi jew biex tiġi stabbilita l-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kongo (1962), in-Namibia (1988), l-El Salvador (1992), il-Lambodia (1992), is-Somalia (1992), il-Jugożlavja — is-Serbja, il-Kroazja, il-Bosnija u l-Ħerzegovina (1992 — 2002), il-Ħaiti (1994), l-Islavonja tal-Lvant (1995 — 1998), il-Kosovo (1999), is-Sierra Leone (1999), it-Timor tal-Lvant (1999), il-missjoni għall-Iraq (2003) immexxija mill-Istati Uniti u r-Renju Unit u l-missjoni għall-Afganistan mmexxija min-NATO ISAF (2001),

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmata f'Kotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri bejn l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku u l-Unjoni Ewropea (2) (’il-Ftehima ta' Kotonou’),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri f'laqgħa fil-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar Politika ta' Żvilupp tal-Unjoni Ewropea: ’Il-Kunsens Ewropew’, iffirmata fl-20 ta' Diċembru 2005 (3), b'mod speċjali għall-kwistjonijiet trażversali mniżżla fis-sezzjoni fil-parti II, taqsima 3.3: demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tat-tfal u l-popli indiġeni, l-ambjent sostenibbli, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri f'laqgħa fil-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni: ’Il-Kunsens Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja’ (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument finanzjarju ta' koperazzjoni għall-iżvilupp (5) (Strument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp),

wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea: Strateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea adottata fis-Samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika f'Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-Balkani tal-Punent tad-19 ta' Novembru 2007,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar it-tfal f'konflitti armati tas-16 ta' Ġunju 2008,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-mainstreaming tas-sessi fil-ġestjoni tal-kriżi tat-13 ta' Novembru 2006,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika tal-21 u tat-22 ta' Novembru 2005,

wara li kkunsidra l-Qafas ta' Politika tal-Unjoni Afrikana dwar ir-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ta' Wara l-Kunflitt, approvat mill-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana fis-Samit ta' Banjul tal-25 ta' Ġunju sat-2 ta' Lulju 2006,

wara li kkunsidra l-għaxar prinċipji għal ingaġġ internazzjonali tajjeb fi stati fraġli u sitwazzjonijiet appoġġjati mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, il-Kumitat ta' Ġħajnuna għall-Iżvilupp, il-Grupp ta' Stati Fraġli u kif approvat fil-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-Kumitat ta' Ġħajnuna għall-Iżvilupp tat-3-4 ta' April 2007 f'Pariġi;

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, il-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp, Riforma u Governanza tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà,

wara li kkunsidra l-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea approvata mill-Kunsill Ewropew fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2003,

wara li kkunsidra t-tifsira ta' “Ġustizzja Tranżitorja” inkluża fir-rapport tal-2004 tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istat tad-dritt u l-ġustizzja tranżitorja f'soċjetajiet f'konflitt u dawk ta' wara l-konflitt (6),

wara li kkunsidra l-faċilità tal-iffinanzjar ta' 12-il miljun EUR stabbiliti mill-Kummissjoni fl-Istrument Ewropew għall-Istabilità biex jagħti għajnuna lill-tribunali u inizjattivi ta' ġustizzja tranżitorja ad-hoc madwar id-dinja,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2007 bl-isem “Lejn reazzjoni tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità — l-involviment f'ambjenti diffiċli għall-iżvilupp sostenibbli, l-istabilità u l-paċi” (COM(2007)0643),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ir-reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità f'pajjiżi li qed jiżviluppaw (7),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni ta' Kunflitti (COM(2001)0211) u l-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-prevenzjoni ta' Kunflitti Vjolenti adottati fil-Kunsill Ewropew f'Goteborg fil-15 u s-16 ta'Ġunju 2001,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea lin-NU dwar “L-istat tad-dritt u l-ġustizzja tranżitorja f'soċjetajiet f'konflitt u dawk ta' wara l-konflitt” tas-6 ta' Ottubru 2004,

wara li kkunsidra l-Kunċett tal-Unjoni Ewropea għall-appoġġ għad-Diżarmament, id-Dimobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni (DDR) approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewopea fil-11 ta' Diċembru 2006,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2001 bl-isem “Ir-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp-Evalwazzjoni” (COM(2001)0153),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika (8),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari konġunta bejn l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku u l-Unjoni Ewropea Nru 3937/07 u r-rapport ta' Lulju 2007 li sar mill-Kumitat Politiku tiegħu għall-governanza tajba, it-trasparenza u l-kontabilità f'relazzjoni mal-isfruttar tar-riżorsi naturali fil-Pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (UNSCR 1325) u dwar il-Vjolenza Sesswali kontra Persuni Ċivili waqt Kunflitti (UNSCR 1820),

wara li kkunsidra l-“Punti Prinċipali tal-Istrateġija Konġunta bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika” kif approvati mit-8 Laqgħa Ministerjali tat-Trojka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika tal-15 ta' Mejju 2007 fi Brussell,

wara li kkunsidra l-Artikoli 177 sa 181 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0445/2008),

A.

billi nofs il-pajjiż li joħorġu minn konflitt jerġgħu jsibu ruħhom f'konflitt fi żmien ħames snin, u 340 miljun tal-popolazzjoni l-aktar fqira tad-dinja huma stmati li jgħixu f'pajjiżi ta' sitwazzjoni ta' fraġilità, hekk li t-tmiem tal-ġlied ma jwassalx awtomatikament għal stabilità soda dejjiema u żvilupp sostenibbli,

B.

billi l-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju stabbilixxew l-għanijiet koerenti u ddefiniti bl-iskadenzi għall-eradikazzjoni tal-faqar fuq firxa twila taż-żmien; billi sal-2010, nofs l-ifqar persuni tad-dinja jistgħu jsibu ruħhom jgħixu f'pajjiżi li qed jesperjenzaw, jew qegħdin f'riskju ta' konflitti vjolenti (10),

C.

billi l-bini ta' pajjiżi stabbli u li jdumu fit-tul jeħtieġ il-ħolqien ta' servizz ċivili bbażat fuq il-mertu u r-responsabilità mingħajr xkiel politiku u korruzzjoni,

D.

billi settur tas-sigurtà professjonali li jkun trasparenti u responsabbli huwa fundamentali għall-ħolqien tal-kundizzjoniiet biex jisseddqu l-paċi u l-iżvilupp,

E.

billi r-Riforma fis-Settur tas-Sigurtà għadha tikkonċentra fuq il-provvediment ta' servizz pubbliku effettiv u leġittimu li huwa trasparenti, responsabbli għall-awtorità ċivili, u li jwieġeb għall-bżonnijiet tal-pubbliku,

F.

billi l-proliferazzjoni ta' armamenti żgħar u armi ħfief tħeġġeġ l-konflitt u l-kriminalità; billi fl-2006 persuni ċivili kienu jammontaw għal tliet kwarti tad-diżgrazzji aċċidentali rreġistrati minħabba splussivi tal-art (11),

G.

billi l-konflitti vjolenti, apparti li għandhom impatt traġiku fuq l-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem, jiskoraġġixxu l-investituri barranin, inaqqsu t-tkabbir b'mod sostanzjali, jiskoraġġixxu l-investiment fis-servizzi ekonomiċi u bażiċi (skont rapport riċenti (12), il-konflitti bl-armi qed juru li naqqsu l-kunċett tal-ekonomija Afrikana bi 15 %); filwaqt li s-settur tas-saħħa privat jista' eventwalment jipprovdi l-bażi għad-dħul sostenibbli għall-gvern leġittimu,

H.

billi l-istabilità fuq firxa twila ta' żmien tista' tintlaħaq biss permezz ta' involviment inklussiv fl-interventi għall-paċi, ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali u l-bini ta' nazzjon tal-partijiet kollha interessati, li jinkludu n-nisa u l-minoranzi,

I.

billi l-kummissjonijiet għall-verità u r-rikonċiljazzjoni jistgħu jagħtu daqqa t'id lil soċjetajiet li qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-abbuż tal-massa, jgħinu biex id-djalogu bejn il-komunitajiet u dawk li qabel kienu f'konflitt kontrihom ikun iffaċilitat, u jikkontribwixxi għall-miżuri tal-ġustizzja, tal-kumpens u tar-riformi li jnaqqsu ċ-ċans ta' konflitt ġejjieni,

J.

billi l-qafas istituzzjonali li jħalli s-soċjetà ċivili tiżviluppa ġej mil-libertà tal-assoċjazzjoni u espressjoni u tal-iżvilupp ta' midja ħielsa mħarsa mil-liġi,

K.

billi stat sostenibbli li jiffunzjona tajjeb jirrikjedi wkoll soċjetà ċivili b'saħħitha biex tipproteġi n-nies mill-abbuż tal-poter, u stampa ħielsa tagħmel pressjoni kontra azzjonijiet ta' eżekuttiv potenti,

L.

billi l-istati f'sitwazzjonijiet ta' fraġilità għandhom ikunu inkoraġġuti biex jagħtu lok għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi biex joperaw b'mod ħieles mil-liġijiet tar-reġistrazzjoni burokratika mhux meħtieġa u l-proċessi li jfixklu l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili tabilħaqq effettiva,

M.

billi l-medja tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jilqgħu 260 żjara mid-donaturi kull sena u fis-sena 2006, madwar il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw, id-donaturi għamlu 70 000 tranżizzjoni ta' għajnuna u d-daqs medju tal-proġett kien ta' biss 1,7 miljun Dollaru Amerikan,

N.

billi r-reviżjoni bejn il-pari tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kumitat għall-Għajnuna tal-Iżvilupp 2007 dwar il-Politika tal-UE tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp tistqarr li l-UE għandha tagħmel “użu aktar sistematiku ta' analiżi ta' konflitti bħala parti minn programmi u proġetti fil-livell tal-pajjiżi” sabiex “jitjieb l-impatt tagħhom u jiġi żgurat li ma jagħmlux ħsara”,

O.

billi l-Kummissjoni, bħala segwitu għall-Komunikazzjoni dwar ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità u għall-Konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill u r-riżoluzzjoni tal-Parlament, għandha tħejji Plan ta' Implimentazzjoni fl-2009 li jikkunsidra l-esperjenza u l-informazzjoni miksuba permezz tal-“każijiet sperimentali” u bħala mezz li jevalwa l-effiċjenza tal-istrumenti differenti tal-UE bl-iskop li jtejjeb aktar il-qasam tas-sigurtà u tal-iżvilupp tagħhom,

P.

billi, apparti l-ħatra ta' sitt pajjiżi sperimentali (il-Burundi, il-Guinea-Bissau, Haiti, is-Sierra Leone, it-Timor tal-Lvant u l-Jemen), id-diskussjonijiet illanċjati bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili bħala parti mis-segwitu tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija dwar ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità ma għamlux possibbli l-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi,

Q.

billi l-impriżi Ewropej huma preżenti u għandhom interess fiz-zoni ta' konflitt,

1.   Jappoġġja “ir-Responsabilità għall-Protezzjoni” kif iddikjarat min-Nazzjonijiet Uniti sabiex tiġi rinforzata minflok imdgħajfa s-sovranità tal-istat u jenfasizza li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom iqisu lilhom infushom marbuta miegħu; jenfasizza li “r-Responsabiltà għall-Protezzjoni” għandha tiġi kkunsidrata bħala mezz ta' promozzjoni tas-sigurtà umana; billi jenfasizza li r-responsabilità primarja għall-prevenzjoni tal-ġenoċidji, id-delitti tal-gwerra, it-tindif etniku u d-delitti kontra l-umanità fir-rigward ta' popolazzjoni hija tal-istat innifsu, isaħħaħ ir-responsabilità ta' kull gvern lejn il-protezzjoni taċ-ċittadini tiegħu; iqis, madankollu, li meta l-gvernijiet mhumiex kapaċi jew ma jurux rieda li jipprovdu din il-protezzjoni r-responsabilità li tittieħed azzjoni xierqa ssir ir-responsabilità kollettiva tal-komunità internazzjonali iktar wiesgħa; jinnota wkoll li din l-azzjoni għandha tkun preventiva apparti reattiva, u għandha tinvolvi l-użu ta' pressjoni b'qawwa militari biss bħala l-aħħar mezz assolut; jirrikonoxxi dan t'hawn fuq bħala applikazzjoni ġdida u importanti tal-prinċipju tas-sigurtà umana;

2.   Jesiġi l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni, miktuba fir-rapport tal-2000 lill-Assemblea Ġenerali, tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li sa dak iż-żmien kien Kofi Annan: “is-sovranità tal-istat timplika responsabilità u r-responsabilità primarja għall-protezzjoni tal-poplu tiegħu hija tal-istat innifsu; fejn popolazzjoni qed issofri ħsara kbira b'riżultat ta' gwerra interna, tixwixa, jew falliment tal-istat, u l-istat ikkonċentrat mhuwiex dispost jew ma jistax iwaqqafha jew jevitaha, il-prinċipju tan-nuqqas ta' intervent iċedi għall-pressjoni tar-Responsabilità għall-Protezzjoni internazzjonali”;

3.   Jemmen li hemm żewġ fażijiet fil-bini tal-paċi u l-bini tal-istat: il-fażi ta' stabbilizzazzjoni fejn l-enfasi hija fuq is-sigurtà, il-liġi u l-ordni u d-dispożizzjoni ta' servizzi bażiċi; u t-tieni fażi ta' bini tal-istat li tiffoka fuq il-governanza u l-istituzzjonijiet li jieħdu ħsiebha; bil-kundizzjoni li:

a)

it-tieni fażi ma għandhiex issir qabel mal-pajjiż jiġi stabbilizzat, minħabba li l-ħolqien ta' istituzzjonijiet qabel l-istabbilizzazzjoni jirrifletti n-natura tal-konflitt u mhux dak li għandu bżonn il-pajjiż għall-paċi stabbli u dejjiema,

b)

fil-fażi tal-bini tal-istat huwa importanti li jintlaħaq kompromess għall-konformità tan-normi u dak mistenni miċ-ċittadini tan-nazzjon ikkonċernat u mhux għall-ideali tal-parteċipanti,

c)

hekk kif il-fażi ta' bini tal-istat tavvanza, l-parteċipanti jkollhom jgħaddu l-istituzzjonijiet individuali lill-awtoritajiet domestiċi; huwa possibbli f'dan l-istadju t-tfixkil potenzjali tal-progress u dan għandu jiġi aċċettat sakemm dan ma jkunx ta' problema fundamentali għall-progress aħħari tal-pajjiż;

4.   Jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-konflitti fid-djalogi politiċi tal-UE mal-pajjiżi terzi u fil-programmi tal-iżvilupp ta' koperazzjoni sabiex jiġu żviluppati mekkaniżmi biex jiġu pprovduti sinjali ta' twissija bikrija billi jiġu mħarsa l-elementi li jbassru jew l-indikaturi possibbli ta' vjolenza ċivili bħad-diviżjoni storika, il-motivi ta' lmenti etniċi u tat-tribù, il-konflitti tar-reliġjonijiet, l-inġustizzja u l-faqar; jenfasizza, f'dan il-kuntest b'mod partikulari l-bżonn li jiġu allokati fondi ġodda għall-adozzjoni u l-ħarsien tal-ambjent bħala mezz li bih tiġi impeduta ż-żieda ta' konflitti relatati mal-klima u l-ambjent;

5.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-prevenzjoni tal-konflitt bħala kwistjoni traversali fil-koperazzjoni tal-iżvilupp u biex jiġu integrati s-sensittività u l-analiżi tal-konflitt f'politiki eżistenti u ġodda, fil-Karti ta' Strateġija tal-Pajjiż u Reġjonali, u fl-istrumenti finanzjarji relevanti kollha għall-koperazzjoni esterna;

6.   Ifakkar li l-paċi mhix biss in-nuqqas ta' gwerra, u li hemmx paċi mingħajr ġustizzja u li, barra minn dan, it-tmiem tal-ostilitajiet mhux neċessarjament iwassal għas-sigurtà tal-irġiel u tan-nisa; ifakkar ukoll fl-irwol importanti tan-nisa fil-prevenzjoni u fir-riżoluzzjoni tal-konflitti u fil-bini tal-paċi, u jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni ugwali u tal-involviment sħiħ tagħhom fl-isforzi kollha għaż-żamma u l-promozzjoni tal-paċi u tas-sigurtà;

7.   Jemmen bil-qawwa li jrid isir kull sforz biex jiġu żgurati standards minimi ta' servizzi bażiċi għal dawk il-popolazzjonijiet milquta minn konflitt, b'mod partikulari fir-rigward tal-aċċess għall-ikel, l-ilma nadif u l-iġjene, il-mediċini, il-kura tas-saħħa (li tinkludi s-saħħa riproduttiva) u s-sikurezza personali; fiż-żmien immedjat it-tħassib dwar is-sostenibilità għandhom jiġu subordinati biex jiġu provduti merkanzija u servizzi bażiċi;

8.   Jemmen li f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt għandu jkun hemm koordinazzjoni bejn il-bini tal-paċi, l-għajnuna umanitarja u l-attivitajiet ta' żvilupp, skont il-qafas strateġiku “Ir-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp” u biex tiġi assigurata l-koerenza fir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp;

9.   Iqis li huwa meħtieġ li titqies id-dimensjoni tas-sessi fir-rigward ta' refuġjati u persuni spustjati internament, anke fit-tfassil tal-kampijiet tar-refuġjati;

10.   Jenfasizza l-bżonn tat-titjib fil-Koordinazzjoni Ċivili-Militari; huwa tal-opinjoni li f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti t-tranżizzjoni minn sigurtà militari għal sigurtà ċivili trid issir fl-aqsar żmien prattiku u li l-forzi internazzjonali għandhom jiġu ssupplimentati u mibdula ma' forza ta' pulizija ċivili nazzjonali u reġjonali, imħarrġa b'mod professjonali, li jassiguraw li prijorità għolja qed tiġi mogħtija lill-applikazzjoni li jittrattaw bl-istess mod ir-regola tal-liġi u l-proċeduri amministrattivi lill-gruppi kollha involuti fil-konflitt;

11.   Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn il-komponenti ċivili u militari tal-għajnuna għall-iżvilupp sabiex jiġi garantit it-tħaddim tal-infrastruttura bażika u tas-servizzi tal-gvern mingħajr ma jitwarrbu l-ħtiġijiet tar-rikostruzzjoni, tar-riabilitazzjoni u tat-tnedija mill-ġdid tal-proċessi demokratiċi u ekonomiċi;

12.   Jitlob għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, billi jiġi promoss it-taħriġ tad-drittijiet tal-bniedem għall-armata u l-pulizija (li jinkludi l-kampanji għad-drittijiet umani u ċivili għall-partijiet affettwati tal-popolazzjoni); it-taħriġ tal-impjegati fil-kulleġġi fuq l-istandards internazzjonali tan-normi u l-pulizija militari; il-ħolqien ta' kodiċi ta' kondotta għall-persunal tas-sigurtà, li jiddiskrivu l-oqsma tar-responsabilità bejn il-pulizija u l-armata, il-ħolqien ta' uffiċċji għall-ombudsmen u l-Kummissjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-awtoritajiet distrettwali u l-persuni fis-servizzi ċivili;

13.   Jenfasizza l-ħtieġa importanti biex jitkompla l-iżvilupp tal-kapaċità militari tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Ewropea sabiex l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkunu jistgħu jagħtu kontribut aħjar għall-istabilizzazzjoni u l-iżvilupp tas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

14.   Iqis li hu ta' importanza kbira li l-kawżi tal-instabilità u l-problemi tas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti jingħelbu b'taħlita ta' miżuri ċivili u militari; jirrimarka li mingħajr il-garanziji tas-sigurtà tal-forzi għaż-żamma tal-paċi fuq l-art, il-kundizzjoni ewlenija essenzjali għall-istabilità f'soċjetajiet mifnija bil-konflitti (jiġifieri s-sigurtà tal-individwi u tal-propjetà tagħhom) ma tkunx tista' titwettaq b'mod ġenerali;

15.   Jenfasizza l-importanza tal-proċessi tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni bħala fatturi prinċipali biex tiġi assigurata l-paċi dejjiema u l-iżvilupp sostenibbli; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħaffu l-implimentazzjoni fuq il-bażi tal-Qafas tal-Politika tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u l-Kunċett tal-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni, bil-għan li tiżdied ir-relevanza, il-koerenza u l-effiċjenza tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma; jitlob għal aktar iffinanzjar Komunitarju għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni, b'enfasi speċjali fuq dawk il-pajjiżi fejn l-Unjoni Ewropea diġà għamlet użu mill-missjonijiet tal-Perspettiva Ewropea dwar l-Iżvilupp Spazjali; jitlob li jkun hemm kull attività tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni ffinanzjati fil-livell komunitarju li għandha l-għan li tappoġġja l-ħidmiet tal-Perspettiva Ewropea dwar l-Iżvilupp Spazjali matul konflitt, jew f'sitwazzjoni ta' wara l-konflitt, biex jiġu kkunsidrati f'aqsar żmien possibbli fil-passi tal-ippjanar tal-ħidmiet, fosthom fil-fażi tat-tiftix għall-fatti jew matul l-iżvilupp tal-Kunċetti tal-Ġestjoni tal-Kriżi/il-Kunċett tal-Operazzjonijiet;

16.   Jenfasizza li r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà tista' tkun għodda effettiva biex issaħħaħ id-diplomazija u tiddefendi filwaqt li tnaqqas it-theddid għas-sigurtà fuq perjodu twil ta' żmien billi tingħata għajnuna fil-bini ta' soċjetajiet stabbli, prosperi u paċifiċi; ir-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà għandha tinvolvi istituzzjonijiet li qed jerġgħu jiġu stabbiliti jew li qed jirriformaw u pożizzjonijiet ministerjali importanti li jżommu u jipprovdu superviżjoni għas-sikurezza u s-sigurtà tan-nazzjon ospitanti u l-poplu tiegħu;

17.   Jitlob lill-Unjoni Ewropea, biex meta tappoġġja r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà ta' wara l-konflitti, tinkludi perspettiva tal-ġeneru billi tipprovdi taħriġ u kompetenza dwar il-ġeneru għall-kostituzzjoni, l-elezzjonijiet, il-pulizija u l-ġudikatura;

18.   Huwa tal-fehma li l-ex mexxejja kombattenti għandhom jirrinunzjaw għall-vjolenza qabel ma jiddaħħlu fi strutturi istituzzjonali formali li jinkoraġġixxu l-kondiviżjoni tal-poter, filwaqt li jiġi żgurat li l-pubbliku u l-partijiet kollha involuti pertinenti jinżammu attivament infurmati u involuti fid-dibattiti kollha li jikkonċernaw l-arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-poter;

19.   Jenfasizza l-importanza li tiġi adottata perspettiva tal-ġeneru meta jiġu nnegozjati u implimentati l-ftehimiet tal-paċi, sabiex jiġi promoss il-ħarsien kostituzzjonali tad-drittijiet tan-nisa;

20.   Jistieden, minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-vittmi f'sitwazzjoni ta' konflitt jiġu maqtula b'armi żgħar u armamenti ħfief, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikun hemm segwitu urġenti fuq id-Deċiżjoni tal-20 ta' Mejju 2008 tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompetenza Komunitarja fil-ġlieda kontra iż-żieda tal-armi żgħar u armamenti ħfief (13) billi titħaffef l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea biex tiġġieled l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċitu ta' armi żgħar u armamenti ħfief u l-munizzjon tagħhom u billi tingħata spinta lill-ippjanar għall-iffinanzjar tal-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri mill-Fondi ta' Żvilupp Ewropew u l-Istrument ta' Stabbiltà, biex jintefqu fuq programmi relatati ma' armi żgħar u armamenti ħfief fuq l-art; jitlob lill-istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali u reġjonali jieħdu miżuri, fejn jaqbel, sabiex jistabbilixxu programmi tal-armi żgħar u armamenti ħfief fil-qafas tar-rikostruzzjoni u l-isforzi tar-riabilitazzjoni f'zoni ta' wara l-konflitt u fl-isforzi biex jiġu kkonsolidati kwistjonijiet ta' governanza, biex tiġi msaħħa l-leġiżlazzjoni u tiġi mtejba l-kapaċità operazzjonali tal-aġenziji li jinfurzaw il-liġi rigward l-armi żgħar u armamenti ħfief; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex tkompli bil-promozzjoni tal-ħolqien tat-Trattat Internazzjonali dwar il-Kummerċ tal-Armi legalment vinkolanti fl-ambiti kollha bilaterali u multilaterali;

21.   Iqis li r-ritorn volontarju ta' refuġjati u popli spustjati internament għandu jkun prijorità għolja filwaqt li jiġi żgurat mod ta' għajxien vijabbli, b'mod partikulari billi jingħataw servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjonali funzjonali (li jinkludu kampanji ta' qari u kitba għan-nisa) u l-opportunitajiet ta' xogħol, u dan għandu jsir permezz ta' djalogu bejn il-gruppi, l-edukazzjoni dwar il-paċi, l-akkompanjament internazzjonali, it-tnaqqis ta' preġudizzji u t-taħriġ dwar id-diversità, it-tlaqqigħ ta' komunitajiet li qabel kienu fi ġlied, il-proċessi biex jiġu ttrattati pretensjonijiet fir-rigward tal-artijiet u l-kura f'każijiet ta' trawma; sakemm il-profil etniku jew reliġjuż huwa kompatibbli, jikkunsidra li l-Persuni Spustjati Internament għandhom jiġu mifruxa minn naħa għal oħra tal-pajjiż u jerġgħu jibdew jgħixu fil-villaġġi jew il-bliet minn fejn ġew u mhux ikunu kkonċentrati fi gruppi kbar minħabba li dan jista' jwassal għall-konflitt u vjolenza;

22.   Jenfasizza l-ħtieġa li n-nisa jkomplu bl-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom wara li jkunu ntemmu l-konflitti; iqis, f'dan ir-rigward, li t-tkomplija tat-tagħlim għandha tkun promossa matul il-proċess tal-bini tal-istat;

23.   Jenfasizza bis-sħiħ il-bżonn li jiġu kkonsultati u appoġġjati l-organizzazzjonijiet lokali tan-nisa u n-netwerks internazzjonali tan-nisa għall-paċi; jirrakkomanda d-dispożizzjoni tal-appoġġ politiku u finanzjarju, it-taħriġ, il-bini tal-kapaċità u l-għajnuna teknika, li tinkludi n-negozjati tal-paċi u r-riżoluzzjonijiet mhux vjolenti tal-konflitt;

24.   Hu tal-opinjoni li l-Istati Membri għandhom obbligu morali li jagħtu kenn lir-refuġjati li jkunu qegħdin jaħarbu miz-zoni ta' konflitt; jemmen li dan l-obbligu jista' jitwettaq biss fuq il-bażi li l-piż jinqasam bejn l-Istati Membri; jemmen ukoll li l-Istati Membri għandhom jgħinu b'mod attiv lir-refuġjati li jixtiequ jerġgħu lura lejn il-pajjiżi tal-oriġini wara t-tmiem ta' konflitt vjolenti;

25.   Jafferma l-importanza vitali li l-politiki tal-migrazzjoni jkunu ġusti mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jinnota li l-migrazzjoni tista' ssir forza pożittiva fil-proċess tal-iżvilupp, l-aktar bil-flus li jibagħtu l-migranti li joqogħdu fl-Unjoni Ewropea, billi tnaqqas it-telf tal-aħjar imħuħ, billi tħaffef il-migrazzjoni ta' ritorn u billi tevita t-traffikar tal-bnedmin;

26.   Jenfasizza li trid tittieħed azzjoni li tippromwovi r-riunifikazzjoni u r-riintegrazzjoni tat-tfal milquta minn konflitti armati u sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-programmi edukattivi, it-taħriġ vokazzjonali u l-appoġġ psikoloġiku, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet speċifiċi tat-tfajliet;

27.   Jitlob l-implimentazzjoni effettiva tal-proposta tal-Kummissjoni għad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni tal-ex kombattenti; jinkludi r-riintegrazzjoni tal-kombattenti fis-soċjetà ċivili bid-dispożizzjoni tal-ikel, it-tined, il-kutri, l-għajnuna medikali u l-ħwejjeġ pajżana; it-trasportazzjoni tal-ex suldati fil-komunità tal-oriġini tagħhom jew id-destinazzjoni tal-għażla tagħhom; programmi ta' appoġġ għall-uffiċjali politiċi jew militari, l-akkomodazzjoni mill-ġdid tal-ex suldati, u skemi ta' appoġġ tas-salarji; lezzjonijiet ta' edukazzjoni ċivika għall-ex suldati u programmi ta' riġenerazzjoni psikoloġika għall-ex kombattenti b'allokazzjoni speċifika ta' riżorsi addizzjonali għas-skemi ta' impjieg u programm ta' ħolqien tax-xogħol;

28.   Jirrimarka li l-programmi tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ex kombattenti femminili;

29.   Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-użu ta' suldati tfal kif ukoll kontra r-reklutaġġ ta' bniet fil-forzi armati u s-soġġezzjoni sussegwenti tagħhom għall-abbuż sesswali hija marbuta mal-isforzi favur it-titjib tal-ħajja ta' kuljum tan-nisa li jgħixu f'reġjuni fejn ikunu għaddejjin il-proċessi tal-bini ta' paċi u tan-nazzjonijiet wara tmiem il-konflitti;

30.   Huwa tal-opinjoni li l-programm tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni għandu jimmira biex jikseb żviluppi soċjali u ekonomiċi, u jipprovdi programmi ta' assistenza finanzjarja bil-għan li jilħqu l-bżonnijiet immedjati;

31.   Jemmen li appartenenza lokali tal-proċess għal-bini ta' paċi hija essenzjali biex tiġi assigurata stabilità dejjiema;

32.   Jikkunsidra li d-donaturi internazzjonali għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi reġjonali u lokali meta jfasslu politika ta' rikostruzzjoni għall-istabilità u d-demokrazija, li tibda mill-esperjenza miksuba bil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

33.   Jenfasizza li strateġija ta' rikonċiljazzjoni adattata jeħtiġilha tqis is-sehem tan-nisa fil-proċessi tat-tisħiħ tal-paċi; jenfasizza li l-programmi ta' rikonċiljazzjoni għandhom jinkorporaw iċ-ċirkustanzi partikulari tat-tfal li jintlaqtu mill-konflitti armati;

34.   Jemmen li l-leġittimità tal-istat tista' tinbena biss permezz ta' governanza tajba u effettiva; jenfasizza li l-istituzzjonijiet, il-proċessi elettorali, ir-reġistrazzjoni ta' votanti u r-reġistri elettorali, l-identifikazzjoni ta' votanti u l-mekkaniżmi għal kontra l-korruzzjoni jeħtieġ li jkunu trasparenti u responsabbli kemm jista' jkun għaliex dawn huma l-prerekwiżiti għad-difiża tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet demokratiċi u d-dinjità tal-popolazzjoni, kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku, l-investiment u l-kummerċ;

35.   Iqis fatturi bħal l-istat tad-dritt, munita stabbli, is-suq ħieles, is-servizz ċivili effiċjenti u kompetenti, l-indipendenza ġudizzjarja, u l-fergħat leġiżlattivi u l-eżekuttivi mingħajr korruzzjoni, huma l-mezzi li bihom l-individwi u l-komunitajiet, permezz tal-industrija u l-inizjattiva tagħhom, ikunu jistgħu verament iżidu l-prosperità tan-nazzjonijiet tagħhom;

36.   Jitlob għall-ħolqien ta' kumitati uniċi għall-investiment biex jinkoraġġixxi setturi ta' prijorità fejn l-Investiment Barrani Dirett jista' jiġi attirat, li joħloq impjiegi 'l barra mis-setturi tradizzjonali agrikoli permezz tal-appoġġ tal-iżvilupp ta' kodiċi ta' investiment liberali u zoni industrijali mingħajr taxxa;

37.   Jitlob lill-Kummissjoni biex toħloq unità tat-tneħħija ta' regolamenti li tkun tista' tagħti pariri lill-pajjiżi emerġenti mill-konflitt dwar kif jibnu l-infrastruttura ekonomika tagħhom biex ineħħu l-kontrolli burokratiċi li jwaqqfu jew idewmu l-ħolqien ta' negozji żgħar, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji, ir-reġistazzjoni tal-art u tal-kumpaniji; it-tnaqqis ta' kapitali investiti fi proġetti li fihom elementi kbar ta' riskji qed jiġu applikati fejn huwa possibbli u l-inċentivi tat-taxxa għall-ħolqien ta' intrapriżi għandu jiġi applikat b'mod partikulari permezz ta' programmi ta' appoġġ għall-baġit;

38.   Iqis li huwa kruċjali li jiġu involuti n-nisa f'attivitajiet ekonomiċi f'soċjetajiet ta' wara l-konflitt sabiex ikun hemm appoġġ għat-tisħiħ soċjo-ekonomiku u kummerċjali, u jenfasizza l-irwol pożittiv tal-mikrokreditu;

39.   Jemmen bis-sħiħ li l-appartenenza lokali tal-iżvilupp ta' koperazzjoni fl-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu msaħħa permezz tal-involviment ta' parlamenti nazzjonali, li jinkludi azzjoni reċiproka u bini tal-kapaċità bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti ta' pajjiżi msieħba; li jinkludi s-sistemi ta' appoġġ tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, il-kapaċitajiet teknoloġiċi għall-ħolqien ta' lista elettorali eżemplari, il-proviżjoni tal-karti tal-Identita meta r-reġistrazzjoni tat-twelid jew id-dokumenti ta' appoġġ taċ-ċittadinanza mhumiex disponibbli;

40.   Jenfasizza l-ħtieġa ta' għajnuna għall-awtoritajiet lokali, billi jingħatalhom it-taħriġ adattat u l-possibilità li jaqsmu l-esperjenzi; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-impenn tal-Parlament għall-prinċipji u l-prattiki tad-demokrazija parlamentari;

41.   Jenfasizza li, meta jsiru l-elezzjonijiet f'pajjiż ta' wara l-konflitt, il-parteċipazzjoni tan-nisa għandha tiġi appoġġjata permezz ta' programmi speċifiċi u bi kwoti fil-livelli kollha;

42.   Jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ indipendenti tat-trasparenza u l-kontabiltà fl-użu tar-riżorsi, li jistgħu jkollhom irwol importanti fis-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt jekk jerġgħu jiġu investiti fil-bini tal-istat; ukoll jenfasizza l-importanza li tiġi miġġieed kull tipi ta' ħela, frodi u korruzzjoni, permezz ta' mekkaniżmi adeġwati kontra l-korruzzjoni, bl-appoġġ viġilanti tas-soċjetà ċivili;

43.   Jenfasizza l-bżonn li l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni timxi l-quddiem, biex is-sorsi ta' finanzjamenti illeċiti jiġu impediti minflok ikomplu jħeġġu l-konflitt u jipperikulaw l-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, ladarba l-korruzzjoni jagħmlu l-istituzzjonijiet ineffikaċi, tkabbar il-marġinalizzazzjoni soċjali, jgħawweġ teħid tad-deċiżjonijiet u jfixkel id-dispożizzjoni tas-servizzi bażiċi;

44.   Jenfasizza li l-appoġġ għall-komunitajiet, il-familji, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tan-nisa, l-organizzazzjonijiet tal-mikrokrediti u n-netwerks lokali huma prikundizzjonijiet għas-suċċess ta' kull politika għall-iżvilupp; u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu appoġġ politiku u finanzjarju lill-paċi lokali u l-atturi tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll matul iż-żminijiet tal-kriżi, b'mod partikulari permezz tal-Istrumenti għall-Istabilità tal-Unjoni Ewropea u l-komponent tar-reazzjoni għall-kriżi;

45.   Jenfasizza li, f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, ir-reġistrazzjoni tat-titoli tal-art u r-reġolarizzazzjoni tal-appartenenza tal-art għandhom isiru skont il-ligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, biex tiġi prevenuta l-approprjazzjoni ta' art illegali, ta' spiss b'detriment għall-ifqar jew l-aktar vulnerabbli, mill-gvernijiet, il-kumpaniji privati u l-elit tat-tmexxija, inklużi dawk li jirritornaw lejn pajjiżhom u l-Persuni Spostati Internament; jenfasizza barra minn hekk li l-isforzi għadhom isiru biex isaħħu l-qrati sabiex dawn ikunu jistgħu jinfurzaw aħjar il-liġi tal-proprjetà, b'mod speċjali f'pajjiżi fejn in-nisa għandhom stejtus legali mnaqqas;

46.   Itenni l-impenn tiegħu għall-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal fis-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti bl-għan aħħari li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-emanċipazzjoni tan-nisa — ħtieġa indispensabbli biex jinkisbu l-paċi u l-istabilità dejjiema;

47.   Iqis li ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għandhom l-aktar riżorsi naturali bażiċi biex jieħdu ħsieb tal-iżvilupp tagħhom iżda l-immaniġġjar fqir u l-prattiki korrotti relatati mar-riżorsi naturali bħaż-żejt, l-ilma, l-injam u d-djamanti jistgħu jergħġu jġibu lura l-pajjiż għaċ-ċiklu tal-konflitt; jiddeplora l-involviment ta' diversi parteċipanti (lokali, reġjonali, internazzjonali u transnazzjonali) fil-miżapproprijazzjoni u l-isfruttar ta' dawn ir-riżorsi; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu u jappoġġjaw governanzja tajba tar-riżorsi naturali kollha kif ukoll biex jieħdu azzjoni kontra l-isfruttar u l-ittraffikar, b'mod speċjali fejn jikkontribwixxi għall-bidu, l-eskalazzjoni u l-kontinwazzjoni ta' konflitti armati;

48.   Jirrikonoxxi il-kisbiet tal-Proċess ta' Kimberley, l-Inizjattiva ta' Trasparenza tal-Industriji Estrattivi u l-Infurzar tal-Liġi, tat-Governanza u l-Kummerċ tal-Foresti u jitlob li dawn jissaħħu u jiġu implimentati u infurzat b'mod aktar aktar effettiv;

49.   Itenni l-konklużjonijiet tad-dokument dwar il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali, ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2008 lill-Kunsill Ewropew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni (14), filwaqt li jwissi li l-bidla fil-klima qiegħda thedded li titfa' piż żejjed fuq l-istati u lir-reġjuni tad-dinja li huma diġà dgħajfa u b'tendenza ta' konflitti, filwaqt li jinħolqu flussi ta' immigrazzjoni ġodda u jintensifikaw ir-riskji tas-sigurtà għall-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis il-kunsiderazzjonijiet tal-bidla fil-klima fl-isforzi tagħha għat-tisħiħ tal-paċi;

50.   Iqis li l-ġustizzja għall-vittmi ta' konflitti hija essenzjali u li l-qrati nazzjonali, sakemm is-sistema ġudizzjarja qed tiffunzjona, hija indipendenti u imparzjali, jinsabu f'pożizzjoni aħjar minn dik ta' tribunali internazzjonali ta' reati tal-gwerra sabiex jiżguraw l-appartenenza tal-proċessi ġudizzjarji nazzjonali u l-ikkastigar ta' dawk li jikkommettu reat; fil-proposti ta' dan il-qafas, fil-kuntesti ta' wara l-konflitt, biex issir magħrufa l-possibilità tat-traċċ tal-vjolazzjonijiet li saru matul il-konflitt;

51.   Jitlob għat-tisħiħ tas-sistemi ġudizzjarji billi jingħata taħriġ lill-imħalfin, il-prosekuturi ġenerali, isiru konferenzi dwar ir-riformi ġudizzjarji, ħatriet ġudizzjarji għas-sistemi indipendenti, ħlas tajjeb għall-persunal ġudizzjarju, id-dispożizzjoni tal-għodod għall-qrati, l-amministrazzjoni mtejba tal-qorti; iż-żamma tad-dokumentazzjoni, il-baġit u l-immaniġġjar tal-persunal u x-xiri tat-teknoloġija moderna li tinkludi kompjuters għas-segwitu tal-każijiet;

52.   Jitlob għall-għajnuna legali għall-gruppi vulnerabbli, il-minoranzi etniċi, il-bdiewa mingħajr art u gruppi oħra marġinalizzati, u t-taħriġ paralegali biex jiżdied l-aċċess għas-sistema ġudizzjarja li hija provduta minn Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi bl-esperjenza;

53.   Iqis li hija kruċjali li tintemm il-kummissjoni bl-impunità ta' delitti ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneri u li dawn id-delitti, fejn hu possibbli, jiġu esklużi mid-dispożizzjonijiet tal-amnestija, u li jiġi żgurat li l-vittmi kollha, b'mod partikulari n-nisa u t-tfajliet, ikollhom protezzjoni ugwali f'għajnejn il-liġi u aċċess ugwali għall-ġustizzja; minħabba s-sitwazzjoni ta' żvantaġġ li n-nisa u t-tfal f'ħafna soċjetajiet għandhom sabiex ikollhom aċċess għall-ġustizzja, jikkunsidra li għandhom isiru arranġamenti speċjali meta jkun neċessarju;

54.   Jenfasizza l-bżonn li n-nisa li jkunu sofrew vjolenza sesswali jingħataw aċċess sħiħ għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u għall-programmi ta' sensibilizzazzjoni li jappoġġjaw dawk in-nisa li jkollhom jiġġieldu kontra l-istigma li jiffaċċjaw;

55.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1820, b'mod partikulari r-rikonoxximent tagħha li l-vjolenza sesswali hija theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

56.   Jenfasizza l-importanza li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet speċjali tat-tfal, u b'mod partikulari tat-tfajliet, b'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, b'mod partikulari fir-rigward tal-edukazzjoni;

57.   Ifaħħar l-interazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Qorti Kriminali Internazzjonali; jenfasizza li l-appoġġ tal-UE huwa essenzjali għall-infurzar tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; jemmen li huwa vitali li l-istati kollha jiffirmaw u jirratifikaw l-Istatut tar-Roma sabiex is-sistema tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tkun aktar funzjonali, koerenti u konsistenti; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-Unjoni Afrikan sabiex jindirizzaw b'mod immedjat l-implimentazzjoni konsistenti tal-mandati kollha ta' arrest li toħroġ il-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-sitwazzjionijiet kollha ta' konflitt;

58.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu l-ġlieda kontra l-impunità bħala l-aktar mezz effettiv għall-prevenzjoni ta' abbużi futuri tad-drittijiet tal-bniedem billi jappoġġaw l-operat ta' tribunali internazzjonali stabbiliti;

59.   59 Jenfasizza li l-paċi sostenibbli hija f'ħafna modi dipendenti minn involviment ibbażat fuq il-komunità u l-appartenenza tal-proċess tal-paċi — proċess li jkun leġittimu u jkollu suċċess biss jekk in-nisa jkunu involuti b'mod ugwali fil-funzjoni soċjali importanti u l-irwrol vitali tagħhom fil-produzzjoni tal-ikel u l-benessri tal-familja b'mod partikulari f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; jitlob, filwaqt li jżomm f'moħħu li n-nisa u t-tfal jagħmlu mat-80 % tar-refuġjati, jitlob għall-appoġġ partikulari biex tiġi provduta lin-nisa u lill-irġiel biex jiġu rikonoxxuti li għandhom rwol vitali fil-promozzjoni tal-paċi u l-istabilità, u jenfasizza li l-irwol tal-komunità internazzjonali fl-appoġġ tan-netwerk tas-soċjetà ċivili li jgħaqqad inizjattivi lokali, nazzjonali u internazzjonali huwa kruċjali għall-proċess tal-paċi;

60.   Jitlob għat-twaqqif ta' Kummissjoni għaż-żamma tal-Paċi li tinkludi membri awtorevoli tal-partijiet kontendenti sabiex tiġi antiċipata l-vjolenza fuq skala kbira;

61.   Jemmen li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili relevanti jistgħu jintużaw bħala għajnuna għad-djalogu bejn il-gruppi f'konflitt meta msawwar fuq taħriġ fir-riżoluzzjoni ta' konflitti mhux vjolenti u fl-edukazzjoni dwar il-paċi; jappoġġja l-ħolqien ta' opportunitajiet għad-djalogu billi jiġu organizzati konferenzi nazzjonali, diskussjonijiet madwar mejda bejn il-partijiet ikkonċernati, laqgħat ta' kuntatt ma' gruppi żgħar fil-livell bażiku, taħriġ ta' medjazzjoni għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-komunità tal-anzjani lokali u l-mexxeja tal-istituzzjonijiet tradizzjonali;

62.   Jitlob lill-Istati Membri biex isegwu proġetti ta' żvilupp biex jaħtru sieħeb mexxej bejniethom biex jifforma mekkaniżmi ta' rappurtaġġ (anke jekk il-fondi għal dan il-proġett jiġi minn Stat Membru differenti) biex jintlaħaq koordinazzjoni tad-donatur u koerenza; li jinkludi t-twaqqif ta' standards tal-kontabilità għall-ħtiġijiet tal-iżvelar fir-rigward tal-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;

63.   Iqis li għandha tittieħed azzjoni biex titrawwem preżenza u parteċipazzjoni femminili akbar fil-mezzi tax-xandir u fil-fora pubbliċi kollha li permezz tagħhom in-nisa jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom;

64.   Ifakkar li r-reġistrazzjoni tat-twelid huwa dritt tal-bniedem u dritt ċivili fundamentali, jenfasiza li r-reġistrazzjoni tat-twelid hija ta' importanza kruċjali b'mod partikulari waqt konflitt armat kif ukoll wara l-konflitt għaliex din tgħin biex tipproteġi lit-tfal minn ksur tad-drittijiet tagħhom; din trid titqies bħala kwistjoni ta' żvilupp ċentrali;

65.   Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ li jagħti attenzjoni lill-konflitti matul iċ-ċiklu kollu tal-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' programmi tal-iżvilupp, sabiex jiżdiedu l-impatti pożittivi u jitnaqqsu l-impatti negattivi tagħhom fuq id-dinamika tal-konflitt; jenfasizza l-importanza li l-analizi dwar il-konflitt isir b'mod sistematiku u li jiġu magħrufa l-fatturi prinċipali li jwasslu għall-konflitti; iqis li l-introduzzjoni ta' standards indikattivi jkunu għodda utli għall-evalwazzjoni tal-impatt ta' azzjonijiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp;

66.   Jitlob għal zona ta' konflitt fl-istati tal-viċinat biex ikunu involuti b'mod attiv fil-pjan tal-iżvilupp u r-rikostruzzjoni ta' wara l-konflitt, flimkien mal-komunità internazzjonali;

67.   Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw strateġija reġjonali ħalli jinsab tarf tas-sitwazzjoni f'pajjiżi partikulari;

68.   Għandu l-intenzjoni li jkompli jieħu sehem attiv fix-xogħol organizzat mill-Kummissjoni bħala parti mis-segwitu tal-komunikazzjoni msemmija hawn fuq dwar ir-reazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità; jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-fatt li issa huwa urġenti li dan ix-xogħol, li kien miexi bil-mod wisq, jista' jwassal għat-teħid ta' azzjonijiet konkreti malajr f'oqsma fundamentali bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni, u jitlob lill-Kummissjoni biex iżomm lill-Parlament Ewropew infurmat tajjeb dwar il-passi li jittieħdu fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-każijiet ta' studji tal-pajjiżi u b'mod partikulari f'termini tal-użu ta' dawn is-sejbiet għall-identifikazzoni u l-pjan ta' azzjonijiet sussegwenti;

69.   Iqis li huwa bżonjuż għad-delegazzjonijiet kollha tal-KE f'pajjiżi terzi li jinkludu punt fokali dwar is-sessi b'mandat, il-ħiliet u r-riżorsi adegwati;

70.   Jenfasizza l-bżonn urġenti għall-popolazzjonijiet f'pajjiżi li saru fraġli biex jaraw żviluppi pożittivi fis-sitwazzjoni tagħhom u fis-sitwazzjoni ta' pajjiżhom, u jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ma jittraskurax il-viżibilità tal-azzjonijiet li saru fuq l-art;

71.   Jappoġġja l-Programm tal-Unjoni Ewropea dwar il-Prevenzjoni tal-Kunflitti Vjolenti kif ukoll il-miżuri tas-sigurtà u l-iżvilupp maħsuba fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-2009, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti l-ogħla prijorità lill-implimentazzjoni ta' miżuri marbuta mat-tisħiħ tal-paċi;

72.   Jenfasizza l-importanza tal-bini tal-kapaċità tal-staff tal-KE biex jiġi implimentat programmar dwar is-sensittività tal-konflitt permezz ta' ġwida speċjalizzata, b'mod partikulari billi jiġu żviluppati, għall-istaff ikkonċernat, linji gwida qosra u magħmula apposta dwar sensittività għall-konflitti li jkunu msejsa fuq Sistemi ta' Evalwazzjoni tal-Paċi u l-Impatt tal-Konflitti u l-Pakkett ta' Riżorsi għas-Sensittività għall-Konflitti;

73.   Iqis li, sabiex tiġi indirizzata b'mod effettiv l-isfida tat-tranżizzjoni ta' wara l-konflitt, l-intervenzjonijiet għandhom ikunu f'waqthom, flessibbli, u prevedibbli;

74.   Jenfasizza fuq il-fatt li l-missjonijiet kollha tal-UE (inklużi l-gruppi ta' medjazzjoni u n-negozjati, l-pulizija u l-forzi għaż-żamma tal-paċi eċċ.) għandhom jinkludu konsulenti dwar is-sessi, taħriġ għall-integrazzjoni bejn is-sessi u mill-inqas 40 % tan-nisa fil-livelli kollha, inklużi fl-iktar livelli għoljin;

75.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel riċerka dwar l-integrazzjoni tas-sessi fil-missjonijiet esterni tal-UE;

76.   Jirrimarka l-bżonn għall-integrazzjoni ta' perspettiva dwar is-sessi fir-riċerka għall-paċi, fil-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-konflitti, fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi, fir-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni ta' wara l-konflitti, fl-istrumenti finanzjarji, fid-Dokumenti ta' Strateġija għall-Pajjiż/għar-Reġjun u fl-ippjanar tal-interventi esterni kollha;

77.   Jappoġġja lill-uffiċċju tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE bħala l-għodda ewlenija tal-UE li tgħin fil-medjazzjoni ta' soluzzjonijiet politiċi u biex issaħħaħ l-istabilità politika dejjiema fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

78.   Jinkoraġġixxi lill-UE biex tiżviluppa l-aħjar prattiki għal kwistjonijiet li jeħtieġu koperazzjoni wiesgħa fost il-parteċipanti politiċi, militari, umanitarji u tal-iżvilupp fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-konflitti, fil-medjazzjoni, fiż-żamma tal-paċi, fl-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem, fl-istat tad-dritt, fl-għajnuna umanitarja u fir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp fit-tul;

79.   Jitlob għall-iżvilupp ta' Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1325 u jitlob lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-pajjiżi msieħba u lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex jiżviluppaw Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali; jissuġġerixxi reviżjoni tal-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jiżgura l-konformità sħiħa mal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti UNSCR 1325 u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1820;

80.   Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tappoġġja l-isforzi ta' pajjiżi msieħba biex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet għar-responsabilità domestika demokratika (il-kontroll parlamentari u l-kapaċitajiet ta' verifika) meta l-assistenza Komunitarja tingħata permezz ta' appoġġ baġitarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twettaq dan l-obbligu b'mod aktar robust u konsistenti; jenfasizza li l-emanċipazzjoni ta' entitajiet tal-kontroll parlamentari u istituzzjonijiet ta' verifika huma fattur prinċipali għall-ksib ta' impatt sostenibbli tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni Ewropea; jitlob għall-iżvilupp ta' soċjetà ċivili ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' ħarsien ġenerali, sabiex jingħataw l-awtorità biex jimmonitorjaw l-użu u l-impatt tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni Ewropea;

81.   Jitlob lill-banek tal-investiment, inkluż il-Bank Ewropew għall-Investiment, biex jiżguraw li s-self u l-investimeti tagħhom f'pajjiżi ta' wara l-konflitt, b'mod speċjali f'pajjiżi li huma sinjuri fir-riżorsi, ikunu konformi mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istandards tal-ambjent u biex ma jżidux it-tensjoni;

82.   Ifaħħar il-ħidma tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tisħiħ tal-Paċi li għadha kemm twaqqfet; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta' koperazzjoni ma' sieħba internazzjonali, l-aktar man-Nazzjonijiet Uniti, fil-kwistjonijiet marbuta mal-għajnuna; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jassiguraw li s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti għandha r-riżorsi meħtieġa u li hija responsabbli għall-appoġġ li tipprovdi għall-proċessi bejn il-pajjiżi li jinvolvu l-Kummissjoni tal-Bini ta' Paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u entitajiet oħra tan-Nazzjonijiet Uniti;

83.   Jenfasizza li l-għajnuna għall-iżvilupp hija element importanti ħafna fit-tisħiħ tal-paċi u fil-prevenzjoni tal-konflitt fi stati fraġli, iżda għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna lejn riżoluzzjoni tal-konflitt ma għandhomx jinkludu kwalunkwe riżorsi militari jew komponenti;

84.   Jirrakkomanda l-infurzar tal-kodiċi ta' kondotta għall-istaff tan-NU li jkun qed jaqdi dmiru f'żoni ta' wara konflitt u jitlob għal tolleranza zero tal-vjolenza sesswali li tkun saret mill-istaff għaż-żamma tal-paċi jew mill-istaff tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi;

85.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati għas-sħubija, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tisħiħ tal-Paċi, lill-Kummissjoni tal-AU u l-Kunsill Eżekuttiv tal-AU, lill-Parlament Pan-Afrikan u lill ACP-EU JPA.


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22.

(3)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(4)  ĠU C 25, 30.1.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

(6)  (S/2004/616).

(7)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 460.

(8)  ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 633.

(9)  ĠU C 254, 26.10.2007, p. 17.

(10)  Kalkolu tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Internazzjonali bbażat fuq stimi tal-Bank Dinji fil-Prospetti Ekonomiċi Globali 2006: Implikazzjonijiet Ekonomiċi ta' Rimessi u Migrazzjoni, Bank Dinji, Washington 14.11.2005.

(11)  Rapport tal-Monitoraġġ tal-Isplussivi 2007: Lejn dinja ħielsa minn splussivi.

(12)  Dinja iktar sigura, Oxfam, Rapport IANSA Ottubru 2007 — Il-Biljuni Nieqsin tal-Afrika.

(13)  Każ C-91/05, Kummissjoni v. Kunsill.

(14)  S113/08.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/86


Żimbabwe

P6_TA(2008)0640

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

(2010/C 45 E/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iż-Żimbabwe, bl-aktar waħda riċenti tkun dik tal-10 ta' Lulju 2008 dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (1),

wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2008/135/CFSP tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2008, li li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (2), li ġeddet sal-20 ta' Frar 2009 l-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe imposti skont il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/CFSP tad-19 ta' Frar 2004 (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (ES) Nru 1226/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (4), u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11-12 ta' Diċembru 2008 dwar iż-Żimbabwe, li fihom ġie espress tħassib serju dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja fiż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE fit-28 ta' Novembru 2008,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-Parlament Pan-Afrikan dwar l-elezzjonijiet armonizzati li saru fiż-Żimbabwe fid-29 ta' Marzu 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar iż-Żimbabwe adottata fil-11-il Samit tal-Unjoni Afrikana, li sar f'Sharm el-Sheikh fit-30 ta' Ġunju-1 ta' Lulju 2008,

wara li kkunsidra l-ftehima tal-15 ta' Settembru 2008 bejn l-Unjoni Nazzjonali Afrikana taż-Żimbabwe-Front Patrijottiku (ZANU-PF) u ż-żewġ formazzjonijiet tal-Moviment għall-Bidla Demokratika (MDC), biex jiġu solvuti l-isfidi li qed jaffaċċja ż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Komunità tal-Iżvilupp tal-Afrika tan-Nofsinhar (SADC) u l-Protokolli tiegħu, inkluż il-Protokoll Elettorali tal-SADC,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi ż-Żimbabwe qed jaffaċċja kriżi umanitarja ta' proporzjonijiet kbar ħafna, b'5.1 miljun persuna, kważi nofs il-popolazzjoni, li qed tbati l-ġuħ, filwaqt li tifqigħa tal-kolera, li hi riżultat tal-kollass tas-servizzi bażiċi tal-ilma u tas-sanità, qatlet mill-inqas 783 persuna u infettat 'il fuq minn 16 400 persuna fiż-Żimbabwe, u billi iktar minn 300 000 persuna li huma serjament imdgħajfa minħabba nuqqas ta' ikel huma f'periklu serju minħabba l-epidemija,

B.

billi l-awtoritajiet taż-Żimbabwe għamluha ċara li ma jistgħux itemmu l-kriżi umanitarja u mhux bi ħsiebhom itemmu r-ripressjoni vjolenti ta' dawk li jopponuhom; billi hemm konnessjoni ċara bejn il-katastrofi umanitarja u l-kriżi ta' tmexxija kkawżata mill-falliment ta' Robert Mugabe li jorganizza elezzjonijiet ħielsa u kredibbli u li jirrispetta l-ftehima politika tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-prinċipju li jiġi ffurmat gvern ta' unità nazzjonali bil-ħsieb li tintemm il-kriżi, li ntlaħqet minkejja l-isforzi ta' medjazzjoni tal-President Thabo Mbeki tal-Afrika ta' Isfel,

C.

billi r-rata tal-inflazzjoni hija stmata li hi fir-reġjun ta' bosta biljuni fil-mija, l-ogħla fid-dinja, u billi 80 % tal-popolazzjoni tgħix b'inqas minn US$1 kuljum, mingħajr aċċess għal prodotti bażiċi bħall-ikel u l-ilma,

D.

billi, skont l-organizzazzjoni umanitarja medika internazzjonali Médecins Sans Frontières, mill-inqas 1.4 miljun persuna qiegħdin f'riskju li taqbadhom il-kolera jekk it-tifqigħa ma tiġix ikkontrollata billi jiġu indirizzati l-kawżi tagħha; billi t-tifqigħa qed tinfirex lejn l-Afrika ta' Isfel u l-Botswana,

E.

billi t-taħlita tal-kriżi ekonomika, dik politika u dik soċjali kellha effett negattiv partikolari fuq in-nisa u l-bniet, u billi dawn huma partikolarment f'riskju ta' infezzjoni bil-kolera minħabba r-responsabilità tagħhom għall-kura tal-morda mid-dar,

F.

billi l-medja tal-għomor tal-ħajja fiż-Żimbabwe niżlet minn 60 sena fir-rigward taż-żewġ sessi għal 37 sena fir-rigward tal-irġiel u 34 fir-rigward tan-nisa fl-aħħar għaxar snin; billi 1.7 miljun persuna qegħdin bħalissa jgħixu bl-HIV fiż-Żimbabwe,

G.

billi fl-isfond tal-kriżi politika u l-emerġenza fil-qasam tas-saħħa, hemm kriżi tad-drittijiet tal-bniedem li sejra għall-agħar fiż-Żimbabwe, bl-aktar żvilupp riċenti jkun is-sensiela mingħajr preċedent ta' każijiet ta' ħtif ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem — bħal Jestina Mukoko li l-għajbien tagħha kien parti minn mudell ta' fastidju u intimidazzjoni ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, imwettqa minn persuni suspettati li qed jaħdmu għall-awtoritajiet taż-Żimbabwe,

H.

billi, skont l-UNICEF, l-istima hi li huma biss 40 % tal-għalliema tal-pajjiż li qed jaħdmu, u terz biss tat-tfal tal-iskola li qed imorru għal-lezzjonijiet; billi l-għalliema, bħat-tobba u l-infirmiera, ħarġu fuq strajks perjodiċi u ġew imrażżna b'mod vjolenti mill-pulizija talli eżerċitaw id-dritt tagħhom li jipprotestaw b'mod paċifiku,

I.

billi ’l-Anzjani’, li huma magħmula mill-ex Segretarju Ġenerali tan-NU Kofi Annan, l-ex President tal-Istati Uniti Jimmy Carter u s-sostenitura tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal Graça Machel, ma ngħatawx id-dritt li jidħlu fiż-Żimbabwe,

J.

billi numru ta' mexxejja Afrikani, inklużi l-Arċisqof Desmond Tutu, il-President tal-Botswana, Ian Khama, u l-Prim Ministru tal-Kenja, Raila Odinga, talbu li s-Sur Mugabe jirriżenja,

K.

billi fit-8 ta' Diċembru 2008, matul ċelebrazzjoni tas-60 anniversarju mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-President Sarkozy ta' Franza, f'isem l-UE, talab lis-Sur Mugabe biex jirriżenja, filwaqt li ddikjara li hu qed iżomm ostaġġ lill-poplu taż-Żimbabwe u li l-poplu taż-Żimbabwe għandu d-dritt għal-libertà, għas-sigurtà u għar-rispett,

L.

billi ż-Żimbabwe huwa qrib li jissodisfa l-kriterji biex tiġi invokata d-dikjarazzjoni approvata fis-Samit tan-NU f' Settembru 2005 li hemm responsabilità internazzjonali li jkunu protetti popli li qed jaffaċċjaw delitti kontra l-umanità,

1.   Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja katastrofika fiż-Żimbabwe, l-epidemija tal-kolera, il-ġuħ u r-rifjut totali tar-reġim ta' Mugabe li jirreaġixxi b'mod pożittiv għall-kriżi; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jerġgħu jaffermaw l-impenn tagħhom lejn il-poplu taż-Żimbabwe permezz ta' programm sostanzjali u fuq perjodu twil ta' żmien ta' għajnuna umanitarja;

2.   Jinnota li l-Unjoni Ewropea għadha kif irrilaxxat EUR 10 miljun f'għajnuna u jistieden lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet kollha fuq l-aġenziji tal-għajnuna umanitarja u sabiex jiżguraw li l-għajnuna umanitarja tista' titwassal bi qbil mal-prinċipji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza;

3.   Jappoġġja b'qawwa l-isforzi tad-delegazzjoni tal-’Anzjani’ msemmija hawn fuq biex tittaffa l-kriżi umanitarja taż-Żimbabwe, jikkunsidraha bħala totalment inaċċettabbli li l-membri ta' din id-delegazzjoni ġew miċħuda viża tad-dħul mir-reġim ta' Mugabe, ladarba kellhom ix-xewqa li jużaw l-influwenza tagħhom biex iżidu l-għoti immedjat u fuq perjodu itwal ta' żmien tal-għajnuna lill-pajjiż u b'hekk itemmu t-tbatija terribbli tal-poplu taż-Żimbabwe;

4.   Jikkundanna b'qawwa l-vjolenza kontinwa mwettqa mir-reġim ta' Mugabe kontra membri u sostenituri tal-MDC; huwa mgħaddab bis-sensiela ta' każijiet riċenti ta' ħtif ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jitlob li jinħelsu immedjatament Jestina Mukoko, id-direttur tal-Proġett għall-Paċi taż-Żimbabwe (ZPP), Zacharia Nkomo, ħu l-avukat ewlieni tad-drittijiet tal-bniedem Harrison Nkomo, Broderick Takawira, koordinatur provinċjali tal-Proġett għaz-ZPP, Pascal Gonzo, xufier mal-Proġett għaz-ZPP, u numru ta' membri tal-MDC u attivisti tas-soċjetà ċivili, u jitlob li min wettaq dawn il-każijiet ta' ħtif jinżamm responsabbli;

5.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni riċenti tal-lista tal-Unjoni ta' individwi pprojbiti li jagħmlu parti mir-reġim ta' Mugabe, u jitlob li jiżdiedu aktar ismijiet ta' persuni ewlenin li huma leali lejn Mugabe, inkluż dak ta' Florence Chitauro, eksministru għoli taz-ZANU PF, li huwa maħsub li issa qiegħed jgħix Londra, filwaqt li jirrifjuta li jikkundanna lil Mugabe u jivjaġġa minn u lejn iż-Żimbabwe mingħajr xkiel;

6.   Jitieden lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jikkunsidra li jimponi sanzjonijiet immirati (projbizzjonijiet ta' vvjaġġar u l-iffriżar tal-assi) fuq is-Sur Mugabe u persuni involuti b'mod attiv fil-vjolenza jew fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; b'mod partikolari jistieden liċ-Ċina, lir-Russja u lill-Afrika ta' Isfel biex jappoġġjaw miżuri iebsa kontra r-reġim ta' Mugabe fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u biex jindikaw lill-gvernijiet Afrikani li m'għadhomx lesti li jagħtu kwalunkwe appoġġ lir-reġim ta' Mugabe;

7.   Ifaħħar l-integrità tal-gvernijiet tal-Kenja, tal-Botswana u taż-Żambja talli tkellmu kontra s-Sur Mugabe, u jesprimi d-diżappunt profond tiegħu li tant gvernijiet Afrikani oħra għadhom lesti li jinjoraw il-ħażen tar-reġim tiegħu;

8.   Jenfasizza l-bżonn kbir tal-poplu taż-Żimbabwe li jkollu bidla politika u jikkundanna r-rifjut tas-Sur Mugabe li jimplimenta l-ftehima li ffirma fil-15 ta' Settembru 2008 li jgħaddi ministeri ewlenin lill-partit ta' Morgan Tsvangirai, jew li jdaħħal riformi politiċi;

9.   Jesprimi tħassib serju li l-bżonn kbir ta' bidla immedjata, radikali u demokratika għall-poplu taż-Żimbabwe għadu qed ikun frustrat mir-reġim tas-Sur Mugabe, li hu oppressiv, manipulattiv u jfittex l-interessi tiegħu;

10.   Jitlob urġentament li ssir pressjoni minn pajjiżi Afrikani u istituzzjonijiet reġjonali, inklużi l-SADC u, b'mod partikolari, mill-Unjoni Afrikana bħala l-garanti tal-ftehima tal-15 ta' Settembru 2008, kif ukoll minn Afrikani eminenti, biex tinstab soluzzjoni ġusta għas-sitwazzjoni taż-Żimbabwe, ibbażata fuq l-elezzjonijiet kredibbli li saru f'Marzu 2008, u biex kwalunkwe ftehim politiku jiġi mmoniterjat b'mod ibbilanċjat;

11.   Jistieden lill-Kunsill biex jinkoraġġixxi lill-Unjoni Afrikana biex tħejji pjanijiet ta' kontinġenza għal intervent attiv, sabiex titħares il-popolazzjoni ċivili taż-Żimbabwe;

12.   Jistieden lill-Kunsill biex jibqa' viġilanti fir-rigward tal-konsegwenzi possibbli għar-reġjun minħabba n-negliġenza intenzjonata u t-tmexxija ħażina taz-ZANU PF li qed tiddestabilizza liż-Żimbabwe;

13.   Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni tar-refuġjati miż-Żimbabwe fir-reġjun u jikkundanna l-atti ta' vjolenza kontra r-refuġjati miż-Żimbabwe fil-pajjiżi ġirien; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja dawk il-pajjiżi ġirien billi timplimenta programmi ta' għajnuna finanzjarji u materjali għar-refuġjati;

14.   Jappella b'mod qawwi lill-partijiet interessati kollha u lill-komunità internazzjonali biex ikunu lesti jappoġġjaw l-irkupru ekonomiku u soċjali taż-Żimbabwe ladarba jiġi ffurmat gvern li ġenwinament jirrifletti r-rieda tal-poplu taż-Żimbabwe fil-livelli kollha u ladarba jkun hemm sinjali tanġibbli tar-ritorn tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

15.   Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex iżidu l-azzjoni diplomatika tagħhom fl-Afrika biex jiksbu appoġġ attiv għall-bidla fiż-Żimbabwe;

16.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-G8, lill-gvernijiet u lill-parlamenti taż-Żimbabwe u tal-Afrika ta' Isfel, lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, liċ-chairpersons tal-Kummissjoni u tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, u lis-Segretarju Ġenerali u l-gvernijiet tal-SADC u lill-Forum Parlamentari tiegħu.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0364.

(2)  ĠU L 43, 19.2.2008, p. 39.

(3)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.

(4)  ĠU L 331, 10.12.2008, p. 11.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/89


Nikaragwa

P6_TA(2008)0641

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-attakki kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet ċivili u d-demokrazija fin-Nikaragwa

(2010/C 45 E/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Djalogu Politiku u Koperazzjoni tal-15 ta' Diċembru 2003 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama fuq in-naħa l-oħra, u l-Ftehima Qafas ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama (1),

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra r-rapporti ppreżentati mit-tim ta' esperti tal-UE għall-proċess u l-elezzjonijiet muniċipali li seħħew fid-9 ta' Novembru 2008 li għadda fin-Nikaragwa,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Benita Ferrero Waldner dwar dak li ġara fin-Nikaragwa wara l-elezzjonijiet muniċipali u reġjonali tad-9 ta' Novembru 2008,

wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa għall-iffirmar ta' Ftehima ta' Sħubija bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali,

wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa dwar id-difensuri u l-għaqdiet tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem tat-22 ta' Ottubru 2008 tas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra s-sitt rawnd ta' negozjati għall-Ftehima ta' Sħubija bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali li se jsir fis-26 u s-27 ta' Jannar 2009, fi Brussell,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi saru allegazzjonijiet ta' qerq fir-rigward tar-riżultati tal-elezzjonijiet muniċipali tad-9 ta' Novembru 2008 li ġew irrappurtati mit-tim ta' esperti tal-UE semmew in-nuqqas ta' rieda min-naħa tal-awtoritajiet tan-Nikaragwa li jorganizzaw proċess ġenwinament demokratiku; billi l-aggressjonijiet li akkumpanjawhom, immirati b'mod partikulari kontra l-mezzi ta' komunikazzjoni, u l-polarizzazzjoni u l-konfrontazzjonijiet li seħħew b'riżultat,

B.

billi n-NU, l-UE, l-Istati Uniti u diversi NGOs fin-Nikaragwa esprimew tħassib rigward it-trasparenza tal-elezzjonijiet,

C.

billi skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill Elettorali Suprem tal-11 ta' Ġunju 2008, min-naħa waħda ġiet ikkanċellata l-personalità legali tal-Moviment Sandinist ta' Tiġdid (Movimiento Renovador Sandinista), u min-naħa l-oħra ġie allegat li l-Partit Konservattiv ma ssodisfax il-prerekwiżiti tal-ħruġ għall-elezzjonijiet muniċipali ta' Novembru 2008, u b'hekk impedixxa l-parteċipazzjoni ta' dawn iż-żewġ partiti,

D.

billi l-għaqdiet tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-membri tagħhom, ġurnalisti u rappreżentanti tal-mezzi ta' komunikazzjoni ġarrbu diversi attakki u atti ta' fastidju minn persuni, setturi politiċi u entitajiet b'rabtiet mal-poter statali,

E.

billi l-Viċi Ministru għall-Koperazzjoni tan-Nikaragwa ippropona mekkaniżmu ta' “tassassjoni konġunta” għall-appoġġ finanzjarju li jirċievu l-NGOs u għal investigazzjoni ta' diversi NGOs għall-allegat nuqqas ta' sodisfar ta' rekwiżiti legali, bħal fil-każ tal-akkużi ta' “trijangolazzjoni ta' fondi” kontra 17-il għaqda tad-drittijiet tal-bniedem,

F.

billi kien hemm investigazzjonijiet kriminali kontra dawk li jiddefendu d-drittijiet sesswali u riproduttivi, inklużi dawk li appoġġjaw lil tifla li kienet ġiet stuprata u li sarilha abort biex tiġi salvatha ħajjitha fi żmien meta l-abort terapewtiku ma kienx offiża kriminali,

G.

billi l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-Istat tad-Dritt, kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, iridu jkunu parti integrali mill-politika esterna tal-UE,

H.

billi l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba tagħha, meta jagħmlu ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jkunu jinkludu klawżola tad-drittijiet tal-bniedem, jassumi responsabilità li jiżguraw konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u klawżoli bħal dawn huma min-natura tagħhom reċiproki,

I.

billi n-Nikaragwa f'dawn l-aħħar għoxrin sena spiċċat f'sitwazzjoni ta' faqar kbir,

1.   Jiddispjaċih ħafna dwar il-mod ta' kif tmexxa l-proċess elettorali tal-elezzjonijiet lokali tad-9 ta' Novembru 2008, u jqis li r-riżultati tagħhom m'għandhom ebda leġittimità demokratika;

2.   Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-klima ta' qerq allegat f'xi muniċipalitajiet irriżultat f'dimostrazzjonijiet u konfrontazzjonijiet bejn il-partitarji ta' partiti differenti, li ħallew numru ta' nies midruba u komplew jaggravaw kriżi politika li diġà kienet serja;

3.   Jitlob lill-gvern tan-Nikaragwa biex jieħu miżuri urġenti biex jikkalma s-sitwazzjoni eżistenti, u jitlob lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa biex jirrispettaw l-isforzi tal-għaqdiet tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem;

4.   Jiddispjaċih dwar id-diversi attakki u atti ta' fastidju li sofrew l-għaqdiet tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti indipendenti u r-rappreżentanti tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fin-Nikaragwa f'dawn l-aħħar xhur, min-naħa ta' individwi, forzi politiċi u korpi b'rabtiet statali;

5.   Jitlob lill-partiti politiċi biex jikkundannaw l-atti ta' vjolenza li wettqu l-partitarji tagħhom;

6.   Jiddispjaċih dwar il-fatt li żewġ partiti politiċi ma setgħux jieħu sehem fl-elezzjonijiet lokali, u jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-progress tal-konsolidazzjoni u l-governanza demokratiċi fin-Nikaragwa, b'mod speċjali rigward il-proċessi ta' inklużjoni u parteċipazzjoni attiva;

7.   Iħeġġeġ lill-gvern tan-Nikaragwa u lill-awtoritajiet statali biex iħarsu l-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-qrati u b'hekk jiżguraw li l-bażijiet demokratiċi ta' pajjiżhom jiġu ppreservati, u biex jiżguraw li mill-aktar fis possibbli, in-Nikaragwa tirratifika l-Istatut ta' Ruma li ħoloq il-Qorti Kriminali Internazzjonali;

8.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-istqarrija għall-istampa tas-27 Stat Membru tal-UE tat-22 ta' Ottubru 2008, li kkundannat l-attakki fuq id-difensuri u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

9.   Ifakkar li fin-negozjati għall-Ftehima ta' Sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, in-Nikaragwa jeħtieġ tiġi mfakkra dwar il-ħtieġa li jiġu rispettati l-prinċipji tal-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, kif tiddefendihom u tippromwovihom l-UE;

10.   Jitlob lill-Istati Membri tal-UE sabiex jiżguraw li s-sitwazzjoni fin-Nikaragwa titpoġġa fuq l-aġenda tal-laqgħat kollha mal-awtoritajiet tan-Nikaragwa, kemm dawk bilaterali kif ukoll dawk multilaterali;

11.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, lill-Parlament tal-Amerika Ċentrali, u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tan-Nikaragwa.


(1)  ĠU L 63, 12.3.1999, p. 39.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/92


L-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u l-ġuri tal-qtil ta' Anna Politkovskaya

P6_TA(2008)0642

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u l-ġuri tal-qtil ta' Anna Politkovskaya

(2010/C 45 E/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar ir-Russja, u b'mod partikulari dik tal-25 ta' Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet UE-Russja wara l-qtil tal-ġurnalista Russa Anna Politkovskaya (1), dik tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar is-Samit bejn l-UE u r-Russja f'Khanty-Mansiysk fis 26 us-27 ta' Ġunju 2008 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa, li daħlet fis-seħħ fl-1997 u li ġiet estiża sakemm ftehima oħra teħdilha postha,

wara li kkunsidra n-negozjati attwali għal ftehima ġdida li tipprovdi qafas komprensiv ġdid għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, u t-tnedija mill-ġdid ta' dawn in-negozjati waqt l-aħħar Samit bejn l-UE u r-Russja li sar f'Nizza fl-14 ta' Novembru 2008,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea dwar it-tfittxija domiċiljari tas-sede tal-organizzazzjoni Memorial f'St Petersburg fl-4 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra r-rapport tal-2008 tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-Russja hija membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u li bħala tali kkommettiet ruħha li tosserva bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem u taċ-ċittadini,

B.

billi hemm tħassib serju fuq il-qagħda tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u wkoll dwar id-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom l-NGOs li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem,

C.

billi bosta lmenti ta' ċittadini Russi ġew indirizzati lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu, li fis-sentenzi tagħha ssostanzjat li hemm ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f'għadd ta' każijiet, kif ukoll każijiet ta' arbitrarjetà mill-awtoritajiet tal-istat Russi,

D.

billi fit-28 ta' Ottubru 2008, Otto Messmer, il-provinċjal tal-Ordni tal-Ġiżwiti fir-Russja u Victor Betancourt, qassis mill-Ekwador, inqatlu b'mod brutali fl-appartament tagħhom f'Moska,

E.

billi f'nofs Ottubru 2008 avukat tad-drittijiet tal-bniedem prominenti Russa, Karinna Moskalenko, li rrappreżentat b'suċċess il-każijiet ta' 30 ċittadin Russu fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sfat vittma ta' attentat ta' avvelenament bil-merkurju li tqiegħed fil-karozza tagħha fi Strasburgu,

F.

billi fil-31 ta' Awissu 2008, is-sid ta' websajt indipendenti bl-Ingush, Magomed Evloyev, inqatel waqt li kien fil-kustodja tal-pulizija,

G.

billi bosta attentati fuq il-ħajja ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom fuq il-kap tal-oppożizzjoni Ingush, Akhmed Kotiev, id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Zurab Tsechoev mill-Ingushezja, l-attivist tad-drittijiet tal-bniedem Dmitrii Kraiukhin minn Orel, u l-attivist tad-drittijiet tal-bniedem Stanislav Dmitrievski minn Nizhni Novgorod, ġew irreġistrati bejn Lulju u Ottubru 2008,

H.

billi fl-4 ta' Diċembru 2008, l-uffiċċji f'St. Petersburg taċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Informazzjoni Memorial, li għal 20 sena għamel riċerka dwar ir-ripressjoni fi żmien Stalin fl-Unjoni Sovjetika, ġew attakkati minn irġiel mgħammda mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali Russu; billi waqt l-attakk, ittieħdu l-hard drives u s-CDs li kien fihom il-bażi tad-data kollha dwar eluf ta' vittmi; billi ma jeżisti l-ebda inventorju tad-dokumentazzjoni kkonfiskata; billi l-avukati tal-Memorial ġew miżmuma milli jidħlu fis-sede,

I.

billi l-istħarriġ kriminali u l-ġuri wara l-qtil tal-ġurnalista Anna Politkovskaya jqajmu tħassib serju dwar it-trasparenza u l-osservanza tal-istat tad-dritt; billi dan il-qtil brutali għadu ma ġiex mistħarreġ u solvut għal kollox b'mod sodisfaċenti,

J.

billi l-awtoritajiet Russi għad mhumiex jikkoperaw fl-istħarriġ tal-qtil ta' Aleksander Litvinenko f'Londra permezz ta' avvelenament bil-polonju radjuattiv,

K.

billi l-brutalità tal-pulizija rażżnet dimostrazzjoni ta' protesta kontra l-Kremlin organizzata mill-grupp tal-oppożizzjoni “Russja Oħra” ta' Garry Kasparov fl-14 ta' Diċembru 2008 f'Moska, billi d-dimostranti nħatfu u ġew imkaxkra fi trakkijiet; billi madwar 100 dimostrant ġew arrestati,

L.

billi fit-3 ta' Diċembru 2008, 17-il grupp Russu tad-drittijiet tal-bniedem stiednu lill-UE fi Vjenna biex is-sehem tal-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem mhux biss ikompli jissaħħaħ b'urġenza imma wkoll biex jitressqu l-aktar każijiet urġenti fil-laqgħat tas-Samit bejn l-UE u r-Russja,

1.   Jikkundanna bil-qawwa l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, fosthom avukati li qegħdin jirrappreżentaw id-drittijiet taċ-ċittadini, u jistieden lill-awtoritajiet Russi fil-livelli kollha biex iħarsu u jiggarantixxu l-integrità fiżika tagħhom;

2.   Jiġbed l-attenzjoni li d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija għandhom jibqgħu kwistjonijiet ta' importanza kbira biex ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja jkomplu jiżviluppaw; jisħaq fuq l-importanza tal-iskambju kontinwu ta' fehmiet fuq id-drittijiet tal-bniedem mar-Russja bħala parti mill-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u r-Russja, u jitlob għal titjib fil-format ta' dawn il-laqgħat biex il-ministeri, il-ġudikatura u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Russa jkunu jistgħu jagħtu sehemhom;

3.   Hu tal fehma li l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt għandu jkollha sehem integrali fil-ftehima ta' qafas ġdida li qiegħda tiġi negozjata bħalissa;

4.   Jistieden lill-awtoritajiet Russi biex jikkonformaw mas-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u jirratifikaw il-protokoll dwar ir-riforma tal-qorti mingħajr dewmien; iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa biex tirratifika wkoll il-Protokoll Addizzjonali Nru 14 għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

5.   Jikkundanna t-tfittxija tal-uffiċċji tal-organizzazzjoni Memorial f'St. Petersburg fl-4 ta' Dicembru 2008; jitlob lill-awtoritajiet Russi u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta' St. Petersburg biex iroddu bla dewmien liċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Informazzjoni Memorial ħdax-il hard drive u CD li ttieħdu miċ-Ċentru waqt rejd tal-pulizija fit-4 ta' Diċembru 2008 u li fihom data imprezzabbli dwar aktar minn 50 000 vittma tar-ripressjoni tal-era Stalinista;

6.   Jiġbed l-attenzjoni għax-xejriet ta' ksenofobija u omofobija li qegħdin jikbru u li wasslu biex aktar minn 100 ruħ inqatlu fl-2008 minħabba r-razza, in-nazzjonalità, ir-reliġjon u l-orjentament sesswali tagħhom, skont il-Bureau ta' Moska għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll talli ma saritx kundanna qawwija min-naħa tal-awtoritajiet Russi għal delitti ta' mibegħda bħal dawn;

7.   Jinnota bi tħassib l-aħħar mossi biex jiġi riabilitat ir-reġim ta' Stalin u jenfasizza li kultura demokratika vera tista' tiġi stabilita fir-Russja biss jekk il-passat traġiku jiġi aċċettat;

8.   Hu allarmat bl-attentat li sar f'Ottubru 2008 fuq il-ħajja tal-avukat tad-drittijiet tal-bniedem Karinna Moskalenko u l-familja tagħha, u jappella kemm lill-awtoritajiet Franċiżi kif ukoll lil dawk Russi sabiex jiġu identifikati l-awturi tad-delitt u l-motivi tagħhom;

9.   Hu konvint li l-attivitajiet tal-avukati tad-drittijiet tal-bniedem li qegħdin jaġixxu fil-każijiet ta' abbużi allegati tad-drittijiet tal-bniedem, li qegħdin jieħdu sogri personali kbar biex ikomplu bil-missjoni tagħhom, għandu jingħatalhom l-ogħla rispett u jiġu mħarsa mill-istat u appoġġjati mill-komunità internazzjonali;

10.   Jibqa' mħasseb sew bil-leġiżlazzjoni dwar l-estremiżmu, li tista' tħalli effett fuq il-mogħdija ħielsa ta' informazzjoni u tista' twassal sabiex l-awtoritajiet Russi jillimitaw aktar id-dritt tal-espressjoni ħielsa tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

11.   Jinnota li għaddew sentejn minn meta nqatlet il-ġurnalista indipendenti Russa, Anna Politkovskaya, li saret simbolu għal-liberta tal-istampa; ifakkar lill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2006 imsemmija hawn fuq u jagħti ġieħ lill-kuraġġ u lill-ħidma ta' dan is-simbolu tal-onestà u l-kuxjenzjożità, li l-ħidma tul ħajjitha teħtieġ appoġġ u rikonoxximent kontinwu;

12.   Jesprimi l-biża' tiegħu li l-ġuri jinsab miftuħ biss għal għadd limitat ta' ġurnalisti u mhux miftuħ għall-ġurnalisti televiżivi; jistieden lill-qorti biex tosserva bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-ġurija u tiftaħ il-proċedimenti għall-ġurnalisti u l-midja kollha; jistenna li l-qorti tistħarreġ mhux biss dwar min ikkommetta u assista fid-delitt ta' Anna Politkovskaya, imma wkoll dwar min ordnah;

13.   Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif fl-2006 tal-punt fokali tal-ODIHR għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jimmonitorja l-qagħda tad-difensuri fl-OSCE kollha; jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iqiegħdu fil-prattika l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem billi jwaqqfu punt fokali għad-difensuri fit-tliet istituzzjonijiet sabiex titjieb il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tagħhom mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej;

14.   Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward l-abbużi kontinwi u mxerrda kontra s-suldati fil-forzi armati Russi u jistieden lill-awtoritajiet Russi biex jistħarrġu u jipproċedu kontra min hu responsabbli u sabiex jeqirdu l-prattiki abbużivi fil-forzi armati u juru determinazzjoni biex jimmodernizzaw il-kultura aċċettata tal-mument;

15.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvern u lill-parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-OSCE u lill-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 271.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0309.


INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Parlament Ewropew

Il-Ħamis, 18 ta’ Diċembru 2008

23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/95


Emenda tal-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba

P6_TA(2008)0617

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar abbozz ta' emenda għall-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (2008/2320(ACI))

(2010/C 45 E/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidraw l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikulari l-punt 25 tagħha,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal abbozz ta' emenda għall-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (COM(2008)0834),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar abbozz ta' emenda għall-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 120(1) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0509/2008),

A.

billi l-Kumitat għall-Baġits jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-emenda proposta għall-imsemmija Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006,

B.

billi l-emenda proposta ma tqajjem ebda tħassib rigward it-Trattati u r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

1.   Japprova l-emenda għall-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (2007-2013) annessa ma' din id-deċiżjoni;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u l-anness lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0618.


ANNESS

EMENDA GĦALL-FTEHIMA INTERISTITUZZJONALI TAS-17 TA' MEJJU 2006 BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI DWAR ID-DIXXIPLINA BAĠITARJA U L-ĠESTJONI FINANZJARJA SODA

IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI,

Billi:

(1)

L-iżviluppi reċenti fil-prezzijiet tal-ikel u tal-materja prima qanqlu tħassib speċjalment fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Il-Kummissjoni pproponiet li toħloq faċilità ġdida għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew f'daqqa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (1) u ż-żewġt idriegħi tal-awtorità tal-baġit, fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, qablu li jipprovdu parti mill-finanzjament għal din il-Faċilità mir-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenzi.

(2)

Minħabba li l-ammont li jifdal tar-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenzi għas-sena 2008 mhux biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet tal-Faċilità għall-Ikel, hija meħtieġa żieda sabiex ir-Riżerva tkun tista' tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' din il-Faċilità għall-Ikel.

(3)

Sabiex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni eċċezzjonali, ir-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenzi għandha tiżdied għal EUR 479 218 000 fi prezzijiet attwali, unikament u eċċezzjonalment għas-sena 2008.

(4)

Il-Punt 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu għalhekk jiġi emendat kif ġej,

FTHIEMU LI ĠEJ:

Fil-Punt 25 is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-ewwel subparagrafu:

“B'eċċezzjoni, dan l-ammont għandu jiżdied għal EUR 479 218 000 għas-sena 2008 fi prezzijiet attwali.”

Magħmul fi Strasburgu, 18 ta' Diċembru 2008,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kummissjoni

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  COM(2008)0450 — 2008/0149(COD).


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/97


Abbozz ta' emenda tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006

P6_TA(2008)0618

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar abbozz ta' emenda tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u mmaniġġjar finanzjarju sod (2008/2325(INI))

(2010/C 45 E/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (1) (IIA), u b'mod partikolari l-Punt 25 tagħha,

wara li kkunsidra r-riżultat tal-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008 mal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0834),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 u l-Anness VI, Taqsima IV, punti (1) u (2), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0504/2008),

A.

billi l-Parlament Ewropew jappoġġja bis-saħħa l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex tinħoloq faċilità ġdida għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (il-“Faċilità tal-Ikel”), u billi din l-idea diġà kienet ġiet appoġġjata mill-Kunsill Ewropew tad-19 u tal-20 ta' Ġunju 2008,

B.

billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, ftehmu dwar il-finanzjament tal-”Faċilità tal-Ikel” għal ammont totali ta' EUR 1 biljun tul tliet snin,

C.

billi l-proposta inizjali tal-Kummissjoni kienet tipprevedi finanzjament tal-”Faċilità tal-Ikel” mill-marġni tat-titolu 2 tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF), iżda dan l-approċċ ġie rrifjutat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill,

D.

billi l-Parlament Ewropew qies li l-iżjed soluzzjoni adegwata tkun ir-reviżjoni tal-limitu tat-titolu 4 tal-MFF, iżda l-Kunsill irrifjuta li jsir hekk,

E.

billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fl-aħħarnett irnexxielhom jilħqu ftehim għal finanzjament tal-”Faċilità tal-Ikel” permezz ta' twaħħid ottimali tar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza, l-Istrument tal-Flessibilità u r-rijallokazzjoni fil-kuntest tat-titolu 4 tal-Istrument tal-Istabilità,

F.

billi l-ftehima tipprevedi li r-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-”Faċilità tal-Ikel” b'ammont totali ta' EUR 340 miljuni, li minnhom EUR 22 miljun mill-approprjazzjonijiet li għadhom disponibbli fil-baġit tal-2008, EUR 78 miljun mill-approprjazzjonijiet ibbaġitjati għall-2009 u EUR 240 miljun permezz ta' żieda ta' darba fl-ammont tar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza li għandha tiġi prevista għall-baġit tal-2008,

G.

billi din iż-żieda tirrikjedi modifika tal-Punt 25 tal-IIA sabiex il-fondi disponibbli fir-Riżerva għal-Għajnuna ta' Emerġenza għall-2008 jiżdiedu għal EUR 479 218 000 (fil-prezzijiet attwali),

H.

billi din il-modifika tirrikjedi l-approvazzjoni taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, u dan jimplika l-ftehim unanimu tal-Istati Membri kollha tal-Kunsill,

1.   Jilqa' l-abbozz tal-emenda għal modifika tal-Punt 25 tal-IIA hekk kif mehmuż mad-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 (3), sabiex il-fondi disponibbli fir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għall-2008 jiżdiedu għal EUR 479 218 000 (fil-prezzijiet attwali);

2.   Itenni madankollu t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li t-titolu 4 kien taħt pressjoni permanenti minħabba l-marġni disponibbli limitat tiegħu, li jirrikjedi l-mobilizzazzjoni ta' mekkaniżmi eċċezzjonali sabiex ikun jista' jkun hemm reazzjoni għal sitwazzjonijiet imprevedibbli urġenti; jitlob li ssir evalwazzjoni fil-fond tal-bżonn li jiżdiedu l-ammonti disponibbli taħt dan it-titolu sabiex ikun jista' jkun hemm żvilupp bla xkiel tal-attivitajiet programmabbli fuq medda twila ta' żmien f'dan il-qasam u biex tiġi żgurata l-kapaċità tal-Unjoni li tassumi bis-sħiħ l-irwol tagħha ta' protagonista globali fl-isfera internazzjonali;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0576.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0617.


Parlament Ewropew

It-Tlieta, 16 ta’ Diċembru 2008

23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/99


Ftehim Ewro-Mediterranju UE-Marokk (adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija) ***

P6_TA(2008)0584

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex jingħata qies tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (13104/2007 COM(2007)0404 — C6-0383/2008 — 2007/0137(AVC))

(2010/C 45 E/20)

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0404),

wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill 13104/2007),

wara li kkunsidra t-talba għall-kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, u l-Artikolu 310 tat-Trattat KE (C6-0383/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0458/2008),

1.   Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Renju tal-Marokk.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/100


Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Albanija (adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija) ***

P6_TA(2008)0585

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (7999/2008 — COM(2008)0139 — C6-0453/2008 — 2008/0057(AVC))

(2010/C 45 E/21)

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2008)0139),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni sub-paragrafu, flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel sub-paragrafu, it-tieni sentenza tat-Trattat KE (C6-0453/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75, 83(7) u 43(1), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0496/2008),

1.   Jagħti il-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Albanija.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/100


Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Kroazja (adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) ***

P6_TA(2008)0586

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (15019/2008 — COM(2007)0612 — C6-0463/2008 — 2007/0215(AVC))

(2010/C 45 E/22)

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2007)0612),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni sub-paragrafu, flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel sub-paragrafu, it-tieni sentenza tat-Trattat KE (C6-0463/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75, 83(7), u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0490/2008),

1.   Jagħti il-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokol;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kroazja.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/101


Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *

P6_TA(2008)0587

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2008)0347 — C6-0342/2008 — 2008/0121(CNS))

(2010/C 45 E/23)

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0347),

wara li kkunsidra l-Artikolu 80(2) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE.

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0342/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0471/2008),

1.   Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indja.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/102


Protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro *

P6_TA(2008)0588

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (14533/2008 — C6-0395/2008 — 2007/0192A(CNS))

(2010/C 45 E/24)

(Proċedura ta' konsultazzjoni — konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (14533/2008),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0525),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 247(3) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0395/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 43(1) u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0499/2008),

1.   Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.   Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.   Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b'mod sustanzjali jew li jibdlu b'test ġdid;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0280.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/102


Protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom *

P6_TA(2008)0589

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom (14533/2008 — C6-0481/2008 — 2007/0192B(CNS))

(2010/C 45 E/25)

(Proċedura ta' konsultazzjoni — Konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kunsill (14533/2008),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0525),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0481/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 43(1) u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0503/2008),

1.   Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.   Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.   Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li jibdilha b'test ġdid;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0280.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/103


Salvagwardji meħtieġa minn kumpanniji bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) ***I

P6_TA(2008)0590

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi ta' responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0544 — C6-0316/2008 — 2008/0173(COD))

(2010/C 45 E/26)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0544),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 44(2)(g) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0316/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 — Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0465/2008),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.   Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/104


Eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta' individwi (verżjoni kodifikata) *

P6_TA(2008)0591

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta' individwi (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0376 — C6-0290/2008 — 2008/0120(CNS))

(2010/C 45 E/27)

(Proċedura ta' konsultazzjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0376),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0290/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0466/2008),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/105


In-nefqa fil-kamp veterinarju (verżjoni kkodifikata) *

P6_TA(2008)0592

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Kunsill dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0358 — C6-0271/2008 — 2008/0116(CNS))

(2010/C 45 E/28)

(Proċedura ta' konsultazzjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0358),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0271/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0464/2008),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/105


Midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro *

P6_TA(2008)0593

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (COM(2008)0514 VOL I — C6-0332/2008 — 2008/0167(CNS))

(2010/C 45 E/29)

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0514 VOL I),

wara li ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0332/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0469/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.   Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.   Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/106


Midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro *

P6_TA(2008)0594

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2183/2004 li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (COM(2008)0514 VOL II — C6-0335/2008 — 2008/0168(CNS))

(2010/C 45 E/30)

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0514 VOL II),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0335/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0470/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.   Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.   Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/107


Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 9/2008

P6_TA(2008)0595

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, taqsima III — Kummissjoni (16263/2008 — C6-0462/2008 — 2008/2311(BUD))

(2010/C 45 E/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, adottat b'mod aħħari fit-13 ta' Diċembru 2007 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 10/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-31 t'Ottubru 2008 (COM(2008)0693),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9/2008, imħejji mill-Kunsill fis-27 ta' Novembru 2008 (16263/2008 — C6-0462/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0487/2008),

A.

billi l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9 għall-baġit ġenerali 2008 jkopri l-punti li ġejjin:

Żieda netta fil-previżjonijiet tad-dħul (EUR 1 198,7 miljun) wara r-reviżjoni tal-previżjonijiet ta' riżorsi proprji u dħul ieħor;

Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-linji tal-baġit għall-intestaturi 1a, 1b, 2, 3b u 4 (EUR 4 891,3 miljun), wara li jitqies it-tqassim mill-ġdid propost fit-trasferiment globali;

L-inklużjoni tal-aspetti baġitarji marbuta mal-finanzjament tal-Faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-2008, kif jirriżultaw mid-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008 dwar il-finanzjament tal-Faċilità għall-Ikel,

B.

billi l-iskop tal-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 huwa li jdaħħal formalment dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit għall-2008,

C.

billi l-Kunsill adotta l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 10/2008 bħala l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008, wara li kien ikkanċellat l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 8/2008,

1.   Jieħu nota tal-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 10/2008;

2.   Japprova l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 mingħajr emendi;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 71, 14.3.2008.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/108


Unitajiet ta' kejl ***II

P6_TA(2008)0596

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl (11915/3/2008 — C6-0425/2008 — 2007/0187(COD))

(2010/C 45 E/32)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11915/3/2008 — C6-0425/2008),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0510),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0476/2008),

1.   Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.   Jinnota li l-att huwa adottat skont il-pożizzjoni komuni;

3.   Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, ladarba jiġi vverifikat li l-proċeduri kollha tlestew kif xieraq, u, bi ftehim mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, biex jara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 297 E, 20.11.2008, p. 105.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/109


L-Istabbiliment ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid) ***II

P6_TA(2008)0599

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid) (11263/4/2008 — C6-0422/2008 — 2007/0163(COD))

(2010/C 45 E/33)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11263/4/2008 — C6-0422/2008),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0443),

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0707),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0473/2008),

1.   Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.   Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi Adottati, 22.5.2008, P6_TA(2008)0227.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/110


Adattament ta' ċerti atti suġġetti għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2006/512/KE — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (Ir-Raba' Parti) ***I

P6_TA(2008)0600

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Ir-Raba' Parti (COM(2008)0071 — C6-0065/2008 — 2008/0032(COD))

(2010/C 45 E/34)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0071),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 47(2), 55, 71(1), 80(2), 95, 152(4)(a) u (b), 175(1) u 285(1) tat-Trattat KE skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0065/2008),

wara li kkunsidra l-kompiti mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill bl-ittra tal-4 ta' Diċembru 2008 biex tiġi adottata l-proposta hekk kif emendata, skont l-Artikolu 251(2), it-tieni sentenza, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0301/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0032

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — Ir-Raba' Parti

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …/2009.)


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/111


Il-ħolqien ta' Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali ***I

P6_TA(2008)0601

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE ta1-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (COM(2008)0380 — C6-0248/2008 — 2008/0122(COD))

(2010/C 45 E/35)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0380),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 61(c) u 67(5), it-tieni inċiż tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0248/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 61(d) u 66 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0457/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Japprova d-Dikjarazzjoni Konġunta annessa miegħu;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

4.   Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0122

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE.)


ANNESS

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex tistaqsi lir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-livell u bil-mod li l-Qorti tqis adatt, biex jattendu l-laqgħat tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fuq materji ċivili u kummerċjali.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/112


Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2008)0602

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni għall-impjegati (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0419 — C6-0258/2008 — 2008/0141(COD))

(2010/C 45 E/36)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni — tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0419),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0258/2008),

wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-10 ta' Diċembru 2008 biex tkun adottata l-proposta kif emendata, bi qbil mal-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE;

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tad-9 ta' Ottubru 2008 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għat-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali bi qbil mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 80a u l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0454/2008),

A.

billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni diretta ta' testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u kif emendata hawn taħt;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


P6_TC1-COD(2008)0141

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/38/KE.)


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/113


Trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża ***I

P6_TA(2008)0603

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità (COM(2007)0765 — C6-0468/2007 — 2007/0279(COD))

(2010/C 45 E/37)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0765),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0468/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0410/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2007)0279

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/43/KE.)


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/114


L-approvazzjoni ta' tip ta' vetturi bil-mutur u ta' magni ***I

P6_TA(2008)0604

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (COM(2007)0851 — C6-0007/2008 — 2007/0295(COD))

(2010/C 45 E/38)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0851),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0007/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0329/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2007)0295

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …/2009.)


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/115


L-ERDF, l-ESF u l-Fond ta' Koeżjoni (proġetti li jiġġeneraw dħul) ***

P6_TA(2008)0605

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Reġjonali Ewropew għall-Iżvilupp, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, fir-rigward ta' ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul (13874/2008 — C6-0387/2008 — 2008/0186(AVC))

(2010/C 45 E/39)

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2008)0558 — 13874/2008),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 161, l-ewwel paragrafu tat-Trattat KE (C6-0387/2008),

wara li kkunsidra r-Regolament 75(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0477/2008),

1.   Jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal regolament tal-Kunsill;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/116


Ir-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej *

P6_TA(2008)0606

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2008)0786 — C6-0449/2008 — 2008/0224(CNS))

(2010/C 45 E/40)

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0786),

wara li kkunsidra l-Artikolu 283 tat-Trattat KE skont liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0449/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-Pożizzjoni tal-Parlament tas-16 ta' Diċembru 2008 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0483/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha kif hemm bżonn, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.   Jikkunsidra li l-ammonti finanzjarji mniżżla fil-proposta leġiżlattiva huma konformi mal-limitu massimu tal-intestatura 5, in-nefqa amministrattiva, tal-qafas finanzjarju multiannwali,

4.   Jitlob lill-Kunsill biex javża l-Parlament jekk hux bi ħsiebu jiżvija mit-test approvat mill-Parlament;

5.   Jitlob għall-bidu tal-proċedura ta' konċiljazzjoni skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-4 ta' Marzu 1975 jekk il-Kunsill bi ħsiebu jiżvija mit-test approvat mill-Parlament;

6.   Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsulta l-Parlament mill-ġdid jekk ikun bi ħsiebu jemenda b'mod sostanzjali t-test ippreżentat għall-konsultazzjoni;

7.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 48

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 1

(1)

B'konformità mal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, il-Membri għandhom id-dritt għall-għajnuna mill-istaff persunali li huma jistgħu jagħżlu b'mod ħieles. Bħalissa, il-Membri jimpjegaw il-persunal kollu tagħhom direttament taħt kuntratti li huma soġġetti għal-liġi nazzjonali, filwaqt li l-Parlament Ewropew jirrifondi l-ispejjeż, sa ammont massimu fiss.

(1)

B'konformità mal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, il-Membri għandhom id-dritt għall-għajnuna mill-istaff persunali li huma jistgħu jagħżlu b'mod ħieles.

Emenda 49

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

 

(1a)

Bħalissa, il-Membri jimpjegaw il-persunal kollu tagħhom direttament taħt kuntratti li huma soġġetti għal-liġi nazzjonali, filwaqt li l-Parlament Ewropew jirrifondi l-ispejjeż, sa ammont massimu fiss.

Emenda 50

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 2

(2)

Għadd limitat ta' dan il-persunal (minn hawn 'il quddiem imsejħa “assistenti parlamentari”) jassistu Membru wieħed jew aktar fil-lokalitajiet tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu, Brussell u fil-Lussemburgu. L-oħrajn huma impjegati mal-Membri fil-pajjiż fejn dawn ġew eletti.

(2)

Fid-9 ta' Lulju 2008 il-Bureau tal-Parlament Ewropew adotta Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (3). Skont l-Artikolu 34 ta' dawk il-Miżuri ta' Implimentazzjoni, il-Membri għandhom jagħmlu użu minn:

 

(a)

“assistenti parlamentari akkreditati”, impjegati f'wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament, fi ħdan is-sistema legali speċifika adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 283 tat-Trattat u li l-kuntratti tagħhom jiġu stipulati u mmaniġġjati direttament mill-Parlament, kif ukoll

 

(b)

persuni fiżiċi li jassistu lill-Membri fl-Istati Membri fejn ikunu ġew eletti u li magħhom ikunu ffirmaw kuntratt ta' impjieg jew ta' servizz skont il-liġi nazzjonali applikabbli, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Miżuri ta' Implimentazzjoni, minn issa 'l quddiem imsejħa “assistenti lokali”. .

Emenda 51

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 3

(3)

B'kuntrast ma' dawn tal-aħħar , l-assistenti parlamentari huma, bħala regola ġenerali, soġġetti għal espatrijazzjoni. Huma jaħdmu fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew f'ambjent Ewropew, multilingwu u multikulturali u jwettqu kompiti li huma marbuta b'mod dirett max-xogħol tal-Parlament Ewropew.

(3)

B'kuntrast mal-assistenti lokali , l-assistenti parlamentari akkreditati huma, bħala regola ġenerali, soġġetti għal espatrijazzjoni. Huma jaħdmu fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew f'ambjent Ewropew, multilingwu u multikulturali u jwettqu kompiti li huma marbuta b'mod dirett max-xogħol imwettaq mill-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew waqt il-funzjoni tal-ħidma tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew .

Emenda 4

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 4

(4)

Barra minn hekk dan ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej li rrikonoxxiet li l-assistenti parlamentari f'ċerti aspetti jistgħu jitqiesu għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra li qed iwettqu xogħol għall-Parlament.

imħassra

Emenda 52

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 5

(5)

Għal dawn ir-raġunijiet, u sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u ċ-ċertezza legali permezz ta' regoli komuni, huwa xieraq li dawn l-assistenti, bl-eċċezzjoni tal-persuni li jaħdmu għall-Membri fl-Istat Membru fejn dawn ġew eletti, inklużi persuni li jaħdmu lokalment għal Membri eletti f'wieħed mill-Istati Membri fejn jinsabu t-tliet postijiet tax-xogħol , jiġu impjegati permezz ta' kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew.

(5)

Għal dawn ir-raġunijiet, u sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u ċ-ċertezza legali permezz ta' regoli komuni, huwa xieraq li l-assistenti parlamentari akkreditati , jiġu impjegati permezz ta' kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew. B'kontradistinzjoni, l-assistenti lokali, inklużi dawk li jaħdmu għall-Membri eletti f'wieħed mill-Istati Membri fejn hemm wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament, għandhom ikomplu jkunu impjegati, bi qbil mal-Miżuri ta' Implimentazzjoni għall-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, imsemmija hawn fuq, skont kuntratti konklużi taħt il-liġi nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru li fih ikunu ġew eletti.

Emenda 53

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 6

(6)

Jaqbel, għalhekk, li dawn l-assistenti jkunu suġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra, b'mod li ċ-ċirkustanzi partikulari tagħhom jitqiesu kif xieraq.

(6)

Jaqbel, għalhekk, li l-assistenti parlamentari akkreditati jkunu suġġetti għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra, b'mod li ċ-ċirkustanzi partikulari tagħhom, ix-xogħol partikolari li huma mitluba jagħmlu u d-dmirijiet u l-obbligi speċifiċi li jridu jissodisfaw fir-rigward tal-Membri tal-Parlament Ewropew li għalihom huma mitluba jaħdmu, jitqiesu kif xieraq.

Emenda 54

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 7

(7)

L-introduzzjoni ta' din il-kategorija speċifika ta' uffiċjali ma taffettwax l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal li jipprovdi li kompetizzjonijiet interni huma miftuħa biss għal uffiċjali u persunal temporanju.

(7)

L-introduzzjoni ta' din il-kategorija speċifika ta' uffiċjali ma taffettwax l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal li jipprovdi li kompetizzjonijiet interni huma miftuħa biss għal uffiċjali u persunal temporanju, u l-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament ma tista' tinftiehem bħala waħda li tagħti aċċess privileġġjat jew dirett lill-assistenti parlamentari akkreditati għal postijiet ta' uffiċjali jew kategoriji oħra ta' ħaddiema tal-Komunitajiet Ewropej jew għall-kompetizzjonijiet interni għal postijiet bħal dawn .

Emenda 55

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 7a (ġdida)

 

(7a)

Bħal fil-każ tal-istaff kontrattwali, l-Artikoli 27 sa 34 tar-Regolamenti tal-Istaff ma japplikawx għall-assistenti parlamentari akkreditati.

Emenda 56

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 8

(8)

L-assistenti parlamentari jikkostitwixxu, għalhekk, kategorija ta' persunal speċifika għall-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-fatt li jappoġġaw lill-Membri tal-Parlament fil-kapaċità tagħhom ta' rappreżentanti eletti demokratikament fdati b'mandat, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom .

(8)

L-assistenti parlamentari akkreditati jikkostitwixxu, għalhekk, kategorija oħra ta' ħaddiema speċifika għall-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-fatt li jipprovdu, taħt il-gwida u l-awtorità ta' Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew u f'relazzjoni ta' fiduċja reċiproka, għajnuna diretta lil dak il-Membru jew dawk il-Membri fil-kapaċità tagħhom ta' Membri tal-Parlament Ewropew .

Emenda 57

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 9

(9)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu emendati, b'mod limitat, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra sabiex tiġi inkluża din il-kategorija ġdida tal-persunal .

(9)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu emendati l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra sabiex tiġi inkluża din il-kategorija ġdida tal-ħaddiema, billi jitqiesu, fuq naħa n-natura speċifika tad-dmirijiet, il-funzjonijiet u r-responsabilitajiet tal-assistenti parlamentari akkreditati, li huma mfassla biex iħalluhom jagħtu għajnuna diretta lill-Membri tal-Parlament Ewropew fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew taħt il-gwida u l-awtorità tagħhom, u fuq l-oħra r-relazzjoni kuntrattwali bejn dawk l-assistenti parlamentari akkreditati u l-amministrazzjoni tal-Parlament .

Emenda 58

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 9a (ġdida)

 

(9a)

Fejn id-dispożizzjonijiet tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiema oħra japplikaw għall-assistenti parlamentari akkreditati, direttament jew b'analoġija, dawn il-fatturi jridu jitqiesu, b'rispett rigoruż, b'mod partikolari, tal-fiduċja reċiproka li għandha tikkaratterizza r-relazzjoni bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-Membru jew il-Membri tal-Parlament Ewropew li jassistu.

Emenda 59

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 10

(10)

Fid-dawl tan-natura tax-xogħol tal-assistenti, jaqbel li jkun hemm kategorija waħda biss ta' assistenti, iżda li tkun imqassma fi gradi, fejn l-assistenti jitqassmu skont il-kriterji li għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew.

(10)

Fid-dawl tan-natura tax-xogħol tal-assistenti parlamentari akkreditati , jaqbel li jkun hemm kategorija waħda biss ta' assistenti parlamentari akkreditati , iżda li tkun imqassma fi gradi, fejn l-assistenti jitqassmu skont l-indikazzjoni tal-Membri kkonċernati bi qbil mal-miżuri ta' implimentazzjoni speċifiċi adottati permezz ta' deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew.

Emenda 60

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 11

(11)

Il-kuntratti tal-assistenti parlamentari ffirmati bejnhom u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu bbażati fuq fiduċja reċiproka bejn l-assistent parlamentari u l-Membru/i tal-Parlament Ewropew li qed jassisti.

(11)

Il-kuntratti tal-assistenti parlamentari akkreditati ffirmati bejnhom u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu bbażati fuq fiduċja reċiproka bejn l-assistent parlamentari akkreditat u l-Membru/i li qed jassisti. Il-perjodu ta' kuntratti bħal dawn għandu jkun marbut direttament mal-perjodu li fih iżommu l-kariga l-Membri kkonċernati.

Emenda 61

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 11a (ġdida)

 

(11a)

L-assistenti parlamentari għandu jkollhom id-dritt ta' assoċjazzjoni 'l barra mis-sistema li tapplika għall-uffiċjali u staff ieħor tal-Parlament Ewropew. Ir-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu l-kelliema tagħhom vis-à-vis l-awtorità kompetenti tal-Parlament Ewropew, filwaqt li jitqies il-fatt li għandha titwaqqaf rabta formali bejn ir-rappreżentazzjoni statutorja tal-Istaff u r-rappreżentazzjoni awtonoma tal-assistenti.

Emenda 62

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 12

(12)

Il-prinċipju tan-newtralità baġitarja għandu jiġi osservat fir-rigward tal-introduzzjoni ta' din il-kategorija ġdida ta' persunal. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew għandu jħallas fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-ammont sħiħ tal-kontributi meħtieġa għall-iffinanzjar tal-iskema tal-pensjoni bl-eċċezzjoni tal-kontribut taħt l-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal li jiġi mnaqqas kull xahar mis-salarju tal-persuna kkonċernata.

(12)

Il-prinċipju tan-newtralità baġitarja għandu jiġi osservat fir-rigward tal-introduzzjoni ta' din il-kategorija ġdida ta' persunal.

Emenda 64

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 12 a (ġdida)

 

(12a)

Il-miżuri ta' implimentazzjoni stipulati permezz tad-deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew għandhom jinkludu regoli oħra għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, fuq il-bażi tal-prinċipju tal-immaniġġjar finanzjarju sod kif stipulat fit-Titolu II tar-Regolament Finanzjarju (4).

Emenda 65

Proposta għal Regolament — att li jemenda

Artikolu 1a (ġdid)

 

Artikolu 1a

L-approprjazzjonijiet inklużi fit-taqsima ddedikata għall-Parlament Ewropew fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li hija maħsuba biex tkopri l-assistenza parlamentari, li taħtha l-ammonti annwali se jkunu ddeterminati fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, ser ikopru l-ispejjeż kollha direttament marbuta mal-assistenti tal-Membri Parlamentari, jiġifieri kemm l-Assistenti Parlamentari akkreditati u kemm l-assistenti lokali.

Emenda 67

Proposta għal regolament — att li jemenda

Artikolu 2

Fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il- Parlament Ewropew għandu jissottometti rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tiġi eżaminata l-ħtieġa possibbli li jiġu adattati r-regoli li japplikaw għall-assistenti parlamentari.

Il- Parlament Ewropew għandu, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, jippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tiġi eżaminata l-ħtieġa possibbli li jiġu adattati r-regoli li japplikaw għall-assistenti parlamentari.

 

Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista' tagħmel kwalunkwe proposta li tqis xierqa għal dan il-għan.

Emenda 66

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 1

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Artikolu 1

1)

fl-Artikolu 1, l -inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara “konsulenti speċjali”:

1)

fl-Artikolu 1, l -inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara “konsulenti speċjali”:

“— assistenti parlamentari”.

“— assistenti parlamentari akkreditati ,”

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu.)

Emenda 68

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 2

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC

Artikolu 5a

Għall-finijiet ta' dawn il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, it-terminu “ assistenti parlamentari” jfisser membri tal- persunal magħżula minn Membru wieħed jew aktar u impjegati permezz ta' kuntratti diretti mal- Parlament Ewropew biex jassistu Membru wieħed jew aktar tal-Parlament Ewropew , kif stipulat fl-Artikolu 125(1).

Għall-finijiet ta' dawn il-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, it-terminu “assistenti parlamentari akkreditati ” jfisser persuni magħżula minn Membru wieħed jew aktar u impjegati permezz ta' kuntratti diretti mal- Parlament Ewropew biex jipprovdu għajnuna diretta, fil-bini tal-Parlament Ewropew f wieħed mit-tliet postijiet ta' ħidma tiegħu, lil Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew taħt il-gwida u l-awtorità tagħhom, u f'relazzjoni ta' fiduċja reċiproka msemmija fl-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Memrbi tal-Parlament Ewropew .

Emenda 20

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 1 — Artikolu 125 — paragrafu 1

1.

“Assistent parlamentari” tfisser membru tal-persunal impjegat mill-Parlament Ewropew, f'wieħed mit-tliet postijiet ta' xogħol tal-Parlament Ewropew, biex jassisti Membru wieħed jew aktar tal-Parlament fit-twettiq tal-mandat parlamentari tagħhom. Għandu jwettaq kompiti li huma marbuta direttament max-xogħol tal-Parlament Ewropew.

imħassra

L-assistenti parlamentari għandhom jiġu impjegati biex iwettqu xogħol part-time jew full-time, bla ma jiġu assenjati għal kariga inkluża fil-lista ta' karigi mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew.

 

Emenda 69

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 1 — Artikolu 125 — paragrafu 2

2.

Il-Parlament Ewropew , permezz ta' deċiżjoni interna, għandu jadotta dispożizzjonijiet rigward l-impjieg ta' assistenti parlamentari .

1.

Il-Parlament Ewropew għandu jadotta miżuri ta' implimentazzjoni permezz ta' deċiżjoni interna għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' dan it-Titolu .

Emenda 70

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 1 — Artikolu 125 — paragrafu 3

3.

L-assistenti parlamentari għandhom jitħallsu mill-approprjazzjonijiet globali allokati għat-taqsima tal-baġit marbuta mal-Parlament Ewropew.

2.

L-assistenti parlamentari akkreditati m'għandhomx jiġu assenjati kariga inkluża fil-lista tal-karigi mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew. Il-paga tagħhom għandha tiġi ffinanzjata taħt l-intestatura korrispondenti tal-baġit u għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet allokati għat-taqsima tal-baġit marbuta mal-Parlament Ewropew.

Emenda 71

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 1 — Artikolu 126 — paragrafu 1

1.

L-assistenti parlamentari huma kklassifikati skont il-grad.

1.

L-assistenti parlamentari akkreditati jkunu ikklassifikati skont il-grad bl-indikazzjoni mogħtija mill-Membru jew Membri li l-assistent se jgħin, b'konformità mal-miżuri tal-implimentazzjoni imsemmija fl-Artikolu 125(1). Għall-klassifikazzjoni fi grad 14 sa 19 kif stipulat fl-Artikolu 134, assistenti parlamentari akkreditati jkunu meħtieġa li bħala minimu, ikollhom lawrija universitarja jew esperjenza professjonali ekwivalenti.

Emenda 72

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 1 — Artikolu 126 — paragrafu 2

2.

L-Artikolu 1e tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward il-miżuri ta' natura soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, għandu japplika b'analoġija.

2.

L-Artikolu 1e tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward il-miżuri ta' natura soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, għandu japplika b'analoġija , sakemm dawn il-miżuri jkunu kompatibbli man-natura partikolari tad-dmirijiet u r-responsabilitajiet li jassumu l-assistenti parlamentari akkreditati.

 

B'deroga mill-Artikolu 7, l-arranġamenti relatati mar-rappreżentazzjoni awtonoma tal-assistenti parlamentari akkreditati jkunu stipulati fil-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) filwaqt li jitqies li tiġi stabbilita rabta formali bejn ir-rappreżentazzjoni statutarja tal-Persunal u r-rappreżentazzjoni awtonoma tal-assistenti.

Emenda 73

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 2 — Artikolu 127

L-Artikoli 11 sa 26a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija. Il-Parlament Ewropew għandu jiddetermina, permezz ta' deċiżjoni interna, miżuri prattiċi ta' implimentazzjoni li jqisu n-natura speċifika tar-relazzjoni bejn il-Membri u l-assistenti tagħhom.

L-Artikoli 11 sa 26a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija. B'rispett rigoruż b'mod partikolari għan-natura speċifika tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-assistenti parlamentari akkreditati u tal-fiduċja reċiproka li għandha tikkaratterizza r-relazzjoni bejnhom u l-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew li jassistu, il-miżuri ta' implimentazzjoni li jirrigwardaw dan il-qasam adottati b'konformità mal-Artikolu 125(1) jqisu n-natura speċifika tar-relazzjoni ta' ħidma bejn il-Membri u l-assistenti parlamentari akkreditati tagħhom.

Emenda 26

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 3 — Artikolu 128 — paragrafu 1

1.

L-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija.

1.

L-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija, filwaqt li jqis ir-relazzjoni ta' fiduċja reċiproka bejn il-Membru tal-Parlament Ewropew u l-assistent jew assistenti parlamentari akkreditati tiegħu, filwaqt li jiġi mifhum li l-Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu jibbażaw l-għażla tagħhom ta' assistenti parlamentari akkreditati wkoll fuq affinità politika .

Emenda 74

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC

Kapitolu 3 — Artikolu 128 — paragrafu 2 — parti introduttorja

2.

L-assistent parlamentari jintgħażel mill-Membru/i tal-Parlament Ewropew li huwa se jkun inkarigat li jassisti. Bla ħsara għall-kriterji supplementarji li jistgħu jiġu stipulati fid-dispożizzjoniiet imsemmija fl-Artikolu 125(2) , l-assistent jista' jiġi impjegat biss bil-kundizzjoni li:

2.

L-assistent parlamentari akkreditat jintgħażel mill-Membru/i tal-Parlament Ewropew li huwa se jkun inkarigat li jassisti. Bla ħsara għall-kriterji supplementarji li jistgħu jiġu stipulati fil-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) , l-assistent jista' jiġi impjegat biss bil-kundizzjoni li:

Emenda 28

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 3 — Artikolu 128 — paragrafu 2 — punt e

(e)

jipproduċi provi ta' għarfien profond ta' waħda mil-lingwi tal-Komunità u għarfien xieraq ta' lingwa oħra tal-Komunità li jkun biżżejjed biex iwettaq il-ħidmiet mitluba minnu u;

(e)

ikollu għarfien profond ta' waħda mil-lingwi tal-Komunità u għarfien soddisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Komunità u;

Emenda 29

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 3 — Artikolu 129

Artikolu 129

imħassar

1.

L-assistent parlamentari għandu jagħmel perjodu ta' prova ta' tliet xhur.

 

2.

F'każ ta' mard jew inċident li jżomm lill-assistent parlamenti milli jaqdi d-dmiritijiet tiegħu għal xahar jew aktar matul il-perjodu ta' prova, l-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1) tista', fuq talba tal-Membru, testendi l-perjodu ta' prova bit-tul ta' żmien li jikkorispondi.

 

3.

Jekk ix-xogħol tal-assistent parlamentari ma jkunx adegwat biex jiġġustifika li dan iżomm il-funzjoni tiegħu, il-Membru tal-Parlament Ewropew għandu, mhux aktar tard minn xahar qabel ma jispiċċa l-perjodu ta' prova, jagħmel rapport dwar il-ħila tal-assistent li jaqdi d-dmirijiet tiegħu, kif ukoll dwar l-imġiba u l-effiċjenza tiegħu. Dan ir-rapport għandu jiġi komunikat lill-persuna kkonċernata, li jkollha dritt tagħmel il-kummenti tagħha bil-miktub f'perijodu ta' tmint ijiem, mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1). Jekk ikun meħtieġ, l-assistant parlamentari msemmi hawn fuq għandu jitkeċċa mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1), sakemm ir-rapport ikun ġie komunikat lilu qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova.

 

4.

L-assistent parlamentari mkeċċi tul il-perjodu ta' prova għandu jkun intitolot għal kumpens ta' terz tas-salarju bażiku tiegħu għal kull xahar tal-perjodu tal-prova li jkun ħadem.

 

Emenda 30

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 3 — Artikolu 130 — paragrafu 1

1.

Qabel ma jingħata l-impjieg , l-assistent parlamentari għandu jipprovdi evidenza lis-servizz mediku tal-Parlament Ewropew li jinsab f'qagħda fiżika tajba biex il-Parlament Ewropew ikun jista' jkun sodisfatt li hu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 128 (2)(d).

1.

Assistent parlamentari akkreditat għandu jipprovdi evidenza lis-servizz mediku tal-Parlament Ewropew li jinsab f'qagħda fiżika tajba biex il-Parlament Ewropew ikun jista' jkun sodisfatt li hu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 128 (2)(d).

Emenda 31

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 3 — Artikolu 131 — paragrafu 1

1.

Il-kuntratt tal-assistenti parlamentari għandu jkollu perjodu determinat. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 140, il-kuntratti għandhom jiskadu mhux aktar tard mit-tmiem tal-leġiżlatura li fiha jkunu saru l-istess kuntratti.

1.

Il-kuntratt tal-assistenti parlamentari akkreditati għandu jkollu perjodu determinat u għandu jispeċifika l-grad li fih l-assistent huwa kklassifikat. Kuntratt fiss m'għandux jiġi estiż iżjed minn darbtejn matul mandat parlamentari. Sakemm ma jkunx speċifikat b'mod ieħor fil-kuntratt innifsu, il-kuntratt għandu jintemm fi tmiem il-mandat parlamentari li matulu jkun intemm. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 140, il-kuntratti għandhom jiskadu mhux aktar tard mit-tmiem tal-leġiżlatura li fiha jkunu saru l-istess kuntratti.

Emenda 75

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 3 — Artikolu 131 — paragrafu 2

2.

Il- Parlament Ewropew għandu jadotta deċiżjoni interna li fiha jiddefinixxi l-kriterji applikabbli għall-klassifikazzjoni meta l-persuna tiġi impjegata.

2.

Il- miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) jistipulaw qafas trasparenti għall-klassifikazzjoni filwaqt li jitqies l-Artikolu 128(2)(f).

Emenda 33

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 4 — Artikolu 132 — paragrafu -1 (ġdid)

 

-1.

Assistenti parlamentari akkreditati għandhom jiġu impjegati biex iwettqu xogħol part-time jew full-time.

Emenda 76

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC

Kapitolu 4 — Artikolu 132 — paragrafu 2

2.

L-assistent m'għandux jintalab jaħdem sigħat żejda ħlief f'każ ta' emerġenza jew ta' ammont ta' xogħol eċċezzjonali.

2.

L-assistent parlamentari akkreditat m'għandux jintalab jaħdem sigħat żejda ħlief f'każ ta' emerġenza jew ta' ammont ta' xogħol eċċezzjonali. L-Artikolu 56(1) japplika b'analoġija. Il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) jistgħu jistipolaw regoli f'dan ir-rigward.

Emenda 77

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 5 — Artikolu 133

Ħlief għal dispożizzjonijiet kuntrarji fl-Artikoli 134 u 135, l-Artikoli 19, l-Artikolu 20(1) sa (3) u l-Artikolu 21 tas-CEOS kif ukoll l-Artikolu 16 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż, għandhom japplikaw b'analoġija. L-arranġamenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-missjonijiet għandhom ikunu stipulati fid-dispożizzjonijiet msemmija fl-artikolu 125(2) .

Ħlief għal dispożizzjonijiet kuntrarji fl-Artikoli 134 u 135, l-Artikoli 19, l-Artikolu 20(1) sa (3) u l-Artikolu 21 tas-CEOS kif ukoll l-Artikolu 16 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż, għandhom japplikaw b'analoġija. L-arranġamenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-missjonijiet għandhom ikunu stipulati fil-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) .

Emenda 78

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 5 — Artikolu 134 — tabella

Grad

1

2

3

4

Salarju bażiku “fulltime”

1 193,00

1 389,85

1 619,17

1 886,33

Grad

5

6

7

8

Salarju bażiku “fulltime”

2 197,58

2 560,18

2 982,61

3 474,74

Grad

9

10

11

12

Salarju bażiku “fulltime”

4 048,07

4 716,00

5 494,14

6 400,67

Grad

13

14

 

 

Salarju bażiku “fulltime”

7 456,78

8 687,15

 

 

Grad

1

2

3

4

Salarju bażiku “fulltime”

1 619,17

1 886,33

2 045,18

2 217,41

Grad

5

6

7

8

Salarju bażiku “fulltime”

2 404,14

2 606,59

2 826,09

3 064,08

Grad

9

10

11

12

Salarju bażiku “fulltime”

3 322,11

3 601,87

3 905,18

4 234,04

Grad

13

14

15

16

Salarju bażiku “fulltime”

4 590,59

4 977,17

5 396,30

5 850,73

Grad

17

18

19

 

Salarju bażiku “fulltime”

6 343,42

6 877,61

7 456,78

 

Emenda 79

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 5 — Artikolu 135

B'deroga mill-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju għall-espatrijazzjoni m'għandux ikun ta' inqas minn EUR 250 .

B'deroga mill-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju għall-espatrijazzjoni m'għandux ikun ta' inqas minn EUR 350 .

Emenda 80

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 6 — Artikolu 137 — paragrafu 1

1.

B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3), u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu msemmi, l-ammonti kkalkulati skont din id-dispożizzjoni m'għandhomx ikunu ta' inqas minn EUR 700 jew ta' aktar minn EUR 2000.

1.

B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3), u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu msemmi, l-ammonti kkalkulati skont din id-dispożizzjoni m'għandhomx ikunu ta' inqas minn EUR 850 jew ta' aktar minn EUR 2000.

Emenda 81

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 6 — Artikolu 137 — paragrafu 3

3.

Il-Parlament Ewropew għandu jħallas fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-ammont sħiħ tal-kontributi meħtieġa biex jiffinanzjaw l-iskema tal-pensjoni bl-eċċezzjoni tal-kontribut taħt l-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal li jiġi mnaqqas kull xahar mis-salarju tal-persuna kkonċernata.

imħassar

Emenda 82

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 8 — Artikolu 139

Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-appelli għandom japplikaw b'analoġija.

Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-appelli għandom japplikaw b'analoġija. Il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) jistgħu jistipulaw regoli kumplimentari dwar il-proċeduri interni.

Emenda 43

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 9 — Artikolu 140 — paragrafu 1 — punt d

(d)

fl-aħħar tal-perjodu ta' notifika stabbilit fil-kuntratt, li għandu jagħti lill-assistent parlamentari jew lill-Parlament Ewropew l-għażla li l-impjieg jintemm aktar kmieni. Il-perjodu ta' notifika ma jistax ikun ta' inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, b'minimu ta' xahar u b'massimu ta' tliet xhur. Madankollu, il-perjodu ta' notifika m'għandux jibda jgħodd waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, sakemm il-leave minħabba l-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, dan għandu jiġi sospiż waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, kif stipulat fil-limiti msemmija hawn fuq.

(d)

Filwaqt li jitqies il-fatt li l-fiduċja hija l-bażi tar-relazzjoni bejn il-Membru u l-assistent parlamentari akkreditat tiegħu fl-aħħar tal-perjodu ta' notifika stabbilit fil-kuntratt, li għandu jagħti lill-assistent parlamentari akkreditat jew lill-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq talba tal-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew li lilhom l-assistent kien iservi, id- dritt li l-impjieg jintemm aktar kmieni Il-perjodu ta' notifika ma jistax ikun ta' inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, b'minimu ta' xahar u b'massimu ta' tliet xhur. Madankollu, il-perjodu ta' notifika m'għandux jibda jgħodd waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, sakemm il-leave minħabba l-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, dan għandu jiġi sospiż waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, kif stipulat fil-limiti msemmija hawn fuq.

Emenda 44

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 9 — Artikolu 140 — paragrafu 2

2.

Meta l-kuntratt jintemm skont il-paragrafu 1(c) jew il-Parlament Ewropew iwaqqaf il-kuntratt skont il-paragrafu 1(d), l-assistent parlamentari għandu jkun intitolat għal kumpens ekwivalenti għal terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perjodu bejn id-data meta jispiċċaw id-dmirijiet tiegħu u d-data meta jiskadi l-kuntratt, suġġett madankollu għal massimu ta' tliet xhur ta' salarju bażiku.

2.

Meta l-kuntratt jintemm skont il-paragrafu 1(c) l-assistent parlamentari akkreditat għandu jkun intitolat għal kumpens ekwivalenti għal terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perjodu bejn id-data meta jispiċċaw id-dmirijiet tiegħu u d-data meta jiskadi l-kuntratt, suġġett madankollu għal massimu ta' tliet xhur ta' salarju bażiku.

Emenda 83

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 9 — Artikolu 140 — paragrafu 3

3.

Bla ħsara għall-Artikoli 48 u 50 li huma applikabbli b'analoġija, l-impjieg ta' assistent parlamentari jista' jintemm mingħajr avviż minn qabel f'każ ta' nuqqas serju fit-twettiq tal-obbligi tiegħu, kemm jekk b'mod intenzjonat jew jekk b'negliġenza min-naħa tiegħu. Għandha tittieħed deċiżjoni raġunata mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1), wara li l-persuna konċernata tkun ingħatat l-opportunità li tiddefendi lilha nnifisha.

3.

Bla ħsara għall-Artikoli 48 u 50 li huma applikabbli b'analoġija, l-impjieg ta' assistent parlamentari akkreditat jista' jintemm mingħajr avviż minn qabel f'każ ta' nuqqas serju fit-twettiq tal-obbligi tiegħu, kemm jekk b'mod intenzjonat jew jekk b'negliġenza min-naħa tiegħu. Għandha tittieħed deċiżjoni raġunata mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1), wara li l-persuna konċernata tkun ingħatat l-opportunità li tiddefendi lilha nnifisha.

 

Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-proċedura dixxiplinarja fil-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1).

Emenda 46

Proposta għal regolament — att li jemenda

Anness — punt 3

Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)

Kapitolu 9 — Artikolu 140 — paragrafu 3a (ġdid)

 

3a.

Perjodi ta' impjieg bħala assistent parlamentari akkreditat m'għandhomx jitqiesu bħala “snin ta' servizz” għall-iskopijiet tal-Artikolu 29(3) u (4) tar-Regolamenti tal-Persunal.

(1)  Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).

(2)  Ara l-minuti tas-seduta, punt 3.23.

(3)   ĠU C ….

(4)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).


L-Erbgħa, 17 ta’ Diċembru 2008

23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/132


Enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli ***I

P6_TA(2008)0609

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (COM(2008)0019 — C6-0046/2008 — 2008/0016(COD))

(2010/C 45 E/41)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0019),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 175(1) u 95 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0046/2008),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0369/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma din ir-riżoluzzjoni;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0016

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/28/KE.)


ANNESS

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-Artikolu 2(e):

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li għall-finijiet ta' din id-Direttiva, it-terminu “skart industrijali u muniċipali” jista' jinkludi skart imsejjaħ “skart kummerċjali”.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-Artikolu 23(8), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż:

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-referenza għal mira ta' 20 % fl-Artikolu 23(8), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż; ma hijiex se tiġi interpretata b'mod differenti għall-Artikolu 3(1) tad-Direttiva.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-Artikolu 23(8)(c), (9) u (10):

Il-Kummissjoni tagħraf li ċerti Stati Membri, saħansitra fl-2005, diġa kienu kisbu sehem għoli ta' enerġija rinnovabbli fil-livell nazzjonali. Matul ittfassil tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 23(8)(c), (9) u (10), il-Kummissjoni, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha tal-aqwa bażi għall-effikaċja tal-infiq, ser tqis kif xieraq l-ispejjeż marġinali taż-żidiet fis-sehem ta' enerġiji rinnovabbli, u tinkludi, kif xieraq, soluzzjonijiet adegwati wkoll għa Stati Membri fi kwalunkwe proposta li titressaq skont l-Artikolu msemmi hawn fuq tad-Direttiva.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-Anness VII:

Il-Kummissjoni se tfittex li tavvanza l-iżvilupp tal-linji gwida msemmija fl-Anness VII tad-Direttiva sal-2011 u se tikkoopera mal-Istati Membri biex tiżviluppa d-data u l-metodoloġiji meħtieġa sabiex jiġi stmat u mmonitorjat il-kontribut tal-pompi tas-sħana sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva.

Il-linji gwida ser jipprovdu għal korrezzjonijiet għall-valuri tal-Fattur ta' Prestazzjoni Staġjonali (SPF) li jintużaw għall-valutazzjoni tal-inklużjoni tal-pompi tas-sħana li ma jitħaddmux bl-elettriku sabiex jitqies il-fatt li l-ħtiġijiet primarji tal-enerġija ta' pompi tas-sħana bħal dawn mhumiex affettwati mill-effiċjenza tas-sistema tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Fit-tħejjija ta' dawn il-linji gwida l-Kummissjoni se tevalwa wkoll il-fattibbilta tal-provvediment għal metodoloġija li skontha l-valur tal-SPF li jintuża għall-valutazzjoni tal-inklużjoni ta' kwalunkwe pompa tas-sħana partikolari jkun ibbażat fuq il-kondizzjonijiet klimatiċi medji tal-UE.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/133


Skambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra ***I

P6_TA(2008)0610

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tas-sistema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra (COM(2008)0016 — C6-0043/2008 — 2008/0013(COD))

(2010/C 45 E/42)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2008)0016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0043/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0406/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0013

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/29/KE.)


ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 10(3) dwar l-użu ta' dħul miksub mill-irkant tal-kwoti

Bejn l-2013 u l-2016, l-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw id-dħul miksub mill-irkant ta' kwoti biex jappoġġjaw il-kostruzzjoni ta' installazzjonijiet tal-elettriku effiċjenti ħafna fl-użu tagħhom ta' enerġija, inklużi stallazzjonijiet tal-elettriku ġodda li jkunu “CCS-ready”. Għall-installazzjonijiet ġodda li jkollhom livell ta' effiċjenza ogħla minn dak ta' stallazzjoni tal-elettriku skont l-Anness 1 mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2006 (2007/74/KE) (1) l-Istati Membri jistgħu joħorġu sa 15 % tal-ispejjeż totali tal-investiment għal stallazzjoni ġdida li tkun “CCS-ready”.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 10a(4a) dwar il-linji gwida Komunitarji għal għajuna statali għall-ħarsien tal-ambjent u s-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti

L-Istati Membri jistgħu jirritjenu li huwa neċessarju li jkun hemm kumpens temporanju lil ċerti stallazzjonijiet għall-ispejjeż ta' CO2 li jiġu trasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku, jekk l-ispejjeż tas- CO2 ikunu jistgħu b'xi mod ieħor jesponuhom għal riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Fin-nuqqas ta' ftehima internazzjonali, il-Kummissjoni tieħu l-impenn li, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, timmodifika l-linji gwida dwar l-għajnuna statali għall-ħarsien tal-ambjent sa tmiem l-2010 sabiex tiġi stabbilita dispożizzjoni dettaljata li permezz tagħha Stat Membru jkun jista' jagħti għajnuna statali għal dan il-għan. Id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-prinċipji hekk kif jidhru fid-dokument tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 (Anness 2 15713/1/08).


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi valuri ta' referenza għal effiċjenza armonizzata għal produzzjoni separata tal-elettriku u tat-tisħinb'applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata fid-dokument numru C(2006) 6817).


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/135


L-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra ***I

P6_TA(2008)0611

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (COM(2008)0017 — C6-0041/2008 — 2008/0014(COD))

(2010/C 45 E/43)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0041/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0411/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0014

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.)


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/136


Il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju ***I

P6_TA(2008)0612

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (COM(2008)0018 — C6-0040/2008 — 2008/0015(COD))

(2010/C 45 E/44)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0018),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0040/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0414/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma din ir-riżoluzzjoni;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0015

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/31/KE.)


ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-aħħar żviluppi fl-użu tat-teknoloġiji tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS)

Mill-2010 il-Kummissjoni se tibda tirrapporta b'mod regolari dwar l-aħħar żviluppi fl-użu tat-teknoloġiji tas-CCS fl-attivitajiet tagħha li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija tan-netwerk tal-proġetti ta' wiri tas-CCS. Dan ir-rappurtar ser jinkludi tagħrif dwar il-progress li jkun sar fl-użu tal-impjanti ta' wiri tas-CCS, il-progress fl-iżvilupp tat-teknoloġji tas-CCS, l-estimi tal-ispejjeż u l-iżvilupp fil-ġarr u fl-infrastruttura għall-ħżin tas-CO2.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward abbozzi ta' deċiżjonijiet dwar il-ħruġ ta' permessi u dwar abbozzi ta' deċiżjonijiet ta' trasferiment skont l-Artikoli 10(1) u l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva

Il-Kummissjoni ser tippubblika l-opinjonijiet kollha dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar il-ħruġ tal-permessi skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva, u dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment skont l-Artikolu 18(2). Madankollu, il-verżjoni ppubblikata tal-opinjonijiet mhi ser tinkludi l-ebda informazzjoni li l-kunfidenzjalita tagħha hija ggrantita fl-ambitu tal-eċċezzjonijiet għall-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43) u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunita tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċessħall-Informazzjoni, il-Parteċpazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar jekk id-diossidu tal-karbonju għandux jitqies bħala sustanza speċifika b'limiti xierqa f'verżjoni riveduta tad-Direttiva Seveso

Is- CO2 huwa sustanza komuni u bħalissa mhuwiex ikklassifikat bħala perikolu; Għalhekk il-ġarr u s-siti ta' ħ;in tas- CO2 mhumiex inklużi fid-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (id-Direttiva Seveso). Abbażi tal-analiżi preliminarja tal-Kummissjoni dwar l-informazzjoni disponibbli, għall-ġarr tas-CO2, kemm l-evidenza empirika kif ukoll dik immudellata għall-ġarr permezz tal-pajpijiet jidhru li se jindikaw li r-riskji ppreżentati mhumiex ogħla minn dawk tal-ġarr tal-gass naturali permezz tal-pajpijiet. Jidher li jiġri l-istess għall-ġarr tas- CO2 bil-baħar meta mqabbel mal-ġarr tal-gass naturali likwifikat jew tal-gass taż-żejt mhux raffinat likwifikat. L-indikazzjonijiet juru wkoll li r-riskju ta' inċident f'sit fejn jinħażen is-CO2, ikkawżat jew minn qsim waqt l-injezzjoni jew inkella minn xi tnixxijiet wara li jkun hemm injezzjoni, aktarx li ma jkunx sinifikanti. Madankollu, ser titqies f'iktar dettall l-eventwalita li s- CO2 jiġi kklassifikat bħala sustanza speċifika fl-ambitu tad-Direttiva Seveso waqt li tkun qiegħda tiġi żviluppata r-reviżjoni proposta tad-Direttiva li hija mistennija lejn l-aħħar tal-2009 u l-bidu tal-2010. Jekk mill-valutazzjoni joħroġ li hemm riskju potenzjali ta' inċident serju, il-Kummissjoni se tagħmel proposti sabiex s- CO2 ikun inklu; bħala sustanza speċifika b'limiti xierqa fil-verżjoni riveduta tad-Direttiva Seveso. F'dak il-każ, il-Kummissjoni tipproponi wkoll bidliet fl-Anness III għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbilta ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (id-Direttiva dwar ir-Responsabbilta Ambjentali) kif ikun f'loku, sabiex ikun żgurat li l-istallazzjonijiet kollha ta' Seveso li jittrattaw is- CO2 superkritiku jkunu koperti bid-Direttiva dwar ir-Responsabbilta Ambjentali.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-i9olament minerali tas-CO2

L-iżolament minerali tas- CO2 (l-iffissar tas- CO2 fil-forma ta' karbonati inorganiċi) huwa teknoloġija potenzjali għat-tnaqqis tat-tibdil fil-klima li fil-prinċipju jista' jintuża mill-istess kategoriji tal-istallazzjonijiet industrijali li jistgħu jużaw il-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. Madankollu, dan bħalissa għadu fl-istadju ta' żvilupp. Barra mill-penali enerġetika (1) relatata mal-qbid tas-CO2, bħalissa hemm penali enerġetika sostanzjali li għandha x'taqsam mal-pro ċess ta' karbonizzazzjoni minerali fih innifisu, fenomenu li ser ikollu jiġi indirizzat qabel ma tkun tista' tiġi prevista l-implimentazzjoni kummerċjali. Bħal fil-kaċż tal-żin ġeoloġiku, għandhom jiġu stabbiliti l-kontrolli meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sikurezza ambjentali tat-teknoloġija. Dawn il-kontrolli aktarx ikunu sostanzjalment differenti minn dawk tal-ħżin ġeoloġiku ta' CO2, minħabba d-differenzi fundamentali bejn it-teknoloġiji. Fid-dawl ta' dawn il-konsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni ser issegwi mill-qrib il-progress tekniku tal-iżolament minerali, bil-ħsieb tali żvilupp ta' qafas legali li jippermetti iżolament minerali sikur għall-ambjent u r-rikonoxximent tiegħu fl-ambitu tas-Sistema ta' Skambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet, meta t-teknoloġija tkun laħqet livell adatt ta' żvilupp. Minħabba l-interess fost l-Istati Membri fit-teknoloġija u r-ritmu tal-bidliet teknoloġiċi, aktarx li l-ewwel valutazzjoni se titwettaq għall-ħabta tal-2014, jew qabel jekk iċ-ċirkustanzi jiġuustifikaw dan.


(1)  “Il-penali enerġetika” huwa t-terminu użat sabiex ikun espress il-fatt li impjant li japplika l-qbid tas- CO2 jew il-mineralizzazzjoni tas- CO2 juża xi ftit mill-enerġija tiegħu għal dawk il-proċessi, u b'hekk ikun jeħtieġ aktar enerġija minn impjant li għandu produzzjoni ekwivalenti mingħajr qbid/mineralizzazzjoni.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/138


Il-monitoraġġ u t-tnaqqis ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-fjuwils (trasport fit-toroq u tbaħħir intern) ***I

P6_TA(2008)0613

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, id-diżil u n-nafta (gas-oil) u l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu biex ikun hemm monitoraġġ u tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra mill-użu tal-fjuwils għat-trasport fit-toroq u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE, fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil użat minn bastimenti tal-ilmijiet interni u li tirrevoka d-Direttiva 93/12/KEE (COM(2007)0018 — C6-0061/2007 — 2007/0019(COD))

(2010/C 45 E/45)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 95 u 175(1) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0061/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0496/2007),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2007)0019

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/30/KE.)


ANNESS

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tikkonferma li t-tnaqqis ta' 2 % msemmi fl-Artikolu 7a(2), l-ittri b) u c), mhux vinkolanti u li r-reviżjoni ser tindirizza n-natura nonvinkolanti tagħhom.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/139


Standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda ***I

P6_TA(2008)0614

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi għall-użu ħafif (COM(2007)0856 — C6-0022/2008 — 2007/0297(COD))

(2010/C 45 E/46)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni — l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0856),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0022/2008),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0419/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jieħu nota tal-istqarrija tal-Kummissjoni annessa ma din ir-riżoluzzjoni;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2007)0297

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 443/2009.)


ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tikkonferma li fl-2009 hija bi ħsiebha tipproponi reviżjoni tad-Direttiva 1999/94/KE relatata mad-disponibbilta ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u l-emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda. Dan għandu jiżgura li l-konsumaturi jirċievu informazzjoni adegwata dwar l-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda.

Sal-2010 l-Kummissjoni ser tirrevedi d-Direttiva 2007/46/KE sabiex il-preżenza ta' teknoloġiji innovattivi (“eko-innovazzjonijiet”) f'vettura u l-impatt tagħhom fuq l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' vettura jistgħu jkunu komunikati lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli għall-monitoraġġ u rrappurtar skont ir-Regolament.

Il-Kummissjoni ser tikkunsidra wkoll it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti għall-karozzi biex ikunu mgħammra b'apparat li jkejjel il-konsum tal-karburant, bħala mezz biex jitħeġġeġ is-sewqan aktar effiċjenti fil-karburant. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ser tikkunsidra l-emendar tal-leġislazzjoni qafas dwar l-approvazzjoni tat-tip u l-adozzjoni tal-istandards tekniċi meħtieġa sal-2010.

Madankollu, il-Kummissjoni hija impenjata li tilħaq l-objettivi tal-inizjattiva tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar u l-ħtieġa li l-proposti jkunu bba;ati fuq valutazzjoni komprensiva tal-impatti u l-benefiċċji. F'dan ir-rigward, u b'konformita mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, il-Kummissjoni ser tkompli tevalwa l-ħtieġa li tressaq proposti leġiżlattivi ġodda iżda żżomm id-dritt tagħha li tiddeċiedi jekk u meta jkun xieraq li tippreżenta dawn il-proposti.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/141


L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ***II

P6_TA(2008)0615

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/88/KE dwar ċerti aspetti tal-arranġament tal-ħin tax-xogħol (10597/2/2008 — C6-0324/2008 — 2004/0209(COD))

(2010/C 45 E/47)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (10597/2/2008 — C6-0324/2008),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0607),

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2005)0246),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0440/2008),

1.   Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 292.


P6_TC2-COD(2004)0209

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

L-Artikolu 137 tat-Trattat jipprevedi li l-Komunità għandha tappoġġa u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri bil-ħsieb li jittejjeb l-ambjent tax-xogħol biex jiġu protetti s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. Id-Direttivi adottati abbażi tal-Artikolu msemmi qabel għandhom jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b'mod li żżomm lura l-ħolqien u l-iżvilupp tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju.

(2)

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (4) tistabbilixxi rekwiżiti minimi dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, inter alia, fir-rigward ta' perijodi ta' serħan ta' kuljum u ta' kull ġimgħa, il-waqfien, il-ħin tax-xogħol massimu ta' kull ġimgħa, il-leave annwali u ċerti aspetti tax-xogħol bil-lejl, xogħol bix-shift u tendenzi tax-xogħol.

(3)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2003/88/KE jipprevedu reviżjoni qabel it-23 ta' Novembru 2003.

(4)

Aktar minn għaxar snin wara l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE (5), id-Direttiva inizjali dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, sar meħtieġ li jiġu meqjusa żviluppi u talbiet ġodda kemm minn min iħaddem kif ukoll mill-ħaddiema u li jiġu pprovduti r-riżorsi biex jintlaħqu l-objettivi ta' tkabbir u impjiegi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta' Marzu 2005 fil-kuntest tal-Istrateġija ta' Liżbona.

(5)

Ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja hija wkoll element essenzjali għall-kisba tal-objettivi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea fl-istrateġija ta' Liżbona, b'mod partikolari għaż-żieda fir-rata tal-impjiegi fost in-nisa. L-għan m'huwiex biss li jinħoloq ambjent tax-xogħol aktar sodisfaċenti, iżda wkoll li jkun hemm tweġiba aħjar għat-talbiet tal-ħaddiema, b'mod partikolari dawk b'responsabbiltajiet ta' familja. Numru ta' emendi li jinsabu f'din id-Direttiva huma maħsuba biex jippermettu kompatibbiltà akbar bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja.

(6)

F'dan il-kuntest l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-imsieħba soċjali biex jikkonkludu strumenti ta' ftehim fil-livell adatt biex tittejjeb ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja.

(7)

Jeħtieġ li tissaħħaħ il-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fid-dawl tal-isfida ta' forom ġodda tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, biex jiġu introdotti mudelli tal-ħin tax-xogħol li jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim matul il-ħajja kollha għall-impjegati , u wkoll biex jinstab bilanċ ġdid bejn ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u tal-ħajja tal-familja min-naħa waħda u organizzazzjoni aktar flessibli tal-ħin tax-xogħol min-naħa l-oħra.

(8)

Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-karatteristiċi tipiċi tal-kunċett ta' “ħin tax-xogħol” huma r-rekwiżiti li wieħed irid ikun preżenti fil-post magħżul minn min iħaddem u disponibbli għal min iħaddem biex ikun jista' jipprovdi servizzi b'mod immedjat, skont il-bżonn.

(9)

F'ċirkostanzi fejn il-ħaddiema ma jkunx ingħataw perijodi ta' serħan, iridu jingħataw perijodi ta' serħan kompensatorji wara l-perijodi ta' ħin fuq xogħol, skont il-liġi, il-ftehim kollettiv jew ftehim ieħor relevanti bejnl-imsieħba soċjali.

(10)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-perijodu ta' referenza għall-ħin tax-xogħol massimu ta' kull ġimgħa għandhom ukoll jiġu eżaminati mill-ġdid, bil-għan li jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta' min iħaddem u l-impjegati, soġġetti għas-salvagwardji għall-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema.

(11)

Kull meta l-kuntratt tax-xogħol ikun għal perijodu ta' inqas minn sena, il-perijodu ta' referenza m'għandux jaqbeż il-perijodu tal-kuntratt tax-xogħol.

(12)

L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2003/88/KE turi li d-deċiżjoni finali purament individwali li ma tkunx marbut bl-Artikolu 6 tagħha hi problematika fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema u l-libertà tal-għażla tal-ħaddiem. Għaldaqstant, id-deroga prevista f'dik id-dispożizzjoni m'għandhiex tibqa' tapplika.

(13)

Huwa importanti li jekk ħaddiem ikollu iżjed minn kuntratt ta' impieg wieħed, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-ħin tax-xogħol tal-ħaddiem ikun it-total tal-perijodi ta' ħin maħdum għal kull wieħed mill-kuntratti.

(14)

Skond l-Artikolu 138(2) tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat lil min imexxi u lill-ħaddiema fil-livell Komunitarju dwar id-direzzjoni possibbli ta' azzjoni Komunitarja f'dan il-qasam.

(15)

Wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni qieset li azzjoni Komunitarja kienet irrikmandata u kkonsultat ulterjorment lil min imexxi u lill-ħaddiema dwar il-kontenut tal-proposta prevista, skond l-Artikolu 138(3) tat-Trattat.

(16)

Wara din it-tieni fażi ta' konsultazzjoni, min imexxi u l-ħaddiema fil-livell Komunitarju ma infurmawx lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jingħata bidu għall-proċess li jista' jwassal għall-konklużjoni ta' ftehim previst fl-Artikolu 139 tat-Trattat.

(17)

Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li timmodernizza l-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jiġi milħuq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(18)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tikkonforma mal-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (6). B'mod partikolari hija mfassla biex tiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa skond l-Artikolu 31 tal-Karta, u b'mod partikolari l-paragrafu 2 tagħha, li jipprevedi li “kull ħaddiem għandu d-dritt għal limitazzjoni ta' sigħat massimi tax-xogħol, għal perijodi ta' mistrieħ kuljum u ta' fil-ġimgħa u għal perijodu annwali ta' leave imħallas”.

(19)

L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha żżomm il-livell ta' protezzjoni ġenerali mogħti lill-ħaddiema fir-rigward tas-sigurtà u tas-saħħa fuq ix-xogħol,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2003/88/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2 għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“1a.   ‘ħin on-call’ tfisser kwalunkwe perijodu li matulu l-ħaddiem għandu l-obbligu li jkun disponibbli fuq il-post tax-xogħol sabiex jintervjeni, fuq it-talba ta' min iħaddem, biex iwettaq l-attività jew id-dmirijiet tiegħu;

1b.   ‘post tax-xogħol’ tfisser il-post jew postijiet fejn il-ħaddiem normalment iwettaq l-attivitajiet jew id-dmirijiet tiegħu u li jkun determinat skond it-termini tar-relazzjoni jew kuntratt tax-xogħol applikabbli għall-ħaddiem;

1c.   ‘parti inattiva tal-ħin on-call’ tfisser kwalunkwe perijodu li matulu l-ħaddiem on-call ikun on-call fit-tifsira tal-punt 1a iżda ma jkunx mitlub minn min iħaddmu biex fil-fatt iwettaq l-attività jew id-dmirjiet tiegħu;”

2.

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 2a

Ħin on-call

Il-perijodu kollu ta' ħin on-call, inkluża l-parti inattiva , għandu jitqies bħala ħin tax-xogħol ▐.

Madankollu , il-partijiet inattivi tal-ħin on-call jistgħu, permezz ta' ftehim kollettiv jew ftehim ieħor bejn iż-żewġ naħat tal-industrija jew permezz ta' liġijiet jew regolamenti jiġi kkalkulat b'mod speċifiku sabiex jikkonformaw mal-massimu ta' ħin ta' xogħol medju fil-ġimgħa kif stipulat fl-Artikolu 6, suġġett għal konformità mal-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema .

Il-parti inattiva tal-ħin on-call m'għandhiex tittieħed f'kont fil-kalkolazzjoni tal-perijodi ta' serħan ta' kuljum jew ta' kull ġimgħa stabbiliti fl-Artikolu 3 u 5 rispettivament ▐.

Artikolu 2b

Kalkolu tal-ħin tax-xogħol

Fejn ħaddiem ikollu iżjed minn kuntratt ta' xogħol wieħed,, il-ħin tax-xogħol ta' ħaddiem għandu jkun it-total tal-perijodi ta' ħin maħdum għal kull wieħed mill-kuntratti.

Artikolu 2c

Rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja

L-Istati Membri għandhom jinkorraġixxu lill-imsieħba soċjali fil-livell adatt, bla ħsara għall-awtonomija tagħhom, biex jikkonkludu ftehim bl-għan li titjieb ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, bla ħsara għad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (7) u f'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, li:

min iħaddem javża minn qabel sew lill-ħaddiema dwar kwalunkwe tibdil fir-ritmu tax-xogħol, u

il-ħaddiema għandhom id-dritt li jitolbu bidla fis-sigħat jew fir-ritmi tax-xogħol tagħhom, u li min iħaddem għandu l-obbligu li jikkunsidra dan it-tip ta' talbiet b'mod ġust, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet ta' flessibilitià tal-ħaddiema u ta' min iħaddem. Min iħaddem ma jistax jirrifjuta dan it-tip ta' talba ħlief jekk l-iżvantaġġi organizzattivi għal min iħaddem ikun akbar b'mod sproporzjonat mill-benefiċċju għall-ħaddiem.

3.

l-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

║ il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej,

i)

fl-ewwel sentenza il-kliem “Artikoli 3 sa 6, 8 u 16” għandhom jiġu sostitwiti minn “Artikoli 3 sa 6, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 16(a) u (ċ)”;

ii)

il-punt (a) għandu jinbidel kif ġej:

“a)

uffiċjali ta' diriġenza għolja (jew persuni f'pożizzjonijiet kumparabbli), ‘senior managers’ subordinati għalihom b'mod dirett u persuni li jintgħażlu direttament mill-bord ta' diretturi;”

b)

fil-paragrafu 2, il-kliem “basta li l-ħaddiema konċernati jkunu mogħtija perijodi ekwivalenti ta' mistrieħ obbligatorju” għandhom jinbidlu bi “sakemm il-ħaddiema konċernati jingħataw perijodi ekwivalenti ta' serħan kompensatorju wara perijodi ta' żmien fuq xogħol, skont il-liġi, il-ftehim kollettiv jew ftehim ieħor relevanti bejn iż-żewġ naħat tal-industrija ”;

c)

fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 3, il-kliem “Artikoli 3, 4, 5, 8 u 16” għandhom jiġu sostitwiti minn “Artikoli 3, 4, 5, 8 u l-Artikolu 16(a) u (ċ)”;

d)

il-paragrafu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

i)

i) l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“5.   Skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jistgħu jsiru derogi mill-Artikolu 6 fil-każ ta' tobba waqt it-taħriġ, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sas-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”

ii)

l-aħħar subparagrafu għandu jitħassar.

4.

Fl-Artikolu 18, fit-tielet paragrafu, il-kliem “bil-kondizzjoni li perijodi ta' serħan ekwivalenti kompensatorji jkunu mogħtija lill-ħaddiema kkonċernati” għandhom jinbidlu bi “bil-kondizzjoni li perijodi ta' serħan kompensatorju ekwivalenti jingħataw lill-ħaddiema konċernati, wara perijodi ta' żmien fuq xogħol, skont il-liġi, il-ftehim kollettiv jew ftehim ieħor relevanti bejn l-imsieħba soċjali ”.

5.

L-Artikolu 19 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 19

Limitazzjonijiet għal derogi mill-perijodi ta' referenza

▐ B'deroga mill-Artikolu 16(b), l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla, soġġetta għall-konformità mal-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, li jippermettu, għal raġunijiet oġġettivi jew tekniċi, jew raġunijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tax-xogħol, li l-perijodu ta' referenza jkun stabbilit għal perijodu li ma jabqiżx it-tnax-il xahar:

a)

permezz ta' ftehim kollettiv jew ftehim bejn l-imsieħba soċjali, kif stabbilit fl-Artikolu 18; jew

b)

permezz ta' dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolatorja wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali fil-livell adatt f'każijiet fejn il-ħaddiema mhumiex koperti permezz ta' ftehim kollettiv jew ftehim ieħor bejn l-imsieħba soċjali sakemm l-Istat Membru konċernat jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li min iħaddem:

i)

jinforma u jikkonsulta lill-ħaddiema jew lir-rappreżentanti tagħhom dwar l-introduzzjoni tar-ritmu tax-xogħol propost u dwar bidliet fih;

ii)

jieħu l-miżuri neċessarji biex jevita jew jirrimedja kwalunkwe riskju għas-saħħa u għas-sigurtà li jista' jkun relatat mar-ritmu tax-xogħol propost.

Meta jsir użu mill-għażla skond il-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li min iħaddem jirrispetta l-obbligi tiegħu kif stabbiliti fit-Taqsima II tad-Direttiva 89/391/KEE.”

6.

L-Artikolu 22 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 22

Dispożizzjonijiet varji

1.   Għalkemm il-prinċipju ġenerali huwa li l-ġimgħa tax-xogħol massima fl-Unjoni Ewropea hija ta' 48 siegħa u li fil-prattika hija eċċezzjoni għall-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea li jaħdmu aktar fit-tul, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 6 matul perjodu tranżizzjonali li jispiċċa  (8) sakemm jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. Madankollu, l-implimentazzjoni ta' din l-għażla, għandha tkun espressament stabbilita permezz ta' ftehim kollettiv jew ftehim bejn l-imsieħba soċjali fil-livell adatt jew mil-liġi nazzjonali wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali fil-livell adatt.

2.   Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu minn din l-għażla għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

a)

l-ebda persuna li tħaddem ma teħtieġ lil ħaddiem biex jaħdem aktar minn 48 siegħa tul perijodu ta' sebat ijiem, ikkalkulat bħala medja għall-perijodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 16(b), sakemm l-ewwel ma tkunx kisbet il-kunsens tal-ħaddiem biex iwettaq tali xogħol. Dan il-qbil għandu jkun validu għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur , u jista' jiġġedded;

b)

l-ebda ħaddiem m'għandu jiġi soġġettat għal kwalunkwe detriment minn min iħaddmu għaliex ma jkunx irid jagħti l-kunsens tiegħu biex iwettaq dak ix-xogħol jew għaliex ikun irtira l-kunsens tiegħu għal kwalunkwe raġuni;

c)

kunsens mogħti:

i)

fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt tax-xogħol individwali jew waqt kwalunkwe perijodu ta' prova ; jew

ii)

matul l-ewwel erba' ġimgħat tar-relazzjoni tax-xogħol

għandu jkun null u bla effett;

d)

kull ħaddiem għandu jkun intitolat li jirtira, b'effett immedjat, il-kunsens tiegħu li jwettaq dak ix-xogħol matul l-ewwel sitt xhur wara l-konklużjoni ta' ftehim validu jew matul u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-perijodu ta' prova speċifikat fil-kuntratt tiegħu jkun intemm, liema minnhom ikun l-itwal, billi jinforma bil-miktub fi żmien debitu lil min iħaddmu li ser jagħmel hekk. Wara dan, min iħaddem jista' jitlob lill-ħaddiem biex jagħti, bil-miktub, perijodu ta' pre-avviż, li m'għandux jaqbeż ix-xahrejn;

e)

min iħaddem iżomm reġistri aġġornati tal-ħaddiema kollha li jwettqu tali xogħol u reġistri adegwati biex jiġi stabbilit li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma rrispettati;

f)

ir-reġistri jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, li jistgħu, għal raġunijiet marbuta mas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-possibbiltà li jinqabeż il-ħin tax-xogħol massimu ta' kull ġimgħa;

g)

min iħaddem jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom b'informazzjoni dwar każijiet li fihom ikun ingħata l-kunsens mill-ħaddiema biex jaħdem iżjed minn 48 siegħa fuq perijodu ta' sebat ijiem, ikkalkulat bħala medja għall-perijodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 16(b), u reġistri adegwati biex jiġi stabbilit li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma rrispettati.

7.

L-Artikolu 24 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 24

Rapporti

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li diġà ġew adottati jew li qed jiġu adottati fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni prattika ta' din id-Direttiva, filwaqt li jindikaw il-fehmatal-imsieħba soċjali.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol b'dan.

3.   Kull ħames snin mit-23 ta' Novembru 1996 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva li jieħu kont tal-paragrafi 1 u 2.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu applikati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni sa … (9). L-Istati Membri għandom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe emenda sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet malajr kemm jista' jkun. Huma għandhom, b'mod partikolari, jassiguraw li l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom ikollhom mezzi adegwati għall-infurzar tal-obbligi skond din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa … (9), jew għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali jintroduċu d-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta' ftehim, li bih l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jippermettulhom jiggarantixxu fi kwalunkwe ħin li l-objettivi ta' din id-Direttiva qed jintlaħqu. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 267, 27.10.2005, p. 16.

(2)  ĠU C 231, 20.9.2005, p. 69.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2005 (ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 292), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta' Settembru 2008 (ĠU C 254 E, 7.10.2008, p. 26) u Pożizzjoni Komuni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008.

(4)  ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9.

(5)  ĠU L 307, 13.12.1993, p. 18. ║.

(6)   ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(7)  ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29..”

(8)   36 xhar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [li temenda d-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol].”

(9)  ║Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/149


L-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq ***I

P6_TA(2008)0616

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq (COM(2008)0151 — C6-0149/2008 — 2008/0062(COD))

(2010/C 45 E/48)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0151),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 71(1)(c) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0149/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0371/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0062

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 71(1)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data  (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE (3),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea qiegħda tapplika politika għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, bil-għan li jitnaqqsu l-imwiet, il-korrimenti u l-ħsarat materjali. L-infurzar konsistenti tas-sanzjonijiet għal reati tat-traffiku tat-triq li huma magħrufa li jipperikolaw b'mod konsiderevoli s-sikurezza fit-toroq huwa strument essenzjali biex jintlaħaq dan il-għan.

(2)

Madankollu, minħabba nuqqas ta' mekkaniżmi xierqa, is-sanzjonijiet f'sura ta' pieni finanzjarji għal ċerti reati tat-traffiku sikwit ma jiġux infurzati fejn ir-reat ikun sar b'vettura li tkun reġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn iseħħ ir-reat.

(3)

Sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq mal-Unjoni Ewropea kollha, u biex jiġi żgurat it-trattament indaqs bejn il-persuni residenti u mhux residenti li jwettqu reat, l-infurzar għandu jiġi ffaċilitat irrispettivament mill-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura li biha jsir ir-reat. Għal dan il-għan, jeħtieġ li tiġi implimentata sistema ta' skambju transkonfinali ta' informazzjoni.

(4)

Sistema bħal din tkun ta' siwi partikolari fejn jidħlu r-reati tat-traffiku rreġistrati minn tagħmir awtomatiku fejn ma jistax jiġi identifikat minnufih min ikun ikkommetta r-reat, bħall-eċċess ta' veloċità jew il-qbiż tad-dawl l-aħmar. Is-sistema tkun utli wkoll billi tippermetti s-segwiment ta' reati fejn tkun meħtieġa l-verifika tad-dettalji tar-reġistrazzjoni tal-vettura, fil-każ fejn il-vettura tkun ġiet imwaqqfa. Dan jgħodd speċjalment għas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb.

(5)

Is-sistema għandha tkopri u tittratta t-tipi ta' reat tat-traffiku skond is-serjetà tagħhom u l-periklu li joħolqu għas-sikurezza fit-toroq, u għandha tkopri r-reati klassifikati bħala reati tat-traffiku fil-leġiżlazzjoni ta' kull Stat Membru. Għaldaqstant, jixraq li ssir dispożizzjoni fir-rigward tal-eċċess ta' veloċità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas ta' użu taċ-ċinturin tas-sikurezza, u l-qbiż tad-dawl l-aħmar. Il-Kummissjoni ser tkompli ssewgi l-iżviluppi madwar l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' reati oħra tat-traffiku b'implikazzjonijiet serji għas-sikurezza fit-toroq. Wara l-preżentazzjoni ta' rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sentejn wara li tkun daħlet fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tipproponi reviżjoni tad-Direttiva dwar il-possibilità li jitwessa' l-ambitu tagħha biex tinkludi xi kategoriji oħra ta' infrazzjonijiet tat-traffiku tat-triq.

(6)

Bl-iskop li tiggarantixxi grad biżżejjed ta' sikurezza fit-toroq u tiżgura li l-pieni finanzjarji applikabbli jkunu proporzjonati, il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tidħol f'taħditiet mal-Istati Membri dwar id-dħul ta' pieni finanzjarji fissi armonizzati għal infrazzjonijiet tat-traffiku tat-triq u għandha wkoll tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prassi bejn l-Istati Membri.

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema ta' infurzar, din għandha tkopri l-fażijiet kollha mid-detezzjoni tar-reat sat-trażmissjoni tan-notifika tar-reat, abbażi ta' formola standard, lid-detenetur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata. Malli tittieħed deċiżjoni finali, tista' tapplika d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penalitajiet finanzjarji (4) tal-24 ta' Frar 2005. Fejn dik id-Deċiżjoni Qafas ma tistax tiġi applikata, per eżempju minħabba li d-deċiżjonijiet ta' sanzjoni ma jkunux jaqgħu fl-ambitu tal-liġi kriminali, xorta waħda l-effettività tas-sanzjonijiet għandha tkun żgurata permezz ta' miżuri oħrajn ta' infurzar tas-sanzjonijiet. Għandu jiddaħħal standard minimu għan-notifiki tar-reati, li jkun jinkludi l-formola ta' tweġiba u billi jintużaw metodi aktar kompatibbli ta' kif jintbagħtu sabiex l-infurzar transkonfinali jsir aktar ta'min joqgħod fuqu u aktar effettiv.

(8)

Barra minn hekk, l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni għandu jsir b'mod rapidu permezz ta' mezzi elettroniċi. Għal dan il-fini, huwa mixtieq illi jsiru netwerks elettroniċi komunitarji sikuri li jippermettu li l-iskambju ta' tagħrif isir f'kundizzjonijiet sikuri u li jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data mibgħuta.

(9)

Billi d-data marbuta mal-identifikazzjoni ta' min jagħmel reat hija data personali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali (5) u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data. Skont dan, meta min jagħmel reat jiġi nnotifikat bir-reat huwa għandu jkun imgħarraf dwar jeddijietu għall-aċċess, ir-rettifika u t-tħassir tad-data u tal-perjodu legali massimu li matulu tista' tinżamm id-data.

(10)

Barra mix-xorta temporanja tal-ħżin tagħha, id-data miġbura skont din id-Direttiva m'għandhiex, f'ebda ċirkustanza, tintuża għal skopijiet li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġu persegwiti reati ta' sikurezza tat-triq. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għalhekk għandhom jiżguraw illi l-ipproċessar tad-data personali u t-treġija tan-network elettroniku Komunitarju għandhom jipprevjenu li d-data miġbura tintuża għal skopijiet oħra għajr dawk speċifikatament marbutin mas-sikurezza fit-toroq.

(11)

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli tas-sikurezza fit-toroq, l-Istati Membri għandhom jarmonizzaw il-metodi tagħhom sabiex il-prassi tagħhom tkun komparabbli fil-livell tal-UE. Għalhekk għandhom jiġu żviluppati standards minimi għall-prassi ta' kontroll f'kull Stat Membru.

(12)

It-tagħmir tekniku għas-sikurezza fit-toroq għandu wkoll jiġi armonizzat fil-ġejjieni biex tiġi żgurata l-konverġenza tal-miżuri ta' kontroll bejn l-Istati Membri. Armonizzazzjoni teknika ta' dan it-tip għandha tkun proposta mill-Kummissjoni matul ir-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 14.

(13)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jgħarrfu liċ-ċittadini tal-UE u jqanqlulhom l-għarfien dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Tagħrif xieraq dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tas-sikurezza fit-toroq jista' ikollu effett ta' deterrent fuq it-twettiq ta' reati tat-traffiku tat-triq.

(14)

Fil-ġejjieni il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq il-faċilitazzjoni tal-infurzar transkonfinali ta' infrazzjonijiet tat-traffiku tat-triq, l-aktar ta' dawk marbutin ma' inċidenti serji tat-traffiku.

(15)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6).

(16)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat biex tadotta miżuri fir-rigward tal-adattament tal-Anness. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(17)

Billi l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-iffaċilitar tal-infurzar transkonfinali fir-rigward ta' ċerti reati tat-traffiku, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi sistema li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali tas-sanzjonijiet għar-reati tat-traffiku li ġejjin:

a)

l-eċċess ta' veloċità;

b)

is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;

c)

in-nuqqas ta' użu taċ-ċinturin tas-sikurezza;

d)

il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku.

2.   Din id-Direttiva tapplika biss safejn is-sanzjoni li għandha tiġi imposta għar-reat ikkonċernat hija jew tinkludi penali finanzjarja.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

a)

“detentur” tfisser id-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata , inklużi ċikletti bil-mutur ;

b)

“Stat tar-reat” tfisser l-Istat Membru fejn sar ir-reat;

c)

“Stat tar-residenza” tfisser l-Istat Membri fejn hija rreġistrata l-vettura li biha sar ir-reat;

d)

“awtorità kompetenti” tfisser punt wieħed ta' kuntatt f'kull Stat Membru li jkun responsabbli għall-iffaċilitar tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ;

e)

“awtorità ċentrali” tfisser l-awtorità responsabbli mill-iżgurar tal-ħarsien tad-data f'kull Stat Membru;

f)

“deċiżjoni amministrattiva aħħarija” tfisser kull deċiżjoni aħħarija li tkun teħtieġ li titħallas piena finanzjarja, għajr deċiżjoni li tkun tidħol fid-definizzjoni tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214/JHA;

g)

“eċċess ta' veloċità” tfisser il-qbiż tal-limiti ta' veloċità fis-seħħ fl-Istat tar-reat għat-tip ta' triq jew għat-tip ta' vettura kkonċernati;

h)

“sewqan taħt l-effett tax-xorb” tfisser is-sewqan b'livell ta' alkoħol fid-demm ogħla mil-livell massimu fis-seħħ fl-Istat tar-reat;

i)

“nuqqas ta' użu taċ-ċinturin tas-sikurezza” tfisser in-nuqqas ta' konformità mal-obbligu li jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza jew li tintuża sistema għat-trażżin tat-tfal f'każijiet fejn l-użu ta' dan it-tagħmir huwa obbligatorju skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE (7) jew il-liġi nażżjonali fl-Istat tar-reat;

j)

“il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku” tfisser ir-reat fejn is-sewwieq jaqbeż id-dawl l-aħmar tat-traffiku, kif iddefinit fil-liġi tal-Istat tar-reat.

Artikolu 3

Linji gwida għas-sikurezza fit-toroq fl-UE kollha

1.     Bl-iskop li titwettaq politika ta' sikurezza fit-toroq li timmira lejn livell għoli ta' ħarsien għall-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni Ewropea u li tqis id-differenzi kbar bejn iċ-ċirkostanzi fl-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jaġixxu, bla ħsara għal politika u liġijiet aktar restrittivi, biex jipprovdu ġabra minima ta' linji gwida għas-sikurezza fit-toroq fl-ambitu ta' din id-Direttiva. Sabiex jinkiseb dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida għall-Ewropa kollha dwar is-sikurezza fit-toroq skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-linji gwida għandhom jikkonformaw mal-prinċipji bażiċi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.     Għal dak li għandu x'jaqsam mal-veloċità, l-użu ta' tagħmir ta' verifika awtomatika fl-awtostradi, toroq sekondarji, u toroq urbani, għandu jkun imħeġġeġ b'mod partikolari f'dawk il-partijiet tan-netwerk tat-toroq fejn l-għadd ta' inċidenti kkawżati mill-veloċità għolja huwa akbar mill-medja.

Ir-rakkomandazzjonijiet adottati għall-iskopijiet ta' dawn il-linji gwida għandhom ifittxu illi jiżguraw li l-għadd ta' verifiki tal-veloċità li jużaw tagħmir elettroniku jiżdied bi 30 % fl-Istati Membri fejn l-għadd ta' mwiet fit-toroq huwa ogħla mill-medja tal-UE u t-tnaqqis fil-għadd ta' mwiet fit-toroq mill-2001 lil hawn huwa anqas mill-medja tal-UE. Għandu jiġi żgurat li jkun hemm kopertura ġeografika tajba tat-territorju ta' kull Stat Membru.

3.     Għal dak li għandu x'jaqsam mas-sewqan fi stat ta' sakra, l-Istati Membri għandhom, bħala prijorità, iwettqu testijiet b'mod każwali fil-postijiet fejn, u fil-ħinijiet li fihom, ikun hemm ta' sikwit nuqqas ta' tħaris tal-liġi li jżid ir-riskju tal-inċidenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi mill-anqas 30 % tas-sewwieqa jiġu ttestjati kull sena.

4.     Għal dak li għandu x'jaqsam mal-użu taċ-ċinturini ta' sikurezza, għandhom isiru operazzjonijiet intensivi ta' verifika ta' mhux inqas minn sitt ġimgħat fis-sena mill-Istati Membri fejn anqas minn 70 % tal-utenti tat-triq jilbsu ċ-ċinturini tas-sikurezza, l-aktar fil-postijiet fejn u fil-ħinijiet li fihom ta' sikwit ikun hemm nuqqas ta' tħaris tal-liġi.

5.     Għal dak li għandu x'jaqsam man-nuqqas ta' waqfien meta d-dawl ikun aħmar, għandu jintuża t-tagħmir ta' verifika awtomatiku l-aktar fejn ikun hemm slaleb it-toroq li fihom ir-regoli jinkisru ta' spiss u jseħħ għadd ta' inċidenti ogħla mill-medja minħabba sewqan fuq dawl aħmar.

6.     Il-linji gwida għandhom jirrikkmandaw illi l-Istati Membri jiskambjaw prassi tajba; b'mod partikolari, għandhom jistiednu lill-Istati Membri jkunu l-aktar 'il quddiem fil-qasam tal-verifika awtomatika ħalli jipprovdi assistenza teknika lil dawk l-Istati Membri li jitolbuha.

Kapitolu II

Dispożizzjonijiet għall-iffaċilitar tal-infurzar transkonfinali

Artikolu 4

Proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   Fejn reat ikun sar fi Stat Membru b'vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor, u l-każ ma jiġix sanzjonat u mitmum minnufih permezz ta' awtorità responsabbli għat-trattament tar-reat fl-Istat tar-reat, l-awtorità kompetenti f'dak l-Istat għandha tibgħat in-numru ta' reġistrazzjoni tal-vettura u l-informazzjoni rigward il-post u d-data tar-reat lill-awtorità kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, jew fl-Istat tar-residenza fejn dan jista' jiġi identifikat. L-awtorità kompetenti fl-Istat tar-reat għandha tagħmel dan fl-istess ċirkustanzi u kundizzjonijiet li fihom tittratta r-reat ikkonċernat meta jsir b'vettura rreġistrata fl-istess Stat tar-reat.

2.   L-awtorità kompetenti fl-Istat tar-residenza għandha tibgħat minnufih l-informazzjoni li ġejja biss lill-awtorità kompetenti fl-Istat tar-reat:

a)

il-marka u l-mudell tal-vettura bin-numru ta' reġistrazzjoni kkonċernat;

b)

fejn id-detenetur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata huwa persuna naturali, l-isem, l-indirizz, u d-data u l-post tat-twelid;

c)

fejn id-detenetur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata huwa persuna legali, l-isem u l-indirizz.

3.    L-iskambju ta' tagħrif għal dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tad-data personali u l-moviment liberu tad-data b'rabta ma' dan għandu jseħħ f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra ma għandhomx jaħżnu t-tagħrif mibgħut mill-Istat tar-reat. Dan it-tagħrif għandu jintbagħat biss għall-iskopijiet ta'din id-Direttiva u, meta jingħalqu l-proċedimenti, id-data kollha għandha titħassar b'mod li jista' jiġi vverifikat.

Artikolu 5

L-użu ta' netwerk elettroniku

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-iskambju ta' informazzjoni deskritta fl-Artikolu 4 jsir b'mezz elettroniku. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li netwerk elettroniku tal-Komunità msejjes fuq regoli komuni jitwaqqaf sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data msemmija fl-Artikolu 15(1).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli komuni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 sad-data msemmija fl-Artikolu 15(1), skond il-proċedura regolatorja bi iskrutinju msemmija fl- Artikolu 13(2) .

B'mod partikolari, dawn ir-regoli komuni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet rigward:

a)

il-format tad-dejta li tiġi skambjata;

b)

il-proċedura tekniċi għall-iskambju elettroniku tad-data fost l-Istati Membri li jagħtu garanzija ta' sikurezza u kunfidenzjalità tad-data trażmessa;

c)

ir-regoli dwar is-sigurtà u l-ħarsien tad-data personali biex ikun evitat li d-data tintuża għal skopijiet oħra għajr dawk li għalihom kienet maħsuba.

Artikolu 6

In-notifika ta' reat

1.   Malli tirċievi l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 4(2), l-awtorità fl-Istat tar-reat li hija responsabbli għat-trattament tar-reati koperti minn din id-Direttiva għandha tibgħat notifika tar-reat lid-detentur. In-notifika għandha ssegwi l-mudell mogħti fl-Anness.

2.   In-notifika tar-reat għandha, bħala minimu , ikollha s-suġġett tan-notifika, l-isem tal-awtorità responsabbli mill-infurzar tal-pieni finanzjarji, l-isem tal-awtorità kompetenti mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u deskrizzjoni tad-dettalji relevanti tar-reat in kwistjoni. Għandha tispeċifika l-ammont tal-piena finanzjarja, l-eħfef proċeduri ta' ħlas, id-data sa meta irid isir il-pagament, il-possibilitajiet ta' kontestazzjoni tal-bażi għall-ħruġ tan -notifika tar-reat u ta' appell kontra deċiżjoni li timponi piena finanzjarja, u l-proċedura li għandha tiġi segwita f'każ ta' tilwima jew appell.

3.     Kull piena finanzjarja imposta skont din id-Direttiva għandha tkun non-diskriminatorja f'sens ta' nazzjonalità u għandha tkun imposta skont il-liġi tal-Istat tar-reat.

4.   In-notifika tar-reat għandha tgħarraf lid-detentur illi hu mitlub minnu li jimla l-formola ta' risposta fi żmien speċifikat jekk ma jkunx beħsiebu jħallas il-piena finanzjarja. Għandha wkoll tgħarraf lid-detentur illi kull rifjut ta' ħlas għandu jiġi kkomunikat lill-awtorità tal-Istat tar-residenza tiegħu li tkun kompetenti għall-infurzar tad-deċiżjoni.

5.     In-notifika ta' reat għandha tinnotifika lid-detentur illi d-data personali tiegħu se tkun ittrattata skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u għandha tindikalu jeddijietu għal dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess, il-korrezzjoni u t-tħassir, kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva.

6.     Jekk kemm-il darba d-detentur ma kienx is-sewwieq fil-mument tat-twettiq tar-reat, id-detentur għandu jagħti d-dettalji tal-identità tas-sewwieq skont il-liġi tal-Istat tar-residenza. Dan ma għandux jgħodd fejn ikun hemm ftehim bejn żewġ Stati Membri jew aktar maħsub biex jittratta l-problemi li joħorġu mill-implimentazzjoni ta' dan l-artikolu.

7.   In-notifika ta' reat għandha tiġi kkomunikata lid-detentur fl-ilsien jew fl-ilsna uffiċjali tal-Istat tar-residenza, kif speċifikat minn dan l-Istat.

8.   Il-Kummissjoni tista' tadatta l-mudell għan-notifika ta' reat biex tqis u tkopri l-iżviluppi tekniċi li jkunu saru. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi tekniċi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

9.     Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva ma għandha tingħata l-ebda piena finanzjarja għal reat kommess qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Artikolu 7

Persegwiment ta' infrazzjonijiet tat- traffiku tat-triq

1.     Kulfejn il-piena finanzjarja ma tkunx tħallset u l-proċeduri pertinenti li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta' tilwima jew appell ikunu ġew eżawriti, id-Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/JHA għandha tapplika għal dak li għandu x'jaqsam mal-pieni finanzjarji imsemmijin fl-Artikolu 1 ta' dik id-Deċiżjoni Qafas.

2.     Fil-każijiet ta' nuqqas ta' ħlas kif imsemmiji fil-paragrafu 1, imma għal dak li għandu x'jaqsam mal-pieni finanzjarji li ma jidħlux fl-ambitu ta' dik id-Deċiżjoni Qafas, l-awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat għandha tittrażmetti d-deċiżjoni aħħarija lill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza sabiex tiġi infurzata l-piena fianzjarja.

Artikolu 8

Għarfien u infurzar ta' pieni finanzjarji

1.     L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha, mingħajr ħtieġa ta' ebda formalità oħra, tagħraf deċiżjoni amministrattiva aħħarija li timponi piena finanzjarja u li tkun ġiet trażmessa lilha skont l-Artikolu 7(2) u, mingħajr dewmien, għandha tieħu kull pass meħtieġ biex tinfurzaha, ħlief fejn tiddeċiedi li tinvoka wieħed mill-kriterji li ġejjin għan-nuqqas ta' għarfien jew għan-nuqqas ta' infurzar:

a)

il-liġi tal-Istat tar-residenza tipprovdi għal immunità li tagħmel l-infurzar tad-deċiżjoni impossibbli;

b)

il-persuna kkonċernata ma tkunx ġiet mgħarrfa bil-jedd tagħha għall-appell u l-iskadenza biex isir tali appell.

2.     L-infurzar ta' deċiżjoni li timponi l-piena finanzjarja mill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat tar-residenza bl-istess mod bħalma hi piena finanzjarja fl-Istat tar-residenza.

3.     L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza dwar kull deċiżjoni jew miżura li xxekkel l-l-infurzar tad-deċiżjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha twaqqaf l-infurzar tad-deċiżjoni malli tiġi mgħarrfa b'dik id-deċiżjoni jew miżura mill-Istat tar-reat.

Artikolu 9

It-tagħrif trażmess mill-Istat tar-residenza

L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat bi kwalunkwe mezz bil-kitba dwar dan li ġej:

a)

it-trażmissjoni tad-deċiżjoni lill-awtorità kompetenti;

b)

kull deċiżjoni li tittieħed biex ma tiġix infurzata deċiżjoni oħra flimkien mar-raġunijiet li jiġġustifikaw tali deċiżjoni;

c)

l-infurzar tad-deċiżjoni malli tkun tlestiet;

Artikolu 10

Awtoritajiet ċentrali

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ċentrali biex tgħin fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

2.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, sa sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet ċentrali maħturin skond dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 11

Id-dritt ta' aċċess, korrezzjoni u tħassir

1.   Bla ħsara għad-drittijiet tas-suġġetti ta' dejta taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali skond l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE, kull persuna għandu jkollha d-dritt li tirċievi notifika tad-dejta personali tagħha rreġistrata fl-Istat tar-residenza li tkun ġiet trażmessa lill-Istat Membru li talabha.

2.   Bla ħsara għall-konformità mar-rekwiżiti proċedurali tal-mekkaniżmi ta' appell u rikors tal-Istat Membru kkonċernat, kull persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni ta' kull dejta personali impreċiża, jew it-tħassir immedjat ta' kull dejta li tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali.

3.   Is-suġġetti ta' dejta jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 2 quddiem l-awtorità ċentrali tal-Istat tar-residenza tagħha.

Artikolu 12

Tagħrif għas-sewwieqa fl-Unjoni Ewropea

1.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa biex jipprovdu lill-utenti tat-toroq bit-tagħrif meħtieġ dwar il-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva. Dan it-tagħrif jista' jingħadda permezz, fost organizzazzjonijiet oħrajn, tal-entitajiet tas-sikurezza fit-toroq, ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq jew ta' klabbs tal-karozzi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-regoli dwar il-limiti tal-veloċità jkunu jidhru fuq sinjali mqegħdin f'kull awtostrada li taqsam il-fruntieri tagħhom.

2.     Fis-sit web tagħha il-Kummissjoni għandha tqiegħed ġabra fil-qosor tar-regoli fis-seħħ fl-Istati Membri fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Kapitolu III

Il-proċedura tal-kumitat

Artikolu 13

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat dwar l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 14

Reviżjoni u rappurtaġġ

1.     Sa …  (8) , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri u dwar l-effettività tagħha f'dak li huwa l-għan li jitnaqqas l-għadd ta' mwiet fit-toroq tal-UE.

2.     Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis kif l-ambitu ta' din id-Direttiva jista' jitwessa' biex ikopri infrazzjonijiet oħrajn tat-traffiku tat-triq.

3.     Fl-istess rapport il-Kummissjoni għandha tressaq proposti dwar l-armonizzazzjoni tat-tagħmir ta' verifika abbażi ta' kriterji u proċeduri ta' verifika komunitarji tas-sikurezza fit-toroq.

4.     Fir-rapport il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll kif l-Istati Membri jkunu, fuq bażi volontarja, implimentaw il-linji gwida għall-UE kollha dwar is-sikurezza fit-toroq msemmijin fl-Artikolu 3 u għandha tqis jekk dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu f'dawk il-linji gwida għandhomx isiru tassattivi. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta li temenda din id-Direttiva.

Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 15

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara li tkun daħlet fis-seħħ. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17

Indirizzi

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C …

(2)   ĠU C 310, 5.12.2008, p. 9.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008.

(4)  ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16.

(5)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċinturini tas-sigurtà f'vetturi ta' inqas minn 3.5 tunnellati (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26) ║.

(8)   Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS

FORMOLA għan-notifika ta' reat

imsemmija fl-Artikolu 6

[PAĠNA TA' QUDDIEM]

[Isem, indirizz u numru tat-telefown tal-awtorità li tibgħat il-formola] [Isem u indirizz tad-destinatarju]

notifika

ta' reat tat-traffiku imwettaq fi …[isem l-Istat Membru fejn sar ir-reat]

[it-test ta' hawn fuq jidher fuq din il-paġna ta' quddiem fl-ilsna kollha uffiċjali tal-UE]

Paġna 2

Fi [data …], reat tat-traffiku bil-vettura bin-numru ta' reġistrazzjoni …

marka …, mudell … ġie rreġistrat minn …[isem l-awtorità responsabbli].

Inti mniżżel/mniżżla bħala d-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tal-vettura hawn fuq imsemmija.

Id-dettalji relevanti tar-reat jingħataw fil-paġna 3 ta' dan id-dokument.

L-ammont tal-penali finanzjarja għal dan ir-reat huwa ta' EUR/munita nazzjonali …

L-iskadenza għall-ħlas ta' din il-penali hija …

Jekk ma tħallasx din il-penali finanzjarja, inti obbligat(a) li timla l-formola ta' tweġiba mehmuża (paġna 4) u tibgħatha fl-indirizz muri. Din il-formola ta' tweġiba għandha tkun trażmessa mill-[awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat] lill-[awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza] biex tiġi nfurzata d-deċiżjoni tas-sanzjoni .

TAGĦRIF

Dan il-każ se jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti fl-Istat fejn seħħ ir-reat.

Jekk ma jingħatax segwitu għal dan il-każ, inti tiġi mgħarraf sa 60 jum minn meta tiġi rċevuta l-formola ta' tweġiba.

Jekk jingħata segwitu għal dan il-każ, tapplika l-proċedura li ġejja:

[dan l-ispazju għandu jimtela mill-Istat fejn sar ir-reat — għandu jindika l-proċedura li jkun imiss, flimkien ma' dettalji dwar il-possibbiltà u l-proċedura ta' appell kontra d-deċiżjoni li jingħata segwitu għall-każ. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu f'kull każ: l-isem u l-indirizz tal-awtorità responsabbli għat-trattament tal-każ; l-iskadenza għall-ħlas; l-isem u l-indirizz tal-organu ta' appell ikkonċernat; l-iskadenza għall-appell].

PAĠNA 3

Id-dettalji rilevanti tar-reat

(a)

Informazzjoni dwar il-vettura li biha sar ir-reat

Numru ta' reġistrazzjoni:

Pajjiż ta' reġistrazzjoni:

Marka u mudell:

(b)

Informazzjoni dwar ir-reat

Il-post, id-data u l-ħin tar-reat:

In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat:

eċċess ta' veloċità, sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas ta' użu taċ-ċinturin tas-sikurezza jew ta' sistema għat-trażżin tat-tfal, il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku (1)

Deskrizzjoni dettaljata tar-reat:

Referenza għad-dispożizzjoni(jiet) ġurdiċi rilevanti:

Deskrizzjoni tal-provi tar-reat jew referenza għalihom:

(c)

Informazzjoni dwar it-tagħmir li ntuża għar-reġistrazzjoni tar-reat (2)

Tip ta' tagħmir għar-reġistrazzjoni tal-eċċess ta' veloċità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku jew in-nuqqas ta' użu taċ-ċinturin tas-sikurezza (1):

Speċifikazzjoni tat-tagħmir:

Nru ta' identifikazzjoni tat-tagħmir:

Skadenza tal-aħħar kalibrazzjoni tat-tagħmir:

(d)

Ir-riżultat tal-applikazzjoni tat-tagħmir

[eżempju għall-eċċess ta' veloċità; għad iridu jiżdiedu r-reati l-oħra:]

Il-veloċità massima:

Il-veloċità mkejla:

Il-veloċità mkejla kkoreġuta skond il-marġni ta' żball:

PAĠNA 4

Formola ta' tweġiba

(jekk jogħġbok imla l-formola b'ittri kapitali u immarka l-għażla applikabbli)

A.   Identità tas-sewwieq:

Int kont is-sewwieq tal-vettura fil-mument li fih twettaq ir-reat

(iva/le)

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti t-tagħrif mitlub:

Kunjom u isem:

Il-post u d-data tat-twelid:

Numru tal-liċenzja tas-sewqan:… ikkunsinnata … u (fejn):

Indirizz:

Jekk int ma kontx is-sewwieq tal-vettura fil-mument li fih twettaq ir -reat, tista' tindika l-identità tas-sewwieq

(iva/le)

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti t-tagħrif mitlub dwar is-sewwieq:

Kunjom u isem:

Post u data tat-twelid:

Numru tal-liċenzja tas-sewqan : … mogħtija (meta): … u (fejn) :

Indirizz:

B.   Lista ta' mistoqsijiet:

(1)

Il-vettura, marka … numru ta' reġistrazzjoni … hija rreġistrata f'ismek?

iva/le

Jekk le, sid(t) iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni huwa/hija:

(kunjom, isem, indirizz)

(2)

Tammetti li kkommettejt ir-reat?

iva/le

(3)

Jekk ma tammettix dan, u jekk tirrifjuta li tikxef l-identità tas-sewwieq , jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet tiegħek:

Jekk jogħġbok, ibgħat il-formola mimlija sa 60 jum mid-data ta' din in-notifika lill-awtorità li ġejja:

fl-indirizz li ġej:


(1)  Ħassar dak li ma japplikax.

(2)  Mhux applikabbli jekk ma jkun intuża l-ebda tagħmir.


Il-Ħamis, 18 ta’ Diċembru 2008

23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/163


Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

P6_TA(2008)0619

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0732 — C6-0393/2008 — 2008/2317(ACI))

(2010/C 45 E/49)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0732 — C6-0393/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punti 26 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0474/2008),

1.   Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) biex turi s-solidarjetà tagħha mal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn katastrofi.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-ammont annwali massimu ta' EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)

Ċipru ppreżenta talba għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta' diżastru kkawżat minn nixfa.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 7 605 445 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strażburgu, 18 ta' Diċembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/164


Il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità

P6_TA(2008)0620

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità, f'konformità mal-punt 27 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0833 — C6-0466/2008 — 2008/2321(ACI))

(2010/C 45 E/50)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0833 — C6-0466/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA), u b'mod partikulari l-punt 27 tagħha,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2008,

wara li kkunsidra r-riżultati tat-trijalogu tal-4 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0493/2008),

A.

billi l-Parlament Ewropew jappoġġja bil-qawwa l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tinħoloq faċilità ġdida għal rispons rapidu għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (il-“Faċilità tal-Ikel”), li l-idea għaliha kienet ukoll ġiet approvata mill-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2008,

B.

billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, qablu fuq l-iffinanzjar tal-“Faċilità tal-Ikel” għal ammont totali ta' EUR 1 biljun mifrux fuq tliet snin,

C.

billi l-proposta tal-bidu tal-Kummissjoni kienet taħseb għall-finanzjament tal-“Faċilità tal-Ikel” mill-marġni tal-intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF), imma din l-istrateġija ġiet miċħuda kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill,

D.

billi l-Parlament Ewropew qies li l-aktar soluzzjoni xierqa kellha tkun ir-reviżjoni tal-limitu massimu tal-intestatura 4 tal-MFF, iżda l-Kunsill ċaħad din l-għażla,

E.

billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fl-aħħar qablu li jiffinanzjaw il-“Faċilità tal-Ikel” permezz tal-aħjar kombinazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità, ir-Riserva tal-Għajnuna għall-Emerġenza u l-allokazzjoni mill-ġdid fl-intestatura 4 mill-Istrument għall-Istabilità,

F.

billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu li l-Istrument tal-Flessibilità għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-“Faċilità tal-Ikel” permezz tal-mobilizzazzjoni ta' total ta' EUR 420 miljun għall-baġit tal-2009, mis-EUR 730 miljun disponibbli skont dan l-istrument,

G.

billi din hija t-tieni sena wara l-oħra li dan l-istrument intuża fit-tliet snin tal-eżistenza legali tat-IIA,

H.

billi dan juri kemm kienet imsejjsa tajjeb l-insistenza tal-Parlament Ewropew għal tip ta' strument bħat-IIA b'karatteristiċi bħal dawn, l-aktar il-possibilità li l-fondi mhux utilizzati jkunu jistgħu jiġu trasferiti għas-snin ta'wara, minkejja r-reżistenza ta' bosta Stati Membri,

I.

billi dan juri wkoll, kif turi l-ħtieġa rikorrenti li jiġu utilizzati mekkaniżmi eċċezzjonali oħrajn biex jilqgħu għal sitwazzjonijiet imprevisti urġenti, li hemm problema persistenti li l-fondi disponibbli fil-limiti ta' ċerti intestaturi fl-MFF mhumiex biżżejjed, l-aktar fl-intestatura 4,

1.   Jilqa' l-ftehima milħuqa waqt il-konċiljazzjoni dwar l-użu tal-Istrument tal-Flessibilità favur il-“Faċilità tal-Ikel” għal ammont totali ta' EUR 420 miljun għall-baġit tal-2009;

2.   Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.   Itenni, madankollu, li hu mħasseb dwar il-fatt li l-intestatura 4 ilha taħt pressjoni permanenti minħabba l-marġni limitat disponibbli, li jwassal għall-mobilizzazzjoni merġugħa tal-mekkaniżmi tal-flessibilità taħt din l-intestatura sabiex ikun hemm rispons għal sitwazzjonijiet imprevisti urġenti; jitlob li ssir evalwazzjoni bir-reqqa tal-ħtieġa li jiżdiedu l-ammonti disponibbli taħt din l-intestatura sabiex ikun jista' jseħħ l-iżvilupp bla diffikultà ta' attivitajiet programmabbli fit-tul f'dan il-qasam u b'hekk tiġi żgurata l-kapaċità tal-Unjoni li tagħti s-sehem sħiħ tagħha bħala protagonista globali fix-xena internazzjonali;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti għall-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità f'konformità mal-punt 27 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tagħha,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu li jimmobilizzaw l-Istrument tal-Flessibilità sabiex jikkomplementaw il-finanzjament tal-baġit 2009, lil hinn mil-limiti massimi tal-intestatura 4, ta' EUR 420 miljun għall-finanzjament tal-faċilità għal rispons rapidu għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, l-Istrument tal-Flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 420 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji.

Dak l-ammont għandu jintuża sabiex jikkomplementa l-finanzjament tal-faċilità għal rispons rapidu għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-intestatura 4.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, … 18 ta' Diċembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/167


Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 10/2008

P6_TA(2008)0621

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 10/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III — Kummissjoni (16264/2008 — C6-0461/2008 — 2008/2316(BUD))

(2010/C 45 E/51)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38,

Wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, adottat definittivament fit-13 ta' Diċembru 2007 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 11/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-7 ta' Novembru 2008 (COM(2008)0731),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2008, li l-Kunsill stabbilixxa fis-27 ta' Novembru 2008 (16264/2008 — C6-0461/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0481/2008),

A.

billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10 tal-Baġit Ġenerali 2008 jkopri dawn li ġejjin:

mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni tal-UE għal ammont ta' EUR 7,6 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas wara nixfa serja f'Ċipru,

tnaqqis korrispondenti f'approprjazzjonijiet ta' ħlas ta' EUR 7,6 miljun mill-linja baġitarja 13 04 02 — Fond ta' Koeżjoni,

B.

billi l-iskop tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2008 huwa d-dħul formali ta' dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit tal-2008,

C.

billi l-Kunsill adotta Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 11/2008 bħala Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2008, wara t-tħassir tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 8/2008,

1.   Jieħu nota tal-Abbozz Preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 11/2008;

2.   Japprova l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2008 bla emendi;

3.   Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 71, 14.3.2008.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/168


Abbozz tal-baġit ġenerali 2009 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha)

P6_TA(2008)0622

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha) (16257/2008 — C6-0457/2008 — 2008/2026(BUD)) u Ittri ta' Emenda 1/2009 (SEC(2008)2435 — 13702/2008 — C6-0344/2008), 2/2009 (SEC(2008)2707 — 16259/2008 — C6-0458/2008) u 3/2009 (SEC(2008)2840 — 16260/2008 — C6-0459/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009

(2010/C 45 E/52)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tas-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-17 ta' Lulju 2008 (C6-0309/2008),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III — Kummissjoni (C6-0309/2008) u l-Ittra ta' emenda Nru 1/2009 ((SEC(2008)2435 — 13702/2008 — C6-0344/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew, Taqsima II — Il-Kunsill, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI — Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (C6-0309/2008) (5),

wara li kkunsidra l-Ittri ta' emenda Nru 2/2009 (SEC(2008)2707 — 16259/2008 — C6-0458/2008) u 3/2009 (SEC(2008)2840 — 16260/2008 — C6-0459/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009,

wara li kkunsidra l-emendi tiegħu u l-modifiki proposti tat-23 ta' Ottubru 2008 għall-abbozz tal-baġit ġenerali,

wara li kkunsidra l-modifiki tal-Kunsill għall-emendi u l-modifiki proposti adottati mill-Parlament għall-abbozz tal-baġit ġenerali (16257/2008 — C6-0457/2008),

wara li kkunsidra r-riżultati tal-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-baġit tal-21 ta' Novembru 2008, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet annessi ma' din ir-riżoluzzjoni,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kunsill dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tiegħu dwar l-emendi u l-modifiki proposti adottati mill-Parlament fl-abbozz tal-baġit ġenerali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0486/2008),

Kwistjonijiet ewlenin — ir-riżultat tal-konċiljazzjoni, figuri globali u ittri ta' emenda

1.   Ifakkar fil-prijoritajiet politiċi tiegħu għall-Baġit 2009 kif kien stipulat fil-bidu fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-24 ta' April 2008 dwar l-Istrateġija Politika Annwali tal-Kummissjoni għall-2009 (6) u dwar il-qafas u l-prijoritajiet baġitarji għall-2009 (7) u mbagħad żviluppati b'mod ulterjuri fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-baġit 2009: L-ewwel riflessjonijiet dwar l-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2009 u l-mandat għall-konċiljazzjoni, Taqsima III — Kummissjoni (8); jisħaq li dawn il-prijoritajiet politiċi, kif finalment ġew espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III — Kummissjoni, kienu l-prinċipji ta' gwida għall-approċċ tiegħu għall-konċiljazzjoni baġitarja mal-Kunsill għall-Baġit 2009;

2.   Jilqa' l-ftehima globali dwar il-Baġit 2009, milħuqa fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni baġitarja tradizzjonali mal-Kunsill fil-21 ta' Novembru 2008, speċjalment fir-rigward tal-iffinanzjar tal-Faċilità tal-Ikel; jinsab madankollu estremament imħasseb dwar l-effetti possibbli ta' reċessjoni fuq iċ-ċittadini Ewropej u jisgħobbih, għalhekk, li waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni, il-Kummissjoni sabitha bi tqila li tagħti kwalunkwe informazzjoni dwar l-impatt baġitarju possibbli tal-proposta tagħha li għad trid issir dwar il-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika;

3.   Jieħu nota tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 lill-Kunsill Ewropew bl-isem “Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku” (COM(2008)0800) u:

jiġbed l-attenzjoni li jekk dan il-pjan jiġi approvat se jkollu impatt sinifikanti fuq il-Baġit 2009 u jitlob lill-Kummissjoni biex tiċċara iktar dan l-impatt billi tagħti lill-Parlament Ewropew, bħala wieħed mill-komponenti tal-awtorità baġitarja, iktar dettalji dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta tagħha u figuri konkreti dwar l-implimentazzjoni tagħha, b'mod partikulari fir-rigward tal-ipprogrammar finanzjarju;

jimpenja ruħu biex janalizza l-implikazzjonijiet baġitarji relatati u jtenni l-impenn tal-Parlament u tal-Kunsill, kif dikjarat fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni, li jirreaġixxu bil-mezzi finanzjarji xierqa għall-kriżi ekonomika kurrenti;

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex iħejju rapporti b'mod regolari dwar l-attivitajiet tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika;

4.   Jesprimi r-rieda qawwija tiegħu sabiex jidħol f'negozjati mal-Kunsill fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) 2007-2013 għal EUR 5 biljuni fil-qafas tal-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropej propost, jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2008 f'dan ir-rigward;

5.   Jinsisti li l-kriżi kurrenti m'għandhiex tintuża bħala skuża biex tittardja l-orjentazzjoni mill-ġdid tant meħtieġa tal-infiq lejn investimenti ekoloġiċi, imma għandha tintuża bħala inċentiv supplimentari biex isir aktar progress b'din l-orjentazzjoni mill-ġdid;

6.   Itenni f'dan il-kuntest l-importanza tar-reviżjoni baġitarja ppjanata għall-2009, li ma għandhiex tkun illimitata għall-viżjoni teoretika ta' kif il-baġit jista' jkun wara l-2013, iżda għandha tinkludi proposti ċari għall-bidla fl-ipprogrammar, fil-perjodu tar-reviżjoni intermedja, tal-programmi pluriennali biex jirreaġixxu għall-kriżi attwali, billi jiġu kkunsidrati l-isfidi maħluqa bil-bidla fil-klima;

7.   Itenni li l-inizjattivi għall-iżvilipp sostenibbli, għall-iżvilupp fl-impjiegi u l-appoġġ għall-SMEs u għar-riċerka u l-innovazzjoni huma tal-akbar importanza fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti u jridu jkunu l-ogħla prijorità riflessa fil-baġit għall-2009 tal-Unjoni; ma' dan l-isfond, iqis li l-appoġġ għall-koeżjoni fost ir-reġjuni jrid jitqies bħala fattur ewlieni biex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni kollha; iqis li hija essenzjali li d-determinazzjoni politika għall-progress fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u sabiex iċ-ċittadini jkollhom Ewropa aktar sikura, issir ukoll prijorità baġitarja, li barra minn dan għandha tkun viżibbli b'mod ċar fil-baġit tal-UE; jisħaq li, fl-2009 u fis-snin li ġejjin, l-Unjoni trid tkun f'pożizzjoni li tissodisfa l-irwol tagħha bħala attur globali speċjalment fl-isfidi reċenti bħal ma huma l-prezzijiet dejjem telgħin tal-ikel;

8.   Jappoġġja l-Ittra ta' emenda Nru 1 għall-abbozz tal-baġit preliminari (PDB) tal-2009, b'mod partikolari minħabba li tidher li tagħti stampa iktar realistika tal-bżonnijiet fl-intestatura 4 mill-PDB; jieħu nota tal-Ittra ta' emenda Nru 2/2009 fl-aspetti tradizzjonali tagħha li taġġorna l-figuri bażiċi tal-istima tal-ispiża agrikola fil-PDB; jieħu nota tal-Ittra ta' emenda Nru 3/2009 li għandha l-għan li tkopri — fil-baġit tal-Kunsill — l-ispiża (EUR 1,06 miljun) tal-grupp ta' riflessjoni mwaqqaf mill-Kunsill Ewropew fil-15-16 ta' Ottubru 2008;

9.   Fir-rigward tal-figuri globali, jiffissa l-livell finali tal-approprjazzjonijiet tal-impenn għal EUR 133 846 miljun ekwivalenti għal 1,03 %tal-GNI tal-UE; jiffissa l-livell globali tal-pagamenti għal EUR 116 096 miljun, ekwivalenti għal 0,89 % tal-GNI tal-UE; jinnota li dan iħalli marġinu sinifikanti ta' EUR 7 762 miljun taħt il-limitu tal-pagamenti tal-MFF għall-2009; jissottolinja l-impenn konġunt taż-żewġ komponenti prinċipali tal-awtorità tal-baġit għall-provvediment immedjat ta' approprjazzjonijiet addizzjonali tal-ħlas, b'mod partikolari fil-każ li l-politiki strutturali jiġu implimentati aktar malajr matul is-sena baġitarja;

10.   Jista' jaċċetta l-livell ta' pagamenti miftiehem mal-Kunsill bħala parti mill-pakkett globali fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, imma madankollu jtenni t-tħassib dejjem jikber tiegħu dwar il-pagamenti baxxi u d-disparità sussegwenti bejn il-livell ta' impenji u dak ta' pagamenti, li fl-2009 se tilħaq livell li qatt ma kien hemm bħalu; jinnota li hemm ċertu periklu li l-baġits fil-ġejjieni ma jibqgħux realistiċi jekk dan l-iżvilupp ma jitwaqqafx; ifakkar li l-impenji globali mhux imħallsa (reste à liquider — RAL) fl-2007 diġà laħqu l-ammont ta' EUR 139 000 miljun;

11.   Jinnota li l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda (PDAB) 10/2008 (COM(2008)0693), adottat mill-Kummissjoni fil-31 ta' Ottubru 2008, inaqqas l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti fil-linji baġitarji mill-intestaturi 1a, 1b, 2, 3b u 4, b'total ta' EUR 4 891,3 miljun; jinnota li fl-istess ħin, it-talba tal-Kummissjoni għat-trasferiment globali għall-2008 tammonta għal total ta' EUR 631 miljun għal pagamenti meta mqabbla ma' EUR 426 miljun fis-sena baġitarja 2007, u tikkonċerna 95 linja baġitarja fl-2008 meta mqabbla ma' 65 linja baġitarja fit-trasferiment globali għall-Baġit 2007; jinsab konvint li dawn il-manuvri b'konnessjoni mal-pagamenti fil-Baġit 2008 se jkollhom effett b'mod neċessarju fuq il-livell meħtieġ ta' pagamenti fil-Baġit 2009;

12.   Għalhekk jagħti importanza kruċjali lid-disponibilità ta' approprjazzjonijiet ta' pagamenti ogħla permezz ta' baġits li jemendaw, jekk dawk li jkunu daħlu fil-Baġit 2009 ma jkunux biżżejjed, u jenfasizza l-impenji li saru fir-rigward ta' dan mit-tliet istituzzjonijiet fid-dikjarazzjoni konġunta relevanti kif miftiehem fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni;

13.   Jenfasizza l-importanza essenzjali tal-implimentazzjoni effettiva tal-baġit u tat-tnaqqis ta' impenji mhux imħallsa fid-dawl ta' dan il-livell ta' pagamenti globali verament modest; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu ħilithom biex jimplimentaw, b'mod partikolari, il-linji fl-intestatura 1b tal-MFF għax din is-sottointestatura mhux biss tiffinanzja għadd ta' linji politiċi u attivitajiet importanti mmirati lejn il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, imma wkoll tappoġġja l-inizjattivi għall-iżvilupp tal-impjiegi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku; jisħaq li t-titjib u l-miżuri ta' simplifikazzjoni huma meħtieġa sabiex l-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni tkun iżjed mgħaġġla u jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-qafas legali eżistenti, tipproċedi malajr bl-evalwazzjonijiet ta' konformità tagħha tas-sistemi tal-immaniġġjar u ta' kontroll tal-Istati Membri sabiex jiġi ffaċilitat il-bidu ta' proġetti ewlenin; jinnota bi tħassib kbir li l-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' evidenza, qieset xieraq li tnaqqas EUR 220 miljun mill-fondi għall-Bulgarija; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja lill-Bulgarija u lir-Rumanija fir-riformi tagħhom u biex kull tliet xhur tirrapporta lill-Parlament dwar il-problemi u l-irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea;

14.   Jinsisti biex il-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa kemm fil-livell politiku kif ukoll f'dak amministrattiv biex tagħmel segwitu konkret tad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, kif adottata fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni fil-21 ta' Novembru 2008; jimpenja ruħu biex qabel l-aħħar ta' Marzu 2009 jevalwa jekk sarx biżżejjed progress;

15.   Jilqa' l-ftehima dwar l-iffinanzjar ta' EUR 1 biljun fuq tliet snin għall-Faċilità tal-Ikel, milħuqa fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni; jinnota li parti mill-EUR 420 miljun se tkun iffinanzjata minn flus ġodda permezz tal-istrument tal-flessibilità, filwaqt li EUR 340 miljun se jiġu mir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza, parzjalment permezz ta' emenda għall-Punt 25 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA); jirrikonoxxi li l-EUR 240 miljun li jibqa' se jiġu organizzati mill-ġdid taħt l-Intestatura 4 imma jistenna lill-Kummissjoni li tippreżenta programm finanzjarju rivedut biex tiġi żgurata progressjoni xierqa tal-ammonti ppjanati sal-2013 minkejja dan l-eżerċizzju ta' organizzazzjoni mill-ġdid u jfakkar fl-impenn tal-Kummissjoni biex tippreżenta lill-awtorità baġitarja evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Intestatura 4, akkumpanjata, jekk ikun neċessarju, bil-proposti relevanti, matul l-2009, billi tiġi kkunsidrata l-evoluzzjoni politika kif ukoll l-attwazzjoni baġitarja;;

16.   Itenni t-twemmin tiegħu li l-miżuri dwar il-bidla fil-klima għadhom mhumiex inklużi b'mod sodisfaċenti fil-baġit tal-UE u bi ħsiebu jappoġġja l-isforzi kollha biex jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji u biex dawn jikkonċentraw fuq it-tisħiħ tat-tmexxija Ewropea fit-trattament tal-konsegwenzi tal-bidla fil-klima; itenni l-istedina tiegħu fl-ewwel qari lill-Kummissjoni biex tippreżenta, sal-15 ta' Marzu 2009, pjan ambizzjuż biex tittejjeb il-kapaċità baġitarja fit-trattament tal-kwistjonijiet marbuta mal-bidla fil-klima; jixtieq jirrifletti b'mod serju dwar jekk l-Iskema tal-Kummerċ tal-Emissjonijiet (ETS) fil-ġejjieni tistax titqies bħala riżors potenzjali fil-livell tal-UE;

17.   Jenfasizza li l-Baġit 2009 jsaħħaħ is-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE kemm permezz tat-tisħiħ tal-azzjonijiet u l-politika relatati li prinċipalment jikkonċernaw il-kompetittività, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (l-SMEs), it-trasport u s-sigurtà tal-enerġija kif ukoll permezz tas-sigurtà tal-fruntieri esterni;

18.   Ħa nota tal-Ittra ta' Implimentabilità tal-Kummissjoni rigward l-emendi għall-abbozz tal-baġit adottat mill-Parlament fl-ewwel qari; iqis li mhijiex aċċettabbli li l-Kummissjoni ppreżentat dan id-dokument fi stadju tant tard fil-proċedura, b'hekk wasslet biex dan id-dokument ikun ferm inqas utli milli seta' kien; jinsisti li bosta kwistjonijiet politiċi importanti jeħtieġu viżibilità xierqa fil-baġit tal-Unjoni; jiddeċiedi li joħloq linji baġitarji ġodda dwar il-bidla fil-klima, dwar l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA), dwar l-istrument finanzjarju għall-adattament tal-flotta tas-sajd għall-konsegwenzi ekonomiċi tal-prezzijiet tal-fjuwil, dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Baħar Baltiku u dwar l-għajnuna għar-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-Ġeorġja; iddeċieda li fit-tieni qari tal-baġit iqis ftit mill-kummenti tal-Kummissjoni; madankollu se jżomm mad-deċiżjonijiet tal-ewwel qari tiegħu speċjalment f'dawk il-każijiet li fihom għadda biżżejjed ħin u sar biżżejjed sforz fi stadju iktar bikri dwar l-evalwazzjoni ta' kif l-emendi tal-Parlament jistgħu jiġu implimentati bl-aħjar mod, kif kien il-każ bil-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji;

19.   Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-preżentazzjoni tad-dokumenti tagħha għall-ipprogrammar finanzjarju u jixtieq jenfasizza għal darba oħra li, fil-ġejjieni, huwa jistenna li jara t-tibdiliet kollha li tkun għamlet il-Kummissjoni fl-ipprogrammar finanzjarju tagħha riflessi b'mod ċar fid-dokumenti tal-ipprogrammar li jridu jiġu ppreżentati bi qbil mal-Punt 46 tat-Taqsima IIA;

20.   Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligi tagħhom fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet maniġerjali nazzjonali tagħhom skont il-Punt 44 tat-Taqsima IIA; ifakkar lill-Kummissjoni wkoll dwar ir-responsabilitajiet tagħha f'dak il-kuntest, speċjalment fir-rigward tal-appoġġ politiku tagħha li hija impenjat ruħha li tagħti għall-inizjattiva, iżda li s'issa għadu ma mmaterjalizzax ruħu;

21.   Itenni li t-tnaqqis fil-linji ta' spiża amministrattiva ta' ċertu programmi pluriennali, li l-awtorità baġitarja ddeċidiet dwarhom għall-2009, ma jista taħt l-ebda ċirkustanza jwassal għal tnaqqis fil-pakketti globali deċiżi b'mod konġunt tal-programmi kkonċernati; iqis b'mod ċar li l-Kummissjoni għandha tikkumpensa għall-ammonti mnaqqsa fis-snin lejn l-aħħar tal-perjodu tal-programm, preferibilment dwar il-linji operattivi tal-programmi;

Kwistjonijiet speċifiċi

L-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

22.   Rigward l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu meħuda fil-Baġit 2008 li l-EIT jiġi inkluż fil-qasam tal-politika “Riċerka” u li l-istruttura li tmexxi, minħabba n-natura amministrattiva tagħha, tiġi ffinanzjata taħt l-Intestatura 5 tal-MFF; jiddeċiedi li jibdel in-nomenklatura kif ikun xieraq;

Skema għal frott fl-iskola

23.   Jiddeplora l-fatt li, għat-tieni sena konsekuttiva, il-Kunsill irrifjuta l-proposta tal-Parlament għal emenda rigward il-ħolqien ta' linja ġdida 05 02 08 12 — Skema għal frott fl-iskola; jilqa' madankollu, il-ftehima politika tal-Kunsill dwar il-bażi legali għal programm bħal dan; jistenna li l-programm jibda hekk kif il-bażi legali tiġi adottata u f'biżżejjed żmien għas-sena skolastika 2009/2010, kif intalab mill-Parlament Ewropew u kif qabel il-Kunsill fil-qbil politiku tiegħu; għalhekk, jiddispjaċih li l-Kunsill m'aċċettax il-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq partita simbolika (“p.m.”) fil-baġit;

Programm tal-ikel għall-persuni l-aktar neqsin mill-kumditajiet essenzjali fl-Unjoni Ewropea

24.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-finanzjament propost mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill biex jitjieb il-programm attwali tad-distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar neqsin mill-kumditajiet essenzjali fl-Unjoni permezz ta' żieda ta' żewġ terzi fil-baġit għal madwar EUR 500 miljun għall-2009 u permezz ta' żieda fil-firxa tal-prodotti li jistgħu jiġu pprovduti;

Il-Politika ta' Komunikazzjoni

25.   Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' konsistenza u koerenza evidenti b'mod regolari fil-miżuri ta' komunikazzjoni mill-Kummissjoni; jixtieq li jkun hemm livell adegwat ta' armonizzazzjoni fil-preżentazzjoni tal-politika ta' komunikazzjoni bil-għan li tiġi żviluppata marka kummerċjali rikonoxxibbli tal-UE biex tintuża fil-miżuri kollha ta' komunikazzjoni, irrelevanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni, j, li jiġu minnhom jilqa' f'dan il-kuntest id-dikjarazzjoni dwar il-karta Nikkomunikaw l-Ewropa Flimkien iffirmata fit-22 ta' Ottubru 2008 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni;

26.   Jenfasizza li fil-kuntest ta' din id-dikjarazzjoni konġunta, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni identifikaw il-kampanja informattiva dwar l-Elezzjonijiet Ewropej tal-2009 bħala l-prijorità prinċipali ta' komunikazzjoni interistituzzjonali u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkopera bis-sħiħ fil-kampanja tal-Elezzjonijet Ewropej tal-2009, ukoll billi talloka r-riżorsi finanzjarji xierqa għal din il-prijorità interistituzzjonali;

Intestatura 4

27.   Jesprimi d-dispjaċir tiegħu li, għal darba oħra, l-Intestatura 4 kienet taħt pressjoni kontinwa għax il-marġini disponibbli tagħha mhumiex biżżejjed biex jiffinanzjaw il-prijoritajiet li ħarġu matul is-sena mingħajr ma jkunu mhedda l-prijoritajiet tradizzjonali tagħha; itenni t-tħassib tiegħu li l-fondi disponibbli f'din l-intestatura, kif inhuma bħalissa, ma jippermettux lill-Unjoni tieħu l-irwol ta' attur globali minkejja d-dikjarazzjonijiet varji tagħha dwar din l-intenzjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex ma tużax l-Istrument ta' Flessibilità jew ir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għall-attivitajiet previsti u programmabbli fuq firxa ta' żmien u jistenna li r-reviżjoni kontinwa intermedja tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali tipprovdi riżorsi addizzjonali għall-impenji dejjem jikbru taħt l-intestatura 4;jibża' li l-kredibilità tal-Unjoni f'pajjiżi terzi tista' tmur għall-agħar b'mod irrevokabbli jekk, sena wara l-oħra, l-awtorità baġitarja ma tkunx kapaċi tipprovdi l-iffinanzjar adegwat għall-impenji politiċi tagħha;

28.   Jinnota bi tħassib li l-approprjazzjonijiet għal impenji għall-Palestina fl-2009 se jammontaw għal EUR 300 miljun, li jirrappreżentaw tnaqqis ta' 21 % meta mqabbla mal-livell ta' fondi immirati fl-2008 wara t-trasferimenti; għalhekk huwa konxju li probabilment il-Kummissjoni se tippreżenta talbiet għal trasferimenti matul l-2009 biex jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għall-Palestina, u jfakkar it-talba tiegħu għal proposti sodi u realistiċi matul il-proċeduri baġitarji sabiex kemm jista' jkun jiġu evitati t-trasferimenti bejn il-kapitoli;

29.   Jinnota li l-approprjazzjonijiet għall-għajnuna lill-Kosovo huma biżżejjed bl-eżatt biex ilaħħqu mar-riformi u l-investiment; ifakkar l-impenji varji tiegħu għall-għajnuna tal-UE fil-Kosovo li tkun immaniġġjata u implimentata kif suppostu fl-istess ħin jenfasizza l-bżonn ta' amministrazzjoni pubblika li taħdem tajjeb u d-dmirijiet pubbliċi jgħaddu f'idejn il-gvern tal-Kosovo kif ukoll għall-immaniġġjar u l-implimentazzjoni kif xieraq ta' dawn l-impenji; jinsisti kemm dwar segwitu xieraq tal-konklużjonijiet tar-rapport finali mill-ITF (Investigation Task Force, li temmet l-operat tagħha fl-aħħar ta' Awwissu 2008), kif ukoll dwar il-ħolqien ta' organizzazzjoni suċċessur għall-ġllieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet finanzjarji;

30.   Jilqa' l-fatt li l-Unjoni ddeċidiet li tikkontribwixxi għall-proċess ta' rikostruzzjoni fil-Ġeorġja u impenjat l-għajnuna finanzjarja tagħha għal dan l-għan b'allokazzjoni sa EUR 500 miljun fuq 3 snin, ibbażati fuq ċertu kundizzjonijiet politiċi; ifakkar l-intenzjoni tiegħu li jidentifika l-għajnuna tal-UE għall-Ġeorġja fl-Istrument Ewropew tas-Sħubija tal-Maġar (ENPI) fuq linja baġitarja separata u jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdilu b'mod regolari deskrizzjoni tal-fondi impenjati taħt strumenti varji bħala partijiet mill-allokazzjoni totali;

31.   Jinnota b'sodisfazzjoni li l-Unjoni impenjat ruħha biex tiġġieled il-prezzijiet tal-ikel li telgħin f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u li fl-aħħar intlaħaq ftehim dwar l-iffinanzjar ta' faċilità tal-ikel u li ġew żgurati l-komplementarjetà mal-Fond ta' Żvilupp Ewropew u l-viżibilità tal-assistenza tal-UE; madankollu jiddispjaċih li għal darba oħra, minħabba l-marġini limitati fl-Intestatura 4, parti mill-approprjazzjonijiet għall-iffinanzjar tal-faċilità tal-ikel tista' tinsab biss permezz ta' organizzazzjoni mill-ġdid fl-intestatura;

32.   Jinnota l-ammont dejjem ikbar ta' fondi tal-UE li qed jiġu mqassma permezz tal-organizzazzjonijiet internazzjonali; itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni tagħmel kull sforz biex tinkiseb kemm jista' jkun informazzjoni dwar il-verifiki esterni u interni tal-istituzzjonijiet u l-programmi li jirċievu fondi tal-UE;

33.   Jiddeċiedi li jżomm il-pożizzjoni tal-ewwel qari tiegħu fir-rigward tat-tħeġġiġ tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Torka f'Ċipru; jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ għall-eżumazzjoni, l-identifikazzjoni u r-ritorn tal-fdalijiet ta' persuni nieqsa f'Ċipru u jinpenja ruħu biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan;

Intestatura 5

34.   Iddeċieda li jirriserva ammont imnaqqas tal-ispiża amministrattiva tal-Kummissjoni (intestatura 5), b'mod partikolari fl-oqsma tal-ispiża tal-istaff u tal-bini, sakemm jitwettqu l-kundizzjonijiet miftehma; jemmen li, billi jitqies ix-xogħol tajjeb tal-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni mitluba s'issa, il-volum globali ta' dawn ir-riżervi għandu jkun maniġġibbli mil-lat operattiv waqt li, fl-istess ħin, jiġi żgurat il-fokus politiku biex jintlaħqu r-riżultati meħtieġa;

35.   Jerġa' jistabbilixxi għal kollox il-pożizzjoni tiegħu tal-ewwel qari fir-rigward tal-“istituzzjonijiet l-oħra”, inkluża d-deċiżjoni li jkun hemm it-tressiq 'il quddiem (frontloading) tal-ispiża tal-bini għall-2009; jenfasizza li dan l-approċċ, għalkemm iżid ċertu nefqiet (outlays) fil-futur qarib, huwa b'mod ċar aktar ekonomiku fuq tul ta' żmien twil għal min iħallas it-taxxi;

36.   Se jkompli jimmonitorja mill-qrib l-effetti tal-ħolqien ta' aġenziji eżekuttivi u tal-estensjonijiet li għadhom għaddejjin ta' dmirijiethom fuq dawk id-Direttorati Ġenerali ta' referenza tagħhom li kienu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi rilevanti qabel mal-aġenziji eżekuttivi ħadu fuqhom din ir-responsabilità; ħa nota tal-fatt li l-livelli għall-mili tal-pożizzjonijiet tal-istaff tal-aġenziji eżekuttivi diġà jaqbżu l-1300 fl-2009 u jistenna li l-Kummissjoni tirrikambja billi żżomm mal-previżjonijiet tagħha rigward in-numru ta' pożizzjonijiet vojta fid-Direttorati Ġenerali relevanti fl-2009;

37.   Jinnota bi tħassib is-sitwazzjoni ta' studenti attwali u futuri fl-iskejjel Ewropej fi Brussell li hi riżultat ta' dewmien fil-ftuħ tar-raba' skola f'Laeken u l-proċedura ta' reġistrazzjoni kurrenti li qed twassal għal ħinijiet ta' vjaġġar twal u inaċċettabbli għat-tfal; jistenna li l-Kummissjoni, f'koperazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-iskejjel Ewropej fi Brussell, ser tippreżenta proċedura ta' reġistrazzjoni riveduta sal-aħħar ta' Marzu 2009 bi kriterji objettivi u li jiftiehmu (inkluż ir-residenza prinċipali u aħwa li huma diġa reġistrati), li għandha tidħol fis-seħħ fil-perijodu ta' reġistrazzjoni li jmiss;

Ir-regolazzjoni tal-OLAF

38.   Jisħaq fuq il-bżonn li tissaħħaħ l-effiċjenza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tippreżenta karta ta' ħidma li tikkonċerna l-kjarifika tal-qafas legali tal-missjoni tal-OLAF fil-bidu tal-2009; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jippreżenta kalendarju dwar in-negozjati mal-Parlament rigward il-proposti tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 rigward l-investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (9);

Proġetti piloti u azzjonijiet preparatorji

39.   Dwar il-proġetti pilota (PP) u l-azzjonijiet preparatorji (PA), huwa jipproponi firxa ta' inizjattivi u proġetti innovattivi li jirrispondu għall-bżonnijiet reali taċ-ċittadini tal-Unjoni; iddeċieda jalloka l-ammont ta' EUR 124,4 miljun lil PP / PA għas-sena baġitarja 2009, li huwa taħt il-limitu globali ta' EUR 140 miljun għal proġetti/azzjonijiet bħal dawn, kif ġie miftiehem fit-Taqsima IIA;

40.   Iqis li l-pakkett finali ta' PP/PA adottat għall-2009 huwa bbilanċjat tajjeb u komprensiv u jistenna li l-Kummissjoni timplimenta l-proġetti bl-akbar kura u dedikazzjoni; jistenna li ma jkollux jaffaċċja f'daqqa ostakoli għall-implimentazzjoni tal-PP/PA miftiehma, meta jitqies ix-xogħol preparatorju eċċellenti li diġà sar fil-Parlament u l-Kummissjoni, imma wkoll bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, sa mill-preżentazzjoni tal-PDB fir-Rebbiegħa tal-2008;

41.   Jistenna li l-Kummissjoni tirrapporta wkoll dwar l-implimentazzjoni ta' dawk il-PP/PA proposti li ma ġewx inklużi fil-Baġit 2009, għax l-attivitajiet proposti huma meqjusa koperti minn bażi legali eżistenti; huwa lest jissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti u azzjonijiet taħt il-bażi legali rispettiva tagħhom waqt is-sena finanzjarja 2009;

Aġenziji deċentralizzati

42.   Iżomm il-pożizzjoni tiegħu tal-ewwel qari fir-rigward l-ilħuq tal-ammonti proposti kif kienu qabel fil-PDB għall-aġenziji deċentralizzati; jinsisti li dawk l-aġenziji dipendenti fil-parti l-kbira fuq id-dħul iġġenerat mill-ħlas għandhom xorta waħda jkunu kapaċi jużaw l-istrument tad-dħul assenjat biex jagħtihom il-flessibilità baġitarja li għandhom bżonn u jiddeċiedi li jpoġġi mill-ġdid l-emendi tiegħu tal-ewwel qari għal dak il-għan;

43.   Jiddeċiedi li jżomm iż-żieda fl-ammonti ta' spejjeż operattivi tal-FRONTEX, sabiex tkun kapaċi torganizza missjonijiet permanenti s-sena kollha; jiddeċiedi wkoll li jżomm iż-żieda fl-ammonti biex tiġi indirizzata l-immigrazzjoni illegali, kif ukoll sabiex jissaħħaħ il-Fond Ewropew għar-Refuġjati biex tiġi ffaċilitata s-solidarjetà bejn l-Istati Membri;

44.   Minħabba t-tibdil mistenni fil-ħidmiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza ta' Galileo, jiddeċiedi jżomm fir-riżerva terz mill-ammonti għall-ispejjeż operattivi tagħha li jistennew l-adozzjoni tal-bażi legali riveduta, u biex jitnaqqas in-numru ta' postijiet tax-xogħol minn 50 għal 23, kif ġie miftiehem mal-Kummissjoni, u, b'konsegwenza, biex l-ammonti jiġu adattati għall-ispejjeż amministrattivi tagħha; jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta proposta riveduta sal-31 ta' Jannar 2009;

45.   Jiddeċiedi jżomm fir-riżerva 10 % tal-ammonti għall-ispejjeż amministrattivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel sakemm tkun infurmata dwar ir-riżultati tal-“Istħarriġ dwar is-Sodisfazzjon tal-Istaff” magħmul fl-2007 u dwar il-miżuri meħuda biex jiġu implimentati l-konklużjonijiet ta' dak l-istħarriġ, u sakemm il-kumitat responsabbli jkun ta sinjal ċar favur ir-rilaxx tar-riżervi;

46.   Ħa nota tal-ammont żejjed — kważi EUR 300 miljun — tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fl-2008; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar kif għandha tittratta din is-sitwazzjoni u jekk huwiex xieraq li kwalunkwe dħul żejjed tal-Uffiċċju, li jkun konsegwenza diretta tas-Suq Intern, imurx lura fil-baġit tal-UE;

47.   Ifakkar l-importanza li jkun osservat il-punt 47 tat-Taqsima IIA; jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem mal-awtorità baġitarja fuq id-definizzjoni ta' proċedura dettaljata xierqa għall-applikazzjoni tagħha;

48.   Iqis essenzjali d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, inkluża fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Marzu 2008 dwar l-Aġenziji Ewropej — It-triq 'il quddiem (COM(2008)0135), li ma tipproponix aġenziji deċentralizzati ġodda sakemm ma jkunx konkluż il-proċess ta' evalwazzjoni attwali; jilqa' l-attitudni pożittiva tal-Kunsill fir-rigward tal-ħolqien ta' grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar il-futur ta' aġenziji deċentralizzati, kif propost mill-Kummissjoni, u jistenna li l-ewwel laqgħa ta' dan il-grupp issir kemm jista' jkun malajr;

*

* *

49.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-baġit ġie adottat b'mod aħħari u jaħseb għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

50.   Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u lill-korpi l-oħra kkonċernati.


(1)  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)  Testi Adottati ta' dik id-data, P6_TA(2008)0515.

(5)  Testi Adottati ta' dik id-data, P6_TA(2008)0516.

(6)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0174.

(7)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0175.

(8)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0335.

(9)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.


ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET MIFTEHMA FIL-LAQGĦA TA' KONĊILJAZZJONI

tal-21 ta' Novembru 2008

Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament ta' faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew f'daqqa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

ħadu nota tal-proposta magħmula mill-Kummissjoni (1) biex tiġi stabbilita Faċiltà għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew f'daqqa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Faċilità tal-Ikel”)

ħadu nota tat-talba tal-Kummissjoni ta' EUR 1 biljun għall-Faċilità tal-Ikel;

qablu li jiffinanzjaw il-Faċilità tal-Ikel tul perijodu ta' tliet snin fl-intestatura 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu mal-finanzjament tal-Faċilità tal-Ikel bil-mod li ġej:

L-ammont totali ta' EUR 1 biljun disponibbli f'impenji għall-Faċiltà tal-Ikel ser jiġi maqsum tul is-snin kif ġej: EUR 262 miljun fl-2008, EUR 568 miljun fl-2009 u EUR 170 miljun fl-2010.

*

* *

EUR 240 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn ser jiġu riallokati fl-intestatura 4 mill-Istrument għall-Istabbiltà (baġit Artikolu 19 06 01 01) li minnhom 70 miljun fl-2009. Rigward ir-riallokazzjonijiet għall-2010, il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta pprogrammar finanzjarju rivedut sabiex tiġi żgurata progressjoni ordinata tal-ammonti ppjanati tul il-perijodu 2010-2013, filwaqt li żżomm il-livell annwali tal-marġini bla mittiefes. Il-kriżi fil-prezzijiet tal-ikel hija ċirkostanza ġdida u oġġettiva taħt it-termini tal-Punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) li tiġġustifika r-riallokazzjoni minn strument għall-kriżijiet mhux ipprogrammat.

EUR 420 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn ser ikunu disponibbli permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-baġit tal-2009.

EUR 340 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn ser ikunu disponibbli permezz tar-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenżi bil-mod li ġej:

EUR 22 miljun mill-approprjazzjonijiet diġà disponibbli fil-baġit tal-2008;

EUR 78 miljun mill-approprjazzjonijiet ibbaġitjati għas-sena 2009;

EUR 240 miljun permezz ta' żieda ta' darba fl-ammont tar-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenżi li għandhom jiġu bbaġitjati fl-2008.

*

* *

Il-Kummissjoni se tipproponi emenda fil-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxipplina baġitjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 f'dak li jirrigwarda l-Punt 25 biex tipprovdi aktar fondi li huma meħtieġa għall-Faċilità tal-Ikel proposta. Iż-żieda ta' darba fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għas-sena 2008 se ssir formali permezz ta' deċiżjoni konġunta tat-tliet istituzzjonijiet li temenda l-Ftehima IIA tas-17 ta' Mejju 2006.

L-awtorità baġitarja ser tintegra l-emendi meħtieġa fil-baġits tal-2008 u l-2009. Għall-2008, se jiddaħħal fil-baġit ammont addizzjonali ta' EUR 240 miljun f'impenji għar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza u ser tiddaħħal il-linja tal-baġit għall-Faċilità tal-Ikel. Għall-2009, se jiddaħħlu fil-baġit ammont ta' EUR 490 miljun f'impenji u EUR 450 miljun f'pagamenti, għall-Faċilità tal-Ikel. Il-linja tal-baġit għall-Istrument ta' Stabbiltà (linja tal-baġit 19 06 01 01) ser titnaqqas b'EUR 70 miljun f'impenji għall-2009 u se ssir EUR 134 769 miljun.

Il-Kummissjoni ser tippreżenta t-talbiet korrispondenti għal trasferimenti mir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza fl-2008 u fl-2009.

Ir-riallokazzjonijiet maqbulin għall-2010 fl-intestatura 4 ser jiġu integrati mill-Kummissjoni fl-ipprogrammar finanzjarju 2010-2013 li għandu jiġi ppreżentat f'Jannar 2009 skont il-Punt 46 tal-Ftehima IIA.

L-iskeda tal-ħlas għall-Faċilità tal-Ikel hi mistennija tkun ta' EUR 450 miljun fl-2009, EUR 350 miljun fl-2010 u EUR 200 miljun fl-2011 u s-snin ta' wara, soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-awtorità baġitarja f'kull proċedura baġitarja annwali.

*

* *

F'dan il-każ eċċezzjonali u għas-sena 2008 biss, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jemendaw il-Punt 25 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex iżidu l-ammont tar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għal EUR 479 218 000 għall-2008. Huma jiddikjaraw li din l-emenda selettiva tal-Punt 25 tal-Ftehima IIA ma għandha bl-ebda mod tistabbilixxi preċedent.

*

* *

It-tliet istituzzjonijiet jaqblu li l-emenda tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) għar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza se tikkonsisti fiż-żieda tas-sentenza li ġejja fl-aħħar tal-ewwel subparagrafu tal-Punt 25 tal-Ftehima IIA:

B'eċċezzjoni, dan l-ammont għandu jiżdied għal EUR 479 218 000 għas-sena 2008 fi prezzijiet attwali.

*

* *

Il-ftehim li jinsab f'din id-dikjarazzjoni konġunta ser jiġi tradott fir-Regolament dwar il-Faċilità tal-Ikel tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'emenda tat-taqsimiet rilevanti li jirreferu għall-implikazzjonijiet baġitarji, bil-ħsieb li t-test jiġi ffinalizzat fl-ewwel qari. Il-Kummissjoni ser tipprovdi l-assistenza teknika xierqa.


(1)  COM(2008)0450 tat-18 ta' Lulju 2008.


Dikjarazzjonijiet

1.   Koordinazzjoni tal-assistenza Komunitarja (Faċilità tal-Ikel u l-FEŻ)

“Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw mill-ġdid l-importanza ta' koerenza u konsistenza fil-qasam tal-assistenza għall-iżvilupp, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-fondi.

Jekk jitqies li l-pajjiżi AKP jistgħu jibbenefikaw mill-assistenza tal-UE kemm mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, it-tliet istituzzjonijiet jiddikjaraw li, fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għal reazzjoni malajr għall-prezzijiet li qed jogħlew f'daqqa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (minn issa 'l quddiem ‘il-Faċilità tal-Ikel’), għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-koordinazzjoni tal-għajnuna li tkun ġejja minn dawn id-diversi għejun sabiex ikunu massimizzati s-sinerġija u r-riżultati possibbli.

F'dan il-kuntest, il-pajjiżi kkonċernati sħab tal-AKP għandhom ukoll jiġu inkoraġġuti biex jadattaw, jekk meħtieġ, l-objettivi u l-prijoritajiet tal-iprogrammar tagħhom fir-rigward ta' kooperazzjoni ġejjienija taħt il-FEŻ, waqt li jiġu żgurati l-konsistenza u l-kumplimentarjetà mal-objettivi kif previsti mill-Faċilità tal-Ikel.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta lista ta' programmi ffinanzjati mill-FEŻ li jistgħu jinkludu elementi relatati mas-sikurezza tal-ikel.”

2.   Titjib tal-viżibbiltà tal-assistenza Komunitarja

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jisħqu dwar il-fatt li l-viżibbiltà tal-assistenza Komunitarja f'pajjiżi terzi hija ta' interess leġittimu għall-Unjoni Ewropea u għandha titqies kompletament għall-għoti ta' assistenza f'kuntest pluriennali. Bil-ħsieb li jinżamm l-appoġġ politiku u pubbliku għall-azzjoni esterna tal-UE, huwa jappellaw lill-Kummissjoni biex tippreżenta flimkien mal-ABE rapport għall-2010 b'lista ta' inizjattivi meħudin biex titjieb il-viżibbiltà tal-għajnuna esterna tal-UE, mingħajr ma jiġu affettwati l-effiċjenza u l-effettività tagħha, speċjalment meta implimentati permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.”

3.   Implimentazzjoni tal-politika ta' Koeżjoni

“Mingħajr ma jiġu preġudikati l-proposti ġejjienin mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tnaqqis fl-attività ekonomika, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni:

Jirrikonoxxu li, bil-ħsieb tal-isfidi li t-tnaqqis fl-attività ekonomika attwali jirrapreżenta, l-ekonomija tista' tibbenefika mill-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali li fuqu kien hemm qbil għall-2007-2013;

Jirrikonoxxu li, taħt il-qafas ta' kontroll stabbilit, il-pagamenti interim ma jistgħux isiru sakemm is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri jkunu ġew iġġudikati bħala konformi mar-rekwiżiti u, fir-rigward tal-proġetti prinċipali, sakemm proġetti bħal dawn ikunu ġew adottati mill-Kummissjoni;

Iħeġġu lill-Istati Membri biex jippreżentaw deskrizzjoni tas-sistemi tagħhom ta' ġestjoni u ta' kontroll u l-evalwazzjonijiet ta' konformità mill-aktar fis possibbli sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tibda l-analiżi tagħhom malajr.

F'dan il-qafas, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

Jistiednu lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa, fil-qafas legali eżistenti, biex tivvaluta malajr l-aktar aspetti kritiċi tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll (MCS — management and control systems), biex ikunu jistgħu jinbdew il-pagamenti interim;

Jistiednu lill-Kummissjoni taċċellera l-analiżi tal-applikazzjonijiet għal proġetti ewlenin sabiex tiffaċilita l-bidu tagħhom u l-pagamenti interim relatati;

Jistiednu lill-Kummissjoni tikkopera mill-qrib mal-Istati Membri sabiex ikun hemm ftehim rapidu dwar l-aspetti kollha ta' konformità tal-MCS;

Jilqgħu l-informazzjoni regolari mill-Kummissjoni lill-awtorità tal-baġit permezz ta' tabelli rikapitulattivi dwar l-MCS u l-proġetti prinċipali;

Jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta rapport ta' kull xahar lill-awtorità tal-baġit dwar l-approvazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u l-proġetti ewlenin kif ukoll il-livell ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti interim għal kull Stat Membru;

Jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni flimkien mal-ABE għall-fini tal-proċeduri baġitarji u ta' approvazzjoni;

Jistiednu lill-Qorti tal-Awdituri u lill-awtorità ta' approvazzjoni biex waqt il-valutazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE iqisu din il-kwistjoni, kif ukoll in-natura pluriennali tal-attività ta' kontroll tal-Kummissjoni.

Il-Parlament Ewropew jirrikonoxxi li huma meħtieġa titjib strutturali u miżuri ta' simplifikazzjoni biex tiġi evitata sottoimplimentazzjoni rikorrenti u biex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiżviluppaw b'mod ordinat b'paragun mal-approprjazzjonijiet ta' impenn, kif imfakkar mir-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri.”

4.   Aġenziji

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta' Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji u talbu biex l-ewwel laqgħa ssir mill-aktar fis possibbli.”

5.   Approprjazzjonijiet ta' pagament

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta baġit ta' emenda jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2009 jirriżultaw li ma humiex biżżejjed biex ikopru n-nefqa taħt is-sottointestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi), is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi), minħabba li dan jista' jkun iġġustifikat fil-qafas legali attwali fid-dawl ta' aċċelerazzjoni possibbli tal-implimentazzjoni tal-linji ta' politika strutturali, l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali) u l-intestatura 4 (L-UE bħala sieħba globali).

F'dak il-kuntest, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser iqisu l-finanzjament adegwat ta' kwalunkwe proposta possibbli li l-Kummissjoni tista' tagħmel fir-rigward ta' inizjattivi ġodda, b'mod partikolari rigward il-kriżi ekonomika.”


DIKJARAZZJONIJIET UNILATERALI

A.   Dikjarazzjonijiet tal-Parlament Ewropew

1.   Evalwazzjoni tal-intestatura 4

“Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tar-reviżjoni baġitarja, tippreżenta evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-intestatura 4, sabiex jiġi eżaminat u rivedut l-irwol tal-UE bħala sieħba globali f'kuntest pluriennali.”

2.   Ħlasijiet u implimentazzjoni tal-politika ta' Koeżjoni

“Il-Parlament Ewropew jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-livell baxx ħafna ta' ħlasijiet, ferm aktar baxxi mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF), li ma jikkorispondix mal-isfidi reali tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjoni ta' kriżi ekonomika.

B'mod partikolari, huwa jesprimi tħassib serju dwar il-livell baxx u inaċċettabbli tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-politika ta' Koeżjoni, għalkemm din tikkostitwixxi waħda mill-linji ta' politika fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Jappella lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dawn l-approprjazzjonijiet, biex jadottaw il-miżuri kollha possibbli biex jiżguraw l-implimentazzjoni adegwata tagħha.”

B.   Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Evalwazzjoni tal-intestatura 4

“Minħabba n-nuqqas ta' kwalunkwe marġinu taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 4 fl-2009, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-fatt li l-kapaċità biex tirrispondi għall-kriżijiet mhux previsti hija pjuttost ristretta u għalhekk timpenja ruħha li tippreżenta lill-awtorità baġitarja evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fil-qafas tal-intestatura 4, flimkien, jekk meħtieġ, ma' proposti rilevanti, matul l-2009, billi tqis l-evoluzzjoni politika kif ukoll l-implimentazzjoni baġitarja.”


Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-ittra ta' emenda Nru 2/2009

“Il-Kunsill jiddikjara li l-qbil tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni rigward il-programmi favur il-persuni l-aktar neqsin mill-kumditajiet essenzjali, li jidhru fl-ittra emendatorja Nru 2/2009, ma jippreġudikax ir-riżultat tal-eżami tal-bażi legali li qed tiġi diskussa bħalissa.

It-tneħħija tal-linja dwar l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel hija konformi mal-pożizzjoni tradizzjonali tal-Kunsill li ma tinħoloqx linja baġitarja ġdida qabel ma tiġi adottata l-bażi legali pertinenti. Dan ma jippreġudikax ir-riżultat tal-eżami tal-bażi legali li qed tiġi diskussa fil-preżent.”


Dikjarazzjoni unilaterali tal-Greċja, l-Italja, Spanja, u l-Portugall dwar il-multilingwiżmu

“Filwaqt li jaffermaw mill-ġdid l-importanza li jagħtu lill-prinċipji tal-multilingwiżmu u t-trattament ugwali tal-lingwi kollha, il-Greċja, l-Italja, Spanja u l-Portugall, jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-mod li bih il-Kummissjoni tmexxi s-salvagwardja tad-diversità lingwistika u jenfasizzaw li l-Kummissjoni u l-Istituzzjonijiet u l-organi kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżguraw li jiġu ddedikati mezzi biżżejjed għall-applikazzjoni sħiħa ta' dawn il-prinċipji.”


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/180


Konvenzjoni dwar l-Apparat Mobbli u l-Protokoll tagħha dwar apparat użat fl-ajruplani *

P6_TA(2008)0623

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni dwar Interessi Internazzjonali fl-Apparat Mobbli u l-Protokoll tagħha dwar affarijiet li jolqtu b'mod speċifiku apparat użat fl-ajruplani, adottata b'mod konġunt f'Cape Town fis-16 ta' Novembru 2001 (COM(2008)0508 — C6-0329/2008 — 2008/0162(CNS))

(2010/C 45 E/53)

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0508),

wara li kkunsidra l-Artikoli 61(c) u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE, skont liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0329/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0506/2008),

1.   Japprova l-konklużjoni tal-Konvenzjoni u l-Protokoll tagħha;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/181


Is-Sikurezza tal-ġugarelli ***I

P6_TA(2008)0626

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (COM(2008)0009 — C6-0039/2008 — 2008/0018(COD))

(2010/C 45 E/54)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0039/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel kif ukoll tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0441/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0018

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/48/KE.)


ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-monitoraġġ ta' aspetti ta' sikurezza (l-Artikolu 48)

Wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva riveduta dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli, il-Kummissjoni se ssegwi mill-qrib l-iżviluppi kollha marbuta mal-implimentazzjoni tagħha biex tivvaluta jekk tipprovdix livell adegwat ta' sikurezza fil-ġugarelli, speċjalment fir-rigward tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità kif stipulat fil-Kapitlu IV.

Id-Direttiva riveduta dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli tistipula l-obbligi tal-Istati Membri li jagħmlu rapport dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-ġugarelli, l-effettività tad-Direttiva u s-sorveljanza tas-suq imwettqa mill-Istati Membri.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni se tkun ibbażata inter alia fuq ir-rapporti tal-Istati Membri li għandhom jiġu ppreżentati tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva b'enfasi partikolari fuq is-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni Ewropeja u l-konfini esterni tagħha.

Il-Kummissjoni terġa' tirrapporta lill-Parlament Ewropew mhux iktar tard minn sena wara li jkunu ġew ippreżentati r-rapporti tal-Istati Membri.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw ġugarelli li huma ddisinjati biex jagħmlu l-ħsejjes (l-Anness II. I. 10)

Il-Kummissjoni se tinkariga lis-CEN biex jistabbilixxi standard rivedut li jillimita l-valuri massimi kemm tal-ħoss ta' impuls kif ukoll tal-ħoss kontinwu li jagħmlu l-ġugarelli sabiex jiġu protetti b'mod adegwat it-tfal mir-riskju ta' problemi fis-smigħ. Dan hu bbażat fuq ir-rekwiżit essenzjali ġdid ta' sikurezza għal ġugarelli mfassla biex jagħmlu l-ħsejjes skont id-Direttiva dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli,

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-klassifikazzjoni ta' kotba

Meħuda inkonsiderazzjoni d-diffikultajiet marbuta mat-testijiet rilevanti meħtieġa fl-istandards armonizzati tal-ġugarelli EN 71:1 għall-kotba magħmula minn kartun u karti, il-Kummissjoni se tinkariga lis-CEN biex jistabbilixxi standard rivedut li jkopri l-ittestjar adegwat għall-kotba tat-tfal.


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/183


Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali ***I

P6_TA(2008)0627

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (COM(2008)0179 — C6-0163/2008 — 2008/0069(COD))

(2010/C 45 E/55)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0179),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 149(4) and 150(4) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0163/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0438/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0069

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni Nru 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew ta' Referenza għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, Rakkomandazzjoni 2009/C 155/01 tat-18 ta' Ġunju 2009.)


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/184


Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)***I

P6_TA(2008)0628

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) (COM(2008)0180 — C6-0162/2008 — 2008/0070(COD))

(2010/C 45 E/56)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0180),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikoli 149(4) u 150(4) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0162/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0424/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0070

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni Nru 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, Rakkomandazzjoni 2009/C 155/02 tat-18 ta' Ġunju 2009.)


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/185


Sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u arranġamenti finanzjarji kollaterali ***I

P6_TA(2008)0629

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu. (COM(2008)0213 — C6-0181/2008 — 2008/0082(COD))

(2010/C 45 E/57)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0213),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0181/2008),

wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0480/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0082

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/44/KE.)


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/186


Skemi ta' Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u d-dewma għall-ħlas ***I

P6_TA(2008)0630

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar Skemi ta' Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u d-dewma għall-ħlas (COM(2008)0661 — C6-0361/2008 — 2008/0199(COD))

(2010/C 45 E/58)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0661),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0361/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0494/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0199

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar Skemi ta' Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u taż-żmien għar-rimbors

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/14/KE.)


23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/187


Ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati ***I

P6_TA(2008)0631

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati (COM(2008)0195 — C6-0173/2008 — 2008/0084(COD))

(2010/C 45 E/59)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2008)0195),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44(1) tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0173/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0462/2008),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-proposta tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2008)0084

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/ …/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/49/KE.)