ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.038.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 038/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5648 – OTPP/Macquarie/Bristol Airport) ( 1 ) |
|
2010/C 038/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5652 – GIP/Gatwick Airport) ( 1 ) |
|
|
IV Avviżi |
|
|
AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 038/03 |
||
|
V Opinjonijiet |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 038/04 |
||
2010/C 038/05 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 038/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5700 – Lloyds TSB Development Capital/PCH) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kunsill |
|
2010/C 038/07 |
||
|
Kummissjoni Ewropea |
|
2010/C 038/08 |
||
2010/C 038/09 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni Ewropea
16.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5648 – OTPP/Macquarie/Bristol Airport)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 38/01
Fil-11 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5648. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
16.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5652 – GIP/Gatwick Airport)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 38/02
Fis-26 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5652. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Avviżi
AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni Ewropea
16.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-15 ta’ Frar 2010
2010/C 38/03
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3607 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,42 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4437 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86760 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,8805 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,4661 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,0530 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,002 |
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
HUF |
Forint Ungeriż |
271,38 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7085 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,0168 |
RON |
Leu Rumen |
4,1150 |
TRY |
Lira Turka |
2,0611 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5304 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4253 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5736 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,9510 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,9203 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 572,96 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,4855 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,2977 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3093 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 722,54 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6609 |
PHP |
Peso Filippin |
62,973 |
RUB |
Rouble Russu |
41,1370 |
THB |
Baht Tajlandiż |
45,155 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,5284 |
MXN |
Peso Messikan |
17,5857 |
INR |
Rupi Indjan |
63,0340 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Opinjonijiet
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Kummissjoni Ewropea
16.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/3 |
Sejħa għal proposti skont il-programm multiannwali ta' ħidma għall-2010 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-perjodu 2007-2013
(Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 607)
2010/C 38/04
Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b'dan qed iniedi sejħa għall-proposti, skont il-programm multiannwali ta’ ħidma għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, biex jingħataw għotjiet għal:
Qasam Nru 12: proġetti fil-qasam tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru/Taqsimiet Funzjonali ta’ Spazju tal-Ajru (ATM/FABs). L-ammont massimu totali disponibbli għall-għotjiet għall-2010, huwa EUR 20 miljun.
Din is-sejħa tagħlaq fit-30 ta' April 2010
It-test sħiħ ta’ din is-Sejħa għall-proposti huwa disponibbli fuq is-sit:
http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/calls_for_proposals_2010.htm
16.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/4 |
MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ
Sejħa għall-proposta – EACEA/03/10
Sostenn għad-distribuzzjoni transnazzjonali tal-films Ewropej – l-iskema “awtomatika” 2010
2010/C 38/05
1. Għanijiet u deskrizzjoni
Dan l-avviż ta’ Sejħa għall-Proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
Wieħed mill-għanijiet tal-programm huwa li tiġi inkoraġġita u sostnuta d-distribuzzjoni transnazzjonali usa’ tal-films Ewropej riċenti permezz ta’ fondi lid-distributuri, abbażi ta’ kif imorru fis-suq, għal investiment ulterjuri f’films ġodda mhux Ewropej.
L-iskema timmira wkoll li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ komunikazzjoni bejn l-oqsma ta’ produzzjoni u distribuzzjoni - bir-riżultat ikun it-titjib tas-sehem tas-swieq tal-films Ewropej, u l-kompetittività tal-Kumpaniji Ewropej.
2. Applikanti eliġibbli
Dan l-avviż huwa immirat għall-kumpaniji Ewropej li jispeċjalizzaw fid-distribuzzjoni teatrali tax-xogħlijiet Ewropej u li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu mal-għanijiet imsemmija tal-programm MEDIA kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
— |
is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea |
— |
il-pajjiżi EFTA |
— |
l-Isvizzera |
— |
il-Kroazja |
3. Azzjonijiet eliġibbli
L-iskema ta’ sostenn “awtomatika” taħdem f’żewġ fażijiet:
— |
Il-ġenerazzjoni ta’ Fond potenzjali, proporzjonat man-numru ta’ biljetti mibjugħa għad-dħul għal films Ewropej mhux domestiċi fi Stati li jkunu qed jieħdu sehem fil-programm, b’massimu għal kull film u aġġustat għal kull pajjiż, |
— |
Investiment mill-ġdid tal-Fond potenzjali: għaldaqstant iġġenerat minn kull kumpanija, il-Fond irid jiġi investit fi 3 modi (3 tipi ta’ azzjoni) sal-1 ta’ Ottubru 2011:
|
Tip ta’ azzjoni 1 & 2:
— |
It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa ta’ 30 xahar, |
— |
L-azzjonijiet iridu jibdew fl-1 ta’ Awwissu 2010 u jintemmu fl-1 ta’ Frar 2013. |
Tip ta’ azzjoni 3:
— |
It-tul massimu tal-azzjonijiet huwa ta’ 42 xahar, |
— |
L-azzjonijiet iridu jibdew fl-1 ta’ Frar 2010 u jintemmu fl-1 ta’ Awwissu 2013. |
4. Kriterji ta’ Aġġudikazzjoni
Fond potenzjali ser jiġi attribwit għall-kumpaniji Ewropej eliġibbli ta’ distribuzzjoni abbażi tal-ammissjonijiet miksuba mid-distribuzzjoni ta’ films Ewropej nonnazzjonali mill-applikat fis-sena ta’ referenza (2009). Konformi mal-limiti tar-riżorsi baġitarji disponibbli, il-Fond potenzjali ser jiġi kkalkulat skont ammont fiss għal kull daħla eliġibbli.
Is-sostenn ser jieħu l-forma ta’ Fond potenzjali (il-“Fond”) li ser ikun disponibbli għad-distributuri għal iktar investimenti f’films Ewropej nonnazzjonali.
Il-Fond jista’ jiġi investit mill-ġdid:
(1) |
Fil-produzzjoni ta’ films Ewropej nonnazzjonali (jiġifieri films li għadhom ma tlestewx fil-jum tal-applikazzjoni għal investiment mill-ġdid); |
(2) |
Fil-laqgħa tal-Garanziji Minimi tad-Distribuzzjoni għal films Ewropej nonnazzjonali; |
(3) |
Fil-laqgħa tal-ispejjeż tad-distribuzzjoni jiġifieri l-P&R (promozzjoni u reklamar) għal films Ewropej nonnazzjonali. |
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 18 150 000.
Mhemmx ammont massimu.
Il-kontribut finanzjarju jingħata bħala sussidju. L-appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż l-40 %, il-50 % jew is-60 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.
L-Aġenzija tirriserva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.
6. Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
Il-proposti għall-“ġenerazzjoni” ta’ Fond potenzjali jridu jintbagħtu (bid-data tat-timbru) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2010 f’dan l-indirizz:
Education, Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA) |
Constantin Daskalakis |
BOUR 3/66 |
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
1140 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet sottomessi fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali biss, iffirmati mill-persuna intitolata li tidħol fi ftehim legali għan-nom tal-organizzazzjoni li qed tapplika. L-inviloppi jridu juru biċ-ċar:
MEDIA 2007 – DISTRIBUTION EACEA/03/10 – AUTOMATIC CINEMA
Applikazzjonijiet mibgħuta b’feks jew emaejl mhux ser jiġu milqugħa.
7. Dettalji kollha
It-test sħiħ tal-linji gwida flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-indirizz elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/information_society/media/distrib/schemes/auto/index_en.htm
L-applikazzjonijiet iridu jkunu komformi mat-termini tal-linji gwida, sottomessi fuq formoli pprovduti u jkun fihom l-informazzjoni u l-annessi kollha msemmija fit-test sħiħ tas-sejħa.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Kummissjoni Ewropea
16.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/6 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5700 – Lloyds TSB Development Capital/PCH)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 38/06
1. |
Fil-5 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Lloyds TSB Development Capital Ltd (“LDC”, ir-Renju Unit), li hija proprjetà ta' Lloyds Banking Group plc, takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Petrochem Carless Holdings Ltd (“PCH”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5700 – Lloyds TSB Development Capital/PCH, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kunsill
16.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/7 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/PESK
2010/C 38/07
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/PESK.
B'segwitu għal reviżjoni tal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq jissodisfaw il-kriterji mniżżlin f'dik il-Pożizzjoni Komuni u għaldaqstant għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi kif estiżi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/92/PESK (1)
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 314/2004, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex dawn jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata. Kwalunkwe tali talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275 (2) u l-Artikolu 263 (4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Kummissjoni Ewropea
16.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/8 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2010/C 38/08
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“OBWARZANEK KRAKOWSKI”
Nru KE: PL-PGI-005-0674
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Obwarzanek krakowski”
2. L-istat membru jew pajjiż terz:
Il-Polonja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew l-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
Klassi 2.4. |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, galletti u prodotti oħra tad-dulċiera |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):
“Obwarzanek krakowski” huwa prodott moħmi b'forma ta' ċirku. Jieħu l-forma ta' ovali b'toqba fin-nofs jew, inqas frekwenti, ta' ċirku regolari. Il-wiċċ tiegħu jsir bi ħjut ta' għaġina mdawra fi spiralli. Il-ħjut tal-“obwarzanek krakowski” għandhom qatgħa trasversali tonda jew ovali.
Il-kulur tal-“obwarzanek krakowski” ivarja minn dehbi ċar għal dehbi skur sa kannella ċar, ileqq ftit.
Qisien tal-prodott:
— |
dijametru 12-17 ċm, |
— |
hxuna tal-ħjut 2-4 ċm, |
— |
piż 80-120 g. |
L-“obwarzanek krakowski” tkun soda meta wieħed imissha u l-wiċċ tagħha jvarja minn lixx għal ftit raff. Il-ħjut tal-ispiralli li jidhru fuq il-qoxra huma sodi u l-farka ta' ġewwa hija ċara, ratba u ftit niedja. Il-qoxra tqarmeċ u l-farka tal-“obwarzanek krakowski” għandhom togħma ftit ħelwa, tipika fil-prodotti tad-dulċiera li l-ewwel jiġu mogħtija nofs tgħollija (imsajjar fil-fwar) u mbagħad moħmi. It-togħma tal-ingredjenti mxerrda fuq il-wiċċ tal-prodott huwa wkoll perċettibbli.
L-“obwarzanek krakowski” tiġi mżejna billi jinxterdu fuqha ingredjenti differenti, li jinkludu: melħ, ġunġlien, żerriegħa tal-pepprin, ħlewwa sewda, ħxejjex aromatiċi mħallta jew ħwawar imħallta (paprika, kemmun, bżar), ġobon jew basal. Jistgħu anke jinxterdu fuqha ingredjenti oħra. Dan huwa aspett tradizzjonali tal-prodott. Li jinxterdu ħxejjex u ħwawar differenti eċċ. ma jaffettwax il-fatturi karatteristiċi tal-“obwarzanek krakowski”.
3.3. Materja prima:
Jintuża dqiq tal-qamħ tajjeb għall-ikel biex issir l-“obwarzanek krakowski”; 30 % tad-dqiq tal-qamħ jista' jinbidel bi dqiq tas-sikrana.
Ma' 100 kg dqiq jiġi miżjud li ġej:
— |
xaħam: 2-3 kg, |
— |
zokkor: 2-4 kg, |
— |
ħmira: 1-2 kg, |
— |
melħ: 1-1.5 kg, |
— |
ilma, għall-għaġina: 40-48 l, |
— |
jista' jiġi miżjud ftit għasel mal-ilma li jintuża għat-tgħollija skont l-arti tad-dulċiera. |
3.4. Għalf (għal prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:
Il-passi fil-produzzjoni li jsegwu jridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:
— |
preparazzjoni tal-għaġina tal-ħmira, |
— |
l-iffurmar tal-“obwarzanek krakowski”, |
— |
nofs tgħollija, |
— |
it-tiżjin, |
— |
il-ħami. |
L-għaġina għall-“obwarzanek krakowski” tiġi ppreparata bl-użu tal-metodu ta' fażi waħda. Meta magħġuna sew, l-għaġina titħalla togħla. It-tul taż-żmien biex togħla l-għaġina jiddependi mill-kundizzjonijiet tal-ambjent, li jista' jkun ta' ftit minuti fis-sajf sa siegħa fix-xitwa. L-għaġina tiġi mqattgħa f'biċċiet żgħar li jiġu miftuħa u mqattgħa fi strippi tat-tul, il-ħxuna u l-piż meħtieġa. Id-dulċier jilwi zewġ jew tliet strippi fi spiralli u mbagħad jifforma ċirku billi jdawwarhom ma' idu u jagħfashom mal-mejda. L-“obwarzanek krakowski” ffurmata titpoġġa fuq tilar jew malja għat-tlugħ inizjali (proving), imbagħad tiġi mogħtiha nofs tgħollija, jiġifieri l-għaġina nejja tintefa' fl-ilma b'temperatura ta' mhux inqas minn 90 °C. L-“obwarzanek krakowski” tiġi mgħollija sakemm titla' fil-wiċċ. Imbagħad tiġi mżejna u moħmija.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:
L-“obwarzanek krakowski” tista' tiġi ppakkjata biss meta tiksaħ. Jekk l-“obwarzanek krakowski” tiġi ppakkjata qabel ma tiksaħ, titlef it-tqarmiċ tagħha malajr, issir iktar niedja u tikseb karatteristiċi mhux mixtieqa (issir bil-ħjut u bħal-lastku).
3.7. Regoli speċifiki dwar it-tikkettar:
L-“obwarzanki krakowskie” tista' tinbiegħ mingħajr pakkett u mingħajr tikketta. Il-postijiet fejn tinbiegħ ikollhom il-kitba “obwarzanek krakowski”. Jekk jintuża xi tip ta' ppakkjar, it-tikketta tal-“obwarzanek krakowski” irid ikollha l-indikazzjonijiet skont ir-regoli fis-seħħ.
4. Definizzjoni konċiża tal-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Il-provinċja ta' Małopolskie, fil-limiti amministrattivi tal-belt ta' Kraków u d-distretti ta Kraków u Wieliczka.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
L-arkivji u l-mużewijiet ta' Kraków għandhom reġistri u kotba li fihom testimonjanza ta' tradizzjoni rikka u twila s-sekli tal-ħami fil-belt. L-ewwel referenzi ddokumentati għad-dulċiera fi Kraków imorru lura għas-seklu 13. Fil-Kraków City Charter tal-1257, Prince Bolesław Wstydliwy (Bolesław il-Kast) awtorizza lill-anzjani tal-belt jibnu postijiet għad-dulċiera (jissejħu “stationes” fid-dokument), mnejn kellhom jiksbu il-kera tagħhom għal dejjem. Ir-rejiet Pollakki kienu jistmaw ħafna d-dulċiera ta' Kraków, kif jidher fil-ħafna privileġġi mogħtija, li kienu jinkludu d-dritt li jibnu postijiet għad-dulċiera u jirċievu r-renta mingħandhom u d-dritt li jagħżlu l-mitħna fejn jiġi mitħun id-dqiq tagħhom.
Fl-1458, il-kunsill tal-belt ta' Kraków approva l-artikoli tal-korporazzjoni tad-dulċiera. Dawn l-artikoli kienu jinkludu r-regoli li jirregolaw il-kwalità tal-prodotti moħmija, il-qies tal-ifran u l-kondotta tad-dulċiera. Madanakollu l-iżjed privileġġ sinifikanti kien dak awtorizzat lid-dulċiera ta' Kraków fl-1496, meta r-Re Jan Olbracht (Ġanni Albertu) tahom id-drittijiet speċjali u d-digriet li persuni li jgħixu barra mill-belt ma setgħux jaħmu ħobż abjad, inkluża l-“obwarzanek krakowski”. Dan il-privileġġ ġie sussegwentement approvat mir-rejiet Pollakki kollha sa Jan (Ġanni) III Sobieski (it-tieni nofs tas-seklu sbatax). Fiż-Ziemia Krakowska (Art ta' Kraków), fejn illum jinsab id-distrett ta' Wieliczka, hemm ukoll mitħna tal-melħ li kienet tipprovdi materja prima li ntużat għal sekli sħaħ mid-dulċiera ta' Małopolska.
Il-korporazzjoni tad-dulċiera ma' kinetx biss assoċjazzjoni ta' sengħa, iżda kellha wkoll twettaq xogħlijiet reliġjużi, umanitarji u rrelatati mad-difiża. F'nofs is-seklu sittax id-dulċiera ta' Kraków ġew mogħtija x-xogħol ta' difiża ta' wieħed mill-bibien prinċipali tal-belt, in-Nowa Brama (il-Bieb il-Ġdid), f'tarf l-ulica Sienna (triq Sienna). Id-dulċiera tal-belt kienu jaħżnu l-armi u l-munizzjon f'dan il-bieb għall-użu fil-każ ta' xi attakk.
Is-sengħa tad-dulċiera lokali, li damu jipperfezzjonaw l-għamla ta’ dan il-prodott għal mijiet ta' snin, huma il-fattur prinċipali fiż-żamma tal-fatturi karatteristiċi: il-ħidma u l-iffurmar tal-għaġina bl-idejn, li tagħti lil kull “obwarzanek krakowski” forma ftit differenti, u n-nofs tgħollija li tikkostitwixxi l-fażi inizjali tal-produzzjoni.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
L-“obwarzanek krakowski” għandha struttura u konsistenza mfarrka unika, li tinkiseb permezz ta' nofs tgħollija tal-għaġina fl-ilma b'temperatura ta' mhux inqas minn 90 °C qabel ma tinħema. L-“Obwarzanek krakowski” hija wkoll distinta permezz forma tonda karatteristika tagħha, il-wiċċ spiralli tagħha u tixrida ta' ingredjenti viżibbli. Karatteristika oħra li tiddistingwi l-“obwarzanek krakowski” minn prodotti oħra hija li tibqa' friska għal żmien qasir jew ftit sigħat biss.
5.3. Kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott:
Ir-rabta tal-prodott mar-reġjun hija bbażata fuq karatteristiċi speċifiki deskritti f'(5.2) u fuq ir-reputazzjoni tagħha deskritta hawn taħt.
Ir-reputazzjoni tal-“obwarzanek krakowski” ġiet ikkultivata mid-dulċiera fi Kraków u fiż-żoni ta' madwarha, li ilhom jagħmlu prodotti skwiżiti u uniċi għan-nies ta' Kraków għal dawn l-aħħar 600 sena. It-tradizzjoni tal-ħami tal-“obwarzanek krakowski” hija limitata għal din iż-żona ġeografika.
L-“Obwarzanek krakowski” hija prodott tradizzjonali moħmi li, għall-bidu, setgħet issir biss waqt ir-Randan minn dulċiera nnominati għal dik ir-raġuni mill-korporazzjoni tad-dulċiera ta' Kraków. Skont id-definizzjoni fl-iSłownik Staropolski (dizzjunarju tal-lingwa Pollakka qadima), obwarzanek hija 'tip ta' pasta bil-forma ta' romblu mdawwar ċirku, probabbilment imsajjar fil-fwar qabel ma tinħema'. L-isem Pollakk “obwarzanek krakowski” tassew huwa derivat mill-mod ta' kif isir il-prodott, pereżempju permezz ta' sajran tal-għaġina fil-fwar ta' ilma jagħli.
L-ewwel referenzi għall-obwarzanki moħmija fi Kraków u ż-żoni ta' madwarha jidhru fil-kontijiet tar-Residenza Uffiċjali tar-Re Władysław Jagiełło u r-Reġina Jadwiga. Waħda mill-annotazzjonijiet, tat-2 ta' Marzu 1394, għandha l-informazzjoni li ssegwi: 'għar-reġina, għal dawra obrzanka, 1 grosz’.
L-għaqda tad-dulċiera ta' Kraków ħarġet digriet (laudum) fl-1611 li jawtorizza lill-korporazzjoni tirregola l-bejgħ tal-obwarzanki fil-belt, u li tikkonferixxi d-dritt li jagħżlu liema dulċiera għandhom ibigħuhom. Bidla radikali f'dak li huwa d-dritt li wieħed jaħmi l-obwarzanki saret fis-seklu 19. Fit-22 ta' Jannar 1802 ġie ffirmat digriet li kien jistipula li kwalunkwe dulċier kellu d-dritt li jaħmi l-obwarzanki meta kien imissu jagħmel hekk. Id-dulċiera awtorizzati jaħmu l-obwarzanki kienu jintgħażlu bil-polza. L-għażliet tal-1843 baqgħu japplikaw sal-1849, meta probabbilment inqatgħet id-drawwa, billi m'hemmx evidenza li baqgħet issir wara din id-data. Dan jista' jfisser li, matul iż-żmien, il-modijiet deskritti hawn fuq ma baqgħux isiru u kull dulċier seta' jagħmel l-obwarzanki fi kwalunkwe ġurnata tas-sena, kif għadu l-każ sa llum.
L-“obwarzanek krakowski” kienet tinbiegħ minn postijiet li kienu jiftħu qabel is-sitta ta' filgħodu biex in-nies ta' Kraków ikunu jistgħu jixtru prodotti moħmija friski – inkluża l-“obwarzanki” – kmieni filgħodu. Il-korporazzjoni kienet tħares il-kwalità u l-freskezza tal-prodotti, bi tmien membri responsabbli mill-kontrolli fil-postijiet. Naturalment, kwalunkwe trasgrezzjoni kienet tiġi punita serjament. Eventwalment, in-nies bdiet tbigħ l-obwarzanki b'modijiet oħra. Għall-1950, kienu jinbigħu dritt mill-qfief tal-qasab.
Illum, l-“obwarzanek krakowski” ma tinbiegħx biss mill-ħwienet u d-dolċeriji, iżda anke minn karretti tipiċi. Hemm bejn 170 u 180 karretta minn dawn li jbigħu l-obwarzanki fi Kraków illum. Il-medja tal-produzzjoni ta' kuljum tal-“obwarzanek krakowski” li tinbiegħ fis-suq ta' Kraków f'ġurnata normali hija ta' kważi 150 000.
Ir-reputazzjoni tal-“obwarzanek krakowski” hija tali li tintwera f'kampanji li jippromwovu l-belt ta’ Kraków. Bħala simbolu magħruf sew ta' Kraków u Małopolska, tintuża spiss f'riklami mmirati kemm lejn in-nies lokali kif ukoll lejn it-turisti – pereżempju, f'riklami fil-gazzetti lokali u għal linji tal-ajru li jtiru lejn il-belt. F'kompetizzjoni li saret fl-2004 biex tintgħażel l-aqwa tifkira minn Kraków, it-tieni premju ntrebaħ mill-“obwarzanek krakowski” tad-drapp b'effett ta' żerriegħa tal-peprina u oħra b'dragun.
L-“obwarzanek krakowski” innifisha ngħatat bosta premji. Rebħet premju fil-kompetizzjoni kulinarja nazzjonali Nasze Kulinarne Dziedzictwo u rċiviet il-premju Perła 2003 waqt il-fiera internazzjonali Polagra Farm 2003 f'Poznań. L-“obwarzanek krakowski” kienet inkluża, flimkien ma' ħafna speċjalitajiet reġjunali oħra minn madwar il-Polonja, f'kalendarju tal-2004 li kien jifforma parti minn kampanja għal promozzjoni ta' prodotti reġjunali. Hemm anke referenzi għaliha f'ħafna gwidi ta' Kraków u Małopolska għat-turisti u f'numru ta' artikli u kitbiet dwar l-istorja u t-tradizzjonijiet ta' Kraków.
L-“obwarzanek krakowski” dejjem tidher waqt il-festival tal-ħobż Święto Chleba, avveniment li jseħħ b'mod regolari fi Kraków. Stampa tal-“obwarzanek krakowski” tintuża wkoll bħala parti mill-kampanja biex tippromwovi l-aqwa ristoranti fi Kraków. Ristoranti rrakkomandati jiġu mogħtija statwetti tal-bronż b'“obwarzanek krakowski” simbolika fuq furketta. Stiker tal-“obwarzanek krakowski” titwaħħel fuq il-bibien tar-ristoranti rrakkomandati.
Referenza għall–pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.minrol.gov.pl/DesktopDefault.aspx?TabOrgId=1620&LangId=0
16.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/13 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2010/C 38/09
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“PORC DE FRANCHE-COMTE”
Nru KE: FR-IĠP-005-0504-04.11.2005
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Porc de Franche-Comté”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
Klassi 1.1 – |
Laħam (u ġewwieni) frisk. |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1:
Il-laħam tal-majjal tal-Franche-Comté huwa laħam frisk imkessaħ li ġej minn majjali mitmugħa ikel ibbażat fuq il-lactoserum, maqtula f’età minima ta’ 182 jum (li tikkorrispondi għall-età medja tal-qtil li tinkludi bejn 190 u 200 jum) għal piż sħun minimu tal-karkassa ta’ 75 kg (mingħajr limitu superjuri ta’ piż).
L-annimali msimmna huma nisa u rġiel kastrati, magħżula skont il-kriterji ġenetiċi li ġejjin:
— |
Il-ħnieżer nisa tal-majjali żgħar soġġetti għas-simna ma għandhomx il-ġene tas-sensittività għall-halothane. |
— |
Il-ħnieżer selvaġġi użati fl-aħħar stadju jipproduċu laħam ta' kwalità tajba, ta' lewn roża u omoġenju. |
— |
Ir-rata ta’ majjali li jinżammu għall-produzzjoni tal-laħam li huma sensittivi għall-halothane għandha tkun inqas minn 3 % u huma ħielsa mill-allel Rn-. |
Il-laħam tal-majjal tal-Franche-Comté jiġi magħżul fil-livelli kollha (karkassi, unitajiet ta’ qatgħat u ta’ bejgħ għall-konsumatur) biex jiġi żgurat in-nuqqas ta' difetti fid-dehra tal-laħam (tbajja ta' tneħħija tas-suf, qoxra maqsuma, ponot bid-demm, ematomi, ksur, preżenza ta’ sustanzi barranin). Il-laħam jingħażel ukoll skont il-lewn tal-laħam (l-ilwien skuri u ċari huma esklużi) u l-kwalità tax-xaħam li jrid ikun abjad u sod (il-laħam bix-xaħam artab u żejtni jitneħħa). Fl-aħħar nett, il-kwalità tal-laħam hija garantita wkoll grazzi għat-tqassim aħħari tal-pH tal-laħam.
3.3. Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
Il-majjal tal-Franche-Comte jingħata għalf ibbażat fuq ix-xorrox. Dan huwa prodott sekondarju fil-proċess tat-tiswir tal-ġobon u jirrappreżenta bejn 15 u 35 % tal-materja niexfa fl-għalf u jista' jitqassam nej, ikkonċentrat jew niexef.
Iż-żieda ta’ għalf kumplimentari għax-xorrox ikopri l-bżonnijiet nutrizzjonali tal-majjal u jħalli post importanti għaċ-ċereali u l-prodotti derivattivi tagħhom: l-għalf kumplimentari jinkludi tal-anqas 50 % ċereali u ġejjin minn ċereali li minnhom tal-inqas 25 % huma ċereali, u minn proteini veġetali bl-amino aċidi bbilanċjati. Il-kontenut ta’ aċidu linoleiku, li jista’ jwassal għall-kwalità tas-simna agħar, huwa rregolat u llimitat ukoll għal 1.7 % tal-proporzjon totali.
3.4. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:
Il-“Porc de Franche-Comté” jinbiegħ frisk u mkessaħ, ippakkjat jew le u f’għamla ta’:
— |
karkassi, |
— |
qatgħat primarji, |
— |
qatgħat sekondarji. |
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:
It-tikkettar tal-prodott għandu jinkludi b’mod obbligatorju:
Denominazzjoni tal-bejgħ: “Porc de Franche-Comté”.
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:
Il-“Porc de Franche-Comté” jitwieled, jissemmen u jinqatel esklussivament fir-reġjun Franche-Comte li jikkorrispondi għad-dipartimenti ta’ Doubs (25), Jura (39), Haute Saone (70), Territoire de Belfort (90).
Il-qtil fiż-żona ġeografika jillimita l-istress li jkollhom l-annimali minħabba t-trasport u għaldaqstant jiżgura l-massimu tal-kwalità teknoloġika tal-laħam.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Il-Franche-Comté hija mifruxa bejn ir-Rhône u r-Rhin u mdawra minn żewġ meded ta’ muntanji li jagħtuha għamla: il-muntanji tal-Jura fil-Lvant u l-medda ta’ muntanji Vosges fit-Tramuntana. Fil-Punent il-pajżaġġ tar-reġjun għandu art baxxa bil-meded li minnhom jaqsmu ż-żewġ passaġġi tal-ilma tar-reġjun: is-Saône u d-Doubs, u togħla ’l fuq lejn il-Lvant għal żewġ plateaus sakemm tilħaq il-muntanji tal-Jura.
L-agrikoltura tal-Franche-Comté, li hija attività ewlenija f’dan it-territorju, hija bbażata l-aktar fuq it-trobbija tal-frat, li hija prinċipalment orjentata lejn il-produzzjoni tal-ħalib. Il-Franche-Comté għandha linja ta’ produzzjoni tal-ġobon żviluppata ħafna taħt denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata. Għadd kbir ta’ “fruitières” (kif inhuma magħrufa lokalment l-istabbilimenti tal-ġobon) huma mxerrda mat-territorju kollu.
L-attività ta’ dawn il-fruitières tipproduċi x-xorrox, li huwa materja prima ta’ kwalità għall-ikel tal-annimali: ma fihx ħafna xaħmijiet u aċidi xaħmija mhux saturati, iżda huwa rikk fil-lysine u t-threonine, li huma aċidi amini essenzjali għal ċerti speċi tal-annimali. Għalhekk, huwa bis-saħħa tal-iżvilupp tal-istabbilimenti tal-ġobon, li d-daqs żgħir tagħhom isaħħaħ l-użu fil-post tax-xorrox mingħajr trasport jew tkessiħ, li t-trobbija tal-majjali mitmugħin ix-xorrox setgħet tiżviluppa fit-territorju tal-Franche-Comté.
Il-prodotti ta’ din il-produzzjoni lokali tal-majjali huma essenzjalment reġjonali. Il-majjal tal-Franche-Comté jinbiegħ bħala laħam frisk iżda wkoll bħala materja prima maħsuba għall-fabbrikanti ta’ prodotti tal-laħam ippreżervat.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Taħlita ta’ kwalitajiet speċifiċi fil-“Porc de Franche-Comté”:
Il-“porc de Franche-Comté” għandu kwalitajiet magħrufa mill-fabbrikanti taz-zalzett jiġifieri l-kwalitajiet tal-laħam u l-proċessibbiltà tiegħu:
— |
laħam ta’ kwalità tajba ħafna, lewn sabiħ u konsistenza tajba, |
— |
in-nuqqas ta’ effużjoni, kemm fil-muskoli maħżuna u fil-partijiet imqattgħa minn qabel, |
— |
kwalitajiet li jinsabu fil-prodotti msajrin: kotoletti torija, prieżet b’konsistenza soda u sukkulenti li għandhom aroma bnina u togħma tajba ħafna, xaħam sod ta’ lewn abjad. |
Din il-kwalità tal-laħam tal-majjal tal-Franche-Comté hija marbuta ma’ diversi fatturi: il-ġenetika, il-kundizzjonijiet tat-trasport u tal-qtil, l-ikel, l-età u l-piż tal-annimali li se jinqatlu.
Kwalità u ġenetika:
L-annimali li jintużaw għall-“Porc de Franche-Comté” u li huma rġiel kastrati u nisa li ma jintużawx għar-ripproduzzjoni (biex jiġi evitat ir-riskju ta’ riħa tinten mil-laħam tal-majjali rġiel li ma ġewx kastrati) huma magħżula abbażi ta’ żewġ ġeni ewlenin li jħallu impatt fuq il-kwalità teknoloġika: il-ġene halothane (hal) jew il-ġene tas-sensibbiltà għall-istress huwa l-kawża tas-sindromu PSE (Pale, Soft, Exsudative) u l-allel RN tal-ġene RN (jew laħmijiet aċidużi) jaħti għal-laħmijiet hekk imsejħa “aċidużi”.
Kwalità u kundizzjonijiet tat-trobbija:
Lil hinn mill-ġenetika tal-annimali, l-IĠP għall-“Porc de Franche-Comté” tpoġġi fuq quddiem il-kundizzjonijiet ta’ farms speċifiċi (ikel bix-xorrox u trobbija fit-tul) tar-reġjun Franche-Comté, li jħallu impatt fuq il-kwalità tal-laħam prodott.
B’dan il-mod, irriżulta li l-livell għoli tal-enerġija fl-ikel minħabba x-xorrox jista’ jtejjeb il-kwalità tal-laħam minħabba li l-annimali jikbru iżjed bil-mod u jkollhom iktar età meta jiġu biex jinqatlu u dan iwassal għal laħam b’maturità aqwa. Barra minn hekk, ix-xorrox itejjeb il-kwalità tax-xaħam tal-majjal.
Irriżulta wkoll li meta l-annimali jdumu iktar biex jinqatlu (iżjed minn 182 jum għall-majjal tal-Franche-Comté) u l-piż tal-karkassa jkun għoli (iktar minn 75 kg għall-majjal tal-Franche-Comté) tiżdied il-kwalità tal-laħam partikularment il-fermezza u l-ħxuna tal-flett. Barra minn hekk, il-piż tal-karkassa kif ukoll l-età tal-qtil, assoċjati mal-ispeċifitajiet tal-ikel tal-majjali, jippermettu t-titjib tal-kwalità organolettika tat-tessuti xaħmin tal-majjal. Il-lipidi mhux saturati tal-majjal jonqsu bl-età u l-piż.
Il-kwalità tal-laħam tal-majjal tal-Franche-Comté titjieb ukoll grazzi għall-kundizzjonijiet tat-trasport u tal-qtil li jnaqqsu l-istress tal-annimali.
Fl-aħħar nett, l-ikel użat għall-Porc de Franche-Comte inaqqas il-livell ta’ aċidi mxaħħma mhux saturati fil-laħam u jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalitajiet organolettiċi tal-laħam u l-prodotti tiegħu. Il-perossidazzjoni tal-aċidi mxaħħma tista’ twassal biex ix-xaħam fuq il-prieżet niexfa jieħu lewn oranġjo, u t-togħma tal-laħam tinbidel minħabba l-produzzjoni ta’ ketoni u aldeidi. Dan iwassal għal riħa mranġta. Dawn il-prassi jwasslu għal tnaqqis fil-kontenut tal-lipidi mhux saturati fil-laħam u b’hekk jiggarantixxu kwalitajiet viżivi u tax-xamm pożittivi.
Reputazzjoni ppreżervata matul iż-żmien:
Sa mis-seklu 19 it-tismin tal-majjal bl-użu tax-xorrox li ġej minn stabbilimenti lokali tal-ġobon żviluppa u sar speċjalità tal-agrikultura tal-Franche-Comté.
Ir-rabta bejn il-produzzjoni tal-ġobon u dik tal-majjal baqgħet għaddejja sa llum u l-farms tal-majjali tar-reġjun jibqgħu marbutin mill-qrib ma’ prodotti DPO diversi tal-Franche-Comté (Comté, Morbier, Mont d’Or, Bleu de Gex). B’hekk il-farms tal-majjali jipprovdu mezzi biex jivvalorizzaw ix-xorrox tal-istabbilimenti tal-ġobon u huma wkoll sustanzi organiċi għall-farms tal-ħalib għall-fertilizzazzjoniji tal-mergħat. Hija sistema ekonomika lokali fejn iż-żewġ setturi jiddependu minn xulxin.
Bħalissa, il-laħam tal-majjal tal-Franche-Comte jissodisfa s-suq reġjonali kemm bħala laħam frisk għall-bejgħ u kemm bħala materja prima għall-proċessaturi.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Il-produzzjoni tal-majjali tal-Franche-Comté żviluppat flimkien mal-istabbilimenti lokali tal-ġobon.
Hija n-natura speċjali tal-produzzjoni u l-ipproċessar tal-ħalib fil-Franch-Comte li wasslet għall-iżvilupp tal-produzzjoni reġjonali tal-majjal. Iċ-ċokon tal-istabbilimenti tal-ġobon taż-żona jintensifika l-użu tax-xorrox fuq il-post, mingħajr ħtieġa għat-trasport jew tkessiħ. Dan jispjega kif sa llum il-Franche-Comté hija l-unika reġjun Franċiż fejn l-użu tax-xorrox għandu importanza kbira fl-ikel tal-majjali.
Minn kważi elf miljun litru ħalib ipproċessat minn madwar 180 stabbiliment reġjonali tal-ġobon, li jipproduċu madwar 850 miljun litru ta’ xorrox, huwa kkalukulat li bħalissa madwar kwart qed jintuża mill-farms tal-majjali.
Dawn il-karatteristiċi speċifiċi jimxu flimkien mal-iżvilupp tas-sistemi partikulari tal-farms, bħall-installazzjoni tal-pajpijiet tal-ħalib bejn l-stabbilimenti tal-ġobon u dawk tal-majjali sabiex jiġi evitat it-trasport tax-xorrox bit-trakk, jew l-iskambji ta’ skart likwidu bejn il-bdiewa tal-majjali u membri tal-kooperattivi tal-ħalib li jużawh biex jiffertilizzaw il-mergħat tagħhom.
Fl-aħħar nett, sa mit-tmeninijiet, ġew imwettqa għadd kbir ta’ investimenti fil-farms reġjonali sabiex ilaqqgħu l-użu tax-xorrox mar-rekwiżiti tal-produzzjoni moderna tal-majjali, u kważi żewġ terzi tal-postijiet ta’ tismin tal-majjali tal-Franche-Comte jużaw ix-xorrox bħalissa (madwar 70 000 post jiġifieri 190 000 majjal prodott fis-sena). Barra minn hekk il-farms tal-majjali li jużaw ix-xorrox u l-istabbilimenti fejn jipproċessaw il-ħalib għandhom l-istess distribuzzjoni.
Għaldaqstant ġewwa l-Franche-Comte ġiet stabbilita rabta qawwija bejn il-produzzjoni tal-majjali u dik tal-ġobon u d-disponibbiltà tax-xorrox li jiġi prodott. Is-sistema tal-ikel li żviluppat bl-użu tax-xorrox għat-tismin tal-majjali assoċjat ma’ trobbija iktar fit-tul (annimali ixjeħ, itqal …) hija konnessa direttament mal-Franche-Comte u tagħti lok biex jinkisbu l-karatteristiċi speċifiċi tal-majjal tal-Franche-Comte jiġifieri laħam b’konsistenza sabiħa u bi ftit effużjoni, ta’ lewn sabiħ u xaħam sod u abjad, laħam rinomat ħafna qalb il-konsumaturi tal-Franche-Comte li jfaħħru l-kwalità tiegħu u huma marbutin ħafna mal-oriġini lokali tiegħu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet:
(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.inao.gouv.fr/repository/editeur/pdf/IGP2008/CDCPorcDeFrancheComte.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.