|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.027.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 027/01 |
||
|
2010/C 027/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5742 – Ameropa Holding/Interbrau) ( 1 ) |
|
|
2010/C 027/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5689 – Bominflot/SBI Holding) ( 1 ) |
|
|
2010/C 027/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5711 – RWE/ENSYS) ( 1 ) |
|
|
|
IV Avviżi |
|
|
|
AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 027/05 |
||
|
2010/C 027/06 |
||
|
|
V Opinjonijiet |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 027/07 |
||
|
2010/C 027/08 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni Ewropea
|
3.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/1 |
Awtorizzazzjoni tal għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
2010/C 27/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
15.12.2009 |
||||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 438/09 |
||||||||
|
Stat Membru |
Franza |
||||||||
|
Reġjun |
Midi-Pyrénées u Aquitaine |
||||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Aides complémentaires au transport et à la rupture de charge de bois des forêts sinistrées par la tempête Klaus du 24 janvier 2009 |
||||||||
|
Il-bażi legali |
L-Artikolu L 2212-1 u L 1511-2 tal-code général des collectivités territoriales |
||||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||||
|
L-għan |
Għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastri naturali |
||||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Sussidju dirett |
||||||||
|
L-estimi |
EUR 7 744 000 |
||||||||
|
L-intensità |
— |
||||||||
|
It-tul ta' żmien |
Sa tmiem il-pagamenti |
||||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-settur tal-forestrija |
||||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
18.12.2009 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 571/09 |
|||||
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|||||
|
Reġjun |
— |
|||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Absatzförderungsmaßnahmen für Erzeugnisse aus ökologischem Landbau (Anmeldung einer Änderung) |
|||||
|
Il-bażi legali |
Bundeshaushaltsordnung (BHO) (§§ 23, 44, 91, 100); Allgemeine Verwaltungsvorschriften zu §§ 23, 44 BHO; Verwaltungsverfahrensgesetz (VwVfG) (§§ 48 bis 49a) |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||
|
L-għan |
L-għan tal-iskema huwa biex permezz ta' kampanji ta' tagħrif u miżuri ta' promozzjoni relatati, il-konsumaturi jkunu jafu iktar dwar il-prodotti organiċi u jkunu mgħarrfa sewwa dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar, it-tikkettar u l-kwalità tal-prodotti organiċi. |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Sussidju |
|||||
|
L-estimi |
Baġit kumplessiv ta' EUR 8 miljun Baġit annwali ta’ EUR 2 miljun |
|||||
|
L-intensità |
50 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
Mill-1.1.2010 sal-31.12.2013 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Agrikoltura |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
3.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5742 – Ameropa Holding/Interbrau)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 27/02
Fid-19 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5742. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
3.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5689 – Bominflot/SBI Holding)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 27/03
Fit-18 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5689. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
3.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5711 – RWE/ENSYS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 27/04
Fil-15 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32009M5711. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Avviżi
AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Kummissjoni Ewropea
|
3.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/5 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
1,00 % fl-1 ta’ Frar 2010
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-2 ta’ Frar 2010
2010/C 27/05
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3937 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
126,20 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4454 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87375 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,1229 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,4733 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,1435 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,998 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
270,25 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7087 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9917 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,0915 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,0720 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5815 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4768 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,8263 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,9706 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,9641 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 616,23 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,4002 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,5147 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3180 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
13 037,03 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7602 |
|
PHP |
Peso Filippin |
64,638 |
|
RUB |
Rouble Russu |
42,0475 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
46,187 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,5703 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,9543 |
|
INR |
Rupi Indjan |
64,4000 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
3.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/6 |
Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72
Perjodu ta' referenza: Jannar 2010
Perjodu ta' applikazzjoni: April, Mejju, Ġunju 2010
|
1-2010 |
EUR |
BGN |
CZK |
DKK |
EEK |
LVL |
LTL |
HUF |
PLN |
|
1 EUR = |
1 |
1,95580 |
26,1334 |
7,44243 |
15,6466 |
0,708775 |
3,45280 |
269,428 |
4,07034 |
|
1 BGN = |
0,511300 |
1 |
13,3620 |
3,80531 |
8,00010 |
0,362396 |
1,76542 |
137,758 |
2,08116 |
|
1 CZK = |
0,0382653 |
0,0748392 |
1 |
0,284786 |
0,598722 |
0,0271215 |
0,132122 |
10,3097 |
0,155753 |
|
1 DKK = |
0,134365 |
0,262791 |
3,51140 |
1 |
2,10235 |
0,0952344 |
0,463935 |
36,2016 |
0,546910 |
|
1 EEK = |
0,0639116 |
0,124998 |
1,67023 |
0,475658 |
1 |
0,045299 |
0,220674 |
17,2196 |
0,260142 |
|
1 LVL = |
1,41088 |
2,75941 |
36,8712 |
10,5004 |
22,0756 |
1 |
4,87150 |
380,132 |
5,74278 |
|
1 LTL = |
0,289620 |
0,566439 |
7,56874 |
2,15548 |
4,53157 |
0,205275 |
1 |
78,0317 |
1,17885 |
|
1 HUF = |
0,00371157 |
0,00725908 |
0,0969957 |
0,0276231 |
0,0580734 |
0,00263067 |
0,0128153 |
1 |
0,0151073 |
|
1 PLN = |
0,245680 |
0,480500 |
6,42043 |
1,82845 |
3,84405 |
0,174132 |
0,848283 |
66,1930 |
1 |
|
1 RON = |
0,241644 |
0,472608 |
6,31497 |
1,79842 |
3,78091 |
0,171271 |
0,834349 |
65,1057 |
0,983574 |
|
1 SEK = |
0,0980984 |
0,191861 |
2,56364 |
0,730090 |
1,53491 |
0,0695297 |
0,338714 |
26,4304 |
0,399294 |
|
1 GBP = |
1,13244 |
2,21482 |
29,5944 |
8,42809 |
17,7188 |
0,802644 |
3,91008 |
305,111 |
4,60941 |
|
1 NOK = |
0,122224 |
0,239046 |
3,19413 |
0,909646 |
1,91240 |
0,0866296 |
0,422016 |
32,9307 |
0,497495 |
|
1 ISK = |
0,00556238 |
0,0108789 |
0,145364 |
0,0413976 |
0,0870324 |
0,00394248 |
0,0192058 |
1,49866 |
0,0226408 |
|
1 CHF = |
0,677270 |
1,32461 |
17,6993 |
5,04053 |
10,5970 |
0,480032 |
2,33848 |
182,476 |
2,75672 |
|
1-2010 |
RON |
SEK |
GBP |
NOK |
ISK |
CHF |
|
1 EUR = |
4,13832 |
10,1939 |
0,883050 |
8,18168 |
179,779 |
1,47652 |
|
1 BGN = |
2,11592 |
5,21211 |
0,451503 |
4,18329 |
91,9210 |
0,754942 |
|
1 CZK = |
0,158354 |
0,390071 |
0,0337902 |
0,313074 |
6,87929 |
0,0564993 |
|
1 DKK = |
0,556044 |
1,36969 |
0,118651 |
1,09933 |
24,1560 |
0,198392 |
|
1 EEK = |
0,264487 |
0,651506 |
0,0564372 |
0,522904 |
11,4900 |
0,0943665 |
|
1 LVL = |
5,83869 |
14,3823 |
1,24588 |
11,5434 |
253,647 |
2,08319 |
|
1 LTL = |
1,19854 |
2,95234 |
0,255749 |
2,36958 |
52,0676 |
0,427628 |
|
1 HUF = |
0,0153596 |
0,0378352 |
0,00327750 |
0,0303668 |
0,667262 |
0,00548018 |
|
1 PLN = |
1,01670 |
2,50442 |
0,216947 |
2,01007 |
44,1681 |
0,362750 |
|
1 RON = |
1 |
2,46329 |
0,213384 |
1,97705 |
43,4426 |
0,356791 |
|
1 SEK = |
0,405962 |
1 |
0,0866258 |
0,802609 |
17,6360 |
0,144844 |
|
1 GBP = |
4,68639 |
11,5439 |
1 |
9,26525 |
203,589 |
1,67206 |
|
1 NOK = |
0,505803 |
1,24594 |
0,107930 |
1 |
21,9734 |
0,180466 |
|
1 ISK = |
0,0230189 |
0,0567021 |
0,00491186 |
0,0455096 |
1 |
0,00821294 |
|
1 CHF = |
2,80276 |
6,90399 |
0,598064 |
5,54121 |
121,759 |
1 |
Note: all cross rates involving ISK are calculated using ISK/EUR rate data from the Central Bank of Iceland
|
1. |
Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' munita oħra tkun ir-rata ikkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
2. |
Il-perjodu ta' referenza jkun:
Ir-rati tal-kambju jiġu ppublibkati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru. |
V Opinjonijiet
ATTI OĦRAJN
Kummissjoni Ewropea
|
3.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/8 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2010/C 27/07
Din il-pubblikazzjoni tagħti dritt għal oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL
Applikazzjoni għal emenda b’mod konformi mal-Artikolu 9
“FOURME D’AMBERT” JEW “FOURME DE MONTBRISON”
Nru KE: FR-PDO-0117-0119-30.03.2006
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Intestatura tal-ispeċifikazzjonijiet affettwata mill-emenda:
|
— |
|
Isem tal-prodott |
|
— |
|
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
|
Żona ġeografika |
|
— |
|
Prova tal-oriġini |
|
— |
|
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
|
Konnessjoni |
|
— |
|
Tikkettar |
|
— |
|
Rekwiżiti nazzjonali |
|
— |
|
Oħrajn [għandhom jiġu speċifikati] |
2. Tip ta’ emenda(i):
|
— |
|
Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi |
|
— |
|
Emenda tal-ispeċifikazzjonijiet tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha ebda dokument uniku jew sommarju ma ġew ippubblikati |
|
— |
|
Emenda tal-ispeċifikazzjonijiet li ma teħtiġx emendar tad-dokument uniku ppubblikat (Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
|
— |
|
Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjonijiet li tirriżulta mill-adozzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda(i):
3.1. Isem:
Sostituzzjoni tal-kliem “Fourme d’Ambert jew fourme de Montbrison” bil-kliem “Fourme d’Ambert”.
Din l-emenda tapplika wkoll għall-bqija tal-ispeċifikazzjonijiet.
Dawn iż-żewġ ismijiet jikkorrispondu fil-fatt għal żewġ prodotti separati. Din l-emenda tippermetti li ssir distinzjoni bejn id-DPO “Fourme d’Ambert” u d-DPO “Fourme de Montbrison”.
3.2. Deskrizzjoni:
L-ewwel paragrafu tad-deskrizzjoni tal-prodott għandu jiġi emendat biex jiġi speċifikat li “Il-Fourme d'Ambert huwa ġobon (…) ta’ kulur li jvarja minn griż ċar sa griż li jista’ jkollu moffa bajda, safra u ħamra kif ukoll riflessi fil-blu. L-għaġina ta’ kulur abjad krema għandha toqob b’disinn simili għall-irħam imqassam indaqs ta’ kulur li jvarja minn blu sa aħdar.”
It-tieni paragrafu tad-deskrizzjoni għandu jinbidel bil-paragrafu:
“Il-ġobon li għandu d-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Fourme d'Ambert” huwa ġobon magħmul bil-ħalib tal-baqra trattat bit-tames li għandu l-forma ta’ ċilindru b’tul ta’ bejn 17-il ċentimetru u 21 ċentimetru, b’dijametru ta’ 12,5 sa 14-il ċentrimetru u piż ta’ 1,9 sa 2,5 kilogrammi b’għaġina b’disinn simili għall-irħam, mhux ippressat, mhux imsajjar, iffermentat u mmellaħ.
Il-kontenut ta’ xaħam huwa mill-inqas 50 gramma f’kull 100 gramma ta’ ġobon wara li jitnixxef kompletament, il-kontenut ta’ sustanza mnixxfa m’għandhiex tkun inqas minn 50 gramma għal kull 100 gramma ta’ ġobon raffinat.”
Argumentazzjoni:
Dan il-kliem jippermetti li d-deskrizzjoni tal-ġobon tkun aħjar: id-daqs u l-piż ġew speċifikati, kif ukoll id-dehra tal-qoxra u tal-għaġina.
3.3. Żona ġeografika:
Il-punt 3 tal-ispeċifikazzjonijiet għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
“Iż-żona ġeografika tal-Fourme d’Ambert tinkludi:
|
— |
iż-żona tal-oriġini storika tal-prodott, li tinkludi l-hautes chaumes du Forez, fuq il-parti tal-quċċata tal-muntanji ta’ Forez, fil-fruntieri tad-départements tal-Loire u tal-Puy de Dôme. Dan huwa grupp li għandu unità naturali affermata sew kemm mill-aspett ġeomorfoloġiku kif ukoll dak botaniku. Bil-forma ta’ artijiet kbar vojta li jinsabu fuq pedament tal-granit, l-hautes chaumes għandhom u jiġu sottomessi għal influenza kontinentali u oċeanika. Għamliet differenti ta’ ħxejjex ġew elenkati minn hawnhekk, u dawn jiddependu fuq il-kundizzjonijiet tal-istazzjonijiet u tal-użu pastorali attwali u fil-passat: meded tal-ħaxix jew mergħat; xagħri bi kwantità kbira ta’ riħan u ġummar; xagħri li jkun fihom kemm l-Alchemilla saxatilis kif ukoll il-Vaccinium uliginosum; ambjent umdu u peatlands. L-hautes chaumes huma wkoll il-post ta’ impjantazzjoni tal-jas jew jasseries (bini ta’ mergħat li jinsabu f’altitudni aktar għolja minn dik tal-ħabitat permanenti), prova tal-attività pastorali marbuta mal-fabbrikazzjoni antika ta’ dan il-ġobon. |
|
— |
Iż-żona periferali li tikkorrispondi mal-estensjoni tal-fabbrikazzjonijiet fil-bidu tas-seklu XX. Din tikkorrispondi għas-setturi li minħabba l-altitudni jew il-preżenza ta’ nżul wieqfa jistgħu jiġu assoċjati ma’ kunċett ta’ ambjent muntanjuż. Dawn huma essenzjalment reġjuni ta’ meded kristallini jew vulkaniċi, isseparati minn xulxin b’widien fondi, li l-ekonomija tagħhom hija bbażata fuq it-trobbija tal-ifrat. |
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-fabbrikazzjoni, ir-raffinar u l-preżervazzjoni tal-ġobniet sa 28 jum wara ż-żieda tat-tames isiru ġewwa ż-żona ġeografika li testendi ruħha sat-territorju tal-muniċipalitajiet elenkati fis-sinteżi”
Argumentazzjoni:
Ix-xogħol ta’ definizzjoni tal-ispeċifiċitajiet tal-Fourme d’Ambert wassal għaċ-ċentralizzazzjoni mill-ġdid taż-żona ġeografika tiegħu ta’ produzzjoni, skont il-kriterji msemmijin hawn fuq.
Meta mqabbel ma’ żona inizjali ta’ 858 muniċipalità, iċ-ċentralizzazzjoni mill-ġdid wasslet għall-esklużjoni ta’ 495 muniċipalità fir-rigward tal-Fourme d'Ambert.
3.4. Prova tal-oriġini
Żieda tal-paragrafi:
“Kwalunkwe operatur li jkun jixtieq jintervjeni totalment jew parzjalment fil-produzzjoni, il-ġabra, l-ipproċessar jew ir-raffinar tal-Fourme d’Ambert għandu jissottometti dikjarazzjoni tal-identifikazzjoni. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi approvata mill-grupp u rreġistrata.
Kull operatur għandu jżomm reġistri għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kif ukoll kwalunkwe dokument li jkun meħtieġ għall-kontroll tal-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobniet, b’mod partikolari kontabbiltà ta’ kuljum li tkun tinkludi d-dħul u l-ħruġ ta’ ħalib u ġobniet jew kwalunkwe dokument ekwivalenti ieħor ta’ kontabbiltà.
L-utenti tal-maħżen tar-raffinar għandhom iżommu reġistri speċjali jew dokumenti ta’ kontabbiltà ekwivalenti, ta’ dħul u ta’ ħruġ, li jkollhom b’mod partikolari l-indikazzjonijiet li ġejjin: data tat-titqib, numru ta’ ġobniet u indikazzjoni tal-lottijiet, data tal-ħruġ mill-imħażen jew mill-kamra tat-tnixxif wara l-perijodu ta’ raffinar.
Fil-qafas tal-kontroll magħmul fuq il-karatteristiċi tal-prodott tad-denominazzjoni tal-oriġini, eżami analitiku u organolettiku għandu l-għan li jiżgura l-kwalità u t-tipiċità tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.”
Argumentazzjoni:
L-elementi speċifikati jippermettu li jiġi żgurat kontroll u monitoraġġ aħjar tal-oriġini tal-prodotti. Dawn inġiebu konformi mar-regolamentazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-kontroll tad-denominazzjonijiet tal-oriġini, li żviluppat fl-2007.
3.5. Metodu ta’ produzzjoni:
Din il-parti, speċifikata b’mod partikolari b’rabta mal-ispeċifikazzjonijiet preċedenti, inkitbet mill-ġdid u ġiet organizzata f’bosta sottopartijiet. It-test ta’ qabel għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
(a) Ir-razzjon bażiku
“Matul is-sena kollha, ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib għandu jiġi żgurat biss mill-magħlef li ġej miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni.”
“Din il-miżura tista’ tkun soġġetta għal deroga għall-perijodi ta’ nixfa, il-perikli tal-klima jew ċirkostanzi eċċezzjonali oħra.”
“L-ikel awtorizzat huwa l-magħlef kollu, bl-esklużjoni tal-Cruciferae.”
“Il-ħaxix għall-mergħa, imnixxef, imnixxef minn qabel jew maħżun għandu jkun il-bażi tal-ikel.”
“Barra l-perijodu tal-mergħa, il-ħuxlief għandhu jirrappreżenta mill-inqas medja ta’ 3 kg ta’ sustanza niexfa għal kull baqra tal-ħalib u kuljum, għall-merħla tal-ħalib.”
Argumentazzjoni:
Dawn id-dettalji għandhom l-għan li jsaħħu l-konnessjoni tal-ġobon mat-territorju tad-DOK permezz tal-ikel tal-baqar tal-ħalib.
(b) Il-merħla u l-mergħa
“It-trobbija esklużiva fi stalel permanenti matul il-perijodu tal-mergħa kif ukoll it-trobbija ’l barra mit-territorju huma pprojbiti.”
“Fil-perijodu ta’ disponibbiltà tal-ħaxix, malli l-kundizzjonijiet tal-klima jkunu jippermettu, il-mergħa hija obbligatorja.”
Argumentazzjoni:
Dawn id-dettalji għandhom l-għan li jsaħħu l-konnessjoni tal-ġobon mat-territorju tad-DOK permezz tad-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-mergħa tal-baqar tal-ħalib.
(c) Ikel komplimentari
“Iż-żieda ta’ supplimenti u addittivi hija limitata għal medja ta’ 1 800 kg ta’ sustanza niexfa għal kull baqra tal-ħalib u kull sena, għall-baqar tal-ħalib kollha.
Is-supplimenti u l-addittivi awtorizzati huma:
|
— |
Iċ-ċereali kollha u l-prodotti sekondarji tagħhom, |
|
— |
Iż-żerriegħa tal-qamħ, |
|
— |
Id-dqiq kollu mingħajr l-addizzjoni ta’ urea, |
|
— |
L-alfalfa mnixxfa, il-polpa tal-pitravi mnixxfa, il-lactoserum, il-melassat, iż-żerriegħa tal-proteini u taż-żejt, |
|
— |
Il-melħ, il-minerali, l-oligo-elementi, il-vitamini. |
Kull addittiv li jbiddel direttament il-kompożizzjoni tal-ħalib huwa pprojbit.”
Argumentazzjoni:
Is-supplimenti (l-ikel kollu barra mill-ġwies: ċereali, minerali…) huma indispensabbli għall-produzzjoni tal-ħalib. Dan l-ikel jiġi kkultivat biss b’mod rari ħafna fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni. Dawn ma jistgħux jiġu pprojbiti, iżda huwa meħtieġ li tiġi stabbilita lista pożittiva biex jiġu evitati s-supplimenti kollha li jistgħu jkollhom effett mhux mextieq fuq il-kwalità tal-ħalib. Barra minn hekk, il-kwantità ta’ dawn is-supplimenti u l-addittivi hija limitata sabiex jiġi ffavorit l-ikel tar-razzjon bażiku li ġej miż-żona ġeografika.
(d) Ħażna tal-ħalib fir-razzett
“Wara l-ħlib, il-ħalib jinżamm f’tank kiesaħ.”
“Il-ħażna tal-ħalib fir-razzett ma tistax taqbeż t-48 siegħa wara l-ewwel ħalba.”
Argumentazzjoni:
Dawn id-dettalji għandhom l-għan li jiggarantixxu l-kwalità tal-ħalib fir-razzett u wara l-ewwel interventi fil-fabbrika tal-ġobon.
“L-ewwel intervent, biex il-ħalib jiġi pproċessat f’ġobon, għandu jsir fl-24 siegħa wara li jasal fil-post tal-ipproċessar.”
“Il-konċentrazzjoni tal-ħalib permezz tal-eliminazzjoni parzjali tal-parti li tikkonsisti f’ilma qabel il-koagulazzjoni hija pprojbita.”
“In-normalizzazzjoni f’xaħam u l-omoġenizzazzjoni tal-ħalib huma awtorizzati, in-normalizzazzjoni tal-materja li jkun fiha l-proteini hija pprojbita.”
“Il-maturazzjoni primarja tal-ħalib kif ukoll it-trattament bis-sħana huma awtorizzati.”
Argumentazzjoni:
Il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni kollha li jikkonċernaw il-ħalib użat ġew deskritti b’mod preċiż sabiex dan l-istadju jiġi aktar ikkontrollat.
“Id-disinn simili għall-irħam tal-għaġina tal-ġobon għandu jinkiseb permezz tat-inserzjoni tal-Penicillium roqueforti.”
“Minbarra l-materji primi tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew l-awżiljarji tal-fabbrikazzjoni jew l-addittivi awtorizzati fil-ħalib jew matul il-fabbrikazzjoni huma l-baqta, l-ispeċi li ma jagħmlux ħsara ta’ batterji, ta’ ħmira, ta’ moffa, ta’ calcium chloride u l-melħ.”
“Iż-żieda tat-tames għandha ssir f’temperatura bejn 30 °C u 35 °C. Din titwettaq permezz tat-tames biss.”
“L-istadji differenti li jiġu wara huma l-qtugħ tal-“koagulum jew il-baqqat”, it-taħlit, it-tpoġġija fil-forom, it-taqtir, it-tmelliħ li jsir fl-aħħar tat-taqtir, stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin:
|
— |
Il-ħalib magħqud miksub imsejjaħ “il-koagulum jew il-baqqat” għandu jinqasam f’biċċiet ta’ madwar ċentimetru sa 2 ċentimetri mill-ġenb li jagħtu vina msejħa “vina tal-qamħirrum” meta jispiċċa x-xogħol fit-tank. |
|
— |
It-taħlita baqta-serum għandha tiġi mħallta u titħalla toqgħod ħafna drabi wara xulxin sakemm il-biċċiet ikunu mnixxfa biżżejjed. |
|
— |
Parti mil-lactoserum tista’ tiġi rtirata qabel it-tpoġġija fil-forom. |
|
— |
It-tpoġġija fil-forom għandha ssir wara l-ewwel taqtir fuq tapit jew sistema ekwivalenti għall-produzzjoni fir-razzett. |
|
— |
It-taqtir fis-sala b’temperatura ta’ bejn 18 °C u 25 °C għandu jsir mingħajr ippressar, permezz ta’ taqlib għal 24 sa 48 siegħa. |
|
— |
It-tmelliħ għandu jsir fl-aħħar tat-taqtir wara t-tpoġġija fil-forom fis-salmura u/jew fil-melħ niexef.” |
“It-titqib li jsir biex tiddaħħal l-arja fl-għaġina tal-ġobon biex tiffavorixxi l-iżvilupp tal-Penicillium roqueforti għandu jsir mir-raba’ jum wara ż-żieda tat-tames f’temperatura tas-sala ta’ bejn 6 u 15 °C.”
“Il-preżervazzjoni permezz taż-żamma f’temperatura negattiva, tal-materji primi tal-ħalib, tal-prodotti li qegħdin jiġu ffabbrikati, tal-baqta jew tal-ġobon frisk hija pprojbita.”
Argumentazzjoni:
Il-kundizzjonijiet ta’ fabbrikazzjoni tal-ġobon kollha ġew deskritti b’mod aktar preċiż.
It-temperatura taż-żieda tat-tames ġiet speċifikata kif ukoll il-perijodu tat-tmelliħ, element importanti għall-kisba tal-karatteristiċi tal-ġobon.
L-istadju tat-titqib huwa essenzjali għall-kisba tad-disinn simili għall-irħam karatteristiku tal-fourme d’Ambert. Għalhekk huwa importanti li dan l-istadju jiġi deskritt sewwa.
“Wara t-titqib għandu jkun hemm perijodu ta’ raffinar ta’ mill-inqas 17-il jum fil-maħżen jew fil-kamra tat-tnixxif, f’temperatura bejn 6 u 12 °C u umdità bejn 90 u 98 % ta’ umdità relattiva.”
“Il-ġobniet imbagħad għandhom jinżammu f’sala b’temperatura ta’ bejn 0 u 6 °C sakemm iż-żmien massimu ta’ 28 jum wara ż-żieda tat-tames ma jkunx intlaħaq.”
“Il-ġobon jista’ jibbenefika mid-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata “Fourme d’Ambert” biss mit-tmienja u għoxrin jum mid-data taż-żieda tat-tames.”
“It-trasferiment tal-baqqat jew tal-irkotta bi kwalunkwe mezz huwa pprojbit.”
“Il-preżervazzjoni taħt ambjent immodifikat tal-ġobniet friski u tal-ġobniet li qegħdin jiġu raffinati hija pprojbita.”
Argumentazzjoni:
Il-kundizzjonijiet ta’ raffinar ġew speċifikati sabiex dan l-istadju importanti tal-elaborazzjoni tal-ġobon jiġi kkontrollat sewwa.
“Fil-każ partikolari tal-produzzjoni fir-razzett, għandu jintuża l-ħalib ta’ żewġ ħalbiet wara xulxin l-aktar, u l-ewwel waħda għandha titpoġġa fil-kesħa biex tiġi ppreżervata.”
“Il-fabbrikazzjoni tal-ġobon għandha ssir bil-ħalib mhux imsajjar u sħiħ mhux normalizzat fi proteini u xaħam.”
“Iż-żieda tat-tames għandha ssir 16-il siegħa l-aktar wara l-ewwel ħalba.”
“It-tpoġġija fil-forom għandha ssir wara l-ewwel taqtir fuq tapit jew sistema ekwivalenti.”
Argumentazzjoni:
L-istadji differenti speċifiċi għall-produzzjoni fir-razzett ġew miġbura fl-istess parti.
3.6. Konnessjoni mal-ambjent ġeografiku:
It-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi għandhom jiġu ssostitwiti bil-paragrafi:
“Bil-forma ta’ artijiet kbar vojta li jinsabu fuq pedament tal-granit, dan ir-reġjun ta’ altitudni huwa sottomess għal influenza kontinentali u oċeanika. Minkejja d-diffikultajiet naturali, dan kellu ħajja pastorali intensa, orjentata lejn il-produzzjoni tal-ġobon mill-produzzjoni tal-ħalib ta’ merħliet mhux kbar ħafna.
Sal-aħħar gwerra dinjija, il-produzzjoni ta’ fourme esklussivament fir-razzett kienet issir fil-jasseries, li kienu ekwivalenti għal chalets alpini tal-mergħa f’altitudni għolja jew dwejriet tal-Auvergne. Dawn il-jasseries kienu jokkupaw iż-żewġ naħat tal-istess katina tal-muntanji ta’ Forez. Dak iż-żmien kien jeżisti tip wieħed biss ta’ ġobon li kien jismu Fourme d’Ambert jew Fourme de Montbrison, mill-isem taż-żewġ swieq kbar li kienu jinsabu f’naħa u oħra tal-katina.
Fil-bidu tas-seklu XX, minħabba n-nuqqas tal-produzzjoni fir-razzett fuq il-mergħat sajfin fil-muntanji tal-Forez, xi fabbriki tal-ħalib fetħu fuq il-muntanji ta’ Forez, b’mod partikolari fuq in-naħa tal-Lvant. Fl-1950, kien hemm xi ħmistax minnhom li kienu jiġbru l-ħalib fuq perimetru xi kultant żgħir ħafna.
Huwa wkoll fil-bidu tas-seklu XX li bdew jidhru l-fabbrikanti ta’ fourme ’l barra miż-żona tradizzjonali. L-ewwel dehru fil-punent tal-Puy de Dôme (Laqueuille u Rochefort-Montagne) imbagħad fil-Cantal (Murat) u fil-vallée de la Dore (Thiers, Puy de Dôme). Fis-snin 1950, ġew stabbiliti fl-aħħar il-fabbrikanti ta’ Saint-Flour (Cantal) u Balbigny (plaine de la Loire).
Din iż-żona periferali li tikkorrispondi għall-estensjoni tal-fabbrikazzjonijiet fil-bidu tas-seklu XX hija magħmula minn setturi li minħabba l-altitudni jew il-preżenza ta’ nżul wieqfa jistgħu jiġu assoċjati ma’ kunċett ta’ ambjent muntanjuż. Dawn huma essenzjalment reġjuni ta’ meded kristallini jew vulkaniċi, isseparati minn xulxin b’widien fondi, li l-ekonomija tagħhom hija bbażata fuq it-trobbija tal-ifrat.
Flimkien man-nuqqas tal-produzzjoni fir-razzett u mal-estensjoni taż-żona ta’ fabbrikazzjoni, sar żvilupp tat-tekniki ta’ fabbrikazzjoni. Għalhekk, l-iżvilupp tal-Fourme sar flimkien mal-waqfien tat-tħin u t-tmelliħ fil-massa u minflokhom beda jsir taqtir inqas imsaħħaħ u tmelliħ fis-salmura. Minn prodott wieħed imsejjaħ “Fourme d’Ambert” jew “Fourme de Montbrison”, wieħed beda jmur lejn tip ta’ “Montbrison” ikkaratterizzat minn taqtir minn qabel, tħin u tmelliħ fil-massa tal-baqta u tip ta’ “Ambert” ikkaratterizzat minn taqtir imnaqqas u tmelliħ permezz tat-tpoġġija fis-salmura u/jew bil-melħ niexef fuq il-wiċċ.
Meta ġie rikonoxxut dan il-ġobon bħala denominazzjoni tal-oriġini, u anke jekk mit-testi wieħed jista’ jifhem li l-Fourme d’Ambert u l-Fourme de Montbrison huma żewġ denominazzjonijiet sinonimi, jidher li, fil-fatt, id-drawwiet huma differenti ħafna bejn dawn iż-żewġ ġobniet kemm fir-rigward tal-implantazzjoni tal-postijiet ta’ fabbrikazzjoni kif ukoll fir-rigward it-teknoloġija tal-fabbrikazzjoni tal-ġobon. Għalhekk sar xogħol biex jiġu ddefiniti aħjar iż-żewġ ġobniet u tiġi ċċentrata mill-ġdid iż-żona ġeografika ta’ produzzjoni ta’ kull wieħed minnhom fuq iż-żona tradizzjonali ta’ produzzjoni li jappartjenu għaliha.”
Argumentazzjoni:
B’rabta mal-emenda tal-punti “Isem”, “Żona ġeografika”, “Deskrizzjoni tal-prodott”, u “Metodu ta’ produzzjoni”, il-punt “Rabta” ġie emendat.
3.7. Tikkettar:
Dispożizzjonijiet ġodda għandhom jiġu aġġornati, minħabba l-iżvilupp tar-regolamentazzjoni nazzjonali, u preċiżjonijiet. Tneħħija tal-obbligu li jidher il-logo INAO.
3.8. Rekwiżiti nazzjonali:
Żieda ta’:
“Digriet dwar id-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata “Fourme d’Ambert” u r-Regolament tekniku ta’ applikazzjoni tiegħu.”
Argumentazzjoni:
L-integrazzjoni fl-ispeċifikazzjonijiet DPO tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tekniku ta’ applikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata approvata permezz tas-sentenza tad-29 ta’ April 2002.
SOMMARJU
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 510/2006 TAL-KUNSILL
“FOURME D’AMBERT”
Nru KE: FR-PDO-0117-0119-30.03.2006
DPO ( X ) IĠP ( )
Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għall-finijiet ta’ informazzjoni.
1. Servizz kompetenti tal-istat membru:
|
Isem: |
Institut National de l’Origine et de la Qualité |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+33 153898000 |
|||
|
Faks: |
+33 153898060 |
|||
|
Email: |
info@inao.gouv.fr |
2. Grupp:
|
Isem: |
Syndicat Interprofessionnel de la Fourme d’Ambert |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel: |
+33 473820155 |
|||
|
Faks: |
+33 473824400 |
|||
|
Email: |
contact@fourme-ambert.com |
|||
|
Kompożizzjoni: |
produtturi/proċessaturi ( ) oħrajn ( ) |
3. Tip ta’ prodott:
|
Klassi 1.3: |
ġobniet |
4. Speċifikazzjonijiet:
(sinteżi tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem:
“Fourme d’Ambert”
4.2. Deskrizzjoni:
Ġobon magħmul bil-ħalib tal-baqra li għandu l-forma ta’ ċilindru b’tul ta’ bejn 17 u 21 ċm u b’dijametru ta’ 12,5 sa 14-il ċm, piż ta’ 1,9 sa 2,5 kg, b’għaġina b’disinn simili għall-irħam, mhux ippressat, mhux imsajjar, iffermentat u mmellaħ, b’kontenut ta’ xaħam ta’ 50 % fl-estratt niexef u mill-inqas 50 % ta’ sustanza niexfa.
Il-qoxra hija niexfa, bil-moffa ta’ kulur li jvarja minn griż ċar sa griż li jista’ jkollu moffa bajda, safra u ħamra kif ukoll riflessi fil-blu. L-għaġina ta’ kulur abjad krema għandha toqob b’disinn simili għall-irħam imqassam indaqs ta’ kulur li jvarja minn blu sa aħdar.
4.3. Żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tal-Fourme d’Ambert tinkludi:
|
— |
iż-żona tal-oriġini storika tal-prodott, li tinkludi l-hautes chaumes du Forez, fuq il-parti tal-quċċata tal-muntanji ta’ Forez, fil-fruntieri tad-départements tal-Loire u tal-Puy de Dôme. Dan huwa grupp li għandu unità naturali affermata sew kemm mill-aspett ġeomorfoloġiku kif ukoll dak botaniku. Bil-forma ta’ artijiet kbar vojta li jinsabu fuq pedament tal-granit, l-hautes chaumes għandhom u jiġu sottomessi għal influenza kontinentali u oċeanika. Għamliet differenti ta’ ħxejjex ġew elenkati minn hawnhekk, u dawn jiddependu fuq il-kundizzjonijiet tal-istazzjonijiet u tal-użu pastorali attwali u fil-passat: meded tal-ħaxix jew mergħat; xagħri bi kwantità kbira ta’ riħan, ħiter u ġummar; xagħri li jkun fihom kemm l-Alchemilla saxatilis kif ukoll il-Vaccinium uliginosum; ambjent umdu u peatlands. L-hautes chaumes huma wkoll il-post ta’ impjantazzjoni tal-jas jew jasseries (bini ta’ mergħat li jinsabu f’altitudni aktar għolja minn dik tal-ħabitat permanenti), prova tal-attività pastorali marbuta mal-fabbrikazzjoni antika tal-fourme. |
|
— |
Iż-żona periferali li tikkorrispondi mal-estensjoni tal-fabbrikazzjonijiet fil-bidu tas-seklu XX. Din tikkorrispondi għas-setturi li minħabba l-altitudni jew il-preżenza ta’ nżul wieqfa jistgħu jiġu assoċjati ma’ kunċett ta’ ambjent muntanjuż. Dawn huma essenzjalment reġjuni ta’ meded kristallini jew vulkaniċi, isseparati minn xulxin b’widien fondi, li l-ekonomija tagħhom hija bbażata fuq it-trobbija tal-ifrat. |
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-fabbrikazzjoni, ir-raffinar u l-preżervazzjoni tal-ġobniet sa 28 jum wara ż-żieda tat-tames isiru ġewwa ż-żona ġeografika li testendi ruħha sat-territorju li ġej:
|
|
Il-lokalitajiet ta’ Ambert, Ardes, Arlanc, Besse-et-Saint-Anastaise, Bourg-Lastic, Courpière, Cunlhat, Herment, Manzat, Montaigut, Olliergues, Pionsat, Pontaumur, Pontgibaud, Rochefort-Montagne, Saint-Amant-Roche-Savine, Saint-Anthème, Saint-Dier-d'Auvergne, Saint-Germain-l'Herm, Saint-Gervais-d'Auvergne, Saint-Rémy-sur-Durolle, Tauves, Thiers, La Tour-d'Auvergne, Viverols: il-muniċipalitajiet kollha. |
|
|
Il-canton ta’ Aubière: il-muniċipalità ta’ Romagnat. |
|
|
Il-canton ta’ Beaumont: il-muniċipalitajietta’ Saint-Genès-Champanelle. |
|
|
Il-canton ta’ Billom: il-muniċipalitajiet ta’ Bongheat, Mauzun, Montmorin. |
|
|
Il-canton ta’ Champeix: il-muniċipalitajiet ta’ Clémensat, Courgoul, Creste, Grandeyrolles, Ludesse, Montaigut-le-Blanc, Saint-Floret, Saint-Nectaire, Saint-Vincent, Saurier, Tourzel-Ronzières, Verrières. |
|
|
Il-canton ta’ Châteldon: il-muniċipalitajiet ta’ Châteldon, Lachaux, Paslières, Puy-Guillaume, Ris. |
|
|
Il-canton ta’ Combronde: il-muniċipalità ta’ Combronde. |
|
|
Il-canton ta’ Gerzat: il-muniċipalità ta’ Sayat. |
|
|
Il-canton ta’ Issoire: il-muniċipalità ta’ Vodable. |
|
|
Il-canton ta’ Jumeaux: il-muniċipalitajiet ta’ Champagnat-le-Jeune, La Chapelle-sur-Usson, Esteil, Peslières, Saint-Jean-Saint-Gervais, Saint-Martin-d'Ollières, Valz-sous-Châteauneuf. |
|
|
Il-canton ta’ Lezoux: il-muniċipalitajiet ta’ Néronde-sur-Dore, Orléat, Peschadoires. |
|
|
Il-canton ta’ Menat: il-muniċipalitajiet ta’ Blot-l'Eglise, Lisseuil, Menat, Neuf-Eglise, Pouzol, Saint-Gal-sur-Sioule, Saint-Pardoux, Saint-Rémy-de-Blot, Servant, Teilhet. |
|
|
Il-canton ta’ Riom-Est: il-muniċipalità ta’ Châtelguyon. |
|
|
Il-canton ta’ Riom-Ouest: il-muniċipalitajiet ta’ Enval, Volvic. |
|
|
Il-canton ta’ Royat: il-muniċipalitajiet ta’ Chanat-la-Mouteyre, Durtol, Orcines. |
|
|
Il-canton ta’ Saint-Amant-Tallende: il-muniċipalitajiet ta’ Aydat, Chanonat, Cournols, Olloix, Saint-Sandoux, Saint-Saturnin, Saulzet-le-Froid, Le Vernet-Sainte-Marguerite. |
|
|
Il-canton ta’ Saint-Germain-Lembron: il-muniċipalità ta’ Saint-Gervazy. |
|
|
Il-canton ta’ Sauxillanges: il-muniċipalitajiet ta’ Bansat, Chaméane, Egliseneuve-des-Liards, Saint-Etienne-sur-Usson, Saint-Genès-la-Tourette, Saint-Jean-en-Val, Saint-Quentin-sur-Sauxillanges, Sauxillanges, Sugères, Vernet-la-Varenne. |
|
|
Il-canton ta’ Vic-le-Comte: il-muniċipalitajiet ta’ Isserteaux, Manglieu, Pignols, Sallèdes. |
Il-lokalitajiet ta’ Allanche, Condat, Murat, Saint-Flour – Nord, Saint-Flour – Sud: il-muniċipalitajiet kollha.
|
|
Il-canton ta’ Montbrison: il-muniċipalitajiet ta’ Lérigneux, Roche. |
|
|
Il-canton ta’ Noirétable: il-muniċipalitajiet ta’ La Chamba, La Chambonie. |
|
|
Il-canton ta’ Saint-Georges-en-Couzan: il-muniċipalitajiet ta’ Chalmazel, Jeansagnière, Saint-Bonnet-le-Courreau, Sauvain. |
4.4. Prova tal-oriġini:
Kwalunkwe operatur li jkun jixtieq jintervjeni totalment jew parzjalment fil-produzzjoni, il-ġabra, l-ipproċessar jew ir-raffinar tal-Fourme d’Ambert għandu jissottometti dikjarazzjoni tal-identifikazzjoni. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi approvata mill-grupp u rreġistrata.
Kull operatur għandu jżomm reġistri għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kif ukoll kwalunkwe dokument li jkun meħtieġ għall-kontroll tal-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobniet, b’mod partikolari kontabbiltà ta’ kuljum li tkun tinkludi d-dħul u l-ħruġ ta’ ħalib u ġobniet jew kwalunkwe dokument ekwivalenti ieħor ta’ kontabbiltà.
L-utenti tal-maħżen tar-raffinar għandhom iżommu reġistri speċjali jew dokumenti ta’ kontabbiltà ekwivalenti, ta’ dħul u ta’ ħruġ, li jkollhom b’mod partikolari l-indikazzjonijiet li ġejjin: data tat-titqib, numru ta’ ġobniet u indikazzjoni tal-lottijiet, data tal-ħruġ mill-imħażen jew mill-kamra tat-tnixxif wara l-perijodu ta’ raffinar.
Fil-qafas tal-kontroll magħmul fuq il-karatteristiċi tal-prodott tad-denominazzjoni tal-oriġini, eżami analitiku u organolettiku għandu l-għan li jiżgura l-kwalità u t-tipiċità tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.
4.5. Metodu ta’ produzzjoni:
Matul is-sena kollha, ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib għandu jiġi żgurat biss mill-magħlef li ġej miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni. Din il-miżura tista’ tkun soġġetta għal derogi għall-perijodi ta’ nixfa, il-perikli tal-klima jew ċirkostanzi eċċezzjonali oħra.
Il-ħaxix għall-mergħa, imnixxef, imnixxef minn qabel jew maħżun għandu jkun il-bażi tal-ikel tal-baqar. Fil-perijodu ta’ disponibbiltà tal-ħaxix, malli l-kundizzjonijiet tal-klima jkunu jippermettu, il-mergħa hija obbligatorja. Matul il-perijodu tal-mergħa, it-trobbija esklużiva fi stalel permanenti u t-trobbija ’l barra mit-territorju huma pprojbiti. Iż-żieda ta’ supplimenti u addittivi hija limitata għal medja ta’ 1 800 kg ta’ sustanza niexfa għal kull baqra tal-ħalib u kull sena, għall-baqar tal-ħalib kollha.
Il-ħażna tal-ħalib fir-razzett ma tistax taqbeż t-48 siegħa wara l-ewwel ħalba.
Fil-produzzjoni fir-razzett, il-fabbrikazzjoni tal-ġobon għandha ssir bil-ħalib mhux imsajjar u sħiħ mhux normalizzat fi proteini u xaħam.
Iż-żieda tat-tames għandha ssir f’temperatura bejn 30°C u 35°C. Din titwettaq permezz tat-tames biss.
L-istadji differenti li jiġu wara huma l-qtugħ tal-“koagulum jew il-baqqat” f’biċċiet ta’ madwar ċentimetru sa 2 ċentimetri mill-ġenb li jagħtu vina msejħa “vina tal-qamħirrum” meta jispiċċa x-xogħol fit-tank, it-taħlit, it-tpoġġija fil-forom, it-taqtir, it-tmelliħ li jsir fl-aħħar tat-taqtir fis-salmura u/jew fil-melħ niexef.
It-titqib għandu jsir mir-raba’ jum wara ż-żieda tat-tames f’temperatura tal-kamra ta’ bejn 6 u 15 °C.
Wara t-titqib għandu jkun hemm perijodu ta’ raffinar ta’ mill-inqas 17-il jum fil-maħżen jew fil-kamra tat-tnixxif, f’temperatura bejn 6 u 12 °C u umdità bejn 90 u 98 % ta’ umdità relattiva.
Il-ġobniet imbagħad għandhom jinżammu f’sala b’temperatura ta’ bejn 0 u 6 °C sakemm iż-żmien massimu ta’ 28 jum wara ż-żieda tat-tames ma jkunx intlaħaq.
Il-ġobon jista’ jibbenefika mid-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata “Fourme d’Ambert” biss mit-tmienja u għoxrin jum mid-data taż-żieda tat-tames.
4.6. Konnessjoni:
Il-fabbrikazzjoni tal-Fourme ilha teżisti b’mod ċert mill-bidu tal-medju evu fir-reġjun tal-Haut-Forez fejn sistema agro-pastorali kellha tinżamm sa wara t-tieni gwerra dinjija.
Madankollu l-leġġendi jgħidu li fiż-żminijiet tal-Galliċi, id-druwidi li kienu jiċċelebraw it-twemmin tagħhom fil-Monts du Forez kienu jafu b’dan il-ġobon u fl-opinjoni tas-Sinjur Maze, li kien id-Direttur tal-Istitut Pasteur, il-Fourme d'Ambert jew ta’ Montbrison kien isir diġà fil-pajjiż tal-Arvernes qabel il-konkwista ta’ Ċesare.
Huwa fis-seklu 8/9 li wieħed jista’ jsib prova ċerta tal-eżistenza tal-Fourme d'Ambert jew ta’ Montbrison; fil-fatt il-forma karatteristika ħafna tiegħu hija rappreżentata fuq waħda mis-seba’ ġebliet li jinsabu fuq il-bieb ta’ barra ta’ kappella antika żgħira fewdali tax-Chaulme, ħdejn Saint-Anthème fil-Monts du Forez.
Il-terminu Fourme ġej mill-kelma “forme”, li huwa reċipjent għaż-żamma tal-baqta, u li għadu jintuża biex jirrappreżenta l-ġobniet tal-muntanji taċ-Ċentru ta’ Franza.
Il-punt ewlieni taż-żona ta’ produzzjoni tinsab fil-Monts du Forez li l-quċċata tagħhom tispiċċa f’Pierre-Sur-Haute 1 640 metru għoli. Bil-forma ta’ artijiet kbar vojta li jinsabu fuq pedament tal-granit, dan ir-reġjun ta’ altitudni huwa sottomess għal influenza kontinentali u oċeanika. Minkejja d-diffikultajiet naturali, dan kellu ħajja pastorali intensa, orjentata lejn il-produzzjoni tal-ġobon mill-produzzjoni tal-ħalib ta’ merħliet mhux kbar ħafna.
Sal-aħħar gwerra dinjija, il-produzzjoni ta’ fourme esklużivament fir-razzet kienet issir fil-jasseries, li kienu ekwivalenti għal chalets tal-mergħa f’altitudni għolja alpini jew dwejriet tal-Auvergne. Dawn il-jasseries kienu jokkupaw iż-żewġ naħat tal-istess katina tal-muntanji ta’ Forez. Dak iż-żmien kien jeżisti tip wieħed biss ta’ ġobon li kien jismu Fourme d’Ambert jew Fourme de Montbrison, mill-isem taż-żewġ swieq kbar li kienu jinsabu f’naħa u oħra tal-katina.
Fil-bidu tas-seklu XX, minħabba n-nuqqas tal-produzzjoni fir-razzett fuq il-mergħat sajfin fil-muntanji tal-Forez, xi fabbriki tal-ħalib fetħu fuq il-muntanji ta’ Forez, b’mod partikolari fuq in-naħa tal-Lvant. Fl-1950, kien hemm xi ħmistax minnhom li kienu jiġbru l-ħalib fuq perimetru xi kultant żgħir ħafna.
Huwa wkoll fil-bidu tas-seklu XX li bdew jidhru l-fabbrikanti ta’ fourme ’l barra miż-żona tradizzjonali. L-ewwel dehru fil-punent tal-Puy de Dôme (Laqueuille u Rochefort-Montagne) imbagħad fil-Cantal (Murat) u fil-vallée de la Dore (Thiers, Puy de Dôme). Fis-snin 1950, ġew stabbiliti fl-aħħar il-fabbrikanti ta’ Saint-Flour (Cantal) u Balbigny (plaine de la Loire).
Din iż-żona periferali li tikkorrispondi għall-estensjoni tal-fabbrikazzjonijiet fil-bidu tas-seklu XX hija magħmula minn setturi li minħabba l-altitudni jew il-preżenza ta’ nżul wieqfa jistgħu jiġu assoċjati ma’ kunċett ta’ ambjent muntanjuż. Dawn huma essenzjalment reġjuni ta’ meded kristallini jew vulkaniċi, isseparati minn xulxin b’widien fondi, li l-ekonomija tagħhom hija bbażata fuq it-trobbija tal-ifrat.
Flimkien man-nuqqas tal-produzzjoni fir-razzett u mal-estensjoni taż-żona ta’ fabbrikazzjoni, sar żvilupp tat-tekniki ta’ fabbrikazzjoni. Għalhekk, l-iżvilupp tal-Fourme sar flimkien mal-waqfien tat-tħin u t-tmelliħ fil-massa u minflokhom beda jsir taqtir inqas imsaħħaħ u tmelliħ fis-salmura. Minn prodott wieħed imsejjaħ “Fourme d’Ambert” jew “Fourme de Montbrison”, wieħed beda jmur lejn tip ta’ “Montbrison” ikkaratterizzat minn taqtir minn qabel, tħin u tmelliħ fil-massa tal-baqta u tip ta’ “Ambert” ikkaratterizzat minn taqtir imnaqqas u tmelliħ permezz tat-tpoġġija fis-salmura u/jew bil-melħ niexef fuq il-wiċċ.
Meta ġie rikonoxxut dan il-ġobon bħala denominazzjoni tal-oriġini, u anke jekk mit-testi wieħed jista’ jifhem li l-Fourme d’Ambert u l-Fourme de Montbrison huma żewġ denominazzjonijiet sinonimi, jidher li, fil-fatt, id-drawwiet huma differenti ħafna bejn dawn iż-żewġ ġobniet kemm fir-rigward tal-implantazzjoni tal-postijiet ta’ fabbrikazzjoni kif ukoll fir-rigward tat-teknoloġija tal-fabbrikazzjoni tal-ġobon. Għalhekk sar xogħol biex jiġu definiti aħjar iż-żewġ ġobniet u tiġi ċċentrata mill-ġdid iż-żona ġeografika ta’ produzzjoni ta’ kull wieħed minnhom fuq iż-żona tradizzjonali ta’ produzzjoni li jappartjenu għaliha.
4.7. Struttura ta’ kontroll:
|
Isem: |
I.N.A.O. |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+33 153898000 |
|||
|
Faks |
+33 142255797 |
|||
|
Email: |
info@inao.gouv.fr |
|
Isem: |
D.G.C.C.R.F. |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+33 144871717 |
|||
|
Faks |
+33 144973037 |
4.8. Tikkettar:
Obbligu li jkun hemm il-kliem “Denominazzjoni tal-Oriġini Kontrollata” u l-isem tad-denominazzjoni miktub f’ittri ta’ daqs li jkun mill-inqas żewġ terzi ta’ dak tal-akbar ittri li jidhru fuq it-tikkettar.
Kwalunkwe kwalifikatur li jkun direttament imqiegħed ħdejn l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata huwa pprojbit, ħlief għall-marki tal-fabbrika jew tal-kummerċ partikolari.
|
3.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/19 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2010/C 27/08
Din il-pubblikazzjoni tagħti dritt għal oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
SOMMARJU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“FOURME DE MONTBRISON”
Nru tal-KE: FR-PDO-0005-0542-30.03.2006
DPO ( X ) IĠP ( )
Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi prinċipali tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għal skopijiet ta’ informazzjoni.
1. Servizz kompetenti tal-istat membru:
|
Isem: |
Institut National de l’Origine et de la Qualité |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+33 153898000 |
|||
|
Feks |
+33 153898060 |
|||
|
Email: |
info@inao.gouv.fr |
2. Assoċjazzjoni:
|
Isem: |
Syndicat de la Fourme de Montbrison DOK |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+33 477589130 |
|||
|
Feks |
+33 477589130 |
|||
|
Email: |
fourme-montbrison@wanadoo.fr |
|||
|
Kompożizzjoni: |
Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( X ) Kolletturi tal-ħalib |
3. Tip ta’ prodott:
|
Klassi 1.3 - |
Ġobon |
4. Speċifikazzjonijiet:
(sommarju tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem:
“Fourme de Montbrison”
4.2. Deskrizzjoni:
Il-Fourme de Montbrison huwa ġobon magħmul mill-ħalib tal-baqra miżjud bit-tames ippreżentat f’għamla ċilindrika b’tul ta’ bejn 17 sa 21 ċm u b’dijametru ta’ bejn il-11,5 sa 14,5 ċm, u li jiżen minn 2,1 sa 2,7 kg b’għaġina tat-tursina, mhux ippressat, mhux imsajjar, iffermentat u mmellaħ bl-inkorporazzjoni ta’ melħ tal-baqta meta jitpoġġa fil-forom.
Il-qoxra hija niexfa, immuffata, ta’ kulur oranġjo li jista’ jkollha moffa bajda, safra u ħamra. Il-ġewwieni, kulur il-krema, għandu ftit li xejn toqob (kompatt) b’disinn irħamat ta’ kulur ikħal ċar. Dan in-nuqqas ta’ fetħiet u l-karattru blu ċar tiegħu jagħtu ċerta ħlewwa lill-ġobon.
Il-kontenut ta’ xaħam huwa ta’ minimu ta’ 52 g għal kull 100 g ta’ ġobon wara tnixxif sħiħ, il-kontenut ta’ materja niexfa m’għandux ikun inqas minn 52 g għal kull 100 g ta’ ġobon misjur.
4.3. Żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika testendi mill-muntanji tal-Forez li huma mdawra fuq in-naħa tal-Lvant u tal-Punent miż-żewġ widien li huma l-pjanura tal-Forez u l-wied ta’ Ambert. Hija tinkludi 33 muniċipalità tad-Département tal-Loire u tal-Puy de Dôme:
Département tal-Loire: muniċipalitajiet ta’ Bard, Cervières, Chalmazel, La Chamba, La Chambonie, Champoly, Châtelneuf, La Côte-en-Couzan, Ecotay-l’Olme, Essertines-en-Châtelneuf, Jeansagnière, Lérigneux, Noirétable, Palogneux, Roche, Saint-Bonnet-le-Courreau, Saint-Didier-sur-Rochefort, Saint-Georges-en-Couzan, Saint-Jean-la-Vêtre, Saint-Julien-la-Vêtre, Saint-Just-en-Bas, Saint-Laurent-de-Rochefort, Saint-Priest-la-Vêtre, Saint-Romain-d'Urfé, Les Salles, Sauvain, La Valla u Verrières-en-Forez.
Département tal-Puy-de-Dôme: muniċipalitajiet ta’ Brugeron, Job, Saint-Anthème, Saint-Pierre-la-Bourlhonne u Valcivières.
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura, il-maturazzjoni u l-preservazzjoni tal-ġobon għal 32 jum mid-data ta’ meta jiżdied it-tames isiru fiż-żona ġeografika.
4.4. Prova tal-oriġini:
Kull operatur li jixtieq jintervjeni għal parti mill-produzzjoni, inkella l-produzzjoni kollha kemm hi, il-kollezzjoni, il-manifattura u r-raffinar tal-Fourme de Montbrison huwa mitlub jippreżenta dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni lill-assoċjazzjoni.
Kull operatur għandu jkollu rekords għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kif ukoll kull dokument meħtieġ għall-kontroll tal-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon, b’mod speċjali kontabilità ta’ kuljum li turi d-dħul u l-ħruġ ta’ ħalib u ġobon jew kwalunkwe dokument ta’ kontabilità ekwivalenti.
L-operaturi tal-kantini tal-maturazzjoni għandhom iżommu reġistri speċjali jew dokumenti ta’ kontabilità ekwivalenti, tad-dħul u l-ħruġ, li jkollhom b’mod speċjali l-indikazzjonijiet li ġejjin: data tat-titqib, numru ta’ ġobniet u indikazzjoni tal-lottijiet, data tal-ħruġ mill-kantini jew mill-kmamar ta’ tnixxif wara l-perjodu ta’ maturazzjoni.
Bħala parti mill-kontroll li jsir fuq il-karatteristiċi tal-prodott ta’ denominazzjoni ta’ oriġini, isir eżami analitiku u organolettiku li jiżgura l-kwalità u l-karatteristika tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.
4.5. Metodu ta’ produzzjoni:
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-manifattura, il-maturazzjoni u l-preservazzjoni tal-ġobon għal 32 jum mid-data ta’ meta jiżdied it-tames isiru fiż-żona ġeografika.
Matul is-sena kollha, id-dieta bażika tal-baqar tal-ħalib hija pprovduta mill-għalf li jkun ġej miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni. Il-ħaxix għall-mergħa, imnixxef, imnixxef minn qabel jew maħżun għandu jkun il-bażi tal-għalf. Fil-perjodu meta l-art tħaddar, hekk kif it-temp jippermetti, huwa obbligatorju li l-baqar jitħallew jirgħu.
Wara ż-żieda tat-tames, il-ħalib magħqud jinqasam billi jinqata’ f’biċċiet wisgħin ta’ bejn 0,5 u 1 ċm. It-taħlita tal-baqta u serum tgħaddi minn proċess ta’ tħawwid u ta’ perjodi ta’ qgħad.
Il-baqta mbagħad hija soġġetta għal tisfija preliminari permezz ta’ qgħad flimkien ma’ pressa ħafifa, imbagħad tiġi mfarrka, immellħa kollha f’daqqa u mpoġġija fil-forom.
Wara t-tisfija, u t-tneħħija mill-forom, il-ġobon jinkesa ħafif bil-melħ minn barra mbagħad jitqiegħed fuq qattara tal-injam artab għal aktar minn 6 ijiem. It-temperatura tal-kamra tkun bejn it-18 u t-22 °C.
Mill-għaxar jum wara ż-żieda tat-tames tibda operazzjoni ta’ titqib, segwita minn maturazzjoni fil-kantini jew fil-kmamar ta’ tnixxif f’temperatura li tinżamm bejn is-6 °C u t-12 °C għal mill-inqas ħmistax-il ġurnata. Il-ġobon imbagħad jinħażen f’kamra b’temperatura bejn iż-2 °C u s-6 °C sakemm jgħaddu 32 jum wara ż-żieda tat-tames.
Fil-każ ta’ produzzjoni fl-irziezet, il-manifattura tal-ġobon issir bil-ħalib sħiħ u mhux ipproċessat, mhux standardizzat fil-proteini u x-xaħam.
4.6. Konnessjoni:
Il-manifattura tal-Fourme tmur lura għall-bidu tal-medju evu fir-reġjun ta’ Haut-Forez fejn baqgħet tinżamm sistema agropastorali sal-aħħar gwerra dinjija: il-produzzjoni tal-Fourme, esklużivament fir-razzett f’din l-epoka, kienet issir fil-“jasseries”, li kienu bħal għarajjex żgħar Alpini jew burons ta’ Auvergne. Dawn il-jasseries kienu jikkolonizzaw iż-żewġ naħat tal-istess katina ta’ muntanji tal-Forez. L-isem tal-prodott ġej mill-isem ta’ suq kbir li jinsab fuq naħa minnhom tal-muntanji: Montbrison fil-Loire (filwaqt li fuq in-naħa l-oħra, kien jinsab is-suq kbir ta’ Ambert fil-Puy de Dôme li ta l-isem lill-Fourme d’Ambert).
Iż-żona ġeografika ta’ denominazzjoni tikkorrispondi għall-parti ta’ fuq nett tal-muntanji tal-Forez kif ukoll għal xi muniċipalitajiet tal-parti tal-Lvant tal-muntanji tal-Forez fejn l-użu ilu dokumentat għal żmien twil. Din iż-żona tinsab fuq bażi tal-granit fejn l-azzjoni glaċjali kienet modesta, attiva l-aktar fuq il-marġini jew il-widien. L-ammont ta’ xita huwa relattivament għoli (aktar minn medja ta’ 1 000 mm fis-sena).
Il-klima hija soġġetta għal influwenza oċeanika u kontinentali. It-temperaturi medji annwali huma għalhekk pjuttost kesħin, taħt l-10 °C u spiss taħt il-5 °C.
Il-komunitajiet differenti ta’ pjanti elenkati jiddependu fuq kondizzjonijiet lokali minn naħa u mill-biedja pastorali attwali u tal-passat min-naħa l-oħra.
Il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-Fourme de Montbrison u b’mod speċjali il-mergħa obbligatorja matul il-perjodu li din tkun possibbli, id-dieta bbażata fuq l-użu tal-ħaxix u l-limitazzjoni tal-ħżin tal-qamħ jenfasizzaw il-veġetazzjoni tal-muntanji tal-Forez.
Il-Fourme de Montbrison huwa kkaratterizzat minn tisfija li ssir qabel, tħawwid u tmelliħ fil-massa tal-baqta segwit minn tpoġġija fuq il-qattara.
Id-daqs tal-biċċiet tal-baqta, it-tmelliħ fil-massa u t-tisfija fuq il-qattara tal-injam, wirt tat-teknika tal-antenati, jagħtu lill-prodott il-possibbiltà li jikseb il-karatteristiċi partikolari tiegħu li huma prinċipalment toqob żgħar, żvilupp limitat tal-ikħal, il-kulur oranġjo tal-qoxra kif ukoll it-togħma ħelwa tiegħu.
4.7. Struttura ta’ kontroll:
|
Isem: |
I.N.A.O. |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+33 153898000 |
|||
|
Feks |
+33 142255797 |
|||
|
Email: |
info@inao.gouv.fr |
|
Isem: |
D.G.C.C.R.F. |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+33 144871717 |
|||
|
Feks |
+33 144973037 |
4.8. Tikkettar:
Irrispettivament mit-termini regolatorji applikabbli għall-ġobniet kollha, it-tikkettar tal-ġobon li għandu denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Fourme de Montbrison” għandu jinkludi l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata stampat f’ittri ta’ daqsijiet mill-inqas ugwali għal żewġ terzi ta’ dawk tal-akbar ittri li jinsabu fuq it-tikketta.
It-terminu “Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata” hija obbligatorja fuq it-tikketti tal-ġobon li għandu d-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Mhijiex permessa l-ebda kwalifikazzjoni direttament marbuta mal-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata, ħlief għal trademarks speċjali.