ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.011.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 11

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
16ta' Jannar 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Avviżi

 

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 011/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 312, 19.12.2009

1

 

V   Opinjonijiet

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2010/C 011/02

Kawża C-199/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 93/38/KEE — Avviż ta’ sejħa għal offerti — Twettiq ta’ studju — Kriterji għal esklużjoni awtomatika — Kriterji għal selezzjoni kwalitattiva u għall-għoti)

2

2010/C 011/03

Kawża C-154/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikoli 2 u 4(1), (2) u (5) — Armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima — Persuni taxxabbli — Attivitajiet jew operazzjonijiet imwettqa mir-registradores de la propiedad bħala likwidaturi li huma propretarji tal-uffiċċji ta’likwidazzjoni ta’ distrett ipotekarju — Attivitajiet ekonomiċi — Attività mwettqa b’mod indipendenti — Korpi rregolati bid-dritt pubbliku li jwettqu attivitajiet fil-kuntest tal-eżerċzziju ta’ servizzi pubbliċi — Ksur tad-dritt Komunitarju imputabbli lil qorti nazzjonali)

2

2010/C 011/04

Kawża C-192/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — TeliaSonera Finland Oyj vs iMEZ Ab (Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/19/KE — Artikolu 4(1) — Netwerks u servizzi — Ftehim ta’ interkonnessjoni bejn impriżi ta’ telekomunikazzjonijiet — Obbligu ta’ negozjati in bona fede — Kunċett ta’ operatur ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet — Artikoli 5 u 8 — Kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Impriża li m’għandhiex saħħa sinjifikattiva fuq is-suq)

3

2010/C 011/05

Kawża C-351/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht — il-Ġermanja) — Christian Grimme vs Deutsche Angestellten-Krankenkasse (Moviment liberu tal-persuni — Membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata stabbilita taħt id-dritt Svizzeru li jmexxi, fil-Ġermanja, fergħa ta’ din il-kumpannija — Obbligu ta’ adeżjoni mal-assigurazzjoni Ġermaniża tax-xjuħija — Eżenzjoni minn dan l-obbligu għall-membri tal-bord eżekuttiv ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata stabbiliti taħt id-dritt Ġermaniż)

4

2010/C 011/06

Kawża C-441/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Elektrownia Pątnów II sp. z o.o vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu (Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital azzjonarju — Self magħmul minn kumpannija b’kapital azzjonarju qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea — Suġġettar għad-dazju fuq il-kapital skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali — Konverżjoni ta’ self f’azzjonijiet wara l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea — Dazju fuq il-kapital fuq din l-operazzjoni ta’ żieda tal-kapital azzjonarju — Applikazzjoni immedjata tal-leġiżlazzjoni ġdida)

4

2010/C 011/07

Kawża C-495/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-impatt ambjentali ta’ proġetti — Obbligu li deċiżjoni sabiex proġett ma jiġix suġġett għal stima tkun motivata)

5

2010/C 011/08

Kawża C-554/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Le Carbone-Lorraine SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 81KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi — Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 — Determinazzjoni tal-ammont tal-multa — Gravità tal-ksur — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Prinċipju tan-natura individwali tal-pieni — Trattament ugwali — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

5

2010/C 011/09

Kawża C-564/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — SGL Carbon AG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE — Suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u ta’ grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi — Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Dħul mill-bejgħ u sehem tas-suq rilevanti — Valur tal-konsum kaptiv — Prinċipju ta’ trattament ugwali — Priniċpju ta’ proporzjonalità)

6

2010/C 011/10

Kawża C-7/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/86/KE — Kundizzjonijiet ta’ rintraċċabbilità, notifikazzjoni dwar reazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja, kif ukoll ċerti kundizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani — Nontraspożizzjoni fit-termini)

6

2010/C 011/11

Kawża C-12/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbika Italjana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/17/KE — Rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

7

2010/C 011/12

Kawża C-506/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Audiencia Provincial de La Coruña — Spanja) — Lubricantes y Carburantes Galaicos, S.L. vs GALP Energia España SAU (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 81 KE — Kuntratt ta’ provvista esklużiva ta’ karburanti u ta’ kombustibbli konkluż bejn fornitur u operatur ta’ pompa tal-petrol — Eżenzjoni — Ftehim ta’ importanza minima — Regolament (KEE) Nru 1984/83 — Artikolu 12(2) — Regolament (KE) Nru 2790/1999 — Artikoli 4(a) u 5(a) — Tul tal-esklużività — Iffissar tal-prezz tal-bejgħ lill-pubbliku)

7

2010/C 011/13

Kawżi magħquda C-404/08 u C-409/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht Naumburg — Il-Ġermanja) — Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale vs Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

8

2010/C 011/14

Kawża C-415/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2009 — Complejo Agrícola, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta’ Spanja (Appell — Protezzjoni tal-habitat naturali — Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi u ġuridiċi — Ammissibbiltà — Appell manifestament infondat)

9

2010/C 011/15

Kawża C-421/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2009 — Calebus, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta’ Spanja (Appell — Protezzjoni tal-habitat naturali — Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi u ġuridiċi — Ammissibbiltà — Appell manifestament infondat)

9

2010/C 011/16

Kawża C-481/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — Alcon Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali BioVisc — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji u internazzjonali PROVISC u DUOVISC — Oppożizzjoni miċħuda mill-Bord tal-Appell tal-UASI)

10

2010/C 011/17

Kawża C-501/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2009 — Município de Gondomar vs Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej (Appell — Fondi ta’ Koeżjoni — Regolament (KE) Nru 1164/94 — Revoka ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment lill-appellant)

10

2010/C 011/18

Kawża C-520/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — HUP Uslugi Polska sp. z o.o., (li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH) vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Manpower Inc. (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Artikolu 7(1)(b) sa (d) u (g) — Trade mark verbali Komunitarja I.T.@MANPOWER)

11

2010/C 011/19

Kawża C-552/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ottubru 2009 — Agrar-Invest-Tatschl GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Kodiċi Doganali — Artikolu 220(2)(b) — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Nuqqas ta’ dħul fil-kontijiet a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Avviż għall-importaturi — Bona fede)

11

2010/C 011/20

Kawża C-297/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (L-Olanda) fid-29 ta’ Lulju 2009 — Il-prosekuzzjoni vs X

11

2010/C 011/21

Kawża C-345/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep (il-Pajjiżi Baxxi) fis-27 ta’ Awwissu 2009 — J.A. van Delft et vs College van zorgverzekeringen

12

2010/C 011/22

Kawża C-368/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (Ir-Repubblika Ungeriża) fl-14 ta’ Settembru 2009 — Pannon Gép Centrum Kft. vs APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály Dél-dunántúli Kihelyezett Hatósági Osztály

13

2010/C 011/23

Kawża C-392/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (l-Ungerija) fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Uszodaépítő Kft. vs APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály

13

2010/C 011/24

Kawża C-393/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repebblika Ċeka) fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Bezpečnostní softwarová asociace — Svaz softwarové ochrany vs Ministeru tal-Kultura

14

2010/C 011/25

Kawża C-401/09 P: Appell ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2009 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mid-digriet mogħti mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) fit-2 ta' Lulju 2009 fil-Kawża T-279/06, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

14

2010/C 011/26

Kawża C-404/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

15

2010/C 011/27

Kawża C-407/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

16

2010/C 011/28

Kawża C-409/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fis-27 ta’ Ottubru 2009 — José Maria Ambrósio Lavrador, Maria Cândida Olival Ferreira Bonifácio vs Companhia de Seguros Fidelidade — Mundial, SA

17

2010/C 011/29

Kawża C-427/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Civil Division) (England and Wales) fit-28 ta’ Ottubru 2009 — Generics (UK) Ltd vs Synaptech Inc

18

2010/C 011/30

Kawża C-434/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fil-5 ta’ Novembru 2009 — Shirley McCarthy vs Secretary of State for the Home Department

18

2010/C 011/31

Kawża C-168/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Awwissu 2009 — (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel de Bruxelles — Il-Belġju) — Axa Belgium SA vs État belge, Administration de la TVA, de l'enregistrement et des domaines (État Belge), Administration de l'inspection spéciale des impôts, inspection de Mons 3 (État Belge)

19

2010/C 011/32

Kawża C-193/07: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

19

2010/C 011/33

Kawża C-309/08: Digriet tal-President tas-17 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

19

2010/C 011/34

Kawża C-357/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

19

2010/C 011/35

Kawża C-397/08: Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

19

2010/C 011/36

Kawża C-531/08: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

20

2010/C 011/37

Kawża C-174/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

20

 

Il-Qorti Ġenerali

2010/C 011/38

Kawża T-375/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Novembru 2009 — Scheucher-Fleisch et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Agrikoltura — Sistema ta’ għajnuna favur programmi ta’ kwalità fis-settur agroalimentari fl-Awstrija — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Rikors għal annullament — Status ta’ parti interessata — Protezzjoni tad-drittijiet proċedurali — Ammissibbiltà — Diffikultajiet serji — Linji gwida applikabbli għall-għajnuna mill-Istat għar-reklamar)

21

2010/C 011/39

Kawża T-143/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Novembru 2009 — MTZ Polyfilms vs Il-Kummissjoni (Dumping — Importazzjoni tal-films tal-polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Indja — Regolament li jġib fi tmiem reviżjoni interim — Impenji ta’ prezzijiet minimi għall-importazzjoni — Iffissar tal-prezz għall-esportazzjoni — Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat matul l-investigazzjoni inizjali — Għażla tal-bażi legali — Artikolu 2(8) u (9), u Artikolu 11(3) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96)

21

2010/C 011/40

Kawża T-234/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Torresan vs UASI — Klosterbrauerei Weissenohe (CANNABIS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali CANNABIS — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru Artikolu 7(1)(ċ), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

22

2010/C 011/41

Kawża T-298/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (1000) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 1000 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

22

2010/C 011/42

Kawża T-64/07 sa T-66/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (350, 250 u 150) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali 350, 250 u 150 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

22

2010/C 011/43

Kawżi magħquda T-200/07 sa T-202/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (222, 333 u 555) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali 222, 333 u 555 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

23

2010/C 011/44

Kawża T-334/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Denka International vs Il-Kummissjoni (Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva dichlorvos — Noninklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE — Proċedura ta’ evalwazzjoni — Opinjoni ta’ grupp xjentifiku tal-EFSA — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 — Preżentazzjoni ta’ studji ġodda u ta’ data matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni — Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 451/2000 — Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 — Aspettattivi leġittimi — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ sussidjarjetà — Artikolu 95(3) KE, Artikolu 4(1) u Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/414)

23

2010/C 011/45

Kawża T-376/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Novembru 2009 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna lill-imprizi żgħar u ta’ daqs medju — Deċiżjoni għal inġunzjoni ta’ informazzjoni dwar żewġ skemi ta’ għajnuna mill-Istat — Setgħat ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni taħt ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001)

24

2010/C 011/46

Kawża T-425/07 sa T-426/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (100 u 300) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji figurattivi 100 u 300 — Dikjarazzjoni dwar il-portata tal-protezzjoni — Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] — Nuqqas ta’ karattru distintiv)

24

2010/C 011/47

Kawża T-438/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Novembru 2009 — Spa Monopole vs UASI — De Francesco Import (SpagO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SpagO — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

24

2010/C 011/48

Kawża T-49/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Michail vs Il-Kummissjoni (Appell — Appell inċidentali — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2003 — Attribuzzjoni ta’ punt ta’ mertu fin-nuqqas ta’ kompiti li għandhom jitwettqu — Danni morali — Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

25

2010/C 011/49

Kawża T-50/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Michail vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2004 — Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

25

2010/C 011/50

Kawża T-399/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 19 ta’ Novembru 2009 — Clearwire Corporation vs UASI (CLEARWIFI) (Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Komunità Ewropea — Trade mark verbali CLEARWIFI — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009])

26

2010/C 011/51

Kawża T-473/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Novembru 2009 — Apollo Group vs UASI (THINKING AHEAD) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja THINKING AHEAD — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

26

2010/C 011/52

Kawża T-89/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-20 ta’ Ottubru 2009 — Lebard vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà)

26

2010/C 011/53

Kawża T-180/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Novembru 2009 — Tiralongo vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ proroga ta’ kuntratt għal żmien fiss — Rikors għad-danni — Oriġini tad-dannu — Obbligu ta’ motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

27

2010/C 011/54

Kawża T-409/09: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

27

2010/C 011/55

Kawża T-421/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2009 — Dimosia Epicherisi Ilektrismou A.E. (DEI) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

28

2010/C 011/56

Kawża T-426/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2009 — Bayerische Asphalt-Mischwerke vs UASI — Koninklijke BAM Groep (bam)

29

2010/C 011/57

Kawża T-428/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2009 — Berenschot Groep vs Il-Kummissjoni

30

2010/C 011/58

Kawża T-435/09: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2009 — GL2006 Europe vs Il-Kummissjoni u OLAF

30

2010/C 011/59

Kawża T-436/09: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2009 — Dufour vs BĊE

31

2010/C 011/60

Kawża T-437/09: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2009 — Oyster Cosmetics SpA vs UASI

32

2010/C 011/61

Kawża T-439/09: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2009 — Purvis vs Il-Parlament

32

2010/C 011/62

Kawża T-443/09: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2009 — Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni

33

2010/C 011/63

Kawża T-444/09: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2009 — La City vs UASI — Bücheler u Ewert (citydogs)

34

2010/C 011/64

Kawża T-450/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2009 — Simba Toys vs UASI — Seven Towns (Rappreżentazzjoni tridimensjonali ta’ ġugarell kubiku)

34

2010/C 011/65

Kawża T-452/09 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2009 minn Eckehard Rosenbaum kontra s-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-9/08, Rosenbaum vs Il-Kummissjoni

35

2010/C 011/66

Kawża T-457/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2009 — Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

35

2010/C 011/67

Kawża T-458/09: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2009 — Slovak Telekom a.s. vs Il-Kummssjoni

36

2010/C 011/68

Kawża T-462/09: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2009 — Storck vs UASI — RAI (Ragolizia)

37

2010/C 011/69

Kawża T-463/09: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2009 — Herm. Sprenger vs UASI– Kieffer Sattlerwarenfabrik (Rappreżentazzjoni ta’ staffa)

37

2010/C 011/70

Kawża T-74/04: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ottubru 2009 — Nestlé vs UASI — Quick (QUICKY)

38

2010/C 011/71

Kawża T-301/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Novembru 2009 — Lumenis vs UASI (FACES)

38

2010/C 011/72

Kawża T-252/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Novembru 2009 — Tipik vs Il-Kummissjoni

38

2010/C 011/73

Kawża T-559/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Novembru 2009 — STIM d'Orbigny vs Il-Kummissjoni

38

2010/C 011/74

Kawża T-561/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Ottubru 2009 — Bactria u Gutknecht vs Il-Kummissjoni

39

2010/C 011/75

Kawża T-263/09: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Novembru 2009 — Mannatech vs UASI (BOUNCEBACK)

39

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2010/C 011/76

Kawża F-46/09: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — V vs Il-Parlament Ewropew

40

2010/C 011/77

Kawża F-86/09: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2009 — W vs Il-Kummissjoni

40

2010/C 011/78

Kawża F-90/09: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2009 — Ernotte vs Il-Kummissjoni

41

2010/C 011/79

Kawża F-91/09: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

41

2010/C 011/80

Kawża F-92/09: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2009 — U vs Il-Parlament

42

2010/C 011/81

Kawża F-94/09: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2009 — Nikolchov vs Il-Kummissjoni

42

MT

 


IV Avviżi

AVVIŻI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/1


2010/C 11/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 312, 19.12.2009

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 297, 5.12.2009

ĠU C 282, 21.11.2009

ĠU C 267, 7.11.2009

ĠU C 256, 24.10.2009

ĠU C 244, 10.10.2009

ĠU C 233, 26.9.2009

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Opinjonijiet

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-199/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 93/38/KEE - Avviż ta’ sejħa għal offerti - Twettiq ta’ studju - Kriterji għal esklużjoni awtomatika - Kriterji għal selezzjoni kwalitattiva u għall-għoti)

2010/C 11/02

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Patakia u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: D. Tsagkaraki, aġent, K. Christodoulou, dikigoros)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(2), 31(1) u (2), u 34(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal [li tikkordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti minn] entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU L 199, p. 84), kif ukoll tal-Artikoli 12 u 49 KE — Selezzjoni ta’ kandidati permezz ta’ proċeduri ristretti jew negozjati — Kriterji għal esklużjoni

Dispożittiv

(1)

Minħabba, minn naħa, l-esklużjoni, skont it-tieni subparagrafu tal-punt 2.1.3(b) tat-Taqsima III tal-avviż ta’ sejħa għal offerti maħruġ minn ERGA OSE AE fis-16 ta’ Ottubru 2003, innummerat 2003/S 205-185214 u 2003/S 206-186119, tad-ditti ta’ konsulenza u tal-konsulenti barranin li jkunu esprimew l-interess tagħhom f’kompetizzjonijiet imnedija minn ERGA OSE AE fis-sitt xhur qabel id-data tal-espressjoni ta’ interess fil-kompetizzjoni li hija s-suġġett tal-imsemmi avviż, u li kienu ddikjaraw kwalifiki li jikkorrispondu għal kategoriji ta’ diplomi differenti minn dawk li huma meħtieġa għal din il-kompetizzjoni, u minħabba, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ distinzjoni, fil-punt 2 tat-Taqsima IV tal-imsemmi avviż, bejn kriterji għal selezzjoni kwalitattiva u kriterji għall-għoti tal-kuntratt inkwistjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(2) u 34(1)(a), tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal [li tikkordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti minn] entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-154/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikoli 2 u 4(1), (2) u (5) - Armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima - Persuni taxxabbli - Attivitajiet jew operazzjonijiet imwettqa mir-“registradores de la propiedad” bħala likwidaturi li huma propretarji tal-uffiċċji ta’likwidazzjoni ta’ distrett ipotekarju - Attivitajiet ekonomiċi - Attività mwettqa b’mod indipendenti - Korpi rregolati bid-dritt pubbliku li jwettqu attivitajiet fil-kuntest tal-eżerċzziju ta’ servizzi pubbliċi - Ksur tad-dritt Komunitarju imputabbli lil qorti nazzjonali)

2010/C 11/03

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Afonso u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J.M. Rodríguez Cárcamo, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2 u 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Persuni taxxabbli — Attivitajiet jew operazzjonijiet imwettqa mir-“registradores de la propriedad”

Dispożittiv

(1)

Billi kkunsidra li s-servizzi pprovduti lil Komunità awtonoma mir-“registradores de la propiedad” bħala likwidaturi li huma proprjetarji ta’ uffiċċju ta’ likwidazzjoni ta’ distrett ipotekarju (“oficina liquidadora de distrito hipotecario”) mhumiex suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2 u 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — TeliaSonera Finland Oyj vs iMEZ Ab

(Kawża C-192/08) (1)

(Settur tat-telekomunikazzjonijiet - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/19/KE - Artikolu 4(1) - Netwerks u servizzi - Ftehim ta’ interkonnessjoni bejn impriżi ta’ telekomunikazzjonijiet - Obbligu ta’ negozjati in bona fede - Kunċett ta’ “operatur ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet” - Artikoli 5 u 8 - Kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Impriża li m’għandhiex saħħa sinjifikattiva fuq is-suq)

2010/C 11/04

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TeliaSonera Finland Oyj

Konvenut: iMEZ Ab

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4(1), 5 u 8 tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, p. 7) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lil kull impriża tat-telekomunikazzjonijiet tinnegozja interkonnessjoni ma’ impriżi oħra tat-telekomunikazzjonijiet — Estensjoni tal-obbligu ta’ negozjar u rekwiżiti li jistgħu jiġu imposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), moqri flimkien mal-Premessi 5, 6, 8 u 19 ta’ din id-direttiva kif ukoll l-Artikoli 5 u 8 ta’ din id-direttiva, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik tal-liġi dwar is-suq tat-telekomunikazzjoni (Viestintämarkkinalaki) tat-23 ta’ Mejju 2003 sakemm ma tillimitax il-possibbiltà li jiġi invokat l-obbligu ta’ negozjati fil-qasam ta’ interkonnessjoni ta’ networks fuq l-operaturi ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet biss. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċiedi jekk, fid-dawl tal-istatut u n-natura tal-operaturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dawn jistgħux jiġu kkwalifikati bħala operaturi ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet.

(2)

Awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tikkunsidra li kien ippreġudikat l-obbligu li tiġi nnegozzjata interkonnessjoni meta impriża li ma jkollhiex saħħa sinjifikattiva fuq is-suq toffri l-interkonnessjoni lil impriża oħra fuq kundizzjonijiet unilaterali li jostakolaw l-iżvilupp ta’ suq tal-imnut kompetittiv meta dawn il-kundizzjonijiet jimpedixxu lill-klijenti tat-tieni impriża milli jibbenefikaw mis-servizzi tagħha.

(3)

Awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tordna lil impriża li m’għandhiex saħħa sinjifikattiva fuq is-suq imma li tikkontrolla l-aċċess għall-utenti finali biex tinnegozja in bona fede ma’ impriża oħra interkonnessjoni taż-żewġ networks inkwistjoni, jekk min jagħmel it-talba għal tali aċċess għandu jkun ikkwalifikat bħala operatur ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet, jew interoperabilità tas-servizzi ta’ SMS u ta’ MMS jekk dan l-operatur ma jaqax taħt din il-kwalifika.


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht — il-Ġermanja) — Christian Grimme vs Deutsche Angestellten-Krankenkasse

(Kawża C-351/08) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata stabbilita taħt id-dritt Svizzeru li jmexxi, fil-Ġermanja, fergħa ta’ din il-kumpannija - Obbligu ta’ adeżjoni mal-assigurazzjoni Ġermaniża tax-xjuħija - Eżenzjoni minn dan l-obbligu għall-membri tal-bord eżekuttiv ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata stabbiliti taħt id-dritt Ġermaniż)

2010/C 11/05

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundessozialgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Grimme

Konvenut: Deutsche Angestellten-Krankenkasse

Fil-preżenza ta’: Deutsche Rentenversicherung Bund, Bundesagentur für Arbeit, BGl Bertil Grimme AG Insurance Brokers

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundessozialgericht — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 5, 7 u 16, tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederezzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni kif ukoll tal-Artikoli 12, 17, 18 u 19 tal-Anness I ma’ dan il-ftehim (ĠU L 114, p. 6) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija rreġistrata fl-Isvizzera, li jmexxi kumpannija sussidjarja tagħha fil-Ġermanja, l-obbligu li jidħol fi skema ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni Ġermaniża, filwaqt li teżenta minn dan l-obbligu lid-diretturi ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata stabbiliti taħt id-dritt Ġermaniż.

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999 u, b’mod partikolari, l-Artikoli 1, 5, 7 u 16 kif ukoll l-Artikoli 12, 17, 18 u 19 tal-Anness I ta’ dan il-ftehim ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżiġi li persuna, li għandha n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru u li hija impjegata fit-territorju ta’ dan tal-aħħar, taffilja ruħha mal-iskema legali tal-assigurazzjoni tax-xjuħija ta’ dan l-Istat Membru, minkejja l-fatt li din il-persuna hija membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata stabbilita taħt id-dritt Svizzeru, filwaqt li l-membri tal-bord eżekuttiv tal-kumpanniji b’responsabbiltà limitata stabbiliti taħt id-dritt ta’ dan l-istess Stat Membru mhumiex obbligati jaffiljaw ruħhom ma’ l-imsemmija skema ta’ assigurazzjoni.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Elektrownia Pątnów II sp. z o.o vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

(Kawża C-441/08) (1)

(Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital azzjonarju - Self magħmul minn kumpannija b’kapital azzjonarju qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea - Suġġettar għad-dazju fuq il-kapital skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali - Konverżjoni ta’ self f’azzjonijiet wara l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea - Dazju fuq il-kapital fuq din l-operazzjoni ta’ żieda tal-kapital azzjonarju - Applikazzjoni immedjata tal-leġiżlazzjoni ġdida)

2010/C 11/06

Lingwa tal-kawża: Il-Polakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elektrownia Pątnów II sp. z o.o

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sad Administracyjny (il-Polonja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(ċ), tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(3) u tal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, p. 25) — Self meħud minn kumpannija b’kapital azzjonarju u suġġett għad-dazju fuq il-kapital skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea — Issuġġettar għad-dazju fuq il-kapital taż-żieda tal-kapital li tirriżulta mill-konverżjoni ta’ self f’ishma wara l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bl-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, jimponi li, waqt l-iffissar tal-ammont taxxabbli għall-finijiet tad-dazju fuq il-kapital fuq iż-żieda tal-kapital ta’ kumpannija li seħħ permezz ta’ konverżjoni f’azzjonijiet, wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea, ta’ self meħud minn din l-istess kumpannija qabel din l-adeżjoni, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni t-tassazzjoni ta’ qabel ta’ dan is-self abbażi tal-liġi nazzjonali fis-seħħ f’dak iż-żmien.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-495/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-impatt ambjentali ta’ proġetti - Obbligu li deċiżjoni sabiex proġett ma jiġix suġġett għal stima tkun motivata)

2010/C 11/07

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Seeboruth u H. Walker, aġenti, J. Maurici, barrister)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Obbligu li deċiżjoni sabiex proġett ma jiġix suġġett għal stima tkun motivata

Dispożittiv

(1)

Billi ma ssottomettiex l-applikazzjonijiet għar-Review of Mineral Planning ippreżentati f’Wales qabel il-15 ta’ Novembru 2000 għar-rekwiżiti tal-Artikoli 2(1) u 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Le Carbone-Lorraine SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-554/08 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi - Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 - Determinazzjoni tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Prinċipju tan-natura individwali tal-pieni - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2010/C 11/08

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Le Carbone-Lorraine SA (rappreżentanti: A. Winckler u H. Kanellopoulos, avukati]

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tat-8 ta’ Ottubru 2008, Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni (T-73/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta’ Diċembru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-suq ta’ prodotti abbażi tal-karbonju u tal-grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi jew, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Ksur tal-prinċipju tan-natura individwali tal-pieni — Metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa imposta — Kooperazzjoni mill-qrib u kostanti matul il-proċeduri amministrattivi — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Le Carbone-Lorraine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — SGL Carbon AG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-564/08 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u ta’ grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi - Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi - Dħul mill-bejgħ u sehem tas-suq rilevanti - Valur tal-konsum “kaptiv” - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Priniċpju ta’ proporzjonalità)

2010/C 11/09

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: SGL Carbon AG (rappreżentant: M. Klusmann, Rechtsanwalt)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u W. Mölls, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2008, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni (T-68/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tal-appellanti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta’ Diċembru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u ta’ grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti — Nuqqas li jittieħed inkunsiderazzjoni, billi tqies bħala motiv ġdid inammissibbli, l-argument tal-appellanti dwar il-kunsiderazzjoni, fil-kalkolu tad-dħul mill-bejgħ u tas-sehem mis-suq tal-impriżi kkonċernati, tal-valur tal-konsum kaptiv — Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

SGL Carbon AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-7/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/86/KE - Kundizzjonijiet ta’ rintraċċabbilità, notifikazzjoni dwar reazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja, kif ukoll ċerti kundizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani - Nontraspożizzjoni fit-termini)

2010/C 11/10

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u J. Sénéchal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew li jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE, tal-24 ta’ Ottubru 2006, li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani (ĠU L 294, p. 32)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ottubru 2006, li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-imsemmija direttiva, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbika Italjana

(Kawża C-12/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/17/KE - Rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 11/11

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u S. Mortoni, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubbika Taljana (rappreżentanti: I. Bruni, aġent, F. Arena, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE, tat-8 ta’ Frar 2006, li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani (ĠU L 330M, p. 162)

Dispożittiv

(1)

Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE, tat-8 ta’ Frar 2006, li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2006/17.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Audiencia Provincial de La Coruña — Spanja) — Lubricantes y Carburantes Galaicos, S.L. vs GALP Energia España SAU

(Kawża C-506/07) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81 KE - Kuntratt ta’ provvista esklużiva ta’ karburanti u ta’ kombustibbli konkluż bejn fornitur u operatur ta’ pompa tal-petrol - Eżenzjoni - Ftehim ta’ importanza minima - Regolament (KEE) Nru 1984/83 - Artikolu 12(2) - Regolament (KE) Nru 2790/1999 - Artikoli 4(a) u 5(a) - Tul tal-esklużività - Iffissar tal-prezz tal-bejgħ lill-pubbliku)

2010/C 11/12

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de La Coruña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lubricantes y Carburantes Galaicos, S.L.

Konvenuta: GALP Energia Energía España SAU

Suġġett

Talba għall-deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de La Coruña — Interpretazzjoni tal-Artikolu 81(1)(a) KE, tal-Premessa 8 u tal-Artikoli 10 u 12(1)(c) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, tat-22 ta’ Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim ta’ xiri esklużiv (ĠU L 173, p. 5) u tal-Artikoli 4(1) u 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 336, p. 21) — Ftehim ta’ distribuzzjoni esklużiva ta’ karburanti u ta’ kombustibbli bejn fornitur u operator ta’ pompa tal-petrol — Pompa tal-petrol mibnija mill-fornitur permezz ta’ konċessjoni għall-bini u l-iżviluppar mogħtija mill-bejjiegħ mill-ġdid għal perijodu ta’ 25 sena fuq parti mill-proprjetà u mogħtija għat-tgawdija minn dan tal-aħħar għall-istess tul ta’ żmien

Dispożittiv

(1)

Kuntratt, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprovdi għall-istabbiliment ta’ dritt in rem, imsejjaħ “konċessjoni għall-bini u l-iżviluppar”, favur fornitur ta’ prodotti taż-żejt għal perijodu ta’ 25 sena u li jawtorizza lil dan tal-aħħar jibni pompa tal-petrol u jagħtiha b’kiri lill-proprjetarju tal-art għal perijodu ekwivalenti għat-tul ta’ żmien ta’ dan id-dritt, fil-każ li jkun fih klawżoli dwar l-iffissar tal-prezz tal-bejgħ ta’ prodotti lill-pubbliku u/jew dwar obbligu ta’ xiri esklużiv jew ta’ nonkompetizzjoni li l-perijodu tal-applikazzjoni tiegħu jeċċedi l-limiti ta’ żmien previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, tat-22 ta’ Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu [81](3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim ta’ xiri esklużiv, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1582/97, tat-30 ta’ Lulju 1997, kif ukoll kif previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma, ma jaqax taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 81(1) KE, bil-kundizzjoni li ma jkunx jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li m’għandux l-għan jew l-effett li jirrestrinġi b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni, liema fatt għandu jiġi stabbilit mill-qorti tar-rinviju billi tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-kuntest ekonomiku u legali li fih jinsab dan il-kuntratt.

(2)

L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1582/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-deroga prevista f’dan l-artikolu, li l-perijodu tal-applikazzjoni ta’ ftehim ta’ esklużività jeċċedi l-limiti ta’ żmien previsti mill-imsemmi regolament fil-każ fejn il-proprjetarju ta’ art ta lil fornitur konċessjoni għall-bini u l-iżviluppar għal perijodu ta’ 25 sena u fejn dan tal-aħħar obbliga ruħu li jibni pompa tal-petrol mogħtija b’kiri lill-proprjetarju tal-art sabiex jopera tali pompa tal-petrol għal perijodu ekwivalenti għat-tul ta’ żmien ta’ dan id-dritt.

(3)

L-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 2790/1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-deroga prevista f’dan l-artikolu, li t-tul ta’ żmien tal-applikazzjoni ta’ ftehim ta’ esklużività jeċċedi l-limiti ta’ żmien previsti mill-imsemmi regolament fil-każ fejn il-proprjetarju ta’ art ta lil fornitur konċessjoni għall-bini u l-iżviluppar għal 25 sena u fejn dan tal-aħħar obbliga ruħu li jibni pompa tal-petrol mogħtija b’kiri lill-proprjetarju tal-art sabiex jopera tali pompa tal-petrol għal perijodu ekwivalenti għat-tul ta’ żmien ta’ dan id-dritt.

(4)

Il-klawżoli kuntrattwali dwar il-prezz tal-bejgħ ta’ prodotti lill-pubbliku bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni skont il-kategoriji taħt ir-Regolament Nru 1984/83, kif emendat bir-Regolament Nru 1582/97, kif ukoll bir-Regolament Nru 2790/1999, jekk il-fornitur jillimita ruħu li jimponi prezz tal-bejgħ massimu jew li jirrakkomanda prezz tal-bejgħ u jekk, għaldaqstant, il-bejjiegħ mill-ġdid għandu possibbiltà reali li jiddetermina dan il-prezz tal-bejgħ. Min-naħa l-oħra, tali klawżoli ma jistgħux jibbenefikaw minn l-imsemmija eżenzjoni jekk dawn iwasslu, direttament jew permezz ta’ mezzi indiretti jew moħbija, għall-iffissar tal-prezz tal-bejgħ lill-pubbliku jew għal impożizzjoni tal-prezz tal-bejgħ minimu mill-fornitur. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tfittex mill-ġdid jekk tali obbligi jorbtux lill-bejjiegħ mill-ġdid, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-obbligi kuntrattwali kollha meħuda fil-kuntest ekonomiku u legali tagħhom, kif ukoll l-aġir tal-partijiet fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 37, 09.02.2008


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht Naumburg — Il-Ġermanja) — Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale vs Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt

(Kawżi magħquda C-404/08 u C-409/08) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà manifesta)

2010/C 11/13

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Naumburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Investitionsbank Sachsen-Anhalt — Anstalt der Norddeutschen Landesbank — Girozentrale

Konvenuta: Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Naumburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 86 KE, flimkien mal-Artikolu 81(1)(a) u (d) u 81(2) KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-eżenzjoni mill-ispejjeż legali favur bank ta’ investiment stabbilit mill-Istat

Dispożittiv

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Naumburg, permezz tad-deċiżjonijiet tal-1 u tat-2 ta’ Settembru 2008, huma manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2009 — Complejo Agrícola, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-415/08 P) (1)

(Appell - Protezzjoni tal-habitat naturali - Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi u ġuridiċi - Ammissibbiltà - Appell manifestament infondat)

2010/C 11/14

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Complejo Agrícola, SA (rappreżentanti: A. Menéndez Menéndez u G. Yanguas Montero, abogados)

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (rappreżentanti: D. Recchia u A. Alcover San Pedro, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2008, Complejo Agrícola, SA vs Il-Kummissjoni (T-345/06) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament parzjali tal-Artikolu 1 u tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tistabbilixxi, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-lista tas-siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1) sa fejn dawn jistabbilixxu s-sit imsejjaħ “Acebuchales de la Campiña Sur de Cádiz” li fih tinsab attività agrikola li r-rikorrent huwa l-propretarju tagħha, bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Complejo Agrícola SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 313, 6.12.2008


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2009 — Calebus, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-421/08 P) (1)

(Appell - Protezzjoni tal-habitat naturali - Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi u ġuridiċi - Ammissibbiltà - Appell manifestament infondat)

2010/C 11/15

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Calebus, SA (rappreżentant: R. Bocanegra Sierra, avukat)

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchis u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tal-14 ta’ Lulju 2008, Calebus vs Il-Kummissjoni (T-366/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tistabbilixxi, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-lista tas-siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), sa fejn hija tinnomina s-sit imsejjaħ “Ramblas de Gergal, Tabernas y Sur de Sierra Alhamilla” li fuqu tinsab art tal-appellanti, bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud

(2)

Calebus SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 55, 7.03.2009


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — Alcon Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte

(Kawża C-481/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali BioVisc - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji u internazzjonali PROVISC u DUOVISC - Oppożizzjoni miċħuda mill-Bord tal-Appell tal-UASI)

2010/C 11/16

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Alcon Inc. (rappreżentant: M. Graf, Rechtsanwalt)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), *Acri.Tec AG Gesellschaft für ophthalmologische Produkte (rappreżentant: H. Förster, Rechtsanwalt)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla), tal-10 ta’ Settembru 2008, Alcon vs UASI u *Acri.Tec (T-106/07) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji u internazzjonali “PROVISC” u “DUOVISC” għal prodotti fil-klassi 5 kontra d-Deċiżjoni R 660/2006-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Frar 2005, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “BioVisc” għal prodotti fil-klassi 5 fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-appellanti.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Alcon Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2009 — Município de Gondomar vs Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej

(Kawża C-501/08 P) (1)

(Appell - Fondi ta’ Koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Revoka ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment lill-appellant)

2010/C 11/17

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellant: Município de Gondomar (rappreżentanti: J.L. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u B. Conte, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008, Município de Gondomar vs Il-Kummissjoni (T-324/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3782 tas-16 ta’ Awwissu 2006, dwar ir-revoka tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett Nru 95/10/61/017 intitolat “Żvilupp ta’ Grand Porto Sud — Sottosistema ta’ Gondomar”.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Município de Gondomar huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — HUP Uslugi Polska sp. z o.o., (li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH) vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Manpower Inc.

(Kawża C-520/08) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 7(1)(b) sa (d) u (g) - Trade mark verbali Komunitarja I.T.@MANPOWER)

2010/C 11/18

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: HUP Uslugi Polska sp. z o.o., (li qabel kienet HP Temporärpersonalgesellschaft mbH) (rappreżentant: M. Ciresa, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Manpower Inc. (rappreżentanti: V. Marsland, Solicitor, A. Bryson, Barrister)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Settembru 2008, HUP Uslugi Polska vs UASI — Manpower (I.T.@MANPOWER) (T-248/05), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni R 124/2004-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-5 ta’ April 2005, li ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark verbali Komunitarja “I.T.@MANPOWER” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42 — Trade mark li mhijiex ta’ natura deskrittiva

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

HUP Uslugi Polska sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ottubru 2009 — Agrar-Invest-Tatschl GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-552/08 P) (1)

(Appell - Kodiċi Doganali - Artikolu 220(2)(b) - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Nuqqas ta’ dħul fil-kontijiet a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Avviż għall-importaturi - Bona fede)

2010/C 11/19

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Agrar-Invest-Tatschl GmbH (rappreżentant: O. Wenzlaff, Rechtsanwalt)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Schønberg, aġent, B. Wägenbaur, Rechtsanwalt)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla), tat-8 ta’ Ottubru 2008, Agrar-Invest-Tatschl vs Il-Kummissjoni (T-51/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5789 finali, tal-4 ta’ Diċembru 2006, li tiddeċiedi favur l-irkupru a posteriori ta’ parti mid-dazji fuq l-importazzjoni dovuti mill-appellanti għall-importazzjoni ta’ zokkor li ġej mill-Kroazja — Esklużjoni tal-bona fede tal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa f’każ ta’ pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ avviż lill-importaturi — Evalwazzjoni żbaljata tar-rilevanza li għandha l-konferma a posteriori tal-awtentiċità u tal-eżattezza taċ-ċertifikati ta’ oriġini mill-amministrazzjoni doganali tal-Istat ta’ esportazzjoni fuq il-kriterju tal-bona fede

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Agrar-Invest-Tatschl GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (L-Olanda) fid-29 ta’ Lulju 2009 — Il-prosekuzzjoni vs X

(Kawża C-297/07)

2010/C 11/20

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam (Il-Pajjiżi l-Baxxi).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Il-prosekuzzjoni

Konvenut: X

Domandi preliminari

(1)

Is-sitwazzjoni fejn persuna li hija ċittadina tal-Unjoni Ewropea li kontriha jeżistu suspetti gravi u li l-għan ewlieni tar-residenza tagħha fi Stat Membru tal-Komunità Ewropea li mhuwiex l-Istat taċ-ċittadinanza tagħha huwa biex twettaq attivitajiet kriminali, taqa’ taħt il-qasam jew il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat KE, b’mod partikolari taħt l-Artikoli 12 KE, 18 KE, 43 KE et seq, u 49 KE et seq tiegħu?

F’każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 18 KE:

2 (a)

Dispożizzjoni bħal dik tal-Artikolu 67(2) tal-Kodiċi Olandiż tal-Proċedura Penali, inkwantu din tippermetti d-detenzjoni preventiva ta’ persuni li jaqgħu taħt il-qasam ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18 KE li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza fissa tagħhom fi Stat Membru ieħor barra mill-Olanda, għandha tkun meqjusa bħala restrizzjoni għad-dritt ta’ ċittadin li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament kif previst minn dan l-artikolu?

2 (b)

Jekk dan huwa l-każ, dik id-dispożizzjoni, li tippermetti d-detenzjoni preventiva taċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza fissa tagħhom fi Stat Membru ieħor barra mill-Olanda, minħabba li din ġiet adottata fil-kuntest tal-importanza ta’ traċċi effettivi ta’ suspetti, tal-prosekuzzjoni u tal-ġustizzja, tikkostitwixxi ġustifikazzjoni aċċettabbli bbażata fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi ta’ interess ġenerali indipendenti miċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati u proporzjonali għall-għan leġittimu li għandu d-dritt nazzjonali?

F’każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv fir-rigward tal-Artikoli 49 KE et seq:

(3)

Dispożizzjoni bħal dik tal-Artikolu 67(2) tal-Kodiċi Olandiż tal-Proċedura Penali, inkwantu din tippermetti d-detenzjoni preventiva ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza fissa tagħhom fi Stat Membru ieħor barra mill-Olanda, għandha tkun meqjusa bħala restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi msemmija fl-Artikoli 49 KE et seq, inkwantu tinvolvi diskriminazzjoni bbażata fuq il-fatt li l-fornitur tas-servizzi ma għandux id-domiċilju jew ir-residenza fissa tiegħu fl-Istat tas-servizz, iżda fi Stat Membru ieħor tal-Komunità?

F’każ ta’ risposta negattiva għal waħda mid-domandi 2 u 3:

(4)

Dispożizzjoni bħal dik tal-Artikolu 67(2) tal-Kodiċi Olandiż tal-Proċedura Penali, inkwantu din tippermetti d-detenzjoni preventiva ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza fissa tagħhom fi Stat Membru ieħor barra mill-Olanda, għandha tkun meqjusa bħala diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, kif ipprojbita taħt l-Artikoli 12 KE (projbizzjoni ġenerali ta’ diskriminazzjonijiet fil-qasam ta’ applikazzjoni tat-Trattat), 43 KE et seq (projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet minħabba ċittadinanza fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment) u 49 KE et seq (projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet minħabba ċittadinanza fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi)?

F’każ ta’ risposta affermattiva għal waħda mid-domandi 3 u 4:

(5)

Dispożizzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 67(2) tal-Kodiċi Olandiż tal-Proċedura Penali, li tippermetti d-detenzjoni preventiva ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza fissa tagħhom fi Stat Membru ieħor barra mill-Olanda, tista’, minħabba li din ġiet adottata fil-kuntest tal-importanza ta’ traċċi effettivi ta’ suspetti, tal-prosekuzzjoni u tal-ġustizzja, tkun meqjusa bħala legali għal raġunijiet ta’ ordni pubblika, sigurtà u saħħa pubblika, kif previst mill-Artikoli 45 KE sa 48 KE inkluż, u l-Artikolu 55 KE?


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep (il-Pajjiżi Baxxi) fis-27 ta’ Awwissu 2009 — J.A. van Delft et vs College van zorgverzekeringen

(Kawża C-345/09)

2010/C 11/21

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: J.A. van Delft et.

Konvenut: College van zorgverzekeringen.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 28, 28a u 33 tar-Regolament Nru 1408/71 (1), id-dispożizzjonijiet tal-Punt 1(a) u (b) tat-Taqsima R tal-Anness VI tar-Regolament Nru 1408/71 u l-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 574/72 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 69 taz-Zvw [Zorgverzekeringswet], safejn il-pussessur ta’ pensjoni li jista’, bħala regola, isostni d-dritt taħt l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament Nru 1408/71, għandu jirreġistra ruħu maċ-Cvz [College voor zorgverzekeringen] u li għandha tinżamm kontribuzzjoni mill-pensjoni dan il-pussessur, anki jekk mhuwiex irreġistrat fis-sens tal-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 574/72 (2)?

(2)

L-Artikolu 39 KE jew l-Artikolu 18 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 69 taz-Zvw, safejn ċittadin tal-UE li jista’, bħala regola, isostni d-dritt taħt l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament Nru 1408/71, għandu jirreġistra ruħu maċ-Cvz u li għandha tinżamm kontribuzzjoni mill-pensjoni ta’ dan iċ-ċittadin, anki jekk mhuwiex irreġistrat fis-sens tal-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 574/72?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Volum 1, p. 35).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Volum 1, p. 83).


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (Ir-Repubblika Ungeriża) fl-14 ta’ Settembru 2009 — Pannon Gép Centrum Kft. vs APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály Dél-dunántúli Kihelyezett Hatósági Osztály

(Kawża C-368/09)

2010/C 11/22

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Baranya Megyei Bíróság.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pannon Gép Centrum Kft.

Konvenut: APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály, Dél-dunántúli Kihelyezett Hatósági Osztály

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1)(16) tal-liġi nazzjonali dwar il-VAT (Liġi Nru LXXIV tal-1992) li kienu japplikaw fiż-żmien meta nħarġet l-irċevuta inkwistjoni u tal-Artikolu 1/E(1) tad-Digriet Nru 24 tal-1995 (XI. 22.) tal-Ministru tal-Finanzi, b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikolu 13(1)(16)(f) tal-Liġi dwar il-VAT, huma kompatibbli mal-karatteristiċi u mal-kunċett ta’ rċevuta stabbiliti fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/115 (1) li temenda d-Direttiva 77/388/KEE (2) bil-għan li tissimplifika, timmodernizza u tqabbel il-kondizzjonijiet stabbiliti biex tinħareġ il-fattura rigward it-taxxa fuq il-valur miżjud?

Jekk ir-risposta għal din id-domanda tkun fl-affermattiv:

(2)

Il-prassi ta’ Stat Membru li jippenalizza d-difetti formali ta’ rċevuta li fuqha hija bbażata talba għal tnaqqis billi jirrifjuta li jirrikonoxxi d-dritt għal tnaqqis tmur kontra l-Artikoli 17(1), 18(1)(a) u 22(3)(a) u (b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill?

(3)

Huwa biżżejjed, sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għal tnaqqis, li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 22(3)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, jew inkella, sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għal tnaqqis, u sabiex irċevuta tiġi aċċetta bħala dokument kredibbli, għandhom jiġu osservati r-rekwiżiti u l-obbligi kollha pprovduti fid-Direttiva 2001/115?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, li temenda d-Direttiva 77/388/KEE bil-għan li tissimplifika, timmodernizza u tqabbel il-kondizzjonijiet stabbiliti biex tinħareġ il-fattura rigward it-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2002, L 15, p. 24).

(2)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1).


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (l-Ungerija) fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Uszodaépítő Kft. vs APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály

(Kawża C-392/09)

2010/C 11/23

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Baranya Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Uszodaépítő Kft.

Konvenut: APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály

Domandi preliminari

(1)

Hija kompatibbli mal-Artikoli 17 u 20 tas-Sitt Direttiva (1), dispożizzjoni ta’ liġi ta’ Stat Membru, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, wara li nħoloq id-dritt għal tnaqqis, u li, għall-finijiet tat-tnaqqis ta’ VAT imħallsa u ddikjarata fir-rigward ta’ provvisti ta’ oġġetti jew servizzi magħmula matul is-sena finanzjarja 2007, tirrikjedi bidla fil-kontenut tal-fatturi u l-preżentata ta’ dikjarazzjoni addizzjonali?

(2)

Hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, u, b’mod partikolari, hija oġġettivament iġġustifikata, raġonevoli, proporzjonata u konsistenti mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-miżura stipulata fl-Artikolu 269(1) tal-liġi ġdida dwar il-VAT, li skontha, jekk ir-rekwiżiti previsti f’dan l-artikolu jkunu sodisfatti, id-drittijiet u l-obbligi għandhom jiġu evalwati u applikati skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi l-ġdida, anki meta dawn inħolqu qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, fit-terminu ta’ preskrizzjoni?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1.)


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repebblika Ċeka) fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Bezpečnostní softwarová asociace — Svaz softwarové ochrany vs Ministeru tal-Kultura

(Kawża C-393/09)

2010/C 11/24

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bezpečnostní softwarová asociace — Svaz softwarové ochrany

Konvenut: Ministeru tal-Kultura

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1991, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finjiet tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur fuq programm tal-kompjuter, bħala xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur skont l-imsemmija direttiva, “espressjoni f’kull forma ta’ programm tal-kompjuter” għandha tfisser ukoll user interface grafiku ta’ programm tal-kompjuter jew parti minnu?

(2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, xandir televiżiv li jippermetti lill-pubbliku, perċezzjoni sensorjali tal-user interface grafiku ta’ programm tal-kompjuter, jew parti minnu, għalkemm mingħajr il-possibbiltà ta’ kontroll attiv ta’ dan il-programm, huwa komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur, jew ta’ parti minnu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (2)?


(1)  ĠU L 122, tas-17 ta’ Mejju 1991, p. 42; edizzjoni speċjali biċ-Ċek, Kapitolu 17, Taqsima 1, p. 114.

(2)  ĠU L 167, tat-22 ta’ Ġunju 2001, p. 10; edizzjoni speċjali biċ-Ċek, Kapitolu 17, Taqsima 1, p. 230.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/14


Appell ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2009 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mid-digriet mogħti mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) fit-2 ta' Lulju 2009 fil-Kawża T-279/06, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-401/09 P)

2010/C 11/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, Δικηγόροι)

Appellat: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tirrevoka d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li permezz tagħha huwa kkunsidra b’mod sfavorevoli l-offerta tal-appellanti u ta l-kuntratt lill-kuntrattur magħżul;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra tal-appellanti relatati mal-proċeduri fl-ewwel istanza, anki jekk l-appell preżenti jiġi miċħud kif ukoll dawk tal-appell preżenti, fil-każ li dan jintlaqa’.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-konvenut fir-risposta kellha tiġi ddikjarata inammissibili minħabba l-fatt li mhijiex konformi mal-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza li speċifikament jipprovdi li tali eċċezzjoni għandha titqajjem “permezz ta’ att separat”. L-appellanti ssostni wkoll li, billi aċċettat l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà u billi naqset milli tikkummenta dwar l-argumenti tal-appellanti fir-rigward tal-eċċezzjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

L-appellanti hija tal-opinjoni li l-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta ddeċidiet li Evropaïki Dynamiki, peress li l-offerta tagħha kienet inaċċettabbli, ma kellhiex interess ġuridiku li titlob stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti. L-appellanti targumenta wkoll li l-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta kkunsidrat li kien neċessarju għall-appellanti li tikseb Arbeitnehmerüberlassungsgenehmigung (AÜG) sabiex tkun tista’ toffri s-servizzi tagħha legalment.

Fl-aħħar nett, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tapplika d-dispożizzjonijiet legali rilevanti dwar id-dmir tal-awtorità kontraenti li timmotiva d-deċiżjoni tagħha.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/15


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-404/09)

2010/C 11/26

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiddikjara li:

(a)

billi awtorizza l-minjieri miftuħa “Fonfría”, “Nueva Julia” u “Los Ladrones” mingħajr ma ssuġġetta din l-awtorizzazzjoni għal stima li tippermetti li jiġu identifikati, deskritti u stmati b’mod xieraq l-effetti diretti, indiretti u kumulattivi tal-proġetti ta’ minjieri miftuħa eżistenti, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2, 3 u 5(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1), tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 97/11/KEE;

(b)

billi, sa mill-2000, is-sena meta s-sit “Alto Sil” ġie kklassifikat bħala żona ta’ protezzjoni speċjali (iktar ’il quddiem “ŻPS”):

awtorizza l-minjieri mifutħa “Nueva Julia” u “Los Ladrones” mingħajr ma ssuġġetthom għal stima xierqa tal-eventwali effetti tal-imsemmija proġetti u, f’kull każ, mingħajr ma ssodisfa l-kundizzjonijiet li jippermettu t-twettiq ta’ proġett minkejja r-riskju li l-proġetti msemmija iktar ’il fuq jinvolvu fil-konfront tal-ispeċi tas-serduq selvaġġ (Tetrao urogallus) li tikkostitwixxi wieħed mill-valuri li mmotivaw il-klassifikazzjoni taż-ŻPS “Alto Sil” u, fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, għal raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi mal-interess pubbliku u biss wara li jkun ikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri kumpensatorji meħtieġa sabiex jiggarantixxi l-koerenza ta’ Red Natura 2000;

ma adottax il-miżuri meħtieġa sabiex jevita d-deterjorament tal-habitats tal-ispeċi tas-serduq selvaġġ kif ukoll it-tfixkil kunsiderevoli li l-minjieri “Feixolín”, “Salguero-Prégame-Valdesegadas”, “Fonfría”, “Ampliación de Feixolín” u “Nueva Julia” jikkawżaw lil din l-ispeċi, li kienu wieħed mill-motivi wara l-klassifikazzjoni ta’ din iż-ŻPS;

ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, fir-rigward taż-ŻPS, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2), (3) u (4) moqri flimkien mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 92/43/KEE (2)

(c)

billi, sa minn Jannar 1998,

ma adottax, fir-rigward tal-minjieri “Feixolín”, “Salguero-Prégame-Valdesegadas”, “Fonfría”, u “Nueva Julia”, il-miżuri meħtieġa sabiex jipproteġi l-interess ekoloġiku li s-sit propost “Alto Sil” għandu fuq livell nazzjonali,

ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, fir-rigward tas-sit propost “Alto Sil”, l-obbligi tiegħu taħt l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tat-13 ta’ Jannar 2005, Società Italiana Dragaggi SpA et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti u Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia (C-117/03), Ġabra p. I-00167 u tal-14 ta’ Settembru 2006, Bund Naturschutz in Bayern eV et vs Freistaat Bayern (C-244/05), Ġabra p. I-08445;

(d)

billi, sa minn Diċembru 2004,

awtorizza attivitajiet f’minjieri miftuħa (fil-każ tal-minjieri “Feixolín”, “Salguero-Prégame-Valdesegadas”, “Fonfría”, u “Nueva Julia”) li jistgħu jaffettwaw il-valuri li ddeterminaw il-klassifikazzjoni ta’ “Alto Sil” bħala sit ta’ importanza Komunitarja (iktar’il quddiem “SIK” mingħajr m’għamel stima xierqa tal-eventwali effetti ta’ dawn l-attivitajiet u, f’kull każ, mingħajr ma ssodisfa l-kundizzjonijiet li jippermettu t-twettiq ta’ proġett, minkejja r-riskju li dawn jinvolvu fil-konfront tal-valuri li mmotivaw il-klassifikazzjoni tas-sit “Alto Sil” u, fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, unikament għal raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi mal-interess pubbliku u biss wara li jkun ikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri kumpensatorji meħtieġa sabiex jiggarantixxi l-koerenza ta’ Natura 2000;

u billi ma adottax, fir-rigward ta’ dawn il-proġetti, il-miżuri meħtieġa sabiex jevita d-deterjorament tal-habitat jew tal-habitats tal-ispeċijiet kif ukoll it-tfixkil li l-minjieri “Feixolín”, “Salguero-Prégame-Valdesegadas”, “Fonfría”, “Nueva Julia” u “Ampliación de Feixolín” jikkawżaw lill-ispeċijiet,

ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq, fir-rigward tas-SIK “Alto Sil”, l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2), (3) u (4) tad-Direttiva 92/43/KEE;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni saret taf li l-impriża Minero Siderúrgica de Ponferrada (MSP) topera diversi minjieri miftuħa tal-faħam li jistgħu jaffettwaw il-valuri naturali tas-sit propost bħala SIK “Alto Sil” (ES0000210) li jinsab fil-provinċja ta’ León fil-Grigal tal-Comunidad autónoma de Castilla y León. L-informazzjoni mhux biss ikkonfermat li diġà kien hemm diversi minjieri miftuħa tal-faħam iżda wkoll li l-attività minerarja fil-miftuħ kienet ser titkompla permezz ta’ minjieri ġodda awtorizzati jew fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni.

F’dak li jikkonċerna d-Direttiva 85/337/KEE, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma ttiħdux inkunsiderazzjoni l-eventwali effetti indiretti, kumulattivi u sinerġetiċi, li t-tliet minjieri kkontestati jisa’ jkollhom fuq l-ispeċijiet l-iktar vulnerabbli.

Il-Kummissjoni tqis li fid-dawl tan-natura tal-proġetti inkwistjoni, tal-viċinanza u tal-effetti tagħhom fiż-żmien, id-deskrizzjoni tal-effetti kunsiderevoli li dawn jista’ jkollhom fuq l-ambjent kellha obligatorjament tinkludi “l-effetti diretti u kull effett indirett, sekondarju, kumulattiv, f’qasir żmien, fi żmien medju u fi żmien twil, permanenti u temporanju” kif jeżiġi l-Anness IV tad-Direttiva 85/337/KEE.

Fir-rigward tad-Direttiva 92/43 dwar il-habitats, it-talba tirreferi prinċipalment għall-ispeċijiet tas-serduq selvaġġ u tal-ors kannella. Il-Kummissjoni tqis li l-effetti li l-minjieri jista’ jkollhom fuq dawn l-ispeċijiet ma jistgħux jiġu stmati biss mill-perspettiva tal-qerda diretta taż-żoni kritiċi ta’ dawn l-ispeċijiet, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-frammentazzjoni ikbar, id-deterjorazzjoni u l-qerda tal-habitats potenzjalment adatti għar-ristabbiliment ta’ dawn l-ispeċijiet, kif ukoll iż-żieda fit-tfixkil ikkawżat lil dawn l-ispeċijiet, aspetti ma ttiħdux inkunsiderazzjoni. Ma’ dan kollu jiżdied ir-riskju ta’ effett ta’ barriera minħabba l-movimenti u l-frammentazzjoni tal-popolazzjonijiet.

Bħala sinteżi, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-minjieri inkwistjoni jaggravaw dak li huwa kkunsidrat bħala fattur li kkontribwixxa għat-tnaqqis ta’ dawn l-ispeċijiet u li dan ma jippermettix lill-awtoritajiet jikkonkludu li l-attivitajiet ikkonċernati m’għandhomx effetti sinjifikattivi fuq dawn l-ispeċijiet.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet kompetenti Spanjoli ma wettqux stima, li tista’ tiġi kkunsidrata xierqa fis-sens tal-Artikolu 6(3), tal-eventwali effetti fuq l-ispeċijiet tas-serduq selvaġġ u tal-ors kannella, u li, li kieku tali stima twettqet kien ikollu jiġi konkluż, minn tal-inqas, li ma kienx hemm iċ-ċertezza li l-ġurisprudenza teħtieġ fir-rigward tan-nuqqas ta’ effetti sinjifikattivi tal-proġetti awtorizzati fuq l-ispeċijiet mhedda. Dan kollu jippreżupponi li l-awtoritajiet setgħu jawtorizzaw l-imsemmija proġetti ta’ minjieri miftuħa biss wara li jkunu vverifikaw li kienu sodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 6(4), jiġifieri fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, inkluża l-“alternattiva Żero”, wara li jkunu identifikatw l-eżistenza ta’ raġunijiet obbligatorji oħra li huma konnessi mal-interess pubbliku li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tas-sistema ta’ deroga stabbilita minn dan l-artikolu u wara li jkunu adottaw, jekk ikun il-każ, il-miżuri kumpensatorji adatti.


(1)  ĠU L 175, p. 40

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 15, Vol. 1, p. 248

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 2, p. 102.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/16


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-407/09)

2010/C 11/27

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Kontou-Durande u A.-M. Rouchaud-Joët)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-18 ta’ Lulju 2007 fil-Kawża C-26/07, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 228(1) tat-Trattat KE;

tordna lir-Repubblika Ellenika sabiex tħallas lill-Kummissjoni, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea”, is-somma ta’ EUR 72 532,80 proposta bħala penalità għal kull jum ta’ dewmien fl-adozzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-26/07, mill-ġurnata li fiha tingħata s-sentenza fil-kawża preżenti sal-jum li fih tikkonforma ruħha mas-sentenza fil-Kawża C-26/07;

tordna lir-Repubblika Ellenika sabiex tħallas lill-Kummissjoni, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ kuljum ta’ EUR 10 512 għal kull jum ta’ dewmien mill-jum li fih ngħatat is-sentenza fil-Kawża C-26/07 sal-jum li fih tingħata s-sentenza fil-kawża preżenti, jew il-jum li fih jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza fil-Kawża C-26/07 jekk dan iseħħ qabel;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża, ir-Repubblika Ellenika għadha ma adottatx il-liġijiet neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/80/KE fis-sistema legali Griega.

Għaldaqstant, huwa ċar li r-Repubblika Ellenika għadha ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Lulju 2007 fil-Kawża C-26/07, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja.

Skont it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 228(2) tat-Trattat KE, fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-ammont tas-somma f’daqqa u/jew il-pagament ta’ penalità li hija tikkunsidra li l-Istat Membru kkonċernat għandu jħallas skont iċ-ċirkustanzi. Fil-kawża inkwistjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi pagament ta’ penalità u somma f’daqqa lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Kummissjoni, li taġixxi fuq il-bażi tal-prinċipji u tal-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fil-Komunikazzjoni tat-13 ta’ Diċembru 2005, tikkunsidra tliet kriterji fundamentali meta tiddetermina l-ammont propost: (a) il-gravità tal-ksur; (b) it-tul tal-ksur; u (ċ) in-neċessità li jiġi żgurat li l-penalità sservi bħala deterrent.

Analiżi tal-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji f’din il-kawża twassal għall-konklużjoni li t-tul tal-ksur u l-effetti tiegħu fuq interessi pubbliċi u privati huma sostanzjali u jiġġustifikaw impożizzjoni tal-penalitajiet finanzjarji proposti.

Kif jidher mir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva, l-Istati Membri kollha ħlief il-Greċja ttrasponew id-Direttiva fid-dritt nazzjonali u jipprovdu l-protezzjoni meħtieġa mid-Direttiva.

In-nuqqas ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva fis-sistema legali Griega jostakola l-kisba tal-għan fundamentali ta’ moviment liberu tal-persuni f’żona komuni ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja. L-effetti fuq l-interessi ta’ natura ġenerali u individwali huma għaldaqstant ferm sostanzjali.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fis-27 ta’ Ottubru 2009 — José Maria Ambrósio Lavrador, Maria Cândida Olival Ferreira Bonifácio vs Companhia de Seguros Fidelidade — Mundial, SA

(Kawża C-409/09)

2010/C 11/28

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: José Maria Ambrósio Lavrador, Maria Cândida Olival Ferreira Bonifácio

Konvenuta: Companhia de Seguros Fidelidade — Mundial, SA

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva 90/232/KEE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li d-dritt ċivili Portugiż, b’mod partikolari permezz tal-Artikoli 503(1), 504, 505 u 570 tal-Kodiċi Ċivili, fil-każ ta’ inċident tat-traffiku li jseħħ fiż-żmien, bil-mod u fil-post bħal dak fil-kawża preżenti, jeskludi jew jillimita d-dritt għal kumpens ta’ persuna minuri, hija stess vittma tal-inċident, minħabba r-raġuni sempliċi li hija titqies bħala parzjalment jew esklużivament responsabbli għad-dannu kkawżat?


(1)  It-Tielet Direttiva Tal-Kunsill, 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Civil Division) (England and Wales) fit-28 ta’ Ottubru 2009 — Generics (UK) Ltd vs Synaptech Inc

(Kawża C-427/09)

2010/C 11/29

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (Civil Division) (England and Wales).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Generics (UK) Ltd.

Konvenuta: Synaptech Inc.

Domandi preliminari

(1)

Għall-finijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1768/92, (1) l-espressjoni “l-ewwel awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq fil-Komunità” hija l-ewwel awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq fil-Komunità li nħarġet skont id-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE (2) (attwalment issostitwita mid-Direttiva 2001/83/KE (3)), jew hija biżżejjed kwalunkwe awtorizzazzjoni li tippermetti li l-prodott jitqiegħed fis-suq fil-Komunità jew fiż-ŻEE?

(2)

Jekk, għal-finijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1768/922, l-“awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq fil-Komunità” għandha tkun inħarġet skont id-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE (attwalment issostitwita mid-Direttiva 2001/83/KE), awtorizzazzjoni li nħarġet fl-1963 fl-Awstrija skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ f’dak iż-żmien (li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet mitluba mid-Direttiva 65/65/KEE), li qatt ma ġiet emendata sabiex tikkonforma mad-Direttiva 65/65/KEE u li fl-aħħar ġiet irtirata fl-2001, għandha titqies, għal dan il-għan, bħala awtorizzazzjoni maħruġa skont id-Direttiva 65/65/KEE ?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU L 182, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1965, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-prodotti farmaċewtiċi (ĠU 22, p. 369).

(3)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p. 67).


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fil-5 ta’ Novembru 2009 — Shirley McCarthy vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-434/09)

2010/C 11/30

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Shirley McCarthy.

Konvenut: Secretary of State for the Home Department.

Domandi preliminari

(1)

Persuna li għandha ċittadinanza doppja, Irlandiża u Brittanika, u li ilha ħajjitha kollha residenti fir-Renju Unit, hija “benefiċjarj[a]” fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE (1) (iktar ’il quddiem id-“direttiva”)?

(2)

Tali persuna tkun “għex[et] legalment” fl-Istat Membru ospitanti fis-sens tal-Artikolu 16 tad-direttiva, f’ċirkustanzi fejn ma setgħatx tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/38/KE?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Awwissu 2009 — (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel de Bruxelles — Il-Belġju) — Axa Belgium SA vs État belge, Administration de la TVA, de l'enregistrement et des domaines (État Belge), Administration de l'inspection spéciale des impôts, inspection de Mons 3 (État Belge)

(Kawża C-168/07) (1)

2010/C 11/31

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 129, 09.06.2007


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-193/07) (1)

2010/C 11/32

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 199, 25.08.2007


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/19


Digriet tal-President tas-17 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-309/08) (1)

2010/C 11/33

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-357/08) (1)

2010/C 11/34

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 247, 27.9.2008


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/19


Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-397/08) (1)

2010/C 11/35

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-531/08) (1)

2010/C 11/36

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-174/09) (1)

2010/C 11/37

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009


Il-Qorti Ġenerali

16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Novembru 2009 — Scheucher-Fleisch et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/04) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Agrikoltura - Sistema ta’ għajnuna favur programmi ta’ kwalità fis-settur agroalimentari fl-Awstrija - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Status ta’ parti interessata - Protezzjoni tad-drittijiet proċedurali - Ammissibbiltà - Diffikultajiet serji - Linji gwida applikabbli għall-għajnuna mill-Istat għar-reklamar”)

2010/C 11/38

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Scheucher-Fleisch GmbH (Ungerdorf, l-Awstrija); Tauernfleisch Vertriebs GmbH (Flattach, l-Awstrija); Wech-Kärntner Truthahnverarbeitung GmbH (Glanegg, l-Awstrija); Wech-Geflügel GmbH (Sankt Andrä, l-Awstrija); u Johann Zsifkovics (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Hofer u T. Humer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2037 finali, tat-30 ta' Ġunju 2004, rigward l-Għajnuna mill-Istat NN 34A/2000 dwar il-programmi ta’ kwalità u t-tikketti “AMA-Biozeichen” u “AMA-Gütesiegel” fl-Awstrija.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal Kummissjoni C(2004) 2037 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2004, dwar l-Għajnuna mill-Istat NN 34A/2000 dwar il-programmi ta’ kwalità u t-tikketti “AMA Biozeichen” u “AMA Gütesiegel” fl-Awstrija, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Scheucher-Fleisch GmbH, Tauernfleisch Vertriebs GmbH, Wech-Kärntner Truthahnverarbeitung GmbH, Wech-Geflügel GmbH u Johann Zsifkovics.


(1)  ĠU C 300, 4.12.2004.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/21


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Novembru 2009 — MTZ Polyfilms vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-143/06) (1)

(“Dumping - Importazzjoni tal-films tal-polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Indja - Regolament li jġib fi tmiem reviżjoni interim - Impenji ta’ prezzijiet minimi għall-importazzjoni - Iffissar tal-prezz għall-esportazzjoni - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat matul l-investigazzjoni inizjali - Għażla tal-bażi legali - Artikolu 2(8) u (9), u Artikolu 11(3) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96”)

2010/C 11/39

Lingwa tal-kawża: L-Ingiż

Partijiet

Rikorrenti: MTZ Polyfilms Ltd (Mumbai, l-Indja) (rappreżentant: P. De Baere, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J.P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (rappreżentant:N. Khan u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill Nru 366/2006, tas-27 ta’ Frar 2006, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 u jimponi dazju antidumping definittiv ta’ dwar l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia, fl-Indja (ĠU L 68, p. 6),

Dispożittiv

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 366/2006, tas-27 ta’ Frar 2006, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 u jimponi dazju antidumping definittiv ta’ dwar l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia, fl-Indja, huwa annullat sa fejn huwa jimponi dazju antidumping fuq MTZ Polyfilms Ltd.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn MTZ Polyfilms. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 178, 29.7.2006.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Torresan vs UASI — Klosterbrauerei Weissenohe (CANNABIS)

(Kawża T-234/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali CANNABIS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru Artikolu 7(1)(ċ), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2010/C 11/40

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giampietro Torresan (Rothenburg, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Recher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u O. Montalto, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG (Weissenohe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli u R. Cartella, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 517/2005-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Klosterbrauerei Weissenohe GmbH & Co. KG u Giampietro Torresan.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

G. Torresan huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (1000)

(Kawża T-298/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 1000 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2010/C 11/41

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck u T. Dolde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Awwissu 2006 (Każ R 447/2006-4) dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali 1000 bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 310, 16.12.2006.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (350, 250 u 150)

(Kawża T-64/07 sa T-66/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali 350, 250 u 150 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 11/42

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto et K. Zajfert, aġenti)

Suġġett

Tliet rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Diċembru 2006 (Każijiet R 1033/2006-4, R 1034/2006-4 u R 1035/2006-4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 350, 250 u 150 bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 28.04.2007


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (222, 333 u 555)

(Kawżi magħquda T-200/07 sa T-202/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali 222, 333 u 555 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2010/C 11/43

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. Z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u K. Zajfert, aġenti)

Suġġett

Tliet rikorsi ippreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Marzu 2007 (każijiet R 1276/2006-4, R 1277/2006-4 u R 1278/2006-4) fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 222, 333 u 555 bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 183, 04.08.2007.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Denka International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-334/07) (1)

(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva dichlorvos - Noninklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Opinjoni ta’ grupp xjentifiku tal-EFSA - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 - Preżentazzjoni ta’ studji ġodda u ta’ data matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni - Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 451/2000 - Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ sussidjarjetà - Artikolu 95(3) KE, Artikolu 4(1) u Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/414”)

2010/C 11/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Denka International BV (Barneveld, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u L. Parpala, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/387/KE, tas-6 ta’ Ġunju 2007, dwar in-noninklużjoni tad-dichlorvos fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 145, p. 16).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Denka International BV hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 269 10.11.2007.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Novembru 2009 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/07) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna lill-imprizi żgħar u ta’ daqs medju - Deċiżjoni għal inġunzjoni ta’ informazzjoni dwar żewġ skemi ta’ għajnuna mill-Istat - Setgħat ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni taħt ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001”)

2010/C 11/45

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, J. Möller u B. Klein, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3226, tat-18 ta’ Lulju 2007, għal inġunzjoni ta’ informazzjoni dwar żewġ skemi ta’ għajnuna mill-Istat li jaqgħu taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001, tat-12 ta’ Jannar 2001, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli [87 KE] u [88 KE] għall-għajnuna tal-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, p. 33).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2007.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (100 u 300)

(Kawża T-425/07 sa T-426/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji figurattivi 100 u 300 - Dikjarazzjoni dwar il-portata tal-protezzjoni - Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Nuqqas ta’ karattru distintiv”)

2010/C 11/46

Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u K. Zajfert, aġenti)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2007 (Każijiet R 1274/2006-4 u R 1275/2006-4), dwar l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks figurattivi 100 u 300 bħala trade marks Komunitarji

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Novembru 2009 — Spa Monopole vs UASI — De Francesco Import (SpagO)

(Kawża T-438/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SpagO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2010/C 11/47

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu, É. De Gryse, D. Moreau, J. Pagenberg, A. von Mühlendahl u S. Abel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: De Francesco Import GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Terheggen et H. Linder, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1285/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn De Francesco Import GmbH u Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 9.2.2008


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Michail vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/08 P) (1)

(“Appell - Appell inċidentali - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2003 - Attribuzzjoni ta’ punt ta’ mertu fin-nuqqas ta’ kompiti li għandhom jitwettqu - Danni morali - Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”)

2010/C 11/48

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellant: Christos Michail (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Novembru 2007, Michail vs Il-Kummissjoni (F-67/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Novembru 2007, Michail vs Il-Kummissjoni (F-67/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

(2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Michail vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-50/08 P) (1)

(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2004 - Obbligu ta’ motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

2010/C 11/49

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Christos Michail (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Novembru 2007, Michail vs Il-Kummissjoni (F-34/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Christos Michail għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 128, 24.05.2008


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 19 ta’ Novembru 2009 — Clearwire Corporation vs UASI (CLEARWIFI)

(Kawża T-399/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Komunità Ewropea - Trade mark verbali CLEARWIFI - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009]”)

2010/C 11/50

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clearwire Corporation (Kirkland, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Konrad, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Kawża R 706/2008-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Komunità Ewropea, tas-sinjal CLEARWIFI.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Clearwire Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/26


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Novembru 2009 — Apollo Group vs UASI (THINKING AHEAD)

(Kawża T-473/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja THINKING AHEAD - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2010/C 11/51

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apollo Group, Inc. (Phoenix, Arizona, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Link u A. Jaeger-Lenz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 728/2008-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali THINKING AHEAD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Apollo Group, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.1.2009.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/26


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-20 ta’ Ottubru 2009 — Lebard vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-89/06) (1)

(“Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

2010/C 11/52

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Daniel Lebard (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. de Guillenchmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn É. Gippini Fournier u F. Amato, sussegwentement minn M. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

B’mod partikolari talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu, minn naħa, talba għal rieżami tal-osservanza mill-kumpannija Aventis tal-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Awwissu 1999, fil-Każ IV/M.1378 — Hoechst/Rhône-Poulenc u, min-naħa l-oħra, it-talba għar-revoka tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 1999, fil-Każ IV/M.1517 — Rhodia/Donau Chemie/Albright & Wilson.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

D. Lebard għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

(3)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Valauret SA.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2006.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/27


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Novembru 2009 — Tiralongo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-180/08 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ proroga ta’ kuntratt għal żmien fiss - Rikors għad-danni - Oriġini tad-dannu - Obbligu ta’ motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”)

2010/C 11/53

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Guiseppe Tiralongo (Ladispoli, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u S. Frazzani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropeja (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti, assistiti minn S. Corongiu, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tas-6 ta’ Marzu 2008, Tiralongo vs Il-Kummissjoni (Kawża F-55/07, li għadu ma ġiex ippublikat fil-Ġabra), u li jitlob l-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

G. Tiralongo għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/27


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-409/09)

2010/C 11/54

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 2 000 000, li jikkorrispondi għall-profitt gross tar-rikorrenti (50 % tal-valur tal-kuntratt);

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ammont ta’ EUR 100 000 li jikkorrispondi għad-dannu subit minħabba l-opportunità mitlufa sabiex il-kuntratt jiġi eżegwit.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra inkorsi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-kawża preżenti, ir-rikorrenti qiegħda tippreżenta rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali li tirriżulta minn danni li tallega li subiet bħala riżultat tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Settembru 2004, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti pubblika FISH/2004/02 għall-provvista ta’ servizzi tal-informatika u tal-provvisti relatati mas-sistemi ta’ informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tas-Sajd (1) u li tagħti l-kuntratt lill-kuntrattur magħżul. Fis-sentenza tagħha tal-10 ta’ Settembru 2008 (2) il-Qorti tal-Prim’Istanza kkonstatat li, meta adottat l-imsemmija deċiżjoni, il-Kummissjoni naqset mill-obbligu ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 100 tar-Regolament Finanzjarju (3) u l-Artikolu 149 tar-Regoli ta’ Implementazzjoni. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ma tatx deċiżjoni dwar il-motivi l-oħra mressqa mir-rikorrenti.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li permezz tas-sentenza msemmija iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Prim’Istanza rrikonoxxiet li l-Kumitat ta’ Evalwazzjoni fixkel il-kriterji tal-għoti u l-kriterji tal-għażla u żbalja meta vvaluta l-offerta tar-rikorrenti, filwaqt li ċaħadha b’mod infondat.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqajjem irregolaritajiet oħra, fil-proċedura tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, li kienu ġew sottomessi fil-Kawża T-465/04 u li ma kinux eżaminati jew diskussi mill-Qorti tal-Prim’Istanza. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ kompetizzjoni ħielsa, u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta’ diliġenza u li wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Hija ssostni li f’ċirkustanzi bħal dawn, il-ksur tad-dritt Komunitarju huwa ksur suffiċjentement serju tad-dritt.

Ir-rikorrenti ssostni li peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni wara li l-kuntratt mogħti abbażi tad-deċiżjoni annullata kien diġà ġie eżegwit fl-intier tiegħu, ir-rikorrenti titlob kumpens għan-nuqqas ta’ għoti tal-imsemmi kuntratt, kif ukoll għal opportunità mitlufa.


(1)  ĠU 2004/S 73-061407

(2)  Sentenza T-465/04,Evropaïki Dynamiki v Il-Kummissjoni, Ġabra p. II- 00154.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2002 L 248, p. 1)


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/28


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2009 — Dimosia Epicherisi Ilektrismou A.E. (DEI) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-421/09)

2010/C 11/55

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimosia Epicherisi Ilektrismou A.E. (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P. Anestis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-5 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2008) 824, dwar l-għoti jew iż-żamma fis-seħħ mir-Repubblika Ellenika ta’ drittijiet favur Dimosia Epicheirisi Ilektrismou A.E. (iktar ’il quddiem ir-“rikorrenti”), għall-estrazzjoni tal-faħam kannella, li fiha hija qieset li r-Repubblika Ellenika kienet kisret l-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE, billi tat u żammet fis-seħħ drittijiet privileġġjati favur ir-rikorrenti għall-isfruttament tal-faħam kannella fil-Greċja, u billi b’hekk ħolqot inugwaljanza ta’ opportunità bejn l-operaturi ekonomiċi fejn jidħol l-aċċess għal fjuwils primarji għall-produzzjoni tal-elettriku u ppermettiet lir-rikorrenti żżomm jew issaħħah il-prożizzjoni dominanti tagħha fis-suq tal-provvista tal-elettriku bl-ingrossa.

Ir-rikorrenti kkontestat din id-deċiżjoni permezz ta’ rikors għal annullament ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, irreġistrat bin-numru tal-Kawża T-169/08, li tinsab pendenti.

Ir-rikors preżenti huwa intiż għall-annullament, abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 6244, tal-4 ta’ Awwissu 2009 (iktar ’il quddiem, id-“deċiżjoni kkontestata”) “li tistabbilixxi l-miżuri speċifiċi biex jissewwew l-effetti antikompetittivi tal-ksur identifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2008 dwar l-għoti jew iż-żamma fis-seħħ mir-Repubblika Ellenika ta’ drittijiet favur il-Public Power Corporation S.A. [Dimosia Epicheirisi Ilektrismou A.E] għall-estrazzjoni tal-faħam kannella”.

Skont l-ewwel motiv ta’ annullament, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi, kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti peress li, minn naħa, hija ddefiniet b’mod żbaljat is-swieq rilevanti, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li, sabiex jiġi prodott l-elettriku, fjuwils oħra li jistgħu jissostiwixxu l-faħam kannella, bħalma huwa l-gass naturali, huma f’kompetizzjoni mal-faħam kannella estratt u, konsegwentement, jaqgħu taħt l-istess suq; min-naħa l-oħra, hija evalwat b’mod żbaljat id-dimensjoni ġeografika tas-suq tal-provvista tal-faħam kannella fil-Greċja għall-produzzjoni tal-elettriku u, konsegwentement, is-suq tal-provvista tal-faħam kannella jkopri ż-zona iktar wiesgħa tal-Balkani.

Skont it-tieni motiv ta’ annullament, ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi u bi żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu imposti miżuri korrettivi. L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni, sabiex tiddetermina l-miżuri korrettivi, l-argumenti ġuridiċi u l-fatti li jidhru fil-proċedura amministrattiva u fil-proċedura ta’ annullament, rigward id-deċiżjoni ta’ Marzu 2008. It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ċaħdet inġustament elementi ġodda importanti ppreżentati minn DEI, dwar il-ftuħ supplimentari tas-suq bl-ingrossa tal-provvista tal-elettriku għar-raġuni li dawn ma kinux jikkostitwixxu fatti sostanzjali ġodda. It-tielet nett, id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata, skont ir-rikorrenti, fuq kalkolu żbaljat tal-kwantitajiet ta’ faħam kannella li għandhom jiġu pprovduti lill-kompetituri sabiex jiġi rrimedjat il-ksur allegat.

Skont it-tielet motiv ta’ annullament, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma tissodisfax ir-regoli ta’ motivazzjoni iżda tirrepeti sempliċement u b’mod imqassar ċerti argumenti żvillupati mir-rikorrenti waqt il-proċedura amministrattiva, mingħajr madankollu ma tikkontestahom. Bl-istess mod, il-motivi tad-deċiżjoni dwar id-dimensjoni ġeografika tas-suq tal-faħam kannella ma jippermettux lid-destinatarju tad-deċiżjoni jifhem il-konklużjonijiet finali tal-konvenuta fuq dan il-punt. Fl-aħħar, skont l-argumenti tar-rikorrenti, id-deċiżjoni ma timmotivax ir-raġuni għalfejn il-perċentwali ta’ 40 % ġiet ikkunsidrata bħala l-perċentwali neċessarja ta’ riżervi magħrufa ta’ faħam kannella sfruttabbli li għalihom il-kompetituri ta’ DEI għandu jkollhom aċċess.

Fl-aħħar, skont ir-raba’ motiv ta’ annullament, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tippreġudika l-prinċipji ta’ libertà kuntrattwali u ta’ proporzjonalità. Inkwantu, fir-rigward tal-impriżi privati li jakkwistaw fil-futur, permezz ta’ sejħa għal offerti, drittijiet ta’ sfruttament fuq id-depożiti ta’ faħam ta’ Drama, Elassona, Végora u Vévi, id-deċiżjoni timponi projbizzjoni milli jbiegħu lil DEI kwantitajiet ta’ faħam kannella estratt, hija tirrestrinġi awtomatikament u b’mod sproporzjonat il-libertà kuntrattwali tar-rikorrenti u ta’ terzi. Barra minn hekk, fid-dawl tal-iżviluppi importanti li juru l-ftuħ progressiv tas-suq Grieg tal-elettriku, l-esklużjoni ta’ DEI mis-sejħa għal offerti dwar l-għoti tad-drittijiet il-ġodda kollha fuq il-faħam kannella u r-restrizzjoni b’mod mhux ġustifikat tal-attività tagħha bħala impriża jikkostitwixxu miżuri li mhumiex neċessarji u li huma sproporzjonati meta mqabbla mal-ksur allegat.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/29


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2009 — Bayerische Asphalt-Mischwerke vs UASI — Koninklijke BAM Groep (bam)

(Kawża T-426/09)

2010/C 11/56

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayerische Asphaltmischwerke GmbH & Co.KG für Straβenbaustoffe (Hofolding, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze, avukat u solicitor, u G. Würtenberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Koninklijke BAM Groep NV (Bunnik, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Awwissu 2009, fil-Każ R 1005/2008-2, safejn l-oppożizzjoni ġiet miċħuda fir-rigward ta’ “katusi riġidi mhux metalliċi għall-bini; kostruzzjonijiet li jistgħu jinġarru; monumenti, mhux metalliċi; servizzi ta’ kostruzzjoni; tiswija; tiswija u manutenzjoni”.

tilqa’ l-oppożizzjoni kontra t-trade mark Komunitarja kkonċernata anki fir-rigward ta’ “katusi riġidi mhux metalliċi għall-bini; kostruzzjonijiet li jistgħu jinġarru; monumenti, mhux metalliċi; servizzi ta’ kostruzzjoni; tiswija; tiswija u manutenzjoni”;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “bam” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 19, 37 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Ġermaniża “bam” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 19

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkonstata li kien hemm xebh bejn, minn naħa waħda, il-prodotti u s-servizzi koperti mit-trade mark Komunitarja kkonċernata u, min-naħa l-oħra, il-prodotti koperti mit-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni; abbuż ta’ poter peress li l-Bord tal-Appell aġixxa ultra vires; ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jitratta b’mod eżawrjenti l-argumenti mqajma mill-appellanti fl-appell tagħha; ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta llimita l-protezzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata u għaldaqstant naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/30


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2009 — Berenschot Groep vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-428/09)

2010/C 11/57

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Berenschot Groep BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. O’Connor, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni mhux motivata tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Awwissu 2009, sabiex ma tikklassifikax l-offerta magħmula mir-rikorrenti bħala waħda fost is-seba’ offerti l-iktar vantaġġjużi ekonomikament u konsegwentement li ma żżommx il-konsorzju mmexxi mir-rikorrenti fir-rigward tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti “kuntratt qafas multiplu għall-provvista ta’ servizzi għal perijodu qasir esklużivament favur pajjiżi terzi benefiċjarji tal-għajnuna esterna mill-Kummissjoni Ewropea”;

tinvestiga t-tmexxija tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti u l-eżerċizzju tal-viġilanza fir-rigward tal-offerti ssuspettati bi frodi;

tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Ottubru 2009;

tieħu kull miżura oħra li l-Qorti tal-Prim’Istanza tikkunsidra neċessarja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża, ir-rikorrenti qed titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma żżommx il-proposta li hija ssottomettiet, bħala parti għall-konsorzju, b’risposta għal sejħa għal offerti miftuħa (EuropAid/127054/C/SER/multi) għal provvista ta’ servizzi fil-kuntest ta’ “kuntratt qafas multiplu għall-provvista ta’ servizzi għal perijodu qasir esklużivament favur pajjiżi terzi benefiċjarji tal-għajnuna esterna mill-Kummissjoni Ewropea” (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li tagħti aċċess parzjali lir-rapporti ta’ evalwazzjoni rigward l-imsemmija proċedura ta’ sejħa għal offerti.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tqajjem il-motivi segwenti.

Fl-ewwel lok, hija ssostni li l-kumitat ta’ evalwazzjoni ma evalwax b’mod xieraq l-esperti msemmija fl-offerta tar-rikorrenti. Fil-fehma tagħha, il-kumitat ta’ evalwazzjoni għamel żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li huwa ma kienx raġjonevoli meta ħa inkunsiderazzjoni l-esperti tal-konsorzju mmexxija mir-rikorrenti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti targumenta li l-kumitat ta’ evalwazzjoni u l-Kummissjoni ma taw l-ebda spjegazzjoni dwar is-sistema l-ġdida ta’ klassifikazzjoni tal-curriculum vitae individwali u lanqas ma spjegaw ir-raġuni għalfejn l-esperti tar-rikorrenti kisbu punteġġ daqstant baxx. Jekk il-kumitat ta’ evalwazzjoni ma użax kriterji oġġettivi fl-evalwazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni ma assiguratx l-osservanza tal-prinċipji ta’ trattament ugwali tal-offerenti, ta’ trasparenza, ta’ kompetizzjoni korretta u ta’ amministrazzjoni tajba. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ppreżentat mill-Kummissjoni fl-21 ta’ Ottubru 2009 ma għamilx tajjeb għan-nuqqas ta’ informazzjoni, peress li kienet limitata għall-preżentazzjoni tal-punteġġi finali miksuba mir-rikorrenti.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 7(1) tar-Regolament 1049/2001 (2), peress li hija ma tatx risposta għat-talba tar-rikorrenti sabiex tingħata aċċess għad-dokumenti fit-termini stabbiliti minn dan l-Artikolu. Hija ssostni wkoll li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li r-rapport ta’ evalwazzjoni ma ngħatax kmieni biżżejjed sabiex ir-rikorrenti tkun tista’ teżerċita d-drittijiet tagħha taħt l-Artikolu 230 KE.

Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma osservatx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju (3) u taħt id-Deċiżjoni 2008/969 (4), peress li ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tipproteġi l-integrità tal-baġit Komunitarju billi ma eskludietx l-offerenti ssuspettati bi frodi mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt inkwistjoni.


(1)  ĠU 2008/S 90-121428

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43)

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal- 25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 2002 L 248, p. 1)

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija għall-użu mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 2008 344, p. 125)


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/30


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2009 — GL2006 Europe vs Il-Kummissjoni u OLAF

(Kawża T-435/09)

2010/C 11/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GL2006 Europe Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Gardenal u E. Belinguier-Raiz, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li l-investigazzjoni li saret fuq il-post mill-Kummissjoni f’Diċembru 2008, l-abbozz tar-rapport tal-awdituri u r-rapport tal-awdituri finali li nħarġu rispettivament fid-19 ta’ Diċembru 2008 u fil-25 ta’ Marzu 2009 mill-Kummissjoni, kif ukoll id-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni inkluża fl-ittra tal-10 ta’ Lulju 2009, li tipprevedi t-terminazzjoni ta’ żewġ proġetti li kienet involuta fihom GL2006 Europe Ltd, u n-noti ta’ debitu tas-7 ta’ Awwissu 2009 li jipprovdu li GL2006 Europe Ltd għandha tirrimborsa s-somma totali ta’ EUR 2 258 456,31 lill-Kummissjoni, huma illegali, nulli u bla effett;

sussidjarjament u/jew addizzjonalment, tistabbilixxi li l-allegazzjonijiet sostanzjali tal-Kummissjoni mhumiex iġġustifikati;

tikkonstata li l-investigazzjoni li saret fuq il-post mill-Kummissjoni, ir-rapporti tal-awdituri u d-deċiżjoni finali ma jistgħux jaffettwaw il-validità tal-kuntratti KE li kienet involuta fihom GL2006 Europe Ltd;

tikkonstata l-validità ta’ dawn il-kuntratti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ, ir-rikorrenti tikkontesta l-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 li, fid-dawl tar-rapport tal-awdituri tal-OLAF, tittermina żewġ kuntratti konklużi mar-rikorrenti fil-kuntest tal-programmi Komunitarji għar-riċerka u żvilupp teknoloġiku. Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll l-legalità tan-noti ta’ debitu li nħarġu mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Awwissu 2009, fid-dawl tal-istess rapport tal-awdituri tal-OLAF, dwar l-irkupru tal-ħlas bil-quddiem li sar mill-Kummissjoni għal tnax-il proġett li fihom kienet involuta r-rikorrenti u li kienu s-suġġett ta’ investigazzjoni.

Ir-rikorrenti tinvoka l-argumenti li ġejjin insostenn tat-talbiet tagħha.

L-ewwel nett, hija ssostni li l-investigazzjoni fuq il-post li twettqet mill-Kummissjoni kienet illegali għal dawn ir-raġunijiet: ma kienx hemm notifika minn qabel; it-tul tagħha kien insuffiċjenti fir-rigward tal-gravità tad-deċiżjoni finali; it-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi essenzjali ma kienx suffiċjenti; il-Kummissjoni kisret il-ħajja privata tar-rikorrenti; kien hemm żball fir-rigward tal-bażi legali peress li r-rapport bil-miktub tal-investigazzjoni jirreferi għal regolament li m’għadux fis-seħħ.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li r-rapport tal-awdituri għandu irregolaritajiet serji bħal ma huma n-nuqqas ta’ motivazzjoni xierqa peress li ttieħed abbażi ta’ investigazzjoni fuq il-post mhux kompluta, jew in-nuqqas ta’ relazzjoni bejn l-analiżi u l-konklużjonijiet tar-rapport finali li wasslu għall-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, fosthom, il-preżunzjoni tal-innoċenza.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni mhijiex ċara fir-rigward tas-sanzjoni, peress li tipprevedi t-terminazzjoni ta’ żewġ kuntratti filwaqt li n-noti ta’ debitu huma relatati ma’ tnax-il kuntatt. Hija ssostni wkoll li d-deċiżjoni finali ma kinitx innotifikata regolarment lir-rikorrenti.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tressaq talba dwar l-argumenti sostanzjali invokati mill-Kummissjoni sabiex jiġu tterminati l-kuntratti u tikseb rimbors tas-somom imħallsa lir-rikorrenti. Ir-rikorrenti ssostni li dawn l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha m’għandhomx bażi u jirriżultaw f’konklużjonijiet li jmorru kontra dawk inklużi fir-rapport tal-awdituri tal-2007.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/31


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2009 — Dufour vs BĊE

(Kawża T-436/09)

2010/C 11/59

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Julien Dufour (Jolivet, Franza) (rappreżentant: I. Schoenacker Rossi, avukat)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, ikkontestata minn J. Dufour, li permezz ta’ ittra bid-data tat-2 ta’ Settembru 2009, kienet ikkonfermat ir-rifjut f’dak li jirrigwarda l-bażi ta’ data li permezz tagħhom ġew stabbiliti r-rapporti fuq ir-reklutaġġ u l-mobilità tal-persunal;

konsegwentement, tikkundanna l-Bank Ċentrali Ewropew iqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ J. Dufour il-bażi ta’ data kollha li permezz tagħhom ġew stabbiliti r-rapporti fuq ir-reklutaġġ u l-mobilità tal-persunal;

tikkundanna l-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 5 000 bħala danni għad-dannu subit mir-rikorrent;

tikkundanna l-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tat-2 ta’ Settembru 2009, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess għall-bażi ta’ data li permezz tagħhom ġew stabbiliti r-rapporti fuq ir-reklutaġġ u l-mobilità tal-persunal bejn l-1999 u l-2009, li huwa kien talab fil-kuntest tal-preparazzjoni għat-teżi tiegħu tad-dottorat, kif ukoll danni minħabba fid-dewmien fil-kitba tat-teżi tiegħu.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-motivazzjoni tar-rifjut li jingħatalu aċċess għad-dokumenti inkwistjoni huwa vvizzjat b’illegalità, billi dan jinvoka eċċezzjonijiet mhux sostanzjati u mhux previsti mid-Deċiżjoni ECB/2004/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), adottata sabiex jiġi implementat ir-Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjon (2), u billi huwa bbażat fuq ipoteżi żbaljata li tgħid li l-verżjoni elettronika mhux stampata tal-bażi ta’ data tneħħilha n-natura tagħha ta’ “dokument”. Fl-aħħar nett, il-Bank Ċentrali Ewropew m’għandux dritt li jikkontestalu d-diffikultajiet sabiex jagħmel id-dokumenti disponibbli.


(1)  ĠU L 80, p. 42

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 1, Vol. 3, p. 331


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/32


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2009 — Oyster Cosmetics SpA vs UASI

(Kawża T-437/09)

2010/C 11/60

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Oyster Cosmetics SpA (Castiglione delle Stiviere, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kadabell GmbH & Co. KG (Lenzkirch, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzajoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Awwissu 2009, fil-Każ R 1367/2008-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Oyster Cosmetics SpA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “OYSTER COSMETICS”, għal prodotti fil-klassi 3

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kadabell GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark figurattiva “KADUS OYSTRA AUTO STOP PROTECTION” għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2009 — Purvis vs Il-Parlament

(Kawża T-439/09)

2010/C 11/61

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: John Robert Purvis (Saint-Andrews, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara d-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-Parlament tad-9 ta’ Marzu u tal-1 ta’ April 2009 illegali inkwantu dawn jemendaw is-sistema ta’ pensjoni addizzjonali u jħassru l-modi speċjali ta’ ħlas tal-pensjoni addizzjonali tal-Membri jew ex Membri tal-Parlament li aderixxew volontarjament għal din is-sistema ta’ pensjoni fakultattiva;

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tas-7 ta’ Awwissu 2009 li tiċħad lir-rikorrent il-benefiċċju tal-pensjoni tiegħu, sal-limitu ta’ 25 %, fl-għamla ta’ kapital;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors sar kontra d-deċiżjoni tal-Parlament, tas-7 ta’ Awwissu 2009, meħuda għall-implementazzjoni tas-sistema ta’ pensjoni addizzjonali (volontarja) li tinsab fl-Anness VIII tar-regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew, kif emendati bid-deċiżjoni tal-Parlament tad-9 ta’ Marzu 2009, u li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jibbenefika, parzjalment (25 %) fl-għamla ta’ kapital u parzjalment fl-għamla ta’ rendita, mill-pensjoni addizzjonali tiegħu b’effett mix-xahar ta’ Awwissu 2009.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka fil-mertu erba’ aggravji fuq il-bażi:

tal-ksur tad-drittijiet kweżiti tar-rikorrent kif ukoll tal-prinċipju tal-aspettativi leġittimi;

tal-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità;

tal-ksur tal-Artikolu 29 tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jipprevedu attenzjoni partikolari min-naħa tal-kwesturi u tas-segretarju ġenerali għall-interpretazzjoni u għall-applikazzjoni stretta ta’ dawn ir-regoli;

tal-ksur tal-bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti u fuq in-nullità ta’ klawżoli purament fakultattivi.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/33


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2009 — Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/09)

2010/C 11/62

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Agriconsulting Europe SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Sciaudone, avukat, R. Sciaudone, avukat, u A. Neri, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa d-danni subiti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedimenti preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti fil-kawża preżenti hija kumpannija leader fis-settur tal-konsulenza ta’ tmexxija u dik teknika ta’ proġetti ta’ żvilupp internazzjonali. Ir-rikors tagħha huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda fil-kuntest tal-għoti tal-lott Nru 11 li kien is-suġġett tal-avviż ta’ kuntratt EuropeAid/127054/C/SER/Multi (ĠU S 128, 4.7.2008), li ma żammitx fost l-iktar sitt offerti ekonomikament vantaġġużi, dik ippreżentata mill-konsorzju li tiegħu kienet il-kumpannija li tmexxi, u li tattribwixxi dan il-lott lil offerenti oħra.

Insostenn tat-talba tagħha għal annullament, ir-rikorrenti tressaq il-motivi segwenti:

żnaturament tal-provi u taċ-ċirkustanzi ta’ fatt. Id-deċiżjoni kkontestata ċaħdet l-offerta tar-rikorrenti peress li d-“dikjarazzjonijiet ta’ esklussività” tat-tlett esperti li jidhru fl-offerta tagħha jidhru wkoll f’offerti oħra u li konsegwentement huma kellhom jiġu esklużi mill-evalwazzjoni. Din il-konklużjoni hija vvizzjata inkwantu ma kkunsidratx il-konstatazzjoni tal-esperti li, minn naħa, jikkontestaw uħud minn dawn id-dikjarazzjonijiet, jew, min-naħa l-oħra, saħansitra jallegaw li huma foloz.

interpretazzjoni żbaljata tal-konsegwenzi li jirriżultaw mill-inosservanza tad-“dikjarazzjoni ta’ esklussività” u l-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, sa fejn il-konvenuta applikat fuq l-offerti kollha s-sanzjoni prevista f’każ ta’ firma ta’ numru ta’ dikjarazzjonijiet ta’ esklussività, mingħajr ma kkunsidrat ir-rwol u r-responsabbiltà tal-kumpannija jew tal-espert.

ksur tal-kundizzjonijiet ġuridiċi, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-konvenuta ma eżerċitatx is-setgħa mogħtija lilha li titlob kjarifiki, f’każ ta’ ambigwità dwar element tal-offerta, qabel ma tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ żbalji ta’ tip li jeffettwaw il-validità ta’ offerta.

Ir-rikorrenti, filwaqt li ssostni l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, titlob, barra minn hekk, ir-rikonoxximent tad-danni subiti bħala responsabbiltà mhux kuntrattwali minħabba att illeċitu jew, sussidjarjament, minħabba att leċitu.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/34


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2009 — La City vs UASI — Bücheler u Ewert (citydogs)

(Kawża T-444/09)

2010/C 11/63

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: La City (La Courneuve, Franza) (rappreżentant: S. Bénoliel-Claux, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andreas Bücheler u Konstanze Ewert (Engelskirchen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tal-5 ta’ Awwissu 2009 fil-Każ Nru R 233/2008-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Andreas Bücheler u Kostanze Ewert

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “citydogs” għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25 (applikazzjoni Nru 4 692 381)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Franċiża “CITY” għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 18 u 25, peress li l-oppożizzjoni saret kontra r-reġistrazzjoni fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] minħabba n-nuqqas ta’ probabbilità ta’ konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/34


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2009 — Simba Toys vs UASI — Seven Towns (Rappreżentazzjoni tridimensjonali ta’ ġugarell kubiku)

(Kawża T-450/09)

2010/C 11/64

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven Towns Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Settembru 2009 fil-Każ R 1526/2008-2; u

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u dawk sostnuti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: rappreżentazzjoni tridimensjonali ta’ ġugarell kubiku għal prodotti fil-klassi 28.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Seven Towns Ltd

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Simba Toys GmbH & Co. KG

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (e) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat ir-raġunijiet assoluti għal rifjut ippreżentati mir-rikorrenti; ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tiegħu tal-kawża ta’ revoka taħt l-Artikolu 71(ċ) tal-imsemmi regolament; ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jidentifika kompletament l-elementi tat-trade mark li għaliha saret it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni ċerti elementi tal-imsemmija trade mark.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/35


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2009 minn Eckehard Rosenbaum kontra s-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-9/08, Rosenbaum vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/09 P)

2010/C 11/65

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Eckehard Rosenbaum (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Rüber, avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża Rosenbaum vs Il-Kummissjoni;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-appellant tat-13 ta’ Frar 2007;

tordna lill-Kummissjoni tikklassifika lill-appellant mingħajr diskriminazzjoni u abbażi tal-esperjenza professjonali tiegħu, kif ukoll tieħu l-miżuri l-oħra neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa intiż kontra s-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Settembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-9/08, Rosenbaum vs Il-Kummissjoni, li tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-appellant.

Insostenn tal-appell tiegħu l-appellant isostni, l-ewwel nett, li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eżamina b’mod inkomplet l-ewwel motiv. Barra minn hekk, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ċaħad it-tliet motivi l-oħra fid-dawl tal-fatt li, kuntrarjament għall-fehma tat-Tribunal, dawn il-motivi kienu xierqa sabiex iwasslu għall-annullament tal-miżuri kkontestati. Fl-aħħar nett, l-appellant iqis li n-nuqqas ta’ proċedura ta’ kompetizzjoni ta’ livell ogħla kien rilevanti għall-kwistjoni tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata u li, għal din ir-raġuni, iċ-ċaħda tal-ammissjoni tal-provi f’dan ir-rigward hija illegali.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/35


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2009 — Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-457/09)

2010/C 11/66

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u I. Liebach, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 3900 finali rettifikata, tat-12 ta’ Mejju 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C-43/2008 (ex N 390/2008) li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni tagħti għar-ristrutturar ta’ WestLB AG;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 3900 finali rettifikata, tat-12 ta’ Mejju 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni tagħti għar-ristrutturar ta’ WestLB AG [C-43/2008 (N 390/2008)]. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li, sakemm jiġu osservati ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna nnotifikata fil-forma ta’ garanzija ta’ EUR 5 biljun hija kompatibbli mas-suq komuni.

Ir-rikorrenti, li għandha sehem f’WestLB AG, issostni r-rikors tagħha għal annullament bil-motivi li ġejjin:

ksur tal-prinċipju tal-kolleġġjalità skont l-Artikolu 219 KE, għaliex id-deċiżjoni kkontestata ma ġietx adottata mill-Kummissjoni inkwantu korp effettivament kompetenti iżda mill-Kummissarju tal-Kompetizzjoni;

ksur tal-Artikolu 87(1) KE għaliex l-element li jikkostitwixxi distorsjoni tal-kompetizzjoni ma ġiex eżaminat;

applikazzjoni żbaljata tat-tieni alternattiva tal-Artikolu 87(3)(b) KE, għaliex id-deċiżjoni kkontestata tinjora l-fatti, kif ukoll il-kontenut u l-istruttura normattiva ta’ din id-dispożizzjoni, ma wettqitx l-ibbilanċjar tal-interessi u l-eżami ta’ proporzjonalità neċessarji jew wettqithom b’mod insuffiċjenti, hija żbaljata taħt diversi aspetti fl-evalwazzjoni u tistabbilixxi kundizzjonijiet sproporzjonati;

ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

ksur tal-obbligu li jiġi żgurat it-trattament ugwali, għaliex id-deċiżjoni kkontestata ma tittrattax b’mod ugwali lil WestLB AG u lil dawk li għandhom ishma fiha jekk tiġi mqabbla mad-deċiżjonijiet adottati qabel il-kriżi finanzjarja u ma’ dawk adottati fil-kriżi finanzjarja preżenti, mingħajr l-eżistenza ta’ raġuni effettiva li tiġġustifika dan;

ksur tal-Artikolu 295 KE, għaliex ir-rekwiżit li tiġi rrinunzjata l-pożizzjoni ta’ azzjonist tippreġudika d-dritt ta’ proprjetà, iggarantit u mħares mill-Ġermanja, tal-azzjonisti f’WestLB AG;

ksur tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 656/1999 (1), għaliex ma tingħata l-ebda bażi ta’ dritt materjali suffiċjentement stabbilita għal dan l-intervent;

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 253 KE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE] (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 8 Vol. 1 p. 339 — 347)


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/36


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2009 — Slovak Telekom a.s. vs Il-Kummssjoni

(Kawża T-458/09)

2010/C 11/67

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Slovak Telekom a.s. (Bratislava, ir-Repubblika Slovakka) (rappreżentanti: M. Maier, L. Kjølbye u D. Geradin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummssjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 6840, tat-3 ta’ Settembru 2009, li tordnalha, abbażi tal-Artikoli 18(3) u 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 (1), li tipprovdi informazzjoni fil-kuntest tal-Każ COMP/39523 — Slovak Telekom, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 KE u li timponi pagamenti ta’ penalità f’każ ta’ nonosservanza tad-deċiżjoni.

Insostenn tal-allegazzjonijiet tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament 1/2003 fir-rigward ta’ informazzjoni li tkopri perijodu preċedenti għall-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka fl-UE. Ir-rikorrenti tqis li qabel din id-data, il-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza sabiex tapplika d-dritt Komunitarju għal aġir li seħħ fit-territorju tar-Repubblika Slovakka u li hija ma kinitx awtorizzata biex tagħmel użu mis-setgħa ta’ investigazzjoni mogħti lilha mill-Artikolu 18(3) sabiex tikseb l-informazzjoni dwar dan l-istess perijodu.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju tal-ekwità proċedurali stabbilit fl-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aġir tar-rikorrenti matul perijodu li fih id-dritt Komunitarju ma kienx applikabbli u ma kellux jiġi osservat mir-rikorrenti hija tali li tippreġudika lir-rikorrenti.

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif previst mill-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003, li jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ titlob lill-impriżi sabiex jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma ppruvatx ir-rabta meħtieġa bejn l-informazzjoni mitluba għall-perijodu li jippreċedi l-adeżjoni u l-aġir allegatament illegali wara l-1 ta’ Mejju 2004. Minn dan jirriżulta, skont ir-rikorrenti, li l-Kummissjoni m’għandhiex bżonn ta’ informazzjoni jew dokumenti relatati mal-perijodu li jippreċedi l-adeżjoni sabiex tevalwa jekk l-aġir tar-rikorrenti wara l-adeżjoni huwiex konformi mad-dritt Komunitarju.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/37


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2009 — Storck vs UASI — RAI (Ragolizia)

(Kawża T-462/09)

2010/C 11/68

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Radiotelevisione italiana SpA (RAI) (Ruma, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1779/2008-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

fil-każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni fil-proċeduri, tikkundannaha għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Ragolizia” għal prodotti fil-klassi 30 (Applikazzjoni Nru 5 201 835)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Radiotelevisione italiana SpA (RAI)

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Komunitarja Nru 4 771 762“FAVOLIZIA”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) peress li m’hemmx probabbiltà ta’ konfuzjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/37


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2009 — Herm. Sprenger vs UASI– Kieffer Sattlerwarenfabrik (Rappreżentazzjoni ta’ staffa)

(Kawża T-463/09)

2010/C 11/69

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herm. Sprenger GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schiller, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Georg Kieffer Sattlerwarenfabrik GmbH (München, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Settembru 2009, (Każ R 1614/2008-4);

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja tar-rikorrenti Nru 1 599 620, imressqa minn Georg Kieffer Sattlerwarenfabrik GmbH,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark Komunitarja tridimensjonali Nru 1 599 620 għal prodotti u servizzi fil-klassi 6

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Georg Kieffer Sattlerwarenfabrik GmbH

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li l-karattru distintiv intrinsiku tat-trade mark ġie inġustament miċħud;

ksur tal-Artikolu 52(1)(a) u tal-Artikolu 52(2), flimkien mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009, peresss li ġie deċiż, b’mod żbaljat, li t-trade mark ikkontestata ma kisbitx karattru distintiv permezz tal-użu;

ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-fatti rilevanti ma ġewx eżaminati kif xieraq;

ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009 fid-dawl tad-drittijiet tad-difiża;

ksur tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell kellu jilqa’ t-talba sussidjarja, għal proċedura orali, imressqa mir-rikonrrenti;

ksur tat-Trattat KE fid-dawl tad-dritt għal smigħ xieraq.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/38


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ottubru 2009 — Nestlé vs UASI — Quick (QUICKY)

(Kawża T-74/04) (1)

2010/C 11/70

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 94, 17.4.2004.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/38


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Novembru 2009 — Lumenis vs UASI (FACES)

(Kawża T-301/07) (1)

2010/C 11/71

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/38


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-16 ta’ Novembru 2009 — Tipik vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-252/08) (1)

2010/C 11/72

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/38


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Novembru 2009 — STIM d'Orbigny vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-559/08) (1)

2010/C 11/73

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 44, 21.2.2009


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/39


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Ottubru 2009 — Bactria u Gutknecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/08) (1)

2010/C 11/74

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55, 7.3.2009


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/39


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Novembru 2009 — Mannatech vs UASI (BOUNCEBACK)

(Kawża T-263/09) (1)

2010/C 11/75

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/40


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — V vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-46/09)

2010/C 11/76

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: V (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, talba għall-annullament tal-parir mediku ta’ inkapaċità fiżika tat-18 ta’ Diċembru 2008 u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 li tirtira l-offerta ta’ xogħol li saret preċedentement lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 tad-Direttur tat-Tmexxija Amministrattiva tal-Persunal li tirtira, minħabba inkapaċità biex jiġi reklutat, l-offerta ta’ xogħol bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali li saret lir-rikorrent fl-10 ta’ Diċembru 2008;

tannulla l-parir mediku ta’ inkapaċità fiżika tat-18 ta’ Diċembru 2008 tat-tabib tal-Parlament sa fejn dan jikkonkludi dwar l-inkapaċità tar-rikorrent minn naħa, mingħajr biss ma għamel eżami mediku tiegħu u, min-naħa l-oħra, billi bbaża ruħu biss fuq id-deċiżjoni ta’ inkapaċità biex jiġi reklutat li ttieħdet mit-tabib tal-Kummissjoni Ewropea fl-2006 sussegwentement ikkonfermata minn kummissjoni medika b’mod irregolari, wara t-talba għall-annullament tal-imsemmija Kummissjoni min-naħa tar-rikorrent — dawn id-deċiżjonijiet kienu kkontestati quddiem din il-qorti fil-Kawża F-33/08, li għadha pendenti;

Wara dawn l-annullamenti, torganizza vista medika reali bil-għan ta’ reklutaġġ mall-Parlament li ma tkunx diskriminatorja u li terġa tinfetaħ il-kariga offerta lir-rikorrent fid-DĠ Komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew;

talloka kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent evalwat b’mod provviżorju ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 70 000 (flimkien mal-interessi moratorji li l-ammont tagħhom għandu jiġi kkalkolat bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti, mit-18 ta’ Diċembru 2008), suġġett għal żieda jew tnaqqis matul il-kawża;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/40


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2009 — W vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-86/09)

2010/C 11/77

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: W (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax l-allowance tad-dar.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta’ Drittijiet Individwali, tal-5 ta’ Marzu 2009, li r-rikorrent ma jingħatax l-allowance tad-dar;

jannulla ċ-ċaħda tal-ilment imressaq mir-rikorrent fit-2 ta’ April 2009, irreġistrat bin-Nru R/149/09 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiża mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ Admin fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra u bid-data tas-17 ta’ Lulju 2009;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/41


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2009 — Ernotte vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-90/09)

2010/C 11/78

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Frédéric Ernotte (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Il-kundanna tal-Kummissjoni għall-kumpens tad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent minħabba l-mod kif ġie ttrattat il-fajl tiegħu dwar ir-rikonoxximent tal-oriġini aċċidentali tal-attakk ta’ qalb li sofra.

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent s-somma ta’ EUR 96 579,175 (flimkien mal-interessi moratorji li l-ammont tagħhom għandu jiġi kkalkulat b’rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, b’żieda ta’ żewġ punti, mill-1 ta’ Jannar 2006) bħala kumpens għad-dannu materjali subit minnu minħabba n-nuqqas ta’ attenzjoni u d-dewmien mhux raġonevoli li bih il-Kummissjoni ttrattat il-fajl tiegħu dwar ir-rikonoxximent tal-oriġini aċċidentali tal-attakk ta’ qalb li sofra fit-28 ta’ Awwissu 2002;

talloka kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent, stmat fuq bażi provviżorja ex aequo et bono għal EUR 5 000, b’riżerva ta’ żieda jew tnaqqis fil-mori tal-kawża;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/41


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża F-91/09)

2010/C 11/79

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu subit b’konsegwenza ta’ ittra li biha l-Kummissjoni talbet lil tabib sabiex jipproċedi b’eżami mediku sabiex jevalwa jekk ir-rikorrent huwiex effettivament f’pożizzjoni li jaħdem.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara l-ineżistenza ex lege jew, sussidjarjament, l-annullament, tad-deċiżjoni materjalment ippreżentata permezz ta’ merum silentium, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba tad-9 ta’ Settembru 2008;

sa fejn huwa meħtieġ, jiddikjara l-ineżistenza ex lege jew, sussidjarjament, l-annullament, tal-att, independentement mill-forma tiegħu, li permezz tiegħu l-Kummissjoni ċaħdet l-ilment kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tad-9 ta’ Settembru 2008, liema lment kien ġie ppreżentat fis-16 ta’ Marzu 2009;

sa fejn huwa meħtieġ, jiddikjara l-ineżistenza ex lege jew, sussidjarjament, l-annullmanet, tal-memorandum ADMINB2/MB/ks/D(09) bin-numru 16349, tat-30 ta’ Ġunju 2009;

sa fejn huwa meħtieġ, jistabbilixxi l-fatt li uffiċjal tal-Kummissjoni: (a) issottometta jew kien bagħat memorandum bid-data tad-9 ta’ Diċembru 2003 bis-suġġett “eżami mediku fi Tricase (Le)” lid-direttur tal-ASL Le2 — Maglie; (b) talbu jissuġġetta lir-rikorrent għal eżami mediku; (c) informah li, għal raġunijiet ta’ mard fit-tul (iktar minn 365 jum), kienet inbdiet proċedura kontra r-rikorrent fl-14 ta’ Frar 2003 (Kumitat tal-Invalidità) sabiex jiġi evalwat jekk ir-rikorrent setax jaħdem jew le; (d) informah bil-fehmiet tiegħu, li huma assolutament infondati, li r-rikorrent “uża bosta tattiki dilatorji sabiex joħloq dewmien fil-ħatra tal-Kumitat tal-Invalidità, liema tattiki ġew miċħuda kollha mis-servizz kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea bħala infondati”; (e) informah bil-fatt li r-rikorrent “ġie mistieden jippreżenta ruħu għal eżami mediku fi Brussell nhar it-Tnejn 8 ta’ Diċembru 2003”; (f) bagħatlu l-isem tal-persuna magħżula sabiex tirrappreżenta l-istituzzjoni fil-Kumitat tal-Invalidità; (g) informah li, fid-9 ta’ Diċembru 2003, “ebda ċerifikat mediku ma ntbagħat b’faks lis-Servizz Mediku tal-Kummissjoni”; (h) informah fil-fehma tiegħu, li hija assolutament infondata, li r-rikorrent kellu jibgħat b’faks ċertifikat mediku lis-Servizz Mediku tal-Kummissjoni sabiex jiġġustifika għaliex ma marx għall-kontroll mediku li kellu jsir fi Brussell fit-8 ta’ Diċembru 2003; (i) ehmeż żewġ dokumenti mal-memorandum tad-9 ta’ Diċembru 2003, fejn l-ewwel wieħed huwa dwar l-allegat fatt li l-każ tar-rikorrent tressaq quddiem il-Kumitat tal-Invalidità, u t-tieni dwar is-sejħa tar-rikorrent għall-kontroll mediku;

sa fejn huwa meħtieġ, jistabbilixxi u jiddikjara l-illegalità tal-fatti kollha li jipproduċu d-danni inkwistjoni u a fortiori fl-intier tagħhom;

jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, bħala kumpens għad-danni inkwistjoni, l-ammont ta’ EUR 300 000, jew ammont ikbar jew iżgħar li dan it-Tribunal jista’ jidhirlu ġust u ekwu;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, mill-jum suċċessiv għal dak li fih il-Kummissjoni rċeviet it-talba tad-9 ta’ Settembru 2008 u sa meta l-ammont ta’ EUR 300 000 effettivament jitħallas, l-interessi fuq dan l-ammont b’rata ta’ 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali;

jikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż, id-drittijiet u l-onorarji kollha tal-proċeduri li jirrigwardaw dan ir-rikors.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/42


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2009 — U vs Il-Parlament

(Kawża F-92/09)

2010/C 11/80

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: U (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jitkeċċa r-rikorrent, kif ukoll kumpens għad-dannu morali subit.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-6 ta’ Lulju 2009, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ddeċidiet li tkeċċi lir-rikorrent b’effett mill-1 ta’ Settembru 2008;

jordna kumpens għad-dannu morali subit, evalwat bħala EUR 15 000, mingħajr preġudizzju għal bidla matul il-proċeduri;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/42


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2009 — Nikolchov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-94/09)

2010/C 11/81

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vladimir Nikolchov (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Lemal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-29 ta’ Lulju 2009 li tirrifjuta l-għoti tal-allowances ta’ kuljum lir-rikorrent, wara li ġie impjegat bħala uffiċjal bi prova fis-16 ta’ Jannar 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara li dan ir-rikors huwa ammissibbli fil-forma;

tiddikjara li kien hemm ksur tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2004, li tirrigwarda dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni relattivi għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3);

konsegwentement, tordna l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra (Nru R/9/09) tad-29 ta’ Lulju 2009, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti li jitlob l-għoti tal-allowances ta’ kuljum abbażi tat-tieni dħul fis-servizz tiegħu, b’mod konformi mat-tieni inċiż tal-Artikolu 10(2)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-allowances ta’ kuljum dovuti sal-ammont ta’ EUR 10 979,43, jew kwalunkwe ammont ieħor stabbilit mit-Tribunal, flimkien mal-interessi moratorji mid-data tal-preżentata tal-ilment sad-data tal-ħlas;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.