|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.CE2010.009.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9E |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 52 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
Parlament EwropewSESSJONI 2008-2009Dati tas-seduti: 9 Ottubru 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 316 E, 11.12.2008. |
|
|
|
||
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Parlament Ewropew |
|
|
|
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008 |
|
|
2010/C 009E/01 |
||
|
2010/C 009E/02 |
||
|
2010/C 009E/03 |
||
|
2010/C 009E/04 |
||
|
2010/C 009E/05 |
||
|
2010/C 009E/06 |
||
|
2010/C 009E/07 |
||
|
2010/C 009E/08 |
||
|
2010/C 009E/09 |
||
|
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONIRAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA |
||
|
2010/C 009E/10 |
||
|
|
||
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Parlament Ewropew |
|
|
|
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008 |
|
|
2010/C 009E/11 |
||
|
2010/C 009E/12 |
||
|
|
||
|
|
Parlament Ewropew |
|
|
|
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008 |
|
|
2010/C 009E/13 |
||
|
2010/C 009E/14 |
||
|
2010/C 009E/15 |
||
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni) Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐. Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║. |
|
MT |
|
Parlament EwropewSESSJONI 2008-2009Dati tas-seduti: 9 Ottubru 2008TESTI ADOTTATIIl-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 316 E, 11.12.2008.
RIŻOLUZZJONIJIET
Parlament Ewropew
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/1 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat
P6_TA(2008)0466
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat (2008/2035(INI))
2010/C 9 E/01
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2007 bit-titolu L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat (COM(2007)0628),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2000 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ix-xogħol mhux iddikjarat (1),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Istati Membri, adottata fil-laqgħa tal-Kunsill tat-22 ta' April 1999 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal koperazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-benefiċċji u tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali transnazzjonali u kontra x-xogħol mhux iddikjarat, u dwar ix-xogħol temporanju transnazzjonali tal-ħaddiema (2),
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/85/KE tat-22 ta' Ottubru 1999 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE dwar il-possibilità li tkun applikata fuq bażi sperimentali rata mnaqqsa tal-VAT dwar servizzi ta' xogħol intensiv (3),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2003 bit-titolu “Il-Futur tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjieg (EES) — Strateġija għal impjieg sħiħ u impjiegi aħjar għall-kulħadd” (COM(2003)0006),
wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/578/KE (4) u 2005/600/KE (5) tat-22 ta' Lulju 2003 u tat-12 ta' Lulju 2005 dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi fl-Istati Membri, u partikolarment il-linji gwida Nru 9 u 21,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar it-tibdil tax-xogħol mhux iddikjarat f'impjieg regolari (6),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 2006 għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa “Wasal iż-Żmien li Ningranaw — Is-sħubija l-ġdida għat-tkabbir u għall-impjiegi” (COM(2006)0030),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni (7),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta' Frar 2006 bit-titolu “Rapport dwar il-Funzjonament tal-Arranġamenti Transitorji li ġew stabbiliti fit-Trattat ta' Adeżjoni tal-2003” (il-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2004 u t-30 ta' April 2006) (COM(2006)0048),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd (8),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-modernizzazzjoni tal-liġi tax-xogħol biex jiġu megħluba l-isfidi tas-seklu 21 (9),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema (10),
wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għal sanzjonijiet kontra dawk li jħaddmu ċittadini ta' pajjiżi terzi li qegħdin fil-pajjiż b'mod illegali, ippreżentata mill-Kummissjoni (COM(2007)0249),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2007 dwar prinċipji komuni tal-flessigurtà (11),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2007 dwar ir-Riżultat tal-Konsultazzjoni Pubblika dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni “L-immodernizzar tas-suq tax-xogħol biex jintlaqgħu l-isfidi tas-Seklu 21” COM(2007)0627,
wara li kkunsidra l-Linji Gwida Integrati għat-tkabbir u l-impjiegi (2008-2010) (COM(2007)0803),
wara li kkunsidra l-Aġenda dwar ix-Xogħol Deċenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO),
wara li kkunsidra l-istandards fundamentali tax-xogħol tal-ILO u l-konvenzjonijiet u r-rakkommandazzjonijiet tagħha dwar l-amministrazzjoni tax-xogħol u l-ispezzjoni tax-xogħol, li huma kriterji ta' referenza internazzjonali biex ikun iggarantit li d-dispożizzjonijiet legali dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħarsien tal-ħaddiema jkunu applikati,
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni 143 dwar il-ħaddiema migranti (1975) u d-dispożizzjonijiet supplimentari tal-ILO dwar il-ħaddiema migranti, li jipprevedu l-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa u adatti kollha biex ikunu mrażżna l-movimenti klandestini tal-migranti biex isibu impjieg u tal-impjieg illegali tal-migranti; wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi, ċivili u penali fir-rigward tal-impjieg illegali tal-ħaddiema migranti,
wara li kkunsidra r-Rakkommandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-armonizzazzjoni tal-mezzi fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali u l-impjieg illegali (12),
wara li kkunsidra r-Rakkommandazzjoni tal-Kunsill tat-27 ta' Settembru 1996 dwar l-impjieg illegali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (13),
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Laqgħa informali tal-Ministri għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali f'Berlin, tat-18-20 ta' Jannar 2007, dwar “ħidma tajba”,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol (EUROFOUND) dwar il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fl-Unjoni Ewropea (14),
wara li kkunsidra l-Artikoli 136 u 145 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0365/2008),
|
A. |
billi x-xogħol mhux iddikjarat huwa fenomenu kumpless, li qed jiżdied f'bosta Stati Membri, minħabba li hu influwenzat minn għadd ta' fatturi ekonomiċi, soċjali, istituzzjonali u kulturali, |
|
B. |
billi x-xogħol mhux iddikjarat hu fattur partikolarment ta' tħassib u persistenti fis-swieq tax-xogħol Ewropej li jista' jaffettwa l-ekonomiji tal-Istati Membri u s-sostenibilità finanzjarja tal-mudell soċjali Ewropew billi jtellef it-tkabbir ekonomiku u l-politiki baġitarji u soċjali; billi, bl-istess mod, hu wkoll responsabbli għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern għaliex joħloq kompetizzjoni inġusta fir-rigward ta' Stati oħra u tal-impriżi, |
|
C. |
billi x-xogħol mhux iddikjarat hu l-fattur ewlieni wara d-dumping soċjali u hu għalhekk wieħed mill-kwistjonijiet ewlenin fir-rigward tal-modernizzazzjoni tal-liġi Komunitarja tax-xogħol, |
|
D. |
billi ħaddiema mhux assikurati jwasslu għal kompetizzjoni inġusta bejn dawk assikurati u dawk li mhumiex, u dan iwassal għal tagħwir akbar tad-drittijiet tal-ħaddiema, |
|
E. |
billi s-setturi l-aktar milquta mix-xogħol mhux iddikjarat huma dawk li jużaw xogħol intensiv bħall-biedja, il-kostruzzjoni u s-servizzi domestiċi, tal-akkomodazzjoni u tal-catering, li bħala fatturi tipiċi għandhom il-prekarjetà tal-impjieg u pagi ħżiena, |
|
F. |
billi x-xogħol mhux iddikjarat qed ikun inkoraġġit mir-riorganizzazzjoni industrijali fejn qed isiru subappalti, li jżidu l-ammont ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom, li xi drabi ma jkunux iddikjarati, |
|
G. |
billi x-xogħol mhux iddikjarat hu wkoll inkoraġġit minn livelli għolja ta' qgħad, faqar u impjiegi temporanji u prekarji, minħabba li f'sitwazzjoni bħal din il-ħaddiema jkunu mġiegħla iċedu kwalunkwe assikurazzjoni u drittijiet oħra, |
|
H. |
billi hemm rabta bejn il-migrazzjoni illegali u x-xogħol mhux iddikjarat u din hi raġuni oħra li għaliha l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikomplu jqisu metodu komuni għall-immigrazzjoni u l-possibilità li joffru aktar modi legali ta' migrazzjoni fl-Unjoni għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jixtiequ jaħdmu, |
|
I. |
billi hemm possibilità akbar li l-immigranti, jew għall-inqas dawk li jsibu rwieħhom f'sitwazzjoni illegali, isiru ħaddiema mhux iddikjarati u li jaħdmu f'kundizzjonijiet ħżiena, |
|
J. |
J billi ċittadini ta' pajjiżi terzi impjegati illegalment huma aktar vulnerabbli għaliex faċilment jintbagħtu lura lejn pajjiżhom jekk jinqabdu, |
|
K. |
billi diversi Stati Membri għandhom nuqqas ta' ħaddiema kapaċi u lesti li jagħmlu xogħol partikolari li ma jeħtieġx ħafna ħiliet, pereżempju fis settur tal-agrikultura u tal-ortikultura, |
|
L. |
billi persuni li jagħtu servizzi domestiċi ħafna drabi jagħmlu xogħol mhux iddikjarat u numru kbir minnhom huma ħaddiema migranti, li ħafna minnhom jinsabu f'sitwazzjoni illegali u xi wħud huma vittimi ta' traffikar u ta' “bonded labour”, |
|
M. |
billi x-xogħol mhux iddikjarat mhux inkluż fil-bażi fiskali u jimmina l-fondi u d-distribuzzjoni tas-welfare soċjali u tas-servizzi pubbliċi, waqt li jillimita wkoll il-kapaċità tal-Istati Membri li joffru servizzi soċjali, |
|
N. |
billi x-xogħol mhux iddikjarat iċaħħad lill-fondi tal-assikurazzjoni minn sorsi ta' dħul ta' valur, |
|
O. |
billi ħaddiema li jagħmlu attività mhux iddikjarata m'għandhomx assikurazzjoni li tħares il-benessri tagħhom jew li tħarishom f'każi ta' mard jew ta' aċċident, u għalhekk huma esposti għal riskji sinjifikanti u telf finanzjarju, |
|
P. |
billi x-xogħol mhux iddikjarat jagħmilha impossibbli li tkun ikkontrollata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tax-xogħol dwar sikurezza u saħħa, u dan jesponi lill-ħaddiema għal riskji kbar ta' saħħa u jippermetti lil min iħaddem biex ma jerfax ir-responsabilità, |
|
Q. |
billi, sabiex il-ġlieda kontra l-impjieg klandestin u illegali tkun effettiva, hu ferm importanti li l-mekkaniżmi ta' superviżjoni u dawk ta' sanzjoni jkunu msaħħa permezz ta' interventi koordinati tas-servizzi tal-ispettorat tax-xogħol, tal-awtoritajiet tat-taxxa u tal-imsieħba soċjali, |
|
R. |
billi x-xogħol mhux iddikjarat għandu riperkussjonijet negattivi fuq il-pilastri kollha tal-Istrateġija ta' Liżbona: impjieg għal kulħadd, kwalità u produttività fix-xogħol u koeżjoni soċjali, |
|
1. |
Jilqa' l-istrategija meħuda mill-Kummissjoni u jitlob ukoll li jkun hemm ġlieda mġedda kontra x-xogħol mhux iddikjarat u l-ekonomija moħbija, li — għalkemm teżisti f'livelli differenti fost l-Istati Membri — jagħmlu ħsara lill-ekonomija, iħallu lill-ħaddiema mingħajr protezzjoni, huma ta' ħsara għall-konsumaturi, inaqqsu d-dħul mit-taxxi u jwasslu għal kompetizzjoni inġusta bejn l-impriżi; |
|
2. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-vastità ta' xogħol mhux iddikjarat, li jammonta għal madwar 20 % jew aktar tal-GDP fi xi Stati Membri; |
|
3. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw li jtejbu l-inċentivi għal xogħol regolari, li jistgħu jinkludu żieda fil-faxxa li tkun ħielsa mit-taxxa u, għal min iħaddem, tnaqqis ta' spejjeż mhux relatati ma' pagi għal impjiegi legali; |
|
4. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinkludi x-xogħol mhux iddikjarat fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, prijorità li titlob azzjoni sinifikanti fuq il-livell Komunitarju u dak nazzjonali; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu b'aktar riformi fis-sistema tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, biex b'hekk inaqqsu l-piż tat-tassazzjoni fuq il-ħaddiema; |
|
6. |
Jinnota, madankollu, li jeżistu xi diffikultajiet biex il-linji gwida tal-politika Komunitarja dwar ix-xogħol mhux iddikjarat jinbidlu fi strumenti legali u istituzzjonali definiti sew u li jwasslu għal miżuri speċifiċi fl-Istati Membri individwali; |
|
7. |
Jinnota li hemm nuqqas kbir ta' simmetrija bejn l-istrumenti li l-Komunità tista' tuża biex timplimenta politiki għal xogħol ta' kwalità u dawk biex timplimenta politiki biex tissalvagwardja l-libertajiet tas-suq; |
|
8. |
Iqis li teħtieġ azzjoni b'approċċ komprensiv li tiġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat u li għandha tkopri kwistjonijiet relatati ma' sorveljar u kontroll, mal-qafas ekonomiku u istituzzjonali u mal-iżvilupp settorjali u territorjali, u li tinvolvi azzjoni miftiehma fuq diversi livelli u l-parteċipazzjoni ta' dawk kollha involuti (awtoritajiet pubbliċi, imsieħba soċjali, impriżi u ħaddiema); |
|
9. |
Jinnota r-rabta bejn żvilupp ekonomiku u produttiv li jinżamm lura u l-firxa ta' xogħol mhux iddikjarat; iqis li l-politiki ekonomiċi u tal-impjieg segwiti skont l-Istrateġija ta' Liżbona għandhom jinkorporaw azzjoni li tikkumbatti x-xogħol mhux iddikjarat; iqis, madankollu, li, sabiex ikun garantit li strateġija li tindirizza x-xogħol mhux iddikjarat tkun effettiva u tagħti riżultati pożittivi, jeħtieġu studji preċiżi li janalizzaw il-fatturi makroekonomiċi deċisivi u r-relazzjoni bejn is-swieq, il-mudelli ta' produzzjoni u l-firxa tax-xogħol mhux iddikjarat; |
|
10. |
Jitlob, għalhekk, biex ikun hemm azzjoni Komunitarja aktar proattiva u inċisiva li tiġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat, sabiex tassigura li l-immodernizzar tal-liġi tax-xogħol fl-Unjoni ma tkunx limitata biss għal-livell teoretiku imma tinbidel f'politiki effettivi u ta' kwalità għolja, u biex tassigura li tkun tista' tintlaħaq kwalità mtejba tal-impjieg f'kull każ, bi qbil mal-objettiv ta' “xogħol deċenti”; |
|
11. |
Iqis li l-qerda tax-xogħol mhux iddikjarat tiddependi, fil-biċċa l-kbira, fuq l-effettività tal-istandards tax-xogħol u fuq ir-regolamenti tat-tassazzjoni u tas-sigurtà soċjali, u dan jimplika l-ħtieġa li jissaħħu r-riżorsi u l-azzjonijiet tad-diversi awtoritajiet nazzjonali responsabbli għal dawk il-materji kif ukoll il-ħtieġa li titjieb il-koordinazzjoni tagħhom u l-fluss ta' informazzjoni bejniethom; |
|
12. |
Jitlob strateġija sabiex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat li tkun ibbażata fuq koperazzjoni b'saħħitha u effiċjenti u fuq koperazzjoni amministrattiva bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-gvern, l-ispettorati tax-xogħol u l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali u l-awtoritajiet tat-taxxa; |
|
13. |
Jenfasizza li x-xogħol mhux iddikjarat għandu diversi definizzjonijiet fis-sistemi legali nazzjonali u li definizzjoni komuni għall-Istati Membri tista' telimina l-inċertezzi fir-rigward tal-istħarriġ statistiku għal dan il-fenomenu; jinnota, f'dan il-kuntest, li d-definizzjoni użata fir-rapport tal-Kummissjoni, li tiddistingwi bejn attivitajiet legali u illegali, tista' tintuża bħala punt tat-tluq, waqt li wieħed iqis li l-vastità tal-fenomenu hi differenti fil-kwalità u fil-kwantità minn Stat Membru għall-ieħor; |
|
14. |
Jirrimarka li l-miżuri introdotti fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat se jitfgħu dawl fuq l-irregolaritajiet f'relazzjonijiet ta' impjieg dikjarat ibbażat fuq kuntratti legali; |
|
15. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinfurzaw aħjar il-liġijiet tax-xogħol u l-istandards tax-xogħol attwali maħsuba kontra x-xogħol mhux iddikjarat; jemmen li l-Unjoni għandha tinvolvi ruħha aktar biex ikunu promossi koperazzjoni u koordinazzjoni akbar u aħjar bejn l-ispetturi tax-xogħol nazzjonali u dawk soċjali; |
|
16. |
Jinnota li t-tneħħija tal-ekonomija informali ma tistax tintlaħaq mingħajr l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' inċentivi xierqa; iqis li l-Istati Membri għandhom jirrapportaw, fil-kuntest tat-Tabella ta' Valutazzjonijiet ta' Liżbona, liema kisbiet ġew imwettqa b'riżultat tat-tnaqqis fid-daqs tal-ekonomija informali; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti bil-għan li jkun żviluppat set ta' metodi ġeneralment aċċettati biex jiġi mkejjel ix-xogħol mhux iddikjarat ibbażat fuq skeda ta' data b'analiżi dwar il-ġeneru u s-settur, minħabba l-mod different sew li bih l-irġiel u n-nisa huma mqabbda jagħmlu xogħol mhux iddikjarat f'ħafna setturi, u l-effett indirett li dan iġib miegħu fuq id-differenza fil-ħlas bejn l-irġiel u n-nisa; |
|
18. |
Jenfasizza li hemm ħtieġa kbira li titwaqqaf pjattaforma fuq livell Komunitarju biex, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tinġabar l-informazzjoni meħtieġa biex issir bażi tad-data affidabbli li jkollha l-informazzjoni dwar ix-xogħol mhux iddikjarat fl-Unjoni, b'konsiderazzjoni xierqa għad-dimensjoni tal-ġeneru u partikolarment għas-sitwazzjoni tan-nisa; |
|
19. |
Jenfasizza li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fejn għandu x'jaqsam ix-xogħol mhux iddikjarat, imma meta mqabbla mal-irġiel, madankollu, iwasslu għal proporzjon akbar ta' impjiegi f'għadd ta' oqsma li huma tradizzjonalment marbuta man-nisa fis-suq tax-xogħol, bħas-servizz domestiku, xogħol fil-lukandi u r-ristoranti u fil-kura tas-saħħa, li huma kkaratterizzati minn ħiliet baxxi, sigurtà fqira fl-impjieg, pagi baxxi u bi ftit jew l-ebda ħarsien soċjali, li jagħmilhom f'pożizzjoni partikolarment vulnerabbli; |
|
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tistabblixxi bażi tad-data li jkollha l-metodi u l-metodoloġiji differenti użati biex jitkejjel ix-xogħol mhux iddikjarat mill-Istati Membri bil-għan li jkun promoss il-qsim tal-prattiki tajba u t-trasferiment tat-tagħrif u li jkunu evalwati l-fattibilità u t-trasferabilità tal-miżuri implimentati; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal politiki li jipprovdu kemm għal miżuri ġenerali u kemm għal miżuri settorjali li jilqgħu kontra x-xogħol mhux iddikjarat, li jiffunzjonaw bl-involviment sħiħ tal-imsieħba soċjali u b'referenza speċjali għas-setturi l-aktar milquta, bħall-industrija tal-lukandi u tal-catering, il-biedja, is-servizzi domestiċi u l-industrija tal-kostruzzjoni; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għas-sitwazzjoni speċifika tas-settur tal-kura fid-dar, fejn hemm konċentrazzjoni kbira ta' nisa li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi u, f'ħafna każi, mhux legalment residenti fl-Unjoni; |
|
22. |
Jinnota li x-xogħol mhux iddikjarat jista' jkun evitat billi jkunu rikonoxxuti l-istandards u l-kundizzjonijiet nazzjonali dwar sikurezza fil-post tax-xogħol stabbiliti fi ftehimiet bilaterali u trilaterali bejn l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali, u li dan l-isforz ikun imsaħħaħ permezz ta' koperazzjoni u skambji ta' informazzjoni bejn l-imsieħba soċjali; |
|
23. |
Jistieden lill-Istati Membri biex inaqqsu l-attrazzjoni ekonomika tax-xogħol mhux iddikjarat billi jiżguraw li s-sistemi tat-taxxa u ta' ħarsien soċjali tagħhom ikunu sempliċi, trasparenti u aċċessibbli kemm jista' jkun, b'politiki effiċjenti biex jinħolqu postijiet tax-xogħol aktar u aħjar; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi lill-Istati Membri statut ta' qafas għal miżżewġin jew membri tal-familja li jgħinu fin-negozju tal-familja li għandu jiżgura s-sħubija tagħhom fi skema tas-sigurtà soċjali, kif diġà mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Frar 1997 dwar is-sitwazzjoni tal-miżżewwġin li jgħinu lill-ħaddiema li jaħdmu għal rashom (15); |
|
25. |
Jirrimarka li t-tmexxija ta' familja fiha nnifisha tirrapreżenta impriża tal-familja u wieħed għandu jikkunsidra l-fatt li jkun rikonoxxut ix-xogħol atipiku tal-familja u jkun inkluż fi skema tas-sigurtà soċjali; |
|
26. |
Jemmen li kwalunkwe riforma tas-sistemi tal-politiki ekonomiċi u tat-taxxa u tal-ħarsien soċjali fl-Istati Membri mill-Istati Membri għandha tkun integrata u għandhom ikunu meqjusa l-kawżi ewlenin tax-xogħol mhux iddikjarat; |
|
27. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu inċentivi qawwija għal dawk li jaħdmu biex ix-xogħol mhux iddikjarat jitqiegħed fuq bażi ekonomika formali u jemmen li kuntratti atipiċi jistgħu f'dan il-kuntest ikollhom sehem biex, fuq naħa, il-ħaddiema ma jibqgħux jagħmlu xogħol illegali u fuq naħa oħra tiżdied l-istabilità tax-xogħol; |
|
28. |
Jistieden lill-Istati Membri biex idaħħlu penali qawwija fuq min iħaddem meta, minkejja l-inċentrivi offruti, ikompli jagħmel użu minn xogħol mhux iddikjarat; |
|
29. |
Jinkoraġixxi lill-Istati Membri biex jagħmlu użu mill-għodod tal-politika li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom u jgħaqqdu flimkien azzjoni preventiva u sanzjonijiet bil-għan li jbiddlu x-xogħol mhux iddikjarat f'impjieg regolari, u, fejn hu possibbli, jikkoordinaw l-użu ta' dawn l-għodod biex tintlaħaq koerenza akbar fis-suq intern; |
|
30. |
Jinnota l-irwol importanti li għandhom l-imsieħba soċjali f'ħafna Stati Membri fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu aktar appoġġ u inkoraġġiment lill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u lit-trejdunjins f'din il-ġlieda; jinnota bi tħassib li l-ħaddiema li jagħmlu xogħol mhux iddikjarat ħafna drabi jsibu ruħhom mhux protetti minn leġiżlazzjoni importanti dwar is-saħħa u s-sikurezza u minn leġiżlazzjoni dwar il-paga minima u huma mċaħħda mill-għażla li jissieħbu fi trejdunjin; jitlob, b'mod partikolari, biex tissaħħaħ il-leġiżlazzjoni attwali dwar il-paga minima f'kull Stat Membru u jħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għad m'għandhomx paga minima deċenti sabiex jikkunsidraw li jadottaw waħda, bi ftehim mal-imsieħba soċjali u bi qbil mal-prattiki nazzjonali; |
|
31. |
Jitlob biex miżuri dwar xogħol regolari jkunu evalwati u promossi fil-livell adatt, bi ftehim mal-imsieħba soċjali, fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba f'diversi Stati Membri, sabiex jippermettu lil dawk li huma involuti f'attivitajiet mhux iddikjarati li jirregolaw il-prattiki tagħhom, bi qbil mal-aħjar prattiki regolatorji attwali li diġà kienu effettivi; |
|
32. |
Jiġbed l-attenzjoni għal servizz ta' skemi ta' voucher fil-Belġju, fil-Ġermanja u fi Franza, fejn il-familji jistgħu jixtru servizzi tad-djar bi prezz irħas imma jassiguraw li l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u t-taxxi jitħallsu permezz tal-voucher; |
|
33. |
Jemmen bis-sħiħ li l-infurzar tal-liġi dwar ir-relazzjonijiet ta' impjieg mhux iddikjarat għandu dejjem jinkludi l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet, bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-passi biex jiffaċilitaw il-ħlasijiet minn min iħaddem; |
|
34. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw strateġiji speċifiċi skont is-settur meta jieħdu azzjonijiet politiċi li jikkonċernaw ir-regolarizzazzjoni ta' xogħol mhux iddikjarat; |
|
35. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li jitressqu proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej kontra dawk l-Istati Membri li għadhom ma daħħlux fil-liġi nazzjonali r-rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki miksuba fl-Istati Membri l-ġodda; jistieden lill-Istati Membri biex jonoraw l-obbligi tagħhom minnufih; |
|
36. |
Jistieden lil dawk l-Istati Membri li applikaw arranġamenti tranżitorji għall-moviment ħieles tal-ħaddiema fl-Unjoni biex jiftħu s-swieq tax-xogħol tagħhom għal ħaddiema mill-Istati Membri l-ġodda, minħabba li kwalunkwe restrizzjoni — anke dawk parzjali — dwar l-aċċess għas-suq tax-xogħol, mhux biss tmur kontra l-prinċipji li fuqhom twaqqfet l-Unjoni u l-ispirtu Ewropew imma wkoll tagħti bidu għal żieda fit-tfittxija ta' xogħol mhux iddikjarat u toħloq żbilanċi territorjali; f'dan il-kuntest, jemmen li hu importanti ferm li jkun implimentat il-prinċipju tad-drittijiet indaqs għall-ħaddiema u li jkun hemm azzjoni kontra kompetizzjoni inġusta u dumping soċjali; |
|
37. |
Jikkunsidra li, fil-każ ta' ħaddiema li qed jibbenefikaw mid-dritt tal-moviment ħieles, ix-xogħol mhux iddikjarat tagħhom jista' jkun ġej minn nuqqas ta' tagħrif dwar id-dispożizzjonijiet relevanti; jistieden għalhekk lill-Istati Membri biex iwettqu kampanji ta' informazzjoni pubblika biex ikabbru l-għarfien ta' dan is-suġġett fost il-ħaddiema u min iħaddem; |
|
38. |
Hu tal-opinjoni li s-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet u tal-proċeduri amministrattivi, speċjalment għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju, inaqqas l-użu ta' xogħol mhux iddikjarat u jippromwovi l-attività ta' kummerċ fl-Unjoni; |
|
39. |
Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali relevanti biex iħeġġu l-użu tal-e-government u tar-reġistrazzjoni online, u biex jagħmlu skambji ta' prattiki tajba bl-għan li jonqsu l-ispejjeż u l-komplessità tal-proċeduri amministrattivi u tar-reġistrazzjoni għan-negozju u, b'mod partikulari, għall-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, pereżempju billi jnaqqsu l-għadd ta' formoli tat-taxxa, permezz tal-użu ta' sistemi fejn id-dħul tad-data jsir f'daqqa, skema waħda ta' ħlas, u one-stop shops; |
|
40. |
Hu tal-opinjoni li spezzjonijiet u sanzjonijiet fuq il-post għandhom jiddaħħlu direttament u l-Istati Membri jingħataw l-ispazju meħtieġ għal azzjoni biex irażżnu l-ammont ta' xogħol mhux iddikjarat; |
|
41. |
Jesprimi talba biex il-kuntratturi jinżammu responsabbli wkoll għal kull irregolarità kontributorja min-naħa ta' subappaltaturi li huma konnessi magħhom bi ftehima ta' subappalt dirett; |
|
42. |
Jenfasizza li l-għadd ta' każijiet ta' xogħol mhux iddikjarat f'katini subkuntrattwali jista' jonqos permezz ta' sistema ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li titlob lill-kuntratturi u l-iżviluppaturi biex ikunu aktar responsabbli u ġusti; |
|
43. |
Jistieden lill-Istati Membri, lill-imsieħba soċjali u lill-parteċipanti ewlenin oħra fis-suq tax-xogħol biex jinkoraġġixxu responsabilità soċjali korporata (CSR) u modi oħra simili li jiġġieldu x-xogħol mhux iddikjarat; |
|
44. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jużaw metodi innovattivi bbażati fuq indikaturi u kriterji ta' referenza speċifiċi għas-setturi differenti tan-negozju biex jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat u t-tgħawwir fiskali; jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat; |
|
45. |
Jirrimarka li, jekk ma tkunx segwita minn koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri, politika li hi esklussivament punittiva tista' tikkonċentra x-xogħol mhux iddikjarat fl-Istati li huma inqas strutturati u f'ekonomiji inqas regolati; |
|
46. |
Hu ferm favur il-konklużjoni ta' ftehimiet f'livelli reġjonali, nazzjonali u lokali li jipprovdu reazzjoni progressiva u settorjali għax-xogħol illegali u jinkoraġġixxu miżuri li jipprovdu soluzzjonijiet effettivi għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha; |
|
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, biex tipproponi lill-Istati Membri u lill-parteċipanti soċjali u ekonomiċi involuti fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat biex jaħdmu “patt li jiddikjara dak li mhux iddikjarat”, ippjanat biex l-attivitajiet mhux iddikjarati gradwalment joħorġu fid-deher; jemmen li dan il-patt għandu jipprovdi għal perjodu tranżitorju limitat, li fih ma jkunx hemm sanzjonijiet, u li wara li jispiċċa, madankollu, jidħlu fis-seħħ mekkaniżmi ta' sanzjoni aktar qawwija; |
|
48. |
Jitlob għal azzjoni aktar qawwija fil-ġlieda kontra reklutaġġ mhux iddikjarat mill-impriżi kollha, irrispettivament fejn qed issir l-attività tagħhom u jinnota li l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/JHA tal-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku tal-penali finanzjarji (16) tista' ttejjeb is-sitwazzjoni; |
|
49. |
Jitlob li jkun hemm rispett ikbar u iktar effettiv għad-dritt għax-xogħol u għar-regoli ta' impjieg eżistenti, bħala mod kif tiġi promossa l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti u l-applikazzjoni tal-liġijiet Komunitarji, b'mod partikolari dawk stipulati fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fil-kuntest tal-provvediment tas-servizzi (17), mill-ewwel ġurnata tal-istazzjonar, fuq il-bażi ta' interpretazzjoni kongruwenti tad-Direttiva li tbiddel it-tendenza li tkun interpretata b'tali mod li tnaqqas it-trattament tal-ħaddiema lejn standards minimi bażiċi; |
|
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Direttiva 96/71/KE, u b'mod partikolari biex issaħħaħ il-koperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (spetturi tal-post tax-xogħol, awtoritajiet fiskali u entitajiet tas-sigurtà soċjali) sabiex ikun evitat xogħol mhux iddikjarat u tkun rimedjata s-sitwazzjoni; |
|
51. |
Jagħti parir li għandu jkun hemm rabtiet bejn spettorati nazzjonali tax-xogħol u miżuri li jinkoraġġixxu skambji tal-aħjar prattiki fil-livell tal-Komunità bħala reazzjoni għal xogħol mhux iddikjarat; |
|
52. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu proċeduri ta' spezzjoni iktar stretti u kontrolli iktar severi, minħabba li dawn tal-aħħar saru iktar laxki f'numru ta' pajjiżi; |
|
53. |
Jittama li l-Unjoni tista' tilgħab irwol ikbar fil-promozzjoni ta' koperazzjoni u koordinazzjoni ikbar u aħjar bejn l-ispettorati tax-xogħol, billi jissaħħu r-riżorsi ekonomiċi u teknoloġiċi ta' servizzi ta' spezzjoni, billi jkunu intensifikati miżuri li jippermettu spettorati tax-xogħol biex jaħdmu flimkien u billi jiġu żviluppati sistemi ICT għall-użu komuni tagħhom, b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data; f'dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar il-fattibilità fl-istabbiliment ta' xi forma ta' struttura Komunitarja permanenti għall-koperazzjoni transkonfinali li tiġbor flimkien l-isforzi tal-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra xogħol mhux iddikjarat; |
|
54. |
Jitlob li jkun hemm koperazzjoni u qsim ta' informazzjoni ikbar bejn l-Istati Membri fi sforz biex jiġi studjat il-fenomenu tax-xogħol mhux iddikjarat u biex jiġu stabbiliti r-riżultati miksuba u dawk li ma kinux mistennija; |
|
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra jekk is-sistemi stabbiliti permezz tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (18), fosthom punti ta' kuntatt waħdieni, jistgħux ikunu utli u operattivi għall-għanijiet tal-glieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat; |
|
56. |
Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' kumitat ta' livell għoli biex jassisti lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki rigward il-monitoraġġ u t-titjib tal-leġiżlazzjoni għall-ħaddiema stazzjonati; |
|
57. |
Jinsab favur reazzjoni iktar b'saħħitha għal xogħol mhux assigurat u favur miżuri li jinkoraġġixxu koperazzjoni u skambji ta' opinjonijiet u l-aħjar prattiki mit-trejdunjins fl-UE; |
|
58. |
Huwa tal-opinjoni li hemm bżonn li titqajjem kuxjenza fost min iħaddem, il-ħaddiema, l-utenti potenzjali ta' xogħol mhux iddikjarat u l-organizzazzjonijiet soċjali kollha tar-riskji u l-ispejjeż ta' xogħol mhux iddikjarat u tal-benefiċċji li dan ix-xogħol ikun eliminat jew regolarizzat; |
|
59. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iniedu kampanja ta' informazzjoni diretta lejn min iħaddem u lejn il-ħaddiema, bl-għan li tiġbed l-attenzjoni għar-regoli u r-regolamenti minimi applikabbli tal-Komunità u għall-effetti ħżiena li x-xogħol mhux iddikjarat għandu fuq il-finanzi pubbliċi, fuq is-sistemi ta' sigurtà soċjali nazzjonali, fuq il-kompetizzjoni ġusta, fuq il-prestazzjoni ekonomika u fuq il-ħaddiema nfushom; |
|
60. |
Jitlob li jkun hemm kampanji permanenti dwar il-prevenzjoni ta' xogħol mhux iddikjarat, permezz ta' informazzjoni u ta' inizjattivi li jqajmu kuxjenza fil-livell Komunitarju, nazzjonali u lokali, bl-involviment tal-imsieħba soċjali, tal-awtoritajiet pubbliċi, tal-kmamar tal-kummerċ u taċ-ċentri għall-impjieg, tal-iskejjel, tal-kunsilli lokali u tad-diversi sistemi ta' kontroll u kastig; |
|
61. |
Iqis li kampanji permanenti bħal dawn għandhom jakkumpanjaw id-diversi miżuri adottati bil-għan li tissawwab kultura ta' legalità u li jkun promoss xogħol ta' kwalità u kultura ta' negozju legali u jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet relevanti u lill-istrutturi tas-soċjetà ċivili biex jgħaqqdu l-isforzi tagħhom u joħolqu ċirkustanzi ta' intolleranza lejn xogħol mhux iddikjarat u lejn bidla fl-opinjoni pubblika dwar dan is-suġġett; |
|
62. |
Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom bżonn jallokaw aktar fondi pubbliċi biex tinħoloq kuxjenza pubblika, fost l-oħrajn mill-Fond Soċjali Ewropew jew mill-Programm Komunitarju għall-Impjiegi għas-Solidarjetà Soċjali — PROGRESS; jissuġġerixxi li l-attivitajiet biex tinħoloq kuxjenza għandhom jenfasizzaw is-sanzjonijiet, l-ispejjeż, ir-riskji tax-xogħol mhux iddikjarat u l-benefiċċji ta' xogħol iddikjarat, filwaqt li dan il-ħolqien ta' kuxjenza jkun konformi mal-għanijiet ewlenin tal-Istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi; jistieden lill-imsieħba soċjali biex ikollhom irwol attiv f'dan il-proċess; |
|
63. |
Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jiffirmaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti kollha u tal-Membri tal-Familji Tagħhom; |
|
64. |
Huwa tal-opinjoni li sabiex ikun miġġieled il-fenomenu ta' xogħol mhux iddikjarat, hemm bżonn ta' strumenti lokali u Komunitarji għall-ipprogrammar li jippermettu appoġġ kemm ekonomiku kif ukoll soċjali, li jiġu segwiti politiki għall-iżvilupp u li tittieħed azzjoni ta' kontroll u ta' kastig; |
|
65. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-possibilità li l-ġlidiet kontra x-xogħol mhux iddikjarat ikunu akkumpanjati minn politiki finanzjarji li jappoġġjaw pjanijiet reġjonali u lokali; |
|
66. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strument pilota għall-Istati Membri bbażat fuq prattiki tajbin li jeżistu f'xi Stati Membri u mudelli bħal dawk żviluppati mill-proġett 2 Plus fil-Lussemburgu (kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Programm Objettiv 3) immirat biex jikkontrolla x-xogħol mhux iddikjarat billi jagħmlu inqas attraenti permezz ta':
|
|
67. |
Huwa tal-opinjoni li jeħtieġ li tkun studjata u evalwata l-possibilità li tingħata għajnuna Statali li tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika sabiex ikun indirizzat il-fenomenu ta' xogħol mhux iddikjarat billi tkun interpretata b'mod ġenerali l-espressjoni “ħolqien ta' xogħol” u t-tifsira ta' “ħolqien ta' impjieg regolari”; jiġbed l-attenzjoni li xogħol mhux iddikjarat mhux ekwivalenti għal impjieg kif suppost u għalhekk kwalunkwe inċentiv li jiżgura r-regolarità tiegħu jista' jitqies bħala “għajnuna għall-ħolqien ta' impjieg”; |
|
68. |
Jiġbed l-attenzjoni għal pożizzjoni ġeneralment iktar dgħajfa tan-nisa fis-suq tax-xogħol li ħafna drabi hija kawża tal-obbligi familjari tagħhom u li bħala riżultat, l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol uffiċjali huwa ostakolat, jitħallsu inqas u jaċċettaw iktar malajr xogħol li mhux iddikjarat, b'tali mod li huma jippreġudikaw id-dritt tagħhom li jkollhom xogħol diċenti, dritt li huwa appoġġjat b'mod sħiħ mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b'mod partikolari fil-każ tan-nisa tad-dar, l-immigranti illegali u n-nisa li xi drabi jikkombinaw xogħol imħallas ħażin ma' xogħol mhux iddikjarat; jiġbed l-attenzjoni għall-konsegwenzi serji li jirriżultaw għall-avvanz tal-karriera u għall-prospetti tal-irtirar tan-nisa, iżda wkoll għall-iffunzjonar tajjeb tas-suq tax-xogħol u għall-kapaċità biex ikunu ffinanzjati skemi tas-sigurtà soċjali; |
|
69. |
Huwa tal-opinjoni li politika li tirrikonoxxi l-liv tal-maternità u l-liv parentali bħala ħin tax-xogħol u t-tkomplija tal-ħlas tas-salarji matul dawn il-perjodi, se tnaqqas il-konsegwenzi negattivi tal-obbligi tal-familja u se tikkontribwixxi kemm għall-avvanz fil-karriera tan-nisa, kif ukoll għall-iffunzjonar tajjeb tas-suq tax-xogħol; |
|
70. |
Jitlob li jkun hemm iffinanzjar ta' proġetti ta' riċerka dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u dwar attivitajiet promozzjonali mmirati lejn il-prevenzjoni u t-tixrid ta' kultura dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, b'referenza partikolari għal dawk is-setturi li għandhom riskju għoli ta' inċidenti, li fihom xogħol mhux iddikjarat huwa aktar prevalenti; iqis li r-relazzjoni bejn inċidenti fuq il-post tax-xogħol u xogħol illegali għandhom jiġu investigati fuq il-bażi tad-data dwar il-fatalitajiet; |
|
71. |
Iqis li politika xierqa dwar it-taħriġ hija l-ewwel pass fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat; |
|
72. |
Jirrakkomanda li jintlaħaq ftehim fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali li jinvolvi istituzzjonijiet soċjali u organizazzjonijiet ta' min iħaddem li qed jimpenjaw irwieħhom li jimmonitorjaw u b'mod progressiv jeliminaw ix-xogħol mhux iddikjarat; |
|
73. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni biex tipprovdi sanzjonijiet kontra min iħaddem ċittadini ta' pajjiżi terzi li qed joqogħdu fil-pajjiż b'mod illegali, iżda jiddispjaċih għan-nuqqas ta' miżuri kontra l-isfruttar taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi li qed joqogħdu b'mod legali fl-UE; |
|
74. |
Jenfasizza l-impatt sinifikanti fuq ix-xogħol mhux iddikjarat tal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-provvediment ta' sanzjonijiet kontra min iħaddem b'mod illegali ċittadini residenti ta' pajjiżi terzi, u jesprimi t-tħassib tiegħu li jiġu introdotti miżuri ripressivi qabel ma jkunu stipulati qafas ta' regoli komuni u politiki dwar aċċess b'mod legali għas-suq tax-xogħol; |
|
75. |
Jinnota l-progress li sar fi ħdan il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar proċedura unika ta' applikazzjoni għall-permess uniku li jawtorizza liċ-ċittadini minn pajjiżi terzi biex joqogħdu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru u dwar it-twaqqif ta' bażi komuni ta' drittijiet għall-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi terzi li joqogħdu b'mod legali fi Stat Membru (COM(2007)0638), iżda jiddispjaċih li għad fadal ħafna xogħol xi jsir qabel ma jiġu garantiti d-drittijiet miġbura fl-Artikoli 27 sa 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
76. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ħalli jtaffu l-vulnerabilità partikolari tal-popolazzjoni tal-immigranti f'xogħol mhux iddikjarat; |
|
77. |
Huwa tal-opinjoni li l-kwistjoni tal-impjieg ta' immigranti f'sitwazzjoni illegali hija waħda kumplessa li ma tistax tkun solvuta biss billi jkun ikkastigat min iħaddem, iżda hija wkoll sitwazzjoni li titlob miżuri diversi u intersettorjali; b'mod partikolari jemmen li jeħtieġ li tkun żgurata l-konformità mal-linji gwida tal-ILO dwar appoġġ għal ħaddiema migranti li qed ifittxu li jiżguraw li d-drittijiet tagħhom huma rispettati; |
|
78. |
Jemmen li l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat għandha bżonn strateġija komprensiva li għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jkunu ssalvagwardjati u promossi d-drittijiet tal-ħaddiema immigranti, sew jekk ikunu legali kif ukoll illegali, li huma sfruttati minn dawk li jħaddmuhom; |
|
79. |
Iqis li l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat li jagħmlu l-immigranti illegali ma tistax titmexxa b'mod effiċjenti mingħajr il-ftuħ ta' kanali ta' migrazzjoni legali sabiex ikunu garantiti ħaddiema minn pajjiżi terzi li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn, kemm jekk ikollhom kwalifiki għolja kif ukoll jekk ikunu inqas kwalifikati; |
|
80. |
Iqis li l-ġlieda kontra l-ekonomija informali li qed tikber u b'mod parikolari kontra l-isfruttar ta' ħaddiema migranti f'sitwazzjoni illegali, tista' tkun ibbażata mhux biss fuq politika ta' ripatrijazzjoni, iżda wkoll fuq strumenti u mekkaniżmi li jevitaw u li jikkumbattu l-isfruttar tal-ħaddiema migranti, filwaqt li jsir provvediment għar-rikonoxximent u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem; |
|
81. |
Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jiffirmaw u jirratifikaw b'mod urġenti l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Azzjoni kontra l-Ittraffikar Illegali tal-Persuni; |
|
82. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jiċċaraw jew isaħħu l-miżuri leġiżlattivi xierqa biex jinkoraġġixxu lill-migranti li huma vittmi ta' sfruttament biex jiddenunzjaw is-sitwazzjoni tagħhom, u dan jiffaċilita, b'mod partikulari, il-ġlieda aktar effikaċi kontra x-xogħol mhux iddikjarat; |
|
83. |
Huwa tal-fehma li għandu jkun hemm proċeduri finanzjarji, fiskali u spezzjoni tax-xogħol ikkombinati sabiex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat; |
|
84. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi koperazzjoni amministrattiva u l-skambju ta' prattiki tajba fil-ġlieda kontra l-ekonomija informali fil-livell Komunitarju; |
|
85. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 146, 17.5.2001, p. 102.
(3) ĠU L 277, 28.10.1999, p. 34.
(4) ĠU L 197, 5.8.2003, p. 13.
(5) ĠU L 205, 6.8.2005, p. 21.
(6) ĠU C 260, 29.10.2003, p. 1.
(7) ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.
(8) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.
(9) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 401.
(10) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 452.
(11) Testi Adottati, P6_TA(2007)0574.
(13) ĠU C 304, 14.10.1996, p. 1.
(14) http://www. eurofound. europa. eu/pubdocs/2008/13/en/1/ef0813en. pdf
(15) ĠU C 85, 17.3.1997, p. 186.
(16) ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16.
(17) ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.
(18) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/11 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar
P6_TA(2008)0467
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, fl-UE (2008/2034(INI))
2010/C 9 E/02
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-immodernizzar tal-protezzjoni soċjali għal iżjed ġustizzja soċjali u koeżjoni ekonomika: titmexxa 'l quddiem l-inklużjoni attiva tan-nies l-iktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol, (COM(2007)0620),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward konsultazzjoni għal azzjoni fuq livell tal-UE biex tiġi promossa l-inklużjoni attiva tan-nies li huma l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol (COM(2006)0044) u r-Rapport ta' Sinteżi mis-Servizzi tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dik il-konsultazzjoni,
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE tal-24 ta' Ġunju 1992 dwar kriterji komuni li jikkonċernaw riżorsi u assistenza soċjali suffiċjenti fis-sistemi ta' ħarsien soċjali (1), u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE tas-27 ta' Lulju 1992 dwar il-konverġenza bejn l-objettivi u l-politiki tal-ħarsien soċjali (2),
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-paga ekwa (COM(1993)0388),
wara li kkunsidra l-programmi nazzjonali ta' riforma ta' Liżbona, ir-rapporti nazzjonali dwar l-istrateġiji għall-ħarsien soċjali u l-inklużjoni soċjali 2006-2008 u l-aġġornamenti tal-2007 kif imressaq mill-Istati Membri,
wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali 2008 (COM(2008)0042) u r-Rapport Konġunt għall-Impjiegi 2007/2008, adottat mill-Kunsill fit-13 u l-14 ta' Marzu 2008,
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali dwar il-Faqar tat-Tfal u l-Benessri fl-UE, ta' Jannar 2008,
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tan-NU tal-1966,
wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 16, 18, 23, 25, 26 u 29 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/RES/46/121, A/RES/47/134, A/RES/47/196, A/RES/49/179 u A/RES/50/107,
wara li kkunsidra d-dokumenti tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti E/CN.4/Sub.2/1996/13, E/CN.4/1987/NGO/2, E/CN.4/1987/SR.29 u E/CN.4/1990/15, E/CN.4/1996/25 u E/CN.4/Sub.2/RES/1996/25,
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, adottata fl-1979,
wara li kkunsidra l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp tan-NU tal-2000, b'mod partikulari l-eliminazzjoni tal-faqar u l-ġuħ (l-ewwel objettiv), il-kisba ta' edukazzjoni bażika universali (it-tieni objettiv) u ta' opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa (it-tielet objettiv) u l-ħarsien tal-ambjent (is-seba' objettiv),
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-NU tal-1989, u l-Protokoll Fakultattiv dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal,
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u l-Familji tagħhom tan-NU tal-1990,
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali tan-NU dwar ix-Xjuħija 2002,
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità tan-NU tal-2006 u l-Protokoll Fakultattiv tagħha,
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 26 u Nru 131 dwar l-iffissar tal-paga minima,
wara li kkunsidra l-aġenda tan-NU u tal-ILO dwar xogħol diċenti,
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd: Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-implimentazzjoni tal-aġenda dwar xogħol deċenti fid-dinja” (COM(2006)0249) u tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta' Mejju 2007 li tippromwovi xogħol deċenti għal kulħadd (3),
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Laqgħa Informali tal-Ministri għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali f'Berlin dwar “Xogħol Tajjeb” tat-18, 19 u l-20 ta' Jannar 2007,
wara li kkunsidra l-artikoli 34, 35 u 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jiddefinixxu b'mod speċifiku d-dritt għall-għajnuna soċjali u għall-akkomodazzjoni, livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u l-aċċess għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali,
wara li kkunsidra l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali għall-Ħaddiema tal-1989 u l-Karta Soċjali Ewropea Riveduta tal-Kunsill tal-Ewropa tal-1996,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-imsieħba soċjali Ewropej fir-rapport intitolat, “Sfidi Ewlenin li qed Jiffaċċjaw is-Swieq tax-Xogħol Ewropej: Analiżi Konġunta tal-imsieħba Soċjali Ewropej”, tat-18 ta' Ottubru 2007,
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (4) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-28 t'April 2005 dwar is-sitwazzjoni tar-Roma fl-Unjoni Ewropea (5),
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol (6),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2003 dwar l-applikazzjoni tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (7),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Inventarju tar-realtà soċjali — Rapport temporanju għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007” (COM(2007)0063) u tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l-Inventarju tar-realtà soċjali (8),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal” (COM(2006)0367) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwarha tas-16 ta' Jannar 2008 (9), b'mod partikulari l-paragrafi 94 sa 117 tagħha,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Impenn Imġedded għal Ewropa Soċjali: Nirrinforzaw il-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali” (COM(2008)0418),
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (COM(2007)0797), u l-pożizzjoni tal-Parlament dwarha, adottata fis-17 ta' Ġunju 2008 (10),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar it-tmiem tal-problema ta' persuni li m'għandhomx fejn joqogħdu (11),
wara li kkunsidra s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet miġbura fid-dokument prominenti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU fuq Studju dwar il-Vjolenza fuq it-Tfal fl-2006, skond liema studju l-inugwaljanzi ekonomiċi u l-esklużjoni soċjali huma fost il-fatturi ta' riskju għalt-trattament ħażin tat-tfal,
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008, intitolata “Programm ta' Azzjoni Soċjali Ewropew Ġdid”,
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Ġunju 2008 intitolata “Inklużjoni Attiva”,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Lejn Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija” (COM(2007)0386),
wara li kkunsidra l-Artikoli 136 sa 145 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0364/2008),
|
A. |
billi l-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7, 8 u d-9 ta' Diċembru 2000 stabbilixxa l-objettiv tal-UE li tikseb tnaqqis deċiżiv u li jista' jitkejjel fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali sas-sena 2010; billi l-progress lejn dak l-objettiv għandu jitjieb, |
|
B. |
billi l-Kunsill Ewropew ta' Liżbona tat-23 u tal-24 ta' Marzu 2000 qabel li għandu jiġi eliminat il-faqar tat-tfal fl-Ewropa sal-2010, |
|
C. |
billi l-Kunsill Ewropew ta' Nizza mis-7 sad-9 ta' Diċembru 2000 stieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li jingħata segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-1992 dwar ir-riżorsi minimi garantiti li għandhom jiġu pprovduti mis-sistemi għall-protezzjoni soċjali, |
|
D. |
billi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE tirrikonoxxi “d-dritt bażiku ta' persuna li jkollha biżżejjed riżorsi u assistenza soċjali biex tgħix b'mod kompatibbli mad-dinjità tal-bniedem”, |
|
E. |
billi l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali għall-Ħaddiema tal-1989 tirrikonoxxi d-dritt tal-ħaddiem li jkollu “paga ekwa”; billi l-Parlament tal-1993 u l-Kummissjoni qiesu l-ħtieġa għal politiki kkoordinati dwar il-pagi minimi sabiex jiġi implimentat dan id-dritt tal-ħaddiema għal paga “suffiċjenti li tippermettilhom li jkollhom livell ta' għixien diċenti”, |
|
F. |
billi fil-bidu tal-impenn tal-Unjoni li tiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-2001, kien hemm 55 miljun ruħ fl-Unjoni li kienu qegħdin jgħixu fir-riskju tal-faqar fl-introjtu (15 % tal-popolazzjoni tal-UE-15); billi fl-2005 dik iċ-ċifra telgħet għal 78 miljun (16 % tal-popolazzjoni tal-UE-25), |
|
G. |
billi d-distakk persistenti fil-pagi bejn is-sessi jqiegħed lin-nisa f'pożizzjoni aktar dgħajfa f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarba mill-faqar, |
|
H. |
billi fin-nuqqas ta' kull trasferiment soċjali, ir-riskju ta' faqar fl-Unjoni, b'mod speċjali għan-nisa, se jiżdied minn 16 % għal 40 %, jew 25 % jekk jiġu esklużi l-ħlasijiet tal-pensjonijiet, |
|
I. |
billi anke l-karrieri aktar qosra tan-nisa, li javvanzaw aktar bil-mod u li huma mħallsa anqas tajjeb, għandhom impatt fuq ir-riskju tagħhom li jaqgħu fil-faqar, speċjalment għal dawk ta' iktar minn 65 sena (21 % jew 5 punti perċentwali aktar mill-irġiel), |
|
J. |
billi t-tfal u ż-żgħażagħ jiffurmaw kważi terz tal-popolazzjoni tal-Unjoni u 19-il miljun tifel u tifla jinsabu fir-riskju tal-faqar, u ħafna minnhom huma separati mill-familji tagħhom minħabba l-faqar li hemm fil-familja; billi teżisti relazzjoni kumplessa bejn il-faqar, l-irwol tal-ġenituri u l-benesseri tat-tfal f'ċirkustanzi soċjali diversi, inkluż il-ħarsien tat-tfal minn kwalunkwe abbuż, |
|
K. |
billi, b'mod partikulari, il-faqar estrem u l-esklużjoni soċjali jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet kollha tal-bniedem, |
|
L. |
billi parti mdaqqsa mill-popolazzjoni tal-Unjoni għadha soċjalment eskluża, minħabba li persuna minn kull ħamsa tgħix f'akkomodazzjoni ta' standard baxx u kuljum madwar 1,8 miljun persuna jfittxu akkomodazzjoni f'postijiet ta' kenn apposta għal min m'għandux dar, 10 % jgħixu f'familji fejn ħadd ma jaħdem, il-qgħad fit-tul iqarreb l-4 %, 31 miljun ħaddiem jew 15 % qed jaqalgħu pagi baxxi ħafna, 8 % tal-ħaddiema jew 17-il miljun jesperjenzaw faqar fid-dħul minkejja li jaħdmu, il-proporzjon ta' tfal li jitilqu kmieni mill-iskola qabeż il-15 % u d-“distakk diġitali” għadu jeżisti (44 % tal-popolazzjoni tal-UE għandha nuqqas ta' ħiliet fir-rigward tal-Internet u l-kompjuter), |
|
M. |
billi l-faqar u l-inugwaljanza jaffettwaw lin-nisa b'mod sproporzjonat; billi d-dħul medju tan-nisa huwa biss 55 % ta' dak li jaqalgħu l-irġiel; billi n-nisa huma affettwati ħafna u b'mod sproporzjonat mill-faqar fix-xjuħija; billi l-inaċċessibilità għal servizzi ta' kwalità għolja żżid, b'mod mhux aċċettabbli, ir-riskji ta' faqar għan-nisa, |
|
N. |
billi l-awtoritajiet reġjonali u lokali diġà għandhom responsabilità konsiderevoli għall-provvediment tas-servizzi pubbliċi u benefiċċji ġenerali, iżda fl-istess waqt huma suġġetti għall-pressjoni ristrettiva tal-baġits pubbliċi, |
|
O. |
billi l-investiment fit-tfal u fiż-żgħażagħ jgħin biex tikber il-prosperità ekonomika għal kulħadd u jikser iċ-ċiklu ta' għaks, u billi huwa essenzjali li jiġu evitati l-problemi jew li jsir intervent hekk kif dawn jiġu identifikati sabiex iċ-ċansijiet tal-ħajja tat-tfal jissaħħu, |
|
P. |
billi l-faqar u l-qgħad ġew marbuta ma' problemi ta' saħħa u aċċess insuffiċjenti għall-kura tas-saħħa minħabba fatturi bħal nutrizzjoni fqira, kundizzjonijiet tal-għajxien inferjuri f'zoni żvataġġati, akkomodazzjoni mhux adegwata u l-istress, |
|
Q. |
billi l-effetti tal-inugwaljanza, il-faqar, l-esklużjoni soċjali u n-nuqqas ta' opportunità huma relatati kollha ma' xulxin, u jesiġu strateġija koerenti fuq livell ta' Stat Membru, li tiffoka mhux biss fuq id-dħul u l-ġid, iżda wkoll fuq kwistjonijiet bħall-aċċess għall-impjieg, għall-edukazzjoni, għas-servizzi tas-saħħa, għas-soċjetà tal-informazzjoni, għall-kultura u għat-trasport u l-opportunitajiet għal ġenerazzjonijiet futuri, |
|
R. |
billi matul il-perjodu bejn l-2000 u l-2005, l-inugwaljanza fid-dħul fl-Unjoni (proporzjon ta' S80/S20) żdiedet minn 4.5 għal 4.9, skont id-data tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea dwar id-Dħul Finanzjarju u l-Kundizzjonijiet tal-Għixien (UE-SIL), li tfisser li fl-2005 l-aktar 20 % sinjuri fil-popolazzjoni tal-Unjoni kellhom dħul ta' kważi 5 darbiet aktar minn dak tat-80 % li jifdal mill-popolazzjoni, |
|
S. |
billi l-priġunerija mingħajr rijabilitazzjoni u edukazzjoni xierqa spiss twassal biss għal aktar esklużjoni soċjali u qgħad, |
|
T. |
billi 16 % tal-popolazzjoni ħaddiema tal-Unjoni għandhom xi diżabilità (Eurostat 2002); billi l-livelli tal-qgħad fost il-persuni b'diżabilità, li jinkludu persuni bi problemi ta' saħħa mentali, persuni ta' età ikbar u minoranzi etniċi madwar l-Unjoni, baqgħu għolja b'mod mhux aċċettabbli; billi 500 000 persuna b'diżabilità għadhom jgħixu f'istituzzjonijiet residenzjali kbar u magħluqa, |
Approċċ iżjed olistiku lejn l-inklużjoni soċjali attiva
|
1. |
Jilqa' l-approċċ tal-Kummissjoni lejn l-inklużjoni soċjali attiva; iqis li l-għan multilaterali tal-politiki għall-inklużjoni soċjali attiva għandu jkun l-implimentazzjoni tad-drittijiet fundamentali sabiex ikun possibbli li n-nies jgħixu b'dinjità u jieħdu sehem fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol; |
|
2. |
Iqis li l-politiki ta' inklużjoni soċjali attiva għandhom jagħmlu impatt deċiżiv fuq il-qirda tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, kemm fir-rigward ta' dawk li huma fl-impjieg (il-“ħaddiema fqar”) u kemm ta' dawk li ma jaħdmux bi ħlas; jaqbel mal-Kummissjoni li approċċ iżjed olistiku lejn l-inklużjoni soċjali attiva għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji komuni li ġejjin:
|
|
3. |
Iqis li r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE tenħtieġ li titwessa' u tiġi aġġornata fid-dawl tar-riżultati tal-analiżi fattwali tar-realtà soċjali tal-Unjoni u l-approċċ olisitiku propost għall-inklużjoni attiva, u jqis ukoll li din ir-Rakkomandazzjoni għandha tqis kif jixraq il-fatt li qed jitfaċċaw riskji soċjali ġodda marbuta mal-bidla fil-klima u l-ekonomija ta' għarfien u servizzi; |
|
4. |
Jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissoni li approċċ aktar olistiku lejn l-inklużjoni attiva għandu jinkludi wkoll attenzjoni speċjali għall-qirda tal-faqar fost it-tfal, l-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi fir-rigward ta' aċċess għall-kura tas-saħħa u r-riżultati tal-kura tas-saħħa, għat-trattament tal-faqar u l-esklużjoni soċjali marbutin mal-pensjonijiet pubbliċi u privati u l-irtirar mix-xogħol, u għall-provvediment ta' kura fit-tul diċenti u ta' kwalità għolja; |
Il-garanzija ta' introjtu suffiċjenti biex tiġi żgurata ħajja dinjituża għal kulħadd
|
5. |
Jirrimarka li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fl-UE-27 għandhom skemi nazzjonali ta' dħul minimu, iżda għad hemm minnhom li m'għandhomx; jinkuraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jipprovdu skemi ta' sigurtà minima garantita għal dawk soċjalment vulnerabbli, u jħeġġiġhom sabiex jiskambjaw l-aħjar prattiki; jirrikonoxxi li, fejn hemm dispożizzjoni għal għajnuna soċjali, l-Istati Membri għandhom id-dmir li jiżguraw li ċ-ċittadini jifhmu u jkunu jistgħu jiksbu d-drittijiet tagħhom; |
|
6. |
Jesprimi dispjaċir kbir li xi Stati Membri jidhru li ma tawx każ tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE, li tirrikonoxxi “d-dritt bażiku ta' persuna li jkollha riżorsi u għajnuna soċjali suffiċjenti sabiex jippermettulha ħajja kompatibbli mad-dinjità umana”; |
|
7. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-assistenza soċjali fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri diġà qiegħda taħt livell li fih il-faqar isir riskju; jinsisti li l-objettiv ċentrali tal-iskemi ta' appoġġ għall-introjtu għandu jkun li jaqla' lin-nies mill-faqar u li jippermettilhom li jgħixu f'dinjità; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina jekk dħul bażiku mingħajr kundizzjonijiet għal kullħadd jistax ikun strument effettiv biex jikkumbatti l-faqar; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta rapport dettaljat dwar jekk il-provvediment tas-Servizzi Soċjali tal-Istati Membri (inter alia skemi ta' dħul minimu u benefiċċji relatati, qgħad, benefiċċji għall-invalidità u għal persuni sopraviventi, skemi ta' pensjonijiet statutorji u supplimentari, benefiċċji għal irtirar bikri) jjipprevedix dħul 'il fuq mill-ammont minimu li l-Unjoni tikkunsidra bħala l-ammont minimu għal “riskju ta' faqar” li huwa ta' 60 % tad-dħul medju nazzjonali; |
|
9. |
Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodu komuni għall-kalkoluta' ammont minimu għall-għixien bażiku u l-għoli tal-ħajja (pakkett ta' prodotti u servizz) sabiex jiġi żgurat kejl komparabbli tal-limitu tal-faqar u jiġi definit il-kriterju ta' intervenzjoni soċjali meħtieġa; |
|
10. |
Jirrimarka li r-riskju li wieħed jaqa' f'faqar estrem hu akbar għan-nisa milli għall-irġiel; jirrimarka li x-xejra persistenti lejn il-femminizzazzjoni tal-faqar fis-soċjetajiet Ewropej ta' llum tixhed li l-qafas attwali tas-sistemi għall-protezzjoni soċjali u l-firxa wiesgħa ta' politiki soċjali, ekonomiċi u dwar l-impjiegi tal-Unjoni m'humiex imfassla biex jissodisfaw il-bżonnijiet tan-nisa u d-differenzi fix-xogħol tan-nisa; jenfasizza l-fatt li l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost in-nisa fl-Ewropa jirrikjedu rispons politiku speċifiku, multiplu u li jikkunsidra kwistjonijiet ta' ġeneru b'mod speċifiku; |
|
11. |
Jistqarr li l-iskemi għal dħul minimu xieraq huma prerekwiżit fundamentali għal Unjoni Ewropea bbażata fuq ġustizzja soċjali u opportunitajiet indaqs għal kulħadd; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li jiġi pprovdut dħul minimu xieraq għall-perjodu bla xogħol jew bejn xogħlijiet, b'attenzjoni partikulari għall-gruppi ta' nisa li għandhom responsabilitajiet addizzjonali; |
|
12. |
Jitlob lill-Kunsill biex jaqbel fuq mira tal-UE għal skemi ta' introjtu minimu u għal skemi kontributtivi li jissostitwixxu l-introjtu li jipprovdu appoġġ fl-introjtu ta' mill-inqas 60 % tal-introjtu medju komuni nazzjonali, u fuq skeda dwar meta din il-mira għandha tintlaħaq mill-Istati Membri kollha; |
|
13. |
Jikkunsidra li r-riskju li wieħed jaqa' fil-faqar hu ikbar għan-nisa milli għall-irġiel, b'mod partikulari fix-xjuħija, peress li s-sistemi għas-sigurtà soċjali huma ta' spiss ibbażati fuq il-prinċipju ta' impjieg imħallas kontinwu; jitlob dritt individwalizzat għal dħul minimu xieraq, li ma jkunx kundizzjonali fuq il-kontributi relatati ma' impjieg; |
|
14. |
Iqis li l-faqar li jaffettwa lil dawk li diġà huma impjegati ma jirriflettix kundizzjonijiet naturali u ġusti ta' xogħol, u jiltob li l-isforzi jkunu konċentrati fuq is-sejba ta' rimedju għal din is-sitwazzjoni b'tali mod li l-pagi b'mod ġenerali u b'mod speċjali l-pagi minimi — immaterjalment jekk ikunux ta' natura statutorja jew bi qbil kollettiv — jkunu jistgħu jevitaw il-faqar fid-dħul u jiżguraw livell ta' għixien diċenti; |
|
15. |
Jitlob lill-Kunsill biex isir qbil fuq mira tal-UE għall-pagi minimi (statutorji, ftehimiet kollettivi fuq livelli nazzjonali, reġjonali jew settorjali) biex jipprovdu pagi ta' mill-inqas 60 % tal-paga medja rispettiva (nazzjonali, settorjali eċċ) u, barra minn dan, fuq skeda dwar meta din il-mira għandha tintlaħaq mill-Istati Membri kollha; |
|
16. |
Iqis li l-iskemi tad-dħul minimu għandhom ikunu kkumplimentati b'pakkett ta' miżuri ta' appoġġ li jiffaċilitaw l-inklużjoni soċjali, liema pakkett għandu jinkludi faċilitajiet għall-inklużjoni soċjali, pereżempju, fil-qasam tal-akkomodazzjoni, kif ukoll appoġġ għall-edukazzjoni, taħriġ u taħriġ professjonali mill-ġdid u tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll ġestjoni ekonomika tajba u skema ta' appoġġ fl-introjtu, biex jikkontribwixxu biex ikopru l-ispejjeż tal-individwi u tal-familji, b'tali mod li jiġi żgurat l-issodisfar tal-bżonnijiet tal-ħajja u tat-tagħlim tul il-ħajja, b'mod partikulari għall-persuni waħdihom, familji b'ġenitur wieħed u familji kbar; |
|
17. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jeżaminaw il-kobba spiss imħabbla u kumplessa ta' skemi ta' appoġġ tagħhom, tkun xi tkun in-natura speċifika tagħhom (skemi ta' dħul minimu u benefiċċji relatati, skemi ta' sostituzzjoni kontributorja tad-dħul u l-bqija), bil-għan li jitjiebu l-aċċessibilità għalihom u l-effettività u l-effikaċja tagħhom; |
|
18. |
Iqis li l-Istati Membri għandhom jipprovdu benefiċċji addizzjonali mmirati lejn gruppi żvantaġġjati (bħal persuni b'diżabilità jew b'mard kroniku, ġenituri waħedhom, jew familji b'ħafna tfal), li jkopri spejjeż żejda fir-rigward, fost oħrajn, ta' appoġġ personali, l-użu ta' faċilitajiet speċifiċi, u kura medika u soċjali, u li jistabbilixxu, fost oħrajn, livell ta' prezzijiet raġonevoli għall-mediċini għall-gruppi soċjali anqas vantaġġjati; jisħaq dwar il-ħtieġa li jiġu żgurati livelli diċenti ta' pensjoni għall-invalidità u l-irtirar mix-xogħol; |
|
19. |
Jirrikonoxxi d-distribuzzjoni mhux indaqs tad-dħul fost il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-fatt li kwart tal-persuni li jaħdmu għal rashom jgħixu taħt il-limitu tal-faqar u għalhekk, li hemm bżonn li jingħata aktar appoġġ istituzzjonalizzat lill-intraprendituri sabiex tiġi evitata n-nassa tal-faqar; |
It-tneħħija tal-faqar fost it-tfal: mill-analiżi għall-politiki mmirati u għall-implimentazzjoni
|
20. |
Jenfasizza l-importanza ta' approċċ olistiku lejn is-sigurtà materjali u l-benessri tat-tfal, li jkun ibbażat fuq id-drittijiet tat-tfal kif imfassla mill-UNRC, sabiex il-familji, speċjalment dawk kbar, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn livelli suffiċjenti ta' dħul sabiex jipprovdu lil uliedhom akkomodazzjoni u dieta xierqa, kif ukoll aċċess għal servizzi tas-saħħa u edukattivi diċenti, bil-għan li jiżviluppaw b'mod armonjuż fis-sens fiżiku u personali tagħhom; jirrikonoxxi, madankollu, li l-ħtiġijiet fundamentali tat-tfal għandhom jingħataw prijorità fuq il-kunsiderazzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri; |
|
21. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lill-assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili organizzati biex jiżguraw li l-parteċipazzjoni tat-tfal tkun dejjem organizzata skond il-prinċipji fundamentali ta' parteċipazzjoni sigura u li tfisser xi ħaġa; |
|
22. |
Jiġbed l-attenzjoni għad-dimensjonijiet differenti ta' approċċ olistiku:
|
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-faqar tat-tfal u l-esklużjoni soċjali f'kuntest usa' tat-tfassil tal-politika tal-UE, inklużi l-kwistjonijiet bħall-immigrazzjoni, id-diskriminazzjoni, ħarsien tat-tfal minn kull forma ta' maltrattament u abbuż, minn perusni li jieħdu ħsieb it-tfal u milll-adulti, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, l-appoġġ tal-familja, l-inklużjoni attiva, il-kura u l-edukazzjoni fis-snin bikrija, it-tagħlim tul il-ħajja u r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol, il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja; |
|
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod effettiv il-prinċipju ta' paga ugwali għall-istess xogħol ta' valur soċjali, u biex iwettqu analiżi u riforma speċifiċi tas-sistemi għall-protezzjoni soċjali u biex jiżviluppaw linji gwida tal-UE għar-riforma tas-sistemi għall-protezzjoni soċjali minn prospettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi l-individwalizzazzjoni tad-drittijiet għal sigurtà soċjali, l-adattament tal-protezzjoni u s-servizzi soċjali għall-istrutturi tal-familji li qed jinbidlu u l-iżgurar li s-sistemi għall-protezzjoni soċjali jikkontrobattu b'mod aħjar il-qagħda prekarja tan-nisa u jissodisfaw il-bżonnijiet tal-aktar gruppi ta' nisa vulnerabbli; |
|
25. |
Jiltob lill-Kummissjoni biex itejjeb il-“benchmarking” u l-monitoraġġ tal-Metodu miftuħ ta' Koordinament, biex tistabbilixxi indikaturi komuni u biex tiġbor data ta' kwalità għolja u kumparabbli u statistiki għat-tul dwar is-sitwazzjoni tat-tfal li jkopru l-aspetti kollha ta' approċċ olistiku fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali, inkluża l-akkomodazzjoni tat-tfal u tal-familji, sabiex ikun possibbli li ssir sorveljanza fuq il-benessri tat-tfal; |
|
26. |
Iħeġġeġ lill-Eurostat biex jistabbilixxi rabta mas-sett ta' indikaturi li qed jiġi żviluppat biex jiġi mmonitorat l-impatt tal-azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet u l-benessri tat-tfal, ikkummissjonati mill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali; jindika l-bżonn ta' sforz konġunt tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u l-Istati Membri biex jaħdmu f'koperazzjoni mal-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u ċ-ċentri ta' riċerka relevanti għat-titjib tal-ġbir ta' data statistika li tista' titqabbel dwar il-qagħda tat-tfal fl-Unjoni, bżonn li hu msemmi fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tas-16 ta' Jannar 2008; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni espressa fir-Rapport tal-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali dwar il-Faqar u l-Benessri tat-Tfal fl-Ewropa, adottat fis-17 ta' Jannar 2008, li jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jirrevedu l-għejun varji ta' data disponibbli fil-livelli nazzjonali u reġjonali dwar it-tfal f'sitwazzjonijiet vulnerabbli; |
|
27. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw sistemi preventivi sabiex jindunaw b'sitwazzjonijiet kritiċi, bħal dawk ta' ġenituri li jkunu se jitilfu d-dar fejn joqgħodu, il-ħruġ f'daqqa ta' tfal mill-iskola jew każijiet ta' abbuż li l-ġenituri jkunu sofrew minnu waqt tfulithom; jistieden lill-Istati Membri sabiex jadottaw politika attiva mmirata biex tevita li t-tfal jitilqu mill-iskola kmieni permezz ta' mekkaniżmi li jipprovdu appoġġ lill-gruppi fir-riskju; |
|
28. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jgħaddu l-poter tagħhom li joħolqu u jħaddmu sistemi biex jgħinu lit-tfal fil-problemi, lill-awtoritajiet lokali, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu effiċjenti kemm jista' jkun; |
|
29. |
Jappoġġa l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-bilanċ bejn il-ħidma lejn id-diversità tal-istrutturi tal-familji moderni u l-ħidma lejn id-dritt tat-tfal jikseb l-aħjar riżultat fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal; |
|
30. |
Jitlob lil Kummissjoni sabiex tippromwovi taħlita bbilanċjata ta' politika li jkollha r-riżorsi xierqa u li jkollha bażi ta' objettivi u miri ċari li jqisu l-kuntest nazzjonali speċifiku u jiffukaw fuq intervenzjoni bikrija; |
|
31. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-proċess ta' tagħlim reċiproku u l-monitoraġġ ta' politiki, kemm dawk li jkunu suċċess kif ukoll dawk li ma jkunux, fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u kontra l-esklużjoni soċjali; |
|
32. |
Jisħaq dwar l-importanza ta' politiki għall-familja integrati u olistiċi li jmorru lilhinn mill-inklużjoni attiva sabiex jiġu indirizzati l-aspetti kollha relatati mal-benessri tat-tfal u tal-familja u sabiex jinqerdu l-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali fl-Unjoni; |
|
33. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal u sabiex jippromwovu l-involviment tat-tfal fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-futur tagħhom stess għaliex il-parteċipazzjoni tat-tfal hija l-aħjar mod li bih tista' tiġi applikata l-perspettiva tat-tfal; |
|
34. |
Jilqa' b'sodisfazzjoni l-impenn tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri lejn il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu rabta ċara bejn l-aġenda tad-drittijiet tat-tfal u l-aġenda tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni tat-tfal, minħabba li l-faqar u l-għaks tat-tfal huwa ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex meta jħejju l-istrateġiji favur l-inklużjoni soċjali, jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Konvenzjoni li saru bħala tweġiba għar-rapporti tal-implimentazzjoni mill-partijiet tal-Istati u għar-rapporti alternattivi tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi; |
|
35. |
Jirrimarka li ġenituri waħedhom m'għandhomx jitqiegħdu f'pożizzjoni agħar minn koppji bit-tfal fir-rigward ta' servizzi u eżonerazzjoni mill-ħlas; |
|
36. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw strateġiji nazzjonali għat-tnaqqis u l-qirda tal-faqar fost it-tfal fuq il-bażi ta' approċċ differenzjat li jqis il-varjazzjonijiet fil-livell ta' faqar skond ir-reġjun u l-età tat-tfal ikkonċernati; |
|
37. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li t-tfal u l-familji kollha, inklużi dawk li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, ikollhom aċċess għal servizzi ta' kura soċjali ta' livell għoli li jkunu jqisu b'mod ċar l-impatt tal-faqar fuq il-familji, inklużi r-riskji akbar ta'abbuż u maltrattament tat-tfal u l-impatt ta' dawn; |
Politiki għall-impjiegi għal swieq tax-xogħol soċjalment inklużivi
|
38. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-impjieg huwa l-aħjar ċans biex jiġu evitati l-faqar u l-esklużjoni soċjali, iżda dan ma jkunx dejjem garanzija minħabba li skond l-istatistiki uffiċjali 8 % tal-ħaddiema fl-UE jinsabu fir-riskju tal-faqar; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw b'mod effettiv id-Direttiva 2000/78/KE; |
|
39. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw b'mod aktar effettiv il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti fl-oqsma tal-impjieg u tal-affarijiet soċjali; |
|
40. |
Jirrimarka li fl-UE 20 miljun persuna, speċjalment nisa, huma affettwati mill-faqar waqt li jkollhom xogħol, jew, fi kliem ieħor 6 % tal-popolazzjoni u 36 % tal-popolazzjoni li taħdem qegħdin jirriskjaw il-faqar waqt li jkollhom xogħol; jistieden lill-Istati Membri biex jiftiehmu dwar il-leġiżlazzjoni dwar il-paga minima bħala element integrali ta' inklużjoni attiva; |
|
41. |
Jenfasizza li s-sehem ta' impjiegi part-time fl-UE hu ta' 31 % għan-nisa u 7.4 % għall-irġiel; jenfasizza li l-impjiegi part-time għan-nisa huma ta' spiss xogħol part-time insinifikanti u marġinali biss, imħallas ħażin u bi protezzjoni soċjali insuffiċjenti; jirrimarka li n-nisa huma, għalhekk, f'riskju akbar li jaqgħu fil-faqar, speċjalment fix-xjuħija, peress li l-pensjonijiet minn impjiegi part-time ta' spiss ħafna ma jkunux biżżejjed biex wieħed jgħix ħajja indipendenti; |
|
42. |
Iqis li għal inklużjoni soċjali fis-suq tax-xogħol, l-aktar gruppi żvantaġġjati jeħtieġu miżuri speċifiċi:
|
|
43. |
Iqis li l-politiki maħsuba biex jagħmlu x-xogħol finanzjarjament attraenti (make-work-pay) għandhom jittrattaw il-problema tan-nasba — li tinsab fil-livelli tal-qiegħ tas-suq tax-xogħol — ta' impjiegi li ma jrendux u ta' ċikli ta' alternanza bejn impjiegi mħallsa ħażin u ta' perjodi ta' qgħad, fejn l-individwi jgħaddu minn proċess ta' impjiegi insikuri, imħallsa bir-ribass, ta' kwalità baxxa u qgħad u/jew inattività; jenfasizza li l-ħtieġa ta' aktar flessibilità fil-benefiċċji ta' qgħad u dawk soċjali għandhom ikunu ttrattati bħala kwistjonijiet ta' prijorità; iqis li s-sistemi ta' servizzi soċjali għandhom jimmotivaw b'mod attiv lin-nies sabiex ifittxu opportunitajiet ġodda ta' xogħol filwaqt li jinkuraġġixxu d-disponibilità għall-bidla billi jitnaqqas it-telf tad-dħul u billi jiġu pprovduti opportunitajiet għall-edukazzjoni; iħeġġeġ lil dawk li jfasslu l-politika sabiex jużaw il-kunċett ta' flessigurtà fil-politiki tagħhom biex jagħmlu x-xogħol irendi finanzjarjament (“make-work-pay”); |
|
44. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jaħsbu mill-ġdid “politiki ta' attivazzjoni” li huma bbażati fuq regoli u kundizzjonijiet ta' eleġibilità restrittivi żżejjed għall-benefiċjarji mill-għajnuna, jisfurzaw lin-nies biex jaċċettaw impjiegi ta' kwalità baxxa li la jwasslu għal livell ta' għajxien deċenti u lanqas għall-inklużjoni soċjali; |
|
45. |
Jipproponi li jinstab bilanċ bejn ir-responsabilità personali tal-individwi u l-forniment ta' għajnuna soċjali sabiex kulħadd ikun jista' jgħix fid-dinjità u jipparteċipa fis-soċjetà. |
|
46. |
Jimmarka l-pożizzjoni tal-Kunsill li l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol għandhom jippromwovu “x-xogħol tajjeb” u l-mobilità soċjali vertikali, u jipprovdu mezzi lejn impjieg regolari, li jħalli l-qligħ u legalment sikur li jkollu ħarsien soċjali adegwat, kundizzjonijiet tax-xogħol u pagi diċenti; |
|
47. |
Jimmarka l-potenzjal tal-ekonomiija soċjali, l-intrapriżi soċjali, is-settur li ma joperax għall-profit u s-settur tal-impjieg pubbliku sabiex jipprovdu opportunitajiet ta' impjieg u ambjenti ta' xogħol għall-gruppi vulnerabbli, u li dan il-potenzjal għandu jiġi esplorat u appoġġjat kemm jista' jkun mill-Istati Membri u mill-politiki tal-Komunità (ESF, Fondi Reġjonali u ta' Koeżjoni, eċċ.); |
|
48. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li għal dawk li ma jistgħux jaħdmu għal raġunijiet differenti (bħal diżabilità serja, età jew inkapaċità, l-impatt ta' faqar persisteni jew ġenerazzjonali u/jew diskriminazzjoni, respsonsabilitajiet kbar ta' familja jew ta' kura u għaks fil-lokal), il-politiki ta' inklużjoni attiva għandhom jipprovdu appoġġ għad-dħul u miżuri ta' appoġġ sabiex jiġu evitati l-faqar u l-esklużjoni soċjali u sabiex ikun possibbli li dawn in-nies ikunu jistgħu jgħixu fid-dinjità u jipparteċipaw fis-soċjetà; |
|
49. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex inaqqsu l-pressjoni fiskali mhux biss fuq id-dħul il-baxx iżda wkoll fuq id-dħul medju, sabiex jiġi evitat li l-ħaddiema jinqabdu f'nassa ta' pagi baxxi u jitnaqqas iċ-ċans li wieħed jirrikorri għax-xogħol mhux dikjarat; |
|
50. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-bidliet soċjali fl-Ewropa, li qed jibdlu l-istruttura soċjali tal-familji; jistieden li dawn il-bidliet jitqiesu bil-għan li jiġu eliminati l-ostakoli għas-suq tax-xogħol għal sieħeb jew sieħba li ma jaħdmux li jkunu parti minn koppji mhux miżżewġin li jgħixu flimkien; |
|
51. |
Iqis li l-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali għandhom jipprovdu għal kundizzjonijiet tax-xogħol u għal ħlas deċenti u li għandhom ukoll jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politki ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni (bħat-tnaqqis tad-distakk bejn il-ħlas li s-sessi differenti jirċievu, ir-rispett tal-pagi kollettivi u l-pagi minimi u l-rpovvediment ta' trattament ugwali); |
|
52. |
Jinnota li, minkejja li kien hemm ċaqlieq pożittiv lejn aktar parteċipazzjoni fl-edukazzjoni għolja, l-Istati Membri għandhom ikunu mħajra li jżommu u jintroduċu apprentistati bbażati fuq ix-xogħol; jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw politiki konsistenti dwar apprentistati li jipprovdu għal garanziji minimi u ħlas diċenti u sabiex tingħeleb it-tendenza attwali li l-impjiegi jiġi moħbi bħala apprentistat bla ħlas; |
|
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw approċċ koerenti fis-sistemi edukattivi fl-Unjoni għall-proċess ta' orjentament professjonali, ibbażat fuq formuli ta' tagħlim simili li jippermettu żgħażagħ jakkwistaw taħriġ f'oqsma orjentati għax-xogħol magħżula minnhom bħala parti mit-triq tal-karriera tagħhom; jinnota li sistemi ta' taħriġ għandhom ikunu bbażati fuq rikonoxximent reċiproku ta' diplomi u ċertifikati vokazzjonali u għandhom jinkludu istruzzjoni ta' lingwa bil-ħsieb li jkunu eliminati ostakoli ta' komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni; iqis li miżuri ta' taħriġ mill-ġdid għandhom jilħqu bilanċ bejn benessri emozzjonali u professjonali, biex taħriġ mill-ġdid professjonali ma jidhirx bħala nuqqas jew ostakolu għal żvilupp professjonali; |
|
54. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tkun promossa l-inklużjoni attiva ta' żgħażagħ, persuni aktar anzjani u emigranti fl-isforzi kollha biex jinħoloq suq tax-xogħol inklużiv; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ifasslu sensiela ta' miżuri urġenti biex jiġġieldu x-xogħol mhux dikjarat, xogħol sfurzat minn tfal u l-isfruttament abbużiv ta' ħaddiema u biex isolvu l-konfużjoni li tqarraq ta' emigrazzjoni ekonomika mat-tiftix ta' ażil, u tat-tnejn mal-emigrazzjoni illegali; jistieden lill-Istati Memnbri sabiex jippreżentaw leġiżlazzjoni sabiex jevitaw li l-“gangmasters” jisfruttaw lil ħaddiema vulnerabbli u biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ħarsien tad-Drittjiet tal-Ħaddiema Migranti kollha u l-familji tagħhom; |
Il-provvediment ta' servizzi ta' kwalità u l-garanzija tal-aċċess għal gruppi vulnerabbli u żvantaġġjati
|
55. |
Jilqa' l-fehma tal-Kummissjoni li l-iskemi ta' sigurtà soċjali statutorji u kumplimentari, is-servizzi tas-saħħa u s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali għandom jilagħbu rwol ta' prevenzjoni u ta' koeżjoni soċjali, jiffaċilitaw l-inklużjoni soċjali u jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali; jirrimarka l-ħtieġa li jiġi żgurat l-iżvilupp ta' kura għat-tul li tkun ta' kwalità għolja, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli għal dawk fil-bżonn u appoġġ għal dawk li jipprovdu l-kura; jistieden lill-Istati Membri sabiex jidentifikaw u jindirizzaw il-problemi li jaffaċċjaw il-ħaddiema li jieħdu ħsieb persuni oħra (carers), li spiss ikunu sfurzati li jibqgħu barra s-suq tax-xogħol; |
|
56. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li s-servizzi kollha ta' interess ġenerali, inklużi l-industriji tan-netwerks bħat-trasport, it-telekomunikazzjoni, l-enerġija u l-entitajiet pubbliċi oħrajn jew is-servizzi finanzjarji għandu jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tal-koeżjoni soċjali u territorjali u għandhom jikkontribwixxu għal inklużjoni attiva; |
|
57. |
Jenfasizza li l-aċċess għal prodotti u servizzi għandu jkun dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni u għalhekk jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva orizzontali li tikkumplimenta d-Direttiva 2000/78/KE u tkopri l-forom kollha ta' diskriminazzjoni fuq il-bażijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 tat-Trattat KE, li għandhom jgħinu biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni f'oqsma tal-ħajja barra dawk tal-impjieg, inkluża diskriminazzjoni bbażata fuq diżabilità, età, reliġjon jew twemmin u orjentament sesswali; fl-istess waqt iqis li aktar progress għandu jitwettaq fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' direttivi attwali kontra d-diskriminazzjoni tal-Komunità; |
|
58. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex iqisu tariffi soċjali fissi għal gruppi vulnerabbli pereżempju fl-oqsma tal-enerġija u t-trasport pubbliku u wkoll faċilitajiet għal akkwist ta' mikrokrediti, biex tkun promossa l-inklużjoni attiva, kif ukoll il-kura tas-saħħa u edukazzjoni b'xejn għal persuni f'diffikultajiet ta' karatteristika materjali; |
|
59. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjon u lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-obbligi tas-servizzi universali (bħat-telekomunikazzjoni u s-servizzi postali) sabiex isaħħu l-aċċessibilità u l-aċċessibilità finanzjarju tas-servizzi essenzjali u wkoll sabiex isaħħu l-obbligi tas-servizzi pubbliċi fil-mira sabiex jindirizzaw lil dawk il-gruppi fis-soċjetà vulnerabbli u żvantaġġjati; |
|
60. |
Jistieden lill-Kunsill biex jaqbel dwar impenn mill-UE kollha biex telimina l-problema ta' nies bla dar li jgħixu fit-triq sa l-2015 u biex l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ politiki integrati biex jiżguraw li jkun hemm aċċess għal akkomodazzjoni ta' kwalità u finanzjarjament aċċessibbli għal kulħadd; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ifasslu “pjanijiet ta' emerġenza għax-xitwa” bħala parti minn strateġija usa' għall-problema ta' persuni bla dar, kif ukoll sabiex joħolqu aġenziji dedikati sabiex jippermettu l-forniment u l-aċċess għall-akkomodazzjoni għal gruppi li qed jaffaċċjaw diskriminazzjoni; jissuġġerixxi li tinġabar data komparabbli fir-rigward ta' persuni bla dar u dawk li għandhom akkomodazzjoni fqira; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas ta' definizzjoni tal-UE ta' nuqqas ta' djar u tipprovdi aġġornamenti annwali dwar l-azzjoni meħuda u progress imwettaq fl-Istati Membri lejn it-tmiem ta' nuqqas ta' djar; |
|
61. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex inaqqsu l-faqar ta' tfal b'50 % sa l-2012, bħal tnaqqis bl-użu ta' indikaturi li m'humiex biss ekonomiċi, bħala l-ewwel impenn lejn it-tneħħija ta' faqar ta' tfal fl-Unjoni, u biex jallokaw biżżejjed riżorsi biex jilħqu dan l-għan; iqis li l-indikaturi użati biex ikejlu dan it-tnaqqis għandhom iqisu b'mod partikulari lil dawk it-tfal li ġejjin minn familji li jgħixu f'faqar estrem; |
|
62. |
Jimmarka l-importanza tal-promozzjoni tas-servizzi integrati li jirrispondu għall-karatteristika multidimensjonali ta-faqar u l-esklużjoni soċjali, pereżempju, il-konnessjoni bejn il-faqar u n-nies bla dar, il-vjolenza, is-saħħa u s-saħħa mentali, il-livell ta' edukazzjoni, l-integrazzjoni soċjali u komunitarja, in-nuqqas ta' aċċess għat-teknoloġiji tal-informatika u l-infrastruttura u t-twessiegħ tal-firda diġitali (digital divide); |
|
63. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jadottaw approċċ ta' saħħa fil-politiki kollha u sabiex jiżviluppaw politiki soċjali u tas-saħħa integrati sabiex tkompli l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fil-forniment tal-kura u tas-saħħa, il-prevenzjoni u riżultat ta' saħħa, speċjalment fir-rigward ta' gruppi vulnerabbli u dawk l-aktar diffiċli li jintlaħqu; |
|
64. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jippromwovu azzjonijiet volontarji u sabiex jgħinu fl-integrazzjoni soċjali tal-persuni li nqatgħu mis-suq tax-xogħol jew li m'għadhomx jipparteċipaw fih; |
|
65. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni qed tiffoka aktar fuq aċċessibilità aħjar (disponiblità u aċċessibilità finanzjarja) u fuq il-kwalità tas-servizzi (l-involviment tal-utent, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni tar-rendiment, kundizzjonijiet tax-xogħol tajba, ugwaljanza fil-politiki tal-impjegar u tal-forniment, il-kordinazzjoni u l-integrazzjoni tas-servizz u infrastruttura fiżika xierqa); |
|
66. |
Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu l-koordinazzjoni tas-servizzi pubbliċi, b'mod partikulari l-ħoloq bejn servizzi għal tfal u dawk għal adulti; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jintroduċu programmi ta' assistenza għal ġenituri f'oqsma varji fejn il-faqar iwassal għal nuqqas ta' tagħrif fir-rigward ta' trobbija tat-tfal u biex jiżguraw li linji ta' għajnuna ta' tfal ikunu fornuti biżżejjed; jenfasizza li servizzi pubbliċi għal tfal u familji jridu jiżguraw li l-istrutturi, inċentivi, sistemi ta' mmaniġġjar ta' prestazzjoni, flussi ta' ffinanzjar u forza ta' ħidma xierqa jkunu fis-seħħ, li l-forza ta' ħidma ewlenija jkollha l-ħiliet ġusti, tagħrif u fiduċja, biex tipproduċi prevenzjoni aħjar u intervent minn kmieni u li s-servizzi jirrispondu għal ħtiġijiet tal-utenti, b'mod speċjali dawk il-familji vulnerabbli; |
|
67. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħtu aktar importanza lill-fatt li tnaqqis fl-għotjiet għal servizzi speċifiċi bħal flus għall-pranzu, materjal ta' tagħlim u prajvits tal-iskejjel b'xejn, u għal divertiment essenzjali u opportunitajiet edukattivi barra mill-iskola, iwassal għall-esklużjoni soċjali, b'mod partikolari għat-tfal minn familji soċjalment vulnerabbli; jimmarka l-ħtieġa għall-Istati Membri sabiex jipprovdu opportunitajiet indaqs għall-integrazzjoni tat-tfal kollha permezz ta' politika attiva għall-isport fl-iskejjel u aċċess għat-teknoloġiji ta' informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkorpora servizzi għat-tfal bħall-kura tat-tfal, it-trasport tat-tfal u l-ikel fl-iskejjel fil-lista ġenerali ta' servizzi soċjali ta' interess ġenerali; |
|
68. |
Jilqa' l-ħruġ ta' persuni b'diżabilità minn istituzzjonijiet iżda jinnota li dan jitlob livell għoli biżżejjed ta' servizzi ta' appoġġ u ta' kura bbażati fil-komunità li jkunu ta' kwalità għolja u li jiffavorixxu l-għixien indipendenti, id-dritt għall-għajnuna personali, id-dritt għall-kontroll tal-baġit proprju u l-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà; |
|
69. |
Jimmarka l-ħtieġa li l-Istati Membri jippromwovu l-iżviluppp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji komprensivi dwar l-anzjani fil-livelli lokali u nazzjonali; |
|
70. |
Jemmen li għandha tittieħed aktar azzjoni kemm fuq livell ta' Stat Membru u kif ukoll fuq dak tal-UE sabiex il-vjolenza domestika u l-abbuż tat-tfal u tal-anzjani jiġu rrikonoxxuti, irriċerkati u ttrattati; |
|
71. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw approċċ aktar kostruttiv lejn il-politika tad-droga b'enfasi fuq l-edukazzjoni u t-trattament għad-dipendenza aktar milli fuq sanzjonijiet kriminali; |
|
72. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jipprijoritizzaw il-miżuri ta' saħħa pubblika li jfittxu li jitrattataw direttament l-inugwaljanza li teżisti fis-saħħa u fl-aċċess għall-kura tas-saħħa ta' ħafna komunitajiet etniċi li qegħdin fil-minoranza; |
|
73. |
Jinnota li fl-Istati Membri kollha, l-abbuż ta' alkoħol u tad-droga jista' jwassal għall-kriminalità, il-qgħad u l-esklużjoni soċjali; għalhekk jemmen li huwa inaċċettabbli li għal ħafna persuni, l-uniku aċċess li għandhom għal dan it-tip ta' trattament u għall-pariri huwa permezz tas-sistema tal-ħabs; |
|
74. |
Jisħaq li hemm ħafna forom ta' diżabilità, inklużi problemi ta' mobilità, nuqqas ta' vista, nuqqas ta' smigħ, problemi ta' saħħa mentali, mard kroniku u diffikultajiet ta' tagħlim; jimmarka l-fatt li persuni b'aktar minn diżabilità waħda għandhom problemi eċċezzjonali, l-istess kif għandhom persuni li huma suġġetti għal ħafna diskriminazzjonijiet; |
|
75. |
Jitlob li tiġi eliminata l-istigmatizzazzjoni ta' persuni bi problemi mentali u persuni b'diffikultajiet ta' tagħlim, u għall-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-benesseri, il-prevenzjoni ta' kundizzjonijiet mentali kif ukoll għal aktar riżorsi għat-trattament u l-kura; |
|
76. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex jinfurzaw leġiżlazzjoni għal kontra t-traffikar u għal kontra d-diskrimnazzjoni u b'mod partikolari sabiex jiffirmaw, jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Azzjoni Kontra t-Traffikar tal-Persuni; |
|
77. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jissalvagwardjaw il-politika tal-ażil imsejsa fuq id-drittijiet tal-bniedem skond il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus ta' Rifuġjati u liġijiet oħra rilevanti dwar id-drittijiet tal-bniedem, waqt li jaħdmu biex itemmu d-dipendenza fuq il-benefiċċji ta' persuni li qed jitlobu l-ażil billi jippermettulhom li jaħdmu, u biex jikkunsidraw l-iżvilupp ta' aktar rotot ta' immigrazzjoni legali; |
It-titjib tal-koordinazzjoni fil-politika u l-involviment tal-parteċipanti rilevanti kollha
|
78. |
Jiddispjaċih li r-Rapport Konġunt dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali 2008 tal-Kummissjoni ma jipprovdix iffukar strateġiku suffiċjenti fuq l-eliminazzjoni tal-faqar u fuq t-tneħħija tal-esklużjoni soċjali; |
|
79. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-approċċ ta' inklużjoni attiva għandu jippromwovi proċess ta' implimentazzjoni integrat fil-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali, li jinvolvi l-partijiet kollha interessati (msieħba soċjali, NGOs, awtoritajiet lokali u reġjonali eċċ.) u għandu wkoll jipprevedi l-parteċipazzjoni attiva u l-għoti tas-setgħa lil persuni żvantaġġjati nfushom fl-iżvilupp, l-immaniġġjar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' strateġiji; |
|
80. |
Jisħaq dwar il-ħtieġa li jkun hemm sensiela ta' miżuri uniformi fil-livell Ewropew bil-għan li jiġu evitati u penalizzati l-abbużi ta' kwalunkwe tip kontra l-minoranzi, l-persuni b'diżabilità u l-anzjani, fil-kuntest ta' azzjonijiet konkreti għal tnaqqis minn kull naħa tal-vulnerabilità ta' dawn il-gruppi soċjali, inkluż f'sens materjali; |
|
81. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jerġgħu jqawwu attenzjoni strateġika ċara fuq l-eliminazzjoni tal-faqar u fuq il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali fil-kuntest tal-Aġenda Soċjali 2008 — 2012; jistieden għal impenn aktar espliċitu fi ħdan il-qafas taċ-ċiklu li jmiss tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, għal Strateġija tal-Komunità dinamika u effettiva li tiffissa miri li għandhom tifsira u twassal għal ħolqien ta' strumenti effettivi u ta' monitoraġġ iffukati fuq il-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanza; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jindirizzaw il-problemi rigward il-proċessi ta' koordinazzjoni varji (Liżbona, strateġija tal-UE għal żvilupp sostenibbli, il-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni fl-oqsma tal-Inklużjoni Soċjali u l-Protezzjoni Soċjali) b'mod li jkun provdut impenn ċar lejn l-eliminazzjoni tal-faqar u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali skond dawn il-politiki kollha; |
|
82. |
jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu objettivi u għanijiet speċifiċi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, inkluż sett ta' azzjonijiet politiċi għall-appoġġ tal-gruppi ta' nisa li jiffaċċjaw riskju ogħla ta' faqar u esklużjoni soċjali, bħall-familji mhux tradizzjonali u l-familji b'ġenitur wieħed, in-nisa migranti, in-nisa rifuġjati u ta' minoranzi etniċi, in-nisa anzjani u n-nisa b'diżabilità; |
|
83. |
Iħeġġeġ lill-imsieħba soċjali sabiex ikomplu bl-isforzi tagħhom li diġà bdew flimkien mal-Analiżi Konġunti tal-Imsieħba Soċjali u l-programm ta' ħidma tagħhom 2006-2008 dwar l-integrazzjoni ta' persuni żvantaġġjati fis-suq tax-xogħol; iqis li tmexxija aħjar hija meħtieġa sabiex jiġu kkordinati dawk l-attivitajiet relatati mal-imsieħba soċjali minn naħa u d-djalogu ċivili usa' (NGOs eċċ) dwar l-inklużjoni soċjali lilhinn mill-impjieg minn naħa oħra; |
|
84. |
Jappoġġja l-opinjoni tal-Kummissjoni li, rigward ir-Rakkomandazzjoni 92/441/KEE u l-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni fl-oqsma tal-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, jeħtieġ li jkun hemm indikaturi xierqa u sistemi nazzjonali komprensivi għall-ġbir u l-analiżi ta' dejta (eż. dejta ta' statistika dwar id-dħul medju disponibbli, konsum fid-djar, il-livell tal-prezzijiet, pagi minimi, skemi minimi ta' dħul u benefiċċji relatati); iqis li l-immonitorjar u l-analiżi tal-istrateġiji ta' implimentazzjoni għal inklużjoni soċjali u r-rapporti ta' progress tal-Istati Membri għandhom juru jekk id-dritt bażiku għal riżorsi suffiċjenti u assistenza soċjali li jippermettu persuni biex jgħixu f'dinjità humiex rispettati f'kull Stat Membru, kif ukoll fil-livell reġjonali; |
|
85. |
Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Impenn imġedded għal Ewropa Soċjali: Tisħiħ ta' Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni għal Protezzjoni Soċjali u Inklużjoni Soċjali (COM(2008)0418), li tipproponi li ssaħħaħ l-OMC soċjali bit-titjib tal-metodi ta' ħidma u viżibilità tagħha u bit-tisħiħ tal-interazzjoni tagħha ma' politiki oħrajn; jilqa' b'mod speċjali l-proposti tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi miri għat-tnaqqis tal-faqar (b'mod ġenerali, faqar fost it-tfal, faqar fil-post tax-xogħol u faqar persistenti fuq perjodu ta' żmien fit-tul), għal livell minimu ta' dħul provdut permezz ta' pensjonijiet u għal aċċess għal u l-kwalità tal-kura tas-saħħa (tnaqqis tal-mortalità fost it-tfal, titjib tas-saħħa u żieda fl-aspettattiva tal-ħajja, eċċ.); |
|
86. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri effettivi biex jiksbu l-objettivi ta' Barċellona dwar is-servizzi għall-kura tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jifformulaw rakkomandazzjonijiet dwar kif jilħqu l-ħtieġa għal servizzi ta' kura fl-Ewropa (b'mod aktar partikulari l-organizzar u l-iffinanzjar ta' kura għal tfal u persuni dipendenti oħrajn), anke t-twaqqif ta' miri u indikaturi preċiżi, bil-għan li jkunu provduti faċilitajiet għal kura tat-tfal fi ħdan l-Unjoni għal 90 % ta' tfal mit-twelid sas-sena obbligatorja ta' skola u livell suffiċjenti ta' provvediment ta' kura għal persuni dipendenti oħrajn sa l-2015; jenfasizza l-fatt li s-servizzi kollha għandhom jissodisfaw il-kriterji li jkunu għall-but ta' kulħadd, aċċessibbli u ta' kwalità tajba sabiex it-trobbija tat-tfal u l-kura ta' dipendenti ma jibqgħux “riskju ta' faqar” b'mod speċjali għan-nisa; |
|
87. |
Jenfasizza li dawk l-aktar il-bogħod mis-suq tax-xogħol għandhom jibbenefikaw aktar mill-programmi tal-Komunità bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-inizjattiva EQUAL; jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza l-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali għall-objettivi tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni bbażati fuq l-indikaturi tal-inklużjoni soċjali u biex tinkoraġġixxi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-regolament tal-Fond Soċjali Ewropew ġdid u l-użu ta' ffinanzjar ta' Progress biex jappoġġja miżuri ta' inklużjoni attiva u tesplora possibilitajiet biex jiġu allokati l-fondi ESF jew biex jiġi identifikat baġit speċifiku għal inizjattiva Komunitarja f'dan ir-rigward; jemmen li dan irrawwem ukoll il-ħolqien ta' netwerks ta' prattiki tajbin fil-ġlieda kontra l-faqar sabiex jitħeġġu l-iskambji tal-esperjenzi bejn l-Istati Membri; |
|
88. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jimpenjaw lilhom infushom sabiex jieħdu azzjonijiet effettivi fil-kuntest tas-Sena kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, li għandha tirrappreżenta pass sostanzjali lejn l-isforz favur il-ġlieda kontra l-faqar fit-tul; |
|
89. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja l-partecipazzjoni li fiha tifsira u li hija sikura tat-tfal fil-kwistjonijiet kollha li jaffetwawhom, filwaqt li jiżguraw li t-tfal kollha jkollhom opportunità indaqs sabiex jinvolvu ruħhom; |
*
* *
|
90. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat għall-Ħarsien Soċjali. |
(1) ĠU L 245, 26.8.1992, p. 46.
(2) ĠU L 245, 26.8.1992, p. 49.
(3) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.
(4) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(5) ĠU C 45 E, 23.2.2006, p. 129.
(6) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(7) ĠU C 68 E, 18.3.2004, p. 604.
(8) Testi Adottati, P6_TA(2007)0541.
(9) Testi Adottati, P6_TA(2008)0012.
(10) Testi Adottati, P6_TA(2008)0286.
(11) Testi Adottati, P6_TA(2008)0163.
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/26 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
IASCF: Reviżjoni tal-kostituzzjoni
P6_TA(2008)0469
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar “Il-IASCF: Reviżjoni tal-kostituzzjoni — Responsabilità Pubblika u l-Kompożizzjoni tal-Proposti għal Bidla tal-IASB”
2010/C 9 E/03
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2008, b'mod partikolari dwar il-governanza tal-Bord Internazzjonali tal-Istandards tal-Kontabilità (IASB),
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1),
wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2008 dwar l-Istandards Internazzjonali għar-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS) u l-governanza tal-Bord Internazzjonali tal-Istandards tal-Kontabilità (IASB) (2),
wara li kkunsidra Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2007 tal-21 ta' Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta' Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 (3) dwar l-iżvelar ta' oqsma operattivi, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta' Novembru 2007 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (4),
wara li kknsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2007 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 dwar l-istandards tal-kontabilità li bi qbil magħhom titfassal l-informazzjoni storika li jkun fihom il-Prospetti dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu minn entitajiet ta' pajjiżi terzi li joħorġu t-titoli ta' informazzjoni ppreparata skond standards tal-kontabilità rikonoxxuti internazzjonalment (5),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar standards ta' kontabilità użati minn emittenti ta' pajjiżi terzi u l-ekwivalenti tagħhom lill-IFRS kif imsemmija fl-abbozz tal-miżuri ta' implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Prospett u d-Direttiva dwar it-Trasparenza (6), li tistipula l-kundizzjonijiet li taħthom l-Unjoni Ewropea aċċettat il-proċess ta' konverġenza u ta' ekwivalenza bejn l-IFRS kif adottat mill-Unjoni Ewropea u l-Prinċipji ta' Kontabilità Aċċettati b'Mod Ġenerali (GAAPs) tal-Istati Uniti,
wara li kkunsidra r-rapport mill-Fondazzjoni Internazzjonali tal-Kumitat ta' Standards tal-Kontabilità (IASCF) bit-titolu „Reviżjoni tal-Kostituzzjoni — Kontabilità Pubblika u l-Kompożizzjoni tal-IASB — Proposti għal Tibdil“, ta' Lulju 2008,
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (7),
wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
|
A. |
billi l-emittenti tal-UE huma meħtieġa li japplikaw l-istandards internazzjonali tal-kontabilità għar-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom, |
|
1. |
Jinnota li l-IASCF ipproponiet li twaqqaf Grupp ta' Monitoraġġ; hu tal-opinjoni li l-Grupp ta' Monitoraġġ għandu jkollu s-setgħa li jirrakkomanda kandidati bħala Fiduċjarji u jkun responsabbli biex japprova l-għażla tal-Fiduċjarji wara li jkun sar qbil dwar il-proċess ta' nominazzjoni; |
|
2. |
Jitlob biex il-Grupp ta' Monitoraġġ ikun involut biex issir l-aġenda għall-IASB sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabilità; jirrikonoxxi li l-proċess għat-tfassil tal-istandards ta' kontabilità li jiġi wara m'għandu jkollu l-ebda ndħil żejjed u kollox għandu jsir b'konsultazzjoni sħiħa mal-partijiet kollha interessati, fosthom l-investituri; |
|
3. |
Jesprimi d-dubji tiegħu rigward kemm għandu jitwaqqaf Grupp ta' Monitoraġġ f'din il-fażi, qabel titnieda t-tieni fażi tal-proċess ta' konsultazzjoni tar-reviżjoni tal-governanza tal-IASB u mingħajr ma jkun hemm deskrizzjoni ċara tar-relazzjoni li għandha tkun stabilita bejn il-Grupp ta' Monitoraġġ u l-IASCF fil-kostituzzjoni ta' din tal-aħħar; |
|
4. |
Iqis li l-Grupp ta' Monitoraġġ għandu jirrifletti l-bilanċ taż-żoni monetarji l-aktar importanti tad-dinja, id-diversità kulturali, u l-interessi tal-ekonomiji żviluppati, ta' dawk ta' pajjiżi emerġenti kif ukoll ta' istituzzjonijiet internazzjonali li għandhom rekwiżiti ta' responsabilità quddiem l-awtoritajiet pubbliċi, u għandu jkollu sehem attiv fil-promozzjoni tat-trasparenza tar-rapportaġġ finanzjarju u fl-iżvilupp u t-tħaddim effettiv tas-swieq kapitali, kif ukoll biex tkun evitata l-proċiklikalità u tiġi żgurata l-istabilità tas-swieq finanzjarji u jiġi evitat ir-riskju sistematiku; jieħu l-pożizzjoni li l-Kumitat ta' Basel għas-Sorveljanza tal-Banek għandu jkun inkluż ukoll fil-grupp ta' monitoraġġ jinnota b'approvazzjoni l-proposta li l-Grupp ta' Monitoraġġ fil-bidu għandu jinkludi:
|
|
5. |
Jiddeplora l-fatt li l-Parlament Ewropew ma ġiex ikkonsultat dwar it-twaqqif ta' Grupp Internazzjonali għall-Konsulenza dwar il-Kontabilità; |
|
6. |
Iqis li r-regolaturi tas-swieq finanzjarji tal-UE għandhom ikunu rappreżentati wkoll fil-Grupp ta' Monitoraġġ; jenfasizza li l-ebda organizzazzjoni m'għandha tkun rappreżentata fil-Grupp ta' Monitoraġġ b'iktar minn delegat wieħed; |
|
7. |
Jenfasizza l-istruttura istituzzjonali kumplessa tal-Grupp ta' Monitoraġġ; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Grupp ikollu mekkaniżmi ta' koperazzjoni effikaċi disponibbli sabiex l-operabilità tiegħu tkun żgurata u jkun jista' jaqdi r-responsabilitajiet ewlenin tiegħu; jinsisti, f'dan il-kuntest, li l-membri tal-Grupp ta' Monitoraġġ jkollhom kompetenzi biżżejjed biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jinżammu responsabbli politikament; |
|
8. |
Hu mħasseb li xi membri li ġew proposti għall-Grupp ta' Monitoraġġ ma jeħtiġux emittenti domestiċi biex japplikaw l-IFRS; hu tal-fehma li s-sħubija f'dan il-Grupp għandha tidħol fis-seħħ biss wara li jkun hemm l-impenn li l-IFRS jiddaħħal bħala l-istandard domestiku; jenfasizza li l-ebda pajjiż m'għandu jkun rappreżentat fil-Grupp ta' Monitoraġġ b'iktar minn delegat wieħed; |
|
9. |
Jinnota li l-proposta tal-IASCF tipprevedi li l-IASB jikber minn 14 għal 16-il membru; isib li din iż-żieda għal 16-il membru hija aċċettabbli għaliex tista' twassal biex l-IASB jkun iktar ibbilanċjat, b'mod speċjali jekk il-proposta tal-IASCF tiġi emendata biex tiżgura li jkun hemm trattament parallel fiż-żoni monetarji dinjin l-aktar importanti; |
|
10. |
Jitlob biex jiġi konkluż Memorandum ta' Ftehim bejn it-tliet istituzzjonijiet sabiex jiġu definiti l-kundizzjonijiet tal-assoċjazzjoni tal-leġiżlaturi mal-ħidma tal-Grupp ta' Monitoraġġ, jekk dan jiġi stabbilit f'din il-fażi; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej. |
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2008)0183.
(3) ĠU L 304, 22.11.2007, p. 9 .
(4) Testi Adottati, P6_TA(2007)0526.
(5) Testi Adottati, P6_TA(2007)0527.
(6) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 116.
(7) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/28 |
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008
Belarus
P6_TA(2008)0470
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar il-qagħda fil-Belarus wara l-elezzjonijiet parlamentari tat-28 ta’ Settembru 2008
2010/C 9 E/04
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-qagħda fil-Belarus, b’mod partikolari dik tat-22 ta’ Mejju 2008 (1),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Novembru 2006 dwar ir-rieda tal-Unjoni Ewropea li iġġedded ir-relazzjoni tagħha mal-Belarus u mal-poplu tiegħu fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinanzi (ENP),
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill f’isem l-UE tas-26 ta’ Awwissu 2008 dwar il-ħelsien ta’ Sergei Parsyukevich u Andrei Kim,
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 u s-16 ta’ Settembru 2008 dwar il-Belarus,
wara li kkunsidra s-sejbiet preliminari, tad-29 ta’ Settembru 2008, tal-missjoni tal-OSCE għall-Osservazzjoni tal-Elezzjoni fil-Belarus,
wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-elezzjonijiet parlamentari tat-30 ta’ Settembru2008 fil-Belarus,
wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
|
A. |
billi, wara li l-awtoritajiet tal-Belarus ħelsu lill-priġunieri politiċi Alyaksandr Kazulin, Sergei Parsyukevich u Andrei Kim bejn is-16 u l-20 ta’ Awwissu 2008, l-ebda priġunier politiku ieħor rikonoxxut fuq livell internazzjonali m’għadu jinsab il-ħabs fil-Belarus, |
|
B. |
billi l-ħelsien tal-priġunieri politiċi ġie rikonoxxut mill-UE bħala pass sinifikanti lejn l-adozzjoni min-naħa tal-Belarus tal-valuri fundamentali demokratiċi, tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, u din kienet waħda mill-kundizzjonijiet għar-reviżjoni tal-miżuri restrittivi li bħalissa qegħdin jorbtu lil xi personalitajiet politiċi ewlenin fil-Belarus u biex ir-relazzjonijiet mal-Belarus jerġgħu jitwaqqfu mill-ġdid, |
|
C. |
billi fl-10 ta’ Lulju l-President Alexander Lukashenko fl-10 ta’ ta’ Lulju 2008 kien talab pubblikament biex l-elezzjonijiet jitmexxew b’mod miftuħ u demokratiku, u dan tennieh meta deher fuq it-televiżjoni nhar id-29 ta’ Awwissu 2008, filwaqt li wiegħed li l-elezzjonijiet ikunu bla preċedent mil-lat tal-ġustizzja, |
|
D. |
billi l-UE ħarset lejn il-kondotta demokratika u l-aspett pluralistiku tal-elezzjonijiet parlamentari tat-28 ta’ Settembru 2008 bħala opportunità oħra għall-Belarus biex juri jekk jirrispettax il-valuri demokratiċi u l-istandards Ewropej, |
|
E. |
billi f’dan il-kuntest l-UE laqgħet b’sodisfazzjon l-użu ta’ osservaturi tal-OSCE/l-Uffiċju għall-Istituzzjonijiet tad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR), saħqet fuq l-importanza ta’ garanzija li dawn l-osservaturi jkollhom aċċess għall-fażijiet kollha tal-proċess eletttorali, fosthom l-għadd tal-voti, u u enfasizza b’mod partikulari l-importanza tal-garanzija tad-drittijiet tal-oppożizzjoni rigward id-dritt għall-kandidatura u għall-aċċess għall-kummissjonijiet tal-monitoraġġ elottorali u l-midja, |
|
F. |
billi, kieku li l-elezzjoni tmexxiet bla intoppi, l-UE kienet lesta li tibda reviżjoni tal-miżuri restrittivi kontra l-mexxejja tal-Belarus, u li tieħu passi pożittivi u konkreti li jwasslu biex bil-mod jiġu stabbiliti mill-ġdid ir-relazzjonijiet mal-Belarus, |
|
G. |
billi ma ngħata ebda widen għat-talba tal-Forzi Demokratiċi Magħqudin tal-Belarus biex il-gvern ikun involut fi djalogu miftuħ dwar il-proċess elettorali; billi l-kandidati tal-oppożizzjoni wrew tħassib dwar il-ġustizzja tal-proċess elettorali, waqt li rreferew għan-nuqqas ta’ fiduċja tagħhom fil-proċess ta’ votazzjoni u fit-tmexxija mistennija tal-għadd tal-voti, |
|
H. |
billi l-Missjoni ta’ Osservazzjoni tal-elezzjoni tal-OSCE ddikjarat fil-konklużjonijiet preliminari tagħha li għalkemm kien hemm xi titjib żgħir, l-elezzjonijiet tat-28 ta’ Settembru 2008, li saru f’ambjent ikkontrollat b’mod strett b’kampanja li bil-ħniena nħasset u kienu kkaratterizzati b’nuqqas ta’ trasparenza fl-għadd tal-voti u fil-ġbir tar-riżultati mill-postijiet tal-votazzjoni differenti, fl-aħħar mill-aħħar ma laħqux l-istandards demokratiċi rikonoxxuti fuq livell internazzjonali, |
|
I. |
billi l-oppożizzjoni, li ma rebħet l-ebda wieħed mill-110 siġġijiet, għarfet l-elezzjonijiet bħala farsa, u esprimiet il-biża’ li kien intemm il-perjodu ta’ „namur“ bejn il-President Lukashenko u d-demokrazija u stiednet lill-UE u lill-Istati Uniti biex ma jirrikonoxxux ir-riżultati tal-elezzjoni, |
|
J. |
billi Lidiya Yarmoshyna, kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Belarus, iddikjarat li l-elezzjonijiet li saru kienu „ħielsa u ġusti“, |
|
K. |
billi madwar 800 partitarju tal-oppożizzjoni protestaw f’Minsk tard dakinhar tal-elezzjoni, |
|
1. |
Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-priġunieri politiċi Alyaksandr Kazulin, Sergei Parsyukevich u Andrei Kim kienu nħelsu; jistenna, madankollu, li huma għandhom igawdu mid-drittijiet ċivili kollha ggarantiti liċ-ċittadini kollha tal-Belarus mill-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Belarus; |
|
2. |
Jiddispjaċih li l-progress sinifikanti fl-iżvilupp demokratiku fil-Belarus, li l-UE kienet ittamat li jkun hemm, fl-interess tal-poplu tal-Belarus, ma seħħx, u li, minkejja xi titjib żgħir, l-elezzjonijiet parlamentari tat-28 ta’ Settembru 2008 fil-Belarus fl-aħħar mill-aħħar ma laħqux l-istandards internazzjonali; |
|
3. |
Jemmen li l-parlament li ġie elett fil-Belarus huwa ta’ leġittimità demokratika dubjuża; |
|
4. |
Jinsab imħasseb li d-dimostrazzjoni li organizzat l-oppożizzjoni fit-28 ta’ Settembru 2008 f’Minsk ġie deskritt bħala ksur serju tal-ordni pubbliku mill-Ministeru ghall-Intern, u huwa mħasseb ukoll dwar rapporti li taghrif dwar id-dimostrazzjoni kien se jiġi arkivjat fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali għal evalwazzjoni legali; jistieden lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-libertà ta’ assemblea u ta’ espressjoni, kif definit fil-kostituzzjoni tal-Belarus; |
|
5. |
Jinnota li, filwaqt li l-Unjoni Ewropea nnotat il-ħelsien riċenti ta’ diversi attivisti demokratiċi tal-oppożizzjoni u ttamat li jkun hemm titjib fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet, in-nuqqas persistenti tal-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti se jkun pass ieħor lura għall-Belarus u se jkompli jkun ta’ sfida serja għar-rabtiet bejn il-Belarus u l-Unjoni Ewropea; |
|
6. |
Jistieden lill-Gvern tal-Belarus sabiex jikkonferma d-dikjarazzjonijiet tiegħu li huwa lest li jtejjeb il-koperazzjoni mal-UE u li joħloq kundizzjonijiet li jiffavorixxu aktar il-bidu ta’ taħditiet bejn l-UE u l-Belarus; |
|
7. |
Jistieden, f’dan il-kuntest, lill-Gvern tal-Belarus biex jersaq lejn elezzjonijiet futuri li jkunu ġenwinament demokratiċi skont l-istandards demokratiċi internazzjonali billi jagħmel ċertu tibdiliet fil-liġi u l-prattika elettorali, bħal:
|
|
8. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Belarus biex jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem billi:
sabiex jintemm l-iżolament tal-pajjiż milll-bqija tal-Ewropa impost minnu stess u sabiex ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Belarus jitjiebu b’mod sinifikanti; |
|
9. |
Ifakkar li fil-21 ta’ Novembru 2006 l-Unjoni Ewropea ddikjarat li hi lesta li ġġedded ir-relazzjoni tagħha mal-Belarus u l-poplu tiegħu fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat hekk kif il-Gvern tal-Belarus juri rispett għall-valuri demokratiċi u għad-drittijiet bażiċi tal-poplu tal-Belarus; |
|
10. |
Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu d-djalogu mal-Belarus u biex joħolqu politika fir-rigward tal-Belarus, suġġetti għal kundizzjonalità strettament pożittiva b’approċċ ta’ pass wara pass gradwali, mgħammra b’benchmarks, skedi, klawżola ta’ reviżjoni u riżorsi finanzjarji adegwati; |
|
11. |
Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu reviżjoni selettiva u s-sospensjoni possibbli ta’ miżuri restrittivi eżistenti, bil-għan li jinħolqu vantaġġi għaċ-ċittadini normali u jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ soċjetà ħielsa; |
|
12. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ma jneħħux il-projbizzjoni tal-viża għal dawk li huma mdaħħlin fil-ksur tal-istandards demokratiċi elettorali u d-driittijiet tal-bniedem; jitlob biex tiġi kkunsidrata sospensjoni parzjali ta’ sitt xhur ta’ din is-sanzjoni għal uffiċjali oħra, sakemm waqt dak il-perjodu tkun emedata l-liġi restrittiva dwar il-midja li kienet adottata fi tmiem Ġunju 2008 qabel ma tkun implimentata bis-sħiħ; |
|
13. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu passi ulterjuri lejn il-faċilitazzjoni u l-liberalizzazzjoni tal-proċeduri tal-viżi għaċ-ċittadini tal-Belarus, peress li azzjoni ta’ dan it-tip hija kruċjali biex jitwettaq l-għan ewlieni tal-politika tal-UE lejn il-Belarus, jiġifieri li jiġu faċilitati u intensifikati l-kuntatti bejn il-popli u biex il-pajjiż jiġi demokratizzat; iħeġġiġhom, f’dan il-kuntest, biex jikkunsidraw il-firxa ta’ possibilitajiet li titnaqqas l-ispiża tal-viżi għaċ-ċittadini tal-Belarus li jkunu deħlin fiż-żona ta’ Schengen, li huwa l-unika mod kif jiġi evitat li l-Belarus u ċ-ċittadini tiegħu jsiru dejjem aktar iżolati; jitlob lill-awtoritajiet tal-Belarus biex itemmu l-prattika tagħhom li joħorġu viżi liċ-ċittadini tagħhom biex joħorġu, b’mod partikolari tfal u studenti; |
|
14. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw l-applikazzjoni selettiva tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (2) u l-Istrument Ewropew tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija (3) għall-Belarus billi jingħata aktar appoġġ lis-soċjetà ċivili tal-Belarus u, b’mod partikolari, biex tiżdied l-għajnuna finanzjarja lill-midja indipendenti, lill-NGOs u lill-istudenti tal-Belarus li jistudjaw barra l-pajjiż; jilqa’ b’sodisfazzjon l-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Kummissjoni lill-Università tal-Istudji Umanistiċi Ewropej tal-Belarus li tinsab f’eżilju f’Vilnius (il-Litwanja); jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jitolbu lill-gvern tal-Belarus jagħti sinjal ta’ volontà tajba u ta’ tibdil pożittiv billi jippermetti li l-Università tal-Istudji Umanistiċi Ewropej li tinsab f’eżilju f’Vilnius tirritorna b’mod legali fil-Belarus u terġa’ tistabbilixxi ruħha f’kundizzjonijiet adegwati għall-iżvilupp futur tagħha f’Minsk; Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jagħtu appoġġ finanzjarju lis-stazzjon televiżiv indipendenti tal-Belarus Belsat; |
|
15. |
Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu miżuri ħalli jtejbu l-ambjent tan-negozju, il-kummerċ, l-investiment, l-infrastuttura tal-enerġija u tat-trasport u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri bejn l-UE u l-Belarus, sabiex ikun hemm kontribut għall-benesseri u l-prosperità taċ-ċittadini tal-Belarus, kif ukoll għall-abilità tagħhom li, f’dan il-kuntest, jikkomunikaw mal-UE u jivvjaġġaw b’mod ħieles lejn l-UE; |
|
16. |
Jisgħobbih għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Belarus li ripetutament jiċħdu viżi ta’ dħul lill-membri tal-Parlament Ewropew u l-parlamentari nazzjonali f’dawn l-aħħar ftit snin; jitlob lill-awtoritajiet tal-Belarus biex ma joħolqux iktar xkiel li jżommu lid-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li jaħdmu favur ir-relazzjonijet mal-Belarus, milli jżuru l-pajjiż; |
|
17. |
Jilqa’ r-rieda tan-nazzjon tal-Belarus biex jipproteġi l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-pajjiż tiegħu; |
|
18. |
Jilqa’ l-approċċ li ħadu s’issa l-awtoritajiet tal-Belarus, minkejja l-pressjoni enormi, biex ma jirrikonoxxux l-indipendenza unilaterali ddikjarata mill-Ossetja t’Isfel u mill-Abkażja; |
|
19. |
Jinkundanna l-fatt li l-Belarus huwa l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għad għandu l-piena tal-mewt, li tmur kontra l-valuri Ewropej; |
|
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assembleji Parlamentari tal-OSCE u l-Kunsill tal-Ewropa, lis-Segretarjat tal-Komunità tal-Istati Indipendenti u lill-Parlament u l-Gvern tal-Belarus. |
(1) Testi Adottati, P6_TA(2008)0239.
(2) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.
(3) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/31 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
Aġenda tal-Iżvilupp ta' Doha tad-WTO
P6_TA(2008)0471
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġejjieni tal-Aġenda tal-Iżvilupp ta' Doha tad-WTO
2010/C 9 E/05
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-14 ta' Novembru 2001,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu rigward l-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA),
wara li kkunsidra d-Dokument Finali tas-Sessjoni Annwali 2008 tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO, adottat b'kunsens fit-12 ta' Settembru 2008 f'Ġinevra,
wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
|
A. |
billi l-laqgħat ministerjali tad-WTO maħsuba biex jikkonkludu r-Rawnd ta' Doha għall-Iżvilupp (“Rawnd ta' Doha”) twaqqfu fl-aħħar ta' Lulju tal-2008, |
|
B. |
billi n-negozjati waqfu f'Ġinevra f'Lulju tal-2008; billi nkiseb xi progress fuq ċerti kwistjonijiet, filwaqt li kwistjonijiet importanti oħra għall-konklużjoni ta' modalitajiet sħaħ ma ġewx indirizzati fil-ftehima ta' qafas, |
|
C. |
billi l-interessi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b'mod partikulari l-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs), kif ukoll l-impenn tal-membri kollha tad-WTO għar-Rawnd ta' Doha, għandhom jinżammu fil-qalba tan-negozjati, |
|
D. |
billi n-nuqqas li jiġi finalizzat ir-Rawnd ta' Doha jwassal għal żieda fl-inċertezza tal-ekonomija globali preżenti u jista' jipperikola l-kredibilità tas-sistema tal-kummerċ multilaterali u dan imbagħad iwassal għal qabża favur ftehimiet kummerċjali bilaterali u reġjonali, |
|
1. |
Jesprimi id-diżappunt u t-tħassib tiegħu għall-fatt li t-taħdidiet ministerjali tad-WTO f'Lulju 2008 kellhom jitwaqqfu; |
|
2. |
Itenni l-impenn sħiħ tiegħu għall-istrateġija multilaterali għall-politika kummerċjali u sabiex id-WTO tkun tista' tiggarantixxi riżultat komprensiv, ambizzjuż u bbilanċjat għall-kummerċ internazzjonali b'rispett sħiħ għall-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti; |
|
3. |
Huwa konvint li fil-kuntest preżenti, ikkaratterizzat bi kriżi ekonomika u finanzjarja, konklużjoni pożittiva tar-Rawnd ta' Doha tista' tkun fattur li jwassal għal stabilità; |
|
4. |
Jemmen li jiġri x'jiġri fil-kuntest tal-progress tad-DDA, id-WTO, flimkien mal-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra, għandha bżonn tindirizza, b'mod konsistenti u urġenti, l-isfidi globali l-ġodda li fihom il-kummerċ għandu parti importanti, bħas-sigurtà tal-ikel, l-enerġija, l-Għajnuna għall-Kummerċ u l-bidla fil-klima; |
|
5. |
Huwa konxju bis-sħiħ tad-diffikultajiet tal-prinċipju ta' Impenn Uniku; jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar sa issa matul in-negozjati, liema progress għandu jipprovdi bażi importanti u kkonsolidata għal-laqgħa li jmiss sabiex jitkompla r-Rawnd ta' Doha u sabiex jinkiseb riżultat ta' suċċess; |
|
6. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti tal-Amerka, kif ukoll lill-G20 bħala parteċipanti ekonomiċi ġodda importanti, biex jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom fin-negozjati attwali, biex jirrispettaw bis-sħiħ l-ispirtu tar-Rawnd ta' Doha u biex jagħmlu kull sforz biex jilħqu ftehim kemm jista' jkun malajr; għal darb'oħra jenfasizza l-importanza tad-divrenzjar bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-pajjiżi emerġenti; |
|
7. |
Jistieden lill-Indja u lill-Istati Uniti tal-Amerka biex isibu soluzzjoni politika għall-kwistjoni dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' Mekkaniżmi ta' Salvagwardja Speċjali (SSM) biex jiġi żgurat bilanċ ġust bejn il-kummerċ u t-tħassib tas-sigurtà tal-ikel, sabiex tkun tista' ssir kontinwazzjoni tan-negozjati tad-DDA f'Ġinevra dwar kwistjonijiet oħra pendenti; |
|
8. |
Jitlob lill-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw aktar avvanzati biex isegwu l-inizjattiva Kollox barra l-Armi tal-UE, li toffri aċċess għas-suq mingħajr l-ebda dazju u mingħajr l-ebda kwota għall-LCDs; jenfasizza wkoll l-importanza tal-Għajnuna għall-Kummerċ; |
|
9. |
Jemmen li l-bżonnijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u speċjalment ta' LDCs għandhom jingħataw prijorità fin-negozjati tad-DDA, filwaqt li l-iżvilupp ikun fil-quċċata tal-kunsiderazzjonijiet kollha; |
|
10. |
Jemmen li d-diffikultajiet marbuta mad-DDA jenfasizzaw il-bżonn, ladarba r-Rawnd ta' Doha jintemm, biex tkun indirizzata b'urġenza l-kwistjoni tar-riforma tad-WTO sabiex tkun aktar effettiva u trasparenti u biex titjieb il-leġittimità demokratika, ir-responsabilità, it-trasparenza l-inklussività u l-integrità tagħha fl-istruttura usa' tal-governanza globali; jemmen li l-parlamentari għandhom jeżerċitaw skrutinju saħansitra aktar rigoruż u effettiv fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali; |
|
11. |
Itenni l-bżonn ta' għajnuna teknika mmirata u l-bini tal-kapaċità biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu megħjuna jinvolvu ruħhom effettivament fid-DDA; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill biex jistabbilixxu ftehima fl-ispirtu tat-Trattat ta' Liżbona sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tal-Parlament fin-negozjati internazzjonali tal-UE; |
|
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lid-Direttur Ġenerali tad-WTO. |
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/33 |
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008
L-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa fl-Unjoni Ewropea
P6_TA(2008)0473
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar l-indirizzar tal-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa fl-Unjoni Ewropea (2008/2074(INI))
2010/C 9 E/06
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 bl-isem “Li tindirizza l-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa fl-Unjoni Ewropea” (COM(2007)0414) (“il-Komunikazzjoni”),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (1) (“id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma”),
wara li kkunsidra r-rapport dwar l-evalwazzjoni tal-impatt u l-istudji mħejjija mill-Istitut għall-Politika Ambjentali Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Settembru 2003 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-immaniġġjar tal-ilma fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-prijoritajiet għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE (2),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar id-diżastri naturali (nirien tal-foresti, nixfa u għargħar) — l-aspetti agrikoli (3),
wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura (A6-0362/2008),
|
A. |
billi l-kwistjoni tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa mhix limitata ġeografikament għall-Unjoni Ewropea iżda għandha riperkussjonijiet internazzjonali u hija problema globali; billi diġà jeżistu kunflitti internazzjonali dwar l-ilma u hemm perikolu dejjem jikber li dawn jiżdiedu fil-frekwenza, |
|
B. |
billi l-ilma huwa essenzjali għall-ħajja u huwa prodott komuni li m’għandux jiġi mminimizzat għal sempliċiment prodott bażiku; billi l-politika kollha dwar l-ilma għandha tkun immexxija mill-assigurazzjoni li kulħadd ikollu aċċess ġust għall-ilma, inklużi l-ġenerazzjonijiet futuri, |
|
C. |
billi l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa jirrappreżentaw sfida maġġuri b’impatti soċjo-ekonomiċi u ambjentali relevanti fl-UE; billi l-impatt ekonomiku totali tan-nixfa fil-livell tal-UE fl-aħħar 30 sena hu stmat għal EUR 100 biljun, |
|
D. |
billi l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa diġà jaffettwaw diversi partijiet tal-UE b’madwar għoxrin fil-mija tal-popolazzjoni tal-UE li tgħix f’pajjiżi li r-riżorsi tal-ilma tagħhom jgħaddu minn stress, |
|
E. |
billi d-deżertifikazzjoni li qed taffettwa l-pajjiżi tal-komunità f’livelli differenti qed tfaqqar l-ambjent naturali u qed twassal għad-degradazzjoni tal-ħamrija u konsegwentament għat-telf tal-valur agrikolu tagħha, |
|
F. |
billi l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa ma jinħassux bl-istess intensità fir-reġjuni kollha tal-UE, filwaqt li l-ikbar intensità tinħass fl-Istati Membri li qegħdin iktar lejn in-Nofsinhar, |
|
G. |
billi hemm differenzi reġjonali sinifikanti fix-xejra li qed jieħdu l-problemi li qed jirriżultaw mill-iskarsezza tal-ilma u min-nixfa; billi l-aħjar mod hu li miżuri għall-iffaċċjar ta’ dawn il-problemi jkunu bbażati fuq approċċ reġjonali, |
|
H. |
billi l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa ġraw bi frekwenza u severità dejjem jiżdiedu matul l-aħħar 30 sena u billi l-bidla fil-klima possibilment taggrava s-sitwazzjoni, billi tikkontribwixxi għal żieda ta’ avvenimenti idroloġiċi estremi fl-UE u barra l-UE, li probabilment jaffetwaw kemm il-kwalità kif ukoll il-kwantità tar-riżorsi tal-ilma, |
|
I. |
billi t-tendenzi fl-użu tal-ilma mhumiex sostenibbli peress li l-UE qed tkompli taħli 20 % mill-ilma tagħha minħabba l-ineffiċjenza, |
|
J. |
billi n-nixfa intensa, flimkien ma’ anqas xita, qed iżidu dejjem aktar il-periklu ta’ nirien tal-foresti, kif deher ċar fin-nirien devastanti li riċentement ħakmu l-Ewropa tan-Nofsinhar, |
|
K. |
billi ma teżisti ebda valutazzjoni komprensiva, teknika u xjentifikament solida dwar is-sitwazzjoni tal-kwantità tal-ilma fl-UE; billi d-data disponibbli fil-livell reġjonali u dwar il-varjazzjonijiet tal-istaġun hija limitata ħafna, |
|
L. |
billi l-iskarsezza tal-ilma tista’ tkun ir-riżultat ta’ kawżi naturali, attivitajiet tal-bniedem jew tar-relazzjoni reċiproka bejn it-tnejn, kemm permezz ta’ użu żejjed tal-provvista naturali jew permezz tad-degradazzjoni tal-kwalità tal-ilma; billi l-użu ħażin tal-ilma huwa wieħed mill-kawżi tad-deżertifikazzjoni, |
|
M. |
billi t-turiżmu jżid aktar it-talba għall-ilma, partikolarment matul il-perjodu tas-sajf u fiz-zoni tal-kosta tal-Ewropa tan-Nofsinhar, |
|
N. |
billi t-tqajjim tal-kuxjenza u l-provvista ta’ informazzjoni tajba liċ-ċittadini fil-forom differenti, pereżempju permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni u edukazzjoni, hija ta’ importanza elementari biex ikunu faċilitati bidliet fl-imġiba u fil-prattiki u biex titrawwem kultura li ma taħlix ilma u li l-ilma jintuża b’mod effiċjenti, |
|
O. |
billi l-provvista pubblika tal-ilma huwa servizz pubbliku fundamentali marbut mas-saħħa pubblika li m’għandux jiġi ostakolat, |
|
P. |
billi l-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa huma kwistjonijiet ambjentali kumplessi, u għaldaqstant għandhom ikunu regolati mill-qrib ma’ kwistjonijiet ambjentali oħra u b’kunsiderazzjoni tagħhom, |
|
Q. |
billi l-agrikoltura, bħala settur produttiv, tbati ħafna mill-effetti tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa, waqt li fl-istess ħin għandha rwol importanti fil-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma disponibbli, |
|
R. |
billi l-agrikoltura multifunzjonali fl-UE għandha rwol importanti fil-preservazzjoni tal-pajsaġġi, tal-bijodiversità u tal-ilma nadif u għalhekk għandha bżonn l-appoġġ finanzjarju għal ċerti miżuri kif ukoll għall-pariri xjentifiċi dwar il-ġestjoni tal-ilma, |
|
S. |
billi l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa jirrappreżentaw fattur notevoli li jkompli jgħolli l-prezzijiet tal-materja prima agrikola; billi hu neċessarju li tkun garantita provvista stabbli tal-ikel, |
|
T. |
billi kwantitajiet kbar ta’ ilma huma meħtieġa fl-agrikoltura u, minħabba li din għaldaqstant tiddependi fuq il-provvista tal-ilma, l-agrikoltura trid tkun inkluża bħala parti responsabbli mis-sistemi reġjonali integrati ta’ ġestjoni tal-ilma fejn għandu x’jaqsam l-użu bbilanċjat tal-ilma, it-twaqqif tal-ħela tal-ilma, l-adattament tal-pajsaġġ u l-ippjanar tal-uċuħ tar-raba, kif ukoll il-ħarsien tal-ilma mit-tniġġis, |
|
U. |
billi n-nixfa tiffavorixxi wkoll il-proliferazzjoni ta’ ċerti pesti fitosanitarji, u b’hekk tipprovoka tnaqqis notevoli fil-ħsad, |
|
V. |
billi r-Raba’ Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (COM(2007)0273) jidentifika li l-bidla fil-klima, b’mod partikolari n-nixfa u l-iskarsezza tal-ilma, hi waħda mill-isfidi l-ġodda b’implikazzjonijiet territorjali kbar li trid tiġi trattata mill-politika ta’ koeżjoni, u li sa llum din il-problema affettwat lil 11 % tal-popolazzjoni u 17 % tat-territorju tal-Unjoni Ewropea, |
|
1. |
Jilqa’ b’sodissfazzjon il-Komunikazzjoni u jappoġġa l-ewwel sensiela proposta ta’ għażliet dwar il-politika, imma jiddispjaċih li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha huwa limitat għal-livell tal-UE u tal-Istati Membri biss; ifakkar li l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa huma problemi b’dimensjoni internazzjonali u li għandha tittieħed azzjoni b’mod li jirrifletti dan; |
|
2. |
Jenfasizza li n-natura transreġjonali u transkonfinali tal-baċiri tax-xmajjar jista’ jkollha impatt transkonfinali fuq ir-reġjuni tan-naħa ta’ fuq u t’isfel tax-xmajjar, u li għaldaqstant huwa indispensabbli għall-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali li jikkooperaw fil-kwistjoni tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa, filwaqt li jkun żgurat użu sostenibbli u tajjeb tar-riżorsi tal-ilma; iqis li l-ispeċifiċità tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa tirrikjedi azzjoni kkoordinata fil-livell ta’ UE u tal-Istati Membri, kif ukoll fil-livell tal-gvernijiet reġjonali u lokali; |
|
3. |
Jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tillimita ruħha għall-promozzjoni ta’ objettivi ġenerali, billi tipproponi numru limitat biss ta’ miżuri preċiżi u ebda skadenza konkreta għall-implimentazzjoni tagħhom f’reġjuni mminaċċati mill-iskarsezza tal-ilma u min-nixfa; jiddispjaċih li m’hemmx miri realistiċi u limiti ta’ żmien biex dawn jintlaħqu, kif ukoll li m’hemmx enfasi fuq il-bżonn ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta programm kontinwu, b’mod partikolari rapport dwar il-progress fl-2009 u r-reviżjoni u l-iżvilupp tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jenfasizza l-importanza tar-reġjuni bħala forza ta’ tmexxija wara l-innovazzjoni teknoloġika fil-qasam tal-ilma, meta jkun ikkunsidrat li l-effiċjenza tal-ilma hi fattur importanti għall-kompetittività; iħeġġeġ, għalhekk, lill-awtoritajiet reġjonali biex jikkunsidraw il-kooperazzjoni interreġjonali fil-livell nazzjonali u fil-livell internazzjonali, l-iskambju tal-informazzjoni u s-sħubiji strateġiċi bl-għan li tiġi organizzata ġestjoni reġjonali tal-ilma effiċjenti; |
|
5. |
Jistieden lill-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex japprofittaw ruħhom mill-opportunitajiet kbar offruti mill-Fondi Strutturali u jinvestu fit-titjib jew it-tiġdid tal-infrastruttura u t-teknoloġija eżistenti, b’mod partikulari f’reġjuni fejn ir-riżorsi tal-ilma jinħlew minħabba t-tnixxija fil-pajpijiet tal-ilma, inklużi, b’mod speċifiku, teknoloġiji nodfa li jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tal-ilma u jistgħu jiġu marbuta mal-immaniġġjar integrat tar-riżorsi tal-ilma (IRM), b’mod partikulari sabiex jindirizzaw l-isfida tal-effiċjenża fir-rigward tal-ilma (mil-lat ta’ ffrankar u mil-lat ta’ użu mill-ġdid) fis-setturi industrijali u tal-biedja kif ukoll min-naħa tal-konsumaturi domestiċi, inkluż fil-ġżejjer u fl-ibgħad reġjuni; |
|
6. |
Jinsisti, f’dan ir-rigward, li l-allokazzjoni tal-fondi infrastrutturali għandha tkun orjentata lejn it-titjib tal-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma u konformi mal-ħtiġijiet eżistenti; |
|
7. |
Ifakkar li għandu jkun preferut l-approċċ min-naħa tat-talba fl-immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma; hu tal-opinjoni, madankollu, li l-UE għandha tadotta approċċ olitisku meta timmaniġġja r-riżorsi tal-ilma, li jgħaqqad flimkien miżuri ta’ mmaniġġjar tat-talba, miżuri li jtejbu r-riżorsi eżistenti fi ħdan iċ-ċiklu tal-ilma, u miżuri li joħolqu riżorsi ġodda, u li l-approċċ hemm bżonn li jintegra l-kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi; |
|
8. |
Jinnota li l-miżuri min-naħa tal-provvista għandhom wkoll jitqiesu, bil-għan li tinkiseb l-aktar soluzzjoni li tkun ekonomikament u ambjentalment effiċjenti, filwaqt li l-bilanċ bejn il-provvista u t-talba jiġi ottimizzat, u filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm provvista pubblika kontinwa ta’ ilma inkluż waqt kundizzjonijiet ta’ nixfa, b’konformità mal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli; huwa tal-fehma li għandha titħeġġeġ azzjoni sabiex tiġi stabbilita ġerarkija effettiva tal-użu tal-ilma, u li l-bini ta’ rotot sabiex l-ilma jiġi ttrasportat fuq distanzi kbar m’għandhiex tkun soluzzjoni għall-problema tal-iskarsezza tal-ilma; jisħaq, madankollu, fuq l-importanza li miżuri min-naħa tal-provvista jista’ jkollhom għar-reġjuni l-aktar affettwati mill-iskarsezza tal-ilma u min-nixfa, li jistgħu jieħdu forma ta’ possibilitajiet tradizzjonali, bħall-bini ta’ infrastruttura li tirregola minn fejn jgħaddi l-ilma, jew soluzzjonijiet alternattivi u innovattivi bħall-użu mill-ġdid sostenibbli ta’ ilma għar-rimi jew id-desalinazzjoni; |
|
9. |
Jenfasizza l-kontribut tal-popolazzjoni agrikola Ewropea fil-ġlieda kontra l-erożjoni tal-ħamrija u d-deżertifikazzjoni u jitlob li jkun rikonoxxut l-irwol kruċjali tal-produtturi Ewropej fl-ippreservar tal-veġetazzjoni f’reġjuni milquta minn nixfa persistenti jew mhedda mir-ramel li jinġarr mir-riħ; jenfasizza l-benefiċċji speċifiċi ta’ uċuħ tar-raba’ permanenti, tal-ġonna tas-siġar tal-frott u tal-għelieqi tad-dwieli, tal-mergħat u tal-foresti għall-ġbir tal-ilma; |
|
10. |
Jenfasizza l-importanza tal-kwistjoni tal-ġestjoni tal-ilma f’zoni muntanjużi u jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw sens ta’ solidarjetà bejn l-utenti fiz-zoni ta’ fuq u dawk fiz-zoni t’isfel; |
|
11. |
Ifakkar fir-rabta bejn il-bidla fil-klima, l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa u l-kura territorjali integrata mmirata lejn il-manteniment u l-preservazzjoni tar-riżorsi lokali tal-ilma u hu mħasseb ħafna dwar l-impatt li possibilment ikun hemm fuq is-saħħa pubblika; jitlob li jitqies l-impatt fuq ir-riżorsi tal-ilma meta jiġu mfassla l-politiki għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima; jitlob li jsir studju fil-fond dwar ir-relazzjoni reċiproka bejn l-iżvilupp tal-bijofjuwils u d-disponibilità tar-riżorsi tal-ilma; jitlob, bl-istess mod, li ssir evalwazzjoni speċifika tal-installazzjonijiet b’konsum għoli tal-ilma; jisħaq fuq il-bżonn li l-kwistjoni tal-ilma tkun integrata sistematikament fl-oqsma kollha tal-politiki u li jinħoloq approċċ tassew integrat meta din tkun indirizzata, inklużi l-istrumenti finanzjarji u legali kollha tal-UE; jissottolinja li l-livelli politiċi kollha (nazzjonali, reġjonali u lokali) għandhom ikunu involuti fil-proċess; |
|
12. |
Jemmen li għandha tiġi stabbilità rabta bejn l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa u l-bidla fil-klima u l-istrateġiji speċifiċi għalihom, filwaqt li wieħed għandu jżomm f’moħħu li t-tħassib fir-rigward tal-adattament għall-bidla fil-klima għandu jiġi integrat bħala prijorità fl-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; |
|
13. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jirrikonoxxu li d-deforestazzjoni u l-iżvilupp urban bla rażan qed iwasslu għal żieda fl-iskarsezza tal-ilma; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet ikkonċernati biex iqisu kwistjonijiet marbuta mal-ilma fl-ippjanar tal-użu tal-art, l-aktar f’dak li jikkonċerna l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi f’baċiri ta’ xmajjar sensittivi, inkluż fil-gżejjer u fl-ibgħad reġjuni; jenfasizza li kwalunkwe provvista ta’ ilma, independentement mill-iskop tal-konsum tagħha, trid tkun konformi mal-prinċipju ta’ tariffi ġusti għall-ilma, u b’hekk tinkoraġġixxi lill-kumpanniji b’mod speċjali sabiex jużaw l-ilma b’mod aktar effiċjenti; |
|
14. |
Jenfasizza li r-reviżjoni tal-prijoritajiet tal-baġit tal-Komunità għandha tagħti prijorità aktar għolja lill-miżuri ambjentali u, b’mod partikulari, lill-politiki mfassla biex jikkumbattu l-effetti tal-bidla fil-klima, li jinkludu n-nixfa u l-iskarsezza tal-ilma, waqt li tiżgura li jkunu disponibbli r-riżorsi addizzjonali meħtieġa; |
|
15. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra r-rabta intersettorjali bejn l-impatt soċjali u dak ekonomiku tal-bidla fil-klima fuq l-użu tal-art u l-ispejjeż tal-enerġija assoċjati mal-bidla fil-klima; iħeġġeġ lill-UE sabiex twettaq l-evalwazzjonijiet kollha dwar l-effiċjenza tal-ilma billi tuża indikaturi oġġettivi u ekonomiċi; |
|
16. |
Jagħraf li l-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa għandhom effetti diretti fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; isostni li dan għandu jitqies b’mod adegwat fl-iżvilupp tal-politika ġejjiena tal-koeżjoni, u li l-miżuri kollha baġitarji u l-istrumenti oħra meħtieġa għandhom isiru disponibbli għal dan l-għan; |
|
17. |
Jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li s-sitwazzjoni ekonomika, il-kompetittività u l-opportunitajiet tal-iżvilupp ta’ reġjun huma ddeterminati mill-kwistjonijiet ambjentali kumplessi msemmija fil-komunikazzjoni hawn fuq; |
|
18. |
Jirrikonoxxi l-importanza tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma bħala qafas biex jinkiseb “status tajjeb” għall-ilmijiet Ewropej kollha, biex jiġu promossi l-kooperazzjoni interreġjonali, l-użu sostenibbli tal-ilma u l-ħarsien tar-riżorsi disponibbli tal-ilma filwaqt li jingħata kontribut biex jittaffu l-effetti tal-għargħar u tan-nixfa, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha biex jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tagħha u biex jiġi żgurat li miżuri dwar l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa ma jkollhom ebda effett negattiv fuq l-objettivi għall-kwalità tal-ilma; |
|
19. |
Jisħaq dwar il-ħtieġa li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta’ “nixfa fit-tul” (fil-kuntest tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) u l-implikazzjonijiet tagħha għall-kisba tal-objettivi ambjentali tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma f’perjodi ta’ nixfa u wara perjodi bħal dawn; jirrimarka li l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa huma relatati imma differenti, u għalihom għandhom jiġu adottati strateġiji differenzjati; |
|
20. |
Jisħaq li hemm rabta mill-qrib bejn in-nixfa, it-telf tal-ħamrija, id-deżertifikazzjoni u n-nirien tal-foresti; |
|
21. |
Hu tal-fehma li l-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċir tax-xmara skont d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma għandu jintegra wkoll l-immaniġġjar tan-nixfa u ta’ diżastri idrometeoroloġiċi oħra u jistabbilixxi mmaniġġjar tal-kriżi mfassal għall-bżonnijiet konkreti tal-baċiri tax-xmajjar li jkunu mminaċċati mill-iskarsezza tal-ilma u min-nixfa, inklużi kooperazzjoni transkonfinali, parteċipazzjoni pubblika u sistemi ta’ twissija bikrija f’livelli differenti, jiġifieri dak Ewropew, nazzjonali, reġjonali u dak lokali; jenfassizza l-ħtieġa li jiġi evitat il-ħolqien ta’ ostakoli għar-rotot naturali tax-xmajjar fi sforz sabiex l-għargħar jonqos, u jħeġġeġ evalwazzjoni tal-impatt aktar estensiva fir-rigward tal-issiġillar tar-rotot naturali tal-fluss tal-ilma; |
|
22. |
Jenfasizza l-irwol tal-foresti fiċ-ċiklu tal-ilma u l-importanza ta’ taħlita bbilanċjata ta’ foresti, mergħat u art agrikola għall-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma; jenfasizza, b’mod partikolari, l-irwol tal-ħamrija b’kontenut organiku għoli u l-adattazzjoni taċ-ċiklu tal-uċuħ tar-raba’; iwissi li l-konsum dejjem jiżdied tal-art huwa theddida għall-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel u l-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma; |
|
23. |
Jirrimarka li d-deżertifikazzjoni hija marbuta mill-qrib mal-ekonomija tal-foresti; iħeġġeġ li l-afforestazzjoni tintuża aktar sabiex il-fluss tal-ilma fil-wiċċ u taħt l-art jitrażżan u jittaffa u sabiex jonqsu d-degradazzjoni u t-telf tal-ħamrija; |
|
24. |
Jirrakkomanda li l-mekkaniżmu Komunitarju għall-protezzjoni ċivili tagħmel provvedimenti għal interventi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jirriżultaw minn nixfa qawwija; |
|
25. |
Jenfasizza l-importanza li terġa’ ssir evalwazzjoni tal-kwantitajiet disponibbli tal-ilma ta’ taħt l-art fl-UE kollha u tar-regoli li jmexxu l-użu tiegħu, bl-għan ewlieni li jiġi żgurat l-użu razzjonali tar-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art skont il-ħtieġa tal-pajjiż individwali; |
|
26. |
Jinnota li l-Komunikazzjoni ma tindirizzax il-problemi li jinħolqu f’diversi reġjuni minħabba li d-drenaġġ ma jiġix ippurifikat; |
|
27. |
Jisħaq li m’għandhiex tintesa l-ħtieġa li jkunu protetti r-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art jekk dawn għandhom ikunu inklużi fl-immaniġġjar ġenerali tar-riżorsi tal-ilma; |
|
28. |
Jitlob lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex iqisu l-elementi ewlenin tal-komunikazzjoni dwar l-isfida tan-nuqqas tal-ilma u tan-nixfa fi ħdan setturi politiċi oħra, biex ikunu evitati effetti negattivi fil-qasam tal-ħarsien tar-riżorsi tal-ilma; |
|
29. |
Jisħaq li l-esperjenza dinjija turi li d-devjazzjoni tax-xmajjar twassal għal ħsara irreparabbli fil-kundizzjonijiet ekoloġiċi u idromorfoloġiċi, u tista’ tfisser li n-nies ikollhom jitilqu djarhom u li n-negozji jkollhom jirrilokaw, u b’hekk issir ħsara lill-koeżjoni soċjali u ekonomika; jistieden lill-Istati Membri sabiex jevitaw kwalunkwe deterjorazzjoni tal-baċiri tax-xmajjar tagħhom u sabiex jirrispettaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 1 u 4 tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex l-iffinanzjar tal-UE tagħtih biss lil proġetti li jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti; |
|
30. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill biex mingħajr aktar dewmien jadotta deċiżjoni dwar il-proposta ta’ Regolament li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (COM(2005)0108), biex titjieb id-definizzjoni tal-kriterji u tas-sitwazzjonijiet eliġibbli, inklużi sitwazzjonijiet ta’ nixfa, u b’hekk ikun aktar possibbli li tittieħed azzjoni kontra d-diżastri naturali b’mod aktar effettiv, flessibbli u bil-ħeffa, meta jitqies li l-Parlament diġà adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-18 ta’ Mejju 2006 (4); |
|
31. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-iffrankar tal-ilma hu l-ewwel prijorità tal-Kummissjoni bħala reazzjoni għall-iskarsezza u l-perjodi ta’ nixfa; f’dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-użu tal-Fondi Strutturali ma jaħdimx kontra din il-prijorità, sabiex tinkorpora l-immaniġġjar tal-ilma bħala kriterju li l-proġetti jridu jissodisfaw, u sabiex jikseb evidenza tal-użu sħiħ mill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-iffrankar tal-ilma u tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma, qabel ma jingħataw finanzjament mill-Fondi Strutturali; |
|
32. |
Iqis li fejn mogħdija tal-ilma tgħaddi minn iktar minn Stat Membru wieħed, hu meħtieġ li tiddaħħal il-kooperazzjoni interreġjonali u transnazzjonali għall-ġestjoni integrata tal-mogħdijiet tal-ilma, b’mod partikolari b’rabta mal-agrikoltura; |
|
33. |
Ifakkar li kważi 20 % tal-ilma fl-UE qed jintilef minħabba l-ineffiċjenza tal-ilma u jisħaq fuq il-bżonn għal investimenti maġġuri sabiex jittejbu l-progress tekniku fis-setturi ekonomiċi kollha (b’attenzjoni speċjali fuq l-iżjed użi intensivi tal-ilma u s-setturi fejn il-potenzjal tal-iffrankar tal-ilma huwa l-iżjed sinifikanti); jinnota li l-immaniġġjar ħażin tal-ilma hija problema li taffettwa l-iskarsezza tal-ilma, u li jista’ jkollu iżjed impatti negattivi fiż-żminijiet tan-nixfa għad li ma jikkawżahiex, għax in-nixfa hija fenomenu naturali; |
|
34. |
Jipproponi lill-Kummissjoni — peress li l-problema tal-iskarsezza tal-ilma u tal-perjodi ta’ nixfa hija marbuta mill-qrib mal-kwistjonijiet kumplessi tal-użu ħali tal-ilma — li l-kriterju tal-użu ekonomiku tal-ilma għandu jiġi inkorporat mas-sistema ta’ kundizzjonijiet għall-għotja ta’ sussidji minn-fondi tal-UE; |
|
35. |
Iħeġġeġ lill-UE biex tappoġġja t-teknoloġija, l-iskambji tal-aħjar prattiki u l-innovazzjoni li jużaw inqas ilma u enerġija u li jkunu mmirati biex itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-ilma; |
|
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni — waqt li jżomm f’moħħu li t-telf ikkawżat mill-provvista tan-netwerk tat-tnixxijiet tal-ilma pubbliku f’ċentri urbani jista’ jaqbeż il-50 % — biex tikkunsidra l-possibilità li tippromwovi netwerk ta’ bliet biex jinkoraġġixxu l-użu sostenibbli tal-ilma bil-għan li jiskambjaw prattiki tajbin bħall-użu mill-ġdid, l-iffrankar u l-effiċjenza mtejba fl-ilma u biex jaħdmu flimkien f’proġetti pilota ta’ dimostrazzjoni; jistieden, bl-istess mod, lill-awtoritajiet lokali biex itejbu n-netwerks tal-provvista għad-distribuzzjoni tal-ilma li m’għadhomx jintużaw; |
|
37. |
Jisħaq li 40 % tal-ilma użut fl-UE jista’ ma jinħeliex; jitlob li jittieħdu miżuri u inċentivi finanzjarji konkreti biex ikun promoss użu iktar effiċjenti u sostenibbli tal-ilma; jistieden, bl-istess mod, li jkun hemm installazzjoni estensiva ta’ tagħmir ta’ kejl li jkejjel il-konsum tal-ilma sabiex jitħeġġeġ l-iffrankar, l-użu mill-ġdid u l-użu effiċjenti u razzjonali tal-ilma; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri l-iżjed milquta biex jużaw parti mill-fondi strutturali tagħhom għal proġetti li jtejbu l-użu tal-ilma u l-iffrankar tal-ilma; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-baċir tax-xmara biex jagħmlu analiżi tal-ispiża f’relazzjoni mal-benefiċċju għal miżuri ta’ mmaniġġjar alternattiv tal-ilma fis-setturi kollha; |
|
38. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi missielet l-ħela tal-ilma u li jiġu bbilanċjati l-użi tal-ilma, b’mod partikulari permezz tal-użu mill-ġdid, filwaqt li jżomm f’moħħu l-valuri diversi li għandu: bijoloġiċi, soċjali, ambjentali, simboliċi, kulturali u f’termini tal-pajsaġġi u t-turiżmu; |
|
39. |
Ifakkar li l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma jistipula li “L-Istati Membri jridu jikkunsidraw il-prinċipju ta’ rkuprar tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma (…) bi qbil partikolarment mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas” u għandhom jiżguraw li, sas-sena 2010, “l-politika tal-apprezzament tal-ilma tipprovdi inċentivi adegwati għall-utenti biex jużaw ir-riżorsi tal-ilma effiċjentement (…) [u] kontribut adegwat għall-użi differenti tal-ilma (…) għall-irkupru tal-ispiża tas-servizzi tal-ilma”; |
|
40. |
Iqis li, filwaqt li l-politiki tal-immaniġġjar tal-ilma għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, dawn għandhom ikunu akkumpanjati wkoll b’miżuri li jwaqqfu t-telf sinifikanti li jirriżulta minn apparat difettuż u minn sistemi agrarji u wċuħ tar-raba’ mhux adegwati; |
|
41. |
Jisħaq li jista’ jinkiseb ħafna progress lejn użu iktar effiċjenti tal-ilma fis-settur agrikolu f’xi pajjiżi; jispera li l-kontroll tas-saħħa tal-Politika Agrikola Komuni se jikkkunsidra din il-problema u se jipproponi azzjonijiet konkreti li jippromwovu użu iktar sostenibbli tal-ilma permezz ta’ inċentivi biex jiġu mobilizzati l-aħjar prattiki u teknoloġiji disponibbli, b’mod partikolari l-appoġġ għall-iżvilupp rurali, permezz tal-konformità reċiproka, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u tal-prinċipju ta’ min juża jħallas, u l-Programmi għall-Iżvilupp Rurali; iqis li l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja miżuri biex jittejjeb l-immaniġjar tal-ilma fl-agrikoltura, billi tippromwovi l-immodernizzar tas-sistemi tal-irrigazzjoni ħalli jitnaqqas il-konsum tal-ilma u billi ssaħħaħ ir-riċerka f’dan il-qasam; |
|
42. |
Jenfasizza l-irwol li għandhom il-programmi ambjentali fil-qafas tat-tieni pilastru tal-Politika Agrikola Komuni fl-istabbiliment ta’ inċentivi għall-prattiki agrikoli li jħarsu s-sostenibilità u l-purezza tar-riżorsi tal-ilma; |
|
43. |
Jenfasizza l-fatt li l-produzzjoni tal-bijofjuwil se żżid it-talba għal kwantitajiet kbar ta’ ilma, u jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir sorveljanza mill-qrib fuq l-impatt tal-użu tal-bijofjuwils u li ssir reviżjoni regolari tal-politiki tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali dwar il-bijofjuwils; |
|
44. |
Josserva li l-utenti ewlenin tal-ilma (bħall-impjanti tal-enerġija) ma jikkonsmawx l-ilma iżda jirillaxaw l-ilma fiċ-ċiklu tal-ilma wara li jkunu użawh fil-proċessi tagħhom; jenfasizza li meta jagħmlu dan ikollhom effett qawwi fuq id-disponibilità tal-ilma tal-wiċċ, fuq is-sistemi ekoloġiċi u fuq is-saħħa pubblika minħabba li jżidu t-temperatura tal-ilma; jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu dawn l-effetti; |
|
45. |
Ifakkar li l-konsumaturi għandhom rwol maġġuri jekk irridu niksbu użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma fl-UE, u għalhekk jitlob lill-UE biex tnedi kampanja pubblika ta’ informazzjoni u ta’ edukazzjoni biex tqajjem iktar il-kuxjenza tan-nies dwar il-kwistjoni tal-ilma u tħeġġiġhom biex jieħdu azzjonijiet konkreti; |
|
46. |
Jirrimarka lill-Kummissjoni li bit-tfassil ta’ politika effiċjenti tal-prezzijiet tal-ilma li turi l-valur reali tal-ilma, din tista’ tinkoraġixxi lill-konsumaturi biex ikunu aktar ekonomiċi fl-użu tagħhom tal-ilma; |
|
47. |
Jenfasizza l-irwol ewlieni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-kampanji tat-tqajjim ta’ kuxjenza u fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet edukattivi; |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lir-reġjuni u l-bliet tal-Istati Membri sabiex iħeġġu l-iżvilupp ta’ kultura ta’ ffrankar tal-ilma fl-UE billi jippromwovu l-ġbir tal-ilma tax-xita u billi jnedu kampanji sabiex iqajmu l-kuxjenza pubblika dwar l-iffrankar tal-ilma, pereżempju permezz ta’ programmi edukattivi xierqa; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ l-iskambju tal-prattiki tajba fost ir-reġjuni, il-bliet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jiffukaw fuq miżuri għall-iffrankar tal-ilma (inkluża l-purifikazzjoni tal-ilma tax-xita u tad-drenaġġ), għat-titjib fl-effiċjenza tal-ilma u għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ perjodi ta’ nixfa; |
|
49. |
Iqis li hu meħtieġ li jkunu promossi kampanji ta’ informazzjoni, kuxjenza u taħriġ għall-produtturi sabiex jingħata kontribut attiv għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma; |
|
50. |
Hu tal-fehma li sistema ta’ ttikkettar għall-konsum tal-ilma tal-prodotti, li diġà teżisti għall-effiċjenza enerġetika, tkun għodda adegwata biex jinkiseb konsum tal-ima li jkun iżjed sostenibbli, iżda jisħaq li;
|
|
51. |
Iħeġġeġ biex il-kriterji tar-rendiment tal-ilma għandhom, fejn ikun possibbli, isiru parti mill-istandards tal-kostruzzjoni tal-bini; |
|
52. |
Iħeġġeġ lill-parteċipanti kollha biex jiżviluppaw skema volontarja għat-tikkettar ta’ mmaniġġjar sostenibbli tal-ilma u biex ifasslu programmi volontarji ta’ ffrankar tal-ilma fid-diversi setturi ekonomiċi (pereżempju l-agrikoltura, it-turiżmu, il-manifattura); |
|
53. |
Huwa tal-fehma li l-ilma jrid jibqa’ meqjus bħala wieħed mill-beni pubbliċi u bħala element fundamentali tas-sovranità ta’ pajjiż li għandu jkun aċċessibbli għal kulħadd bi prezzijiet “soċjali u ambjentali” ġusti, b’kunsiderazzjoni partikulari tas-sitwazzjoni speċifika ta’ kull pajjiż u tad-diversi sistemi agrikoli li jeżistu, kif ukoll għall-irwol soċjali tal-agrikoltura; |
|
54. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li fl-2009 tiffinanzja proġett pilota maħsub biex ikopri r-riċerka, is-sorveljanza u l-immoniterjar għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ prevenzjoni biex titwaqqaf id-deżertifikazzjoni u l-formazzjoni “steppe” fl-Ewropa biex b’hekk ikunu evitati l-erożjoni, id-deflazzjoni, it-telf agrikolu u tal-bijodiversità, jiżdiedu l-ħarsien u l-fertilità tal-ħamrija u l-kapaċità tal-ħamrija li żżomm l-ilma kif ukoll l-abilità tagħha li trażżan il-faħam; jerġa’ jtenni l-importanza li tiġi stabbilita data affidabbli u trasparenti sabiex il-politika tkun tista’ tkun tabilħaqq effettiva; |
|
55. |
Jilqa’ t-twaqqif tal-Osservatorju Ewropew tan-Nixfa u tas-sistemi ta’ twissija bikrija; jenfasizza l-importanza ta’ diskussjoni estensiva dwar l-objettivi bażiċi, il-baġit u l-organizzazzjoni tagħhom; |
|
56. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-bidu tal-operat tal-Osservatorju Ewropew tan-Nixfa fil-qafas tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u jenfasizza li dan għandu jaħdem sabiex jikkomplementa d-data nazzjonali b’tagħrif reġjonali u lokali standard dwar ix-xita u l-konsum skont l-istaġuni u skont is-setturi sabiex jissaħħaħ it-teħid ta’ deċiżjonijiet sod u strateġiku; |
|
57. |
Jenfasizza l-importanza ta’ ħamrija li jkun fiha ħafna materjal organiku, sistema adattata ta’ rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u taħlita bbilanċjata ta’ foresti, mergħat u art tar-raba’ għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma; iwissi li l-konsum dejjem akbar tal-art jikkostitwixxi theddida għall-agrikoltura, għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel u għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma; |
|
58. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa lill-Istati Membri biex jerġgħu jkabbru msaġar f’zoni affettwati minn nixfiet ċikliċi u nirien fuq bażi ta’ rispett għall-bijoklima u l-karatteristiċi ekoloġiċi tagħhom, u jittama li r-riabilitazzjoni tal-pajsaġġ rurali u urban tkun ittrattata bħala kwistjoni ta’ importanza partikolari, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-karatteristiċi lokali speċifiċi; |
|
59. |
Huwa tal-fehma li l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfiet ċikliċi aċċentwaw il-flaġell tan-nirien u tal-gravità tagħhom, żiedu l-fraġilità u r-riskju tal-qirda ta’ ħafna speċi li huma karatteristiċi tal-foresti fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa, li għalihom il-foresti jirrappreżentaw, f’ħafna każi, ir-riżors naturali ewlieni; |
|
60. |
Jenfasizza li l-ippjanar għall-mudell agrikolu Ewropew għandu jqis il-perikli ambjentali l-aktar frekwenti u gravi kif ukoll l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa u li, f’dak il-kuntest, mekkaniżmu effettiv tal-immaniġġjar ta’ kriżijiet għandu jikkostitwixxi element fundamentali tal-Politika Agrikola Komuni; |
|
61. |
Huwa tal-fehma li l-valur ambjentali tal-foresti u l-produzzjoni agrikola jrid ikun evalwat mill-ġdid f’kuntest tal-bidla fil-klima fejn huwa assolutament vitali li jkun hemm bilanċ bejn iż-żieda fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra u ż-żieda fil-kopertura forestali li l-kontribut tagħha bħala ħażna ta’ karbonju jrid jitqies fil-politiki kollha dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass b’effett ta’ serra; |
|
62. |
Jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni li tibqa’ tenfasizza l-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa f’livell internazzjonali, b’mod partikolari permezz tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra d-Diżertifikazzjoni u l-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima; |
|
63. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernjijet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(2) ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 430.
(3) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 363.
(4) OJ C 297 E, 7.12.2006, p. 331.
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/41 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
Il-Governanza tal-Artiku
P6_TA(2008)0474
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-Governanza tal-Artiku
2010/C 9 E/07
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra s-Sena Polari Internazzjonali (Marzu 2007 — Marzu 2009),
wara li kkunsidra t-Tmien Konferenza tal-Membri Parlamentari tal-Artiku li saret f'Fairbanks, fl-Alaska mit-12 sal-14 ta' Awwissu 2008,
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika tal-Artiku li hi mistennija fil-ħarifa tal-2008,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-Dimensjoni tat-Tramuntana tas-16 ta' Jannar 2003 (1), tas-17 ta' Novembru 2003 (2), tas-16 ta' Novembru 2005 (3) u tas-16 ta' Novembru 2006 (4),
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tar-rapport dwar l-Evalwazzjoni tal-Impatt fuq il-Klima tal-Artiku,
wara li kkunsidra l-Artikolu 108 (5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
|
A. |
billi l-Kummissjoni ippubblikat Komunikazzjoni fl-10 ta' Ottubru 2007 bl-isem “Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (il-Blue Book) (COM(2007)0575), |
|
B. |
billi fl-14 ta' Marzu 2008 ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni ippreżentaw dokument ta' politika lill-Kunsill Ewropew, bl-isem “Il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali”, |
|
C. |
billi l-importanza ġeopolitika u strateġika tar-reġjun tal-Artiku qiegħda tikber, kif ġie ssimbolizzat bit-tqegħid ta' bandiera Russa f'qiegħ il-baħar 'l isfel mill-Pol tat-Tramuntana f'Awwissu 2007, |
|
D. |
billi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Marittima (UNCLOS) għadha ma ġietx ratifikata mis-Senat tal-Istati Uniti u li ma kinitx mfassla b'kunsiderazzjoni speċifika għaċ-ċirkostanzi kurrenti tal-bidla fil-klima u l-konsegwenzi uniċi tas-silġ li qed idub fl-ibħra tal-Artiku, |
|
E. |
billi l-konferenza reċenti tal-membri parlamentari tal-Artiku ġabet flimkien rappreżentanti eletti mill-Parlament Ewropew, il-Kanada, id-Danimarka, Greenland, l-Iżlanda, il-Finlandja, in-Norveġja, l-Iżvezja, ir-Russja u l-Istati Uniti sabiex jiġu diskussi l-kwistjonijiet ta' sikurezza marittima, kura tas-saħħa, ħarsien ambjentali u żvilupp sostenibbli, |
|
F. |
billi r-reġjun tal-Artiku attwalment mhuwiex irregolat minn normi jew regolamenti multilaterali, mfassla b'mod speċifiku, peress li qatt ma kien mistenni li jsir mogħdija ta' ilma navigabbli jew zona ta' esplojtazzjoni kummerċjali, |
|
G. |
billi t-traffiku marittimu fl-ilmijiet tal-Artiku kiber sewwa f'dawn l-aħħar snin minħabba li żdied l-interess fit-tħaffir 'il barra mill-kosta u minħabba li qegħdin jgħaddu aktar sikwit il-vapuri tal-cruises, kif ukoll minħabba l-prospetti li joffri l-Passaġġ tal-Majjistral, |
|
H. |
billi r-reġjun tal-Artiku jista' jkun li fih madwar 20 % tar-riżervi taż-żejt u l-gass li għadhom ma ġewx skoperti fid-dinja, |
|
I. |
billi d-Dikjarazzjoni ta' Ilulissat ġiet adottata mill-“pajjiżi A5” (id-Danimarka, il-Kanada, in-Norveġja, ir-Russja u l-Istati Uniti) f'Mejju 2008, |
|
J. |
bili l-Kummissjoni pparteċipat b'mod sħiħ fil-konferenza dwar “L-Artiku: il-Preokkupazzjoni Komuni Tagħna”, organizzata mill-Kunsill Nordiku tal-Ministri f'Ilulissat (Greenland) fid-9 u fl-10 ta' Settembru 2008, u billi l-Parlament kkunsidra l-konklużjonijiet taċ-Chairperson fir-rigward tal-konferenza, |
|
K. |
billi l-konferenza msemmija hawn fuq iffukat ukoll fuq il-bidla fil-klima fir-reġjun, l-effetti tagħha fuq il-popolazzjonijiet indiġeni u l-possibilità li wieħed jadatta għaliha, |
|
L. |
billi r-rata tat-tisħin globali fir-reġjun tal-Artiku hija ħafna ogħla mill-bqija tad-dinja, b'żieda ta' 2° C fl-aħħar mitt sena meta mqabbla mal-medja ta' 0,6 % fil-bqija tad-dinja, |
|
M. |
billi l-bidliet fil-kundizzjonijiet klimatiċi fiz-zona tal-Artiku huma diġà tali li l-poplu Inuit pereżempju m'għadux jista' jikkaċċja fil-manjiera tradizzjonali, peress li s-silġ huwa rqiq wisq biex jiflaħ is-slitti tagħhom, filwaqt li annimali selvaġġi bħall-ors polari, il-walrus u l-volpi huma fil-periklu li jaraw il-parti l-kbira tal-ambjent naturali tagħhom jgħosfor, |
|
N. |
billi l-UE għandha fost l-Istati Membri tagħha tliet pajjiżi Artiċi, u żewġ pajjiżi Artiċi oħra fost il-ġirien l-iktar qrib tagħha li jipparteċipaw fis-suq intern permezz tal-Ftehima taz-Zona Ekonomika Ewropea, li jfisser li l-UE u l-istati assoċjati tagħha flimkien jgħoddu aktar minn nofs is-sħubija numerika tal-Kunsill tal-Artiku, |
|
1. |
Huwa mħasseb ħafna dwar l-effetti tal-bidla fil-klima fuq sostenibilità tal-ħajjiet tal-popli indiġeni fir-reġjun kemm f'termini tal-ambjent ġenerali (il-kappa tas-silġ u l-permafrost li qegħdin jinħallu, il-livelli tal-baħar li qegħdin jogħlew u l-għargħar) kif ukoll tal-ambjent naturali (il-kappa tas-silġ li qiegħda tiċkien qiegħda toħloq problemi għad-drawwiet alimentarit tal-ors polari) u jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni internazzjonali marbuta ma' dawn il-kwistjonijiet trid kemm tinvolvi kif ukoll tikkunsidra kompletament lill-popli u n-nazzjonijiet kollha tal-Artiku; |
|
2. |
Ifakkar li fis-seklu għoxrin, it-temperaturi tal-arja fl-Artiku għolew bejn wieħed u ieħor b'5°C u li din iż-żieda hija għaxar darbiet aktar mgħaġġla mill-medja globali tat-temperatura osservata f'wiċċ il-baħar; jenfasizza li huwa mbassar tisħin ieħor ta' madwar 4-7° C fl-Artiku matul il-mitt sena li ġejjin; jemmen, għalhekk, li ż-żmien għad-dijanjosi għadda u li issa wasal iż-żmien għall-azzjoni; |
|
3. |
Jenfasizza li l-ispeċijiet u s-soċjetajiet tal-Artiku żviluppaw metodi ta' adattament tassew speċjalizzati għall-kundizzjonijiet ħorox li hemm fil-poli, u b'hekk saru vulnerabbli għall-aħħar għat-tibdil drammatiku li sar f'dawn il-kundizzjonijiet; jinsab imħasseb ħafna għall-walrus, l-ors polari, il-foka u mammali oħra tal-baħar li jiddependu mis-silġ fuq il-baħar biex jistrieħu, jieklu, jikkaċċjaw u jitgħammru u li jinsabu mhedda b'mod partikulari mill-bidla fil-klima; |
|
4. |
Jilqa' d-dikjarazzjoni ta' għeluq tal-konferenza adottata mill-Konferenza tal-Membri Parlamentari tal-Artiku f'Fairbanks fl-14 ta' Awwissu 2008; |
|
5. |
Jilqa' l-fatt li t-Tramuntana Estrema saret parti mil-linja politika Id-Dimensjoni tat-Tramuntana' tal-UE, iżda hu konvint li l-għarfien dwar l-importanza tal-Artiku f'kuntest globali jeħtieġ li jikber aktar billi jkun hemm politika indipendenti tal-UE għall-Artiku; |
|
6. |
Jisħaq fuq is-sinifikat tal-Artiku għall-klima globali f'dan ir-rigward u jittama li l-appoġġ preżenti għall-attivitajiet ta' riċerka f'dak ir-reġjun ikompli wkoll wara li tispiċċa s-Sena Polari Internazzjonali; |
|
7. |
Jistenna b'interess kbir il-Komunikazzjoni li se toħroġ il-Kummissjoni dwar il-politika għall-Artiku u jittama li tistabbilixxi l-pedament għal politika għall-Artiku sinifikanti fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza, għall-inqas, dawn il-kwistjonijiet fil-Komunikazzjoni tagħha:
|
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi l-politika tal-enerġija u s-sigurtà fir-reġjun Artiku fuq l-aġenda tagħha u biex tipproponi, b'mod partikulari, fil-komunikazzjoni mistennija tagħha dwar ir-reġjun, suġġetti u proċeduri għal ħidma konġunta xierqa għall-UE u l-pajjiżi tal-Artiku, fl-oqsma tal-bidla fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u s-sikurezza marittima; |
|
9. |
Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li r-reġjun tal-Artiku, minħabba l-impatt tiegħu fuq il-klima tad-dinja u l-ambjent naturali uniku tiegħu, jistħoqqlu kunsiderazzjoni speċjali hekk kif l-UE tiżviluppa l-pożizzjoni tagħha għall-Konferenza tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima tas-COP 15 li għandha ssir f'Kopenħagen fl-2009; |
|
10. |
Huwa tal-fehma li t-traffiku marittimu fir-reġjun (dak turistiku u dak relatat mat-tħaffir għaż-żejt fil-baħar) ma jgawdi xejn mit-tip ta' regoli minimi internazzjonali tas-sikurezza li jeżistu f'ilmijiet internazzjonali oħrajn — f'termini ta' ħarsien tal-ħajja tal-bniedem jew tal-ambjent u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, malajr kemm jista' jkun, isiru emendi xierqa għar-regolamenti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO); |
|
11. |
Jenfasizza l-aspetti esterni tal-politika tal-enerġija u l-irwol tal-Artiku fit-tiswir tal-Politika tal-Enerġija tal-Ewropa, kif propost mill-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2007; |
|
12. |
Jappoġġja l-Kunsill Artiku biex ir-reġjun tal-Artiku jinżamm bħala reġjun ta' tensjoni baxxa, miftuħ għall-koperazzjoni internazzjonali fir-riċerka, sabiex il-potenzjal tiegħu bħala reġjun fornitur tal-enerġija għall-ġejjieni jkun jista' jiġi żviluppat f'qafas ambjentali sostenibbli; |
|
13. |
Għadu mħasseb dwar it-tellieqa li dejjem għaddejja għar-riżorsi naturali fl-Artiku, li tista' twassal għal theddid ta' sigurtà għall-UE u instabilità internazzjonali ġenerali; |
|
14. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu sehem proattiv fl-Artiku billi, għall-inqas bħala l-ewwel pass, tikseb “status ta' osservatur” fil-Kunsill tal-Artiku, u jqis li l-Kummissjoni Ewropea għandha tistabbilixxi uffiċċju ddedikat għall-Artiku; |
|
15. |
Jissuġerixxi li l-Kummissjoni għandha tħejji l-ftuħ ta' negozjati internazzjonali intenzjonati biex iwasslu għall-adozzjoni ta' trattat internazzjonali għall-protezzjoni tal-Artiku, li jkollu bħala l-ispirazzjoni tiegħu lit-Trattat tal-Antartiku, kif supplimentat mill-Protokoll ta' Madrid iffirmat fl-1991, imma li jirrispetta d-differenza fundamentali rrapreżentata min-natura popolata tal-Artiku u mid-drittijiet u bżonnijiet konsegwenti tal-popli u n-nazzjonijiet tar-reġjun tal-Artiku; jemmen, madankollu, li, bħala punt ta' tluq minimu, trattat ta' dan it-tip jista' tal-anqas ikopri z-zona mhux popolata u mhux klejmjata fiċ-ċentru tal-Oeanu Artiku; |
|
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lin-Norveġja, lil Iżlanda, lir-Russja, lill-Kanada u lill-Istati Uniti u lil dawk li jipparteċipaw fil-koperazzjoni reġjonali. |
(1) ĠU C 38 E, 12.2.2004, p. 283.
(2) ĠU C 87 E, 7.4.2004, p. 411.
(3) ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 73.
(4) ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 258.
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/44 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet soċjali fil-qasam tat-trasport bit-triq
P6_TA(2008)0475
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet soċjali fil-qasam tat-trasport bit-triq (2008/2062(INI))
2010/C 9 E/08
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-konsegwenzi tal-esklużjoni tax-xufiera li jaħdmu għal rashom mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/15/KE tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (COM(2007)0266),
wara li kkunsidra t-23 rapport tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2007 dwar l-implimentazzjoni fl-2003-2004 tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (COM(2007)0622),
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali relatata mat-trasport bit-triq (1),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (2),
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali relatata bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (3),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali relatata ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (4),
wara li kkunsidra s-sentenza tal-24 ta' Settembru 2004 fil-Kawżi Konġunti C-184/02 u C-223/02 ir-Renju Spanjol u r-Repubblika tal-Finlandja vs il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (5), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet li xufiera li jaħdmu għal rashom ma jistgħux jiġu esklużi b'mod permanenti mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE,
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Inżommu „l-Ewropa miexja: Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna:“ Reviżjoni ta' nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport tal-2001 tal-Kummissjoni Ewropea (6),
wara li kkunsidra l-ittri tal-21 ta' Ġunju 2007 u d-29 ta' Ġunju 2007 mibgħuta mill-President tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali lill-Kummissarju Vladimir Spidla u lill-Viċi-President Jacques Barrot, u r-risposta tal-Viċi-President Barrot tat-3 ta' Ottubru 2007,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Fundazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għixien u tax-Xogħol li jisimha „L-Impatt tad-direttiva dwar il-ħin tax-xogħol fuq il-ftehim kolletiv fil-qasam tat-trasport.“ (7),
wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0357/2008),
|
A. |
billi uħud mill-Istati Membri m'għaddewx informazzjoni obbligatorja fil-ħin dwar l-attivitajiet ta' kontroll u l-implimentazzjoni, skond ir-Regolament (KEE) Nru 3820/85, bejn l-2003 u l-2004, bir-riżultat li r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu msemmi (COM(2007)0622)) ġie ppreżentat sitt xhur tard, |
|
B. |
billi l-medja tal-ammont ta' kontravenzjonijiet li ġew innutati baqgħet stabbli, għalkemm in-numru totali ta' kontravenzjonijiet rrapportati f'xi Stati Membri tela' kunsiderevolment, b'żieda fil-ksur ta' regoli dwar il-waqfien u l-perjodi ta' mistrieħ filwaqt li l-ksur tar-regoli dwar il-tul tas-sewqan naqas, |
|
C. |
billi r-rapport bjennali li jmiss għandu jinkludi, għall-ewwel darba, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE, |
|
D. |
billi hu ta' interess ġenerali li r-regoli dwar il-ħinijiet tax-xogħol, il-ħinijiet tas-sewqan u l-mistrieħ kemm għas-sewwieqa mobbli kif ukoll għal dawk li jaħdmu għal rashom jiġu applikati b'mod korrett, |
|
E. |
billi l-għan tad-Direttiva 2002/15/KE hu li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol sabiex titjieb il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza ta' persuni li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq u biex titjieb is-sikurezza tat-triq u biex il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jiġu konformi ma xulxin, |
|
F. |
billi d-Direttiva 2002/15/KE daħlet fis-seħħ fit-23 ta' Marzu 2002 u l-Istati Membri kellhom 3 snin li spiċċaw fit-23 ta' Marzu 2005 biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tagħha, u li, minkejja dan, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma rnexxilhomx jittrasponu d-Direttiva matul dan il-perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin, |
|
G. |
billi sentejn wara l-perjodu ta' tranżizzjoni previst għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE għad baqa' xi Stati Membri li għadhom ma ttrasponewx id-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva, |
|
H. |
billi dawk li jaħdmu għal rashom huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE ta'lanqas sat-23 ta' Marzu 2009, |
|
I. |
billi r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-konsegwenzi tal-esklużjoni tas-sewwieqa li jaħdmu għal rashom mil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE jitkellem kemm dwar il-vantaġġi kif ukoll dwar l-iżvantaġġi tal-inklużjoni jew l-esklużjoni tas-sewwieqa li jaħdmu għal rashom, iżda ma jasalx għal konklużjonijiet definittivi, |
|
J. |
billi l-Parlament, f'diversi okkażjonijiet, irrimarka dwar l-importanza li tiġi ttrattata l-prattika ħażina li l-industrija tħaddan fl-ikklassifikar falz ta' impjegati bħala sewwieqa li jaħdmu għal rashom, |
|
K. |
billi jenħtieġ li jitneħħew id-differenzi bejn l-Istati Membri u li jingħata kontribut sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fis-settur tat-trasport bit-triq li tkun tinkludi lis-sewwieqa li jaħdmu għal rashom, |
|
L. |
billi hu importanti li jkun hemm koerenza mal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 dwar it-tul tal-ħin ta' sewqan u ż-żmien tal-mistrieħ, bla distinzjoni bejn is-sewwieqa, |
|
M. |
billi l-illimitar tal-ħinijiet tax-xogħol għas-settur tat-trasport bit-triq ikun ħafna aktar effettiv fil-konfront tas-sikurezza tat-triq jekk ikun jinkludi lis-sewwieqa li jaħdmu għal rashom, |
|
N. |
billi l-inklużjoni tas-sewwieqa li jaħdmu għal rashom ma tnaqqasx il-kapaċità jew il-ħtieġa li dawn jagħmlu xogħol amministrattiv jew ta' ġestjoni tal-impriża, minħabba li l-ħinijiet tax-xogħol affettwati permezz tad-Direttiva 2002/15/KE huma dawk relatati b'mod dirett mat-trasport bit-triq, |
|
O. |
billi l-parteċipanti soċjali li jirrappreżentaw lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew jaqblu dwar l-inklużjoni tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, sabiex b'hekk jiżguraw trattament indaqs għall-ħaddiema kollha tas-settur, jevitaw distorzjoni tal-kompetizzjoni u jippromwovu l-aħjar kundizzjonijiet ta' xogħol, |
|
P. |
billi l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea stabbiliet li l-Artikolu 71 tat-Trattat KE hu bażi legali adegwata u suffiċjenti għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE għal ħaddiema li jaħdmu għal rashom, preċiżment għax jikkontribwixxi għall-objettivi tas-sikurezza tat-toroq u għall-konformità fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, |
|
Q. |
billi l-Komunikazzjoni u r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-konsegwenzi tal-esklużjoni tas-sewwieqa li jaħdmu għal rashom mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE msemmija hawn fuq jirriflettu t-tħassib kontinwu dwar id-dewmien fit-traspożizzjoni u fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE f'xi Stati Membri, kif ukoll liġijiet soċjali oħra fil-qasam tat-trasport bit-triq, |
|
R. |
billi anke jekk hemm xi Stati Membri li għadhom m'għamlux traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE, ir-rapporti bijennali ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppreżentati skond l-iskeda stipulata fid-Direttiva, |
|
1. |
Jesprimi dispjaċir li għad hemm differenzi kunsiderevoli kontinwi fl-applikazzjoni u l-infurzar tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85; jinnota li l-Istati Membri għandhom iqawwu l-isforzi tagħhom sabiex jiggarantixxu implimentazzjoni effiċjenti u uniformi tad-dispożizzjonijiet soċjali mtejba; |
|
2. |
Jinsab mħasseb dwar l-insuffiċjenzi u d-dewmien fit-traspożizzjoni u fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE f'xi Stati Membri; jenħtieġ kjarifika ċara u kumment mingħand dawn l-Istati Membri dwar ir-raġunijiet tan-nuqqas ta' implimentazzjoni, flimkien ma' indikazzjoni ta' x'ostakoli jista' jkun għad fadal; |
|
3. |
Jirrimarka li d-Direttiva 2002/15/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi u t-traspożizzjoni tagħha m'għandhiex twassal għal livelli aktar baxxi ta' protezzjoni tal-ħaddiema jew għal anqas konformità b'kundizzjonijiet aktar favorevoli f'ċerti Stati Membri li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni ġenerali ta' impjieg jew ftehimiet kollettivi, |
|
4. |
Jistieden lill-Istati Membri biex iħaffu l-proċess ta' traspożizzjoni u biex ikunu l-aktar diliġenti possibbli fl-implimentazjzoni tar-regolamenti soċjali fil-qasam tat-trasport bit-triq, biex ikopru b'mod korrett l-interess ġenerali tas-sikurezza tat-toroq u s-saħħa u s-sikurezza tas-sewwieqa, filwaqt li jipprovdu qafas ċar ta' kompetizzjoni ġusta; |
|
5. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex tħejji r-rapporti ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE kull sentejn kif stipulat, minkejja li għad hemm Stati Membri li għad iridu jittrasponu d-dispożizzjnoijiet tad-Direttiva fil-liġi nazzjonali tagħhom; |
|
6. |
Jinsab imħasseb dwar il-medja konstantament għolja ta' ksur, b'mod partikolari fil-qasam tat-trasport tal-passiġġieri, u jistenna mill-Istati Membri li jtejbu l-infurzar tad-dispożizzjonijiet legali;jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu inizjattivi konġunti sabiex jinkoraġġixxu skambju ta' informazzjoni u ta' staff, flimkien ma' kontrolli kkordinati; |
|
7. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tkun soda mal-Istati Membri f'każijiet ta' ksur tal-liġi Ewropea f'dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet soċjali tal-qasam tat-trasport bit-triq, sabiex tipprovdi għal miżuri li jġiegħlu lil wieħed jikkonforma f'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet u biex tieħu miżuri preventivi jekk ikun xieraq, bil-mezzi legali, biex tiżgura konformità rigoruża mal-leġiżlazzjoni komunitarja; |
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni, skond il-proċedura ta' komitoloġija stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 561/2006, biex tipproponi linjigwida għal definizzjoni u klassifikazzjoni uniformi ta' infrazzjonijiet sa Ottubru 2008; |
|
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħti l-prijorità li tixtraq lid-dimensjoni soċjali tas-sikurezza tat-toroq u tas-saħħa u s-sikurezza tax-xufiera u ta' utenti oħra tat-toroq b'rabta mal-konsiderazzjonijiet l-oħra kollha, hi u tipprepara l-impatt uffiċjali tagħha bil-għan li jkun hemm proposta leġiżlattiva li tbiddel id-Direttiva 2002/15/KE kif mitlub mill-Artikolu 2(1) tagħha; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tfassal l-evalwazzjoni tal-impatt imsemmija hawn fuq, tqis id-diffikulta tal-kundizzjonijiet tax-xoghol li jesperjenzaw ix-xufiera tat-trakkijiet li jivjaġġaw madwar l-Ewropa u li jinħolqu minħabba aċċess mhux xieraq għal zoni ta' mistrieħ minkejja l-fatt li l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jirrikonoxxi speċifikament l-importanza ta' numru xieraq ta' zoni ta' mistrieħ sikuri għax-xufiera professjonali matul in-netwerk tat-toroq Ewropej, jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni sabiex issegwi l-proġett pilota għal zoni ta' pparkjar li jkunu sikuri mniedi mill-Parlament Ewropew, li jqis il-miżuri rrakkomandati fl-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar „Il-Politika Ewropea għas-Sikurezza fit-Toroq u Xufiera Professjonali — zoni ta' pparkjar li jkunu sikuri“ (8); |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fit-tfassil uffiċjali tal-evalwazzjoni tal-impatt imsemmija hawn fuq, tqis b'mod sħiħ il-pożizzjoni u l-argumenti tal-Parlament biex is-sewwieqa li jaħdmu għal rashom jiġu inklużi b'mod sħiħ fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE; |
|
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fit-tfassil uffiċjali tal-evalwazzjoni tal-impatt imsemmija hawn fuq tqis l-opinjoni ġenerali fis-settur tat-trasport dwar l-inklużjoni tas-sewwieqa li jaħdmu għal rashom, u jqis il-fatt li jkun diffiċli li ssir distinzjoni legali, u li jiġu segwiti l-każijiet ta', sewwieqa li „taparsi“ jaħdmu għal rashom, biex ma nsemmux id-diffikultajiet prattiċi u burokratiċi biex jiġi żgurat li dawk il-figuri ma jintużawx minn ħafna bħala mezz ta' evażjoni mir-restrizzjonijiet tal-ħinijiet tax-xogħol; |
|
13. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta l-inizjattivi relevanti kmieni biżżejjed biex fit-23 ta' Marzu 2009, id-Direttiva 2002/15/KE kollha tkun tista' tidħol fis-seħħ bl-elementi kollha tagħha, u biex il-kamp ta' applikazzjoni tagħha jiġi estiż biex jinkludi lis-sewwieqa li jaħdmu għal rashom; |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-evalwazzjonijiet tal-impatt jitlestew b'urġenza, sabiex tiġi konkluża analiżi oġġettiva mingħajr ebda dewmien dwar liema bidliet, jekk dawn ikunu meħtieġa, għandhom jiġu kkunsidrati; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-proċeduri ta' spezzjoni tat-traffiku f'kull Stat Membru u tgħaddi rapport dwarhom lill-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'każ li jinstabu proċeduri ta' spezzjoni li jirristrinġu l-moviment ħieles ta' oġġetti jew ta' persuni, din tirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti u tipproponi emendi, sabiex tiżgura proċeduri uniformi ta' spezzjoni tat-traffiku; |
|
16. |
Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippreżentaw l-informazzjoni u r-rapporti ta' implimentazzjoni bbażati fuq din l-informazzjoni b'aktar ħeffa, sabiex kull korrezzjoni legali potenzjali neċessarja li toħroġ mill-analiżi tal-implimentazzjoni tkun tista' tiġi indirizzata mingħajr aktar dewmien; |
|
17. |
Jikkunsidra li l-figuri għal darb'oħra jikkonfermaw il-fehma tiegħu li hemm ħtieġa urġenti għal aġġustamenti legali; huwa kunfidenti, għaldaqstant, fid-dawl tad-Direttiva 2006/22/KE, li daħlet fis-seħħ f'Mejju 2006 u r-Regolament (KE) Nru 561/2006, li daħal fis-seħħ f'April 2007, li r-regoli se jiġu nfurzati b'mod aktar strett u uniformi fil-ġejjieni; |
|
18. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. |
(1) ĠU L 370 31.12.1985, p. 1.
(3) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.
(4) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.
(5) ECR [2004] I-7789.
(6) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 89.
(7) http://www.eurofound.europa.eu/docs/eiro/tn0704039s/tn0704039s.pdf
(8) ĠU C 175, 27.7.2007, p. 88.
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/48 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
Is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta' sorveljanza
P6_TA(2008)0476
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta' sorveljanza (2008/2148(INI))
2010/C 9 E/09
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra r-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (1),
wara li kkunsidra s-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (2),
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (3),
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' intrapriżi tal-assigurazzjoni (4),
wara li kkunsidra d-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (5),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (6),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju (7),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (8),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (9),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju tal-attività ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (riformulazzjoni) (10),
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (riformulazzjoni) (11),
wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (riformulazzjoni) (COM(2008)0119),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Settembru 2004 dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra Mġiba Ħażina Korporattiva u Finanzjarja (COM(2004)0611),
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/913/KE tal-14 ta' Diċembru 2004 dwar it-trawwim ta' reġim xieraq għar-rimunerazzjoni tad-diretturi ta' kumpaniji kkwotati fil-borża (12),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005-2010 — White Paper (13)), tal-4 ta' Lulju 2006 dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tas-servizzi finanzjarji (14), tat-28 ta' April 2005 dwar l-istat attwali tal-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-UE (15) u tal-21 ta' Novembru 2002 dwar ir-regoli ta' sorveljanza prudenti tal-Unjoni Ewropea (16),
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Forum ta' Stabilità Finanzjarja dwar it-Titjib tar-Reżiljenza tas-Swieq u ta' dik Istituzzjonali tas-7 ta' April 2008,
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-arranġamenti tal-UE għall-qafas ta' sorveljanza u l-istabbiltà finanzjarja, adottati fl-14 ta' Mejju 2008, u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati wara l-laqgħat tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2008, l-4 ta' Diċembru 2007 u d-9 ta' Ottubru 2007,
wara li kkunsidra l-Artikolu 192(2) tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0359/2008),
|
A. |
billi għadha għaddejja r-reviżjoni tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u saret proposta mhix mistennija dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, |
|
B. |
billi l-Kummissjoni ma indirizzatx sensiela ta' talbiet mill-Parlament, fosthom dawk li saru fir-riżoluzzjonijiet tagħha msemmija hawn fuq u billi l-lista ta' rakkomandazzjonijiet dwar kif tista' titjieb il-funzjoni tas-sorveljanza tas-swieq finanzjarji tidher fl-Anness, |
|
C. |
billi s-sorveljanza finanzjarja ma żammitx il-pass mal-integrazzjoni tas-swieq u l-evoluzzjoni globali tas-swieq finanzjarji titlob li s-sistemi ta' regolamentazzjoni u ta' sorveljanza attwali jiġu aġġornati sabiex ikunu indirizzati r-riskji sistematiċi, jipprovdu stabilità finanzjarja, jilħqu l-għanijiet tal-Unjoni Ewropea u jagħtu kontribut biex titjieb il-governanza finanzjarja globali, |
|
D. |
billi kull suġġeriment tal-Parlament Ewropew għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji, u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fl-Anness jeħtieġ li jkunu żviluppati b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta' sorveljanza, mal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u ma' entitajiet rilevanti oħra, |
|
E. |
billi qiegħed jikber l-għadd ta' banek pan-Ewropej li l-attivitajiet tagħhom huma mifruxa f'bosta Stati Membri; billi r-rabta mill-qrib bejn bosta awtoritajiet nazzjonali ħolqot kumplessità u ċajpret il-linji ta' responsabilità, b'mod speċjali għas-sorveljanza prudenzjali fil-livell makro u għall-immaniġġjar tal-kriżijiet, |
|
F. |
billi l-kriżi finanzjarja attwali, li faqqgħet minħabba l-ipoteki subprime fl-Istati Uniti u prodotti li ġejjin minnhom, issa nfirxet mad-dinja kollha minħabba n-natura dejjem aktar integrata tas-swieq, u dan isaħħaħ l-indikazzjoni li r-regolamentazzjoni u s-sorveljanza attwali tas-swieq finanzjarji mhijiex konverġenti biżżejjed kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak internazzjonali; billi riforma tar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tas-swieq finanzjarji għalhekk għandha tintlaqa' tajjeb, |
|
G. |
billi l-kriżi wasslet għal restrizzjoni ta' kreditu li ġiebet magħha żieda fil-prezz tal-kreditu għal ħafna operaturi tas-swieq; billi t-taqlib attwali fis-swieq finanzjarji jista' jagħmel pressjoni fuq it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, |
|
H. |
billi l-medjazzjoni fis-swieq kapitali u forom ġodda ta' vetturi finanzjarji ġiebu magħhom kemm benefiċċji kif ukoll sorsi ġodda ta' riskju sistematiku b'mod globali, |
|
I. |
billi l-mudell „mill-produzzjoni sad-distribuzzjoni“ saħħaħ il-kompetizzjoni u firex ir-riskji; billi madankollu dak il-mudell dgħajjef l-inċentivi għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskju u wassal biex f'xi każijiet titkisser id-diliġenza dovuta, |
|
J. |
billi prattiki mhux xierqa bħall-immaniġġjar inadegwat tar-riskju, is-self irresponsabbli, id-dejn eċċessiv (leverage), id-diliġenza dovuta dgħajfa u l-irtirar tal-likwidità bla mistenni jippreżentaw riskji sinifikanti għall-istituzzjonijiet finanzjarji u jistgħu jheddu l-istabilità finanzjarja, |
|
K. |
billi t-tekniki innovattivi, li kienu mfassla biex inaqqsu r-riskju fuq il-livell mikro u kienu konformi mar-regolamenti stess, jistgħu jwasslu għall-konċentrazzjoni tar-riskju u u r-riskju sistematiku, |
|
L. |
billi jrid ikun evitat l-arbitraġġ regolatorju li jagħmel il-ħsara, |
|
M. |
billi l-banek fl-Ewropa qed isiru dejjem aktar trans-konfinali u l-ħtieġa li jkun hemm risposta koordinata għax-xokkijiet serji, kif ukoll il-ħtieġa li r-riskji lis-sistema jkunu indirizzati b'mod effikaċi, jeżiġu li jkun hemm tnaqqis sinjifikattiv fid-divrenzjar bejn is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri; billi hemm ħtieġa li wieħed imur lil hinn mill-istudji diġa mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea f'dan ir-rigward u sabiex tkun emendata d-Direttiva 94/19/KE malajr kemm jista' jkun sabiex jingħata l-istess livell ta' protezzjoni għad-depożiti bankarji fl-Unjoni Ewropea kollha sabiex tkun ippreservata l-istabbilita finanzjarja u l-fiduċja ta' dawk li jagħmlu d-depożiti u sabiex ikun evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, |
|
N. |
billi livelli xierqa ta' trasparenza lejn il-pubbliku, l-investituri u l-awtoritajiet ta' sorveljanza jridu jkunu ggarantiti, |
|
O. |
billi l-iskemi ta' kumpens li jirriflettu r-rendiment individwali u tal-intrapriżi m'għandhomx jippremjaw ir-riskju eċċessiv għal żmien qasir, bi ħsara għar-rendiment u l-prudenza meħtieġa għal żmien itwal, |
|
P. |
billi l-kunflitti ta' interess, li jistgħu joħorġu mill-mudell ta' negozju li jintuża minn xi istituzzjonijiet finanzjarji, mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, u mill-kumpaniji tal-awdituri u tal-avukati, għandhom ikunu indirizzati u mmonitorjati, |
|
Q. |
billi l-fallimenti tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rigward il-prodotti ta' struttura kumplessa u l-kunċett żbaljat tat-tifsira ta' klassifikazzjoni min-naħa tal-parteċipanti fis-swieq kienu fatturi li wasslu għal ekonomiji esterni sostanzjalment negattivi u għal inċertezzi fis-swieq; billi jeħtieġ li l-proċeduri tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu riveduti, |
|
R. |
billi proposti ta' awtoregolazzjoni li saru mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għad ma kinux ittestjati u x'aktarx li mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-irwol ċentrali li għandhom fis-sistema finanzjarja, |
|
S. |
billi l-integrazzjoni tas-swieq, li hija ta' benefiċċju b'mod ġenerali, għandha tkun akkumpanjata minn strateġija integrata b'mod xieraq għas-sorveljanza, u dan jevita wkoll il-burokrazija żejda u hu konsistenti ma' politiki ta' regolamentazzjoni aħjar, |
|
T. |
billi l-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni komprensiva tal-impatt ta' proposta leġiżlattiva, |
|
U. |
billi l-Unjoni Ewropea trid regolamentazzjoni u sorveljanza li jkunu implimentati b'mod iktar konsistenti u effikaċi, imma li ma jkunux ta' piż żejjed, sabiex timmitiga r-riskju ta' kriżijiet finanzjarji futuri u biex tiżgura kundizzjonijiet indaqs bejn pajjiż u ieħor u bejn il-parteċipanti kollha fis-suq; billi l-Unjoni Ewropea għandu jkollha rwol internazzjonali minn ta' quddiem u għandha ssaħħaħ l-implimentazzjoni u l-konverġenza konsistenti tar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tagħha, |
|
V. |
billi tinħtieġ reviżjoni komprensiva tal-arranġamenti regolatorji u ta' sorveljanza attwali fl-UE, kif ukoll inizjattivi għat-titjib tal-koperazzjoni globali fis-sorveljanza li jkopru l-qafas tal-adegwatezza tal-kapital, it-trasparenza u l-governanza bħala rekwiżiti fundamentali għall-arranġamenti regolatorji u ta' sorveljanza effikaċi b'mod li jkun ikkoordinat, |
|
W. |
billi l-istrateġija ta' sorveljanza għandha tkun adattata għall-ispeċifiċitajiet tan-negozju u ta' xi aspetti tiegħu li huma diġà regolati; billi l-għanijiet tas-sorveljanza tas-swieq finanzjarji u tas-sorveljanza prudenzjali ta' istituzzjonijiet partikulari huma differenti, |
|
X. |
billi l-proposti għandhom iqisu n-negozjati dwar il-proposta tas-Solvency II u r-reviżjoni tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, |
|
Y. |
billi jeħtieġ li l-koperazzjoni dwar is-sorveljanza tqis id-dimensjoni ta' pajjiżi terzi għas-sorveljanza tal-gruppi internazzjonali billi l-biċċa l-kbira tal-gruppi finanzjarji l-kbar fl-Unjoni Ewropea, jekk mhux kollha, għandhom interessi f'pajjiżi terzi, |
|
Z. |
billi wara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2008, tal-4 ta' Diċembru 2007 u tad-9 ta' Ottubru 2007, diġà qiegħed isir programm kbir ta' ħidma biex isir titjib speċifiku għall-arranġamenti għall-koperazzjoni dwar is-sorveljanza fl-UE; billi qegħdin isiru wkoll programmi estensivi ta' ħidma fl-Unjoni Ewropea u mad-dinja kollha bil-għan li jinftiehmu l-kawżi tat-taqlib fis-swieq u biex issir reazzjoni xierqa, |
|
AA. |
billi għandu jitwaqqaf grupp ta' għorrief sal-ħarifa tal-2008 li jgħaqqad flimkien il-partijiet interessati differenti bħal kontrolluri, regolaturi u rappreżentanti tal-industrija, u li joħroġ b'viżjoni ta' sorveljanza għal żmien itwal; billi dan il-grupp għandu jkollu l-impenn li jiżviluppa mappa u pjan direzzjonali għal riforma radikali aktar fit-tul bil-għan li jkun hemm integrazzjoni istituzzjonali sħiħa; billi jmur lil hinn mill-arkitettura tas-sorveljanza finanzjarja, il-grupp għandu jindirizza wkoll kwistjonijiet bħal sett ta' regoli uniċi għas-sorveljanza finanzjarja, skema ta' garanzija ta' depożitu u reġim komuni ta' falliment li jikkorrispondu għal sistema finanzjarja u ta' sorveljanza integrata, |
|
1. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tressaq quddiem il-Parlament, sal-31 ta' Diċembru 2008, fuq il-bażi tal-Artikolu 44, l-Artikolu 47(2), l-Artikolu 55, l-Artikolu 95, l-Artikolu 105(6), l-Artikolu 202, l-Artikolu 211 jew l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, proposta leġiżlattiva, jew proposti, li tkopri l-kwistjonijiet imsemmija fir-rakkomandazzjonijiet dettaljati ta' hawn taħt; |
|
2. |
Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini; |
|
3. |
Iqis li, fejn ikun xieraq, l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta jew proposti mitluba għandhom ikunu koperti minn allokazzjonijiet tal-baġit tal-UE; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
(2) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
(3) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.
(4) ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7.
(5) ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.
(6) ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15.
(8) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(9) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(10) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(11) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.
(12) ĠU L 385, 29.12.2004, p. 55.
(13) ĠU C 175 E, 10.7.2008,. p. 392.
(14) ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 110.
(15) ĠU C 45 E, 23.2.2006, p. 140.
(16) ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394.
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI
RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA
1. Rakkomandazzjoni 1 — Prerekwiżiti bażiċi għall-arranġamenti regolatorji u ta' sorveljanza effettivi
Il-Parlament Ewropew iqis li l-atti leġiżlattivi li għandhom jiġu adottati għandu jkollhom l-għan li jirregolaw:
1.1. Miżuri għat-titjib tal-qafas regolatorju għas-servizzi finanzjarji fl-UE:
Il-qafas tal-adegwatezza tal-kapital, b'mod partikulari:
|
a) |
reviżjoni tar-regoli tar-rekwiżiti ta' kapital billi jsaħħu d-dispożizzjonijiet dwar l-immaniġġjar tar-riskju, il-likwidità u l-espożizzjoni b'mod konsistenti u, fejn ikun il-każ, b'mod antiċikliku għall-entitajiet kollha li joperaw fis-swieq finanzjarji, u jiżgura li jkun hemm rekwiżiti ta' kapital xierqa għall-entitajiet kollha li joperaw fis-swieq finanzjarji, filwaqt li jitqies ir-riskju sistematiku; |
|
b) |
titjib tar-reżiljenza tal-qafas tal-adegwatezza tal-kapital sabiex jilqa' għat-taħwid fis-swieq finanzjarji, filwaqt li jkunu osservati r-responsabilitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali għall-immaniġġjar tal-kriżijiet; |
|
c) |
garanzija li r-regoli jkunu antiċikliċi sakemm ikun possibbli; |
|
d) |
riforma tal-qafas biex itejjeb l-immaniġġjar tar-riskju; garanzija tal-adegwatezza tal-mudelli matematiċi u, skond il-każ, iwessa' l-firxa tax-xenarju u l-frekwenza tal-ittestjar tal-istress; |
|
e) |
garanzija ta' rekwiżiti ta' kapital xierqa għall-prodotti finanzjarji u derivattivi kumplessi; |
|
f) |
garanzija tar-rivelazzjoni ta' operazzjonijiet li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ, vetturi ta' investiment strutturat (SIVs) u kwalunkwe faċilità ta' għajnuna għal-likwidità, u garanzija ta' evalwazzjoni kif suppost tar-riskji li dawn jippreżentaw, sabiex il-parteċipanti fis-swieq ikunu jafu bl-eżistenza ta' dawn il-vetturi u kif jaħdmu. |
1.2. Miżuri għat-titjib tat-trasparenza
|
(a) |
Titolizzazzjoni: trawwim tat-trasparenza, iċ-ċarezza, u l-għoti ta' dejta (kull tliet xhur) dwar prodotti finanzjarji kumplessi u l-proċess ta' titolizzazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-inizjattivi tal-industrija li għaddejjin bħalissa; garanzija li t-titolizzazzjoni u l-proċess ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ma jirriżultawx f'żieda mhix ġustifikata fil-valur totali tal-prodott titolizzat lil hinn mill-valur tal-assi bażi; |
|
(b) |
Prodotti Finanzjarji Kumplessi (CFS): garanzija li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jużaw terminoloġija ta' klassifikazzjoni konsistenti u xierqa li tikkjarifika kif prodotti bħal dawn huma differenti minn xulxin, b'mod speċjali rigward il-volatilità, il-kumplessità u l-vulnerabilità għall-istress tas-swieq, filwaqt li titqies il-ħtieġa għall-investituri li jiżviluppaw proċeduri għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta' prodotti strutturati bla ma wieħed jistrieħ biss fuq il-klassifikazzjonijiet; |
|
(c) |
Regoli ta' kontabilità, klassifikazzjoni u pprezzar:
|
|
(d) |
Swieq mhux regolati: iż-żieda fit-trasparenza fis-swieq over-the-counter (OTC) rigward il-likwidità tagħhom, l-indirizzar ta' sorsi ewlenin ta' riskju sistematiku (jiġifieri, riskju ta' konċentrazzjoni mill-kontroparti) u, fejn ikun xieraq, kuraġġ biex il-parteċipanti fis-swieq japprovaw in-negozju OTC fil-kmamar tal-ikklerjar. |
1.3. Miżuri ta' governanza
|
(a) |
Titolizzazzjoni: Rekwiżit li l-emittenti jevalwaw u jimmonitorjaw ir-riskju u jiggarantixxu t-trasparenza tad-dejn jew l-ipoteki li joħorġu huma biex jippermettu lill-investituri li jwettqu d-diliġenza dovuta suffiċjenti; |
|
(b) |
Skemi ta' rimunerazzjoni: garanzija li l-istituzzjonijiet finanzjarji jiżvelaw il-politika ta' rimunerazzjoni tagħhom, inkluż id-dritt li wieħed ibigħ jew jixtri titoli bi prezz fiss fi żmien speċifikat (stock options), b'mod partikulari r-rimunerazzjoni u l-pakketti ta' kumpens tad-diretturi; garanzija li t-tranżazzjonijiet kollha li jinvolvu d-diretturi jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji; garanzija li l-kontrolluri prudenzjali jinkludu fl-evalwazzjoni tagħhom tal-immaniġġjar tar-riskju l-influwenza tal-iskemi ta' rimunerazzjoni, l-iskemi ta' bonus u t-tassazzjoni, biex ikun żgurat li dawn ikun fihom inċentivi bilanċjati u ma jinkoraġġux it-teħid ta' riskji estremi; |
|
(c) |
Reġim ta' responsabilità tal-intrapriżi: garanzija li jkunu stabbiliti r-reġimi ta' responsabilità li jipprovdu għal multi u pieni oħra xierqa għal min jonqos li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, u li jippermettu li l-istaff eżekuttiv fl-istituzzjonijiet finanzjarji jiġi sospiż jew skwalifikat milli jaħdem mis-settur finanzjarju kollu, jew partijiet minnu, fil-każ ta' ksur ta' dmirijiet jew ta' negozju illeċitu; |
|
(d) |
L-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu: miżuri li jindirizzaw, pereżempju, kunflitti ta' interess, sistemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità u ta' superviżjoni b'manjiera konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet meqjusa tal-Forum għall-Istabilità Finanzjarja, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titolizzazzjoni, il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titolizzazzjoni u l-Grupp ta' Esperti Ewropej tat-Titolizzazzjoni tas-Swieq dwar it-titjib potenzjali tal-proċessi ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, filwaqt li jittieħdu lezzjonijiet skond il-każ mis-superviżjoni tal-awdituri; jitqiesu b'mod partikulari: it-trasparenza fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni, tal-premessi u t-testijiet ta' prova; biex il-kontrolluri jkunu jistgħu jitolbu sekwenza ta' verifika' tal-korrispondenza tal-emittent jew tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u biex jiġu notifikati fil-każ ta' tħassib sinifikanti dwar il-mudelli; garanzija li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jgħaddu tagħrif imtejjeb dwar il-karatteristiċi partikulari ta' prodotti tad-dejn kumplessi, prodotti marbuta mal-ipoteki u d-dejn tradizzjonali, u li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni japplikaw simboli differenti għall-klassifikazzjoni ta' prodotti kumplessi ta' dejn, prodotti marbuta mal-ipoteki u d-dejn tradizzjonali; garanzija li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jipprovdu trasparenza mtejba dwar il-metodoloġija u l-kriterji rilevanti għall-klassifikazzjoni partikulari ta' prodotti kumplessi tad-dejn, prodotti marbuta mal-ipoteki u dejn tradizzjonali. |
2. Rakkomandazzjoni 2 — Stabilità finanzjarja u miżuri ta' riskju sistematiku
Il-Parlament Ewropew iqis li l-atti leġiżlattivi li għandhom jiġu adottati għandu jkollhom l-għan li jirregolaw:
|
(a) |
L-istabilità finanzjarja u r-riskji sistemiċi: twaqqif ta' bażijiet tad-dejta, xenarji li jħarsu lejn il-ġejjieni, politiki għas-sorveljanza prudenzjali fil-livell makro u l-istabilità finanzjarja, kif ukoll sistema ta' twissija bikrija u garanzija li l-Bank Ċentrali Ewropew (ECB), is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB) u l-Kumitat tal-Kontrolluri Bankarji tal-ESCB (BSC) jieħdu sehem attiv fl-inizjazzjoni, fit-twettiq u fit-tħaddim tagħhom; garanzija li l-kontrolluri f'isem l-UE u l-banek ċentrali għandhom jipprovdu informazzjoni prudenzjali fil-livell mikro li tkun miġbura, mhux pubblika u kunfidenzjali lill-BĊE, permezz tal-Kumitat tal-Kontrolluri Bankarji (BSC), sabiex dan ikun jista' jwettaq il-funzjoni tiegħu u jevita r-riskju sistematiku; |
|
(b) |
Arranġamenti tal-UE biex ikunu evitati, immaniġġjati u solvuti l-kriżijiet: b'mod partikulari:
|
|
c) |
garanzija li r-regoli tal-UE dwar il-garanziji ta' depożitu jkunu kkoordinati biżżejjed biex jiggarantixxu l-istess kundizzjonijiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji; ir-regoli tal-UE dwar il-garanziji ta' depożitu għandhom ikunu riveduti b'urġenza sabiex ikun evitat d-divrenzjar arbitrarju bejn livelli ta' garanzija fl-Istati Membri li jistgħu iżidu aktar il-volatilità u jdagħjfu l-istabbilità finanzjarja minflok ma jżidu s-sigurtà u l-fiduċja tal-investituri biex ikomplu jagħtu appoġġ lill-iżvilupp ta' skemi ex-ante ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji; il-livell ta' rimborż għandu jiżdied b'mod sinifikanti u d-disponibilità tar-rimborżi lil klijenti tax-xiri bl-imnut fil-każ ta' istituzzjoni finanzjarja li tkun qiegħda tfalli għandha tkun iggarantita fi żmien raġonevoli fis-sitwazzjonijiet transkonfinali wkoll; |
|
d) |
regoli simili għandhom ikunu promossi għall-garanziji ta' assigurazzjoni, filwaqt li tiġi rikonoxxuta n-natura differenti tal-assigurazzjoni u l-operazzjonijiet bankarji; |
|
e) |
garanzija ta' diversità tas-swieq u kuraġġ lill-istituzzjonijiet li għandhom finanzjament jew obbligazzjonijiet għat-tul biex jiddiversifikaw is-swieq u r-riskji tal-likwidità. |
3. Rakkomandazzjoni 3 — Qafas ta' sorveljanza
Il-Parlament Ewropew iqis li l-atti leġiżlattivi li jiġu adottati għandu jkollhom l-għan li jintegraw u jikkompletaw is-sistema regolatorja u ta' sorveljanza attwali permezz tal-linji ta' gwida li ġejjin:
3.1. Is-sorveljanza ta' gruppi finanzjarji transkonfinali kbar:
|
a) |
sal-31 ta' Diċembru 2008, għandu jidħol regolament li jirrikjedi kulleġġi ta' kontrolluri għall-ikbar gruppi finanzjarji jew kumpaniji possedenti transkonfinali li joperaw fl-UE. Ir-regolament għandu jinkludi kriterji ċari għall-identifikazzjoni ta' gruppi finanzjarji jew kumpaniji possedenti transkonfinali li għalihon se jkunu obbligatorji kulleġġi bħal dawn. Fil-każ tal-involviment sostanzjali ta' pajjiżi terzi, għandhom ikunu evitati l-istrutturi paralleli separati, u l-kontrolluri tal-pajjiżi terzi jistgħu jkunu mistiedna biex jinvolvu ruħhom sakemm ikun raġonevoli u prattiku; |
|
b) |
il-kulleġġi għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti ta' awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza li jittrattaw is-sorveljanza prudenzjali. Ir-regolament għandu jinkludi prinċipji ċari biex jiġi deċiż liema awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom id-dritt li jkunu rappreżentati fil-kulleġġi mandatorji, b'kunsiderazzjoni għad-daqs tal-grupp fis-suq ta' Stat Membru, il-volum ta' operazzjonijiet transkonfinali, il-volum u l-valur tal-assi biex jirriflettu l-importanza tal-attivitajiet tal-grupp, filwaqt li jkun żgurat li jkunu rappreżentati l-Istati Membri kollha li fihom ikunu qegħdin joperaw l-intrapriża ewlenija, il-kumpaniji sussidjarji u l-fergħat importanti, u wkoll titqies il-ħtieġa li jiġu involuti kontrolluri minn pajjiżi terzi fejn ikun raġonevoli u prattiku. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-isfidi li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom il-kontrolluri f'ekonomiji li qegħdin jirkupraw bil-ħeffa. Biex tinkiseb l-integrazzjoni fl-operazzjonijiet, il-kontrollur ewlieni għandu jkollu t-tmexxija tal-proċess sħiħ fil-kulleġġ, jiġifieri għandu jkun il-punt ċentrali ta' kuntatt għall-grupp finanzjarju, u jiżgura li l-kompiti u r-responsabilitajiet fil-kulleġġ jiġu ddelegati b'mod xieraq; |
|
c) |
il-kulleġġi għandhom ikunu preseduti normalment mill-kontrollur ta' konsolidazzjoni fis-sorveljanza minn Stat Membru fejn hi stabbilita l-amministrazzjoni ċentrali jew l-uffiċċju prinċipali fl-UE tal-gruppi finanzjarji jew kumpaniji possedenti transkonfinali. Il-kontrollur ewlieni għandu jospita u primarjament jipprovdi l-istaff għas-segretarjat; |
|
d) |
garanzija tal-ġbir, l-iskambju u l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti fost il-membri tal-kulleġġ u fost il-kontrolluri kollha involuti fl-UE u jsiru arranġamenti biex isir l-akbar skambju ta' informazzjoni possibbli mal-kontrolluri tal-pajjiżi terzi; |
|
e) |
il-kulleġġi għandhom jiddeċiedu, fejn ikun xieraq, permezz tas-sistema ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata bbażata fuq il-prinċipji u l-għanijiet li jiżguraw li jkun hemm konsistenza, trattament ġust u xieraq kif ukoll l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd. |
3.2. Konfigurazzjoni tas-sorveljanza tal-UE: Kumitati Lamfalussy tal-Livell 3:
|
a) |
sal-31 ta' Diċembru 2008, huwa meħtieġ regolament biex isaħħaħ u jikkjarifika l-istatus u r-responsabilità tal-Kumitati Lamfalussy tal-Livell 3, billi jagħtihom status legali proporzjonat mad-dmirijiet tagħhom, u jikkoordina u jissimplifika l-azzjonijiet tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-setturi differenti, isaħħilhom il-kompiti tagħhom u jiżgura li jkollhom staff u riżorsi xierqa. |
|
b) |
flimkien mad-dmirijiet ta' konsulenza, il-Kumitati Lamfalussy tal-Livell 3 għandhom jingħataw il-kompitu (u l-għodda u r-riżorsi) li jippromwovu b'mod attiv il-konverġenza fis-sorveljanza u kundizzjonijiet ugwali fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Il-kontrolluri nazzjonali għandhom ikunu impenjati fl-eżekuzzjoni tal-kompiti u d-deċiżjonijiet tal-Kumitati Lamfalussy tal-Livell 3. Dan għandu jkun inkluż fil-mandati tal-kontrolluri nazzjonali u l-mandati tagħhom għandhom ikunu konformi bejniethom. |
|
c) |
il-Kumitati Lamfalussy tal-Livell 3 għandhom iressqu pjan ta' ħidma annwali. Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom japprovaw il-pjanijiet u r-rapporti ta' ħidma annwali. |
|
d) |
il-Kumitati Lamfalussy tal-Livell 3 jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet fuq il-bażi tas-sistema ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata li tkun ġusta u xierqa li tieħu kont tad-daqs relattiv tas-settur finanzjarju u l-GDP ta' kull Stat Membru, kif ukoll tal-importanza sistematika tas-settur finanzjarja għall-Istat Membru; din il-proċedura għandha tintuża kemm fid-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' konverġenza ta' sorveljanza kif ukoll għall-pariri lill-Kummissjoni dwar il-leġiżlazzjoni u r-regolamentazzjoni. |
|
(e) |
Il-Kumitati Lamfalussy tal-Livell 3 għandhom:
|
|
f) |
iċ-chairmen tal-Kumitati Lamfalussy tal-Livell 3 għandhom jiltaqgħu b'mod regolari biex tissaħħaħ il-koperazzjoni u l-koerenza transkonfinali bejn it-tliet Kumitati Lamfalussy tal-Livell 3. Safejn ikun possibbli għandha tintuża l-medjazzjoni biex ikunu solvuti kwistjonijiet fl-ewwel istanza mal-medjatur(i) miftiehma mill-partijiet involuti fil-kwistjoni kkunsidrata. Fin-nuqqas ta' dan, grupp magħmul miċ-chairmen tal-Kumitati tal-Lamfalussy tal-Livell 3, flimkien ma' chairman u viċi-chairman indipendenti, għandhom jingħataw is-setgħat legali biex imexxu medjazzjoni u fejn ikun xieraq, jintervjenu biex isolvu kunflitti bejn is-superviżuri fl-istruttura ta' kulleġġi u kumitati Lamfalussy tal-Livell 3 settorjali; Iċ-chairman u l-viċi-chairman għal dak il-grupp ta' koordinazzjoni tal-Kumitat Lamfalussy Livell 3 għandhom ikunu nnominati mill-Kummissjoni u approvati mill-Parlament għal terminu ta' ħames snin. |
|
g) |
flimkien għandhom:
|
|
h) |
ifasslu arkitettura ta' sorveljanza li tkun solida u sostenibbli u li tipprovdi integrazzjoni u koordinazzjoni transsettorjali u transkonfinali aħjar. |
3.3. Arranġamenti għas-sorveljanza tal-istabilità finanzjarja tal-UE:
|
a) |
sal-31 ta' Diċembru 2008, hija meħtieġa proposta għall-arranġamenti għas-sorveljanza tal-istabilità finanzjarja fil-livell tal-UE. Dawk l-arranġamenti għandhom jiżguraw il-ġbir u l-analiżi effikaċi ta' informazzjoni prudenzjali fil-livelli mikro u makro sabiex ikun identifikat minn kmieni l-potenzjal ta' riskju għall-istabilità finanzjarja, integrat mal-ħidma globali dwar l-istabilità finanzjarja. Dawk l-arranġamenti għandhom jippermettu lill-kontrolluri u lill-banek ċentrali tal-UE biex jirreaġixxu fil-pront u jiżviluppaw forza ta' reazzjoni rapida għal sitwazzjonijiet ta' kriżi b'impatt sistemiku fuq l-Unjoni Ewropea. |
|
b) |
l-arranġamenti għas-sorveljanza għandhom, b'mod importanti, jimmiraw lejn it-tisħiħ tar-rabtiet orizzontali bejn il-politika ekonomika fuq livell makro u s-sorveljanza tas-swieq finanzjarji. F'dan ir-rigward, l-irwol tal-BĊE għandu jissaħħaħ. Għandhom ikunu żviluppati l-proċeduri għall-koperazzjoni u għall-qsim tal-informazzjoni bejn il-Kumitati Lamfalussy tal-Livell 3 u s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali/il-Kumitat għas-Sorveljanza Bankarja. |
|
c) |
il-kwistjonijiet speċifiċi li għandhom ikunu indirizzati jinkludu:
|
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/56 |
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008
Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013
P6_TA(2008)0477
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013” (2008/2115(INI))
2010/C 9 E/10
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikolu 152 u l-Artikoli 163 sa 173 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2007 intitolata “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013” (COM(2007)0630),
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 u s-6 ta’ Diċembru 2007 dwar il-White Paper intitolata “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013”,
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għar-Reġjuni tad-9 ta’ April 2008 dwar il-White Paper intitolata “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013” (1),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (2),
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 u t-2 ta’ Ġunju 2006 dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea (3),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/513/KE tat-2 ta’ Ġunju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Kwadru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (4),
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ut-2 ta’ Ġunju 2006 dwar is-saħħa tan-nisa (5),
wara li kkunsidra s-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (6),
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar “Strateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta’ saħħa marbuta man-Nutriment, il-Piż Żejjed u l-Obeżità” (COM(2007)0279),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar il-protezzjoni ta’ ħaddiema Ewropej fis-settur tas-saħħa minn infezzjonijiet fid-demm minħabba korrimenti li jirriżultaw minn labar tas-siringi (7),
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fl-istrateġija qafas dwar “Is-Saħħa għal Kulħadd fis-Seklu 21”,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ April 2008 dwar id-donazzjoni u t-trapjant tal-organi: Azzjonijiet politiċi fil-livell tal-UE (8),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kanċer fl-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir (9),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar l-istrateġija Komunitarja 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurta? fuq ix-xogħol (10),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar azzjoni għat-trattament ta’ mard kardjovaskulari (11),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar it-titjib fis-saħħa mentali tal-popolazzjoni — lejn strateġija dwar is-saħħa mentali għall-Unjoni Ewropea (12),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar l-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (13),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2006 dwar id-dijabete (14),
wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0350/2008),
|
A. |
billi s-saħħa hija waħda mill-affarijiet l-aktar prezzjużi, billi l-għan tagħna huwa s-saħħa għal kulħadd u billi għandna niggrantixxu livell għoli ta’ saħħa, |
|
B. |
billi l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li kwalunkwe diskriminazzjoni inter alia fuq il-bażi tas-sess, ir-razza, il-kulur, l-etniċità jew l-oriġini soċjali għandha tkun ipprojbita u l-Artikolu 35 jiddikjara li kulħadd għandu d-dritt għall-aċċess għal kura tas-saħħa preventiva u d-dritt għall-kura medika u li għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, |
|
C. |
billi l-effett pożittiv tal-iżviluppi fis-saħħa huwa li aktar u aktar nies qed jgħixu aktar fit-tul, |
|
D. |
billi r-rati dejjem ikbar ta’ kanċer, dijabete, mard kardjovaskulari, mard rewmatiku, mard mentali, problemi ta’ piż żejjed u obeżità, flimkien ma’ nutrizzjoni ħażina u mhux xierqa, HIV/AIDS, il-kwalità ħażina tal-ambjent u l-fatt li reġa’ tfaċċa ċertu mard marbut mal-inugwaljanza soċjali, kif ukoll sfidi ġodda li dejjem iżjed qed jheddu s-saħħa fl-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha, li b’hekk iżidu l-bżonn ta’ prevenzjoni u ta’ forniment ta’ kura tas-saħħa formali u informali kif ukoll ir-rijabilitazzjoni wara l-mard, |
|
E. |
billi t-theddidiet ġodda possibbli għas-saħħa b’dimensjonijiet transkonfinali, bħall-pandemiji, it-tendenzi ġodda ta’ mard li jittieħed, il-mard tropikali u t-terroriżmu bijoloġiku, u l-konsegwenzi tal-bidla fil-klima u l-globalizzazzjoni, b’mod partikulari fir-rigward tal-ilma, l-ikel, iż-żieda fil-faqar u l-migrazzjoni, kif ukoll theddid eżistenti bħat-tniġġis ambjentali, qed isir aktar serju, |
|
F. |
billi s-sistemi tal-kura tas-saħħa li jipprovdu l-għajnuna huma element essenzjali tal-Mudell Soċjali Ewropew u s-servizzi soċjali u tas-saħħa ta’ interess ġenerali jwettqu xogħol ta’ interess ġenerali, u b’hekk huma ta’ kontribut kbir għall-ġustizzja soċjali u għall-koeżjoni soċjali, |
|
G. |
billi l-popolazzjoni li qed tixjieħ qed tbiddel it-tendenzi ta’ mard u qed iżżid il-ħtieġa tal-forniment ta’ kura tas-saħħa formali u informali u qed tagħmel pressjoni fuq is-sostenibilità tas-sistemi tas-saħħa, u billi għalhekk jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-appoġġ tar-riċerka u l-innovazzjoni kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, u billi qed isir appell għal politiki b’saħħithom li jappoġġjaw l-ewwel stadji tal-ħajja, b’mod partikulari f’xi Stati Membri, |
|
H. |
billi hemm diskrepanzi kbar fil-kura tas-saħħa fl-Istati Membri u bejniethom, |
|
I. |
billi ċ-ċittadini jistennew dejjem iżjed azzjoni komuni u effettiva dwar is-saħħa, |
|
J. |
billi fl-istess ħin għandhom ikunu rrispettati l-kompetenzi tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa u l-libertà tagħhom li jiddeċiedu liema tipi ta’ servizzi tas-saħħa jqisu xierqa li jipprovdu, b’konformità stretta mal-prinċipju ta’ sussidjarità, kif ukoll ir-rispett għas-sistemi differenti ta’ mmaniġġjar u għall-approċċi speċifiċi magħżula mill-Istati Membri għall-integrazzjoni tal-forniment ta’ servizzi tas-saħħa pubbliċi u privati, |
|
K. |
billi fil-każ ta’ tħassib imsejjes fuq raġunijiet etiċi, hija l-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk servizz speċifiku jikkwalifikax jew le bħala servizz tas-saħħa, |
|
L. |
billi s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol huwa qasam li fih l-UE għandha ambitu ċar ta’ responsabilità biex tieħu azzjoni, |
|
M. |
billi hemm oqsma fejn l-Istati Membri ma jistgħux jaġixxu b’mod effettiv waħidhom u billi l-UE hija impenjata favur politika tas-saħħa komuni li biha tista’ tipprovdi valur miżjud (eż. skambju ta’ informazzjoni u prattika tajba), |
|
N. |
billi l-investiment fis-saħħa huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-bniedem u għandu impatt indirett fuq is-setturi varji tal-ekonomija, |
|
O. |
billi hemm nuqqas ta’ ċarezza rigward il-għadd tal-flussi differenti u tal-programmi tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa, |
|
P. |
billi l-opportunitajiet għall-prevenzjoni tal-mard għadhom mhux sfruttati, |
|
Q. |
billi l-antibijotiċi qed isiru dejjem inqas effettivi u r-reżistenza għall-antibijotiċi qed tiżdied, billi l-livelli ta’ reżistenza madwar l-UE huma differenti, minħabba l-attitudnijiet differenti fir-rigward tal-użu u l-kontroll tal-antibijotiċi (f’uħud mill-Istati Membri l-konsum ta’ antibijotiċi huwa minn 3 sa 4 darbiet aktar milli fi Stati Membri oħrajn), billi r-reżistenza għall-antibijotiċi hija problema Ewropea minħabba ċ-ċaqliq frekwenti, inkluż it-turiżmu, li jżid ir-riskju li jinxterdu l-batterji reżistenti, u għalhekk l-użu mhux xieraq tal-antibijotiċi għandu jkun immoniterjat u għandu jitħeġġeġ l-użu prudenti tal-antibijotiċi, u billi ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) iservi bħala l-aġenzija xierqa għall-koordinazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, |
|
R. |
billi 40 % tal-infiq fuq is-saħħa huwa marbut ma’ stili ta’ ħajja mhux tajbin għas-saħħa (li jirriżultaw pereżempju mill-konsum ta’ alkoħol, tabakk, min-nuqqas ta’ attività jew minn dieta ħażina), |
|
S. |
billi l-ħarsien effettiv tas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol jista’ jipprevjeni aċċidenti industrijali, jimpedixxi t-tfaċċar ta’ mard ikkawżat minħabba x-xogħol u jnaqqas in-numru ta’ nies li jispiċċaw b’diżabilità permanenti minħabba raġunijiet li għandhom x’jaqsmu max-xogħol, |
|
T. |
billi d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema kontra r-riskji marbuta mal-espożizzjoni għall-karsinoġeni u għall-mutaġeni ma tkoprix b’mod adegwat liċ-ċittadini tal-UE fuq il-post tax-xogħol minn espożizzjoni għal sustanzi li huma tossiċi għar-riproduzzjoni (15), |
|
U. |
billi n-nutrizzjoni ħażina, li taffettwa għadd sinifikanti ta’ ċittadini tal-UE, inkluż madwar 40 % tal-pazjenti fl-isptarijiet u bejn 40 % u 80 % tal-anzjani fid-djar tal-kura, tiswa lis-sistemi Ewropej tal-kura tas-saħħa ammonti simili għal dawk tal-obeżità u l-piż żejjed, |
|
V. |
billi s-saħħa mhix influwenzata biss mill-alkoħol, mit-tabakk, min-nuqqas ta’ attività, mid-dieta u minn fatturi esterni simili, u għalhekk għandha tingħata aktar attenzjoni lid-dimensjoni psikosomatika ta’ ħafna mard u lill-kawżi aktar profondi tan-numru dejjem akbar ta’ persuni affettwati mid-depressjoni jew minn disturbi mentali oħrajn, |
|
W. |
billi l-Istati Membri għandhom jippromwovu aktar l-għajnuna għall-persuni affettwati minn mard kroniku u/jew minn disabilità sabiex ikunu jistgħu jiġu integrati fis-soċjetà kemm jista’ jkun possibbli, |
|
X. |
billi, f’ħafna Stati Membri, id-domanda dejjem ikbar għal servizzi tal-kura tas-saħħa qed toħloq ħtieġa urġenti biex jittieħdu passi attivi għar-reklutaġġ u ż-żamma ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa u biex jiġu pprovduti servizzi ta’ appoġġ għall-qraba u l-ħbieb li jipprovdu kura bla ħlas lid-dipendendti tagħhom, |
|
Y. |
billi għandha tingħata aktar attenzjoni fl-istrateġija tas-saħħa tal-UE għall-kura tas-saħħa fit-tul permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda, il-kura ta’ persuni li jsofru minn mard kroniku u l-forniment ta’ kura tas-saħħa fid-djar għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilitajiet fiżiċi jew mentali u s-servizzi għal dawk li jieħdu ħsiebhom u billi, f’dan il-kuntest, għandha ssir ħidma favur sinerġiji bejn is-servizzi tas-saħħa u s-servizzi soċjali, |
|
1. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-White Paper tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar strateġija tal-UE dwar is-saħħa għall-perjodu 2008-2013 u jappoġġja l-valuri, il-prinċipji, l-għanijiet strateġiċi u l-azzjonijiet speċifiċi stipulati fiha; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid xogħol eżistenti fil-qasam tas-saħħa biex tiddetermina liema flussi ta’ xogħol qed iġibu valur għall-Kommunità u għall-Istati Membri; bħala parti minn din il-ħidma jistieden lill-Kummissjoni biex tiddetermina liema huma l-metodi ta’ xogħol u l-prattiki li jżidu l-valur tax-xogħol tal-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa u liema huma li għandhom ikunu kkoordinati aħjar; |
|
3. |
Jemmen li, minħabba l-eżistenza ta’ theddidiet ġodda għas-saħħa, jeħtieġ li s-saħħa tiġi indirizzata bħala kwistjoni politika ewlenija fl-Istrateġija ta’ Liżbona, li tinkludi l-ħtieġa li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa diċenti tal-ogħla kwalità disponibbli sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ħaddiema b’saħħithom u kompetittivi; |
|
4. |
Jiddeplora l-fatt li l-White Paper ma tiffissax objettivi speċifiċi u kwantifikabbli li jekk jintlaħqu jipproduċu riżultati tanġibbli u jirrakkomanda li jiġu adottati dawn l-objettivi; |
|
5. |
Jenfasizza li l-kura tas-saħħa teħtieġ l-appoġġ ta’ politiki effettivi fl-oqsma kollha u fil-livelli kollha fl-Istati Membri u fl-Unjoni Ewropea (“Is-Saħħa fil-Politiki kollha”) u f’livell globali; |
|
6. |
Jenfasizza l-importanza fondamentali li jiġi rikonoxxut id-dritt tal-irġiel u tan-nisa li jkollhom influwenza akbar dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ saħħithom u mal-kura tas-saħħa u d-dritt tat-tfal għall-ħarsien ta’ saħħithom mingħajr kundizzjoni, fuq il-bażi tal-prinċipji ġenerali tal-universalità, l-ugwaljanza u s-solidarjetà; |
|
7. |
Jinnota li, skont id-WHO, il-mard kroniku u b’mod partikulari l-puplesiji u l-mard tal-qalb, qed jeċċedu b’mod kostanti l-mard infettiv; |
|
8. |
Bħala parti mill-isforzi sabiex jiġi evitat il-mard, jirrakkomanda li tiġi adottata b’mod wiesa’ l-prattika li jsiru evalwazzjonijiet tal-impatt fuq is-saħħa, minħabba li l-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem tad-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq livelli varji, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-parlamenti nazzjonali huwa impatt li jista’ jitkejjel; |
|
9. |
Jenfasizza li l-pjanijiet ta’ azzjoni għandhom jindirizzaw, b’mod partikulari, il-kawżi ta’ ċertu mard u l-ħtieġa tat-tnaqqis u l-prevenzjoni ta’ epidemiji u pandemiji; jinnota li hemm ukoll problemi marbuta mas-sessi, bħall-kanċer fil-prostata fil-każ tal-irġiel u l-kanċer ċervikali fil-każ tan-nisa u li għandhom jiġu żviluppati politiki speċifiki fir-rigward ta’ dawn; |
|
10. |
Jirrakkomanda li l-mandat tal-ECDC jiġi estiż għal mard li ma jitteħidx; |
|
11. |
Jipproponi li l-Kummissjoni tistabbilixxi bħala objettiv ta’ prijorità, it-tnaqqis fl-inugwaljanzi u d-diskrepanzi evitabbli relatati mas-saħħa fl-Istati Membri u bejniethom, kif ukoll bejn il-gruppi soċjali u s-sezzjonijiet differenti tal-popolazzjoni, inklużi l-irġiel u dawk bi problemi ta’ saħħa mentali; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri biex jinfurzaw b’mod sħiħ il-leġiżlazzjonijiet Komunitarji bħad-Direttiva dwar it-Trasparenza (16); |
|
12. |
Jenfasizza li l-azzjonijiet immirati lejn it-tnaqqis tad-diskrepanzi fis-saħħa għandhom jinkludu promozzjoni mmirata, edukazzjoni pubblika u programmi ta’ prevenzjoni; |
|
13. |
Jemmen li l-isforzi għall-prevenzjoni tal-mard u l-kampanji ta’ vaċċinazzjoni, fejn jeżistu prodotti effettivi, għandhom jiżdiedu b’mod sinifikanti; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tfassal pjan ambizzjuż għal azzjonijiet ta’ prevenzjoni għall-perjodu sħiħ ta’ ħames snin; jaqbel li l-infiq fuq is-saħħa, speċjalment fuq il-prevenzjoni u d-djanjożi bikrija tal-mard, mhuwiex biss spiża, iżda huwa wkoll investiment li jista’ jkun evalwat f’termini ta’ Snin ta’ Ħajja B’Saħħitha (Healthy Life Years) bħala Indikatur Strutturali ta’ Liżbona; |
|
14. |
Jenfasizza l-fatt li s-saħħa hija stat ta’ benessri fiżiku, mentali u soċjali sħiħ u mhux sempliċement in-nuqqas ta’ mard jew ta’ diżabilità; |
|
15. |
Jenfasizza li l-aċċess għal informazzjoni affidabbli, indipendenti u li tista’ titqabbel dwar drawwiet tajbin għas-saħħa, mard u għażliet ta’ trattament huwa prerekwiżit għal strateġija effettiva għall-prevenzjoni tal-mard; |
|
16. |
Jenfasizza li x-xewqa li jkun evitat il-mard m’għandhiex twassal għal klima fis-soċjetà li ma tħallix li jitwieldu tfal b’mard kroniku jew b’diżabilità; jappella lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi assistenza konkreta għall-ġenituri ta’ tfal b’mard kroniku u/jew b’diżabilità; |
|
17. |
Barra minn hekk jenfasizza li, sabiex ikun promoss l-investiment fis-saħħa, huwa vitali li titkejjel l-effettività tal-investimenti li saru s’issa u jiġu ppublikati r-riżultati; |
|
18. |
Jenfasizza l-importanza li jsiru programmi ta’ screening organizzati tajjeb, komprensivi u effettivi sabiex ikun faċilitat is-sejbien bikri u t-trattament immedjat tal-mard, u b’hekk titnaqqas il-mortalità u l-morbidità; |
|
19. |
Jemmen li d-drittijiet taċ-ċittadini li jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa u r-responsabilità tagħhom għal saħħithom stess għandhom ikunu fundamentali ladarba l-UE li timponi standards għolja f’dak li jirrigwarda s-saħħa u l-ikel tul il-ħajja kollha tal-persuni u jitlob sabiex ikun hemm aktar investiment fir-riċerka rigward l-għarfien dwar is-saħħa sabiex ikunu identifikati l-aktar strateġiji xierqa biex din il-kwistjoni tkun indirizzata fost gruppi differenti tal-popolazzjon; jinkoraġġixxi lis-setturi kollha tas-soċjetà sabiex jadottaw stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa; |
|
20. |
Jenfasizza li l-kunċett ta’ “stil ta’ ħajja” (jiġifieri dieta tajba għas-saħħa, in-nuqqas ta’ abbuż mid-drogi u attività fiżika suffiċjenti) għandu bżonn ikun ikkomplementat minn dimensjoni psikoloġika (jiġifieri approċċ ibbilanċjat lejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja); isostni li stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa jinkludi saħħa mentali u fiżika tajba u li dawn huma wkoll fatturi importanti fiż-żamma ta’ ekonomija kompetittiva; |
|
21. |
Jistenna li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikulari kemm għall-kwistjoni tas-sostenibilità tas-sistemi tas-saħħa, kif ukoll, f’dak il-kuntest, għall-irwol u r-responsabilità tal-industrija farmaċewtika; |
|
22. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiddefinixxi valuri fundamentali tas-saħħa u tistabbilixxi sistema ta’ indikaturi tas-saħħa (f’livelli nazzjonali u sotto-nazzjonali) u li tippromwovi programmi għall-għarfien dwar is-saħħa u programmi għall-prevenzjoni ta’ problemi tas-saħħa; |
|
23. |
Jenfasizza li l-projbizzjoni li l-ġisem uman u l-partijiet tiegħu jsiru għajn ta’ qliegħ finanzjarju, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Karta tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali, għandha tkun ikkunsidrata bħala l-prinċipju li jiggwida fil-qasam tas-saħħa, speċjalment fil-qasam tad-donazzjoni u t-trapjant ta’ ċelluli, tessuti u organi; |
|
24. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni, fl-ispirtu ta’ “saħħa għal kulħadd”, li tippromwovi s-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard fost il-gruppi tal-etajiet kollha; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu enfasizzati l-kwistjonijiet ewlenin relatati mas-saħħa, bħalma huma n-nutrizzjoni, l-obeżità, in-nutrizzjoni ħażina, l-attività fiżika, il-konsum ta’ alkoħol, drogi u tabakk u r-riskji ambjentali, inkluż it-tniġġis tal-arja, kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll id-dar u skont il-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, filwaqt li jingħata appoġġ għal xjuħija b’saħħitha u filwaqt li jitnaqqas il-piż tal-mard kroniku; |
|
25. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu approċċ aktar olistiku fir-rigward tan-nutrizzjoni u tagħti prijorità prinċipali lin-nutrizzjoni ħażina, flimkien mal-obeżità, fil-qasam tas-saħħa, billi kull fejn ikun possibbli tinkorporaha fl-inizjattivi ta’ riċerka, edukazzjoni u promozzjoni tas-saħħa ffinanzjati mill-Komunità u fis-sħubijiet fil-livell tal-UE; |
|
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, biex fil-qafas tal-istrateġija tal-kura tas-saħħa tal-UE, jaħdmu favur l-iżvilupp ta’ linji gwidi għal definizzjoni komuni tad-diżabilità, li tista’ tinkludi persuni b’mard kroniku jew b’kanċer u sadanittant, jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma wettqux dan, biex jieħdu azzjoni mill-aktar fis possibbli biex jinkludu lil dawn il-persuni fid-definizzjonijiet nazzjonali tagħhom tad-diżabilità; |
|
27. |
Barra minn hekk, jitlob li tingħata prijorità lill-iżgurar li l-persuni b’diżabilità jingħataw aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa u li jingħata ffinanzjar li jirrifletti dan l-objettiv; |
|
28. |
Jitlob li jkun hemm miżuri effettivi biex tkun miġġielda r-resistenza kontra l-antibijotiċi kif ukoll miżuri sabiex l-antibijotiċi jkunu disponibbli permezz ta’ preskrizzjoni biss, linji gwida biex jitnaqqsu l-preskrizzjonijiet tal-antibijotiċi billi jkunu limitati għal każijiet fejn l-użu tal-antibijotiċi jkun verament meħtieġ, sforzi biex jitjiebu t-testijiet li jagħtu indikazzjoni sabiex jitħeġġeġ l-użu aktar kawt tal-antibijotiċi u, fejn ikun xieraq, tal-kodiċi tal-iġene; jappella sabiex tingħata attenzjoni speċjali lill-batterji Staphylococcus aureus reżistenti għall-metiċillin (MRSA); jinnota li l-ECDC għandu jissorvelja u jevalwa l-applikazzjoni tal-linji gwida u tal-kodiċijiet; |
|
29. |
Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għall-ħtieġa li tkun appoġġjata r-riċerka u jiġu promossa l-prevenzjoni, id-djanjożi bikrija u t-trattament xieraq tal-mard kroniku sabiex ikunu żgurati l-benessri u l-kwalità tal-ħajja tal-morda; |
|
30. |
Jirrikonoxxi l-irwol vitali tal-professjonisti li jieħdu ħsieb il-morda fis-settur tas-saħħa u fil-forniment tal-kura tas-saħħa u għalhekk jitlob li tingħata attenzjoni lill-politiki li jappoġġjaw lil daw il-professjonisti u li jipproteġulhom saħħithom flimkien mas-saħħa ta’ dawk li jikkuraw; |
|
31. |
Jinnota li sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa u biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-pazjent madwar l-UE, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn il-korpi regolatorji għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa rispettivi tagħhom huwa essenzjali; |
|
32. |
Fil-qafas tal-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa, jitlob skambji aktar effettivi tal-aħjar prattiki fi ħdan l-UE u fl-oqsma kollha tal-forniment tal-kura tas-saħħa, b’mod partikulari fir-rigward tal-programmi ta’ screening u d-djanjożi u t-trattament ta’ mard serju bħall-kanċer; |
|
33. |
Jemmen li l-UE għandha tieħu passi ulterjuri biex il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa jkunu protetti minn aċċidenti u korrimenti fuq il-post tax-xogħol fejn teżisti evidenza xjentifika jew medika ta’ din il-ħtieġa; |
|
34. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkludi s-sustanzi li huma tossiċi għar-riproduzzjoni fil-proposta li se tagħmel dalwaqt għall-emendar tad-Direttiva 2004/37/KE; |
|
35. |
Japprova l-azzjoni mitluba fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2008 imsemmija hawn fuq dwar l-istrateġija tal-UE 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirrispetta l-opinjoni tal-Parlament u tieħu l-miżuri mitluba u biex tippreżenta l-inizjattivi meħtieġa li għandhom jinkludu:
|
|
36. |
Jiddispjaċih li, minkejja t-talbiet ripetuti u speċifiċi tal-Parlament, il-Kummissjoni għadha trid tipproponi l-emendar tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema minn riskji marbuta mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (17) bil-għan li jkunu indirizzati r-riskji serji li hemm għall-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa minħabba li jaħdmu b’labar u strumenti mediċi li jaqtgħu jew bil-ponta; jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef it-twettiq tal-istudju tal-impatt permezz tas-sejħa għall-offerti (2007/S 139-171103) u jitlob li tkun adottata emenda xierqa żmien sew qabel tmiem tal-leġiżlatura Parlamentari kurrenti skont ir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-6 ta’ Lulju 2006; |
|
37. |
Iqis li l-applikazzjoni fqira tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Komunità wkoll għandha impatt negattiv fuq l-istat tas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE; |
|
38. |
Jenfasizza li, f’ċerti sitwazzjonijiet, iċ-ċittadini tal-UE jiffaċċjaw problemi ta’ saħħa, bħat-tniġġis, li jirrappreżentaw theddida konsiderevoli għas-saħħa u jaffettwaw l-iżvilupp tajjeb tat-tfal u jnaqqsu l-medja tal-għomor fl-UE (18); |
|
39. |
Jemmen li hija essenzjali azzjoni li tippromwovi stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa fil-familji, fl-iskejjel, fl-isptarijiet, fid-djar tal-kura, fuq il-postijiet tax-xogħol u fil-postijiet ta’ divertiment sabiex ikun hemm prevenzjoni effettiva tal-mard; u saħħa mentali tajba; jirrikonoxxi li l-familja hija ta’ importanza vitali biex jiġi stabbilit mudell ta’ “stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa” li ta’ spiss ikun irreplikat aktar tard tul il-ħajja; |
|
40. |
Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri dwar l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li jitlob lill-korpi leġiżlattivi biex iqisu l-interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja, billi, fost metodi oħra, issir id-dispożizzjoni meħtieġa għal-liv tal-maternità u tal-ġenituri, għall-ħarsien tas-saħħa u l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa waqt il-maternità, filwaqt li b’mod partikulari jitqies l-effett tal-preżenza u l-imħabba tal-ġenituri, kif ukoll it-treddigħ, fuq l-iżvilupp mentali u fiżiku tat-tfal żgħar; |
|
41. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu l-kura tas-saħħa u l-informazzjoni għan-nisa tqal u għal dawk li jkunu qed ireddgħu rigward ir-riskji marbuta mal-konsum ta’ alkoħol, drogi u tabakk waqt it-tqala u waqt it-treddigħ; |
|
42. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-għarfien pubbliku dwar is-saħħa riproduttiva u sesswali sabiex jiġu evitati tqaliet mhux mixtieqa u t-tixrid ta’ mard li jittieħħed sesswalment u biex jitnaqqsu l-problemi soċjali u tas-saħħa kkaġunati mill-infertilità; |
|
43. |
Jappoġġja azzjoni dwar tipi speċifiċi ta’ mard u jemmen li, sabiex tkun aktar effettiva, jeħtieġ li jinstabu metodi ta’ xogħol u organizzazzjoni xierqa sabiex titjieb il-koperazzjoni interistituzzjonali; |
|
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw il-kontribuzzjoni li jistgħu jagħtu l-politiki soċjali u tas-saħħa integrati (il-forniment ta’ servizzi tas-saħħa relevanti fl-ambitu soċjali) lejn approċċ modern għall-promozzjoni u l-ħarsien tas-saħħa, b’mod partikulari għas-sezzjonijiet l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni bħat-tfal żgħar u dawk li mhumiex awtosuffiċjenti; |
|
45. |
Jemmen li l-UE għandha tiffoka dejjem aktar fuq l-isforzi tagħha marbuta ma’ programmi ta’ riċerka dwar gruppi ta’ pazjenti li għad li huma importanti ta’ spiss jiġu ttraskurati, bħal dawk li għandhom problemi ta’ saħħa mentali u l-irġiel; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jesploraw, fil-qafas tal-istrateġija tas-saħħa tal-UE, is-sinerġiji bejn ir-riċerka xjentifika u dik teknoloġika, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tipi ġodda ta’ riċerka f’setturi mediċi li attwalment mhux jingħataw biżżejjed fondi, fuq naħa, u l-iżvilupp ta’ setturi mediċi u terapiji ġodda fuq in-naħa l-oħra, sabiex ikun possibbli għal kulħadd li jkollu aċċess għal dawn it-terapiji ladarba dawn jista’ jkollhom impatt pożittiv ħafna fuq l-istat tas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE u f’termini ta’ żieda fl-effiċjenza tas-sistema; |
|
47. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-approċċ propost mill-Kummissjoni bil-għan li jkun hemm ġlieda effettiva kontra l-iffalsifikar tal-mediċini u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-abbozzar ta’ konvenzjoni internazzjonali dwar dan is-suġġett jew l-annessjoni ta’ protokoll addizzjonali mal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-Konvenzjoni ta’ Palermo); |
|
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membru biex jistabbilixxu ċentri ta’ eċċellenza għal kull grupp ta’ mard importanti, li għandhom iservu bħala punt ta’ referenza, informazzjoni u gwida għall-pazjenti u l-familji tagħhom, għat-tobba, għall-ħaddiema fil-kura tas-saħħa, għall-industrija u għal oħrajn; |
|
49. |
Jinnota li l-awtoritajiet tas-saħħa reġjonali u lokali f’bosta Stati Membri ta’ spiss ikunu responsabbli għall-ippjanar, l-immaniġġjar, l-operat u l-iżvilupp tas-settur tas-saħħa u ta’ spiss ukoll jerfgħu r-responsabilità finanzjarja tas-settur, ikollhom għarfien profond dwar is-settur tas-saħħa u huma msieħba essenzjali fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika tas-saħħa; |
|
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-impatt pożittiv rikonoxxut tal-kuri termali fuq il-konvalexxenza u l-ħarsien tas-saħħa tal-persuni; |
|
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-iżvilupp tal-’e-health’, ta’ teknoloġiji ġodda għall-kura tas-saħħa u ta’ innovazzjoni mmexxija mill-utent fit-tagħmir mediku; |
|
52. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex jitwaqqaf mekkaniżmu ta’ koperazzjoni strutturat fil-livell tal-UE u biex tiġi stabbilita koperazzjoni eqreb mal-partijiet ikkonċernati, bil-parteċipazzjoni tas-soċjeta? ċivili; jenfasizza l-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta’ min iħaddem jiġu inklużi fi sħubija; |
|
53. |
Jappella lill-Istati Membri biex, flimkien mal-awtoritajiet reġjonli u lokali, jużaw il-mekkaniżmu ta’ koperazzjoni biex itejbu l-iskambju tal-aħjar prattika; jistieden lill-Kummissjoni biex tkun proattiva fit-tfassil ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet imsejsa fuq dawn il-prattiki tajbin; |
|
54. |
Jaqbel li l-azzjonijiet li jaqgħu taħt l-istrateġija tas-saħħa tal-UE għandhom jiġu appoġġjati permezz tal-istrumenti finanzjarji eżistenti sat-tmiem tal-Qafas Finanzjarju attwali (2007-2013), mingħajr konsegwenzi baġitarji addizzjonali; |
|
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrakkomanda lill-Istati Membri sabiex, meta jfasslu strateġiji nazzjonali dwar is-saħħa, jinkludu l-prijoritajiet li għandhom ikunu ssodisfati fi proġetti oħra li ma jkunux limitati għall-qasam tas-saħħa pubblika; |
|
56. |
Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 172, 5.7.2008, p. 41.
(2) ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.
(3) ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 213, 15.6.2004, p. 8.
(5) ĠU C 146, 22.6.2006, p. 4.
(6) Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).
(7) ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 754.
(8) Testi Adottati, P6_TA(2008)0130.
(9) Testi Adottati, P6_TA(2008)0121.
(10) Testi Adottati, P6_TA(2008)0009.
(11) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 561.
(12) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 148.
(13) ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 264.
(14) ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 273.
(15) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50. Verżjoni korretta ĠU L 229, 29.6.2004, p. 23.
(16) Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 8).
(17) ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21.
(18) L-ambjent fl-Ewropa: Ir-raba’ evalwazzjoni — L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (10 ta’ Ottubru 2007).
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA
Parlament Ewropew
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/65 |
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008
Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija
P6_TA(2008)0463
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar l-approvazzjoni tad-dikjarazzjoni konġunta, „Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija“ (2007/2222(ACI))
2010/C 9 E/11
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikolu 255 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2002 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar qafas ġdid għall-koperazzjoni dwar attivitajiet li jikkonċernaw il-politika għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea (1),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2003 dwar l-istrateġija għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-Unjoni Ewropea (2),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ informazzjoni u komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea (3),
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar il-White Paper dwar politika ta’ komunikazzjoni Ewropea (4),
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-25 ta’ Settembru 2008,
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta proposta, „Nikkomunikaw l-Ewropa fis-Sħubija“,
wara li kkunsidra l-Artikoli 120(1) u 43(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0372/2008),
|
A. |
billi l-komunikazzjoni hija element importanti tad-demokrazija, kemm dik rappreżentattiva u kemm dik parteċipatorja, |
|
B. |
billi wieħed mill-punti ta’ saħħa tal-elementi demokratiċi tal-UE hu marbut mal-istrutturi ta’ komunikazzjoni fil-livell Ewropew li jgħaqqdu l-istituzzjonijiet maċ-ċittadini, |
|
C. |
billi l-esperjenza li nkisbet mill-elezzjonijiet u r-referenda Ewropej preċedenti tissuġerixxi li hemm iktar ċans ta’ parteċipazzjoni minn dawk li huma konxji u interessati fi kwistjonijiet tal-UE, filwaqt li hemm inqas ċans ta’ parteċipazzjoni minn dawk li mhumiex infurmati daqshekk tajjeb; billi dan ġie ikkonfermat għal darba oħra mir-riċerka li saret wara r-referendum Irlandiż, |
|
D. |
billi l-komunikazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea tirrikjedi impenn politiku mill-Istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri fil-livelli kollha, |
|
1. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta, „Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija3“ annessa ma’ din id-deċiżjoni u jiddeċiedi li jehmeż id-Dikjarazzjoni mar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu; jitlob li d-dikjarazzjoni tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u l-anness għaliha lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 47 E, 27.2.2003, p. 400.
(2) ĠU C 64 E, 12.3.2004, p. 591.
(3) ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 403.
(4) ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 369.
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008
ANNESS
NIKKOMUNIKAW L-EWROPA FI SĦUBIJA
Għanijiet u prinċipji
|
1. |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jagħtu l-ogħla importanza lit-titjib tal-komunikazzjoni dwar temi tal-UE biex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jipparteċipaw fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, li d-deċiżjonijiet fiha jittieħdu b’mod miftuħ qrib taċ-ċittadini kemm jista’ jkun, b’osservanza tal-prinċipji tal-pluraliżmu, tal-parteċipazzjoni, tal-ftuħ u tat-trasparenza. |
|
2. |
It-tliet Istituzzjonijiet jixtiequ jinkoraġġixxu l-konverġenza ta’ fehmiet dwar il-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi, biex jippromwovu l-valur miżjud tal-approċċ tal-UE fil-komunikazzjoni dwar temi Ewropej, biex ikunu ffaċilitati l-iskambji ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki u biex jiġu żviluppati sinerġiji bejn l-Istituzzjonijiet meta ssir komunikazzjoni marbuta ma’ dawn il-prijoritajiet, kif ukoll biex tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni fost l-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri fejn xieraq. |
|
3. |
It-tliet Istituzzjonijiet jirrikonoxxu li l-komunikazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea tirrikjedi impenn politiku mill-Istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri, u li l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà tagħhom li jikkomunikaw maċ-ċittadini dwar l-UE. |
|
4. |
It-tliet Istituzzjonijiet jemmnu li attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar kwistjonijiet Ewropej għandhom jagħtu lil kulħadd aċċess għal informazzjoni ġusta u diversa dwar l-Unjoni Ewropea u jippermettu liċ-ċittadini jeżerċitaw id-dritt tagħhom biex jesprimu l-opinjoni tagħhom u biex jipparteċipaw attivament fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea. |
|
5. |
It-tliet Istituzzjonijiet jippromwovu r-rispett għall-multilingwiżmu u d-diversità kulturali meta jimplimentaw azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni. |
|
6. |
It-tliet Istituzzjonijiet huma impenjati politikament biex jilħqu l-objettivi ta’ hawn fuq. Huma jħeġġu lill-Istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħra tal-UE biex jappoġġaw l-isforzi tagħhom u biex jikkontribwixxu, jekk ikunu jixtiequ hekk, għal dan l-approċċ. |
Approċċ bi sħubija
|
7. |
It-tliet Istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-importanza li jiffaċċjaw l-isfida tal-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet tal-UE fi sħubija bejn l-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet tal-UE biex jiżguraw komunikazzjoni effettiva u informazzjoni oġġettiva mal-akbar udjenza possibbli fil-livell xieraq. Huma jixtiequ jiżviluppaw sinerġiji ma’ awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Huma jixtiequ għal dan il-għan irawmu approċċ ta’ sħubija prammatiku. |
|
8. |
F’dan il-kuntest, huma jfakkru l-irwol prinċipali tal-Grupp Interistituzzjonali dwar l-Informazzjoni (IGI) li jservi ta’ qafas f’livell għoli għall-Istituzzjonijiet biex jinkoraġġixxi d-dibattitu politiku dwar attivatijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-UE sabiex jitrawmu s-sinerġija u l-komplimentarjetà. Għal dak il-għan, l-IGI, kopresedut mir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea, u bil-parteċipazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bħala osservaturi, jiltaqa’ fil-prinċipju darbtejn fis-sena. |
Qafas għal ħidma flimkien
It-tliet Istituzzjonijiet għandhom il-ħsieb li jikkooperaw fuq il-bażi li ġejja:
|
9. |
Waqt li jirrispettaw ir-responsabbiltà individwali ta’ kull Istituzzjoni tal-UE u ta’ kull Stat Membru fir-rigward tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni u l-prijoritajiet tagħhom, it-tliet Istituzzjonijiet fil-qafas tal-IGI jidentifikaw numru limitat ta’ prijoritajiet ta’ komunikazzjoni komuni kull sena. |
|
10. |
Dawn il-prijoritajiet ikunu bbażati fuq prijoritajiet ta’ komunikazzjoni identifikati mill-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE wara l-proċeduri interni tagħhom u jikkomplimentaw, fejn xieraq, il-viżjonijiet strateġiċi u l-isforzi tal-Istati Membri f’dan il-qasam, waqt li jieħdu jqisu l-aspettattivi taċ-ċittadini. |
|
11. |
It-tliet Istituzzjonijiet u l-Istati Membri ifittxu li jippromwovu appoġġ xieraq għal komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet identifikati. |
|
12. |
Is-servizzi responsabbli għall-komunikazzjoni fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jaħdmu flimkien biex jiżguraw l-implimentazzjoni b’suċċess tal-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni komuni, kif ukoll attivitajiet oħra relatati mal-komunikazzjoni tal-UE, jekk meħtieġ abbażi ta’ arranġamenti amministrattivi adatti. |
|
13. |
L-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri huma mistednin jiskambjaw informazzjoni dwar attivitajiet ta’ komunikazzjoni oħra relatati mal-UE, b’mod partikolari fuq attivitajiet ta’ komunikazzjoni settorali previsti mill-Istituzzjonijiet u l-korpi meta jirriżultaw f’kampanji ta’ informazzjoni fl-Istati Membri. |
|
14. |
Il-Kummissjoni hija mistiedna tirrapporta lura fil-bidu ta’ kull sena lill-Istituzzjonijiet l-oħra tal-UE dwar is-suċċessi ewlenin milħuqa fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni komuni tas-sena ta’ qabel. |
|
15. |
Din id-dikjarazzjoni politika ġiet iffirmata fi [data]. |
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/67 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
Użu mill-Parlament tas-simboli tal-Unjoni (Artikolu 202a ġdid)
P6_TA(2008)0472
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar id-dħul fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament ta' Artikolu 202a ġdid dwar l-użu mill-Parlament tas-simboli tal-Unjoni (2007/2240(REG))
2010/C 9 E/12
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Lulju 2007 dwar it-tlaqqigħ tal-Konferenza Intergovernattiva (1), b'mod partikolari l-paragrafu 23 tagħha,
wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu tat-12 ta' Settembru 2007,
wara li kkunsidra l-importanza tas-simboli biex terġa' tinħoloq konnessjoni bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni Ewropea u biex tinbena identità Ewropea li hija komplimentari għall-identitajiet nazzjonali tal-Istati Membri,
wara li kkunsidra l-fatt li s-simboli ilhom jintużaw għal aktar minn 30 sena mill-Istituzzjonijiet Ewropej kollha, u kienu approvati formalment mill-Kunsill Ewropew fl-1985 (2),
wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0347/2008),
|
1. |
Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt; |
|
2. |
Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni. |
|
TEST ATTWALI |
EMENDA |
||||||
|
Emenda 1 |
|||||||
|
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Titolu XIII — Dispożizzjonijiet Mixxellanji — Artikolu 202a (ġdid) |
|||||||
|
|
Artikolu 202a Is-simboli tal-Unjoni 1. Il-Parlament għandu jagħraf u jagħmel tiegħu s-simboli tal-Unjoni li ġejjin:
2. Il-Parlament għandu jiċċelebra Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju. 3. Il-bandiera għandha tittajjar fil-postijiet kollha tal-Parlament u fl-okkażjoni ta' avvenimenti uffiċjali. Il-bandiera għandha tintuża f'kull sala fejn isiru laqgħat tal-Parlament. 4. L-innu għandu jindaqq fil-ftuħ ta' kull seduta kostituttiva u f'seduti solenni oħra, b'mod partikulari biex tingħata merħba lill-Kapijiet ta' Stat jew Gvern jew biex tingħata tislima lil Membri ġodda wara tkabbir. 5. Il-motto għandu jidher fuq id-dokumenti uffiċjali tal-Parlament. 6. Il-Bureau għandu jeżamina użu ulterjuri tas-simbolu fi ħdan il-Parlament. Il-Bureau għandu jistipula dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. |
||||||
(1) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 347.
(2) Il-Kunsill Ewropew ta' Milan tat-28 u d-29 ta' Ġunju 1985.
Parlament Ewropew
Il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/69 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
Protokoll għall-Ftehima bejn il-KE u l-Iżvizzera dwar il-moviment ħieles ta' persuni (parteċipazzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) ***
P6_TA(2008)0464
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta' persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (9116/2008 — C6-0209/2008 — 2008/0080(AVC))
2010/C 9 E/13
(Proċedura ta' kunsens)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (9116/2008),
wara li kkunsidra l-Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea, (8689/2008),
wara li kkunsidra l-Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja. tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (1),
wara li kkunsidra l-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta' persuni (2),
wara li kkunsidra t-talba għall-kunsens imressqa mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza u l-Artikolu 310 tat-Trattat KE (C6-0209/2008),
wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005,
wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0343/2008),
|
1. |
Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Konfederazzjoni Żvizzera. |
(1) ĠU L 89, 28.3.2006, p. 30.
(2) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/70 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
Twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) *
P6_TA(2008)0465
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/XX/JHA (COM(2008)0332 — C6-0216/2008 — 2008/0101(CNS))
2010/C 9 E/14
(Proċedura ta’ Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2008)0332),
wara li kkunsidra l-Artikolu 31 u l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat tal-UE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0216/2008),
wara li kkunsidra r-Regoli 93 u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0360/2008),
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tibdel il-proposta tagħha b’mod xieraq, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk huwa intenzjonat li ma jqisx it-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jistieden lill-Kunsill biex jikkonsulta mal-Parlament għal darb’oħra jekk huwa intenzjonat li jemenda b’mod sostanzjali l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
5. |
F’każ li din il-proposta ma tkunx adottata qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, huwa intenzjonat li jqis kull proposta fil-futur bi proċedura urġenti, b’koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||
|
Emenda 1 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Premessa 6a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 2 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 3 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Premessa 9a (ġdida) |
|||||
|
|
|
||||
|
Emenda 4 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 5 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 6 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 — paragrafu 5 |
|||||
|
5. Sabiex ikun żgurat l-operat effiċjenti tal-ECRIS, il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi ta’ sostenn u monitoraġġ ġenerali. |
5. Sabiex ikun żgurat l-operat effiċjenti tal-ECRIS, il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi ta’ sostenn u monitoraġġ ġenerali u tivverifika li l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 6 jkunu implimentati b’mod korrett . |
||||
|
Emenda 7 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 — paragrafu 1 — punt a |
|||||
|
|
||||
|
Emenda 8 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 — paragrafu 1 — punt a — subparagrafu 1a (ġdid) |
|||||
|
|
It-traduzzjoni ta’ deskrizzjoni ta’ reat nazzjonali mil-lingwa oriġinali li tressqet biha għandu jkun ix-xogħol u r-responsabilità unika ta’ kull Stat Membru individwali li jitlob traduzzjoni u m’għandhiex issir mill-ECRIS. Ladarba traduzzjoni tkun tlestiet, l-ECRIS għandha toffri l-għażla li tiżdied mal-bażi tad-dejta; |
||||
|
Emenda 9 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 — parti introduttorja |
|||||
|
Il-miżuri għall-implimentazzjoni li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7: |
Fejn ikun meħtieġ, u bi qbil mal-Artikolu 34(2)(c) u l-Artikolu 39 tat-Trattat tal-UE, il-Kummissjoni għandha tipproponi li l-Kunsill jadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura l-aħjar funzjonar tal-ECRIS u l-interoperabilità tagħha mas-sistemi nazzjonali, bħal: |
||||
|
Emenda 10 |
|||||
|
Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 |
|||||
|
Artikolu 7 Proċedura tal-Kumitat 1. Fejn ikun hemm referenza għal dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat regolatorju magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresjedut min rappreżentant tal-Kummissjoni (il-„Kumitat“). 2. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. 3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, fi żmien limitat li l-president jista’ jistabilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha titwassal mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205(2) u (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri ġewwa l-Kumitat għandhom jiġu peżati bil-mod stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-President m’ għandux jivvota. 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti jekk dawn ikunu konformi mal-opinjoni tal-Kumitat. 5. Jekk il-miżuri previsti ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-Kumitat, jew fin-nuqqas ta’ opinjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tagħti proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew. 6. Il-Kunsill jista’ jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata dwar il-proposta, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ referenza lill-Kunsill. Jekk f’dan il-perjodu l-Kunsill ikun indika b’maġġoranza kwalifikata li huwa kontra l-proposta, il-Kummissjoni terġa’ teżaminaha. Din tista’ tagħti proposta emendata lill-Kunsill, terġa titfa’ l-proposta tagħha jew tippreżenta proposta leġiżlattiva fuq il-bażi tat-Trattat. Jekk, fl-għeluq tal-perjodu, il-Kunsill la jaddotta l-att ta’ implimentazzjoni propost u l-anqas ma jindika oppożizzjoni għall-proposti tal-miżuri ta’ implimentazzjoni, l-att ta’ implimentazzjoni propost għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. |
imħassar |
||||
|
15.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 9/74 |
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma tal-impenji fil-kummerċ tas-servizzi *
P6_TA(2008)0468
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim taħt il-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma tal-impenji fil-kummerċ tas-servizzi mniżżla fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (COM(2008)0220 — C6-0202/2008 — 2008/0087(CNS))
2010/C 9 E/15
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0220),
wara li kkunsidra l-Artikoli 71(1) u 80(2) tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0202/2008),
wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ghall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0337/2008),
|
1. |
Japprova l-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina. |